Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - BrussellVerżjoni finali
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pinto
 It-trademark tal-UE ***I
 Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju ***
 Diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi *
 Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn id-Danimarka u l-Europol *
 Nomina ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri
 Rapport Annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2015
 Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali 2017 sal-2020 ***I
 Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali ***I
 Programm tal-UE għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar ***I
 Programm tal-UE biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ***I
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji eżekuttivi
 Kwittanza 2015: Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2015: Il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
 Kwittanza 2015: L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
 Kwittanza 2015: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
 Kwittanza 2015: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
 Kwittanza 2015: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
 Kwittanza 2015: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
 Kwittanza 2015: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
 Kwittanza 2015: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
 Kwittanza 2015: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
 Kwittanza 2015: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
 Kwittanza 2015: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
 Kwittanza 2015: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
 Kwittanza 2015: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
 Kwittanza 2015: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
 Kwittanza 2015: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
 Kwittanza 2015: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
 Kwittanza 2015: L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (Eurojust)
 Kwittanza 2015: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
 Kwittanza 2015: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)
 Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (BBI)
 Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta Clean Sky 2
 Kwittanza 2015: Impriża Konġunta ECSEL
 Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH)
 Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (IMI)
 Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta ITER
 Kwittanza 2015: L-Impriża Konġunta SESAR
 Il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-Reġjuni Ultraperiferiċi
 Inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ
 Is-sitwazzjoni attwali tal-konċentrazzjoni tal-art agrikola fl-UE: kif niffaċilitaw l-aċċess għall-art għall-bdiewa
 Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment
 Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Iskart mill-Minjieri
 Is-sitwazzjoni fil-Venezwela

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pinto
PDF 347kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pinto (2016/2294(IMM))
P8_TA(2017)0132A8-0163/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pinto, mibgħuta fit-23 ta' Settembru 2016 minn Miguel Pereira da Rosa, imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Lisbona tal-Punent (Oeiras) (ref. 4759/15.2TDLSB), fil-kuntest ta' kawża ta' proċeduri kriminali mibdija kontrih, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Prosekutur Pubbliku kompetenti bid-data tat-12 ta' Diċembru 2016 li tinkludi t-traskrizzjoni tar-rimarki ta' António Marinho e Pinto,

–  wara li sema' lil António Marinho e Pinto fit-22 ta' Marzu 2017 skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11, paragrafi 1, 2, 3 u 5 tal-Liġi 7/93 tal-1 ta' Marzu 1993 li tirregola l-istatus tal-Membri Portugiżi u ċ-ċirkolari tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Nru 3/2011 tal-10 ta' Ottubru 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0163/2017),

A.  billi l-Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Lisbona tal-Punent (Oeiras) talab li titneħħa l-immunità parlamentari ta' António Marinho e Pinto, Membru tal-Parlament Ewropew, fil-kuntest ta' kawża dwar reat allegat;

B.  billi t-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pinto tirrigwarda reat allegat ta' diffamazzjoni aggravata, kif previst fl-Artikolu 180(1), u fl-Artikolu 183(2), tal-Kodiċi Penali Portugiż, li huwa punibbli bi priġunerija għal żmien massimu ta' sentejn, kif ukoll reat ta' offiża lil organizzazzjoni, servizz jew persuna ġuridika, kif previst fl-Artikolu 187(1) u (2)(a) tal-Kodiċi Penali Portugiż, punibbli bi priġunerija għal żmien massimu ta' sentejn;

C.  billi l-assoċjazzjoni karitattiva Santa Casa de Misericórdia de Lisboa ressqet ilment kontra António Marinho e Pinto;

D.  billi l-ilment jirreferi għal dikjarazzjonijiet magħmula minn António Marinho e Pinto fit-30 ta' Mejju 2015 waqt intervista lill-programm "A propósito" fuq l-istazzjoni Portugiż SIC Notícias, ippreżentat minn José António Teixeira u mxandar fid-9 ta' filgħaxija, li matulu huwa allegat li għamel ir-rimarki li ġejjin: "Rigward is-sigurtà soċjali, nista' ngħidilkom li hemm bżonn nissepearaw id-dimensjoni tas-solidarjetà, li hija fil-kompetenza tal-Istat; hija ma għandhiex titħallas bi skapitu tal-pensjonijiet tal-ħaddiema, tifhmu? Huwa l-baġit ġenerali tal-Istat li għandu jintuża. Is-solidarjetà soċjali trid tiġi eżerċitata permezz tat-taxxi, minn din l-istituzzjoni enormi li hija l-Misericórdia de Lisboa, li timmaniġġja miljuni u miljuni, li spiss jiġu sparpaljati għall-qligħ personali, fis-servizz ta' interessi personali [...] Naħseb li s-Sur Manuel Rebelo de Sousa jkun aħjar mis-Sur Pedro Santana Lopes, fid-dawl tal-esperjenza tas-Sur Santana Lopes fil-gvern, u kien interessanti li tara kif jaħdem id-direttur, kif id-direttur tas-Santa Casa da Misericórdia de Lisboa jaħdem biex isostni l-kandidatura tiegħu, u b'liema mezzi u riżorsi jagħmlu dan";

E.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

F.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li, sabiex Membru tal-Parlament Ewropew ikun kopert bl-immunità, opinjoni trid tingħata mill-Membru fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja(2);

G.  billi, b'konformità mal-Artikolu 9 tal-istess Protokoll, il-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

H.  billi skont l-Artikolu 11, paragrafi 1, 2, 3 u 5 tal-Liġi 7/93 tal-1 ta' Marzu 1993 li tirregola l-istatus tal-Membri Parlamentari Portugiżi u ċ-ċirkolari tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Nru 3/2011 tal-10 ta' Ottubru 2011, António de Sousa Marinho e Pinto ma jistax jiġi interrogat jew eżaminat mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew;

I.  billi l-atti allegati ma għandhomx rabta diretta jew ovvja mal-qadi tad-dmirijiet ta' António Marinho e Pinto bħala Membru tal-Parlament Ewropew; billi huma pjuttost jirrigwardaw attivitajiet ta’ natura purament nazzjonali, peress li r-rimarki saru f’xandira fil-Portugall, b’rabta ma’ suġġett speċifikament Portugiż rigward il-ġestjoni ta’ assoċjazzjoni rregolata bid-dritt nazzjonali;

J.  billi l-atti allegati ma jikkonċernawx opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fit-twettiq tad-dmirijiet bħala Membru tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

K.  billi huwa evidenti li l-akkuża li saret mhijiex relatata mal-istatus ta' António Marinho e Pinto bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

L.  billi ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissuspetta li hemm każ ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-proċedura tmexxiet bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-politika tal-Membru;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' António Marinho e Pinto;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Lisbona tal-Punent (Oeiras) u lil António Marinho e Pinto.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 1986, Wybot vs Faure u Oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Każijiet Magħquda T-346/11 u T-347/11, Gollnisch vs Il-Parlament, sentenza ċċitata iktar 'il fuq.


It-trademark tal-UE ***I
PDF 334kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (verżjoni kodifikata) (COM(2016)0702 – C8-0439/2016 – 2016/0345(COD))
P8_TA(2017)0133A8-0054/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0702),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0439/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0054/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sostanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea  (Verżjoni kodifikata)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1001.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju ***
PDF 244kWORD 46k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju (05925/2017 – C8-0102/2017 – 2016/0021(NLE))
P8_TA(2017)0134A8-0067/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05925/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0067/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lin-Nazzjonijiet Uniti.


Diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi *
PDF 464kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward ta' diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi (COM(2016)0687 – C8-0464/2016 – 2016/0339(CNS))
P8_TA(2017)0135A8-0134/2017

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0687),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0464/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat tan-Netherlands, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands u mill-Parlament Żvediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-kontributi l-oħra mressqa mis-Senat Ċek, mill-Bundesrat Ġermaniż, mill-Parlament Spanjol u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(3),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implimentata mill-Irlanda lill-Apple, kif ukoll l-investigazzjonijiet miftuħa tal-Kummissjoni fl-allegata għajnuna tal-Lussemburgu lill-McDonald's u lill-Amazon,

–  wara li kkunsidra l-ħidma kontinwa tal-Kumitat ta' Inkjesta tiegħu inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjonijiet u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0134/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/1164 tipprevedi qafas biex jiġu indirizzati l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi.
(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/1164 tipprevedi l-ewwel qafas biex jiġu indirizzati l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi, li ma jeliminax b'mod komprensiv u sistematiku d-diskrepanzi ibridi u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huwa limitat għall-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
(4a)   Bħala bażi tal-inizjattiva BEPS hemm ukoll id-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 fil-laqgħa tagħhom f'San Pietruburgu fil-5 u s-6 ta' Settembru 2013, li fiha esprimew ix-xewqa tagħhom li jiżguraw li l-profitti jiġu ntaxxati fejn jitwettqu l-attivitajiet ekonomiċi li jiġġeneraw il-profitti u fejn jinħoloq il-valur. Fil-prattika, dak kien ikun jeħtieġ l-introduzzjoni ta' tassazzjoni unitarja bi tqassim skont formula speċifika ta' dħul mit-taxxa għall-istati. Dak l-għan għadu ma ntlaħaqx.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jinnewtralizzaw id-diskrepanzi ibridi b'mod komprensiv. B'kunsiderazzjoni tal-fatt li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tkopri biss arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi li jirriżultaw fl-interazzjoni bejn is-sistemi għat-taxxa korporattiva tal-Istati Membri, fl-20 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill ECOFIN ħareġ dikjarazzjoni fejn jitlob lill-Kummissjoni biex sa Ottubru 2016 tressaq proposta dwar id-diskrepanzi ibridi li jinvolvu pajjiżi terzi biex ikunu previsti regoli konsistenti mar-regoli rakkomandati mir-rapport tal-OECD dwar il-BEPS dwar l-Azzjoni 2 u mhux inqas effettivi minnhom, bil-għan li jintlaħaq ftehim sa tmiem l-2016.
(5)  Huwa ta' importanza kbira li jiġu stabbiliti regoli li jinnewtralizzaw id-diskrepanzi ibridi u d-diskrepanzi tal-fergħat b'mod komprensiv. B'kunsiderazzjoni tal-fatt li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tkopri biss arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi li jirriżultaw fl-interazzjoni bejn is-sistemi għat-taxxa korporattiva tal-Istati Membri, fl-20 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill ECOFIN ħareġ dikjarazzjoni fejn talab lill-Kummissjoni biex sa Ottubru 2016 tressaq proposta dwar id-diskrepanzi ibridi bl-involviment ta' pajjiżi terzi biex ikunu previsti regoli konsistenti mar-regoli rakkomandati mir-rapport tal-OECD dwar il-BEPS dwar l-Azzjoni 2 u mhux inqas effettivi minnhom, bil-għan li jintlaħaq ftehim sa tmiem l-2016.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
(5a)   L-effetti tal-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi jenħtieġ li jitqiesu wkoll mill-perspettiva tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jimmiraw biex jappoġġaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fl-indirizzar ta' tali effetti.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  B'kunsiderazzjoni tal-fatt li[, fost l-oħrajn, huwa ddikjarat fil-Premessa (13) tad-Direttiva (UE) 2016/1164 li] huwa kritiku li ssir ħidma ulterjuri dwar diskrepanzi ibridi oħra bħal dawk li jinvolvu stabbilimenti permanenti, huwa essenzjali li d-diskrepanzi ta' stabbilimenti permanenti jiġu indirizzati f'dik id-Direttiva wkoll.
(6)  B'kunsiderazzjoni tal-fatt li[, fost l-oħrajn, huwa ddikjarat fil-Premessa (13) tad-Direttiva (UE) 2016/1164 li] huwa kritiku li ssir ħidma ulterjuri dwar diskrepanzi ibridi oħra bħal dawk li jinvolvu stabbilimenti permanenti, inklużi stabbilimenti permanenti injorati, huwa essenzjali li d-diskrepanzi ta' stabbilimenti permanenti jiġu indirizzati wkoll fid-Direttiva (UE) 2016/1164. Fl-indirizzar ta' dawn id-diskrepanzi, jenħtieġ li jitqiesu r-regoli rrakkomandati inklużi fl-Abbozz ta' Diskussjoni Pubblika tal-OECD tat-22 ta' Awwissu 2016 dwar l-Azzjoni 2 tal-BEPS - Strutturi ta' Diskrepanzi tal-Fergħat.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Biex ikun previst qafas komprensiv b'mod konsistenti mar-rapport tal-OECD dwar il-BEPS dwar arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi, huwa essenzjali li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tkun tinkludi wkoll regoli dwar trasferimenti ibridi, diskrepanzi importati u diskrepanzi ta' residenza doppja, sabiex il-kontribwenti ma jitħallewx jisfruttaw il-lakuni li fadal.
(7)  Biex ikun previst qafas li jkun konsistenti mar-rapport tal-OECD dwar il-BEPS dwar arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi u ma jkunx inqas effettiv minnu, huwa essenzjali li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tkun tinkludi wkoll regoli dwar trasferimenti ibridi u diskrepanzi importati u tindirizza l-firxa sħiħa ta' eżiti ta' tnaqqis doppju, sabiex il-kontribwenti ma jitħallewx jisfruttaw il-lakuni li fadal. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu standardizzati u kkoordinati kemm jista' jkun bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-introduzzjoni ta' penali kontra l-kontribwenti li jisfruttaw id-diskrepanzi ibridi.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdid)
(7a)   Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli sabiex jintemm l-użu ta' perjodi kontabilistiċi tat-taxxa differenti f'ġurisdizzjonijiet individwali, li jirriżultaw f'diskrepanzi fl-eżiti tat-taxxa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-kontribwenti jiddikjaraw il-pagamenti fil-ġurisdizzjonijiet kollha involuti f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jeżaminaw ir-raġunijiet kollha wara d-diskrepanzi ibridi u jenħtieġ li jagħlqu kwalunkwe lakuna u jipprevjenu l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, pjuttost milli jiffukaw biss fuq il-ġbir tad-dħul mit-taxxa.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Peress li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tinkludi regoli dwar diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri, huwa l-każ f'dik id-Direttiva jiġu inklużi regoli dwar diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi. B'konsegwenza ta' dan, dawk ir-regoli għandhom japplikaw għall-kontribwenti kollha li huma soġġetti għal taxxa korporattiva fi Stat Membru inklużi stabbilimenti permanenti ta' entitajiet residenti f'pajjiżi terzi. Jeħtieġ li jiġu koperti l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi kollha fejn mill-inqas waħda mill-partijiet involuta hija kontribwent korporattiv fi Stat Membru.
(8)  Peress li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tinkludi regoli dwar diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri, huwa l-każ f'dik id-Direttiva jiġu inklużi regoli dwar diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi. B'konsegwenza ta' dan, dawk ir-regoli għandhom japplikaw għall-kontribwenti kollha li huma soġġetti għal taxxa korporattiva fi Stat Membru inklużi stabbilimenti permanenti ta' entitajiet residenti f'pajjiżi terzi. Jeħtieġ li jiġu koperti l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi jew l-arranġamenti relatati kollha fejn mill-inqas waħda mill-partijiet involuti hija kontribwent korporattiv fi Stat Membru.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Ir-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi għandhom jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' diskrepanza li jirriżultaw mir-regoli tat-taxxa kunfliġġenti ta' żewġ ġurisdizzjonijiet (jew aktar). Madankollu, dawk ir-regoli ma għandhomx jaffettwaw il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa ta' ġurisdizzjoni.
(9)  Huwa essenzjali li r-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi japplikaw awtomatikament kull meta ħlas jiġi min-naħa l-oħra tal-fruntiera wara li jkun tnaqqas fejn ikun sar il-ħlas, mingħajr ma jkun hemm bżonn ta' prova ta' għan ta' evitar tat-taxxa, u jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' diskrepanza li jirriżultaw minn tnaqqis doppju, kunflitti fil-karatterizzazzjoni legali ta' entitajiet, pagamenti u strumenti finanzjarji, jew kunflitti fl-allokazzjoni tal-pagamenti. Peress li d-diskrepanzi ibridi jistgħu jwasslu għal tnaqqis doppju jew għal tnaqqis mingħajr inklużjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom l-Istat Membru kkonċernat jiċħad it-tnaqqis ta' pagament, spiża jew telf jew jirrikjedi li l-kontribwent jinkludi l-pagament fl-introjtu taxxabbli tiegħu.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdid)
(9a)   Id-diskrepanzi ta' stabbilimenti permanenti jseħħu meta d-differenzi fir-regoli għall-allokazzjoni tal-introjtu u l-ispiża bejn partijiet differenti tal-istess entità fil-ġurisdizzjoni ta' stabbiliment permanenti u dawk fil-ġurisdizzjoni ta' residenza jagħtu lok għal diskrepanza fl-eżiti tat-taxxa, inklużi każijiet meta jinħoloq eżitu ta' diskrepanza minħabba l-fatt li stabbiliment permanenti jiġi injorat minħabba l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tal-fergħa. Dawk l-eżiti ta' diskrepanza jistgħu jwasslu għal nontassazzjoni mingħajr inklużjoni, tnaqqis doppju jew tnaqqis mingħajr inklużjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġu eliminati. Fil-każ ta' stabbilimenti permanenti injorati, l-Istat Membru fejn il-kontribwent huwa residenti jenħtieġ li jirrikjedi li l-kontribwent jinkludi fl-introjtu taxxabbli tiegħu l-introjtu li kieku jiġi attribwit lill-istabbiliment permanenti.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)   Sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità jeħtieġ li jkunu indirizzati biss il-każijiet fejn hemm riskju sostanzjali ta' evitar ta' taxxa bl-użu ta' diskrepanzi ibridi. Għaldaqstant, huwa xieraq li jkunu koperti l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi bejn il-kontribwent u l-impriżi assoċjati tiegħu u d-diskrepanzi ibridi li jirriżultaw minn arranġament strutturat li jinvolvi lil kontribwent.
imħassar
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)   Biex tkun prevista definizzjoni suffiċjentement komprensiva ta' “impriża assoċjata” għall-finijiet tar-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi, dik id-definizzjoni għandha tinkludi wkoll entità li hija parti mill-istess grupp konsolidat għall-finijiet ta' kontabbiltà, impriża li fiha l-kontribwent għandu influwenza sinifikanti fil-ġestjoni u bil-maqlub, impriża li għandha influwenza sinifikanti fil-ġestjoni tal-kontribwent.
imħassar
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)   Diskrepanzi li huma partikolarment relatati mal-ibridità tal-entitajiet għandhom jiġu indirizzati biss meta waħda mill-impriżi assoċjati għandha - bħala minimu - kontroll effettiv fuq l-impriża assoċjata l-oħra. B'konsegwenza, f'dawk il-każijiet, għandu jintalab li impriża assoċjata tkun fil-pussess tal-kontribwent jew ta' impriża assoċjata oħra, jew għandha l-pussess tagħhom, b'parteċipazzjoni f'termini ta' drittijiet tal-vot, pussess ta' kapital jew dritt għall-profitti riċevuti ta' 50 fil-mija jew aktar.
imħassar
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Peress li d-diskrepanzi ta' entità ibrida li jinvolvu pajjiżi terzi jistgħu jwasslu għal tnaqqis doppju jew għal tnaqqis mingħajr inklużjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom l-Istat Membru kkonċernat jew jiċħad it-tnaqqis ta' pagament, spiża jew telf jew jirrikjedi li l-kontribwent jinkludi l-pagament fid-dħul taxxabbli tiegħu, skont ma jkun il-każ.
(15)  Peress li d-diskrepanzi ta' entità ibrida li jinvolvu pajjiżi terzi f'bosta każijiet iwasslu għal tnaqqis doppju jew għal tnaqqis mingħajr inklużjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom l-Istat Membru kkonċernat jew jiċħad it-tnaqqis ta' pagament, spiża jew telf jew jirrikjedi li l-kontribwent jinkludi l-pagament fl-introjtu taxxabbli tiegħu, skont ma jkun il-każ.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Trasferimenti ibridi jistgħu jwasslu għal differenza fit-trattament tat-taxxa jekk, bħala riżultat ta' trasferiment ta' strument finanzjarju taħt arranġament strutturat, ir-redditu sottostanti fuq dak l-istrument huwa trattat bħala derivat simultanjament minn aktar minn waħda mill-partijiet għall-arranġament. Ir-redditu sottostanti huwa l-intorjtu relatat mal-istrument trasferit u d-derivat minnu. Din id-differenza fit-trattament tat-taxxa tista' twassal għal tnaqqis mingħajr inklużjoni jew għal kreditu tat-taxxa f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti għall-istess taxxa miżmuma fis-sors. Diskrepanzi bħal dawn għandhom għalhekk jiġu eliminati. Fil-każ ta' tnaqqis mingħajr inklużjoni għandhom japplikaw l-istess regoli bħal dawk għan-newtralizzar ta' strument finanzjarju ibridu jew diskrepanza ta' entità ibrida li jwasslu għal tnaqqis mingħajr inklużjoni. Fil-każ ta' kreditu tat-tassazzjoni doppju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jillimita l-benefiċċju tal-kreditu tat-taxxa fi proporzjon mal-introjtu taxxabbli nett fir-rigward tar-redditu sottostanti.
(17)  Trasferimenti ibridi jistgħu jwasslu għal differenza fit-trattament tat-taxxa jekk, bħala riżultat ta' trasferiment ta' strument finanzjarju, ir-redditu sottostanti fuq dak l-istrument huwa trattat bħala derivat simultanjament minn aktar minn waħda mill-partijiet għall-arranġament. Ir-redditu sottostanti huwa l-intorjtu relatat mal-istrument trasferit u d-derivat minnu. Din id-differenza fit-trattament tat-taxxa tista' twassal għal tnaqqis mingħajr inklużjoni jew għal kreditu tat-taxxa f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti għall-istess taxxa miżmuma fis-sors. Diskrepanzi bħal dawn għandhom għalhekk jiġu eliminati. Fil-każ ta' tnaqqis mingħajr inklużjoni għandhom japplikaw l-istess regoli bħal dawk għan-newtralizzar ta' strument finanzjarju ibridu jew diskrepanza ta' entità ibrida li jwasslu għal tnaqqis mingħajr inklużjoni. Fil-każ ta' kreditu tat-tassazzjoni doppju, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jillimita l-benefiċċju tal-kreditu tat-taxxa fi proporzjon mal-introjtu taxxabbli nett fir-rigward tar-redditu sottostanti.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Diskrepanzi importati jċaqilqu l-effett ta' diskrepanza ibrida bejn partijiet f'pajjiżi terzi lejn il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru bl-użu ta' strument mhux ibridu u b'hekk tiddgħajjef l-effettività tar-regoli li jinnewtralizzaw diskrepanzi ibridi. Pagament li jista' jitnaqqas fi Stat Membru jista' jintuża għall-finanzjament ta' spiża taħt arranġament strutturat li jinvolvi diskrepanza ibrida bejn pajjiżi terzi. Biex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi importati, jeħtieġ li jiġu inklużi regoli li ma jħallux it-tnaqqis ta' pagament jekk l-introjtu korrispondneti minn dak il-pagament ikun kumpensat, direttament jew indirettament, bi tnaqqis li jirriżulta taħt arranġament ta' diskrepanza ibrida li jagħti lok għal tnaqqis doppju jew għal tnaqqis mingħajr inklużjoni bejn pajjiżi terzi.
(19)  Diskrepanzi importati jċaqilqu l-effett ta' diskrepanza ibrida bejn partijiet f'pajjiżi terzi lejn il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru bl-użu ta' strument mhux ibridu u b'hekk tiddgħajjef l-effettività tar-regoli li jinnewtralizzaw diskrepanzi ibridi. Pagament li jista' jitnaqqas fi Stat Membru jista' jintuża għall-finanzjament ta' spiża taħt arranġament strutturat li jinvolvi diskrepanza ibrida bejn pajjiżi terzi. Biex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi importati, jeħtieġ li jiġu inklużi regoli li ma jħallux it-tnaqqis ta' pagament jekk l-introjtu korrispondenti minn dak il-pagament ikun kumpensat, direttament jew indirettament, bi tnaqqis li jirriżulta taħt arranġament ta' diskrepanza ibrida jew arranġament relatat li jagħti lok għal tnaqqis doppju jew għal tnaqqis mingħajr inklużjoni bejn pajjiżi terzi.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tittejjeb ir-reżiljenza tas-suq intern globali kontra l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi. Dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, peress li s-sistemi għat-taxxa korporattiva nazzjonali huma differenti u azzjoni indipendenti mill-Istati Membri sempliċiment tirreplika biss il-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern fit-tassazzjoni diretta. B'hekk din tkun tippermetti li jippersistu l-ineffiċjenzi u d-distorsjonijiet fl-interazzjoni ta' miżuri nazzjonali distinti. Għalhekk, dan jirriżulta f'nuqqas ta' koordinazzjoni. Dak l-objettiv jista' minflok jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba n-natura transfruntiera tal-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi u l-ħtieġa li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern globali. Għalhekk l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv. Bl-istabbiliment tal-livell meħtieġ ta' protezzjoni għas-suq intern, din id-Direttiva timmira biss li tikseb il-livell essenzjali ta' koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tagħha.
(21)  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tittejjeb ir-reżiljenza tas-suq intern globali kontra d-diskrepanzi ibridi. Dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, peress li s-sistemi għat-taxxa korporattiva nazzjonali huma differenti u azzjoni indipendenti mill-Istati Membri sempliċiment tirreplika biss il-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern fit-tassazzjoni diretta. B'hekk din tkun tippermetti li jippersistu l-ineffiċjenzi u d-distorsjonijiet fl-interazzjoni ta' miżuri nazzjonali distinti. Għalhekk, dan jirriżulta f'nuqqas ta' koordinazzjoni. Dak l-objettiv jista' minflok jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, minħabba n-natura transfruntiera tad-diskrepanzi ibridi u l-ħtieġa li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern globali. Għalhekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fosthom il-bidla minn approċċ ta' entità separata għal approċċ unitarju rigward it-tassazzjoni tal-impriżi multinazzjonali. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv. Bl-istabbiliment tal-livell meħtieġ ta' protezzjoni għas-suq intern, din id-Direttiva timmira biss li tikseb il-livell essenzjali ta' koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tagħha.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdid)
(21a)   Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u ċara, jenħtieġ li tiġi enfasizzata l-konsistenza mar-rakkomandazzjonijiet inklużi fil-pubblikazzjoni tal-OECD bl-isem "In-newtralizzar tal-Effetti tal-Arranġamenti tad-Diskrepanzi Ibridi, Azzjoni 2 - Rapport Finali 2015".
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni,
(23)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 23a (ġdid)
(23a)   L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jikkondividu l-informazzjoni kunfidenzjali rilevanti kollha u l-aħjar prattiki bl-għan li jiġġieldu d-diskrepanzi tat-taxxa u jiżguraw li d-Direttiva (UE) 2016/1164 tiġi implimentata b'mod uniformi.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
(-1)   Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"L-Artikolu -9a għandu japplika wkoll għall-entitajiet kollha li huma ttrattati bħala trasparenti għall-finijiet ta' taxxa minn Stat Membru."
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 4 – subparagrafu 3
(a)   fil-punt (4), it-tielet subparagrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:
imħassar
"Għall-finijiet tal-Artikolu 9 impriża assoċjata tfisser ukoll entità li hija parti mill-istess grupp konsolidat għal finijiet ta' kontabbiltà finanzjarja bħall-kontribwent, impriża li fiha l-kontribwent għandu influwenza sinifikattiva fil-ġestjoni jew impriża li għandha influwenza sinifikanti fil-ġestjoni tal-kontribwent. Fejn id-diskrepanza tinvolvi entità ibrida, id-definizzjoni ta' impriża assoċjata hija modifikata biex ir-rekwiżit ta' 25 fil-mija jiġi sostitwit b'rekwiżit ta' 50 fil-mija";
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 4 – subparagrafu 3
(aa)   fil-punt 4, it-tielet subparagrafu huwa mħassar;
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
"(9) "diskrepanza ibrida" tfisser sitwazzjoni bejn kontribwent u impriża assoċjata jew arranġament strutturat bejn partijiet f'ġurisdizzjonijiet tat-taxxa differenti fejn kwalunkwe wieħed mill-eżiti li ġejjin huwa attribwibbli għal differenzi fil-karatterizzazzjoni legali ta' strument jew entità finanzjarji, jew fit-trattament ta' preżenza kummerċjali bħala stabbiliment permanenti:
'(9) "diskrepanza ibrida" tfisser sitwazzjoni bejn kontribwent u entità oħra fejn kwalunkwe wieħed mill-eżiti li ġejjin huwa attribwibbli għal differenzi fil-karatterizzazzjoni legali ta' strument finanzjarju jew pagament li sar skontu, jew huwa r-riżultat ta' differenzi fir-rikonoxximent ta' pagamenti li saru lil, jew pagamenti, spejjeż jew telf imġarrba minn, entità ibrida jew stabbiliment permanenti, jew ir-riżultat ta' differenzi fir-rikonoxximent ta' pagament meqjus li sar bejn żewġ partijiet tal-istess kontribwent jew fir-rikonoxximent ta' preżenza kummerċjali bħala stabbiliment permanenti:"
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  tnaqqis ta' pagament mill-bażi taxxabbli fil-ġurisdizzjoni fejn il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa tal-istess pagament fil-ġurisdizzjoni l-oħra ("tnaqqis mingħajr inklużjoni");
(b)  tnaqqis ta' pagament mill-bażi taxxabbli fi kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn il-pagament huwa ttrattat li sar ("il-ġurisdizzjoni tal-pagatur") mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa tal-istess pagament fi kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra fejn il-pagament huwa ttrattat bħala riċevut ("il-ġurisdizzjoni tal-benefiċjarju") ("tnaqqis mingħajr inklużjoni");
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  f'każ ta' differenzi fit-trattament ta' preżenza kummerċjali bħala stabbiliment permanenti, nontassazzjoni ta' introjtu li għandu s-sors tiegħu f'ġurisdizzjoni mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa tal-istess introjtu fil-ġurisdizzjoni l-oħra ("nontassazzjoni mingħajr inklużjoni").
(c)  f'każ ta' differenzi fir-rikonoxximent ta' preżenza kummerċjali bħala stabbiliment permanenti, nontassazzjoni ta' introjtu li għandu s-sors tiegħu f'ġurisdizzjoni mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa tal-istess introjtu fil-ġurisdizzjoni l-oħra ("nontassazzjoni mingħajr inklużjoni");
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   pagament lil entità ibrida jew stabbiliment permanenti li jagħti lok għal tnaqqis mingħajr inklużjoni meta d-diskrepanza tkun attribwibbli għal differenzi fir-rikonoxximent tal-pagamenti magħmula lill-istabbiliment permanenti jew lill-entità ibrida;
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)   pagament li jwassal għal tnaqqis mingħajr inklużjoni b'riżultat ta' pagament lil stabbiliment permanenti injorat.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9 – subparagrafu 2
Diskrepanza ibrida tirriżulta biss sal-punt li l-istess pagament imnaqqas, l-ispiża li saret jew it-telf imġarrab f'żewġ ġurisdizzjonijiet jaqbżu l-ammont ta' introjtu li huwa inkluż fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet u li jista' jiġi attribwit għall-istess sors.
Diskrepanza ibrida li hija r-riżultat ta' differenzi fir-rikonoxximent ta' pagamenti, spejjeż jew telf imġarrba minn entità ibrida jew stabbiliment permanenti jew hija r-riżultat ta' differenzi fir-rikonoxximent ta' pagament meqjus bejn żewġ partijiet tal-istess kontribwent, tirriżulta biss sal-punt li t-tnaqqis li jirriżulta fil-ġurisdizzjoni ta' oriġini huwa paċut ma' entrata mhux inkluża fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet fejn tkun tfaċċat id-diskrepanza. Madankollu, f'każ li l-pagament li jwassal għal dik id-diskrepanza ibrida jwassal ukoll għal diskrepanza ibrida li hija attribwibbli għal differenzi fil-karatterizzazzjoni legali ta' strument finanzjarju jew ta' pagament li sar skontu, jew li hija r-riżultat ta' differenzi fir-rikonoxximent ta' pagamenti li saru lil entità ibrida jew lil stabbiliment permanenti, id-diskrepanza ibrida tirriżulta biss sal-punt li l-pagament iwassal għal tnaqqis mingħajr inklużjoni.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
Diskrepanza ibrida tinkludi wkoll it-trasferiment ta' strument finanzjarju taħt arranġament strutturat li jinvolvi lil kontribwent fejn ir-redditu sottostanti fuq l-istrument finanzjarju trasferit huwa trattat għal finijiet ta' taxxa bħala derivat simultanjament minn aktar minn waħda mill-partijiet għall-arranġament, li huma residenti għal finijiet ta' taxxa f'ġurisdizzjonijiet differenti, li jwassal għal kwalunkwe wieħed mill-eżiti li ġejjin:
Diskrepanza ibrida tinkludi wkoll it-trasferiment ta' strument finanzjarju li jinvolvi lil kontribwent fejn ir-redditu sottostanti fuq l-istrument finanzjarju trasferit huwa trattat għal finijiet ta' taxxa bħala derivat simultanjament minn aktar minn waħda mill-partijiet għall-arranġament, li huma residenti għal finijiet ta' taxxa f'ġurisdizzjonijiet differenti, li jwassal għal kwalunkwe wieħed mill-eżiti li ġejjin:
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9a (ġdid)
(ba)   jiżdied il-punt li ġej:
"(9a) "entità ibrida" tfisser kwalunkwe entità jew arranġament li jitqiesu bħala persuna għall-finijiet ta' taxxa skont il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni waħda u li l-introjtu u l-ispiża tagħhom huma ttrattati bħala introjtu jew spiża ta' persuna waħda jew aktar skont il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni oħra;"
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bb (ġdid)
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 9b (ġdid)
(bb)   jiżdied il-punt li ġej:
"(9b) "stabbiliment permanenti injorat" tfisser kwalunkwe arranġament li jiġi ttrattat bħala li jwassal għal stabbiliment permanenti skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju prinċipali u li mhuwiex ittrattat bħala li jwassal għal stabbiliment permanenti skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni fejn ikun jinsab l-istabbiliment permanenti;"
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 11
(11)   “arranġament strutturat” tfisser arranġament li jinvolvi diskrepanza ibrida fejn id-diskrepanza hija pprezzata fit-termini tal-arranġament jew arranġament li tfassal biex jipproduċi eżitu ta' diskrepanza ibrida, ħlief jekk il-kontribwent jew impriża assoċjata ma setax ikun raġonevolment mistenni minnhom li jkunu konxji tad-diskrepanza ibrida u ma kkondividewx fil-valur tal-benefiċċju tat-taxxa li jirriżulta mid-diskrepanza ibrida.”;
imħassar
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 2 – punt 11a (ġdid)
(ca)   jiżdied il-punt li ġej:
"(11a) "il-ġurisdizzjoni tal-pagatur" tfisser il-ġurisdizzjoni fejn entità ibrida jew stabbiliment permanenti huma stabbiliti jew fejn il-pagament jiġi ttrattat bħala magħmul;"
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Sal-punt li diskrepanza ibrida bejn Stati Membri tirriżulta fi tnaqqis doppju tal-istess pagament, spiża jew telf, it-tnaqqis għandu jingħata biss fl-Istat Membru fejn tali pagament għandu s-sors tiegħu, fejn isiru l-ispejjeż jew fejn jiġi mġarrab it-telf.
1.  Sal-punt li diskrepanza ibrida tirriżulta fi tnaqqis doppju tal-istess pagament, spiża jew telf, it-tnaqqis għandu jkun miċħud fl-Istat Membru li jkun il-ġurisdizzjoni tal-investitur.
Sal-punt li diskrepanza ibrida li tinvolvi pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis doppju tal-istess pagament, spiża jew telf, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiċħad it-tnaqqis ta' tali pagament, spiża jew telf, ħlief jekk il-pajjiż terz ma jkunx diġà għamel dan.
F'każ li t-tnaqqis ma jiġix miċħud fil-ġurisdizzjoni tal-investitur, it-tnaqqis għandu jiġi miċħud fil-ġurisdizzjoni tal-pagatur. Sal-punt li jkun involut pajjiż terz, l-oneru tal-provi li t-tnaqqis ġie miċħud minn dak il-pajjiż terz għandu jinkombi fuq il-kontribwent.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Sal-punt li diskrepanza ibrida bejn Stati Membri tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru tal-pagatur għandu jiċħad it-tnaqqis ta' tali pagament.
2.  Sal-punt li diskrepanza ibrida tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni, it-tnaqqis għandu jiġi miċħud fl-Istat Membru li huwa l-ġurisdizzjoni tal-pagatur ta' tali pagament. Fejn it-tnaqqis ma jiġix miċħud fil-ġurisdizzjoni tal-pagatur, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi l-ammont tal-pagament li nkella jwassal għal diskrepanza fl-introjtu fil-ġurisdizzjoni tal-benefiċjarju.
Sal-punt li diskrepanza ibrida li tinvolvi pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni:
(i)   jekk il-pagament għandu s-sors tiegħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiċħad it-tnaqqis, jew
(ii)   jekk il-pagament għandu s-sors tiegħu f'pajjiż terz, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi tali pagament fil-bażi taxxabbli, ħlief jekk il-pajjiż terz ma ċaħadx diġà it-tnaqqis jew talab li l-pagament ikun inkluż.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Sal-punt li diskrepanza ibrida bejn Stati Membri li tinvolvi stabbiliment permanenti tirriżulta f'nontassazzjoni mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru li fih il-kontribwent huwa residenti għal finijiet ta' taxxa għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi fil-bażi taxxabbli l-introjtu attribwit lill-istabbiliment permanenti.
3.  Sal-punt li diskrepanza ibrida tinvolvi introjtu ta' stabbiliment permanenti injorat li mhuwiex soġġett għal taxxa fl-Istat Membru li fih huwa residenti l-kontribwent għall-finijiet ta' taxxa, dak l-Istat Membru għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi fl-introjtu taxxabbli tiegħu l-introjtu li nkella jkun attribwit lill-istabbiliment permanenti injorat.
Sal-punt li diskrepanza ibrida li tinvolvi stabbiliment permanenti li jkun jinsab f'pajjiż terz tirriżulta f'nontassazzjoni mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi fil-bażi taxxabbli l-introjtu attribwit lill-istabbiliment permanenti fil-pajjjiż terz.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu tnaqqis għal kwalunkwe pagament minn kontribwent sal-punt li tali pagament jiffinanzja, direttament jew indirettament, spiża deduċibbli li twassal għal diskrepanza ibrida permezz ta' tranżazzjoni jew serje ta' tranżazzjonijiet.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Sal-punt li pagament minn kontribwent lil impriża assoċjata f'pajjiż terz huwa kumpensat direttament jew indirettament b'pagament, spiża jew telf li minħabba d-diskrepanza ibrida jistgħu jitnaqqsu f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti barra l-Unjoni, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament mill-kontribwent lil impriża assoċjata f'pajjiż terz mill-bażi taxxabbli, ħlief jekk wieħed mill-pajjiżi terzi involuti ma jkunx diġà ċaħad it-tnaqqis tal-pagament, spiża jew telf li jkunu jistgħu jitnaqqsu f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti.
4.  Sal-punt li pagament minn kontribwent lil entità f'pajjiż terz huwa kumpensat direttament jew indirettament b'pagament, spiża jew telf li minħabba d-diskrepanza ibrida jistgħu jitnaqqsu f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti barra l-Unjoni, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament mill-kontribwent f'pajjiż terz mill-bażi taxxabbli, ħlief jekk wieħed mill-pajjiżi terzi involuti ma jkunx diġà ċaħad it-tnaqqis tal-pagament, spiża jew telf li jkunu jistgħu jitnaqqsu f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9 – paragrafu 5
5.  Sal-punt li l-inklużjoni korrispondenti ta' pagament li jista' jitnaqqas minn kontribwent lil impriża assoċjata f'pajjiż terz hija kumpensata direttament jew indirettament b'pagament li minħabba diskrepanza ibrida ma jkunx inkluż mill-benefiċjarju fil-bażi taxxabbli tiegħu, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament mill-kontribwent lil impriża assoċjata f'pajjiż terz mill-bażi taxxabbli, ħlief jekk wieħed mill-pajjiżi terzi involuti ma ċaħadx diġà t-tnaqqis tal-pagament mhux inkluż.
5.  Sal-punt li l-inklużjoni korrispondenti ta' pagament li jista' jitnaqqas minn kontribwent f'pajjiż terz hija kumpensata direttament jew indirettament b'pagament li minħabba diskrepanza ibrida ma jkunx inkluż mill-benefiċjarju fil-bażi taxxabbli tiegħu, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament mill-kontribwent f'pajjiż terz mill-bażi taxxabbli, ħlief jekk wieħed mill-pajjiżi terzi involuti ma ċaħadx diġà t-tnaqqis tal-pagament mhux inkluż.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu -9a (ġdid)
(3a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu -9a
Diskrepanzi ibridi bil-maqlub
Meta waħda jew aktar mill-entitajiet mhux residenti li jkollhom sehem ta' profitt f'entità ibrida inkorporata jew stabbilita fi Stat Membru jkunu jinsabu f'ġuriżdizzjoni jew ġurisdizzjonijiet li jqisu l-entità ibrida bħala persuna taxxabbli, l-entità ibrida għandha titqies bħala resident ta' dak l-Istat Membru u għandha tiġi intaxxata fuq l-introjtu tagħha sal-punt li l-introjtu ma jiġix intaxxat b'mod ieħor skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jew ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra."
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2016/1164
Artikolu 9a – paragrafu 1
Sal-punt li pagament, spiża jew telf ta' kontribwent li huwa residenti għal finijiet ta' taxxa kemm fi Stat Membru kif ukoll f'pajjiż terz, skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru u ta' dak il-pajjiż terz, jistgħu jitnaqqsu mill-bażi taxxabbli fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet u li dak il-pagament, l-ispejjeż jew it-telf jistgħu jiġu kumpensati fl-Istat Membru tal-kontribwent b'introjtu taxxabbli li mhux inkluż fil-pajjiż terz, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament, l-ispiża jew it-telf, ħlief jekk il-pajjiż terz mhux diġà għamel dan.
Sal-punt li pagament, spiża jew telf ta' kontribwent li huwa residenti għal finijiet ta' taxxa kemm fi Stat Membru kif ukoll f'pajjiż terz, skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru u ta' dak il-pajjiż terz, jistgħu jitnaqqsu mill-bażi taxxabbli fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet u li dak il-pagament, l-ispejjeż jew it-telf jistgħu jiġu kumpensati fl-Istat Membru tal-kontribwent b'introjtu taxxabbli li mhux inkluż fil-pajjiż terz, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament, l-ispiża jew it-telf, ħlief jekk il-pajjiż terz mhux diġà għamel dan.Din iċ-ċaħda ta' tnaqqis għandha tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet meta kontribwent ikun "apolidu" għal finijiet ta' taxxa. L-oneru tal-provi sabiex jintwera li l-pajjiż terz ikun ċaħad it-tnaqqis tal-pagament, l-ispiża jew it-telf għandu jinkombi fuq il-kontribwent.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0408.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0457.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0310.


Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn id-Danimarka u l-Europol *
PDF 259kWORD 50k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Europol (07281/2017 – C8-0120/2017 – 2017/0803(CNS))
P8_TA(2017)0136A8-0164/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07281/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikoli l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0120/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(2), kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/290(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(4), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-President tal-Kummissjoni u mill-Prim Ministru tad-Danimarka tal-15 ta' Diċembru 2016, li enfasizzat il-ħtiġijiet operattivi, iżda wkoll in-natura eċċezzjonali u transitorja, tal-arranġament previst bejn l-Europol u d-Danimarka,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, li enfasizzat li l-arranġament previst huwa kundizzjonali fuq is-sħubija kontinwa tad-Danimarka fl-Unjoni u fiż-żona ta' Schengen, fuq l-obbligu tad-Danimarka li sal-1 ta' Mejju 2017 timplimenta b'mod sħiħ fid-dritt Daniż id-Direttiva (UE) 2016/680(5) dwar il-protezzjoni tad-data fi kwistjonijiet marbuta mal-pulizija, u fuq il-qbil tad-Danimarka dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-kompetenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tar-referendum Daniż tat-3 ta' Diċembru 2015 b'rabta mal-Protokoll Nru 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(6) u b’mod partikolari t-talba fil-paragrafu 4 tagħha li l-arranġament futur bejn l-Europol u r-Renju tad-Danimarka jkollu data ta’ skadenza ta’ ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ, sabiex tiġi żgurata n-natura transitorja tiegħu bil-ħsieb li jsir arranġament aktar permanenti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0164/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;

4.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li, bħala parti mill-valutazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Europol, il-Parlament Ewropew jiġi informat u kkonsultat regolarment, b'mod partikolari permezz tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għall-Europol li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/794(7);

5.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jeżawrixxu l-possibilitajiet kollha fid-dritt primarju u sekondarju ħalli mill-ġdid joffru lid-Danimarka sħubija sħiħa fl-Europol;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.

(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.
(3) ĠU L 42, 18.2.2017, p. 17.
(4) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0023.
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).


Nomina ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri
PDF 241kWORD 46k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0110/2017 – 2017/0802(NLE))
P8_TA(2017)0137A8-0166/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0110/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0166/2017),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidata proposta, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' April 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidata proposta mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


Rapport Annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2015
PDF 423kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015 (2016/2098(INI))
P8_TA(2017)0138A8-0161/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2015 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2015 u r-Rapport Statistiku 2015 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport 2015 dwar is-Sostenibbiltà, ir-Rapport 2015 dwar Valutazzjoni fuq 3 Pilastri għall-Operazzjonijiet tal-BEI fi ħdan l-UE u r-Rapport 2015 dwar ir-Riżultati barra l-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kumitat tal-Verifika għas-sena 2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 dwar l-Attivitajiet Kontra l-Frodi tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2015 u r-Rapport tal-2015 dwar il-Governanza Korporattiva,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2015 tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità tal-BEI,

–  wara li kkunsidra l-Pjanijiet Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2014-2016, 2015-2017, 2016-2018 u l-Pjan Korporattiv tal-Operat tal-FEI 2014-2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI u l-Protokoll Nru 28 tiegħu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2012(1), dik tat-30 ta' April 2015 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment – Rapport Annwali 2013(2), u dik tat-28 ta' April 2016 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2014(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013(4) u d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 670/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2012, li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 - 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija(6) (b'rabta mal-fażi pilota għall-Inizjattiva dwar bonds li jiffinanzjaw proġetti Ewropa 2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ''Pjan ta' Investiment għall-Ewropa'' (COM(2014)0903),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2015 bit-titolu "Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa" (COM(2015)0361 final),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid, Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" (COM(2016)0359),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597, SWD(2016)0297) u SWD(2016)0298),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI tal-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-proposta għal regolament biex jiżdied u jiġi estiż il-FEIS,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 19/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "Implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013",

–  wara li kkunsidra l-verifika ad hoc ta' Ernst & Young tat-8 ta' Novembru 2016 tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 ("ir-Regolament dwar il-FEIS"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku ta' Settembru 2016 bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Ombudsman Ewropew lill-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-22 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0161/2017),

A.  billi l-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-iżvilupp reġjonali tal-UE permezz ta' strumenti ta' investiment iddedikati bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u servizzi ta' konsulenza;

B.  billi l-BEI, bħala l-akbar mutwanti pubbliku fid-dinja, jopera fis-swieq kapitali internazzjonali, filwaqt li joffri termini kompetittivi lill-klijenti u kundizzjonijiet favorevoli biex jiġu appoġġjati l-politiki u l-proġetti tal-UE;

C.  billi l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jenħtieġ li jkollhom rwol ewlieni billi jikkomplementaw l-interventi tal-BEI bħala l-veikolu speċjalizzat tal-UE għall-kapital ta' riskju u garanziji mmirati primarjament lejn l-appoġġ tal-SMEs u l-integrazzjoni Ewropea u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali;

D.  billi hemm tliet rapporti differenti maħruġa fil-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-BEI: rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-BEI (imħejji mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Baġits), rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI (imħejji mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit), u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-FEIS (imħejji mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Baġits);

E.  billi d-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-BEI inklużi fil-kuntratti ffirmati bejn il-Grupp tal-BEI u l-kontropartijiet tiegħu fihom salvagwardji kontra r-riskji tal-frodi, inklużi l-frodi fiskali u l-ħasil tal-flus, u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; billi l-BEI għandu jesiġi li l-kontropartijiet tiegħu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha; billi jenħtieġ li l-BEI jimponi dispożizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ta' trasparenza u integrità abbażi tar-riżultati tad-diliġenza dovuta;

F.  billi l-BEI jaġixxi bħala l-fergħa implimentattiva tal-istrateġija u l-inizjattivi ewlenin tal-UE 2020 billi jiżgura l-użu ta' investiment pubbliku fis-sostituzzjoni jew il-korrezzjoni ta' diskrepanzi fis-suq finanzjarju u billi jiskatta motivaturi ġodda għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-UE;

G.  billi l-effett katalitiku tal-ġbir ta' fondi tal-BEI jikkostitwixxi element ewlieni biex jiġi definit il-valur miżjud tal-UE u jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' attur ewlieni madwar id-dinja bl-attributi kollha ta' ekonomija ta' klassi mondjali f'termini ta' kompetittività, innovazzjoni, infrastruttura u attrattiva;

H.  billi l-investimenti tal-BEI jikkostitwixxu pakkett ta' stimolu ekonomiku biex l-UE ssir mgħammra aħjar biex tibqa' post ta' opportunitajiet u tissodisfa l-isfidi ta' kompetizzjoni ekonomika globalizzata;

I.  billi l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa huwa parti minn strateġija usa' mmirata lejn it-treġġigħ lura tax-xejra negattiva osservata fl-investiment pubbliku u privat permezz tal-mobilizzazzjoni ta' likwidità finanzjarja ġdida u privata li trid tiġi injettata fl-ekonomija reali bil-għan li jitrawmu investimenti strateġiċi u sostenibbli fit-tul fl-Unjoni kollha;

J.  billi bħalissa hemm għadd dejjem akbar ta' strumenti finanzjarji mfassla u promossi mill-BEI – minn PPPs għat-titolizzazzjoni; billi strumenti bħal dawn jirriskjaw li jiġġeneraw is-soċjalizzazzjoni tat-telf u l-privatizzazzjoni tal-profitti;

K.  billi l-finanzjament ta' operazzjonijiet mill-BEI barra mill-UE jappoġġja primarjament l-objettivi ta' politika esterna tal-UE, filwaqt li jespandi l-viżibbiltà u l-valuri tal-Unjoni u jikkontribwixxi għaż-żamma tal-istabbiltà ta' pajjiżi terzi;

L.  billi jenħtieġ li tiġi ffokata attenzjoni kontinwa fuq l-iżvilupp tal-aħjar prattiki relatati mal-politika tal-prestazzjoni u l-ġestjoni tal-BEI, kif ukoll il-governanza tajba u t-trasparenza;

M.  billi l-BEI jenħtieġ li jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu triple-A bħala assi fundamentali tal-mudell ta' negozju tiegħu u portafoll ta' assi solidi u ta' kwalità għolja bi proġetti ta' investiment sod fl-implimentazzjoni tal-FEIS;

N.  billi l-BEI għadu ma wettaqx il-miżuri kollha meħtieġa bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali tal-BEI fis-snin preċedenti;

It-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika ta' investiment tal-BEI

1.  Jinnota li EUR 77,5 biljun tal-operazzjonijiet ġew iffirmati fl-2015 (meta mqabbla ma' EUR 77 biljun fl-2014), li minnhom EUR 69,7 biljun marru għall-Istati Membri tal-UE u EUR 7,8 biljun marru barra mill-UE;

2.  Jilqa' r-rapporti annwali tal-BEI għall-2015 u l-kisbiet tiegħu ppreżentati fih, u l-isforzi miksuba għal preżentazzjoni aħjar u għar-rapportar tal-kontribuzzjoni (jew l-addizzjonalità) u r-riżultati tal-BEI;

3.  Ifakkar it-talba tal-Parlament li jippreżenta rapport annwali aktar komprensiv u armonizzat għal ħarsa ġenerali u evalwazzjoni kwalitattivi aħjar tal-attivitajiet globali u l-prijoritajiet ta' self tal-BEI; jinsisti li l-BEI jkompli jirfina u jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali konkret u miksub, kif ukoll il-valur miżjud, tal-operazzjonijiet tiegħu fl-Istati Membri u barra mill-UE;

4.  Jenfasizza li l-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-BEI jridu jkunu parti minn u konsistenti b'mod stabbli mal-istrateġija ġenerali u l-oqsma politiċi ta' prijorità tal-UE kif definiti fl-istrateġija Ewropa 2020, il-Faċilità għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, filwaqt li jiġu applikati l-kriterji tal-effiċjenza ekonomika, soċjali, finanzjarja u ambjentali fl-għażla tal-proġetti, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-politika tal-UE;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ppreżentati riżultati konkreti u konċiżi dwar kif l-investimenti esterni tal-BEI kkontribwew għall-kisba tal-prijoritajiet tal-UE u l-iżvilupp tal-bini tal-kapaċità fir-reġjuni;

6.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-BEI jkompli l-isforzi tiegħu biex jegħleb il-lakuni settorjali, fl-investiment u fis-suq u jinvesti fi proġetti u operazzjonijiet li jkollhom valur miżjud reali biex tinkiseb koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar fl-UE, ambjent ta' investiment aktar b'saħħtu, aktar impjiegi u r-ritorn ta' tkabbir sostenibbli fl-UE kollha;

7.  Ifakkar li l-appoġġ tal-irkupru ekonomiku, it-tkabbir sostenibbli u koeżjoni aktar b'saħħitha jikkostitwixxi objettiv prevalenti u li l-BEI jenħtieġ li jantiċipa aħjar l-isfidi strutturali, b'mod partikolari dawk relatati mar-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa u l-ekonomija diġitali u bbażata fuq l-għarfien, sabiex jiġu ġġenerati opportunitajiet ekonomiċi ġodda, l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari u użu aħjar ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'konformità mal-għanijiet tal-politiki dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija; jenfasizza li l-proċess ta' reindustrijalizzazzjoni għandu jsir filwaqt li titqies il-ħtieġa li jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja, minn naħa waħda, u d-diversi sitwazzjonijiet li jikkaratterizzaw l-ekonomija Ewropea, min-naħa l-oħra, iżda dejjem bl-attenzjoni dovuta għall-ambjent u s-saħħa tal-ħaddiema u l-membri tal-pubbliku;

8.  Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jagħti attenzjoni sistematikament għall-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali fuq perjodu medju u fit-tul meta jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' investiment u d-deċiżjonijiet ta' finanzjament tiegħu, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti transfruntieri; iqis li hemm bżonn li l-BEI jinvesti fi proġetti sostenibbli ta' importanza sistemika fit-tul – kemm fuq skala kbira u kemm fuq skala żgħira – li joħolqu valur miżjud fil-livell reġjonali kif ukoll f'dak tal-UE;

9.  Jenfasizza li s-saħħa ta' proġetti ffinanzjati għandha, minnha nfisha, tiġi evalwata mhux biss f'termini ta' rilevanza ekonomika iżda anke b'enfasi daqstant qawwija fuq is-sostenibilità ambjentali u soċjali, kif ukoll fuq l-importanza politika, transfruntiera u reġjonali ta' dawn il-proġetti; ifakkar li l-prijoritizzazzjoni fl-attivitajiet ta' self tal-BEI fuq proġetti b'riżultati tanġibbli ċari u sostenibbli u b'impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi trid tibqa' tikkostitwixxi l-prinċipju ta' gwida ewlieni;

10.  Jirrikonoxxi li l-BEI huwa attur ewlieni meħtieġ biex jingħata nifs ġdid lill-ekonomija tal-UE, tingħata spinta lill-impjiegi, jiżdiedu ċ-ċifri tat-tkabbir fl-Istati Membri u jiżdiedu kemm jista' jkun l-effikaċja u l-valur għall-flus tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, bl-użu ta' strumenti rotanti, jiġifieri permezz ta' effett multiplikatur ta' fondi ta' garanzija u mobilizzazzjoni;

11.  Jemmen li hemm bżonn tiġi żgurata strateġija ta' finanzjament tal-UE reżiljenti, sostenibbli u stabbli biex jitħaffef l-irkupru ekonomiku, tingħata spinta lill-impjiegi u tingħata għajnuna lil ċerti setturi ekonomiċi u reġjuni ġeografiċi inqas żviluppati biex ilaħħqu ma' dan ir-ritmu; ifakkar fil-ħtieġa li ssir enfasi fuq investiment produttiv li jagħmel differenza, speċjalment fuq medda twila ta' żmien, u li jkun hemm tisħiħ fis-settur primarju, ir-riċerka, l-infrastruttura u l-impjiegi; jemmen li l-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-merti tagħhom, il-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw valur miżjud għall-UE kollha kemm hi, u addizzjonalità reali, possibbilment bi profil ta' riskju ogħla;

12.  Itenni, f'dan ir-rigward, li għandha tiġi ppubblikata aktar informazzjoni dwar in-natura preċiża tal-proġetti individwali ffinanzjati direttament jew indirettament permezz tal-attivitajiet ta' self tal-BEI, u, b'mod partikolari, dwar il-valur miżjud u l-impatt ekonomiku li jkun mistenni jkollhom fuq kull Stat Membru;

13.  Itenni t-tħassib tal-Parlament dwar id-definizzjoni ta' strateġija bilanċjata b'distribuzzjoni ġeografika dinamika, ġusta u trasparenti tal-proġetti u l-investimenti fost l-Istati Membri, filwaqt li tiqies l-enfasi speċjali fuq il-pajjiżi u r-reġjuni inqas żviluppati; josserva li 73 % tas-self totali tal-BEI għall-2015 (EUR 51 biljun) huwa kkonċentrat f'sitt Stati Membri, li juri li mhux l-Istati Membri jew ir-reġjuni kollha huma kapaċi jibbenefikaw bl-istess mod minn opportunitajiet ta' investiment;

14.  Jappoġġja l-inizjattivi tal-BEI biex jipprovdi assistenza teknika konġunta fuq il-post lill-awtoritajiet maniġerjali u l-intermedjarji finanzjarji, inkluż taħriġ immirat fil-pjattaforma fi-compass;

15.  Jistieden lill-BEI jtejjeb il-politika ta' komunikazzjoni tiegħu mal-partijiet ikkonċernati potenzjali u l-investituri privati dwar is-sorsi u l-istrumenti ta' finanzjament disponibbli, u maċ-ċittadini dwar ir-riżultati miksuba;

16.  Jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jintensifikaw it-tixrid tal-possibbiltajiet ta' finanzjament li joffru, kif ukoll l-appoġġ u l-konsulenza tagħhom, biex jiżdied l-iffinanzjar ta' proġetti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-SMEs, u biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għal finanzjament mill-BEI u t-taħlit ta' għotjiet ma' self u strumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja t-tfassil ta' programmi ta' taħriġ għal benefiċjarji potenzjali billi tagħti lill-awtoritajiet ta' ġestjoni rwol aktar sostanzjali fl-għoti ta' informazzjoni, gwida u konsulenza għall-benefiċjarji finali;

17.  Iqis li huwa fundamentali li l-BEI jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu triple-A tiegħu sabiex jippreserva l-aċċess tiegħu għas-swieq kapitali internazzjonali taħt l-aqwa kundizzjonijiet ta' self u jgħaddi dawn il-benefiċċji fl-istrateġija tal-investiment u fil-kundizzjonijiet ta' self li joffri; jitlob lill-BEI jiżviluppa l-kultura ta' riskju tiegħu sabiex itejjeb l-effikaċja tiegħu u l-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-interventi tiegħu u d-diversi politiki tal-UE;

18.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fir-Rapport Speċjali Nru 19/2016 tagħha dwar "L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013" żvelaw li l-ispejjeż u l-imposti għall-fondi ġestiti mill-BEI/FEI li jimplimentaw strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża huma ġeneralment ogħla, u jinkoraġġixxi lill-QEA twettaq awditu simili għall-perjodu attwali;

Il-monitoraġġ tal-impatt tal-BEI fl-implimentazzjoni ta' oqsma ta' politika pubblika ewlenin

19.  Jinnota r-rapport dwar ir-riżultati u l-impatt tal-operazzjonijiet tal-BEI fl-UE fl-2015 abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni fuq tliet pilastri bil-għan li jiġu vvalutati r-riżultati mistennija, jsir monitoraġġ tar-riżultati attwali u jitkejjel l-impatt tal-erba' għanijiet ta' politika pubblika (PPGs) ewlenin, jiġifieri l-innovazzjoni u l-ħiliet (22,7 % tal-firem tal-BEI fl-2015, li jammonta għal EUR 15,8 biljun), il-finanzjament għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja (28,5 % ta' firem, jew EUR 19.8 biljun), l-infrastruttura (24,5 %, jew EUR 17.1 biljun) u l-ambjent (24,3 %, jew EUR 16,9 biljun); jinnota li, għall-fini ta' spjegazzjoni tar-riżultati mistennija, hemm inklużi għażla ta' outputs u riżultati tal-operazzjonijiet ġodda ffirmati, iżda li m'hemmx informazzjoni inkluża f'dan ir-rapport dwar ir-riżultati attwali li qed isir monitoraġġ tagħhom, u lanqas fuq l-impatt miksub;

20.  Jiddispjaċih li fir-Rapport Annwali 2015 m'hemm l-ebda informazzjoni pprovduta dwar l-operazzjonijiet tal-BEI fl-UE f'dak li għandux x'jaqsam mar-riżultati mistennija u miksuba mill-operazzjonijiet tal-Bank fir-rigward taż-żewġ objettivi ta' politika trasversali tiegħu, jiġifieri l-azzjoni klimatika u l-koeżjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li fl-2015 il-BEI ma laħaqx il-livell previst ta' 30 % investimenti għall-koeżjoni (25,2 % milħuqa ġewwa l-UE) u li l-implimentazzjoni prevista għall-2016 (27 %) hija wkoll taħt il-mira ta' 30 %; jistieden bil-qawwa lill-BEI jerġa' jintroduċi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bħala għan ta' politika pubblika primarju u jagħti bidu għal rapportar espliċitu dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

21.  Jiddispjaċih ukoll li l-aġġornament tal-metodoloġija bi tliet pilastri biex tiġi allinjata mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-FEIS ma wassalx għall-armonizzazzjoni tar-rapportar tal-BEI għall-operazzjonijiet ġewwa l-UE mar-rapportar ta' operazzjonijiet barra l-UE u għall-inklużjoni ta' informazzjoni analitika u komprensiva dwar ir-riżultati konkreti miksuba fl-UE; jitlob li tiġi ddivulgata aktar informazzjoni fil-livell tal-proġetti billi jingħata aċċess pubbliku għall-iskedi tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti b'rabta mal-valutazzjoni tat-3 pilastri (3PA) u l-qafas għall-kejl tar-riżultati (REM);

22.  Jenfasizza li strateġija ambizzjuża ta' investiment trid tiġi abbinata ma' strumenti ta' monitoraġġ u ta' rapportar ċari li jiggarantixxu l-ġestjoni tal-prestazzjoni;

23.  Jistieden lill-BEI jenfasizza kontinwament l-iskrutinju tal-prestazzjoni tiegħu permezz ta' valutazzjonijiet tal-prestazzjoni u impatt ippruvat; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jiddefinixxi l-indikaturi ta' monitoraġġ tiegħu, b'mod aktar speċifiku l-indikaturi tal-addizzjonalità, sabiex l-impatt jiġi vvalutat kemm jista' jkun malajr fil-fażi tal-ġenerazzjoni tal-proġetti u l-Bord jingħata informazzjoni suffiċjenti dwar l-impatt mistenni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut għall-politiki tal-UE;

24.  Jirrikonoxxi l-kumplessità tal-monitoraġġ ta' portafoll li qed jikber u tat-tħejjija ta' diversi proġetti, u sussegwentement tal-ġestjoni kumplessiva tal-indikaturi; iħeġġeġ lill-BEI jagħmel sforzi akbar sabiex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq;

25.  Iħeġġeġ lill-BEI jkun aktar proattiv fil-konfront tal-Istati Membri sabiex jipprovdi servizzi għall-bini tal-kapaċitajiet u servizzi ta' konsulenza direttament lill-benefiċjarji għat-tħejjija ta' proġetti ta' investiment fuq skala kbira permezz ta' kooperazzjoni aħjar ma' awtoritajiet nazzjonali jew deċentralizzati rilevanti jew banek promozzjonali nazzjonali;

L-iskemi ta' finanzjament għall-SMEs

26.  Ifakkar li l-BEI għandu responsabbiltajiet madwar id-dinja kollha biex jiżgura l-attrattiva tal-UE fix-xena dinjija bil-promozzjoni ta' klima li twassal għall-investiment għan-negozji u l-intrapriżi;

27.  Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jaqdu biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE u tal-Istati Membri individwali; jappoġġja l-isforzi tal-BEI biex jintensifika l-appoġġ tiegħu għal kull tip ta' SME (kapital inizjali, negozji ġodda, mikrointrapriżi u intrapriżi ta' daqs medju, raggruppamenti tan-negozji), b'enfasi fuq mudelli kummerċjali ġodda b'opportunitajiet ta' impjieg b'potenzjali għoli għaż-żgħażagħ; jistieden lill-BEI, f'dan il-kuntest, jagħmel l-isforzi meħtieġa biex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-programm ta' Inizjattiva tal-SMEs;

28.  Jinnota li l-appoġġ tal-BEI għall-SMEs kien jammonta għal madwar 36,6 % tal-finanzjament tiegħu fl-2015, li skatta effett ta' lieva ta' EUR 39,7 biljun għall-finanzjament tal-SMEs u appoġġja 5 miljun impjieg;

29.  Jilqa' l-isforzi tal-Fond Ewropew tal-Investiment biex iħaddem l-Inizjattiva tal-SMEs attwalment f'sitt pajjiżi (Spanja, l-Italja, il-Bulgarija, il-Finlandja, ir-Rumanija u Malta), li huma mistennija jibbenefikaw minn madwar EUR 8,5 biljun f'self ġdid lill-SMEs b'termini favorevoli; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-Inizjattiva tal-SMEs fuq skala usa', filwaqt li jżommu f'moħħhom il-kapaċità tagħha li tnaqqas ir-riskju għall-intermedjarji finanzjarji; japprezza, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li ttawwal l-Inizjattiva tal-SMEs sal-2020; jenfasizza, madankollu, li l-Inizjattiva tal-SMEs għandu jkollha rwol akbar, peress li l-finanzjament tal-SMEs huwa kruċjali għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE, speċjalment fil-perjodu ta' wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja; jistieden lill-BEI jissorvelja u jsaħħaħ l-użu tal-istrument ta' titolizzazzjoni; jitlob, barra minn hekk, titjib fil-politika ta' komunikazzjoni tal-BEI u l-kundizzjonijiet amministrattivi tal-Inizjattiva tal-SMEs; jistieden lill-Fond Ewropew tal-Investiment jippubblika rapport li jagħti dettalji tas-suċċessi u n-nuqqasijiet tal-programm;

30.  Jilqa' t-tnedija ta' strumenti ġodda, maqbula bejn il-BEI u l-Kummissjoni, bħall-istrument ta' Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE), l-Inizjattiva tal-SMEs u l-istrumenti finanzjarji tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li huma mistennija jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020; jinnota l-attivitajiet tal-FEI, b'mod partikolari l-istrumenti finanzjarji COSME (Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs) u Innovfin, li bbenefikaw mill-FEIS fl-2015 billi rduppjaw l-ammont ta' self li jiggarantixxi;

31.  Jistieden lill-BEI jżid il-profil tar-riskju tal-intervent tiegħu, b'mod speċjali meta jappoġġja l-SMEs li qed jieħdu riskji jew jevolvu f'reġjuni ekonomikament żvantaġġati jew reġjuni nieqsa mill-istabbiltà; jemmen ukoll li s-settur tal-SMEs u l-aċċess tiegħu għall-finanzjament jikkostitwixxu objettiv rikorrenti u fit-tul li jrid jiġi segwit u msaħħaħ ulterjorment;

L-innovazzjoni

32.  Jappoġġja kull inċentiv għall-innovazzjoni mmotivata mis-suq, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali, u b'hekk jinżamm tkabbir sostenibbli u użu għaqli tar-riżorsi; jappoġġja inċentivi li jgħinu lill-UE fl-ambizzjoni tagħha li ssir ekonomija ċirkolari, diġtali u bbażata fuq l-għarfien u jippreservaw il-kompetittività tal-UE;

33.  Jinnota li l-BEI diġà jiffinanzja investimenti fl-R&Ż minn kumpaniji tas-sigurtà fl-UE fejn jintużaw teknoloġiji ċivili u b'użu doppju; huwa tal-fehma li, fir-rigward tat-teknoloġiji b'użu doppju, il-BEI għandu jappoġġja primarjament dawk l-investimenti li huma motivati mill-kummerċjalizzazzjoni tagħhom f'applikazzjonijiet ċivili – eżempji ta' proġetti tal-BEI ta' dan it-tip diġà jinkludu investimenti R&Ż fl-inġenji tal-ajru u provvisti tal-ispazju, sistemi tar-radar, iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà cloud, il-mikroelettronika u l-vaċċini;

34.  Jinnota li s-self għal proġetti innovattivi fl-2015 tela' għal livell rekord ta' EUR 18,7 biljun u jilqa' l-enfasi akbar li qed issir mill-BEI fuq l-investiment fl-innovazzjoni;

35.  Jinnota li, permezz tat-tkomplija tal-appoġġ tiegħu għal teknoloġiji ċivili u b'użu doppju, il-BEI jista' jżid l-appoġġ tiegħu għas-settur tas-sigurtà tal-UE fi ħdan il-qafas legali stabbilit tiegħu; dan jinkludi operazzjonijiet li jibbenefikaw mill-FEIS;

L-infrastruttura

36.  Jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja l-aġenda tal-infrastruttura bbażata fuq proġetti ta' interess komuni effiċjenti fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija b'riżorsi proprji u permezz tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tad-dejn fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, filwaqt li jqis il-kompatibbiltà tagħhom mal-objettivi tal-politika ambjentali u klimatika u l-iżvilupp reġjonali; jistieden lill-BEI jiżviluppa strumenti finanzjarji ġodda għall-bini tal-infrastruttura u jaħdem fil-qafas tat-termini ta' strateġiji makroreġjonali;

37.  Jilqa' l-livell ta' finanzjament tal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali (EUR 17 634 biljun) u riġenerazzjoni rurali u urbana (EUR 5 467 biljun), u jirrakkomanda li dan jinżamm; iqis dan il-finanzjament bħala fattur essenzjali li jikkomplementa l-politika ta' koeżjoni u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); jenfasizza l-importanza li jinżamm djalogu regolari mal-awtoritajiet maniġerjali biex jinħolqu sinerġiji u komplementarjetà bejn iż-żewġ strumenti;

38.  Jistieden lill-BEI, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali flimkien mal-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali (NPBIs) isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jinħolqu aktar sinerġiji bejn il-Fondi SIE u l-istrumenti ta' finanzjament u s-self tal-BEI, kif ukoll sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu ssimplifikati l-proċeduri, tiżdied il-kapaċità amministrattiva, tingħata spinta lill-iżvilupp u l-koeżjoni territorjali u jittejjeb il-fehim tal-Fondi SIE u l-finanzjament mill-BEI; iqis li ftit informazzjoni hija disponibbli rigward l-attivitajiet ta' finanzjament imħallat tal-BEI fi proġetti u programmi tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-BEI jonora r-rwol tiegħu bħala istituzzjoni pubblika u jsegwi l-ogħla ambizzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà, it-trasparenza u l-viżibbiltà sabiex tiġi evitata l-ambigwità; jistieden lill-BEI jiżviluppa politika ta' komunikazzjoni rigward l-attivitajiet tiegħu, inklużi l-attivitajiet konsultattivi tiegħu, sabiex il-forom kollha ta' gvern u l-benefiċjarji kollha jkun jista' jkollhom aċċess għall-programmi tiegħu;

39.  Jissottolinja li l-użu akbar ta' strumenti finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni jirrikjedi involviment akbar tal-Parlament Ewropew fl-iskrutinju tal-attivitajiet tal-BEI anke biex jippermetti valutazzjoni aħjar tal-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi tar-rwol tal-BEI;

40.  Jitlob lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-allokazzjoni tagħhom tal-Fondi SIE u l-addizzjonalità, u b'hekk dan jikkomplementa s-self u l-istrumenti finanzjarji tal-BEI; jitlob, barra minn hekk, aktar taħlit u taħlit aħjar tal-għotjiet ma' finanzjament mill-BEI biex jiġi sfruttat aħjar l-effett ta' lieva tal-Fondi SIE; jitlob li l-BEI jmexxi dan il-proċess peress li għandu l-għarfien espert u responsabbiltà lejn l-azzjonisti li jgħinuh jikseb redditu fuq l-investimenti tiegħu;

41.  Jistieden lill-BEI jżid il-finanzjament tiegħu għall-koeżjoni ekonomika u soċjali kif ukoll l-objettivi urbani, filwaqt li jkompli jappoġġja setturi tradizzjonali u innovattivi fl-UE; jitlob, barra minn hekk, l-żvilupp ta' strumenti finanzjarji speċjali li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u strateġiji makroreġjonali, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

L-investiment fl-ambjent u l-klima

42.  Iħeġġeġ lill-BEI jiffoka l-azzjoni klimatika tiegħu fuq is-sostenibbiltà tal-proġetti transettorjali fil-kuntest tal-miri COP21 u jappoġġja l-espansjoni tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fir-riżorsi; jinnota li l-finanzjament għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli laħaq EUR 3,4 biljun;

43.  Jistieden lill-BEI jivvaluta mill-ġdid l-attenzjoni li jiddedika speċifikament għal proġetti ta' infrastruttura tal-gass, speċjalment peress li d-domanda għall-gass fl-Ewropa qed tonqos filwaqt li qed jitwieldu pjanijiet ġodda fuq skala kbira ġodda biex jinbnew pipelines u terminals tal-LNG; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-investimenti tal-BEI fl-infrastruttura tal-gass jistgħu jwasslu għal investimenti f'assi mitlufa;

44.  Iqis li hemm bżonn jitkompla l-iżvilupp ta' suq għal proġetti ekoloġiċi u sostenibbli, prinċipalment bil-promozzjoni tal-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari permezz ta' suq ta' bonds ekoloġiċi;

Il-kontribut tal-BEI għall-ġestjoni ta' kwistjonijiet globali

45.  Jinnota ż-żieda fil-mandat estern minn EUR 10 għal 27 biljun, b'ammont fakultattiv addizzjonali ta' EUR 3 biljun; ifakkar il-ħtieġa li tinżamm b'mod kostanti l-koerenza ta' dan il-mandat mal-objettivi tal-politika esterna tal-UE, partikolarment fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet ċivili fil-pajjiżi li jirċievu finanzjament; itenni t-talba tal-Parlament lill-QEA biex tħejji rapport speċjali dwar l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-interventi ta' self estern tal-BEI u l-prestazzjoni tagħhom;

46.  Jilqa' l-kapaċità ta' adattament rapidu tal-BEI għall-isfidi internazzjonali; jitlob lill-BEI jkompli bl-appoġġ tiegħu għall-politiki esterni tal-UE u r-rispons ta' emerġenza relatat mal-isfida globali tal-migrazzjoni billi jinkludi l-aspett tal-iżvilupp u jippromwovi r-reżiljenza ekonomika;

Il-monitoraġġ tal-valur miżjud u l-addizzjonalità tal-FEIS

47.  Jinnota li l-għan tal-FEIS huwa li jimmobilizza, permezz tal-BEI, total ta' EUR 315 biljun f'investiment addizzjonali u proġetti ġodda fl-ekonomija reali sal-2018; josserva li ġew approvati 97 proġett ta' infrastruttura u innovazzjoni u 192 ftehim ta' finanzjament tal-SMEs, li jirrappreżentaw investiment mistenni totali ta' EUR 115,7 biljun;

48.  Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-FEIS bidlet b'mod rapidu l-mudell tal-profil u kummerċjali tal-BEI f'termini ta' proċessi u monitoraġġ ta' firem u kuntratti;

49.  Jinnota li sabiex isir użu sħiħ mill-kapaċità li jinġarru riskji addizzjonali, il-Grupp tal-BEI qed jiżviluppa diversi prodotti ġodda li jippermettu teħid tar-riskju ogħla (eż. dejn subordinat, tip ta' ekwità, kondiviżjoni tar-riskju mal-banek), u eżamina mill-ġdid il-politika tar-riskju tal-kreditu u l-eliġibbiltajiet tiegħu biex ikun hemm aktar flessibbiltà; jinnota li l-BEI qed iżid l-appoġġ tiegħu għal kumpaniji innovattivi jew għal proġetti ta' infrastruttura, bħal fil-każ tal-appoġġ tal-FEIS; jinnota li l-BEI jista' jappoġġja għadd akbar minn dawn il-proġetti riskjużi mingħajr ma jikkomprometti l-prinċipji ta' ġestjoni tajba;

50.  Ifakkar li l-objettiv tal-FEIS huwa li jidentifika profili ta' proġetti distinti, verament innovattivi u aktar riskjużi b'kontropartijiet ġodda mis-settur privat meta mqabbla ma' strumenti ta' finanzjament eżistenti tal-BEI, filwaqt li jinkiseb valur miżjud Ewropew transfruntier fl-implimentazzjoni tal-proġetti magħżula u kontribut reali għall-objettivi ta' politika komuni eżistenti tal-UE;

