Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0255(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0290/2017

Testi mressqa :

A8-0290/2017

Dibattiti :

PV 04/10/2017 - 17
CRE 04/10/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 05/10/2017 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0384

Testi adottati
PDF 244kWORD 47k
Il-Ħamis, 5 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Kooperazzjoni msaħħa: Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ***
P8_TA(2017)0384A8-0290/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (09941/2017 – C8-0229/2017 – 2013/0255(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (09941/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0229/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0290/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Avviż legali