Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0304(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0317/2017

Testi mressqa :

A8-0317/2017

Dibattiti :

PV 23/10/2017 - 18
CRE 23/10/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2017 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0391

Testi adottati
PDF 328kWORD 47k
It-Tlieta, 24 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***II
P8_TA(2017)0391A8-0317/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI biex id-definizzjoni ta' droga tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (10537/1/2017 – C8-0325/2017 – 2013/0304(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10537/1/2017 – C8-0325/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0618),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69(f)(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0317/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 52.
(2) Test adottat, 17.4.2014, P7_TA(2014)0454.

Avviż legali