51.  Jirrikonoxxi li l-FEIS huwa strument ibbażat fuq is-suq; ifakkar, madankollu, li l-Istati Membri kollha għandhom jiżviluppaw kapaċità adegwata biex jużawh;

52.  Jinnota li, għall-benefiċċju tal-objettivi ta' koeżjoni u sostenibbiltà, fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FEIS għandha tiġi kkunsidrata l-aktar firxa ġeografika wiesgħa possibbli; jitlob lill-BEI jikkoreġi l-iżbilanċi ġeografiċi attwali u l-konċentrazzjoni settorjali tal-portafoll tal-FEIS, b'mod partikolari fil-qafas tat-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni (IIW) u t-tieqa għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEW), billi jsaħħaħ l-attivitajiet ta' konsulenza tiegħu għall-iżvilupp ta' proġetti fl-Istati Membri u l-assistenza teknika permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH), billi jikkunsidra l-estensjoni tal-għadd ta' setturi eliġibbli għal finanzjament mill-FEIS jew billi jiġu adattati aħjar it-tip u d-daqs tal-proġetti għall-bżonnijiet tas-suq fl-Istati Membri;

53.  Jistieden lill-BEI jikkunsidra b'attenzjoni, fil-proċess tal-għażla, l-addizzjonalità reali u dinamiċi ġodda fuq l-iskala tal-effett multiplikatur, li jista' jvarja fost il-proġetti, b'mod partikolari f'oqsma fejn il-BEI jew il-FEI ma kinux diġà involuti, f'każijiet ta' falliment tas-suq jew f'sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

54.  Jinnota li l-effett ta' lieva jvarja fost il-proġetti primarjament minħabba l-iskala, il-kumplessità u l-korrelazzjoni tagħhom bejn sfidi settorjali importanti u aspettattivi tal-benefiċjarji finali f'kuntest ta' skarsezza ta' fondi pubbliċi; huwa tal-opinjoni li l-preżunzjoni ta' effett ta' lieva medju ta' x15 jista' jitkejjel biss fi tmiem ċ-ċiklu tal-investiment filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tas-setturi; iqis ukoll li l-effikaċja tal-interventi mhijiex ivvalutata biss fuq il-potenzjal tal-istrumenti finanzjarji iżda anke fuq riżultati li jistgħu jitkejlu;

55.  Jitlob lill-BEI jikkunsidra b'mod partikolari l-prinċipju tal-addizzjonalità u jipprovdi informazzjoni ta' ġestjoni kwalitattiva rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi ddikjarati mill-FEIS, li turi l-addizzjonalità u l-impatt effettivi tagħhom meta mqabbla ma' parametri referenzjarji, iżda anke fid-dawl tal-estensjoni tal-FEIS lil hinn mill-2017;

56.  Iqis li għall-mobilizzazzjoni tal-kapital tas-settur privat huwa importanti li l-BEI jeħles lill-investituri minn xi wħud mir-riskji mġarrba minn proġetti potenzjali; jistieden ukoll lill-BEI jsaħħaħ kemm l-attrattiva u kemm il-viżibbiltà tal-FEIS fil-linji gwida ta' investiment u proġetti li jridu jiġu ffinanzjati billi jkompli jiżviluppa politika aktar effikaċi għas-sensibilizzazzjoni fost l-investituri privati potenzjali;

57.  Jinnota li l-FEIS (permezz tal-SMEW) huwa għodda importanti għall-provvista tal-finanzjament supplimentari lill-SMEs, jiġifieri sa EUR 75 biljun tal-investiment totali katalizzat mill-FEIS fuq perjodu ta' tliet snin, flimkien mal-kapaċitajiet ta' self tal-BEI u l-FEI;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma ta' garanzija Ewropea permanenti fil-qafas tal-FEIS biex tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, u biex ittejjeb l-iżvilupp ta' garanziji u tal-prodotti ta' self ibbażati fuq garanziji Ewropej;

59.  Jistieden lill-BEI jieħu l-opportunità ppreżentata mill-FEIS biex iżid il-finanzjament għal proġetti ta' enerġija rinnovabbli deċentralizzati mhux kollegati mal-grilja u fuq skala iżgħar li jinvolvu liċ-ċittadini u l-komunitajiet li jkollhom diffikultajiet biex jiksbu finanzjament minn sorsi oħra;

60.  Jinnota wkoll iż-żieda fl-attivitajiet speċjali tal-BEI f'termini ta' volum li rriżultat mill-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-FEIS, u li tirrifletti evoluzzjoni tal-kultura ta' riskju u l-politika ta' self prudenti tal-BEI;

61.  Jinsisti, għal finijiet ta' responsabbiltà, fuq l-iżvilupp ta' investimenti mmexxija mir-riżultati li jridu jiġu vvalutati b'mod regolari permezz tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi mill-Kumitat tal-Investiment, bil-għan li jiġu identifikati proġetti mmirati sew f'termini tal-kontribut tagħhom għat-tkabbir u l-impjiegi u tingħata stampa oġġettiva f'termini ta' addizzjonalità, valur miżjud u konsistenza mal-politiki tal-Unjoni jew operazzjonijiet klassiċi oħra tal-BEI; jistieden lill-BEI jiddivulga informazzjoni dwar kif marru l-proġetti li ngħataw il-garanzija tal-FEIS meta mqabbla mat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tal-FEIS;

62.  Jinnota li, fil-futur, il-BEI jibqa' miftuħ biex jiddiskuti mas-servizzi tal-Parlament dwar arranġamenti ulterjuri li jistgħu jiġu previsti biex ikun hemm approċċ aktar strutturat u anqas frammentat għad-djalogu bejn il-Parlament u l-BEI; fil-preżent, il-BEI u l-Parlament qed jaħdmu flimkien lejn konklużjoni rapida tal-ftehim formali dwar il-FEIS, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-iskambju tal-informazzjoni kollha skont dan il-ftehim – inkluż ir-Rapport Annwali dwar il-FEIS lill-Kunsill u l-Parlament;

L-approfondiment tat-trasparenza, ir-responsabbiltà, l-integrità u l-kontroll intern tal-BEI bħala kundizzjoni essenzjali għal governanza korporattiva aħjar

63.  Jemmen li r-rwol ekonomiku msaħħaħ tal-BEI, iż-żieda fil-kapaċità tal-investiment tiegħu u l-użu tal-baġit tal-UE biex jiġu ggarantiti l-operazzjonijiet tal-BEI jridu jiġu akkumpanjati minn titjib fit-trasparenza u responsabbiltà approfondita sabiex jiġi żgurat skrutinju pubbliku ġenwin tal-attivitajiet, l-għażla tal-proġetti u l-prijoritajiet ta' finanzjament tiegħu;

64.  Jistieden lill-BEI jaġġorna b'mod regolari l-immappjar tar-riskju tal-attivitajiet tiegħu u jadatta l-kultura tar-riskju tiegħu fir-rigward tal-mudell kummerċjali riċenti tiegħu u ż-żieda fil-volum tal-portafoll tiegħu b'rabta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti l-ġodda mal-FEIS, diversi faċiltajiet, pjattaformi ta' investiment u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju; jistieden ukoll lill-BEI, f'dan il-kuntest, jinkludi dimensjonijiet mhux finanzjarji – bħal valur miżjud soċjali u/jew ambjentali – fl-immappjar tar-riskju tiegħu; jilqa', f'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni tal-qafas tal-attitudni lejn ir-riskji prudenzjali tal-BEI sabiex jissaħħu l-monitoraġġ tar-riskji u s-sorveljanza tal-oriġini, is-sjieda u l-ġestjoni tar-riskji; ifakkar il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas ta' kontroll uniku u omoġenju;

65.  Jilqa' l-kwalità għolja tal-portafoll tas-self tal-BEI, b'livell ta' self indebolit li jirrappreżenta 0,3 % tal-portafoll tas-self totali tal-BEI, li jikkonferma l-politiki ta' ġestjoni tar-riskju konsistentement prudenti tal-BEI u jżomm l-affidabbiltà kreditizja qawwija tiegħu fis-swieq finanzjarji internazzjonali;

66.  Jilqa' l-fatt li l-politika ta' trasparenza tal-BEI hija bbażata fuq preżunzjoni ta' divulgazzjoni u li kulħadd jista' jikseb aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni tal-BEI; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti mhux kunfidenzjali fis-sit web tal-BEI, bħall-Pjanijiet Korporattivi tal-Operat għas-snin preċedenti, ftehimiet interistituzzjonali u memoranda, u jistieden lill-BEI ma jiqafx hemm iżda jkompli jfittex modi kif jagħmel titjib u jgħolli l-istandards;

67.  Jilqa' r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-BEI għall-2015 u r-rieżami li ġej tal-politika tal-BEI dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

68.  Ifakkar li t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE ma twassalx biss għat-tisħiħ tar-responsabbiltà korporattiva globali u l-kredibbiltà tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali, iżda tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati flimkien ma' approċċ ta' tolleranza żero għall-frodi u l-korruzzjoni fil-portafoll tas-self tiegħu; jistieden lill-BEI jallinja ruħu mas-sistema l-ġdida ta' twissija bikrija u esklużjoni ppjanata mill-Kummissjoni;

69.  Jinnota bi tħassib li l-BEI, minkejja li jiffinanzja tliet darbiet aktar mill-Bank Dinji, interdixxa tliet entitajiet biss, filwaqt li l-Bank Dinji interdixxa 820; jistieden lill-BEI jingħaqad man-netwerk ta' banek pubbliċi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' interdizzjonijiet, netwerk li jinkludi l-Bank Dinji u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rettifikata;

70.  Itenni t-talba tiegħu li tiżdied it-trasparenza tal-interventi tal-BEI meta jopera mal-intermedjarji finanzjarji u l-benefiċjarji sabiex jiġu evitati kontropartijiet b'rekords negattivi, kontropartijiet interdetti u kontropartijiet li jista' jkollhom rabtiet ma' NCJs, ma' attivitajiet offshore jew mal-kriminalità organizzata; iqis li l-użu ta' kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji u l-pussess ta' informazzjoni aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpanija, inklużi fondi fiduċjarji, fondazzjonijiet u rifuġji fiskali, huma l-aħjar prattiki li jridu jiġu segwiti b'mod permanenti; jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu billi jintegra klawsola jew referenza għall-governanza tajba sabiex itaffi r-riskji għall-integrità u r-reputazzjoni;

71.  Jissuġġerixxi li l-BEI għandu jsegwi l-eżempju mogħti mill-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC) tal-grupp tal-Bank Dinji u jibda jiddivulga informazzjoni dwar is-subproġetti b'riskju għoli li jiffinanzja permezz ta' banek kummerċjali (l-intermedjarji/il-veikoli finanzjarji prinċipali użati mill-BEI għall-finanzjament tal-SMEs);

72.  Jilqa' l-laqgħat regolari mas-soċjetà ċivili u l-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-iżvilupp tal-politiki tal-BEI;

73.  Jitlob li jiġi żgurat livell dejjem ogħla ta' trasparenza fil-politika tad-divulgazzjoni tal-BEI fir-rigward tal-korpi ta' governanza tiegħu, b'mod partikolari permezz tad-divulgazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI u l-FEI jew il-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS fir-rigward ta' proġetti ta' interess pubbliku li jibbenefikaw mill-garanzija tal-baġit tal-UE u li għandhom impatt fuq it-territorji u ċ-ċittadini tal-UE; iqis id-divulgazzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi bħala prattika tajba għal kwalunkwe operazzjoni u għall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjali fil-livell tal-proġetti jew is-subproġetti;

74.  Itenni t-talba tiegħu biex l-informazzjoni dwar is-sistema tal-kuntratti u s-sottokuntratti tiġi ppubblikata u tkun aċċessibbli faċilment, u biex il-Parlament jingħata aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni finanzjarja assoċjata fil-każijiet kollha;

75.  Jilqa' l-approċċ proattiv meħud mill-Ombudsman Ewropew biex jeżerċita skrutinju pubbliku fuq il-BEI; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqasijiet identifikati fil-mekkaniżmi eżistenti tal-BEI għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess li jista' jkun hemm fil-korpi li jmexxuh; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu mill-aktar fis possibbli sabiex ikun hemm prevenzjoni aħjar tal-kunflitti ta' interess fil-korpi li jmexxuh u ta' kwistjonijiet ta' revolving doors;

76.  Iqis li l-Viċi Presidenti tal-BEI m'għandhomx jibqgħu jkunu inkarigati minn proġetti fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, minħabba l-potenzjal ċar ta' kunflitti ta' interess u l-fatt li minoranza ta' Stati Membri biss għandhom il-Viċi President tagħhom;

77.  Jilqa' r-rieżami tar-regoli tal-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (Uffiċċju CM), u t-tiġdid tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Ombudsman Ewropew u l-EIB; jitlob kjarifika mingħand il-BEI dwar id-dewmien għat-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-politiki u l-proċeduri tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tiegħu; jinnota li proċess ta' reviżjoni bħal dan joffri opportunità biex ikomplu jitjiebu l-indipendenza u l-effiċjenza tal-mekkaniżmu tal-ilmenti, bil-ħsieb li jiġi stabbilit ukoll mekkaniżmu għal fluss sistematiku ta' informazzjoni direttament bejn l-Uffiċċju CM u d-diretturi; jenfasizza li l-maniġment tal-BEI għandu jirrapporta kull sena lill-Ombudsman u l-Parlament dwar kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-mekkaniżmi tal-ilmenti tiegħu jkunu ġew riflessi fil-politiki u l-prattiki tal-bank; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kap tal-Uffiċċju CM għandu jippreżenta r-rapport tal-attività u l-valutazzjoni tiegħu ta' kif il-bank qiegħed jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju CM lill-Parlament Ewropew darba fis-sena;

78.  Jitlob lill-BEI jagħmel l-almu tiegħu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-attivitajiet irregolari u l-ħasil tal-flus permezz tal-politika tiegħu dwar il-ġurisdizzjonijiet mhux trasparenti u li ma jikkooperawx (NCJ) u l-qafas tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML-CFT);

79.  Jistieden lill-BEI jżomm ukoll kooperazzjoni regolari ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-riżultati tad-diliġenza dovuta korporattiva jew fiskali tiegħu jew ir-rieżami fil-qafas tal-prinċipju "kun af il-klijent tiegħek", u jirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-pubbliku dwar kif jimplimenta l-politika tiegħu dwar l-NCJ;

80.  Iqis li s-superviżjoni prudenzjali esterna tal-BEI ħaqqha kunsiderazzjoni bir-reqqa, kif iddikjarat mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu;

81.  Jinnota l-konklużjoni tal-Ftehim Tripartitiku aġġornat bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'Settembru 2016 u jistieden lill-QEA twettaq verifiki ta' prestazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI f'setturi differenti meta jkunu relatati mal-użu tar-riżorsi baġitarji tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;

82.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda tippreżenta, annwalment, sa Ġunju ta' kull sena mill-2018 'il quddiem, rapport dwar l-implimentazzjoni sa mill-bidu tal-QFP attwali u dwar is-sitwazzjoni attwali, inklużi r-riżultati miksuba, tal-istrumenti finanzjarji kollha ġestiti u implimentati mill-Grupp tal-BEI, li joperaw b'riżorsi mill-baġit tal-UE, biex tużah fil-proċedura ta' kwittanza;

83.  Jistieden lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jinkludi informazzjoni dwar każijiet relatati mal-BEI fir-rapport annwali tiegħu;

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament

84.  Jitlob lill-BEI jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b'mod speċjali fir-rigward tal-impatt tal-attivitajiet tiegħu b'rabta mas-self;

85.  Jistieden lill-BEI jirrevedi l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u d-dissważjoni ta' mġiba pprojbita fl-attivitajiet tal-BEI, li għandha tistabbilixxi l-ħtieġa li l-BEI tieqaf tiffinanzja u/jew tapprova aktar żborżamenti tas-self għall-proġetti li jkunu taħt investigazzjoni nazzjonali jew min-naħa tal-OLAF fir-rigward ta' korruzzjoni u frodi;

o
o   o

86.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0201.
(2) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 77.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0200.
(4) ĠU L 280, 27.10.2011, p. 1.
(5) ĠU L 135, 8.5.2014, p. 1.
(6) ĠU L 204, 31.7.2012, p. 1.
(7) ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali 2017 sal-2020 ***I
PDF 338kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))
P8_TA(2017)0139A8-0374/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0701),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2), 175 u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0373/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' April 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Frar 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0374/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perijodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/825.)

(1) ĠU C 177, 18.5.2016, p. 47.
(2) ĠU C 240, 1.7.2016, p. 49.


Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali ***I
PDF 346kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (COM(2016)0543 – C8-0352/2016 – 2016/0259(COD))
P8_TA(2017)0140A8-0340/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0543),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0352/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Frar 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0340/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/864.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

F’konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) huwa ta' EUR 8 miljun. Sabiex tiġi ffinanzjata t-tħejjija tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, EUR 1 miljun ser ikunu ffinanzjati mir-riżorsi eżistenti fil-baġit tal-2017. Għall-baġit tal-2018, EUR 7 miljun ser ikunu riżervati għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali u jsiru viżibbli f'linja baġitarja. EUR 3 miljun ta' dak l-ammont ser jiġu minn riżorsi li attwalment huma previsti fil-Programm Ewropa Kreattiva u EUR 4 miljun ser jiġu prijoritizzati mill-ġdid minn riżorsi oħra eżistenti, mingħajr ma jintużaw il-marġni eżistenti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġislaturi biex jintroduċu pakkett finanzjarju ta' EUR 8 miljun fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018). Il-Kummissjoni tfakkar li hi l-prerogattiva tal-awtorità baġitarja li tawtorizza l-ammont ta' approprjazzjonijiet fil-baġit annwali, f'konformità mal-Artikolu 314 tat-TFUE.

(1) ĠU C 88, 21.3.2017, p. 7.


Programm tal-UE għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar ***I
PDF 335kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020 (COM(2016)0202 – C8-0145/2016 – 2016/0110(COD))
P8_TA(2017)0141A8-0291/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0202),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0145/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0291/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall‑perijodu 2014-2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/827.)

(1) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 147.


Programm tal-UE biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ***I
PDF 337kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (COM(2016)0388 – C8-0220/2016 – 2016/0182(COD))
P8_TA(2017)0142A8-0008/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0388),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 169(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0220/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0008/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/826.)

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 117.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji eżekuttivi
PDF 970kWORD 123k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2016/2151(DEC))
P8_TA(2017)0143A8-0150/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2016)0446),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05876/2017 – C8-0037/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(6);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(7),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015(9),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(15),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(16);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(17),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(18),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(20),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(21) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(22), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(23), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(24), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(26);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(27),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(28),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(30),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(31) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(32), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(33), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(34), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE(35),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex "L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel" tiġi ttrasformata f'"L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel"(36),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(37);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(38),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(39),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015(40),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(41),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(42) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(43), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(44), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(45), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE(46),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(47);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(48),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(49),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015(50),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(51),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(52) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(53), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(54), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(55), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE(56),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(57);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(58),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(59),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015(60),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(61),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(62) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(63), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(64), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(65), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(66),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(67);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Il-Kummissjoni (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(68),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0269/2016)(69),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338, SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2016)0446),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2015 (COM(2016)0628) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0322),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(70), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(71) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05876/2017 – C8-0037/2017),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05874/2017 – C8-0038/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(72), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(73), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015(74);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2016/2151(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġitġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(75) ("ir-Regolament Finanzjarju") u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni(76) (ir-"Regoli tal-Applikazzjoni"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0150/2017),

A.  billi l-Ewropa qed taffaċċja kriżi ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet tagħha, sitwazzjoni li kull istituzzjoni individwali tal-Unjoni jeħtiġilha taċċetta sehemha mir-responsabbiltà għaliha, u li għalhekk tirrikjedi rigorożità partikolari min-naħa tal-Parlament meta jkun qed iwettaq l-iskrutinju tal-kontijiet tal-Kummissjoni;

B.  billi jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jtejbu l-politika tagħhom dwar il-komunikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinformaw liċ-ċittadini b'mod xieraq rigward ir-riżultati li jkun kiseb il-baġit tal-Unjoni u l-valur miżjud tagħhom;

C.  billi l-Parlament jeħtieġlu jieħu impenn qawwi fil-konfront tat-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni rigward fejn qed jintefaq il-baġit tal-Unjoni u kif l-Unjoni tħares l-interessi tagħhom;

D.  billi jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaħdmu biex ikun hemm sistema baġitarja li tkun robusta u reżiljenti, u li fil-prestazzjoni tagħha ma turix biss flessibbiltà iżda anke aġilità, kemm fi żminijiet ta' stabbiltà u kemm fi żminijiet ta' taqlib;

E.  billi l-politika ta' koeżjoni ġġib magħha valur miżjud ċar billi ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini fl-Ewropa kollha peress li hija politika fundamentali fil-qasam tas-solidarjetà u għajn vitali ta' investiment pubbliku;

F.  billi hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jibnu fehim ċar u jaqblu rigward liema prijoritajiet ta' politiki u beni pubbliċi Ewropej jenħtieġ li jiġu ffinanzjati l-ewwel bi tweġiba għat-tħassib taċ-ċittadini tagħna u biex jinstaddu t-toqob fil-politiki tagħna;

G.  billi l-infiq tal-Unjoni, għalkemm huwa limitat għal 1 % tad-DGN, huwa strument sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politiki fl-Ewropa kollha kemm hi bl-użu tal-valur miżjud Ewropew, u bħala medja jirrappreżenta 1,9 % tal-infiq governattiv ġenerali tal-Istati Membri tal-Unjoni;

H.  billi, filwaqt li l-perċentwali involuti fil-baġit tal-Unjoni bħala (a) porzjon tal-infiq aggregat kumplessiv tal-Istati Membri, u (b) l-element mhux ikkontabbilizzat/minfuq ħażin/moħli ta' dak il-baġit, huma żgħar, l-ammonti effettivament involuti huma konsiderevoli u għaldaqstent jiġġustifikaw skrutinju intensiv;

I.  billi, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri huma rikjesti jikkooperaw b'mod sinċier mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

J.  billi, meta jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, il-Parlament jivverifika jekk il-fondi jkunux intużaw b'mod korrett jew le, u jekk l-objettivi tal-politiki jkunux intlaħqu jew le;

Il-baġit, il-perjodi ta' programmazzjoni u l-prijoritajiet politiċi

1.  Jinnota li t-tul ta' seba' snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali mhuwiex issinkronizzat mal-mandati ta' ħames snin tal-Parlament u tal-Kummissjoni, u li dan joħloq ukoll diskrepanzi bejn il-baġit għas-sena finanzjarja u l-kwittanza għalih; jindika barra minn hekk li lanqas iċ-ċiklu ta' għaxar snin għall-ippjanar strateġiku u l-Istrateġija Ewropa 2020 mhuma allinjati maċ-ċiklu ta' seba' snin għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE; huwa tal-opinjoni li dan huwa waħda mill-kawżi ta' nuqqas importanti fil-qasam tal-governanza politika tal-Unjoni peress li l-Parlament u l-Kummissjoni huma marbutin bi ftehimiet preċedenti fir-rigward tal-objettivi politiċi u l-finanzjamenti u dan jista' jagħti l-impressjoni li l-elezzjonijiet Ewropej huma irrilevanti f'dan il-kuntest;

2.  Jinnota li, fl-2015, il-baġit tal-Unjoni kellu jsostni l-ilħuq tal-objettivi ta' żewġ programmi politiċi differenti fuq żmien twil:

   a) l-Istrateġija Ewropa 2020 fuq naħa, u
   b) l-għaxar prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-President Juncker fuq in-naħa l-oħra:

filwaqt li kellu wkoll jirreaġixxi għal għadd ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi: ir-rifuġjati, l-insigurtà fl-Ewropa u fil-viċinat tagħha, l-instabbiltà finanzjarja fil-Greċja u l-impatt ekonomiku tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja, kif ukoll l-impatt prolongat tal-kriżi finanzjarja u l-konsegwenzi strutturali tagħha ta' qgħad, faqar u inugwaljanza;

3.  Jinnota li l-politiki tal-Unjoni jista' jkollhom objettivi differenti fuq żmien qasir, fuq żmien medju u fuq żmien twil, li l-ilħuq tagħhom mhux bilfors jista' jiġi ddeterminat minn qafas finanzjarju pluriennali wieħed; jemmen li hemm bżonn tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jinstab bilanċ ġdid bejn l-issettjar tal-aġenda politika, l-implimentazzjoni tal-politiki u l-bżonnijiet tal-qafas finanzjarju;

4.  Jiddispjaċih li l-arranġamenti baġitarji temporanji ma joffrux is-sistema ideali għat-traspożizzjoni tal-aspirazzjonijiet soċjali u politiċi f'objettivi operattivi utli għall-programmi u l-iskemi ta' nfiq;

5.  Jindika li, fl-2020, se jkun hemm opportunità biex l-istrateġija fuq żmien twil u t-tfassil tal-politiki jiġi allinjati maċ-ċiklu baġitarju u jirrakkomanda li din l-opportunità tiġi sfruttata;

6.  Jinsab preokkupat li, fl-2015, sehem l-infiq relatata mal-klima mill-baġit tal-Unjoni kien biss ta' 17,3 % fl-2015 u kien biss 17,6 % bħala medja għall-perjodu 2014-2016 skont il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti")(77), filwaqt li l-objettiv kien li, minn tal-inqas, jintlaħaq sehem ta' 20 % fuq il-perjodu finanzjarju kollu kemm hu; jisħaq għalhekk li skont il-Qorti hemm riskju serju li l-objettiv ta' 20 % ma jintlaħaqx mingħajr ma jsir aktar sforz biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

7.  Jindika barra minn hekk li l-objettiv ta' 20 % ta' nfiq relatat mal-klima ġie deċiż qabel il-Ftehim ta' Pariġi; jinsab konvint li jenħtieġ li jsiru sforzi ulterjuri sabiex il-baġit tal-Unjoni jagħti saħansitra aktar attenzjoni għall-bżonnijiet fil-qasam tal-klima; jissottolinja, barra minn hekk, li r-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali toħloq opportunità eċċellenti biex jiġi żgurat li l-objettiv ta' 20 % ta' nfiq fuq azzjonijiet relatati mal-klima jintlaħaq u biex tiġi prevista l-possibbiltà li dan il-limitu minimu jiżdied bi qbil mal-impenji internazzjonali li l-UE ħadet matul il-COP 21;

8.  Jilqa' l-approċċ ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni li nediet il-Kummissjoni ; jikkunsidra li jenħtieġ li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar effiċjenti u effikaċi minn qatt qabel minħabba r-riżorsi finanzjarji skarsi; jiddispjaċih madankollu li fil-biċċa l-kbira l-Kummissjoni tiffoka fuq l-outputs aktar milli fuq l-eżiti.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

9.  Jaqbel mas-suġġeriment li għamlet il-Qorti fid-dokument ta' tgħarrif tagħha tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (punti 39 u 40) li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni tesplora alternattivi oħra, pereżempju:

   li l-ibbaġitjar isir skont programm f'ċiklu kontinwu ppjanat fuq ħames snin, li jkun hemm klawżola/i ta' reviżjoni skont l-objettivi u l-politiki u li l-evalwazzjoni ssir skont programm f'ċiklu kontinwu;
   li t-tul tal-programmi u l-iskemi jiġi stabbilit skont il-bżonnijiet politiċi aktar milli abbażi tat-tul tal-perjodu ta' ppjanar finanzjarju; u li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu rikjesti jippreżentaw bżonnijiet iġġustifikati sew (a) għall-finanzjament tal-Unjoni u (b) għar-riżultati li jridu jiksbu qabel jiġi stabbilit l-infiq;

10.  Jappella lill-Kummissjoni biex, fl-aġenda tal-laqgħa tal-esperti li jmiss dwar Baġit Iffokat fuq ir-Riżultati, tinkludi s-suġġerimenti li għamlet il-Qorti fil-punti 39 u 40 tad-dokument ta’ tagħrif tagħha msemmi iktar 'il fuq tat-28 ta’ Ottubru 2016 u r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' livell għoli dwar ir-riżorsi proprji, bħala tħejjija għall-Konferenza li jmiss dwar l-inizjattiva "Baġit tal-UE ffokat fuq ir-riżultati" fejn l-oqsma ta' politika li fuqhom ikun tajjeb li jintefaq il-baġit tal-Unjoni ser jiġu diskussi qabel jiġi deċiż il-qafas finanzjarju;

11.  Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet kollha li għamlet il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 31/2016 tagħha, b'mod speċjali r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni jmissha tesplora l-opportunitajiet potenzjali kollha, inklużi r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u r-reviżjoni ta' xi bażijiet legali, sabiex tiżgura bidla reali ulterjuri lejn l-azzjoni klimatika; jappella lill-Qorti biex toħroġ rapport ta' segwitu dwar l-infiq relatat mal-klima mill-baġit tal-Unjoni sa tmiem l-2018;

12.  Jappella lill-Kummissjoni sabiex tisfrutta aktar l-opportunitajiet rigward ir-riżerva ta' prestazzjoni fi ħdan il-qafas legali eżistenti, b'mod li toħloq stimulu finanzjarju ġenwin sabiex il-ġestjoni finanzjarja tittejjeb effettivament; jitlob barra minn hekk li r-riżerva ta' prestazzjoni tiġi rinforzata bħala strument, billi jiżdied il-komponent li jiddependi fuq il-prestazzjoni fil-qafas leġiżlattiv sussegwenti;

13.  Jappella lill-Kummissjoni biex torjenta l-prijoritajiet tagħha lejn il-ksib b'suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi tuża l-istrumenti tas-Semestru Ewropew;

14.  Jappella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi abbozz tal-prijoritajiet politiċi għall-perjodu finanzjarju li jibda fl-2021, u biex tippreżenta t-test lill-Parlament fi stadju bikri;

15.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx rieżami komplut tal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex tiżgura l-implimentazzjoni tagħha taħt l-Aġenda Strateġika għall-Unjoni fi Żminijiet ta' Bidla, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2014, skont kif tipprevedi din l-aġenda;

16.  Jappella lill-Kummissjoni biex tqis il-Ftehim ta' Pariġi u żżid minnufih l-objettiv tal-infiq relatat mal-klima fil-baġit tal-Unjoni minn 20 % għal 30 %;

17.  Jappella lill-Kummissjoni biex tfassal il-baġits ġejjiena tal-Unjoni b'mod li tagħmilhom aktar effiċjenti u effikaċi, u tallinjahom aħjar mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-klima, u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni;

Il-baġits moħbija

18.  Jindika li diversi mekkaniżmi finanzjarji li jsostnu l-politiki tal-Unjoni mhumiex iffinanzjati direttament mill-baġit tal-Unjoni u lanqas ma jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni: dawn jinkludu l-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u l-Fond Ewropew tal-Investiment ikkollegat mal-Bank Ewropew tal-Investiment;

19.  Jinnota li mekkaniżmi oħra, bħall-faċilitajiet ta' finanzjament mħallat u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi , jiġu rreġistrati parzjalment fil-karta tal-bilanċ tal-UE;

20.  Jindika l-użu dejjem jikber tal-istrumenti finanzjarji li prinċipalment jinkludu s-self, l-istrumenti ta' ekwità, il-garanziji u l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju taħt ġestjoni indiretta għall-perjodu 2014-2020, u jindika wkoll li l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment iġġestixxa kważi l-istrumenti finanzjarji kollha taħt ġestjoni indiretta; ma jemminx li hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex tkun tista' ssir valutazzjoni ta' dak li kisbu dawn l-istrumenti, b'mod speċjali fir-rigward tal-impatt soċjali u ambjentali tagħhom; jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jservu ta' suppliment għall-għotjiet iżda mhux suppost jissostiwixxuhom;

21.  Jiddispjaċih li l-użu dejjem jikber ta' tali strumenti finanzjarji, u anke tal-istrumenti finanzjarji f'ġestjoni kondiviża (l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja), joħloq aktar riskji mhux biss biex il-baġit tal-Unjoni jibqa' strument kredibbli u suffiċjenti kemm għall-objettivi attwali u kemm għal dawk ġejjiena, iżda anke għall-obbligu ta' rendikont u għall-koordinament tal-politiki u l-operazzjonijiet tal-Unjoni; jissottolinja li, qabel jiġi estiż l-użu tal-istrumenti finanzjarji, imissha ssir evalwazzjoni komprensiva tar-riżultati, il-kisbiet u l-effiċjenza tagħhom; jindika li r-rapporti speċjali tal-Qorti(78) jiddikjaraw li l-istrumenti finanzjarji ma jaħdmux kif inhu mistenni u/jew huma kbar wisq u/jew mhux qed jirnexxielhom jattiraw lill-kapital privat;

22.  Iwissi lill-Kummissjoni li l-istrumenti finanzjarji jew kwalunkwe arranġament ta' finanzjament mhumiex bilfors vinkolati mill-objettivi politiċi u l-miri tal-Unjoni u jistgħu jiffinanzjaw proġetti li ma jkunux konformi mal-impenji tal-Unjoni;

23.  Jindika li t-tnedija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi laqtet id-dewmien fit-tnedija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi se jkollu wkoll impatt fuq l-użu li jsir minn xi strumenti finanzjarji oħra;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

24.  Jappella lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex l-arranġamenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni - li attwalment jinkludu għodda differenti u kombinamenti bejniethom, bħal pereżempju, il-programmi, il-fondi strutturali u ta' investiment, il-fondi fiduċjarji, il-fondi għall-investimenti strateġiċi, il-fondi ta' garanzija, il-faċilitajiet, l-istrumenti finanzjarji, l-istrumenti ta' assistenza makrofinanzjarja, eċċ. - tagħmilhom aktar ċari, sempliċi u koerenti, u armati aħjar biex jiżguraw biżżejjed trasparenza, obbligu ta' rendikont, prestazzjoni u fehim pubbliku dwar kif jiġu ffinanzjati l-politiki tal-Unjoni u l-benefiċċji li jġibu magħhom; jiddispjaċih li l-proposta għal regolament finanzjarju ġdid minn Settembru 2016 ma tindirizzax dawn il-problemi b'mod adegwat;

25.  Jappella lill-Kummissjoni biex tevalwa mill-ġdid il-valutazzjoni ex ante għall-istrument ta' dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fid-dawl tal-ħolqien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif ukoll tippreżenta lill-Parlament b'valutazzjoni tal-impatt tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fuq il-programmi u l-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-Unjoni;

26.  Jitlob lill-Qorti tevalwa l-kontribut tal-istrumenti finanzjarji u l-arranġamenti ta' finanzjament (kif inhuma elenkati fil-paragrafu 24) għall-Istrateġija Ewropa 2020; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu kwalunkwe miżura rilevanti sabiex tiżgura li l-istrumenti finanzjarji u kull arranġament ta' finanzjament ikunu kompatibbli mal-istrateġija u l-objettivi tal-Unjoni u mal-impenji li ħadet;

27.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissarju Oettinger li, fuq żmien twil, id-diversi baġits moħbija jerġgħu jinġiebu taħt il-kappa tal-baġit tal-Unjoni; iqis li kieku dan iżid enormement l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont; huwa tal-opinjoni soda li jkun tajjeb li din il-problema tissolva malajr kemm jista' jkun, iżda sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni qabel Novembru 2017;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

28.  Jiddispjaċih li l-arretrati fl-użu tal-fondi strutturali fil-perjodu 2007-2013 huma sinifikanti; jinnota li, sa tmiem l-2015, il-pagament ta' 10 % mill-ammont totali ta' EUR 446,2 biljun li ġie allokat għall-programmi operattivi kollha approvati kien għadu pendenti;

29.  Jisħaq li din is-sitwazzjoni tista' tassew tirriżulta problema sinifikanti u ddgħajjef l-effikaċja tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej peress li, f'xi Stati Membri, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li ma jkunx intalab il-pagament tagħha, flimkien mal-kofinanzjament rikjest, taqbeż il-15 % tal-infiq governattiv ġenerali kollu kemm hu meta jitqiesu l-aħħar żewġ perjodi ta' oqfsa finanzjarji, 2007-2013 u 2014-2020;

30.  Jinnota bi tħassib il-fatt li, sa tmiem l-2015, ħames Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, Spanja, il-Polonja u r-Rumanija) u benefiċjarji prinċipali rrappreżentaw aktar minn nofs l-approprjazzjonijiet ta' impenn li ma ntużawx għall-fondi strutturali li ma wasslux għal pagamenti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, u li r-raġunijiet għal dan id-dewmien huma diversi: in-nuqqas ta' kapaċità u assistenza amministrattiva, in-nuqqas ta' riżorsi nazzjonali għall-kofinanzjament tal-operazzjonijiet tal-Unjoni, id-dewmien biex jiġu ppreżentati l-programmi reġjonali għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, eċċ.;

31.  Jindika li karatteristika ġdida f'dan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali hija li l-ammonti li ma jintużawx taħt il-limitu massimu għall-pagamenti u taħt dak għall-impenji awtomatikament iżidu l-flessibbiltà għas-snin sussegwenti;

32.  Jisħaq li l-livell tal-impenji fl-2015 kien ogħla milli qatt kien fis-snin preċedenti u eżatt fi ħdan il-limitu kumplessiv (97,7 % tal-ammont disponibbli);

33.  Jindika li, fl-2015, tliet kwarti tal-infiq operattiv marru għal skemi li kienu qed joperaw taħt ir-regoli tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali preċedenti: jiġifieri sussidji għall-bdiewa għall-2014, proġetti ta' koeżjoni u proġetti ta' riċerka taħt is-Seba' Programm Kwadru li beda fl-2007;

34.  Iqis li huwa inaċċettabli li, sa tmiem l-2015, anqas minn 20 % tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej - bl-eċċezzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali - kienu nħatru mill-Istati Membri; iqis dawn il-ħatriet bħala pass neċessarju biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa lill-Kummissjoni; huwa tal-opinjoni li l-ammont konsiderevoli ta' elementi ġodda li ġew introdotti għall-perjodu 2014-2020 wassal għal diffikultajiet amministrattivi minkejja l-isforzi favur is-semplifikazzjoni;

35.  Jindika li d-diffikultajiet biex jitlestew il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rigward is-sistema ta' ġestjoni u kontroll il-ġdida, li ġeneralment jinzertaw fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, huma kawża serja għad-dewmien fl-assorbiment;

36.  Jinnota li r-riċessjoni ekonomika globali, li għandha effett dirett fis-sura tal-miżuri ta' trażżin baġitarju li jiġu applikati lill-baġits pubbliċi u d-diffikultajiet biex jinkiseb finanzjament intern, hija wkoll fattur ewlieni għad-dewmien fl-assorbiment;

37.  Jiddispjaċih profondament li, b'konsegwenza ta' dan, hemm riskju li d-dewmien fl-eżekuzzjoni baġitarja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ikun akbar minn dak esperjenzat għall-perjodu 2007-2013; jibża' li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jista' jibda b'livell ta' impenji pendenti li, tant ikun għoli, li ma jkollux preċedenti, u li jista' jipperikola l-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni fl-ewwel snin; jistenna li l-Kummissjoni tkun ħadet it-tagħlima tagħha minn dan bl-intenzjoni li tipprevjeni dewmien simili fil-futur;

38.  Jinnota li l-Kummissjoni, f'Marzu 2015, adottat pjan ta' pagament li jippreżenta miżuri fuq żmien qasir għat-tnaqqis tal-livell tal-kontijiet mhux imħallsa, iżda jindika li, waqt li dawk il-miżuri huma intenzjonati biex itejbu l-ġestjoni tal-flussi tal-flus fuq żmien iqsar, l-indirizzar tal-livell għoli ta' impenji pendenti jirrikjedi perspettiva fuq żmien itwal u evalwazzjoni bir-reqqa tal-kawżi li huma l-għeruq tagħhom (diffikultajiet amministrattivi u operattivi, restrizzjonijiet makroekonomiċi, eċċ.) b'mod li titfassal strateġija effikaċi sabiex ma jerġgħux iseħħu fil-futur;

39.  Jisħaq li l-attivazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea tista' toħloq problemi bil-mod kif jiġi ġestit il-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-pagamenti; jindika l-ħtieġa li dan l-element kruċjali jiġi koperti fi kwalunkwe ftehim tranżitorju jew finali ma' kwalunkwe Stat Membru li jirtira.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

40.  Jitlob li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex jiġu osservati strattament ir-regoli u l-kalendarji rigward l-impenji pendenti, inklużi:

   i) l-għeluq u d-diżimpenn tal-programmi tal-2007-2013;
   ii) l-użu xieraq tal-korrezzjoni netta fil-koeżjoni;
   iii) tnaqqis tal-flus kontanti miżmuma mill-fiduċjarji; u
   iv) il-kumpilazzjoni ta' pjanijiet u previżjonijiet ta' pagament meta l-impenji pendenti jkunu sinifikanti;

41.  Jitlob għal darba oħra li l-Kummissjoni annwalment tistabbilixxi previżjoni aġġornata fuq żmien twil tal-fluss tal-flus, li tkun tkopri perjodu bejn is-seba' u l-għaxar snin fil-futur, u li tinkludi l-limiti massimi baġitarji, il-ħtiġijiet ta' pagament, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità u d-diżimpenji potenzjali b'mod li l-ħtiġijiet ta' pagament jiġu jikkorrispondu aħjar mal-fondi disponibbli;

42.  Jitlob li, bħala kwistjoni ta' urġenza, minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra li attwalment jinsabu fiha diversi Stati Membri, il-Kummissjoni, fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħha, tikkunsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi speċifiċi ta' ċerti Stati Membri; jappella lill-Kummissjoni biex tuża l-istrumenti kollha disponibbli permezz tal-assistenza teknika u l-Programm il-ġdid għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali biex isostni lil dawk l-Istati Membri b'mod li tevita s-sottoutilizzazzjoni tal-fondi u żżid ir-rati ta' assorbiment, b'mod speċjali fil-qasam tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

43.  Itenni l-bżonn għal semplifikazzjoni u ċarezza tar-regoli u l-proċeduri kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm f'dak nazzjonali, b'mod li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-fondi tal-Unjoni min-naħa tal-benefiċjarji u tiġi żgurata ġestjoni tajba ta' dawk il-fondi mis-servizzi amministrattivi; jemmen li s-semplifikazzjoni se tikkontribwixxi għal allokazzjoni mgħaġġla tal-fondi, rati ta' assorbiment ogħla, żieda fl-effiċjenza u t-trasparenza, inqas żbalji ta' implimentazzjoni u perjodi iqsar għall-pagamenti; jikkunsidra li hemm bżonn jintlaħaq bilanċ bejn is-semplifikazzjoni u l-istabbiltà tar-regoli, il-proċeduri u l-kontrolli; jinnota li, fi kwalunkwe każ, waħda mill-prekundizzjonijiet neċessarji biex l-implimentazzjoni tirnexxi hija li l-applikanti u l-benefiċjarji potenzjali jiġu pprovduti b'informazzjoni u linji gwida suffiċjenti;

44.  Jappella lill-Kummissjoni biex iżżomm lura milli tqaċċat mill-ġdid l-assistenza teknika għad-dispożizzjoni tagħha u toħroġ bi pjan ta' azzjoni għal assorbiment effikaċi u puntwali, b'enfasi partikolari fuq dawk l-Istati Membri u r-reġjuni li waqgħu lura u li għandhom rati ta' assorbiment baxxi;

L-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja

45.  Jiddispjaċih li 75 % biss(79) mill-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'ġestjoni kondiviża tħallsu lid-destinatarji finali sa tmiem l-2015 (fi tmiem l-2014 kienu tħallsu 57 % u fi tmiem l-2012 kienu tħallsu 37 %) u li l-ammont tal-flus miżmuma fl-istrumenti finanzjarju taħt ġestjoni indiretta baqa' għoli (EUR 1,4 biljun fl-2015; EUR 1,3 biljun fl-2014; EUR 1,4 biljun fl-2013);

46.  Jinnota bi tħassib il-fatt li l-ammonti mhux użati mill-istrumenti finanzjarji għadhom relattivament għoljin, u li minn dawn l-ammonti, 80 % kienu kkonċentrati f'ħames Stati Membri fi tmiem l-2014 (u mit-total ta' dawn, l-Italja kienet tirrappreżenta 45 %); jikkunsidra li l-Kummissjoni jmissha twettaq valutazzjoni komprensiva ta' dawn l-istrumenti qabel tmiem l-2018, b'mod li tistabbilixxi jekk ikollhomx jiġu riportati għall-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss;

47.  Jitlob li l-Kummissjoni tirkupra l-bilanċi tal-flus mhux użati fl-strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża, kif ukoll il-fondi mhux użati li jifdal fl-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni indiretta mill-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali preċedenti li jkun skada l-perjodu ta' eliġibbiltà għalihom;

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti

48.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tagħti opinjoni favorevoli dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2015, kif ilha tagħmel mill-2007, u li kkonkludiet li d-dħul fl-2015 kien liberu minn kwalunkwe żball materjali, kif ukoll jinnota b'sodisfazzjon li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fl-31 ta' Diċembru 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

49.  Jiddispjaċih profondament li, għat-22 sena konsekuttiva, il-pagamenti huma materjalment milquta minn żbalji minħabba l-fatt li s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll huma biss parzjalment effikaċi;

50.  Jiddispjaċih li, minkejja t-titjib, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli li tolqot lill-pagamenti hija ta' 3,8 %; ifakkar li l-istima tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti fis-sena finanzjarja 2014 kienet ta' 4,4 %, fis-sena finanzjarja 2013 kienet ta' 4,7 %, fis-sena finanzjarja 2012 kienet ta' 4,8 % u fis-sena finanzjarja 2011 kienet ta' 3,9 %;

51.  Jisħaq li, allavolja s-sitwazzjoni tjiebet f'dawn l-aħħar snin, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għadha ferm ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 %; jisħaq li kieku l-Kummissjoni, l-awtoritajiet fl-Istati Membri jew l-awdituri indipendenti sfruttaw l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom, kienu jkunu jistgħu jipprevjenu, jew jidentifikaw u jikkoreġu proporzjon sinifikanti tal-iżbalji qabel saru l-pagamenti relatati; ma jistax jaċċetta li l-informazzjoni disponibbli ma tintużax biex jitnaqqas il-livell ta' żbalji; jemmen bis-sħiħ li l-Istati Membri jiżvolġu rwol kruċjali f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Istati Membri jisfruttaw l-informazzjoni kollha disponibbli biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu kwalunkwe żball u biex jaġixxu konsegwentement;

52.  Jiddispjaċih li, minħabba bidla fil-qafas legali tal-politika agrikola komuni fl-2015, il-Qorti m'għadhiex tinkludi l-kundizzjonalità fl-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li twettaq, u b'hekk it-tqabbil mas-sena finanzjarja preċedenti sar aktar diffiċli; fl-2014, tali żbalji kkontribwew 0,6 punti perċentwali għal-livell kumplessiv ta' żball stmat għall-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, "Riżorsi naturali", filwaqt li annwalment ikkontribwew bejn 0,1 u 0,2 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat fuq il-perjodu 2011-2014;

53.  Jinnota bi tħassib li, kieku l-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ma kinux ġew applikati għall-pagamenti awditjati mill-Qorti, il-livell kumplessiv ta' żball stmat kien ikun ta' 4,3 % minflok ta' 3,8 %;

54.  Jinnota li t-tip tal-ġestjoni jkollu impatt limitat fuq il-livell ta' żball, peress li l-Qorti sabet li l-livell ta' żball stmat għan-nefqa taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri (4,0 %) huwa kważi l-istess bħal dak għan-nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni (3,9 %);

55.  Jindika li l-Qorti sabet l-ogħla livelli ta' żball stmati fl-infiq taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (5,2%) u għall-intestatura "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" (4,4 %), filwaqt li l-intestatura "Nefqa amministrattiva" kellha l-inqas livell ta' żball stmat (0,6%); jissottolinja l-fatt li, ġeneralment, l-iżbalji ma jikkostitwux frodi; jirrakkomanda li l-Qorti jmissha tniedi rapport speċjali li jeżamina u jqabbel dawk l-oqsma bl-intenzjoni li tipproduċi dokument konċiż bl-"aħjar prattika";

56.  Jinnota li l-profili tar-riskju differenti tal-iskemi ta' rimborż u l-iskemi ta' intitolamenti kellhom influwenza kbira fuq il-livell ta' żbalji fl-oqsma ta' nfiq differenti; fl-oqsma fejn l-Unjoni tagħti rimborż tal-ispejjeż eliġibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li jagħmlu l-benefiċjarji, il-livell tal-iżball huwa ta' 5,2%, waqt li fl-oqsma fejn il-pagamenti jsiru meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet minflok ma jingħata rimborż tal-ispejjeż, ir-rata ta' żball hija ta' 1,9%; jirrakkomanda li l-Qorti teżamina u tqabbel dawk l-oqsma bil-ħsieb li tikkonkludi rapport speċjali dwar l-aħjar prattika;

Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni: ir-riżultati fil-qasam tal-ġestjoni u l-għodod tal-Kummissjoni għal governanza interna

57.  Jinnota li, meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2014, l-ammont f'riskju fil-pagamenti, kif ġie ddeterminat mill-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2016)0446), naqas b'xi 10 %, u dan huwa dovut b'mod speċjali għat-tnaqqis fl-ammont f'riskju li ġie rrapportat fis-settur tal-agrikoltura;

58.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-infiq huwa milqut minn livell ta' żball materjali, peress li, kif jidher fir-Rapport Annwali tagħha tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni , l-ammont f'riskju jvarja bejn EUR 3,3 u EUR 4,5 biljun, varjazzjoni li tirrappreżenta bejn it-2,3 % u t-3,1 % tal-pagamenti; jinnota l-istima tal-Kummissjoni li fil-ġejjieni l-iżbalji li se tidentifika u tikkoreġi se jvarjaw bejn EUR 2,1 u EUR 2,7 biljun;

59.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-istima tagħha tal-iżball rigward l-ammont f'riskju tjiebet tul is-snin, iżda li l-istimi individwali tad-direttorati ġenerali rigward il-livell ta' nfiq irregolari mhumiex ibbażati fuq metodoloġija konsistenti (ara b'mod partikolari l-punt 1.38 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015); jirrakkomanda li din il-prattika tiġi regolarizzata u standardizzata malajr kemm jista' jkun;

60.  Jinnota li, minkejja t-titjib li sar, il-Kummissjoni għadha ma eliminatx ir-riskju li l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi qed jiġi sopravvalutat;

61.  Jindika b'mod partikolari l-fatt li, għal aktar minn tliet kwarti tal-2015, id-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni jibbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont f'riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li, mir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati tal-Kummissjoni Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali (DĠ AGRI) u Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO), jidher li l-affidabbiltà tar-rapporti dwar il-kontrolli tal-Istati Membri għadha problematika, għalkemm ir-rapportar tad-data min-naħa tal-Istati Membri tjieb; jikkunsidra li huwa inaċċettabbli li l-Istati Membri ma jikkooperawx b'mod leali mal-Kummissjoni fir-rigward tar-rapporti dwar il-kontrolli u l-affidabbiltà tagħhom;

62.  Jissottolinja li l-piż tal-kontrolli għall-utenti aħħarin jonqos kieku kellu jiġi applikat approċċ ta' "awditu wieħed", skont liema l-awditu Ewropew ma jitwettaqx separatament iżda jibni fuq l-awditi nazzjonali; josserva li madankollu tali linja kontinwa tal-obbligu ta' rendikont tkun possibbli biss jekk l-awditi nazzjonali jkunu adegwati u jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaqblu dwar il-prinċipji u l-interpretazzjonijiet; jappella lill-Kummissjoni biex tkun proattiva f'dan ir-rigward billi tippubblika linji gwida;

63.  Jemmen li l-għoti tal-kwittanza jmissu jiddependi fuq it-titjib neċessarju fil-ġestjoni finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri; jindika l-istrument tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali f'dan il-kuntest li jista' jgħin biex jitqawwew l-obbligu ta' rendikont u s-sjieda fil-livell nazzjonali;

64.  Jindika li, minħabba l-ispeċifiċità tal-ipprogrammar pluriennali u l-kumplessità u l-akkumulazzjoni tar-regoli reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni li japplikaw għall-proċedura baġitarja, u peress li l-iżbalji jistgħu jiġu kkoreġuti aktar minn għaxar snin wara li jkunu seħħew, huwa artifiċjali li l-istima tal-impatt tal-korrezzjonijiet futuri tiġi bbażata fuq il-korrezzjonijiet reġistrati f'dawn l-aħħar sitt snin;

65.  Jenfasizza, f'dak il-kuntest, li kieku l-Kummissjoni kienet ċerta mill-effikaċja tal-kapaċità korrettiva tagħha, id-diretturi ġenerali ma jmisshom joħorġu l-ebda riżerva finanzjarja fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom;

66.  Jindika li l-Kummissjoni qed tirrapporta(80) li b'kollox ġie implimentat ammont ta' EUR 3,9 biljun f'korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri; jinnota li l-Qorti kklassifikathom fi tliet kategoriji: EUR 1,2 biljun f'korrezzjonijiet u rkupri li saru f'ras il-għajn u li ġew applikati qabel il-Kummissjoni aċċettat in-nefqa (fir-rigward tal-agrikoltura, il-koeżjoni u l-ġestjoni diretta/indiretta); EUR 1,1 biljun f'talbiet għal rimborż li l-Istati Membri rtiraw wara li n-nefqa kienet ġiet aċċettata billi ssostitwew l-ammonti ineliġibbli bi proġetti ġodda fil-qasam tal-koeżjoni; EUR 1,6 biljun f'korrezzjonijiet netti (fir-rigward tal-agrikoltura u l-ġestjoni diretta/indiretta);

67.  Jisħaq fuq il-fatt li, fejn ikun hemm riskju għoli ta' irregolarità, l-aħjar prattika hija li r-riskju jiġi diskuss u li l-livell u l-impatt probabbli jiġu kkwantifikati; jiddispjaċih li r-rapportar min-naħa tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett jagħti attenzjoni sinifikanti għall-"kapaċità korrettiva" minflok jikkwantifika u janalizza n-natura tal-iżbalji li jidentifika, u minflok jieħu l-miżuri preventivi rilevanti biex tali żbalji jiġu evitati; jindika b'mod partikolari li l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar "Il-Protezzjoni tal-Baġit tal-Unjoni" ma jipprovdu l-ebda stima tal-livell ta' irregolarità preżenti fit-talbiet għal rimborż inizjali jew f'dawk li jkunu ġew approvati;

68.  Jikkondividi l-fehma li esprimiet il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tagħha li d-distinzjoni li r-riforma Kinnock-Prodi introduċiet bejn "ir-responsabbiltà politika tal-Kummissarji" u r-responsabbiltà operattiva tad-diretturi ġenerali tfisser li mhux dejjem ġie ċċarat jekk "ir-responsabbiltà politika" tinkludix it-teħid tar-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni baġitarja mid-direttorati ġenerali jew jekk hijiex separata minnha (ara l-punt 5 tar-sommarju eżekuttiv tar-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tal-Qorti);

69.  Jindika li l-Kulleġġ tal-kummissarji ma jassumix ir-responsabbiltà għall-kontijiet annwali billi jabbozza daħla jew rapport mill-President jew il-kummissarju għall-Baġit, u li l-Kummissjoni ma tistabbilixxix dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza jew dwar il-kontroll intern, bi qbil mal-aħjar prattika u l-prattika komuni tal-Istati Membri;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

70.  Jappella għal darba oħra lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw proċeduri sodi biex jikkonfermaw l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont tal-miżuri korrettivi u biex jipprovdu informazzjoni li tirrikonċilja sa fejn ikun possibbli, is-sena meta jsir il-pagament, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti għall-kontijiet;

71.  Jappella għal darba oħra lill-Kummissjoni biex toħroġ, fuq bażi annwali, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni" waħda u xierqa abbażi tar-rapporti annwali tal-attività tad-diretturi ġenerali u biex tipproduċi l-istima statistika tagħha stess rigward il-livell ta' żball; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa separatament l-ammont ta' flus tal-Unjoni li qed tipprevedi li tiġbor lura bħala rkupri jew korrezzjonijiet finanzjarji kkollegati mas-sena finanzjarja 2015;

72.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-hekk imsejħa "proġetti retrospettivi", jiġifieri l-prattika li fil-programmi operattivi reġjonali jiddaħħlu l-proġetti li jkunu diġà tniedew mill-awtoritajiet bl-użu ta' fondi oħrajn u li jistgħu jinkorporaw jew jissostitwixxu l-miżuri jew il-proġetti li jippreżentaw problemi operattivi jew li jkunu bi ksur tar-regoli, analiżi li għandha tinkludi valutazzjonijiet ex ante li jivverifikaw jekk il-proġetti sostituti jissodisfawx l-objettivi ppjanati;

73.  Jappella lill-Kummissjoni biex iżżid dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza u l-kontroll intern mad-dikjarazzjoni finanzjarja, li tkun tkopri b'mod partikolari:

   deskrizzjoni tal-għodod tal-Kummissjoni għal governanza interna;
   valutazzjoni tal-attivitajiet ta' riskju operattiv u strateġiku matul is-sena; u
   dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fiskali fuq żmien medju u twil;

u biex, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, tipprovdi stima tal-livell ta' irregolarità preżenti fit-talbiet għal rimborż inizjali jew f'dawk li jkunu ġew approvati;

74.  Jappella lill-Istati Membri biex jipprovdu data affidabbli lill-Kummissjoni, b'mod speċjali fir-rigward tar-rapporti dwar il-kontrolli;

Ir-riżervi politiċi

75.  Jaqbel mar-riżervi maħruġa mid-diretturi ġenerali tad-Direttorati Ġenerali REGIO, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE), id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME), id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Internazzjoni (DĠ DEVCO) u DĠ AGRI fir-rapport annwali tal-attività tagħhom; huwa tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

76.  Jikkontesta għaliex id-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), kif għamel fis-snin preċedenti, reġa' ħareġ riżerva orizzontali li tkopri l-pagamenti u d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż kollha taħt is-Seba' Programm Kwadru ; jappella lid-Kummissjoni biex sa fl-aħħar tiżviluppa approċċ aktar sinifikanti u bbażat fuq ir-riskju, u biex tuża r-riżervi speċifiċi meta jkun hemm bżonn;

Il-ksib ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni: l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni

77.  Jinnota li r-Rapport Annwali tagħha tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jgħaqqad flimkien żewġ rapporti preċedenti: ir-Rapport ta' Evalwazzjoni prodott skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Rapport ta' Sinteżi rikjest mill-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju;

78.  Jilqa' l-fatt li, għal kull waħda mill-intestaturi baġitarji, ir-rapport jipprovdi informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 u evidenza dwar ir-riżultati tal-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013, kif ukoll jippreżenta l-kollegamenti mal-istrateġija Ewropa 2020;

79.  Jiddispjaċih li l-hekk imsejjaħ rapport ta' evalwazzjoni, fuq naħa, jikkonfondi d-deskrizzjonijiet tal-attivitajiet mar-riżultati, u fuq in-naħa l-oħra, jipprova jevalwa l-impatt tal-politiki u jagħmel wegħdiet għall-ġejjieni;

80.  Jindika li l-Istati Membri mhumiex rikjesti jinkludu indikaturi komuni fil-programmi tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u li l-valutazzjonijiet abbażi tar-riżultati mhumiex parti mill-istadju ta' kontroll inizjali fl-Istati Membri;

81.  Jiddispjaċih li, minflok ma ssemplifikat l-għodod tagħha għal governanza interna, il-Kummissjoni żiedet pjan strateġiku pluriennali ġdid għal kull dipartiment tal-Kummissjoni abbażi ta' objettivi ġenerali komuni li jkopru l-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker, u li jsostnu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-obbligi skont it-Trattati;

82.  Itenni l-appell tiegħu għal konċentrazzjoni tematika, kif esprima fir-rapport tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena baġitarja 2014; jappella lill-Kummissjoni biex tindaga sa liema punt il-konċentrazzjoni tematika tista' tikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni u għal tnaqqis tal-piż regolatorju u l-piż tal-kontrolli;

83.  Jappella lill-Kummissjoni biex tadotta r-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni fi żmien utli sabiex il-Qorti tkun tista' tqisu fir-rapport annwali tagħha; jinsisti li jkun tajjeb li l-informazzjoni pprovduta f'dan ir-rapport tkun kemm jista' jkun oġġettiva u tinkludi valutazzjoni komprensiva tar-riżultati miksuba fis-sena preċedenti mill-Kummissjoni fit-twettiq tal-politiki tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar il-bżonn għal perjodu ta' programmazzjoni politika fuq żmien twil, skont l-Istrateġija Ewropa 2020 fuq għaxar snin;

84.  Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li l-proċess biex jiġu stabbiliti l-indikaturi tal-prestazzjoni jkun trasparenti u demokratiku, bl-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, is-sħab u l-partijiet interessati kollha kkonċernati b'mod li l-indikaturi jkunu adegwati biex ikejlu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll biex iwieġbu għall-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

85.  Jappella lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ġejjiena tagħha dwar il-prestazzjoni, tevalwa aħjar l-outputs u l-eżiti tal-politiki kollha; jappella lill-Kummissjoni biex b'mod ċar u sintetiku turi l-kontribut li jagħtu l-politiki Ewropej għal-objettivi tal-Unjoni u biex tevalwa l-kontribut rispettiv tagħhom għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Il-programm Orizzont 2020

86.  Ifakkar li Orizzont 2020 huwa programm ambizzjuż u estensiv li l-objettiv ġenerali tiegħu huwa bbażat fuq tliet prijoritajiet: xjenza eċċellenti, tmexxija industrijali u sfidi tas-soċjetà;

87.  Jinnota li l-Kummissjoni Juncker adottat għaxar prijoritajiet politiċi għall-perjodu 2014-2019 li mhumiex eżatt l-istess bħall-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020; dan iwassal għal sitwazzjoni fejn il-qafas legali u l-allokazzjoni baġitarja għal Orizzont 2020 jirriflettu l-Istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li l-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020, mill-2014 iffokat l-ippjanar strateġiku u l-arranġamenti ġestjonali mill-ġdid fuq l-għaxar prijoritajiet politiċi;

88.  Jiddispjaċih li sa issa l-Kummissjoni għadha ma ddefinietx ir-relazzjoni bejn iż-żewġ settijiet ta' prijoritajiet, u jitlobha tiċċara dawn il-kollegamenti;

89.  Jisħaq li fattur kruċjali biex Orizzont 2020 jirnexxi huwa sinerġija u komplementarjetà effikaċi bejn il-programmi ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u dawk Ewropej; jinnota li l-Kummissjoni qed tippjana li tanalizza l-impatt u s-sinerġiji bejn Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-kuntest tal-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020;

90.  Jieħu nota taż-żewġ eżempji ta' komplementarjetajiet bejn il-programmi ta' riċerka nazzjonali u dawk tal-Unjoni li ngħataw fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015 u li l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar fil-Bulgarija u l-Portugall sabu li, filwaqt li f'xi oqsma l-programmi ta' riċerka nazzjonali u dawk tal-Unjoni huma komplementari fil-pajjiżi tagħhom, hemm ukoll xi dgħufijiet fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-indikaturi relatati ma' Orizzont 2020 fi ħdan il-pjanijiet ta' azzjoni u l-istrateġiji nazzjonali u xi kwistjonijiet rigward il-koordinament u l-interazzjoni bejn il-parteċipanti kollha involuti f'Orizzont 2020 fil-livell nazzjonali(81); jieħu nota wkoll tal-fatt li l-Bulgarija kienet l-ewwel Stat Membru li uża volontarjament il-faċilità ta' appoġġ għall-politiki ta' Orizzont 2020 u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-Istati Membri li għandhom bżonn jimmodernizza is-setturi ta' riċerka u innovazzjoni tagħhom;

91.  Ifakkar li l-qafas legali ta' Orizzont 2020 jintroduċi bosta elementi importanti għall-ġestjoni tal-prestazzjoni, bħal objettivi u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li kumplessivament l-objettivi u l-indikaturi li ntlaħaq qbil dwarhom tabilħaqq jirrappreżentaw titjib reali fuq il-programmi qafas preċedenti;

92.  Jindika li għad fadal għadd ta' dgħufijiet fl-indikaturi tal-prestazzjoni li jintużaw f'Orizzont 2020, bħal:

   i) f'dak li għandu x'jaqsam mal-bilanċ tal-indikaturi li jkejlu biss l-inputs jew l-outputs minflok ir-riżultati u l-impatt(82),
   ii) in-nuqqas ta' linji ta' riferiment, u
   iii) nuqqas ta' ambizzjoni fl-objettivi;

93.  Jiddispjaċih li l-Qorti sabet li l-Kummissjoni mhijiex qed tuża l-programmi ta' ħidma tagħha taħt Orizzont 2020 u s-sejħiet għal proposti assoċjati biex tikkonċentra l-objettivi aktar fuq il-prestazzjoni kif rikjest(83);

94.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rigward tal-proposti u l-ftehimiet ta' għotja eżaminati mill-Qorti, tqiegħdet biżżejjed enfasi fuq il-prestazzjoni fl-objettivi meta rrikjedietha l-Kummissjoni, u li l-istess japplika għall-proċess ta' evalwazzjoni ta' dawn il-proposti;

95.  Jiddispjaċih li, fil-programmi ta' ħidma individwali li jagħtu l-impetu lil Orizzont 2020 u s-sejħiet għal proposti konnessi, l-użu tal-kunċett aktar estensiv tal-"impatt mistenni" minflok ir-"riżultat mistenni" iżid ir-riskju li l-informazzjoni pprovduta għal din il-parti tkun wiesgħa wisq u li se jkun diffiċli li tiġi aggregata l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' Orizzont 2020(84);

96.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Kummissjoni mhux dejjem tuża l-kunċetti fundamentali fir-rigward tal-prestazzjoni (pereżempju, "outputs", "riżultati", "eżiti" u "impatt") b'mod konsistenti;

97.  Jiddispjaċih li l-Qorti sabet li l-istruttura attwali ma tippermettix li l-Kummissjoni tissorvelja u tirrapporta separatament l-infiq u l-prestazzjoni fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi ħdan Orizzont 2020; barra minn hekk, filwaqt li l-kontribuzzjoni finanzjarja ta' Orizzont 2020 fi ħdan l-Istrateġija Ewropa 2020 hija stabbilita sew fil-proċess baġitarju permezz tad-dikjarazzjonijiet ippubblikati tal-programmi, huwa spjaċevoli li l-Kummissjoni għadha ma rrapportatx dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u dwar il-kontribut tiegħu għall-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod sinifikattiv; jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u l-kontribut tiegħu għall-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod sinifikattiv malli jsiru disponibbli r-riżultati tal-programm;

98.  Jissuġġerixxi li r-rwol għall-punti ta' kuntatt nazzjonali jmissu jitqawwa b'mod li jiġi pprovdut appoġġ tekniku ta' kwalità fuq il-post; jikkunsidra li valutazzjoni annwali tar-riżultati, taħriġ u stimoli għall-punti ta' kuntatt nazzjonali li jkollhom prestazzjoni tajba jżidu r-rata ta' suċċess tal-programm Orizzont 2020;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

99.  Jappella lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ġejjiena tagħha dwar il-prestazzjoni, tippreżenta l-kontribut ta' Orizzont 2020 għall-Istrateġija Ewropa 2020 b'mod ċar u eżawrjenti;

Il-pjanijiet ta' ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività ta' erbgħa direttorati ġenerali responsabbli għall-infiq taħt "Riżorsi naturali"

100.  Jiddispjaċih dwar l-osservazzjonijiet li għamlet il-Qorti li bosta mill-objettivi li ntużaw fil-pjanijiet ta' ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-DĠAGRI, DĠCLIMA, DĠENVI u DĠMARE ittieħdu direttament minn dokumenti ta' politika jew dokumenti leġiżlattivi u ma kellhomx il-livell ta' dettall meħtieġ għall-finijiet ta' ġestjoni u sorveljanza;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

101.  Jitlob li l-Kummissjoni:

   tivvaluta l-prestazzjoni tal-programmi ta' ħidma u billi l-objettivi ta' livell għoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar Orizzont 2020 tittraduċihom f'objettivi operattivi fil-livell tal-programmi ta' ħidma;
   tiċċara ulterjorment il-kollegamenti bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 (2010-2020), il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2014-2020) u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni (2015-2019);
   tiżgura l-użu konsistenti tat-termini "input", "output", "riżultat" u "impatt" fl-attivitajiet tagħha kollha kemm huma bi qbil mal-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar;
   tieħu l-miżuri biex tiżgura li r-riċerkaturi li jagħmlu l-istess xogħol fuq l-istess proġett jitħallsu l-istess;
   tipprovdi lista, abbażi tan-nazzjonalità, tal-intrapriżi kollha kkwotati fil-borża u/jew li juru profitt fir-rendikonti annwali tagħhom, u li jirċievu fondi minn Orizzont 2020;

Id-dħul

102.  Jilqa' l-fatt li l-evidenza kumplessiva li l-Qorti kisbet mill-awditjar tindika li d-dħul mhuwiex milqut minn livell materjali ta' żball u, b'mod partikolari, li s-sistemi eżaminati huma effikaċi għar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING u l-VAT, li s-sistemi eżaminati huma kumplessivament effikaċi għar-riżorsi proprji tradizzjonali, waqt li l-kontrolli interni fundamentali fl-Istati Membri li żaret il-Qorti kienu madankollu parzjalment effikaċi, u li l-Qorti ma sabet l-ebda żball fit-tranżazzjonijiet li ttestjat;

103.  Ifakkar li riżerva hija mezz sabiex element dubjuż fid-data dwar l-ING li jippreżenta Stat Membru jinżamm miftuħ biex possibbilment jiġi kkoreġut, u jilqa' l-fatt li l-Qorti ma identifikatx problemi serji fir-riżervi mneħħija li eżaminat mill-ġdid fl-2015;

104.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għalkemm sar progress biex tittejjeb l-affidabbiltà tad-data dwar l-ING tal-Greċja, ir-riżervi ma tneħħewx; jinnota li din kienet l-unika riżerva ġenerali pendenti fi tmiem l-2015, u tkopri l-2008 u l-2009;

105.  Jinnota li, fir-rigward tad-dazji doganali, il-Qorti sabet li l-metodoloġija użata għall-kontrolli li saru biex jiġi vverifikat jekk ir-regolamenti dwar it-tariffi u l-importazzjoni humiex qed jiġu rispettati mill-importaturi (li jinkludu awditjar "wara l-iżdoganar"), il-kwalità u r-riżultati li pproduċew varjaw bejn Stat Membru u ieħor; il-Qorti rrilevat b'mod speċjali l-interruzzjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin fi Franza għan-notifiki tad-dejn, prattika li tvarja minn dawk fl-Istati Membri l-oħra u li twassal biex l-operaturi ekonomiċi fi ħdan l-UE jiġu ttrattati differenti(85);

106.  Jinnota, fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali, li fi tmiem l-2015, il-Kummissjoni kellha wkoll lista ta' 325 punt miftuħ li jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità mar-regoli doganali tal-Unjoni li kienu ġew identifikati permezz ta' spezzjonijiet fl-Istati Membri;

107.  Jindika li, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar id-dazji doganali u l-imposti fuq iz-zokkor, il-Qorti sabet ineffiċjenzi fil-ġestjoni tal-ammonti riċevibbli (magħrufa bit-terminu "kontabilità B") fl-Istati Membri u li l-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet simili fi 17 mit-22 Stat Membru li żaret;

108.  Jisħaq li l-Qorti identifikat riskji relatati mal-irkupru tad-dejn doganali mingħand il-kumpaniji rreġistrati barra l-Unjoni jew iċ-ċittadini tal-pajjiżi mhux tal-Unjoni, u li sabet għadd ta' każijiet minn Stati Membri differenti li ma setgħux jiġbru d-djun mingħand ċittadini jew kumpaniji bbażati, pereżempju, fil-Belarus, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Ukrajna;

109.  Jisħaq li l-impatt tar-reviżjonijiet importanti għall-bilanċi tal-ING seta' kien iżgħar kieku kien hemm fis-seħħ politika ta' reviżjoni komuni tal-Unjoni għall-armonizzazzjoni tal-kalendarju għar-reviżjonijiet importanti;

110.  Jiddeplora l-fatt li l-elementi strutturali u legali li wasslu għall-inċident politiku li seħħ fl-aħħar ta' Ottubru 2014 rigward il-kontribuzzjonijiet ta' xi Stati Membri għadhom jeżistu;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

111.  Jappella lill-Kummissjoni biex:

   tieħu l-passi meħtieġa biex tarmonizza l-iskadenzi tan-notifiki tad-dejn lill-operaturi ekonomiċi b'segwitu għal awditu wara l-iżdoganar fl-Istati Membri kollha kemm huma;
   tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu dikjarazzjonijiet korretti tal-ammonti miġbura mid-dazji doganali fid-dikjarazzjonijiet ta' kull tliet xhur, u tipprovdi gwida dwar x'suppost jiġi rreġistrat;
   tiffaċilita sa fejn ikun possibbli l-irkupru tad-djun doganali mill-Istati Membri, meta d-debituri ma jkunux ibbażati fi Stat Membru tal-Unjoni;
   ittejjeb il-kontrolli fuq il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet miż-Żona Ekonomika Ewropea u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u fuq il-kalkolu tal-mekkaniżmi ta' korrezzjoni; u
   timplimenta l-arranġamenti meħtieġa sabiex tnaqqas l-impatt tar-reviżjonijiet tal-metodi u s-sorsi li jippreżentaw l-Istati Membri għall-kompilazzjoni tal-ING tagħhom.

Is-segwitu għall-kwittanza lill-Kummissjoni għall-2014(86)

112.  Jindika li l-Kummissjoni qablet li tibda azzjonijiet ġodda fuq 88 talba li saru mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014;

113.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, fir-rigward ta' 227 talba mill-Parlament, l-azzjoni rikjesta diġà ttieħdet jew hija għaddejja bħalissa, u li għal raġunijiet marbuta mal-qafas legali u baġitarju eżistenti jew mar-rwol jew il-prerogattivi istituzzjonali tagħha, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta 35 mit-talbiet li saru mill-Parlament;

114.  Jiddispjaċih li t-tweġibiet tal-Kummissjoni xi drabi jibqgħu vagi u ambigwi;

115.  Jilqa' l-azzjoni tal-Kummissjoni li tat segwitu għal ħamsa mis-sitt impenji prinċipali;

116.  Jinsisti madankollu li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali tagħha biex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li jkunu ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom (is-sitt impenn);

117.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha b'mod partikolari fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data trażmessa mill-Istati Membri, it-trasparenza fir-rigward tal-benefiċjarji aħħarin tal-fondi tal-Unjoni, it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Kumitat Etiku, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riforma tal-istrutturi amministrattivi tal-Iskejjel Ewropej;

118.  Jikkundanna b'qawwa l-fatt li l-Kummissjoni ma tħossx il-bżonn li tkompli tippubblika r-rapport tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; huwa tal-opinjoni li, huma x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, din il-kanċellazzjoni tal-aħħar minuta tibgħat sinjal ħażin mhux biss lill-Istati Membri iżda anke liċ-ċittadini; itenni l-opinjoni tiegħu li l-korruzzjoni għadha problema għall-Unjoni u għall-Istati Membri, u li, mingħajr miżuri effikaċi kontra l-korruzzjoni, hija ddgħajjef il-prestazzjoni ekonomika, l-istat tad-dritt u l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet demokratiċi fi ħdan l-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffinalizza u tippubblika r-rapport tal-2016 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, biex taġixxi malajr u b'mod qawwi ħalli telimina l-korruzzjoni fl-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u biex tikkummissjona valutazzjoni indipendenti tal-istandards tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni infushom;

119.  Itenni b'qawwa l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema ta' indikaturi stretti u ta' kriterji uniformi u faċilment applikabbli, abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Programm ta' Stokkolma, biex tkejjel il-livell tal-korruzzjoni fl-Istati Membri u tevalwa l-politiki tal-Istati Membri kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indiċi ta' korruzzjoni b'mod li tikkategorizza lill-Istati Membri; huwa tal-opinjoni li indiċi ta' korruzzjoni jista' jipprovdi bażi tajba li fuqha l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' kontroll speċifiku għall-pajjiżi individwali meta tkun qed tikkontrolla l-infiq tar-riżorsi tal-Unjoni;

Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

UE 2020

120.  Jinnota li, minkejja r-rata ta' żball ripetuta u d-dewmien fl-implimentazzjoni u fl-għeluq tiegħu, l-evalwazzjoni ex post tas-Seba' Programm Kwadru li saret minn grupp ta' esperti ta' livell għoli(87), ikkunsidrat li s-Seba' Programm Kwadru irnexxa; il-grupp ta' livell għoli ssottolinja b'mod partikolari li s-Seba' Programm Kwadru:

   inkoraġġixxa l-eċċellenza xjentifika fil-livell individwali u istituzzjonali,
   ippromwova riċerka rivoluzzjonarja permezz tal-programm ġdid “Ideas” (Kunsill Ewropew tar-Riċerka),
   involva lill-industrija u lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju b'mod strateġiku,
   irrinforza modalità ġdida ta' kollaborazzjoni u qafas miftuħ għall-innovazzjoni,
   saħħaħ liż-Żona Ewropea tar-Riċerka billi aġixxa ta' katalista għal kultura ta' kooperazzjoni u billi bena netwerks komprensivi adattati biex jindirizzaw l-isfidi tematiċi,
   indirizza ċerti sfidi għas-soċjetà permezz tar-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni permezz tal-programm “Cooperation”,
   inkoraġġixxa l-armonizzazzjoni tas-sistemi u l-politiki nazzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni,
   qanqal il-mobbiltà tar-riċerkaturi madwar l-Ewropa: permezz tal-programm “People”, inħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal suq tax-xogħol miftuħ għar-riċerkaturi,
   ippromwova l-investiment fl-infrastrutturi Ewropej għar-riċerka,
   laħaq massa kritika ta' riċerka madwar il-panorama Ewropew u dak globali;

121.  Jiddispjaċih li l-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, li saret bejn Frar u Mejju 2015, indikat id-dgħufijiet li ġejjin:

   piż amministrattiv kbir, u regoli legali u finanzjarji kkumplikati,
   grad għoli ta' sottoskrizzjoni eċċessiva,
   attenzjoni insuffiċjenti għall-impatt fuq is-soċjetà,
   l-ambitu tas-suġġetti u s-sejħiet kien strett wisq,
   attenzjoni insuffiċjenti għall-parteċipazzjoni min-naħa tal-industrija,
   limitu minimu għoli għal min ikun għadu jibda; rati baxxi tal-medja ta' suċċess ta' 19 % u 22 % rispettivament għall-proposti u l-applikanti;
   komunikazzjoni dgħajfa;

122.  Jiddispjaċih profondament li huwa ferm probabbli li l-objettiv li 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Istati Membri jiġi investit fir-riċerka sal-2020 mhux se jintlaħaq; jikkunsidra għaldaqstant li t-tnaqqis rikorrenti mill-baġit tal-Unjoni fir-rigward tal-programmi ta' riċerka jmissu jintemm; jappella lill-Istati Membri kollha biex jilqgħu l-isfida; jappella wkoll lill-Kummissjoni biex tislet il-konklużjonijiet neċessarji għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss;

123.  Jilqa' l-progress li sar biex jinkisbu riżultati fir-rigward tal-impenji tal-Unjoni tal-Innovazzjoni: sa nofs l-2014, l-impenji kollha jew kienu ntlaħqu jew kienu fit-triq it-tajba biex jintlaħqu;

124.  Jilqa' wkoll il-fatt li sehem il-fondi minn Orizzont 2020 li ġie allokat għall-intrapriżi żgħar u medji żdied minn 19,4 % fl-2014 għal 23,4 % fl-2015, u jirrakkomanda li din ix-xejra titħeġġeġ b'mod proattiv;

125.  Jikkunsidra li huwa inaċċettabbli li d-DĠ RTD ma kkonformax mat-talba tiegħu li d-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni jmisshom jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li joħorġu fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom; jinnota bi tħassib li għadd limitat ta' territorji biss huma rappreżentati fl-aktar 20 proġett importanti ta' Orizzont 2020;

Kwistjonijiet ġenerali

126.  Jirrimarka li l-kapitolu ħamsa tar-Rapport Annwali tal-Qorti 2015 jkopri wkoll il-pagamenti fl-oqsma li ġejjin: ir-riċerka (EUR 10,4 biljun), l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (EUR 1,8 biljun), l-ispazju (EUR 1,4 biljun), it-trasport (EUR 1,3 biljun), azzjonijiet u programmi oħra (EUR 1,1 biljun), l-enerġija (EUR 0,5 biljun) u l-kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (COSME) (EUR 0,3 biljun); ir-riċerka għaldaqstant tirrappreżenta 62 % tal-infiq;

127.  Jinnota li r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-programmi qafas ta' riċerka hija kondiviża fost id-Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni, l-Aġenziji Eżekuttivi, l-Impriżi Konġunti u l-hekk imsejħa korpi tal-Artikolu 185 (sħubijiet mal-Istati Membri), u dan kollu jirrikjedi koordinament mill-qrib;

128.  Jiċċara li l-awditu tal-Qorti kellu x'jaqsam kważi esklużivament mal-pagamenti taħt is-Seba' Programm Kwadru;

129.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ RTD, huwa indikat li sa tmiem l-2015, 1 915-il proġett taħt is-Seba' Programm Kwadru, b'valur ta' EUR 1,63 biljun, kienu għadhom ma tlestewx; dan jista' jdewwem l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020;

Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

130.  Jenfasizza li l-Qorti tikkunsidra li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll għar-riċerka u l-politiki interni l-oħra kienu "parzjalment effettivi";

131.  Jinsab mħasseb dwar il-fatt li, fl-2015, mill-150 tranżazzjoni li awditjat il-Qorti, 72 (48 %) kienu milquta minn żbalji; abbażi tat-38 żball li kkwantifikat il-Qorti, hija stmat li l-livell ta' żball kien ta' 4,4 %; barra minn hekk, f'16-il każ ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw in-nefqa; kieku din l-informazzjoni kollha ntużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun 0,6 % aktar baxx;

132.  Jiddeplora l-fatt li f'10 mit-38 tranżazzjoni li kienu soġġetti għal żball ikkwantifikat, il-Qorti rrapportat żbalji li jaqbżu l-20 % tal-partiti eżaminati; dawn l-għaxar każijiet (disgħa mis-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u wieħed mill-Programm Kompetittività u Innovazzjoni 2007-2013) jirrappreżentaw 77 % tal-livell ta' żball stmat kumplessiv għall-intestatura "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" fl-2015;

133.  Jiddispjaċih li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji kkwantifikati li sabet il-Qorti (33 minn 38) kellhom x'jaqsmu mar-rimborż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti ineliġibbli li ddikjaraw il-benefiċjarji u li kważi l-iżbalji kollha li sabet il-Qorti fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż kienu dovuti għal miżinterpretazzjoni tar-regoli kumplessi dwar l-eliġibbiltà jew kalkolu inkorrett tal-ispejjeż eliġibbli min-naħa tal-benefiċjarji, u dan iwassal għall-konklużjoni ovvja li hemm bżonn li dawn ir-regoli jiġu ssemplifikati;

134.  Jilqa' l-fatt li, skont il-Qorti, il-konformità mar-regoli dwar l-akkwist tjiebet b'mod sinifikanti;

135.  Jikkontesta għaliex id-Direttur Ġenerali tad-DĠ RTD reġa' ħareġ, kif għamel fis-snin preċedenti, riżerva orizzontali li tkopri d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż kollha taħt is-Seba' Programm Kwadru (EUR 1,47 biljun); huwa tal-opinjoni li r-riżervi orizzontali ġeneralment ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala strument ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jirrikonoxxi madankollu li ċerti partijiet min-nefqa taħt is-Seba' Programm Kwadru ma kinux koperti minn riżerva fejn kien hemm evidenza li r-riskji (u għaldaqstant ir-rati ta' żball residwu) kienu aktar baxxi b'mod sinifikanti milli kienu għan-nefqa kollha kemm hi; jinnota li fi ħdan l-iżvilupp tar-riċerka u tat-teknoloġija, dan japplika għall-infiq li jsir minn impriżi konġunti speċifiċi; jinnota li barra mid-DĠ RTD, dan japplika wkoll għall-infiq li jsir mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka taħt il-programm Marie Curie, u għall-infiq kollu li jsir mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

136.  Jinsab sorpriż li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, fl-2015, ma pparteċipax fiċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni;

137.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont il-kummissarju, is-Seba' Programm Kwadru mhux se jiġi kompletament eżegwit u evalwat qabel l-2020, u dan jista' jikkawża dewmien fil-programmi ta' segwitu fil-ġejjieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport ta' evalwazzjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn qabel tippreżenta l-programm ta' riċerka għal wara Orizzont 2020;

Orizzont 2020

138.  Jinnota li, taħt Orizzont 2020, sa tmiem l-2015 kienu saru biss pagamenti bil-quddiem; iwissi lill-Kummissjoni li jekk il-proġett Orizzont 2020 jibda tard, dan jista' jdewwem l-implimentazzjoni tal-programm; iwissi li m'għandux ikun hemm arretrati finanzjarji fi tmiem il-programm;

139.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti sabet li l-programmi pluriennali li jistabbilixxu objettivi politiċi, bħall-Istrateġija UE 2020 jew Orizzont 2020, filwaqt li jipprogressaw b'mod parellel, mhumiex verament ikkollegati(88);

140.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-ewwel rapport ta' monitoraġġ dwar Orizzont 2020 jagħti biss ftit informazzjoni dwar l-effetti ta' sinerġija bejn il-programm u l-fondi strutturali(89); jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar dawn l-effetti ta' sinerġija malli jsiru disponibbli r-riżultati tal-programm;

141.  Jinsab profondament imħasseb minħabba l-opinjoni tal-Qorti(90) li Orizzont 2020 mhuwiex orjentat biżżejjed lejn il-prestazzjoni;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

142.  Jeżiġi mill-ġdid, skont kif diġà għamel fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għall-2014(91), li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha biex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li jkunu ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom;

143.  Jappella lill-Istati Membri jagħmlu sforz addizzjonali bl-għan li jilħqu l-objettiv li 3 % tal-PDG jiġi investit fir-riċerka; iqis li dan kieku jagħti spinta lill-eċċellenza u l-innovazzjoni; jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltà li tipproponi “patt favur ix-xjenza” fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, billi tibni fuq id-dinamika li diġà nħolqot mill-Patt tas-Sindki; jappella lill-Istati Membri u lill-Parlament biex jagħmlu sforz anke permezz tal-baġit tal-Unjoni;

144.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni "L-output tal-innovazzjoni tal-UE", peress li skont il-Kummissjoni stess, in-natura komposta tal-indikatur mhijiex adegwata biex jiġu stabbiliti l-objettivi"(92);

145.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti segwitu b'mod partikolari lis-16-il każ ta' żbalji kwantifikabbli fejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw in-nefqa; u, barra minn hekk, iħeġġiġha tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu fid-dettall dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu qabel tmiem Ottubru 2017;

146.  Jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu fid-dettall dwar l-10 tranżazzjonijiet li kienu jirrappreżentaw 77 % tal-iżbalji u l-miżuri ta' rimedju meħuda;

147.  Jappella lill-Kummissjoni biex timmodernizza s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħha sabiex ir-riżervi orizzontali jsiru superfluwi; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu dwar il-miżuri li jittieħdu qabel Novembru 2017;

148.  Jappella lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Qorti, tiċċara ulterjorment il-kollegamenti bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 (2010-2020), il-qafas finanzjarju pluriennali (2014-2020), u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni (2015-2019) permezz ta', pereżempju, l-proċess ta' ppjanar strateġiku u rapportar (2016-2020); iqis li dan kieku jsaħħaħ l-arranġamenti ta' monitoraġġ u rapportar u jippermetti li l-Kummissjoni tirrapporta b'mod effikaċi dwar il-kontribut tal-baġit tal-UE għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Varji

149.  Jieħu nota tal-fatt li, taħt il-linja baġitarja 04 03 01 05 "Miżuri ta' tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema", l-għotjiet operattivi ġew attribwiti b'mod esklużiv għal żewġ istituti trejdunjonistiċi speċifiċi biss, l-Istitut Ewropew tat-Trejdjunjins u ċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema; ifakkar lill-Kummissjoni li l-għotjiet operattivi u s-sħubijiet qafas għandhom essenzjalment jiġu ttrattati bħala għotjiet u għaldaqstant jiġu soġġetti għal proċeduri miftuħa ta' sejħiet għal offerti u pubblikazzjoni; jesprimi t-tħassib ġenerali tiegħu rigward il-ġustifikazzjoni ta' tali prattiki ta' attribuzzjoni minħabba raġunijiet ta' monopolji de facto jew il-kompetenza teknika tal-korpi u grad għoli ta' speċjalizzazzjoni jew setgħa amministrattiva (Artikolu 190(1)(c) u (f) tar-Regoli ta' Applikazzjoni); iqis li jekk l-għotjiet operattivi jiġu attribwiti b'mod esklużiv u persistenti lil korpi għal dawn ir-raġunijiet, dan jista' effettivament iwassal għal tali monopolji de facto u grad għoli ta' kompetenzi tekniċi, speċjalizzazzjoni u setgħat, u għaldaqstant jiġġustifika ulterjorment l-attribuzzjoni esklużiva ta' għotjiet operattivi abbażi tal-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Applikazzjoni;

150.  Ifakkar, f'dak ir-rigward, lill-Kummissjoni li l-eċċezzjonijiet mir-regoli dwar it-trasparenza u l-pubblikazzjoni hekk kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 125 u dawk segwenti tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu interpretati u applikati b'mod restrittiv; jistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu ħilithom biex jiddefinixxu b'mod ċar kemm il-kalendarju taż-żmien u kemm il-kamp ta' applikazzjoni għall-eċċezzjonijiet mill-prinċipji ta' trasparenza u pubblikazzjoni, bl-għan ċar li jkomplu jrażżnu l-użu tagħhom;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

151.  Jitlob lill-Kummissjoni tapplika u tinterpreta b'mod restrittiv l-eċċezzjonijiet mir-regoli ta' trasparenza u pubblikazzjoni skont kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 125 u dawk segwenti tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar kemm il-kalendarju taż-żmien u kemm il-kamp ta' applikazzjoni għall-eċċezzjonijiet mill-prinċipji ta' trasparenza u pubblikazzjoni, bl-għan ċar li tkompli trażżan l-użu tagħhom;

Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

UE 2020

152.  Jinnota l-fatt li, skont l-evalwazzjoni ex post 2007-2013 tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u Fond ta' Koeżjoni (FK) (93), kull EUR 1 ta' investiment tal-politika ta' koeżjoni se jiġġenera EUR 2,74 ta' PDG addizzjonali sal-2023; jilqa' l-fatt li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-fondi strutturali u ta' koeżjoni ġew investiti fl-innovazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (EUR 32,3 biljun), appoġġ ġeneriku għall-intrapriżi (EUR 21,4 biljun), l-infrastruttura għar-riċerka u l-żvilupp teknoloġiku (EUR 17,5 biljun), l-investiment fit-trasport (EUR 82,2 biljun), l-investiment fl-enerġija (EUR 11,8 biljun), l-investiment ambjentali (EUR 41,9 biljun), l-investiment fil-kultura u t-turiżmu (EUR 12,2 biljun) u l-infrastruttura urbana u soċjali (EUR 28,8 biljun);

153.  Jilqa' l-fatt li, sa ċertu punt, il-FEŻR u l-FK kienu kapaċi jikkontrobattu l-effetti tal-kriżijiet finanzjarji tal-perjodu 2007-2008, u dan jindika li, mingħajr l-intervent tal-fondi strutturali, id-diverġenza ekonomika u soċjali fost ir-reġjuni Ewropej kienet tikber saħansitra aktar;

154.  Jilqa' r-riżultati li ntwera li kisbet il-politika ta' koeżjoni mill-evalwazzjonijiet ex post tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fir-rigward tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020:

   mill-FEŻR u l-FK: taħt il-Miri Ewlenin 1 "Impjiegi" u 2 "Riċerka u Żvilupp, u Innovazzjoni", inħolqu 41 600 impjieg fil-qasam tar-riċerka u ngħata appoġġ lill 400 000 intrapriża ta' daqs żgħir u medju; taħt il-Mira Ewlenija 3 "Tibdil fil-klima u Enerġija", ġiet iġġenerata kapaċità addizzjonali ta' 3 900 MW ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;
   mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE): taħt il-Mira Ewlenija 1 "Impjiegi", minn tal-anqas 9,4 miljun persuna sabu impjieg ( u minn dawn, aktar minn 300 000 persuna li ngħataw appoġġ bdew jaħdmu għal rashom); taħt il-Mira Ewlenija 4 "Edukazzjoni", minn tal-anqas 8,7 miljun persuna kisbu kwalifika/ċertifikat;

155.  Jinnota, madankollu, li ftit ħafna mill-programmi kienu ffokati fuq ir-riżultati jew l-impatt imkejjel; għalhekk ftit li xejn huwa magħruf dwar is-sostenibbiltà tal-investimenti;

156.  Jirrileva, madankollu, l-fatt li, fl-2015, ftit ħafna mill-programmi kienu ffokati fuq ir-riżultati jew l-impatt imkejjel; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi s-sett ta' indikaturi meħtieġa biex timplimenta l-baġit abbażi tar-riżultati u tilħaq qbil dwarhom fil-livell interistituzzjonali; jinnota madankollu li f'dan l-istadju, ftit li xejn huwa magħruf dwar is-sostenibbiltà u l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti;

157.  Jiddispjaċih li ma ġiex informat rigward il-miżuri li l-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jieħdu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew rigward il-miżuri li ħadu l-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

158.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-Qorti kienet diġà indikat li se jkun hemm dewmien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-rapport annwali tagħha għall-2014; u li, madankollu, fi tmiem l-2015, kienu nħatru inqas minn 20 % tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali , il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew : kwistjonijiet ġenerali

159.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti allinjat il-kapitoli fir-rapport annwali tagħha mal-intestaturi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali; huwa tal-opinjoni li, madankollu, il-fondi taħt din l-intestatura huma ta' tali importanza finanzjarja - EUR 28,3 biljun għall-FEŻR; EUR 12,1 biljun għall-FK; EUR 10,3 biljun għall-FSE) li l-istrateġija ta' awditjar tal-Qorti jmissha żżomm lill-FEŻR u lill-FK, fuq in-naħa waħda, u lill-FSE, fuq in-naħa l-oħra, identifikabbli;

160.  Jinsab imħasseb li, b'mod partikolari lejn tmiem perjodu ta' programmazzjoni, l-Istati Membri ffokaw fuq l-assorbiment tal-fondi disponibbli taħt il-pakketti nazzjonali minflok fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-politiki; jappella lill-Kummissjoni biex tgħin lil dawk l-Istati Membri li jkollhom l-agħar prestazzjoni permezz ta' assistenza teknika, b'mod speċjali fi tmiem il-perjodu finanzjarju;

161.  Jinsab anzjuż biex is-16-il Stat Membru li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-akkwist pubbliku(94), id-19-il Stat Membru li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni(95) u s-17-il Stat Membru li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali(96) dan jagħmluh malajr kemm jista' jkun peress li d-direttivi huma mmirati lejn semplifikazzjoni ulterjuri; jappella lill-Kummissjoni biex tivverifika l-progress f'dawn l-oqsma;

162.  Jirrileva l-importanza tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: sal-aħħar ta' Novembru 2015, qrib it-320 000 persuna żagħżugħa kienu ġew inklużi f'azzjonijiet mogħtija appoġġ mill-Inizjattiva u 18 minn 22 Stat Membru kienu nedew azzjonijiet fl-ambitu tagħha; 28 % tal-finanzjament disponibbli taħt l-Inizjattiva kien ġie impenjat, 20 % kien ingħata taħt kuntratt lill-benefiċjarji u 5 % kien tħallas lill-benefiċjarji; jinnota li tliet Stati Membri kienu għadhom ma impenjaw l-ebda finanzjament sal-aħħar ta' Novembru 2015 (Spanja, l-Irlanda u r-Renju Unit);

163.  Jieħu nota tar-riżultati preliminari mill-implimentazzjoni tal-FSE u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2014-2015, u tal-ammont ta' 2,7 miljun parteċipant li ħadu sehem fl-attivitajiet tal-FSE u tal-Inizjattiva, inklużi 1,6 miljun persuna qiegħda u 700 000 persuna inattiva;

164.  Jiddispjaċih, fl-istess ħin, li jidher li studju inizjali(97) jindika wkoll nuqqas ta' effikaċja fis-servizzi mogħtija u nuqqasijiet fil-ġbir ta' data f'xi Stati Membri.

Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

165.  Jinnota li, fl-2015, aktar minn 80 % tal-pagamenti kienu pagamenti interim għall-programmi operattivi tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li l-perjodu ta' eliġibbiltà għalih intemm fil-31 ta' Diċembru 2015; il-pagamenti bil-quddiem għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ammontaw għal madwar EUR 7,8 biljun;

166.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fl-Italja, kien hemm dewmien inaċċettabbli fil-pagamenti lit-trainees taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jappella lill-Kummissjoni biex tissorvelja s-sitwazzjoni u tfassal pjan ta' azzjoni speċifiku għal dawk l-Istati Membri fejn qed isseħħ din il-problema;

167.  Jirrikonoxxi li l-Qorti eżaminat 223 tranżazzjoni (120 tranżazzjoni kellhom x'jaqsmu mal-FEŻR, 52 mal-FK u 44 mal-FSE);

168.  Jinsab preokkupat dwar il-fatt li l-Qorti kkwantifikat li l-livell ta' żball stmat kien ta' 5,2 % (fl-2014: 5,7 %); jinsab allarmat li, kif ġara fis-snin preċedenti, il-Qorti kellha tikkonkludi li "Fi 18-il każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru mill-benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-informazzjoni kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-Istati Membri humiex qed jużaw l-informazzjoni kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji; Li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b'2,4 punti perċentwali"(98);

169.  Jieħu nota tal-fatt li, fl-ambitu tal-infiq taħt il-FEŻR/FK, il-Qorti identifikat li r-riskji prinċipali għar-regolarità kienu li, fuq naħa waħda, il-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż li jkunu ineliġibbli skont ir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà u/jew id-dispożizzjonijiet anqas numerużi dwar l-eliġibbiltà fir-regolamenti tal-Unjoni dwar il-fondi strutturali jew li, fuq in-naħa l-oħra, jkun hemm nuqqas ta' konformità mar-regoli fil-livell tal-Unjoni u/jew nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku meta jkunu qed jingħataw il-kuntratti; l-istima tal-Kummissjoni hija li r-riskju ta' żball f'dan il-qasam ta' politika huwa bejn it-3 % u l-5,6 %;

170.  Jieħu nota tal-fatt li, fil-qasam tal-infiq taħt il-FSE, il-Qorti identifikat li r-riskju prinċipali għar-regolarità kellu x'jaqsam man-natura intanġibbli tal-investimenti f'kapital uman u l-involviment ta' sħab moltepliċi, ta' spiss fuq skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti; l-istima tal-Kummissjoni hija li r-riskju ta' żball f'dan il-qasam ta' politika huwa bejn it-3 % u l-3,6 %;

171.  Jinnota b'dispjaċir li wieħed mis-sorsi ewlenin ta' żbalji relatati mal-infiq taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" għadu l-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jindika li ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jinkludi l-għoti dirett ta' kuntratti addizzjonali jew xogħlijiet jew servizzi addizzjonali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda ġustifikazzjoni, l-esklużjoni illegali ta' offerenti, il-kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm politika ta' trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-iżbalji u l-abbużi tar-regoli;

172.  Jissottolinja li s-semplifikazzjoni, inklużi l-għażliet ta' spejjeż semplifikati, tnaqqas ir-riskju ta' żball; jindika, madankollu, il-fatt li l-awtoritajiet maniġerjali huma anzjużi dwar ammont ta' xogħol addizzjonali, inċertezzi legali u r-riskju li kwalunkwe irregolarità tiġi kkunsidrata bħala żball sistemiku;

173.  Jilqa' l-fatt li r-rapporti annwali ta' kontroll tal-Istati Membri saru aktar affidabbli tul is-snin: f'14-il każ FEŻR/FK biss ir-rata ta' żball li rrapportaw l-Istati Membri kien aġġustat b'aktar minn 2 %;

174.  Jiddispjaċih li d-DĠ REGIO ra l-ħtieġa li joħroġ 67 riżerva (tnaqqis minn 77) minħabba sistemi ta' ġestjoni u kontroll inaffidabbli fi 13-il Stat Membru u riżerva waħda rigward il-Programm Transkonfinali bejn Greċja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja taħt l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni; mis-67 programm taħt riżerva, 22 jistgħu jiġu allokati lil Spanja, 10 lill-Ungerija u 7 lill-Greċja; sadattant, huwa stmat li l-impatt finanzjarju ta' dawn ir-riżervi naqas minn EUR 234 miljun fl-2014 għal EUR 231 miljun fl-2015 għall-FEŻR/FK;

175.  Jiddispjaċih ukoll li d-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL) ħareġ 23 riżerva (tnaqqis minn 36) minħabba sistemi ta' ġestjoni u kontroll inaffidabbli fi 11-il Stat Membru; jieħu nota tal-fatt li huwa stmat li l-impatt finanzjarju ta' dawn ir-riżervi naqas minn EUR 169,4 miljun fl-2014 għal EUR 50,3 miljun fl-2015 għall-FSE;

176.  Jappoġġa l-pjanijiet tal-Kummissjoni li t-titjib tal-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-programmi taħt il-politika ta' koeżjoni jmissu jsir prijorità(99); jistaqsi lill-Kummissjoni kif il-konklużjonijiet se jiġu inkorporati f'leġiżlazzjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss.

L-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja

177.  Jinnota li l-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri rrapportaw li, b'kollox, fi tmiem l-2015 kienu qed joperaw 1 052 strument ta' inġinerija finanzjarja (inklużi 77 fond ta' investiment u 975 fond speċifiku): l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-intrapriżi jirrappreżentaw 89 %, il-proġetti ta' żvilupp urban 7 % u l-fondi għall-effiċjenza enerġetika/enerġiji rinnovabbli 4 %;

178.  Jinsab konxju li dawk l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ġew stabbiliti f'25 Stat Membru (l-Istati Membri kollha ħlief l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Kroazja) u rċevew appoġġ finanzjarju minn 188 programm operattiv, inkluż programm operattiv wieħed ta' kooperazzjoni transkonfinali;

179.  Jirrikonoxxi li l-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-programmi operattivi li tħallsu lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ammontaw għal EUR 16,9 biljun, inklużi EUR 11,7 biljun f'fondi strutturali (FEŻR u FSE); jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-pagamenti għad-destinatarji finali laħqu EUR 12,7 biljun sa tmiem l-2015, u li EUR 8,6 biljun minnhom kienu mill-fondi strutturali, biex b'hekk intlaħqet rata ta' assorbiment ta' kważi 75 % tal-ammonti mill-programmi operattivi li tħallsu lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

180.  Jirrimarka li destinatarji fil-Polonja, l-Ungerija, l-Italja u Franza huma l-benefiċjarji ewlenin tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

181.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni jmissha tiżgura li l-infiq kollu relatat ma' strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 jiġi inkluż minn kmieni biżżejjed fid-dikjarazzjonijiet ta' għeluq b'mod li jippermetti li l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu l-kontrolli tagħhom; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni jmissha tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li implimentaw strumenti finanzjarji biex iwettqu awditi speċifiċi dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti fil-prospettiva tal-għeluq;

182.  Jinsab profondament preokkupat dwar il-fatt li l-kumplessità finanzjarja ġġenerati minn aktar minn 1 000 strument ta' inġinerija finanzjarja tikkostitwixxi sehem kbir mill-"galassji ta' baġits" li jagħmluha impossibbli li jingħata rendikont demokratiku.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

183.  Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 19/2016 tagħha dwar "L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013" żvelaw li l-ispejjeż u l-imposti għall-fondi ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment/Fond Ewropew tal-Investiment li jimplimentaw strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża huma ġeneralment ogħla, u jinkoraġġixxi lill-Qorti biex twettaq awditu simili għall-perjodu attwali;

184.  Jappella lill-Kummissjoni biex mill-2018 tibda tippreżenta, annwalment, sa Ġunju ta' kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni sa mill-bidu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u dwar il-qagħda attwali, inklużi r-riżultati miksuba, tal-istrumenti finanzjarji kollha ġestiti u implimentati mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li joperaw b'riżorsi mill-baġit tal-UE, biex tużah fil-proċedura ta' kwittanza.

Każijiet speċifiċi

185.  Jinnota li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) nieda investigazzjonijiet amministrattivi, bħal pereżempju fil-Ġermanja fir-rigward tal-Grupp Volkswagen abbażi tal-iskandlu tal-emissjonijiet, fi Franza fir-rigward tal-Front Nazzjonali u l-President tiegħu, u fir-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-proġett magħruf bħala "Bejta taċ-Ċikonji" abbażi ta' allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet; jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament malli titlesta l-investigazzjoni;

186.  Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li, fl-Ungerija, il-Qorti u d-DĠ REGIO skoprew irregolaritajiet serji relatati mal-kostruzzjoni tal-linja tal-metro nru 4 f'Budapest; jinnota li abbażi ta' inkjesta amministrattiva li bdiet issir mill-OLAF fl-2012 u li ġiet konkluża biss dan l-aħħar minħabba n-natura kumplessa tal-każ, il-Kummissjoni jista' jkollha tirkupra EUR 228 miljun u l-BEI jista' jkollu jirkupra EUR 55 miljun; il-ġestjoni ħażina ġiet skoperta fil-livell tal-proġett; josserva li r-rapport tal-OLAF dwar il-każ jirrakkomanda wkoll li jkun hemm segwitu ġudizzjarju fl-Ungerija u fir-Renju Unit; jappella lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-kumitat responsabbli tiegħu regolarment informat dwar il-progress li jkun sar u dwar il-miżuri meħuda;

187.  Jiddeplora l-fatt li l-gvern Rumen adotta ordinanza li setgħet xeklet it-tmexxija ta' ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni u li, barra minn hekk, setgħet offriet il-possibbiltà li tingħata maħfra lil dawn il-politiċi li setgħu kienu implikati f'atti illegali; iqis li tali miżuri leġiżlattivi ġodda jista' jkollhom impatt negattiv ħafna fuq it-tentattiv tal-Kummissjoni li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni peress li r-Rumanija hija destinatarju importanti ta' fondi strutturali; jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu dwar il-miżuri li tkun ħadet biex tindirizza s-sitwazzjoni;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

188.  Jeżiġi mill-ġdid, skont kif diġà għamel fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għall-2014(100), li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha biex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li jkunu ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom;

189.  Jitlob lill-Qorti biex iżżomm lill-FEŻR u lill-FK, fuq in-naħa waħda, u lill-FSE, fuq in-naħa l-oħra, identifikabbli separatament fl-istrateġija ta’ awditjar tagħha, minħabba l-importanza finanzjarja tagħhom;

190.  Jappella lill-Kummissjoni biex:

   tiżgura li jiġu rinforzati s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ikkonċernati fil-15-il Stat Membru(101) li wrew dgħufijiet, u tirrapporta bil-miktub dwar l-isforzi tagħha lill-kumitat responsabbli tiegħu qabel Ottubru 2017;
   tiċċara d-distinzjoni bejn it-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun rekuperabbli u dik li ma tkunx;
   tirrapporta dwar l-ammont li jkun ġie diżimpenjat (pajjiż, fond, ammont) wara li l-perjodu finanzjarju 2007-2013 ikun wasal fi tmiemu;
   tipproponi, bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, meta tkun qed tħejji l-proposta leġiżlattiva tagħha għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, l-aġġornamenti neċessarji għall-mekkaniżmu għat-tfassil u t-twassil tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, waqt li tqis ukoll is-suġġerimenti tal-grupp ta' livell għoli dwar is-semplifikazzjoni biex issaħħaħ il-kontribut mill-politika ta' koeżjoni għall-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni fi stadju bikri;
   tipprevedi indikaturi tal-prestazzjoni aktar maneġġevoli u miżurabbli għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, peress li l-Parlament jattribwixxi l-istess importanza għall-kontrolli tal-legalità u tar-regolarità, fuq in-naħa l-waħda, u għall-prestazzjoni, fuq in-naħa l-oħra;
   tipprevedi trasparenza sħiħa u aċċess għad-dokumentazzjoni kollha għall-ħidma infrastrutturali ffinanzjata mill-Unjoni, waqt li tagħti attenzjoni partikolari għad-data relatata mal-kuntratturi u s-sottokuntratturi;

191.  Jappoġġa kompletament il-fehma tal-Kummissarju Oettinger meta ddikjara li, fuq żmien twil, l-istrumenti finanzjarji u l-baġits moħbija jridu jerġgħu jinġiebu taħt il-kappa tal-baġit tal-Unjoni, peress li dan kieku jkun ifisser li l-Kummissjoni jkollha tagħti rendikont ta' għemilha lill-Parlament; jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni qabel Novembru 2017;

Il-Politika Agrikola Komuni

192.  Ifakkar li l-iskemi ta' għajnuna diretta li ġew introdotti permezz tar-riforma tal-PAK fl-2013 ma daħlux fis-seħħ qabel is-sena tat-talba 2015 u li dan ir-rapport jirrigwarda l-infiq tas-sena baġitarja 2015, li jikkorrispondi għall-applikazzjonijiet għal għajnuna diretta li ġew ippreżentati fl-2014, l-aħħar sena tal-iskemi tal-PAK preċedenti.

Kwistjonijiet ta' konformità

193.  Jindika li, fis-sena finanzjarja 2015, għall-Intestatura 2 "Riżorsi Naturali" tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-livell ta' żball stmat tal-Qorti huwa ta' 2,9 %; jinnota li dan il-livell huwa simili għal dak tal-2014, meta titqies il-bidla fl-approċċ tal-Qorti fir-rigward tal-iżbalji ta' kundizzjonalità li m'għadhomx inklużi fir-rata ta' żball;

194.  Jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex, bil-ħsieb li ttejjeb l-obbligu ta' rendikont u tirrapporta fil-livelli maniġerjali superjuri, teżamina l-possibbiltà ta' applikazzjoni aktar flessibbli u effiċjenti tar-regola dwar il-mobbiltà interna tal-managers fil-każijiet fejn żmien twil fil-kariga jikkorrispondi ma' rati ta' żball għoljin li jiġu nnotati b'mod kostanti mill-Qorti u ma' riżervi sostnuti rigward ir-riżultati tal-ġestjoni fis-servizzi kkonċernati;

195.  Jindika li għal "Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta", l-istima tar-rata ta' żball li għamlet il-Qorti hija ta' 2,2 %, kemmxejn ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 % (l-istess livell bħal tal-2014), filwaqt li għal "Żvilupp rurali u politiki oħra", il-livell ta' żball stmat baqa' għoli f'livell ta' 5,3 % iżda huwa anqas mil-livell ta' 6 % li ġie stmat is-sena li għaddiet;

196.  Jisħaq li l-iżbalji fil-qasam tal-appoġġ dirett kienu kważi kollha dovuti għad-dikjarazzjoni ta' numru eċċessiv ta' ettari eliġibbli, minkejja l-fatt li l-affidabbiltà tad-data fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art ilha dawn l-aħħar snin titjieb kontinwament, u jindika li, fil-qasam tal-iżvilupp rurali, nofs l-iżbalji kienu kkawżati mill-fatt li l-benefiċjarju jew il-proġett ma kinux eliġibbli, 28 % minn kwistjonijiet relatati mal-akkwist u 8 % minn ksur ta' impenji agroambjentali;

197.  Jiddispjaċih b'qawwa li, għaż-żewġ oqsma, l-appoġġ dirett u l-iżvilupp rurali, l-awtoritajiet nazzjonali setgħu naqqsu l-livell ta' żball għal livell qrib jew inqas il-materjalità(102), peress li jew kellhom biżżejjed informazzjoni biex jidentifikaw l-iżball jew kienu huma stess li għamluh l-iżball; iħeġġeġ lill-Istati Membri jisfruttaw l-informazzjoni kollha disponibbli biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu kwalunkwe żball u biex jaġixxu konsegwentement;

198.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni naqqset b'mod sinifikanti l-għadd ta' proċeduri ta' konformità miftuħa: minn 192 fl-2014 għal 34 fl-2015, u li, b'segwitu għal tibdiliet fil-leġiżlazzjoni mfassla biex jirrazzjonalizzaw il-proċedura, il-Kummissjoni issa tissorvelja iktar mill-qrib iċ-ċiklu ta' awditjar b'mod li tikkonforma mal-iskadenzi interni u esterni.

L-awtoritajiet maniġerjali

199.  Jiddispjaċih li l-Qorti sabet nuqqasijiet li jolqtu wħud mill-funzjonijiet ta' kontroll kruċjali tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri u li dawn kellhom x'jaqsmu:

   a) fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija:
   mas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art, mal-kontrolli amministrattivi;
   mal-kwalità tal-ispezzjonijiet fuq il-post;
   man-nuqqas ta' konsistenza fid-definizzjoni tal-parametri biex l-art tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba; u
   mal-proċeduri ta' rkupru għall-pagamenti inkorretti;
   b) fir-rigward tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali:
   man-nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi relatati mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-akkwist pubbliku;
   c) fir-rigward tal-kundizzjonalità: mal-affidabbiltà tal-istatistika ta' kontroll u t-teħid ta' kampjuni;

L-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri

200.  Jinnota li, fl-2015, għall-ewwel darba, il-korpi ta' ċertifikazzjoni ġew rikjesti jaċċertaw il-legalità u r-regolarità tal-infiq; jiddispjaċih li l-Kummissjoni setgħet tuża l-ħidma ta' dawn il-korpi b'mod limitat biss minħabba d-dgħufijiet sinifikanti fil-metodoloġija u fl-implimentazzjoni bħal pereżempju:

   strateġiji ta' awditjar inadegwati;
   teħid ta' kampjuni żgħar wisq;
   insuffiċjenza ta' ħiliet u għarfien espert fil-qasam legali min-naħa tal-awdituri tal-Korpi ta' Ċertifikazzjoni;

201.  Jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li għad hemm problema dwar l-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri, bħal pereżempju:

   a) fil-pagamenti diretti:
   id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti (pagamenti supplimentari) għal 12 minn 69 aġenzija tal-pagamenti, b'rata ta' żball ta' aktar minn 2 % (iżda l-ebda minnhom ma kellha aktar minn 5 %) filwaqt li aġenzija tal-pagamenti waħda biss inizjalment ikkwalifikat id-dikjarazzjoni tagħha;
   id-DĠ AGRI ħareġ riżervi għal 10 aġenziji tal-pagamenti: 3 għal Spanja, waħda kull wieħed għal Franza, il-Bulgarija, Ċipru, l-Italja (il-Kalabrija), ir-Rumanija u waħda kull wieħed għal Spanja u Franza għall-POSEI (Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità indrizzat lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi);
   b) fil-qasam rurali:
   id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti (pagamenti supplimentari) għal 36 minn 72 aġenzija tal-pagamenti u f'14-il każ, ir-rata ta' żball aġġustata kienet akbar minn 5 %;
   id-DĠ AGRI ħareġ riżerva għal 24 aġenzija tal-pagamenti li tinkludi 18-il Stat Membru: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja (4 aġenziji tal-pagamenti), il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja, Spanja (3 aġenziji tal-pagamenti) u r-Renju Unit (2 aġenziji tal-pagamenti);
   barra minn hekk id-DĠ AGRI ħareġ riżervi fir-rigward tal-akkwist pubbliku għal 2 Stati Membri: il-Ġermanja u Spanja;

202.  Jisħaq li, fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, ir-rati ta' żball stabbiliti mid-DĠ AGRI u l-Qorti jvarjaw bejniethom(103), filwaqt li fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ir-rata ta' żball aġġustata ta' 4,99 % li indika d-DĠ AGRI hija ġeneralment konformi mal-livell ta' żball stmat mill-Qorti;

Kwistjonijiet ta' prestazzjoni

203.  Jinnota li, kif għamlet fl-2014, il-Qorti eżaminat kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni għal tranżazzjonijiet magħżula fil-qasam tal-iżvilupp rurali, u jinsab imħasseb dwar il-fatt li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-ispejjeż kienu raġonevoli fl-44 % tal-proġetti u l-fatt li kien hemm nuqqasijiet fl-indirizzar tal-miżuri u fl-għażla tal-proġetti, inklużi kollegamenti dgħajfa mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri kollha possibbli biex ittejjeb din is-sitwazzjoni inkwetanti.

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni

204.  Jinsab imħasseb dwar l-affidabbiltà tad-data li l-Kummissjoni użat biex tkejjel l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 1 (KPI 1) kif ġie definit mid-DĠ AGRI fir-rigward tal-introjtu mill-fatturi agrikoli; jemmen li x-xejra attwali fil-biedja part time minħabba l-prezzijiet baxxi tal-prodotti bażiċi mhijiex qed tiġi rrappreżentata b'mod preċiż; jinnota b'mod partikolari li:

   a) il-Kummissjoni ma tistax tipprovdi ċifri preċiżi tal-bdiewa li ħallew l-impjieg tagħhom fl-2015 minħabba l-kriżi fis-setturi tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal peress li m'għandhiex data faċilment disponibbli dwar parteċipanti ġodda fis-settur jew dwar in-numru ta' bdiewa li ħallewh (mistoqsijiet bil-miktub nri 1 u 3 mis-smigħ tal-Kummissarju Hogan tad-29 ta' Novembru 2016);
   b) is-sena 2013 kienet l-aħħar waħda li għaliha hemm disponibbli ċifri dwar in-numru ta' farms: 10 841 000 farms mmexxija minn bidwi wieħed f'kull każ;
   c) in-numru tad-destinatarji mill-ewwel pilastru tal-PAK fl-2015 kien ta': 7 246 694 bidwi fl-Unjoni u 127 268 benefiċjarji mogħtija appoġġ fl-ambitu ta' intervent fis-suq;
   d) l-introjtu mill-fatturi agrikoli jiġi kkalkulat għal kull "unità ta' xogħol annwali" li tikkorrispondi għall-ħidma li ssir minn persuna waħda li tkun okkupata f'azjenda agrikola fuq bażi full time, u l-forza tax-xogħol agrikola totali fit-28 Stat Membru fl-2013 kienet ekwivalenti għal 9,5 miljun unità ta' xogħol annwali, u minn dawn 8,7 miljun (92 %) kienu ħaddiema regolari(104)(105);
   e) il-Qorti, fir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 tagħha, ikkonkludiet li s-sistema tal-Kummissjoni biex tkejjel il-prestazzjoni tal-PAK fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa mhijiex imfassla tajjeb biżżejjed, u li l-kwantità u l-kwalità tad-data statistika li ntużat biex jiġi analizzat l-introjtu tal-bdiewa għandhom limitazzjonijiet sinifikanti;

205.  Jibża' li l-Kummissjoni mhijiex mgħammra tajjeb biex tipprovdi data annwali komprensiva rigward l-Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni Nru 1, u lanqas – b'riżultat ta' dan – biex tissorvelja b'mod preċiż u komprensiv l-evoluzzjoni tal-introjtu tal-bdiewa;

206.  Jikkunsidra li l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 4 dwar ir-rata tal-impjiegi fil-qasam tal-iżvilupp rurali mhuwiex rilevanti, peress li r-rata tal-impjiegi fil-qasam tal-iżvilupp rurali ma tiġix biss influwenzata mill-miżuri tal-PAK u anke peress li l-objettiv li jinżammu u jinħolqu l-impjiegi rurali huwa kondiviż ma' ħafna strumenti oħra, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej l-oħra;

PAK ġusta

207.  Jisħaq fuq id-differenzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-introjtu medju tal-bdiewa (106) u jfakkar li s-sena l-oħra, il-Parlament sab li "mhuwiex sostenibbli li [...] 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni [...] għandhom introjtu ta' inqas minn EUR 4 000 fis-sena[, li] bħala medja 80 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu madwar 20 % tal-pagamenti, u [...] 79 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu EUR 5 000 jew inqas fis-sena"(107);

208.  Jieħu nota tal-fatt li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI rrapporta f'paġna mir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2015 dwar "Ix-xejriet fid-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti" u saħaq għal darb'oħra li huwa f'idejn l-Istati Membri li jużaw l-alternattivi li pprovdiet ir-riforma tal-PAK fl-2013 biex jiddistribwixxu mill-ġdid is-sussidji tal-PAK;

209.  Jikkunsidra li l-pagamenti diretti ma jiżvolġux kompletament ir-rwol tagħhom ta' mekkaniżmu li jservi ta' xibka ta' sikurezza għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-farms, b'mod partikolari għall-farms ta' daqs iżgħar, peress li d-distribuzzjoni żbilanċjata attwali tal-pagamenti twassal biex l-20 % tal-farms kollha fl-Unjoni jirċievu t-80 % tal-pagamenti diretti kollha, u dan ma jirriflettix il-livell ta' produzzjoni imma qed jintiret mill-fatt li l-Istati Membri għadhom jibbażaw il-pagamenti fuq kriterji storiċi, għalkemm jirrikonoxxi li d-daqs tal-farms, kbir jew żgħir, jiddependi minn kull Stat Membru; huwa tal-opinjoni li l-farms ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu tal-farms bħal dawk ta' daqs iżgħar fi żminijiet meta l-introjtu jkun volatili peress li jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala li x'aktarx iġibuhom aktar reżiljenti; jikkunsidra li, jekk jitqiegħed limitu massimu fuq il-pagamenti diretti, kif ipproponiet inizjalment il-Kummissjoni u kif qabel il-Parlament , dan jista' jipprovdi biżżejjed riżorsi finanzjarji biex il-PAK issir aktar ġusta.

Il-bijokarburanti

210.  Jindika li, skont il-konklużjonijiet li rrapportat il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 18/2016 tagħha dwar is-sistema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli, is-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex kompletament affidabbli u kienet suxxettibbli għal frodi peress li l-Kummissjoni ħarġet deċiżjonijiet ta' rikonoxximent lil skemi volontarji li ma kellhomx proċedura ta' verifika xierqa biex jiżguraw li l-oriġini tal-bijokarburanti prodotti mill-iskart kienet tassew l-iskart.

Is-semplifikazzjoni

211.  Jinsisti fuq il-fatt li, fir-Rapport Speċjali Nru 25/2016 tagħha, il-Qorti vverifikat jekk is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art ippermettiex li l-Istati Membri jivverifikaw b'mod affidabbli l-kejl u l-eliġibbiltà tal-artijiet iddikjarati mill-bdiewa, u jekk is-sistemi kinux qed jiġu adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-PAK 2014-2020, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-obbligi marbuta mal-ekoloġizzazzjoni;

212.  Jinsab imħasseb minħabba l-konklużjonijiet tal-Qorti li sitt bidliet kbar li potenzjalment jolqtu lis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art ġew introdotti f'Mejju 2015 u li l-kumplessità tar-regoli u tal-proċeduri rikjesti biex jiġu ttrattati dawk il-bidliet kompliet iżżid il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.

L-aġenzija tal-pagamenti Ċeka

213.  Jitlob lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità li nfetħet fit-8 ta' Jannar 2016 sabiex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna l-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka; jieħu nota tal-fatt li, jekk ir-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' interess ma tirnexxix, fl-aħħar mill-aħħar dan jista' jwassal biex l-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti jiġi rtirat mill-awtorità kompetenti jew biex il-Kummissjoni timponi korrezzjonijiet finanzjarji, u jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament mingħajr dewmien jekk, fi tmiem il-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità, id-DĠ AGRI jittrażmetti informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni lill-OLAF;

Inkjesta dwar l-approvazzjoni tal-konformità

214.   Jikkunsidra li s-semplifikazzjoni tal-PAK u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-aġenziji tal-pagamenti jmisshom ikunu prijoritajiet għall-Kummissjoni fis-snin li ġejjin; jikkunsidra wkoll li, filwaqt li l-Kummissjoni jmissha tagħmel ħilitha biex iżżomm ix-xejra pożittiva fl-effiċjenza tal-ġestjoni tagħha tal-PAK u r-rati ta' żball tal-PAK billi tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq iż-żamma tal-kapaċità korrettiva tagħha u fuq l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri, imissha tikkunsidra li toqgħod lura milli tibda inkjesti dwar l-approvazzjoni tal-konformità ta' ambitu minuri jew milli tkomplihom;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

215.  Jappella lill-Kummissjoni biex:

   a) tkompli bl-isforzi tagħha biex tagħti segwitu għall-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż kull mezz legali għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari s-sospensjoni ta' pagamenti;
   b) tissorvelja annwalment ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-kwalità mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art, u tivverifika li l-Istati Membri kollha li jkollhom valutazzjonijiet negattivi tabilħaqq iwettqu l-azzjoni korrettiva meħtieġa;
   c) teżamina mill-ġdid il-qafas legali attwali sabiex tissemplifika u tirrazzjonalizza r-regoli relatati mas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art għall-perjodu tal-PAK li jmiss, pereżempju, billi tikkunsidra mill-ġdid il-ħtieġa għas-soll ta' stabbiltà ta' 2 % u r-regola tal-100 siġra;
   d) tiżgura li l-pjanijiet ta' azzjoni kollha tal-Istati Membri li jindirizzaw l-iżbalji fil-qasam tal-iżvilupp rurali jkunu jinkludu azzjonijiet effikaċi fir-rigward tal-akkwist pubbliku;
   e) tissorvelja u tappoġġa b'mod attiv lill-korpi ta' ċertifikazzjoni biex itejbu l-ħidma u l-metodoloġija tagħhom rigward il-legalità u r-regolarità tal-infiq, u b'mod partikolari biex jipprovdu opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq taħt il-PAK li jkunu ta' kwalità u ambitu li jippermettu li l-Kummissjoni taċċerta l-affidabbiltà tad-data ta' kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti jew, fejn ikun xieraq, li tipprovdi stima tal-aġġustament meħtieġ tar-rati ta' żball tal-aġenziji tal-pagamenti abbażi ta' dawn l-opinjonijiet, bl-intenzjoni li jiġi implimentat l-approċċ ta' awditu uniku fil-qasam tal-infiq agrikolu;
   f) taġġorna l-manwal ta' awditjar tad-DĠ AGRI billi tinkludi proċeduri ta' awditjar fid-dettall u rekwiżiti ta' dokumentazzjoni għall-verifika tad-data pprovduta mill-Istati Membri u li tintuża għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji;
   g) tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikseb data preċiża u komprensiva mill-Istati Membri dwar in-numru ta' bdiewa fl-UE u rigward l-introjtu tal-bdiewa sabiex tassew tkejjel u tissorvelja l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 1 li huwa msemmi fir-rapport annwali tal-attività tad-direttur ġenerali tad-DĠ AGRI fir-rigward tal-introjtu agrikolu;
   h) tiddefinixxi mill-ġdid l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni Nru 4 fir-rigward tal-impjiegi fil-qasam rurali b'mod li tisħaq fuq l-impatt speċifiku tal-miżuri tal-PAK fuq l-impjiegi f'dawk l-oqsma;
   i) tniedi dibattiti regolari bejn l-Istati Membri fil-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti mir-riforma tal-PAK tal-2013 għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-pagamenti diretti bejn il-benefiċjarji, u biex tirrapporta kompletament dwar il-progress li jkun sar f'dan ir-rigward fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI; (108)
   j) tivvaluta, fil-kuntest tar-riflessjonijiet tagħha dwar PAK issemplifikata u mmodernizzata, jekk l-iskema ta' pagamenti diretti hijiex imfassla kif suppost biex jiġi stabbilizzat id-dħul tal-farms kollha jew jekk fasla politika differenti, jew mudell ta' distribuzzjoni tal-pagamenti diretti jistgħux jirriżultaw biex il-fondi pubbliċi biex aġġustati aħjar għal mal-objettivi;
   k) timmodifika sostanzjalment is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli u b'mod partikolari tivverifika b'effikaċja li l-produtturi ta' materja prima għall-bijokarburanti tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali tal-UE għall-agrikoltura, jipprovdu biżżejjed evidenza tal-oriġini tal-iskart u tar-residwi li jintużaw għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tivvaluta jekk il-governanza tal-iskemi volontarji tnaqqasx ir-riskju ta' kunflitt ta' interess;
   l) tgħolli l-limitu minimu li taħtu ma jkunx hemm bżonn li jsiru inkjesti dwar l-approvazzjoni tal-konformità bi qbil mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 minn EUR 50 000 għal EUR 100 000(109);
   m) tikkunsidra mill-ġdid l-introduzzjoni ta' limitu massimu vinkolanti għall-pagamenti diretti.

L-Ewropa Globali

Ir-rati ta' żball

216.  Jindika li, skont il-konklużjonijiet tal-Qorti, l-infiq fuq "L-Ewropa Globali" kien milqut minn livell ta' żball materjali b'livell ta' żball stmat ta' 2,8 %, (2,7 % fl-2014);

217.  Jiddispjaċih li, jekk jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet b'donaturi multipli u dawk ta' appoġġ baġitarju, ir-rata ta' żball għat-tranżazzjonijiet speċifiċi taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni ġiet kkwantifikata bħala 3,8 % (3,7 % fl-2014);

218.  Jinnota li, kieku l-informazzjoni kollha miġbura mill-Kummissjoni - u mill-awdituri mqabbda mill-Kummissjoni - intużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, ir-rata ta' żball stmat għall-kapitolu L-Ewropa Globali kienet tkun ta' 1,6 % anqas; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tisfrutta l-informazzjoni kollha disponibbli biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi kwalunkwe żball u biex taġixxi konsegwentement;

219.  Jindika li t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju eżaminati mill-Qorti kienu liberi minn żbalji ta' legalità u ta' regolarità;

220.  Jindika li l-aktar tip ta' żball sinifikanti, li jirrappreżenta t-33 % tal-livell ta' żball stmat, jirrigwarda l-infiq mhux imġarrab: jiġifieri nefqa li tkun għadha ma ġġarbitx fil-mument meta l-Kummissjoni tkun aċċettatha u f'xi każijiet awtorizzatha;

221.  Jindika li l-aktar tip ta' żball frekwenti, li jirrappreżenta t-32 % tal-livell ta' żball stmat, jirrigwarda l-infiq ineliġibbli, jiġifieri:

   a) in-nefqa relatata ma' attivitajiet li ma jkunux koperti b'kuntratt jew li tkun iġġarrbet barra l-perjodu ta' eliġibbiltà;
   b) nuqqas ta' konformità mar-regola dwar l-oriġini;
   c) taxxi ineliġibbli u spejjeż indiretti li jkunu ġew inkorrettament iddebitati bħala spejjeż diretti.

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

222.  Ifakkar li, fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu, id-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR) jikkunsidra li, għaż-żewġ strumenti finanzjarji ġestiti mid-DĠ NEAR - l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni - l-esponiment finanzjarju mill-ammont f'riskju huwa anqas mis-soll ta' materjalità ta' 2 % u l-medja stabbilita tar-rata ta' żball għad-direttorat ġenerali kollu kemm hu hija ta' 1,12 %;

223.  Jiddispjaċih li din id-dikjarazzjoni mhijiex konsistenti mal-ħidma ta' awditjar tal-Qorti u jinnota li d-DĠ NEAR jirrikonoxxi fir-rapport tiegħu li l-approċċ li ħa għandu bżonn titjib ulterjuri;

224.  Jinnota b'mod partikolari li l-kalkolu tar-rata ta' żball residwu li d-DĠ NEAR għamel għad-90 % tal-infiq, irriżulta fi tliet rati: rata ta' żball residwu għall-ġestjoni diretta tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni, rata ta' żball residwu għall-ġestjoni indiretta tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni, u rata ta' żball residwu għall-modalitajiet ta' ġestjoni kollha tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat; għall-10 % li jifdal mill-infiq , id-DĠ NEAR uża sorsi oħra ta' assigurazzjoni;

225.  Jisħaq li l-Qorti sabet li l-kalkolu tar-rata ta' żball residwu fir-rigward tal-modalità ta' ġestjoni "ġestjoni indiretta mill-pajjiżi benefiċjarji", li jgħaqqad ir-riżultati mill-kampjuni mhux statistiċi li ttieħdu mill-awtoritajiet tal-awditjar mar-rata ta' żball residwu storika kkalkulata mid-DĠ NEAR, mhuwiex rappreżentattiv biżżejjed u ma jipprovdix informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta' pagamenti fir-riskju; jindika li, skont il-Qorti, hemm riskju li l-kalkolu jissottovaluta l-livell ta' żball u jista' potenzjalment ikollu impatt fuq l-assigurazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali;

226.  Jilqa' l-fatt li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO temm il-prattika preċedenti ta' riżerva kumplessiva rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet kollha tad-DĠ DEVCO u li, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, għamel dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ddifferenzjata skont ir-riskju fir-rapport annwali tal-attività tal-2015;

227.  Jinnota li nħarġet riżerva speċifika li tkopri l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika minħabba d-dgħufijiet fil-kontrolli li identifika s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni; jikkunsidra li tali riżerva jmissha nħarġet qabel peress li n-nuqqasijiet misjuba ilhom preżenti mill-2004 meta ġiet stabbilita l-Faċilità; jiddikjara li l-prattika ta' riżerva kumplessiva rigward id-DĠ DEVCO kollu kemm hu ovvjament ikkontribwiet għal nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tad-DĠ DEVCO;

228.  Jinnota l-valutazzjoni tad-DĠ DEVCO li żewġ oqsma ta' nfiq jippreżentaw riskju għoli:

   i) l-għotjiet taħt ġestjoni diretta;
   ii) il-ġestjoni indiretta flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

iżda jikkondividi l-fehmiet li esprimiet il-Qorti li riżerva setgħet kienet iġġustifikata fir-rigward tal-ġestjoni indiretta mal-pajjiżi benefiċjarji b'mod partikolari peress li l-għotjiet li jiġu implimentati indirettament mill-pajjiżi benefiċjarji jmisshom jirrikjedu livell simili ta' analiżi tar-riskju bħal dak li jsir għall-għotjiet li jiġu implimentati direttament;

229.  Jindika li, skont il-konklużjonijiet tal-Qorti (ara l-punti 48-50 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015 dwar il-FEŻ), il-kapaċità korrettiva tad-DĠ DEVCO ġiet sopravvalutata peress li l-irkupri ta' prefinanzjamenti u l-imgħax iggwadanjat u l-kanċellazzjonijiet ta' ordnijiet ta' rkupru ma ġewx esklużi mill-kalkolu tal-ammont annwali medju tal-ordnijiet ta' rkupru maħruġa għal żbalji u irregolaritajiet bejn l-2009 u l-2015;

Id-dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll u prevenzjoni

230.  Jisħaq li l-Qorti sabet dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Kummissjoni bħal pereżempju:

   il-verifiki tan-nefqiet li wettqu l-awdituri maħtura mill-benefiċjarji f'xi każijiet ma rnexxilhomx jidentifikaw l-iżbalji, u dan wassal biex il-Kummissjoni aċċettat spejjeż ineliġibbli;
   ġie identifikat dewmien fil-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqiet min-naħa tal-Kummissjoni;
   ir-regoli speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni għall-istrumenti ta' ġemellaġġ (taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija) rigward l-ispejjeż għall-ammonti li jitħallsu f'daqqa u b'rata fissa tfasslu b'tali mod li ħolqu riskju li s-sħab fl-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni jiġġeneraw profitt;

Ir-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna

231.  Jiddispjaċih għal darb'oħra li r-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma ġewx annessi mar-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR, kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn sistematikament jiġu kkunsidrati bħala kunfidenzjali filwaqt li, skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, "għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom";

232.  Jinnota li, peress li din kienet l-ewwel darba li saret l-analiżi tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fid-DĠ NEAR, ma kienx possibbli li tinsilet kwalunkwe konklużjoni f'termini ta' "xejriet" u li, fl-2015, ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ma ġewx ikkalkolati għad-DĠ NEAR;

233.  Jindika li:

   a) kumplessivament, il-prestazzjoni tad-delegazzjonijet, li tkejlet skont in-numru ta' parametri ta' riferiment li laħqet bħala medja kull delegazzjoni, marret għall-aħjar;
   b) il-valur totali tal-portafoll tal-proġetti ġestiti mid-delegazzjonijiet naqas minn EUR 30 biljun għal EUR 27,1 biljun; u
   c) il-proporzjon ta' proġetti bi problemi ta' implimentazzjoni naqas minn 53,5 % għal 39,7 %;

234.  Jisħaq li (i) l-Istrument għall-Istabbiltà, (ii) l-Istrument MIDEAST u (iii) il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għadhom il-programmi li joħolqu preokkupazzjoni minħabba l-livelli għoljin ta' diffikultajiet fl-implimentazzjoni u li hemm ir-riskju inaċċettabbli li EUR 3 minn kull EUR 4 li jintefqu fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ma jilħqux l-objettivi tagħhom jew jiddewmu;

235.  Jinnota li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet irrapportaw l-informazzjoni dwar 3 782 proġett li jikkorrispondu għal EUR 27,41 biljun ta' impenji u li:

   a) 800 proġett (21,2 %) b'valur ta' EUR 9,76 biljun (35,6 % tal-portafoll tal-proġetti kollu kemm hu) huma esposti għal xi forma ta' riskju fir-rigward tal-outputs - riskju a priori jew riskju attwali, u l-proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrappreżentaw 72 % tal-ammont totali f'riskju (EUR 7 biljun);
   b) 648 proġett (17,1 %) b'valur ta' EUR 6 biljun (22 % tal-portafoll tal-proġetti kollu kemm hu) qegħdin f'riskju ta' dewmien, u l-proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrappreżentaw żewġ terzi tal-proġetti kollha li ddewmu;
   c) 1 125 proġett (29,75 %) b'valur ta' EUR 10,89 biljun (39,71 %) qegħdin f'riskju li ma jilħqux l-objettivi tagħhom jew li tiddewwem l-implimentazzjoni tagħhom, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrappreżenta 71 % tal-EUR 10,8 biljun ikkonċernati;

236.  Jilqa' l-fatt li, għall-ewwel darba, il-Kummissjoni interrogat lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni dwar ir-riskji a priori tal-proġetti li jistgħu joffru pass inizjali lejn proċess iċċentralizzat ta' mmaniġġjar tar-riskju; jirrakkomanda li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar il-qasam diffiċli fejn tista' tkun qed topera d-delegazzjoni, il-Kummissjoni tintensifika d-djalogu tagħha mad-delegazzjonijiet dwar kif għandu jiġi mmaniġġjat dan ir-riskju tul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-proġett;

237.  Jinnota li, mid-delegazzjonijiet li għalihom huwa responsabbli d-DĠ DEVCO, l-erbgħa bl-agħar prestazzjoni huma dawk għall-Jemen, għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, għall-Gabon u għall-Mauritania, filwaqt li, mid-delegazzjonijiet li għalihom huwa responsabbli d-DĠ NEAR, l-erbgħa li ġew ikklassifikati bl-agħar prestazzjoni huma dawk għas-Sirja, għall-Eġittu, għall-Albanija u għall-Kosovo;

238.  Jistenna li d-DĠ DEVCO jkompli jagħmel progress biex jikseb il-prijoritajiet li ġejjin fl-2016, u li jirrapporta dwarhom fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2016:

   a) iż-żieda tal-preċiżjoni tal-previżjoni finanzjarja rigward id-deċiżjonijiet u l-kuntratti;
   b) iż-żieda tal-perċentwal tal-pagamenti li jsiru sal-iskadenza ta' 30 jum;
   c) iż-żieda tal-effikaċja tal-kontrolli;
   d) it-titjib tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet kollha li anqas minn 60 % tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħhom ġew immarkati bl-"aħdar" fl-2015, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u sistemi ta' informazzjoni;

239.  Jistenna li d-DĠ NEAR jikseb dawn il-prijoritajiet li ġejjin fl-2016, u li jirrapporta dwarhom fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2016:

   a) l-introduzzjoni tal-ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li kienu nieqsa fir-rapport dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna għas-sena finanzjarja 2015;
   b) it-titjib tal-possibbiltajiet ta' monitoraġġ għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

L-infiq tal-Unjoni fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil fil-pajjiżi tal-viċinat

240.  Ifakkar li wieħed mill-aspetti importanti tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni huwa li anke l-ġlieda kontra l-faqar hija mistennija timmira biex toħloq il-kundizzjonijiet li jirriżultaw fil-prevenzjoni tal-wasla bla rażan ta' migranti irregolari fl-Ewropa;

241.  Jaqbel mal-konklużjonijiet prinċipali li rrapportat il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 9/2016 tagħha rigward "L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014" u jisħaq b'mod partikolari li l-frammentazzjoni eżistenti tal-istrumenti xxekkel is-sorveljanza parlamentari (i) tal-mod kif jiġu implimentati l-fondi, u (ii) tal-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet, u għaldaqstant tagħmilha diffiċli li jiġu vvalutati l-ammonti finanzjarji li effettivament jintefqu bħala appoġġ għall-azzjoni esterna fil-qasam tal-migrazzjoni;

Il-Bank Dinji

242.  Ifakkar, fid-dawl tal-informazzjoni allarmanti li Politico pprovda fit-2 ta' Diċembru 2016 rigward il-biża' li, fit-trattattivi tal-Kummissarju Georgieva mal-Bank Dinji, kien hemm kunflitt ta' interess, fl-appell li l-Parlament għamel lill-Kummissjoni fl-aħħar riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu dwar il-baġit tal-Kummissjoni għall-2014 biex teżamina mill-ġdid il-kodiċi ta' kondotta għall-kummissarji sa tmiem l-2017, anke billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess; jisħaq li, mingħajr definizzjoni fid-dettall ta' x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess, il-Parlament ma jkunx jista' jevalwa b'mod ġust u konsistenti l-eżistenza ta' kunflitti ta' interess reali jew potenzjali;

243.  Jikkunsidra li l-arranġament ta' finanzjament il-ġdid konkluż mill-Kummissjoni mal-Bank Dinji(110) li ssostitwixxa r-rata fissa tal-ħlasijiet għall-ġestjoni b'formula aktar kumplessa u li ppreveda b'mod partikolari li ċerti proġetti mwettqa direttament mill-Bank Dinji jistgħu jiġu soġġetti għal imposta ta' 17 % fuq l-ispejjeż tal-persunal u tal-konsulenti, probabbli se jkun ta' ħsara għall-baġit tal-Unjoni u jista' jirriżulta biex il-pagamenti jaqbżu l-limitu massimu ta' 7 % fuq l-ispejjeż ta' ġestjoni, u dan huwa pprojbit mill-Artikolu 124(4) tar-Regolament Finanzjarju;

244.  Jisħaq li l-ħlas għall-ġestjoni li se jsir lill-Bank Dinji mhux se jintuża għall-proġetti fl-oqsma tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni; jistaqsi għaliex il-Bank Dinji għandu jiġi rremunerat mill-Kummissjoni għall-attivitajiet bankarji li huma fil-qalba tal-missjoni tiegħu ta' bankier.

International Management Group

245.  Jifraħ lill-Kummissjoni rigward l-eżitu tal-proċedimenti fil-Kawża T-381/15 tat-2 ta' Frar 2017; jistaqsi liema kuntratti mal-International Management Group għadhom fis-seħħ attwalment;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

246.  Jappella:

   lid-DĠ DEVCO u lid-DĠ NEAR biex iqawwu l-kwalità tal-verifiki tan-nefqiet ikkummissjonati mill-benefiċjarji, speċifikament billi jintroduċu miżuri ġodda bħall-użu ta' grilja tal-kwalità biex jivverifikaw il-kwalità tal-ħidma li tkun saret mill-awdituri kkummissjonati mill-benefiċjarji u r-reviżjoni tat-termini ta' referenza tal-awdituri;
   lid-DĠ NEAR biex jieħu azzjoni biex jiżgura li l-finanzjament li jitwassal permezz ta' strument ta' ġemellaġġ ikun konformi mar-regola li tipprojbixxi l-profitt u jaderixxi mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
   lid-DĠ NEAR biex jirrivedi l-metodoloġija tar-rata ta' żball residwu sabiex jipprovdi informazzjoni li tkun statistikament preċiża rigward l-ammont li jkun qiegħed f'riskju għall-pagamenti li jsiru taħt ġestjoni indiretta fil-qafas tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni;
   lid-DĠ DEVCO biex jirrevedi l-istima tal-kapaċità korrettiva tiegħu fil-ġejjieni billi jeskludi mill-kalkolu l-irkupri tal-prefinanzjamenti li ma jkunux intefqu u l-imgħax iggwadanjat u l-kanċellazzjoni tal-ordnijiet ta' rkupru li jkunu nħarġu preċedentement;
   lid-DĠ DEVCO u lid-DĠ NEAR biex jippubblikaw ir-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni joħorġu bħala anness mar-rapporti annwali tal-attività tagħhom kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, u biex, fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, jindikaw il-miżuri li jkunu ħadu biex jirrimedjaw għas-sitwazzjoni fid-delegazzjonijiet bi problemi ta' implimentazzjoni, biex inaqqsu d-dewmien u jissemplifikaw il-programmi;
   lill-Kummissjoni biex tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
   lill-Kummissjoni biex:
   i) tiċċara l-objettivi;
   ii) tiżviluppa, tespandi u ttejjeb il-qafas biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politiki tagħha fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil fil-pajjiżi tal-viċinat;
   iii) tiffoka r-riżorsi finanzjarji disponibbli fuq objettivi prijoritarji ddefiniti u kkwantifikati b'mod ċar; u
   iv) tikkonsolida ulterjorment il-kollegament bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni;
   lill-Kummissjoni biex, fil-kodiċi ta' kondotta għall-kummissarji, tinkludi d-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess, biex tikkunsidra fundamentalment mill-ġdid il-bżonn li, fl-arranġamenti finanzjarji tagħha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet fdati, tipprevedi dispożizzjonijiet rigward ir-remunerazzjoni tagħhom għall-ispejjeż tal-persunal marbuta mal-attivitajiet li jinsabu fil-qalba tal-missjoni tagħhom, u biex tirrapporta komprensivament lill-Parlament Ewropew sa tmiem l-2017 dwar ir-riflessjonijiet tagħha f'dan ir-rigward iżda anke dwar l-impatt tal-applikazzjoni tal-politika l-ġdida dwar l-irkupru tal-ispejjeż;

Il-migrazzjoni u s-sigurtà

247.  Jilqa' l-fatt li, minħabba s-sensittività politika tal-kwistjoni, il-Qorti għall-ewwel darba indirizzat il-politika dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà fit-tieni parti tal-kapitolu 8 tar-rapport annwali tagħha; jinnota li, b'baġit ta' EUR 0,8 biljun, dan il-qasam jirrappreżenta sehem żgħir iżda dejjem jikber mill-baġit tal-Unjoni;

248.  Jiddeplora l-fatt li l-Qorti ma fformulat l-ebda rata ta' żball rigward dan il-qasam ta' politika, filwaqt li d-direttur ġenerali tad-DĠ HOME, fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2015, jipprovdi stima ta' 2,88 % għar-rata ta' żball pluriennali residwu għall-għotjiet mhux relatati mar-riċerka li kienu taħt il-ġestjoni diretta tad-DĠ HOME;

249.  Jikkondividi t-tħassib li esprimiet il-Qorti rigward il-fatt li l-awditjar tas-solidarjetà u tal-ġestjoni tal-flussi migratorji mwettaq mill-Kummissjoni ma kopriex it-testijiet tal-kontrolli fuq il-biċċa l-kbira tal-proċessi ewlenin u li għaldaqstant hemm ir-riskju li l-Kummissjoni kkunsidrat li xi programmi annwali b'sistemi ta' kontroll ineffikaċi jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli u konsegwentement l-attenzjoni tal-awditjar ex post tal-Kummissjoni mhux se tiġi ffokata fuqhom;

250.  Ifakkar li DĠ HOME identifika nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi u l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013 min-naħa tar-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja;

251.  Huwa tal-opinjoni li l-Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni Nru 1 inkluż fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ HOME għall-2015 mhuwiex rilevanti peress li r-rata tal-migranti irregolari li jiġu ripatrijati lejn pajjiżi terzi ma tiġix influwenzata b'mod sinifikanti mill-ġestjoni min-naħa tad-DĠ HOME;

252.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni tikkunsidra li huwa diffiċli jekk mhux impossibbli li tipprovdi stima tal-ispejjeż li jitħallsu għall-migranti/applikanti għal ażil għal kull pajjiż individwali, peress li l-ġestjoni tal-flussi migratorji tinkludi firxa wiesgħa ta' attivitajiet(111);

253.  Jitlob lill-Qorti tipprovdi lill-awtorità ta' kontroll baġitarju b'rata tal-iżball l-aktar probabbli fir-rigward tal-politika dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà fir-rapport annwali tagħha għall-2016 u tevalwa l-kapaċità korrettiva tas-servizzi tal-Kummissjoni f'dan il-qasam ta' politika;

254.  Jesprimi tħassib dwar il-verifiki li saru fuq il-fondi għar-rifuġjati li, fl-emerġenzi, l-Istati Membri spiss jallokawhom b'mod li ma jikkonformax mar-regoli fis-seħħ; iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni tintroduċi verifiki aktar rigorużi, anke bil-ħsieb li tiżgura li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati u tal-applikanti għal ażil.

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

255.  Jirrakkomanda li d-DĠ HOME:

   a) jikkwantifika u janalizza bir-reqqa fir-rapport annwali tal-attività tiegħu n-natura tal-iżbalji li jidentifika u jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-"kapaċità korrettiva" tiegħu;
   b) jippromwovi l-użu tal-għażliet ta' spejjeż semplifikati, l-użu tal-ammonti li jitħallsu f'daqqa u l-ispejjeż unitarji standardizzati fil-ġestjoni tal-fondi tiegħu;
   c) jislet bir-reqqa tagħlimiet mill-imgħoddi rigward in-nuqqasijiet identifikati fil-ġestjoni tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi u l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013;
   d) jipprovdi lill-awtorità baġitarja u lill-awtorità għall-kontroll baġitarju bl-aktar data preċiża possibbli fir-rigward tal-ispejjeż li jsiru għall-migranti/applikanti għal ażil b'mod li tingħata ġustifikazzjoni solida għall-ammont ta' talbiet baġitarji għal programmi ta' finanzjament, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-valur inkwantifikabbli tal-ħajja umana, fuq livell individwali u fuq livell kumplessiv;
   e) jittestja l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern li l-Istati Membri jużaw fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-proċessi ewlenin fil-qafas tal-programmi SOLID: il-proċeduri ta' għażla u ta' għoti, il-proċeduri ta' għoti, il-monitoraġġ tal-proġetti, il-pagamenti u l-kontabbiltà;
   f) jorganizza u jippromwovi aktar sinerġija bejn is-servizzi kollha responsabbli għal programmi li possibilment jinfluwenzaw il-flussi migratorji;

L-amministrazzjoni

256.  Jinnota li uffiċjal jista' jinħatar fil-kariga ta' espert anzjan jew ta' assistent anzjan li tiftaħ il-possibbiltà ta' promozzjoni għall-grad AD 14 jew AST 11, u li, ladarba uffiċjal ikun inħatar fil-kariga ta' espert anzjan, ma hemm l-ebda possibbiltà li jiċċaqlaq lura għax-xogħol ta' amministratur; jiddispjaċih dwar l-inkonsistenza bejn din il-miżura u dawk li huma mmirati biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi jew li jirrinforzaw il-kollegament bejn il-grad u l-funzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex ittemm din il-prattika;

257.  Jinnota bi tħassib li l-ammont medju ta' snin fi grad qabel il-promozzjoni naqas għall-gradi AD 11 u ogħla; għall-grad AD 12 pereżempju, fl-2008, il-medja kienet li uffiċjal kien jiġi promoss biss kull 10,3 snin, filwaqt li fl-2015 kien jiġi promoss kull 3,8 snin, u dan juri li l-promozzjonijiet fil-gradi tas-salarji superjuri tħaffu; jitlob lill-Kummissjoni tnaqqas il-ħeffa tal-promozzjonijiet fil-gradi ogħla minn AD 11 jew AST 9;

258.  Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni laħqet kompożizzjoni aktar ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu sussegwentement; iżda jindika li dawn l-Istati Membri tal-aħħar għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, li għadu mistenni li jkun hemm progress fir-rigward tagħhom;

259.  Jinnota bi tħassib il-prezzijiet eċċessivament għaljin li jimponu s-servizz mediċi fil-Lussemburgu u d-diffikultajiet biex jiġi żgurat li l-membri tar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-istituzzjonijiet tal-UE jirċievu t-trattament bl-istess kundizzjonijiet li jirċevuh iċ-ċittadini tal-Lussemburgu; jappella lill-istituzzjonijiet, u lill-Kummissjoni b'mod partikolari, biex jeżiġu u jiggarantixxu li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/24/UE(112), li jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' kura tas-saħħa fit-territorju tagħhom jitolbu l-istess ħlasijiet mill-pazjenti minn Stati Membri oħrajn bħal dawk li jitolbu mill-pazjenti domestiċi, jiġi inforzat fl-Istati Membri kollha, u b'mod speċjali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu; jappella wkoll biex, fejn ma jkunx hemm konformità ma' din id-direttiva, timponi s-sanzjonijiet xierqa;

L-OLAF

260.  Jinnota li l-Kulleġġ tal-kummissarji neħħa l-immunità tad-direttur ġenerali tal-OLAF, b'segwitu għal talba mill-awtoritajiet Belġjani, fil-kuntest tal-investigazzjonijiet relatati mal-każ "Dalli"; huwa tal-opinjoni li d-direttur ġenerali jinsab ikkonfrontat b'kunflitt ta' interess triplu:

   filwaqt li l-Kulleġġ kien fil-proċess li jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-immunità tiegħu, id-direttur ġenerali kkunsidra l-possibbiltà li jiftaħ investigazzjonijiet tal-OLAF kontra l-membri tal-Kummissjoni,
   ladarba l-Kulleġġ kien ħa d-deċiżjoni li jneħħilu l-immunità, id-direttur ġenerali ħa azzjoni legali kontra l-Kummissjoni minħabba irregolarità allegata meta adottat id-deċiżjoni tagħha; fl-istess ħin, id-direttur ġenerali kompla jirrappreżenta lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi relatati mal-portafoll tiegħu,
   wara li t-tneħħija tal-immunità tiegħu kienet ġiet ikkonfermata, il-prosekutur pubbliku Belġjan fetaħ investigazzjoni dwar ir-rwol tad-direttur ġenerali fil-każ ikkonċernat, filwaqt li baqa' jaqdi r-rwol ta' interlokutur għad-direttur ġenerali tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi fil-konfront tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-Belġju;

Jikkunsidra li dawn il-kunflitti ta' interess jistgħu jagħmlu ħsara kemm għar-reputazzjoni tal-OLAF, kif ukoll għal dik tal-Kummissjoni; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni timponi lid-direttur ġenerali tal-OLAF li joħroġ bil-liv sa meta tintemm l-investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet Belġjani, u taħtar sostitut temporanju;

261.  Jinsab maħsud mir-rapporti tal-aħbarijiet li, skont il-kalkoli tal-OLAF, in-"negliġenza kontinwa" min-naħa tad-dwana tar-Renju Unit ċaħħdet lill-Unjoni minn EUR 1 987 biljun fi dħul minħabba d-dazji fuq merkanzija Ċiniża li ntilfu; u li netwerk altament sofistikat tal-kriminalità organizzata seraq EUR 3,2 biljun mill-introjtu mit-taxxa fuq il-valur miżjud ta' pajjiżi importanti tal-Unjoni bħal Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja; jitlob li jingħata aċċess għall-fajl sħiħ dwar il-każ u li jinżamm regolarment informat.

Il-kodiċi ta' kondotta

262.  Huwa tal-opinjoni soda li hemm bżonn dejjem jikber għal regolamentazzjoni qawwija fil-qasam tal-etika b'mod li jiġu sodisfatti l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 245 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinsisti li kodiċijiet ta' kondott li jiffunzjonaw sew jeżiġu attenzjoni kontinwa; jisħaq li kodiċi ta' kondotta ma jkunx miżura preventiva effikaċi sakemm ma jiġix applikat kif suppost u sakemm il-konformità ma tiġix eżaminata mill-ġdid b'mod sistematiku, mhux biss fil-każijiet ta' inċidenti;

263.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tirrevedi l-kodiċijiet ta' kondotta għall-kummissarji; jiddispjaċih madankollu li r-reviżjoni hija limitata għal estensjoni tal-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-ex Presidenti tal-Kummissjoni ; jappella lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid il-kodiċi ta' kondotta għall-kummissarji sa tmiem l-2017, anke billi timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Parlament li l-kumitat etiku ad hoc jiġi riformat biex is-setgħat tiegħu jiġu estiżi, billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi "kunflitt ta' interess", kif ukoll billi tintroduċi kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' impjieg b'segwitu għal mandat u testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-kummissarji kollha;

264.  Jindika li pass importanti fir-rigward tal-kunflitti ta' interess ikun li tiżdied it-trasparenza tal-President tal-Kummissjoni , il-kumitat etiku ad hoc tal-Kummissjoni u tas-Segretarjat Ġenerali, meta jkunu qed jiġu eżaminati mill-ġdid is-sitwazzjonijiet ta' kunflitt potenzjali; jinnota li huwa biss permezz tal-pubblikazzjoni proattiva tal-opinjonijiet tal-kumitat etiku li l-pubbliku jkun jista' jeżiġi rendikont mingħand il-Kummissjoni ta' għemilha;

265.  Jappella lill-Kulleġġ tal-kummissarji biex, issa li ġiet iffinalizzata r-rakkomandazzjoni tal-kumitat etiku ad hoc fil-każ tal-ex President tal-Kummissjoni, jieħu deċiżjoni li jirreferi l-każ lil-Qorti tal-Ġustizzja biex din tagħti opinjoni rigward il-kwistjoni.

Il-gruppi ta' esperti

266.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni(113), iżda jiddispjaċih li, minkejja l-fatt li bosta organizzazzjonijiet nongovernattivi esprimew l-interess tagħhom, il-Kummissjoni ma organizzatx konsultazzjoni pubblika sħiħa; itenni l-importanza li tingħata ħajja ġdida lill-forom ta' involviment min-naħa tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali f'oqsma kruċjali bħat-trasparenza u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

267.  Ifakkar li nuqqas ta' trasparenza jkollu effett negattiv fuq il-fiduċja li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jemmen li r-riforma effikaċi tas-sistema tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni, imsejsa fuq prinċipji ċari ta' trasparenza u kompożizzjoni bilanċjata, se ttejjeb id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tad-data, li sussegwentement tgħin biex iżżid il-fiduċja tan-nies fl-Unjoni;

268.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni jmissha tagħmel progress biex il-gruppi ta' esperti jkollhom kompożizzjoni aktar ibbilanċjata; jiddeplora l-fatt, madankollu, li għadha ma saret l-ebda distinzjoni espliċita bejn dawk li jirrappreżentaw interessi ekonomiċi u dawk li jirrappreżentaw interessi mhux ekonomiċi, b'mod li jkun iggarantit livell massimu ta' trasparenza u bilanċ;

269.  Ifakkar li kemm il-Parlament u kemm l-Ombudsman Ewropew irrakkomandaw li l-Kummissjoni tippubblika l-aġendi, id-dokumenti ta' sfond, il-minuti tal-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-gruppi ta' esperti;

Il-konsulenti speċjali

270.  Jappella lill-Kummissjoni biex tippubblika l-ismijiet, il-funzjoni, il-grad u l-kuntratt (il-ħinijiet tax-xogħol, it-tul tal-kuntratt, il-post tax-xogħol) tal-konsulenti speċjali kollha; jikkunsidra li hemm riskju ta' kunflitti ta' interess mal-konsulenti speċjali; huwa tal-opinjoni soda li l-kunflitti ta' interess imisshom jiġu evitati peress li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet; jappella lill-Kummissjoni biex tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-konsulenti speċjali;

L-iskejjel Ewropej

271.  Jinnota li l-iskejjel individwali huma responsabbli mill-kontijiet annwali tagħhom (li jikkostitwixxu il-"Qafas Ġenerali"); jindika li l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit għall-2015 ammontaw għal EUR 288,8 miljun, u li l-Kummissjoni kkontribwiet EUR 168,4 miljun (58 %) minnhom;

272.  Jinsab maħsud li, wara dawn is-snin kollha ta' riformi allegati, il-Qorti tibqa' tkun estremament kritika rigward il-ġestjoni finanzjarja tal-iskejjel Ewropej:""II. L-iskejjel ma ħejjewx il-kontijiet annwali tagħhom qabel l-iskadenza legali. Instabu bosta żbalji, li ħafna minnhom ġew korretti (b'riżultat tar-rieżami) fil-verżjoni finali tal-kontijiet. Dawn jikkostitwixxu dgħufijiet sistematiċi fil-proċeduri kontabilistiċi. [...]

IV.  Is-sistemi ta' pagament taż-żewġt iskejjel magħżula kienu milquta minn dgħufijiet sinifikanti: ma kien hemm l-ebda kollegament awtomatiku bejn is-sistemi ta' kontabilità u dawk ta' pagament, u ma saret l-ebda segregazzjoni stretta bejn id-dmirijiet, il-pagamenti li saru barra mis-sistema ta' kontabilità ma ġewx irrifjutati awtomatikament mis-sistema u ġeneralment il-livell ta' kontroll kien wieħed fqir. Dawn id-dgħufijiet jirrappreżentaw riskju sinifikanti f'termini tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti.

V.  Il-Qorti ukoll sabet diversi dgħufijiet sinifikanti fil-proċeduri ta' akkwist, li rriskjaw li jikkompromettu l-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament indaqs.

VI.  Fi ftit każijiet, il-Qorti ma sabitx evidenza dwar il-kwalifiki tal-persunal irreklutat u nnotat omissjonijiet fil-fajls personali tagħhom.

VII.  B'riżultat ta' dan, il-Qorti ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba";

"

273.  Jiddeplora l-fatt li, "[...]il-Qorti ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba";

274.  Jiddeplora wkoll il-fatt li l-Kummissjoni, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Qorti u minħabba każ fejn kien hemm suspett ta' frodi li seħħ bejn l-2003 u l-2012, reġgħet ħarġet riżerva ta' reputazzjoni fuq il-pagamenti;

275.  Jinnota li d-daqs tal-baġit allokat lis-sistema tal-iskejjel Ewropej huwa konsiderevolment akbar minn dak li, bl-eċċezzjoni ta' tnejn minnhom, jirċievu t-32 aġenzija; jemmen li l-obbligu tas-sistema tal-iskejjel Ewropej li tagħti rendikont dwar l-azzjonijiet finanzjarji li tieħu jmissu jitqawwa sa livell li jista' jitqabbel ma' dak tal-aġenziji Ewropej, anke permezz ta' proċess ta' kwittanza ddedikata għall-EUR 168,4 miljun li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha;

276.  Ifakkar li, fil-proċedura tiegħu ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-2010, il-Parlament kien diġà kkontesta l-"istrutturi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' finanzjar tal-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej;"; u kien eżiġa li l-Kummissjoni "tesplora mal-Istati Membri reviżjoni ta' dik il-Konvenzjoni u [...] tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2012 dwar il-progress li jkun sar"(114); jinnota li l-Parlament qatt ma rċieva rapport ta' progress;

277.  Jinnota li l-kriżi finanzjarja u organizzattiva li għaddejja bħalissa fis-sistema tal-iskejjel Ewropej qed issir dejjem iktar serja minħabba l-pjanijiet li tinfetaħ il-ħames skola fi Brussell u l-konsegwenzi possibbli jekk Stat Membru partikolari jirtira mill-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej f'xi mument fil-ġejjieni; jikkontesta jekk is-sistema tal-iskejjel Ewropej kif inhi attwalment organizzata u ffinanzjata għandhiex ir-riżorsi biex taffronta l-espansjoni ppjanata għal ħamest iskejjel fi Brussell; jinnota li, minħabba f'hekk, hemm ir-riskju li jinħolqu problemi saħansitra aktar sinifikanti fil-ġejjieni jekk xi taqsimiet lingwistiċi jispiċċaw imġebbda żżejjed, peress li, taħt il-mudelli attwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi, dawn għandhom biss il-kapaċità li, fi Brussell, ikopru erba' (fil-każ tat-taqsimiet tal-lingwa Ġermaniża) jew tlitt iskejjel (fil-każ tat-taqsimiet tal-lingwa Ingliża);

278.  Iqis li mhuwiex aċċettabbli li r-rappreżentanti tal-Istati Membri jibqgħu jagħtu l-kwittanza lill-Iskejjel Ewropej, allavolja l-parir tal-Kummissjoni, li tħallas it-58 % tal-baġit annwali, u tal-Qorti kien wieħed negattiv;

279.  Jaqbel kompletament mal-11-il rakkomandazzjoni li l-Qorti ħarġet fir-rapport tagħha tal-11 ta' Novembru 2015, dwar il-kontijiet annwali tal-iskejjel Ewropej għall-2014, u li jinkludu kwistjonijiet relatati mal-kontabilità, il-persunal, il-proċedura ta' akkwist, l-istandards tal-kontrolli u l-pagamenti;

280.  Jilqa' l-pjan ta' azzjoni aġġornat li d-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà fassal bil-għan li jindirizza r-riżerva tal-Kummissjoni u l-osservazzjonijiet tal-Qorti;

281.  Jappella lill-Kummissjoni biex tħejji komunikazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill fejn tirrifletti dwar kif l-istruttura amministrattiva tal-Iskejjel Ewropej tista' tiġi rriformata l-aħjar qabel Novembru 2017;

282.  Jappella biex il-Kummissjoni tiżvolġi r-rwol sħiħ tagħhom fl-aspetti kollha tal-proċess ta' riforma li jkompri l-kwistjonijiet maniġerjali, finanzjarji, organizzattivi u pedagoġiċi; jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta kull sena rapport lill-Parlament fejn tagħti l-valutazzjoni tagħha rigward l-istat tal-progress f'dawn l-oqsma, sabiex jiġi żgurat li l-kumitati rilevanti tiegħu jkunu jistgħu jwettqu skrutinju tal-ġestjoni tas-sistema tal-iskejjel u tevalwa l-użu li jsir mir-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sistema mill-baġit tal-Unjoni; jitlob li l-kummissarju rilevanti jagħti attenzjoni mill-qrib lill-kwistjoni, u jagħmillu appell speċifiku biex jieħu sehem personalment fil-laqgħat biennali tal-bord tal-gvernaturi; itenni l-fehma tal-Parlament li "rieżami komprensiv" tas-sistema tal-iskejjel Ewropej huwa rikjest b'urġenza; jappella biex l-ewwel abbozz tar-rieżami kkonċernat jiġu pprovdut sat-30 ta' Ġunju 2017;

L-opinjonijiet tal-kumitati

L-affarijiet barranin

283.  Jinnota, filwaqt li jilqa' l-progress miksub, li l-Kummissjoni għadha ma rrikonoxxitx il-konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju ta' sitta mill-għaxar missjonijiet ċivili li saru taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma biex takkredita l-missjonijiet ċivili kollha taħt il-PSDK, bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, b'mod li tippermettilhom jiġu fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja taħt ġestjoni indiretta;

284.  Jilqa' l-istabbiliment tal-Pjattaforma ta' Sostenn għall-Missjonijiet intenzjonata biex tnaqqas il-piż amministrattiv u żżid l-effiċjenza tal-missjonijiet ċivili taħt il-PSDK; jiddispjaċih dwar id-daqs u l-ambitu limitati tagħha, u jtenni l-appell tiegħu biex isir progress ulterjuri lejn ċentru għal servizzi kondiviżi li jkun jista' jwassal għal titjib ulterjuri fil-baġit u fl-effiċjenza permezz taċ-ċentralizzazzjoni tas-servizzi ta' appoġġ għall-missjonijiet kollha li ma jkollhomx bżonn jiġu żgurati lokalment;

285.  Itenni l-fehma tiegħu li hemm bżonn li r-regoli finanzjarji tal-Unjoni jiġu adattati aħjar għall-ispeċifiċitajiet tal-azzjoni esterna, inkluża l-ġestjoni tal-kriżijiet, u jisħaq li hemm bżonn li r-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju tagħti aktar flessibbiltà;

286.  Jinsab imħasseb min-nuqqas ta' mezzi diretti ta' kontroll f'dak li jirrigwarda l-użu tal-assistenza makrofinanzjarja mill-pajjiżi terzi destinatarji; jappella lill-Kummissjoni biex l-assistenza ta' dan it-tip torbotha b'mod aktar strett ma' parametri li jistgħu jitkejlu;

287.  Jilqa' bl-istess mod ir-rakkomandazzjonijiet li l-Qorti ssuġġeriet fir-Rapport Speċjali Nru 13/2016 tagħha dwar l-assistenza tal-Unjoni għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova u fir-Rapport Speċjali Nru 32/2016 tagħha dwar l-assistenza mill-Unjoni lill-Ukrajna; jikkunsidra li jkun tajjeb l-Unjoni tisfrutta kompletament l-influwenza tal-kundizzjonalità u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tar-riformi li saru sabiex tagħti kontribut pożittiv għar-rinforz tal-prattiki demokratiċi kemm fil-Moldova u kemm fl-Ukrajna.

L-iżvilupp u l-kooperazzjoni

288.  Jilqa' f'dan il-kuntest ir-Rapport Speċjali Nru 9/2016 tal-Qorti dwar l-infiq tal-Unjoni fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant; jirrileva l-fatt li l-Qorti waslet għall-konklużjoni li l-infiq fil-qasam tal-migrazzjoni esterna tal-Unjoni ma rnexxilux juri l-effikaċja tiegħu, li huwa impossibbli li r-riżultati tiegħu jitkejlu, li l-approċċ tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-migrazzjoni jkollha impatt pożittiv fuq l-iżvilupp mhuwiex ċar, li l-appoġġ għar-ripatrijazzjoni u r-riammissjoni qed ikollu impatt żgħir u li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, li suppost jirfed l-azzjonijiet kollha, jibqa' teoriku u rarament biss jiġi tradott fil-prattika;

289.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 15/2016 tal-Qorti dwar l-infiq fuq l-għajnuna umanitarja fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar; jirrileva li l-Qorti tikkonkludi li l-għajnuna umanitarja li ngħatat lill-popolazzjoni milquta mill-kunflitt fiż-żona tal-Lagi l-Kbar Afrikani kienet, ġeneralment, ġestita b'mod effikaċi mill-Kummissjoni; jisħaq fuq il-kuntrast qawwi fir-rigward tal-infiq fil-qasam tal-migrazzjoni u jqis li dan huwa prova ulterjuri li politiki ta' żvilupp mħejjija tajjeb jagħtu riżultati ħafna aħjar milli jagħti l-attiviżmu fuq żmien qasir fil-qasam tal-migrazzjoni;

290.  Jinsab preokkupat ħafna mix-xejra notevoli fil-proposti reċenti tal-Kummissjoni li qed jiġu injorati d-dispożizzjonijiet legalment vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(115) f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq eliġibbli tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp; ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-Unjoni hija prinċipju kruċjali ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi ma jmisshomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet legali spjegati b'mod ċar jekk il-Kummissjoni trid li tibqa' kredibbli fir-rigward tal-kwistjonijiet fil-qasam tal-istat ta' dritt; ifakkar lill-Kummissjoni f'dan il-kuntest rigward is-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja(116) dwar il-kooperazzjoni mal-Marokk u l-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, fejn il-Qorti ddeċidiet li l-Unjoni kisret b'mod konsistenti l-liġi internazzjonali;

291.  Jappoġġa l-użu ta' appoġġ baġitarju b'mod ġenerali, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta u tiddefinixxi b'mod aktar ċar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu permezz tal-appoġġ baġitarju f'kull każ u fuq kollox biex tqawwi il-mekkaniżmi ta' kontroll rigward l-imġiba tal-istati destinatarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi li tonqoshom is-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-media, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza;

292.  Jappella lill-Kummissjoni biex tinkorpora approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi billi tintroduċi l-prinċipju 'aktar għal aktar', waqt li tieħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala eżempju; jemmen li, fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, aktar ma pajjiż jagħmel progress u aktar ma dan il-progress jimxi b'rata mgħaġġla, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; jisħaq li dan l-approċċ ta' "kundizzjonalità pożittiva", flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għall-komunitajiet rurali, jista' jwassal għal bidla reali u jiggarantixxi li flus il-kontribwenti tal-Unjoni jintefqu b'mod aktar sostenibbli;

293.  Jiddispjaċih li ma saret l-ebda konsultazzjoni minn qabel tal-Parlament meta kien qed jitwaqqaf il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika; jappella biex isiru sforzi aktar effikaċi biex titqawwa t-trasparenza tad-deċiżjonijiet dwar il-proġetti tal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza u jissottolinja n-nuqqas ta' format adegwat għall-konsultazzjoni regolari mal-Parlament; jiddispjaċih li ma ttieħdet l-ebda azzjoni f'dan ir-rigward;

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali

294.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni tuża l-esperjenza miksuba fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u tirrapporta dwar analiżi ffokata tar-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 u li, abbażi tagħha, tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jissemplifikaw u jevitaw regoli kumplessi jew ta' piż bla bżonn;

295.  Jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà li tinkludi l-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar il-Piżijiet skont il-qbil li ntlaħaq fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016((117)); jirrileva li l-introduzzjoni ta' objettivi għat-tnaqqis tal-piżijiet annwali li jinkludu l-programmi ta' finanzjament tal-UE kieku żżid il-konformità u għaldaqstant tikkontribwixxi għal tnaqqis fir-rata ta' żball;

296.  Jilqa' ż-żieda fil-konċentrazzjoni fuq ir-riżultati taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; jikkunsidra, madankollu, li jekk l-indikaturi tar-riżultati u s-sistemi ta' monitoraġġ jiġu żviluppati ulterjorment, dan kieku jikkontribwixxi għal responsabbiltà finanzjarja tajba u jżid l-effiċjenza tal-programmi operattivi fil-ġejjieni.

L-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel

297.  Jinsab sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-ħames aġenziji deċentralizzati li jaqgħu fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħu u li jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw il-politiki fil-qasam tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll bil-mod kif ġew implimentati l-baġits ta' dawk l-aġenziji;

298.  Jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni kumplessiva tal-baġit operattiv tal-programm LIFE+, li ammontat għal 99,95 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 98,93 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2015; jisħaq li l-programm LIFE+ ikkontribwixxa sabiex iżid l-għarfien u l-parteċipazzjoni min-naħa tal-pubbliku fil-leġiżlazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-Unjoni, kif ukoll sabiex itejjeb il-governanza f'dan is-settur; jinnota li fl-2015, EUR 225,9 miljun ġew impenjati għal għotjiet għal azzjoni, EUR 40 miljun intużaw għal strumenti finanzjarji ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment u EUR 59,2 miljun intużaw għal miżuri maħsuba biex jappoġġaw ir-rwol tal-Kummissjoni li tibda u tissorvelja l-iżvilupp tal-politika u tal-leġiżlazzjoni; jinnota li EUR 10,2 miljun intużaw bħala appoġġ amministrattiv għall-programm LIFE u bħala appoġġ għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji;

299.  Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ CLIMA żied ir-rata ta' implimentazzjoni tiegħu għal 99,9 % ta' EUR 108 747 880 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 91,77% ta' EUR 47 479 530 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqisx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq is-96,88 %;

300.  Jinkoraġġixxi lill-awtorità baġitarja biex, fil-futur, tiffoka fuq il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li jkollhom valur miżjud reali għall-Unjoni; jirrikonoxxi li ġew implimentati għaxar proġetti pilota u ħames azzjonijiet preparatorji li b'kollox ammontaw għal EUR 1 400 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 5 599 888 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

301.  Jirrikonoxxi li evalwazzjoni tat-tieni Programm fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) ġiet iffinalizzata fl-2015; jilqa' l-fatt li t-tielet Programm fil-qasam tas-Saħħa ġie rinforzat fl-2015 biex jappoġġa u jrawwem l-iskambju ta' informazzjoni u prattiki tajba fl-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom mal-isfidi marbuta mal-akkoljenza ta' ammont sinifikanti ta' migranti, applikanti għal ażil u rifuġjati, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-preparazzjoni tad-Direttort Ġenerali għas-Saħħa u għas-Sikurezza tal-Ikel ta' rekord mediku personali għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-migranti biex jintuża fil-'punti kritiċi' u fiż-żoni ta' akkoljenza u ta' baġit addizzjonali għall-proġetti marbuta mas-saħħa tal-migranti;

It-trasport u t-turiżmu

302.  Jinnota li, fl-2015, EUR 12,8 biljun ġew allokati għal 263 proġett fil-qasam tat-trasport permezz ta' ftehimiet ta' għotja ffirmati fl-2015 fl-ambitu tas-sejħiet għal proposti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-2014; jinnota wkoll li l-finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ġġenera EUR 28,3 biljun ta' investimenti totali, u jgħaqqad kontribuzzjoni tal-Unjoni ma' baġits reġjonali u mill-Istati Membri, kif ukoll self mill-Bank Ewropew għall-Investiment;

303.  Jinnota li, għall-qasam "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", li għalih jappartjeni s-settur tat-trasport, l-awditu tal-Qorti kopra biss seba' tranżazzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobiltà u Trasport (DĠ MOVE); jinnota li nstabu żbalji f'waħda biss mit-tranżazzjonijiet awditjati u li dawk l-iżbalji jikkonċernaw nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

304.  Jindika li r-rapport ta' evalwazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment jinnota żbilanċi ġeografiċi u konċentrazzjonijiet settorjali fil-portafoll tal-komponent 'Infrastruttura u Innovazzjoni' u li l-finanzjament taħt il-komponent 'Infrastruttura u Innovazzjoni' jinsab kkonċentrat (63 %) fi tliet Stati Membri; jappella lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tivvaluta l-impatt tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fuq l-Unjoni kollha kemm hi; jiddispjaċih li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi mhuwiex qed jintuża biżżejjed għall-finanzjament ta' proġetti innovattivi fil-qasam tat-trasport f'kull modalità ta' trasport, pereżempju biex jiġu promossi l-mezzi ta' trasport sostenibbli jew biex jitħeġġu ulterjorment kemm il-proċess ta' diġitalizzazzjoni kif ukoll l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli;

305.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni (DĠ MOVE) għadha ma stabbilitx dokument strateġiku konsolidat formalizzat għas-superviżjoni fuq l-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni TEN-T; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tadotta dokument strateġiku ta' dan it-tip rigward l-attivitajiet ta' superviżjoni u t-trasparenza; ifakkar li t-trasparenza u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha jikkontribwixxu għas-suċċess tal-proġetti fil-qasam tat-trasport;

306.  Jindika li l-proġetti fil-qasam tat-trasport fil-perjodu 2014-2020 se jiġu ffinanzjati minn diversi sorsi, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-FK, il-FEŻR u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa s-sinerġiji li jippermettu kemm li dawn is-sorsi ta' finanzjament differenti jallokaw il-fondi disponibbli b'mod aktar effiċjenti, kif ukoll it-taħlit ta' dawn ir-riżorsi; jappella lill-Kummissjoni biex kull sena tipprovdi u tippubblika, inter alia fuq is-siti tagħha fuq l-internet, listi faċilment aċċessibbli tal-proġetti fl-oqsma tat-trasport, inklużi l-perċentwali tas-sehem modali, u tat-turiżmu, li jkunu qed jiġu kofinanzjati permezz tal-fondi msemmija;

L-iżvilupp reġjonali

307.  Jappella lill-Kummissjoni biex, permezz tal-grupp ta' livell għoli(118), tagħti attenzjoni speċifika lir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà fl-awditu tagħha tas-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni u kontroll, biex b'hekk tgħin lill-Istati Membri jissemplifikawhom b'mod li jippermetti li jsiru tibdiliet; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza li jiġi applikat il-prinċipju ta' awditu uniku; jappella lill-Kummissjoni biex, permezz ta' gwida semplifikata u effikaċi, tiċċara l-kunċett ta' VAT li tista' tiġi rkuprata sabiex tevita li jkun hemm interpretazzjoni differenti tat-terminu "VAT li ma tistax tiġi rkuprata" u tevita użu subottimali tal-fondi tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżguraw li l-benefiċjarji jiġu pprovduti b'informazzjoni konsistenti dwar il-kundizzjonijiet ta' finanzjament, b'mod partikolari dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u l-limiti massimi rilevanti għar-rimborż;

308.  Jiddeplora l-fatt li, fl-2015, l-awtoritajiet maniġerjali ppreżentaw numru iktar baxx ta' dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż għar-rimborż milli ppreżentaw fl-2014, li wassal għal tnaqqis fl-ammont tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mhux imħallsa minn EUR 23,2 biljun fl-2014 għal EUR 10,8 biljun fl-2015, li minnhom EUR 2,8 biljun baqgħu ma tħallsux sa tmiem l-2014; jindika li d-dewmien fl-eżekuzzjoni baġitarja għall-perjodu 2014-2020 mhux suppost ikun iżjed minn dak għall-perjodu preċedenti u jwassal biex id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mhux imħallsa jakkumulaw lejn tmiem il-perjodu ta' finanzjament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib flimkien mal-Istati Membri u tadatta l-pjan ta' pagament tagħha konsegwentement;

309.  Jiddispjaċih li, sat-30 ta' Ġunju 2016, mhux l-Istati Membri kollha kienu ttrasponew id-direttivi dwar l-akkwist pubbliku, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tassisti lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità tagħhom biex jittrasponu dawn id-direttivi, kif ukoll biex jimplimentaw il-pjanijiet ta' azzjoni kollha tagħhom dwar il-kundizzjonalitajiet ex ante, peress li dawn huma prerekwiżit essenzjali għall-prevenzjoni tal-irregolaritajiet frodulenti u mhux; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-akkwist pubbliku għall-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej fil-perjodu 2014-2020, bil-għan li jiġu ssemplifikati, mħaffa u armonizzati l-proċeduri elettroniċi fil-qasam tal-akkwist pubbliku;

310.  Jinnota li r-rata ta' żborż medja għall-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u tal-FSE kienet ta' 57 % fi tmiem l-2014, li tirrappreżenta biss żieda ta' 10 % meta mqabbla ma' dik tal-2013; jiddispjaċih dwar l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-fatt li l-perjodu ta' eleġibbiltà tal-iżborżi li saru lid-destinatarji finali fl-ambitu tal-istrumenti finanzjarji ġie estiż permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni minflok regolament emendatorju; jesprimi tħassib dwar il-possibbiltà li l-Qorti tiddeċiedi li l-iżborżi kollha li jkunu saru wara l-31 ta' Diċembru 2015 kienu irregolari; jinnota bi tħassib li sehem sinifikanti tad-dotazzjonijiet inizjali tal-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u FSE matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 intefaq fuq l-ispejjeż u l-ħlasijiet maniġerjali;

311.  Jilqa' pożittivament l-approċċ tal-Qorti li jikkonċentra fuq il-prestazzjoni, u jikkunsidra li d-definizzjoni tal-indikaturi tar-riżultati rilevanti min-naħa tal-awtoritajiet maniġerjali biex ikejlu l-kontribut tal-proġetti għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-programmi operattivi, bi qbil mal-kriterju tal-addizzjonalità, hija prattika tajba; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-komunikazzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tidentifika mezzi ta' komunikazzjoni aktar effiċjenti b'mod li żżid il-viżibbiltà tal-investimenti li jużaw il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej; jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa għadd limitat ta' indikaturi rilevanti li jistgħu jgħinu biex titkejjel il-prestazzjoni;

312.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-istrumenti territorjali billi jiżguraw li, fi żmien debitu, jiġi approvat il-finanzjament tal-istrateġiji integrati fil-qasam tal-iżvilupp urban, li se jippermettu li l-bliet jinvestu fi strateġiji komprensivi, jisfruttaw is-sinerġiji bejn il-politiki u jiżguraw impatt fit-tul aktar effikaċi fuq it-tkabbir u l-impjiegi.

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

313.  Jitlob lill-Qorti tkompli tipprovdi valutazzjonijiet separati għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u għall-Intestatura 2, anke wara s-sena finanzjarja li jmiss, peress li l-valutazzjonijiet separati jippermettu li tittieħed azzjoni mmirata biex jittejbu r-rati ta' żball li huma konsiderevolment differenti;

314.  Iħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex ikomplu jindirizzaw u jnaqqsu l-kumplessitajiet fir-rigward tal-pagamenti diretti kull fejn ikun possibbli, u b'mod partikolari jekk ikun hemm ħafna livelli differenti involuti fl-amministrazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija;

315.  Jilqa' l-ġenerazzjoni ġdida ta' strumenti finanzjarji addizzjonali, iżda jemmen li dawn jeħtiġilhom jitfasslu b'objettivi aktar ċari u grad suffiċjenti ta' skrutinju fi tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni biex jintwera l-impatt tagħhom u jiġi żgurat li ma jirriżultawx fiż-żieda tar-rata ta' żball;

316.  Jappella biex, fir-rigward tal-aġenziji ta' pagament nazzjonali fl-Istati Membri li naqsu milli jissodisfaw l-aspettativi f'dawn l-aħħar tliet snin, r-responsabbiltà f'dawk l-aġenziji ta' pagament taqa' f'idejn uffiċjali tal-Unjoni li diġà jkunu fil-kariga minflok ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat;

317.  Jiġbed l-attenzjoni għan-natura pluriennali tas-sistema għall-ġestjoni tal-politika agrikola u jenfasizza li l-evalwazzjoni finali tal-irregolaritajiet relatati mal-implimentazzjoni tar-regolament(119) se tkun possibbli biss fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni;

318.  Jinnota li ma jkunx tajjeb li s-semplifikazzjoni tal-PAK tqiegħed f'riskju l-produzzjoni vijabbli tal-ikel u jappella biex jiġu introdotti miżuri li jiffavorixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża livell baxx ta' karbonju fis-settur agroalimentari u f'dak tal-forestrija.

Is-sajd

319.  Jinsab sodisfatt meta jara li s-segwitu li ngħata għar-riżervi li d-DĠ MARE esprima fir-rapport annwali tiegħu tal-2014 fir-rigward tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll għall-programmi tal-Fond Ewropew għas-Sajd (2007-2013) ippermetta li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-għadd tal-programmi operattivi u l-Istati Membri kkonċernati għal ħamsa biss;

320.  Għandu rasu mistrieħa li s-sistema ta' kontroll intern implimentata mid-DĠ MARE tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni biex ir-riskju relatat mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet jiġi ġestit b'mod adegwat;

321.  Jilqa' l-fatt li l-ebda waħda mit-12-it tranżazzjoni speċifikament relatati mas-sajd li awditjat il-Qorti ma turi żbalji kwantifikabbli;

322.  Iqis, madankollu, li huwa ta' dispjaċir il-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri bagħtu tard ħafna d-dettalji tal-programmi operattivi tagħhom li huma relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u dan ikkawża dewmien kbir fil-mobilizzazzjoni tal-fondi;

323.  Jinnota li, b'konsegwenza ta' dan, l-ebda nefqa ma ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Ġunju 2015 u għaldaqstant ma sar il-monitoraġġ tal-ebda nefqa sa dik id-data; jindika li l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża;

Il-kultura u l-edukazzjoni

324.  Itenni l-fatt li l-inkorporazzjoni tal-programmi kollha għall-mobbiltà taż-żgħażagħ fl-Unjoni f'Erasmus+ hija primarjament maħsuba biex iżżid l-effikaċja tagħhom, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm mal-għanijiet u l-linji baġitarji miftiehma tal-programm sabiex tevita li l-programm jitlef il-fokus tiegħu;

325.  Jilqa' r-reattività li wrew kemm Erasmus+ kif ukoll Ewropa Kreattiva fir-rispons tagħhom għall-isfidi emerġenti fl-oqsma tal-integrazzjoni tar-rifuġjati/migranti u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni fl-2015;

326.  Jinnota li s-self taħt il-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti (self taħt Erasmus+ għall-Masters) tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fl-2015, bl-iskema mnedija minn żewġ banek fi Spanja u Franza; jinsisti li, biex din issir faċilità ta' self vijabbli, se jkun vitali li tiġi żgurata kopertura ġeografika wiesgħa u li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-kundizzjonijiet tas-self;

327.  Ifakkar li l-2015 kienet l-ewwel sena fejn il-ġestjoni tal-programm Ewropa Kreattiva saret minn żewġ direttorati ġenerali tal-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u d-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Il-Kontenut u t-Teknoloġija; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' approċċ ikkoordinat sabiex l-isfidi organizzattivi interni ma jxekklux il-funzjonament tal-programm jew il-perċezzjoni tiegħu min-naħa tal-pubbliku;

Il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern

328.  Jappella lill-Kummissjoni biex tabbozza u tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rekord storiku tal-każijiet ta' kunflitti ta' interess li ġew identifikati;

329.  Jiddispjaċih li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ HOME ma jkoprux il-volum ta' persuni li ġew assistiti, risistemati, rilokati u ripatrijati fl-2015; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' indikaturi għall-evalwazzjoni tal-effett tal-miżuri li ġew adottati biex jirrinforzaw il-koordinament u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi;

330.  Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' prijoritajiet politiċi aktar ċari u fuq żmien twil, bi traduzzjoni aktar konkreta fi prijoritajiet operattivi; jisħaq f'dan ir-rigward fuq l-importanza ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-korpi l-oħra, speċjalment l-aġenziji;

331.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' allinjament tal-istrutturi ta' governanza tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Kummissjoni mal-aħjar prattiki rikonoxxuti (skont ir-rapport tal-awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern);

Il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneri

332.  Jindika li jkun tajjeb li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tkun objettiv trasversali għal kull qasam politiku; jinnota madankollu li wħud mill-programmi m'għandhomx azzjonijiet immirati speċifiċi b'allokazzjonijiet baġitarji speċifiċi biex jissodisfaw dan l-objettiv, u li ġbir aħjar tad-data suppost jirriżulta mhux biss fil-kwantifikazzjoni tal-approprjazzjonijiet allokati għall-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iżda anke f'titjib tal-evalwazzjoni tal-impatt ta' dawk il-fondi tal-Unjoni;

333.  Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tuża l-ibbaġitjar abbażi tal-ġeneri f'kull stadju tal-proċess baġitarju, inkluż, fost affarijiet oħra, fl-implimentazzjoni tal-baġit u fil-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu, inklużi l-FEIS, il-FSE, il-FEŻR, u Orizzont 2020, b'mod li tiġġieled id-diskriminazzjoni li qed isseħħ fl-Istati Membri; jisħaq li jkun tajjeb li sett komuni ta' indikaturi kwantifikabbli tar-riżultati u tal-impatti, li jkun jippermetti valutazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneri, jiġi inkorporat fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-baġit, bi qbil mal-inizjattiva 'Baġit iffukat fuq ir-Riżultati' u l-konċentrazzjoni fuq il-prestazzjoni;

334.  Jappella lill-Kummissjoni biex tuża analiżi tal-linji baġitarji ġodda u ta' dawk eżistenti li tkun tqis il-perspettiva ta' bbaġitjar abbażi tal-ġeneri u biex, fejn ikun possibbli, twettaq il-bidliet meħtieġa fil-politika biex tiżgura li l-inugwaljanza bejn il-ġeneri ma sseħħx b'mod indirett.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(7) ĠU L 69, 13.3.2015.
(8) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(9) ĠU C 417, 11.11.2016, p. 2.
(10) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 51.
(11) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(14) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(15) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(16) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(17) ĠU L 69, 13.3.2015.
(18) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(19) ĠU C 417, 11.11.2016, p. 10.
(20) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 61.
(21) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(22) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(23) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(24) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(25) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(26) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(27) ĠU L 69, 13.3.2015.
(28) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(29) ĠU C 417, 11.11.2016, p. 2.
(30) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 41.
(31) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(32) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(33) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(34) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(35) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(36) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(37) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(38) ĠU L 69, 13.3.2015.
(39) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(40) ĠU C 417, 11.11.2016, p. 9.
(41) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 157.
(42) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(43) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(44) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(45) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(46) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(47) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(48) ĠU L 69, 13.3.2015.
(49) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(50) ĠU C 417, 11.11.2016, p. 11.
(51) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 230.
(52) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(53) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(54) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(55) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(56) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(57) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(58) ĠU L 69, 13.3.2015.
(59) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(60) ĠU C 417, 11.11.2016, p. 11.
(61) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 219.
(62) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(63) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(64) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(65) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(66) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(67) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(68)1 ĠU L 69, 13.3.2015.
(69) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(70) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(71) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(72) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(73) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(74) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0144.
(75) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(76) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(77) Rapport speċjali Nru 31/2016 tal-Qorti.
(78) Ir-Rapport Speċjali Nru 05/2015 u Nru 19/2016 tal-Qorti.
(79) Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ REGIO: sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja rrapportata mill-awtoritajiet maniġerjali bi qbil mal-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2015, 20.9.2016, p. 61.
(80) Ara l-punt 1.39 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.
(81) Ara l-paragrafi 3.22 u 3.23 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.
(82) Ara l-paragrafu 3.29 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.
(83) Ara l-paragrafi 3.33 sa 3.38 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.
(84) Ara l-paragrafu 3.56 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.
(85) Ara l-punt 4.16 tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2015.
(86) COM(2016)0674, SWD(2016)0338, SWD(2016)0339.
(87) "Impenn u Koerenza – Evalwazzjoni Ex-Post tas-Seba' Programm Kwadru tal-UE (2007-2013)”, Novembru 2015.
(88) Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, punt 3.19.
(89) Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, punt 3.22.
(90) Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, taqsima 3.
(91) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni, punt 8 (ĠU L 246, 14.9.2016, p.27).
(92) Ir-rapport annwali tal-attività 2015, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Brussell 2016, paġna 11, in-nota 8 f'qiegħ il-paġna.
(93) SWD(2016)0318.
(94) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p.65).
(95) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(96) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(97) L-ewwel riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, Rapport finali lid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ġunju 2016.
(98) Ir-rapport annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2015, punt 6.36.
(99) Tweġiba għall-mistoqsija 19 fil-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju Crețu.
(100) Ara paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni tat-28 ta’ April 2016.
(101) Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015, punt 6.9, nota numru 8 f'qiegħ il-paġna.
(102) Kieku dawn l-iżbalji ġew evitati, il-livell ta' żball stmat minna għal "Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta" kien jitnaqqas b'0,9 punti perċentwali u dak għal "Żvilupp rurali u politiki oħra" bi 3,2 punti perċentwali.
(103) Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ AGRI jiddikjara li r-rata ta' żball aġġustata aggregata niżlet minn 2,61 % fl-2014 għal 1,47 % fl-2015.
(104) Full time tfisser l-ammont minimu ta' sigħat rikjest mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti li jirregolaw il-kuntratti ta' impieg. Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jindikawx in-numru ta' sigħat, jitqies li 1 800 siegħa huma n-numru minimu ta' sigħat ta' xogħol fis-sena: ekwivalenti għal 225 ġurnata xogħol ta' tmien sigħat kull waħda.
(105) Skont l-aħħar Stħarriġ tal-Istruttura tal-Farms (Eurostat), il-bidla kumplessiva fil-forza tax-xogħol agrikola fl-UE 28 matul il-perjodu 2007-2013 kienet tnaqqis ta' 2,3 miljun unità ta' xogħol annwali, li huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta' 19,8 %.
(106) Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub nru 3 mis-smigħ tal-Kummissarju Hogan tad-29 ta' Novembru 2016.
(107) Ara paragrafu 317 tar-riżoluzzjoni tat-28 ta’ April 2016.
(108) L-Istati Membri jeħtiġilhom inaqqsu d-differenzi bejn il-livelli tal-pagamenti għal kull ettaru lill-benefiċjarji fit-territorji rispettivi tagħhom (dan huwa magħruf bħala "konverġenza interna"). Fil-prinċipju (għalkemm japplikaw ċerti eċċezzjonijiet), jeħtiġilhom ukoll inaqqsu b'5 % minn tal-anqas id-dħul ta' aktar minn EUR 150 000 li kwalunkwe benefiċjarju jaqla mill-iskema ta' pagament bażiku jew mill-iskema ta' pagament uniku skont l-erja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom l-għażla li jiddistribwixxu mill-ġdid massimu ta' 30 % tal-pakkett nazzjonali bil-pagamenti diretti tagħhom għall-ewwel 30 ettaru fuq kull farm ("pagament ridistributtiv"), kif ukoll li jistabbilixxu limitu massimu assolut fuq id-dħul ta' kull benefiċjarju mill-iskema ta' pagament bażiku jew mill-iskema ta' pagament uniku skont l-erja ("iffissar ta' limitu massimu").
(109) Ara l-Artikolu 35(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p.59) u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(110) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)2210 tat-12 ta’ April 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)5434 li tawtorizza l-użu tar-rimborż abbażi tal-ispejjeż unitarji għall-attivitajiet implimentati minn entità tal-Grupp tal-Bank Dinji skont il-Ftehim Qafas mal-Unjoni.
(111) Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub nru 23 mis-smigħ tal-Kummissarju Avramopoulos tad-29 ta' Novembru 2016.
(112) Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(113) C(2016)3301.
(114) Ara l-paragrafu 38 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2012 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 286, 17.10.2012, p.31).
(115) Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(116) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Il-Kunsill vs Front Polisario, C-104/16P, ECLI:EU:C:2016:973.
(117) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p.1).
(118) Il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Esperti Indipendenti dwar il-Monitoraġġ tas-Semplifikazzjoni għall-Benefiċjarji tal-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej.
(119) Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


Kwittanza 2015: Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015
PDF 855kWORD 110k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2208(DEC))
P8_TA(2017)0144A8-0160/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0338/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti, li hija parti integrali minn din id-deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05876/2017 – C8-0037/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0160/2017),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

B.  billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jinkludu informazzjoni dwar aspetti importanti relatati mal-implimentazzjoni tal-fondi u, għaldaqstant, huma utli għall-Parlament fl-eżerċitar tar-rwol tiegħu ta' awtorità ta' kwittanza;

C.  billi l-kummenti tal-Parlament dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-27 ta’ April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni;

Parti I – Rapport Speċjali Nru 18/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza finanzjarja pprovduta lil pajjiżi li jinsabu f'diffikultajiet"

1.  Jieħu nota tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti");

2.  Jilqa' l-ewwel rapport speċjali tal-Qorti dwar il-governanza ekonomika fl-Unjoni u jistenna bil-ħerqa r-rapporti li ġejjin li se jiġu ppubblikati fis-sena li ġejja;

3.  Jiddispjaċih li l-Qorti f'dan ir-rapport ma nkludietx lill-Istati Membri kollha li rċevew assistenza finanzjarja mill-bidu tal-kriżi finanzjarja 'l hawn, inkluż il-programm għall-Greċja, biex b'hekk jiġi ffaċilitat tqabbil;

4.  Jilqa' madankollu l-fatt li l-Qorti se tipproduċi Rapport Speċjali separat dwar il-Greċja; jistieden lill-Qorti tqabbel ir-riżultati taż-żewġ Rapporti Speċjali u b'mod partikolari tindirizza s-suġġerimenti tal-Parlament għar-rapport dwar il-Greċja, inklużi r-riżultati fuq perjodu medju u twil (jiġifieri, id-dibattitu attwali dwar il-possibbiltà ta' tnaqqis tad-dejn);

5.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tkompli ssaħħaħ ir-riżorsi umani tagħha stess u l-kompetenza f'dan il-qasam sabiex ittejjeb il-kwalità ta' xogħolha; Jistieden lill-Qorti sadattant sabiex tieħu kompletament inkunsiderazzjoni r-rapporti ta' esperti esterni mitluba mill-Qorti bħala bażi ta' sfond għall-awditu;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja llimitat l-awditu għal żmien qasir ħafna u għax-xenarju konkret ta' assistenza finanzjarja kif deċiż mill-Kunsill, bla ma qieset soluzzjonijiet potenzjali oħra għall-iżbilanċi fiskali li diġà kienu parti md-dibattitu pubbliku u akkademiku, bħall-mutwalizzazzjoni tad-dejn sovran jew it-tnaqqis tad-dejn;

7.  Jiddispjaċih li r-rapport jillimita l-enfasi tiegħu għall-ġestjoni tal-assistenza, iżda ma janalizzax jew jixħet dubju dwar il-kontenut tal-programm u l-kundizzjonijiet innegozjati għall-assistenza finanzjarja;

8.  Jieħu nota tal-fatt li l-miżuri speċifiċi li ttieħdu fil-livell politiku tal-Unjoni u l-karatteristiċi ewlenin tal-programmi ġew deskritti biss fir-rapport speċjali; iħeġġeġ lill-Qorti tanalizza jekk il-miżuri adottati kinux adegwati għall-objettivi tal-programmi u l-mod li bih interaġixxew mal-qafas politiku usa' u l-objettivi fit-tul, inkluża l-istrateġija Ewropa 2020;

9.  Jinnota li l-objettivi tal-programmi ta' assistenza finanzjarja kienu biex il-pajjiżi megħjuna jirritornaw lejn is-swieq finanzjarji, jiksbu finanzi pubbliċi sostenibbli, u jerġgħu lura għat-tkabbir u jitnaqqas il-qgħad; jiddispjaċih li s-sejbiet tal-Qorti ma analizzawx bis-sħiħ ir-riżultati tal-programm fir-rigward ta' dawn l-objettivi;

10.  Jinnota li l-Qorti ffukat primarjament il-konklużjonijiet tagħha fuq il-Kummissjoni bħala l-maniġer tal-assistenza finanzjarja, iżda jqis li sabiex wieħed jifhem aħjar kellha tingħata iktar attenzjoni lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li inizjalment appoġġaw lill-Kummissjoni fit-tħejjija u fil-monitoraġġ tal-programmi;

11.  Jaqbel mal-Kummissjoni li r-rwol tal-Kunsill u ta' sħab oħra ġie sottovalutat fl-istabbiliment u l-ġestjoni tal-programm; jitlob lill-Qorti u lill-Kummissjoni janalizzaw ir-rilevanza tal-miżuri adottati mill-Kunsill, ir-rwol tal-Bank Ċentrali Ewropew u jekk dawn kinux xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm u kkontribwixxewx għall-objettivi tal-Unjoni, inkluża l-eliminazzjoni gradwali tal-kriżi ekonomika, iż-żieda fl-impjiegi u t-tkabbir;

12.  Jiddispjaċih li s-sħab mhux dejjem qasmu l-informazzjoni disponibbli kollha mal-Kummissjoni, li wassal għal approċċi inkonsistenti mit-tim tan-negozjati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twaqqaf ftehimiet formali mas-sħab tagħha sabiex ikun hemm aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha disponibbli fiż-żmien dovut u b'hekk jiġu evitati problemi bħal dawn fil-ġejjieni;

13.  Jirrimarka li xi wħud mir-riformi indikati fil-programmi (jiġifieri r-riforma tas-swieq tax-xogħol) jistgħu jwasslu biss għal riżultati fil-kompetittività fuq perjodu twil ħafna, filwaqt li l-programmi ta' assistenza jfittxu l-aktar riżultati iżjed immedjati u fuq perjodu qasir;

14.  Jinnota li l-programmi kienu bbażati l-aktar fuq il-lat ta' nefqiet (riformi fis-swieq tax-xogħol, skemi ta' qgħad u tal-pensjonijiet, tnaqqis ta' entitajiet lokali eċċ.) kif ukoll tnaqqis għal programmi pubbliċi; jifhem li dan it-tnaqqis sar sabiex jiġu riformati s-swieq finanzjarji tal-pajjiżi megħjuna;

15.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel rieżami bir-reqqa tal-kaxxa tal-għodda u s-sett ta' miżuri disponibbli għall-assistenza finanzjarja fi programmi futuri sabiex jitnaqqas l-impatt fuq il-popolazzjoni, l-effett mhux mixtieq fuq id-domanda interna u s-soċjalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-kriżi;

16.  Jirrimarka li l-assistenza finanzjarja mogħtija lill-Istati Membri f'diffikultà ħadet il-forma ta' self minn swieq kapitali bl-użu tal-baġit tal-Unjoni bħala garanzija; jikkunsidra li r-rwol tal-Parlament bħala awtorità baġitarja f'dawn il-programmi ddgħajjef, u b'hekk tnaqqset iżjed il-leġittimità demokratika tal-assistenza finanzjarja pprovduta;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-livell tal-involviment tal-Parlament fil-qafas tal-assistenza finanzjarja meta l-baġit tal-Unjoni jkun fil-periklu;

18.  Iqis importanti li jiġi studjat ir-rwol tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-għajnuna indiretta lill-Istati Membri biex jilħqu l-għanijiet tagħhom u fl-appoġġ usa' lill-arkitettura finanzjarja tal-Unjoni matul iż-żmien tal-programmi finanzjarji;

19.  Iqis li meta faqqgħet il-kriżi kien diffiċli li jiġu mbassra xi żbilanċi f'daqqa, b'effetti devastanti f'ċerti Stati Membri; jenfasizza d-diffikultà biex wieħed ibassar il-kobor u n-natura tal-kriżijiet finanzjarji globali tal-2007-2008 li kienu mingħajr preċedent;

20.  Jaqbel mal-Qorti li l-attenzjoni li ngħatat lill-qafas ġuridiku ta' sorveljanza ta' qabel il-kriżi ma kinitx adegwata biex tidentifika r-riskju fil-pożizzjonijiet fiskali sottostanti fi żminijiet ta' kriżi ekonomika severa;

21.  Jilqa' l-approvazzjoni mil-leġiżlaturi tas-''six pack'' u t-''two pack'' introdotti b'riżultat tal-kriżi finanzjarja li indirizzaw id-dgħufija ta' sorveljanza li nkixfet mill-kriżi; iqis, madankollu, li r-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni f'dawn l-aħħar snin ma wasslitx għal eliminazzjoni totali tal-kriżi, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tanalizza l-punti qawwija u d-dgħufijiet tal-qafas il-ġdid meta mqabbel ma' ekonomiji oħra simili (jiġifieri l-Istati Uniti, il-Ġappun u pajjiżi oħra tal-OECD) u tipproponi riformi ġodda, jekk meħtieġ;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-previżjonijiet makroekonomiċi u fiskali tagħha;

23.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni, f'restrizzjonijiet diffiċli ta' ħin u esperjenza limitata, kisbet dmirijiet ex novo biex tiġġestixxi l-programmi ta' assistenza finanzjarja; jenfasizza l-konklużjoni tal-Qorti li, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi, din kienet kisba;

24.  Jilqa' d-deċiżjoni li l-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja titħalla tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni minflok ta' sħab finanzjarji oħrajn, biex b'hekk ikun jista' jkun hemm assistenza mfassla apposta li tikkunsidra l-partikolaritajiet u s-sjieda tal-Istati Membri;

25.  Huwa tal-fehma li filwaqt li l-Istati Membri għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali, hemm bżonn ukoll ta' flessibbiltà biex programmi u riformi jiġu adattati u aġġustati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali partikolari; iqis li għall-programmi futuri tal-Kummissjoni u r-rapporti tal-Qorti, hemm bżonn li tiġi identifikata u divrenzjata l-implimentazzjoni ta' miżuri strettament tal-Unjoni minn aġendi nazzjonali spekulattivi;

26.  Jieħu nota tal-kumment tal-Qorti rigward id-diffikultà tal-Kummissjoni biex iżżomm kont tal-informazzjoni u li l-proċessi tagħha ma kinux immirati lejn evalwazzjoni retrospettiva tad-deċiżjonijiet meħuda;

27.  Jissottolinja li fil-fażi bikrija tal-programmi, il-Kummissjoni kienet qed topera taħt pressjoni politika qawwija u ta' ħin fid-dawl ta' riskji mhux magħrufa li sfidaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa b'konsegwenzi imprevedibbli fuq l-ekonomija;

28.  Iqis li, filwaqt li ma kellhiex esperjenza preċedenti dwar assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni ''tgħallmet matul il-proċess'' u rnexxielha tistabbilixxi dawk il-programmi relattivament malajr u tejbet il-ġestjoni tagħha għal oħrajn li ġew aktar tard;

29.  Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tkompli tanalizza l-aspetti prinċipali tal-aġġustamenti tal-pajjiżi, iżda għandha wkoll tqabbel il-previżjonijiet ekonomiċi inkluż tas-suq tad-djar, id-dejn nazzjonali pubbliku u privat; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jipprovdu lill-Kummissjoni b'data xierqa fuq bażi sistematika u regolari;

30.  Iqis li ż-żmien minn meta tnieda l-ewwel programm tal-Unjoni sat-tmiem l-analiżi tal-Qorti għandu jagħti l-opportunità biex jiġu inklużi rakkomandazzjonijiet imtejba dwar it-titjib u r-riżultati tal-programm għal programmi futuri, b'riżultat tad-djalogu interistituzzjonali u avversjali bejn il-Qorti u l-Kummissjoni;

31.  Iqis li, għal raġunijiet ta' trasparenza, informazzjoni u komunikazzjoni aħjar maċ-ċittadini, ir-risposti tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Qorti għandhom jiġu ppreżentati f'żewġ kolonni biex b'hekk ikunu jistgħu jitqabblu l-fehmiet bħalma jiġri għar-rapport annwali tal-Qorti;

32.  Meta titqies is-sensittività ta' dawn ir-rapporti l-ġodda dwar il-governanza finanzjarja tal-Unjoni, jirrakkomanda li l-istqarrijiet għall-istampa u dokumenti oħra ta' komunikazzjoni għandhom jirriflettu bir-reqqa s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

Parti II – Rapport Speċjali Nru 19/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja"

33.  Jinnota li fil-mument li din ir-riżoluzzjoni kienet qed titfassal, il-Kummissjoni kienet diġà ressqet il-proposta tagħha għall-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali; jilqa' l-fatt li evidentement il-Kummissjoni kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jittama li l-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali se jirriżulta fi strument qawwi għall-assistenza teknika bbażat fuq it-tagħlimiet misluta mit-Task Force għall-Greċja;

34.  Jinsab imħasseb li l-istabbiliment ad hoc u rapidu tat-task force ikkawżalha wħud mill-problemi operattivi tagħha; jitlob għal valutazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni fuq il-post u t-tfassil ta' pjan ta' azzjoni konċiż u pass b'pass bħala eżerċizzju preliminari mandatorju ta' kwalunkwe proġett ta' assistenza teknika; jitlob li fil-programmi sussegwenti tal-assistenza teknika tagħha l-Kummissjoni tapplika approċċ aktar ippjanat, li jinkludi kalendarju bid-dati tal-bidu u t-tmiem tal-mandati;

35.  Jissottolinja li baġit iddedikat huwa prerekwiżit essenzjali għal programm ta' assistenza teknika ta' suċċess, kemm għall-ippjanar kif ukoll għar-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż, u b'hekk jiġu evitati livelli differenti ta' kontroll u regoli li għandhom jiġu osservati, relatati ma' linji baġitarji separati;

36.  Jinnota li t-task force mmaniġġjat għadd impressjonanti ta' proġetti li jinvolvu diversi organizzazzjonijiet sħab; jemmen li l-impatt tal-assistenza teknika seta' ġie mtejjeb permezz ta' simplifikar tal-programmi, li jillimita l-għadd ta' organizzazzjonijiet sħab u l-ambitu tal-proġetti biex jiġu minimizzati l-isforzi ta' koordinazzjoni amministrattiva u tiżdied l-effiċjenza;

37.  Jiddispjaċih li l-Istat Membru benefiċjarju kif ukoll it-task force ma pprovdewx lill-Kummissjoni b'rapporti ta' attività regolari; jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tinsisti li tirċievi rapporti ta' attività trimestrali mingħajr dewmien eċċessiv kif ukoll rapport finali komprensiv fil-forma ta' evalwazzjoni ex-post fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-ħidma tat-Task Force għall-Greċja; jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-assistenza teknika b'mod sistematiku sabiex tadatta ruħha għal assistenza teknika orjentata lejn ir-riżultati; jitlob ukoll li, fid-diversi rapporti tagħhom, l-assistenza teknika u t-Task Force għall-Greċja jispeċifikaw b'mod preċiż kif u f'liema reġjuni ntużaw l-hekk imsejħa fondi "ta' salvataġġ" għall-Greċja;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill jużaw id-diskussjoni dwar il-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali għall-perjodu 2017-2020 bħala opportunità biex jirrevedu l-prattiki tajba tal-mexxejja fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, issib sistema biex jitqabbdu esperti direttament mill-Istati Membri, u b'hekk jiġi evitat saff ieħor ta' kumplessità u piż amministrattiv billi jiġu evitati l-aġenziji nazzjonali;

39.  Jitlob b'insistenza lill-Istati Membri juru impenn aktar qawwi: approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni jippermetti lill-Parlament kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali jiżvolġu rwol li jkun aktar ta' appoġġ permezz tal-kumitati ta' sorveljanza tal-baġit rispettivi tagħhom;

Parti III – Rapport Speċjali Nru 21/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Analiżi tar-riskji relatati ma' approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-UE fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni"

40.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

41.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni integrat l-analiżi tar-riskji fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet esterni tagħha, li huma mwettqa f'ambjenti kumplessi u fraġli b'bosta tipi ta' riskji peress li l-pajjiżi sħab għandhom livelli ta' żvilupp u oqfsa ta' governanza differenti;

42.  Jilqa' b'mod speċjali r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-użu tat-terminoloġija rigward ir-riżultati fuq żmien twil (outputs, eżiti u impatti) u jisħaq fuq l-importanza li jissawru objettivi SMART reali qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-finanzjament ta' proġetti differenti;

43.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ffokata aktar attenzjoni fuq it-tiswir ta' għanijiet "li jistgħu jinkisbu u realistiċi" sabiex jiġu evitati l-każijiet fejn l-objettivi inizjali jintlaħqu mill-pajjiżi sħab iżda mingħajr ma jinkisbu riżultati sinifikanti f'termini ta' żvilupp;

44.  Jikkunsidra li hemm bżonn jiġi evitat li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq l-eżitu baġitarju bħala l-uniku objettiv ġestjonali peress li dan jista' jkun ta' detriment għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-kisba ta' riżultati;

45.  Ifakkar li monitoraġġ u mmappjar regolari tal-fatturi ta' riskju għoli (esterni, finanzjarji u operattivi) u l-kwantifikazzjoni tagħhom, mill-fażijiet ta' identifikazzjoni sa dawk ta' implimentazzjoni, huma prerekwiżit mhux biss għal ġestjoni finanzjarja tajba u nefqiet ta' kwalità, iżda anke biex tiġi żgurata l-kredibbiltà, is-sostenibbiltà u r-reputazzjoni tal-interventi tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta' profili tar-riskju għal kull attività u kull pajjiż jiffaċilita wkoll it-tfassil ta' strateġija għal mitigazzjoni rapida tar-riskji fil-każ li tiddeterjora s-sitwazzjoni f'pajjiż sieħeb;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ambjent ta' kontroll u l-funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju jiġu adattati regolarment biex jitqies il-fatt li qed ifeġġu forom ġodda ta' strumenti u faċilitajiet ta' assistenza bħal finanzjament imħallat, fondi fiduċjarji u sħubiji finanzjarji ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

47.  Itenni l-fehma li hemm bżonn ta' bilanċ ġdid bejn l-assorbiment, il-konformità u l-prestazzjoni li għandu jiġi rifless fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet;

48.  Jemmen li l-iżvilupp tal-bini tal-kapaċitajiet, tal-oqfsa ta' governanza u tas-sjieda tal-pajjiżi sħab huwa wkoll mod importanti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi b'mod li jiġi promoss ambjent faċilitanti li jippermetti li l-fondi jilħqu l-iskopijiet intenzjonati tagħhom u jirrispondu għar-rekwiżiti tat-3 Ejiet (ekonomija, effiċjenza u effikaċja);

49.  Jikkunsidra li hemm bżonn ukoll li jissaħħu d-djalogu politiku u d-djalogu dwar il-politika, il-kundizzjonalità tal-għajnuna u l-qafas tal-katina loġistika b'mod li jiġu zgurati kemm il-koerenza bejn id-deċiżjoni kif ukoll il-prekundizzjonijiet tal-pagamenti jew tal-ħlasijiet fil-ftehimiet ta' finanzjament billi l-pagamenti jiġu kkollegati b'mod ċar mal-kisba tal-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll mar-rilevanza tal-objettivi u l-indikaturi magħżula;

50.  Jinkoraġġixxi, b'mod partikolari fil-każ tal-inizjattivi kofinanzjati u b'diversi donaturi, lill-istituzzjonijiet internazzjonali biex:

   jivvalutaw u jippjanaw il-benefiċċji futuri ta' proġett u l-mod kif kull sieħeb jikkontribwixxi lejn l-eżiti finali u l-impatti fuq livell aktar estensiv, b'mod li jiġu evitati l-mistoqsijiet dwar is-sjieda tar-riżultati, jiġifieri liema parti mir-riżultati kienet attribwibbli għall-finanzjament tal-Unjoni jew għall-interventi ta' donaturi oħra;
   jagħqdu l-oqfsa ta' governanza tagħhom ma' dak tal-Unjoni, speċifikament billi jtejbu l-metodi ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom; jikkunsidra li jkun tajjeb li l-funġibbiltà tal-fondi tiġi mmonitorjata mill-qrib għal-livell għoli tar-riskju fiduċjarju tagħha;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-konnessjoni bejn l-evalwazzjonijiet u l-formulazzjoni tal-politiki tkun effikaċi billi tikkunsidra kull ma jkun tgħallmet fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

52.  Ifakkar li, jekk jiddgħajfu l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valutazzjoni tar-riżultati, dan ikun ta' ħsara għall-obbligu ta' rendikont fil-konfront tal-pubbliku u t-tgħarrif komprensiv għal min ifassal il-politika;

Parti IV – Rapport Speċjali Nru 23/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Il-kwalità tal-ilma fil-baċin tax-Xmara Danubju: sar progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma iżda għad fadal xi jsir"

53.  Jemmen li l-linji gwida għal rappurtar aktar differenzjat dwar il-progress li sar fir-rigward tal-kwalità tal-ilma għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni;

54.  Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha trawwem il-komparabbiltà tad-data billi, pereżempju, tnaqqas id-diskrepanzi fin-numru ta' sustanzi fiżikokimiċi li jiġu vvalutati għall-istatus ekoloġiku;

55.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tkompli ssegwi l-progress tal-Istati Membri biex tintlaħaq kwalità tajba tal-ilma, l-għan tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

56.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw monitoraġġ tal-ilma ta' kwalità tajba biex ikollhom informazzjoni preċiża dwar is-sitwazzjoni u l-oriġini tat-tniġġis skont il-korp tal-ilma biex ikun jista' jsir immirar aħjar u biex tiżdied il-kosteffettività tal-miżuri rimedjali;

57.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni bejn dawk il-korpi li jiddefinixxu l-miżuri fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmara u dawk li qed japprovaw il-proġetti għall-finanzjament;

58.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jivvalutaw u jiżguraw l-effettività tal-mekkaniżmi ta' infurzar, b'mod partikolari l-kopertura li trid tinkiseb u l-effett deterrent tal-penali applikati;

59.  Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal tal-użu tal-imposta fuq it-tniġġis tal-ilma bħala strument ekonomiku u bħala mod kif jiġi applikat il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" tal-inqas għas-sustanzi prinċipali li jaffettwaw il-kwalità tal-ilma b'mod negattiv;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li, b'mod sistematiku, tevalwa mhux biss l-eżistenza, iżda wkoll l-adegwatezza tal-istandards u r-rekwiżiti minimi tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba adottati mill-Istati Membri;

61.  Jinnota li l-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar il-metodi possibbli għall-irkupru tal-ispejjeż fil-qasam tat-tniġġis minn sorsi diffużi;

62.  Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal tal-użu ta' strumenti ekonomiċi, bħalma huma taxxi ambjentali, bħala inċentiv għat-tnaqqis tat-tniġġis u bħala mod ta' kif jiġi applikat il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas";

63.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw modi biex jiġu ssemplifikati t-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-kontrolli u biex jiżgura l-effettività tagħhom, fuq il-bażi ta' inventarju tal-infurzar tal-mekkaniżmi tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

Parti V – Rapport Speċjali Nru 24/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni"

64.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tagħti bidu għall-istabbiliment ta' sistema komuni biex tistima d-daqs tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT, li tippermetti li l-Istati Membri jevalwaw il-prestazzjoni tagħhom abbażi ta' indikaturi adegwati. Il-prestazzjoni għandha tkun f'termini ta' tnaqqis tal-inċidenza ta' frodi intra-Komunitarja tal-VAT, ta' żieda fid-detezzjoni ta' frodi, u ta' żieda fl-irkupru tat-taxxa wara d-detezzjoni ta' frodi;

65.  Jemmen li sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-Eurofisc bħala sistema ta' twissija bikrija effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda li l-Istati Membri: (a) jintroduċu analiżi komuni tar-riskju biex jiġi żgurat li l-informazzjoni skambjata permezz tal-Eurofisc tkun immirata tajjeb fuq il-frodi; (b) itejbu l-veloċità u l-frekwenza ta' dawn l-iskambji ta' informazzjoni; (c) jużaw ambjent tal-IT li jkun affidabbli u faċli għall-utent; (d) jistabbilixxu indikaturi u miri rilevanti biex titkejjel il-prestazzjoni tal-oqsma ta' ħidma differenti; (e) jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma kollha tal-Eurofisc;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha dwar l-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattivi bejn l-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa biex tiġi miġġielda l-frodi intra-Komunitarja tal-VAT, twettaq żjarat ta' monitoraġġ magħżula fuq bażi tar-riskju; jemmen li dawn iż-żjarat ta' monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq it-titjib tal-puntwalità tar-risposti tal-Istati Membri għal talbiet għal informazzjoni, l-affidabbiltà tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT, il-veloċità tal-Kontrolli Multilaterali, u s-segwitu għas-sejbiet tar-rapporti preċedenti tagħha dwar il-kooperazzjoni amministrattiva;

67.  Filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-Istati Membri jeħtieġu informazzjoni minn pajjiżi mhux tal-Unjoni biex jinfurzaw il-ġbir tal-VAT fuq is-servizzi min-negozju għall-konsumatur u l-prodotti intanġibbli ta' kummerċ elettroniku fornuti permezz tal-internet, jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fin-negozjar ta’ arranġamenti ta' assistenza reċiproka mal-pajjiżi fejn il-biċċa l-kbira tal-fornituri ta' servizzi diġitali huma stabbiliti u fl-iffirmar ta’ dawn l-arranġamenti, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux tal-Unjoni u jiġi infurzat il-ġbir tal-VAT;

68.  Huwa tal-fehma li filwaqt li l-frodi Intra-Komunitarja tal-VAT spiss hija marbuta ma' strutturi kriminali organizzati, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeliminaw l-ostakli legali li jipprevjenu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni; iqis b'mod partikolari, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Europol għandu jkollhom aċċess għad-data tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT u tal-Eurofisc u li l-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mill-informazzjoni ta' intelligence li huma jipprovdu;

69.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tipprovdi riżorsi finanzjarji biżżejjed sabiex tiżgura l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-pjanijiet ta' azzjoni operazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri u ratifikati mill-Kunsill taħt l-umbrella tal-inizjattiva Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali;

Parti VI – Rapport Speċjali Nru 25/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus"

70.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' investimenti infrastrutturali rurali appoġġati mill-fondi tal-Unjoni, speċjalment mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal ħtiġijiet, li l-benefiċċji tagħhom imorru lil hinn mill-agrikoltura, li inkella setgħu ma ġewx iffinanzjati minħabba sfidi ekonomiċi sinifikanti u skarsezza ta' finanzjamenti li jaffaċċjaw iż-żoni rurali;

71.  Jikkonstata li finanzjament mill- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għal proġetti infrastrutturali huwa bbażat fuq ġestjoni kondiviża fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll kif ukoll għall-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti, filwaqt li r-rwol tal-Kummissjoni huwa li tissorvelja l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri; jemmen li dawn ir-regoli għandhom jiġu definiti b'mod iktar ċar sabiex il-benefiċjarji jkunu jafu fuq liema oqsma għandhom kompetenza il-korpi ta' monitoraġġ; jissottolinja li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

72.  Jikkunsidra s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, inklużi fir-Rapport Speċjali Nru 25/2015, utli għal titjib ulterjuri tal-utilizzazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ta' investimenti ffinanzjati mill-Unjoni f'infrastruttura rurali u għall-kisba ta' riżultati u valur aħjar għall-flus, u jitlob lill-Kummissjoni biex timplimentahom;

73.  Jirrakkomanda bil-qawwa li investimenti tal-Unjoni fl-infrastruttura rurali jiġu mmirati lejn proġetti li jippermettu t-titjib tas-servizzi pubbliċi u/jew jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, u li għalihom hemm ħtieġa dimostrabbli għal appoġġ pubbliku u li jagħtu valur miżjud, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li dawn il-fondi jkunu investimenti addizzjonali, u ma jintużawx bħala sostitut għal finanzjament nazzjonali ta' servizzi essenzjali;

74.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jużaw approċċ koordinat li jikkwantifika l-ħtiġijiet, fejn applikabbli, u d-diskrepanzi fil-finanzjament u jiġġustifika l-użu tal-miżuri tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali, u li jqis mhux biss il-fondi u l-programmi tal-Unjoni, iżda anke programmi nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll fondi pubbliċi u privati li jistgħu jindirizzaw — jew diġà qed jindirizzaw —l-istess bżonnijiet bħall-Programmi tal-Iżvilupp Rurali;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq l-ewwel passi meħuda biex tiżgura koordinazzjoni effettiva u komplementarjetà bejn il-fondi differenti tal-Unjoni, imwettqa permezz ta' lista ta' kontroll użata minnha sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-PŻR tal-2014-2020, u biex tipprovdi gwida ulterjuri lill-Istati Membri matul l-implimentazzjoni tal-programmi dwar kif jiksbu mhux biss komplementarjetà aħjar, iżda wkoll dwar kif jiġi evitat ir-riskju ta' sostituzzjoni ta' fondi u biex jitnaqqas ir-riskju ta' 'deadweight'; f'dan ir-rigward, jitlob ukoll lill-Kummissjoni tintervjeni billi tippromwovi prattiki tajba;

76.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri, sabiex jittaffa r-riskju ta' 'deadweight', li qabel jistabbilixxu r-rati ta' għajnuna għal miżuri infrastrutturali jevalwaw il-livell xieraq ta' finanzjament pubbliku meħtieġ biex jitħeġġeġ l-investiment, kif ukoll li matul il-proċess ta' għażla tal-proġetti jivverifikaw, fejn xieraq qabel japprovaw applikazzjonijiet għal għajnuna, jekk l-applikant­ għandux biżżejjed kapital jew aċċess għal kapital biex jiffinanzja l-proġett kollu jew parti minnu; iħeġġeġ użu aħjar tas-sistemi ta' informazzjoni ġestjonali mill-Istati Membri;

77.  Jitlob li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' addizzjonalità fuq il-livelli kollha u jinsisti għalhekk fuq struttura xierqa tal-kumitati ta' monitoraġġ u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess ta' koordinazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tutilizza b'mod xieraq ir-rwol konsultattiv tagħha fil-kumitati ta' monitoraġġ;

78.  Jilqa' l-fatt li f'Marzu 2014 il-Kummissjoni ħarġet gwida li tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-eliġibbiltà u l-kriterji ta' għażla jiġu applikati b'mod trasparenti u konsistenti matul il-perjodu ta' programmazzjoni, li l-kriterji ta' għażla jiġu applikati anke f'każijiet meta l-baġit disponibbli ma jkunx suffiċjenti biex jiffinanzja l-proġetti kollha eliġibbli u li l-proġetti b'marka totali li tkun taħt ċertu limitu stabbilit jiġu esklużi mill-għajnuna u jistieden lill-Istati Membri biex jsegwu din il-gwida b'mod strett fir-rigward ta' proġetti infrastrutturali rurali ffinanzjati mill-Unjoni;

79.  Jitlob li l-Istati Membri jistabbilixxu u japplikaw b'mod konsistenti l-kriterji li jiżguraw l-għażla tal-aktar proġetti kosteffikaċi, jiġifieri l-proġetti bil-potenzjal li jagħtu l-akbar kontribut għall-objettivi tal-PŻR għal kull unità ta' spiża; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-istimi tal-ispejjeż tal-proġetti jiġu bbażati fuq informazzjoni aġġornata tal-prezzijiet li tirrifletti l-prezzijiet attwali tas-suq u li l-proċeduri ta' akkwist pubbliku jkunu ġusti u trasparenti u jippromovu kompetizzjoni ġenwina; jinnota l-linji gwida żviluppati mill-Kummissjoni fi tmiem l-2014 dwar kif għandhom jiġu evitati żbalji komuni fi proġetti kofinanzjati mill-Unjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jissodisfaw il-kundizzjonalità ex-ante tar-rekwiżiti ta' akkwist pubbliku sa tmiem l-2016;

80.  Jitlob ukoll għal aktar trasparenza fil-proċess ta' għażla u jqis li l-opinjoni pubblika dwar il-problemi lokali f'żoni rurali għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet ta' ġestjoni meta japprovaw applikazzjonijiet għal għotja; jirrikonoxxi li l-gruppi ta' azzjoni lokali jista' jkollhom rwol importanti f'dan il-proċess;

81.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi fl-ambitu tal-awditi futuri tagħha eżami tal-aspetti tal-prestazzjoni li jikkonċernaw proġetti infrastrutturali rurali u jistenna li l-bidliet li saru mill-Kummissjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, ibbażati fuq problemi identifikati mill-passat, se jwasslu għat-titjib ippjanat;

82.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jintroduċu rekwiżiti li jobbligaw lill-benefiċjarji jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul u l-manutenzjoni xierqa tal-infrastruttura ffinanzjata minn investimenti tal-Unjoni, u biex jivverifikaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti rispettivi;

83.  Jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' żmien raġonevoli għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet u għall-pagamenti u jirrispettawh, peress li f'bosta każijiet il-benefiċjarji jkunu diġà użaw self tranżitorju sabiex ilestu x-xogħlijiet;

84.  Jirrakkomanda li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data f'waqtha, rilevanti u affidabbli li tkun tipprovdi informazzjoni utli dwar il-kisbiet tal-proġetti u l-miżuri ffinanzjati; jistenna li din l-informazzjoni se tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-fondi minfuqa, tidentifika l-miżuri u t-tipi ta' proġetti ta' infrastruttura li jwasslu għall-akbar kontribut għall-objettivi tal-Unjoni u tipprovdi bażi tajba għat-titjib tal-immaniġġjar tal-miżuri;

85.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li objettivi ċari, speċifiċi u fejn possibbli kwantifikati jiġu stabbiliti għall-proġetti li għalihom jiġu allokati l-fondi, u għalhekk jiffaċilitaw l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti, kif ukoll ir-rapportar utli għall-awtoritajiet ta' ġestjoni;

86.  Jirrikonoxxi li "żvilupp lokali mmexxi mill-komunità" huwa għodda importanti biex jiġu megħluba n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti.

Parti VII – Rapport Speċjali Nru 1/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?"

87.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa qafas statistiku aktar komprensiv sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-introjtu disponibbli tal-familji tal-bdiewa u ħalli jiġi rifless aħjar il-livell tal-għajxien tal-bdiewa; jemmen li għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u fuq il-bażi ta' metodoloġija komuni, tqis kif strumenti ta' statistika eżistenti tal-Unjoni jistgħu jiġu żviluppati u kkombinati bl-aħjar mod;

88.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb il-qafas għat-tqabbil tal-introjtu tal-bdiewa ma' introjtu f'setturi oħra tal-ekonomija;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa aktar il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura sabiex il-potenzjal tagħhom ikun jista' jintuża aħjar sabiex:

   jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-fatturi li jħallu impatt fuq l-introjtu agrikolu;
   jiżgura t-trażmissjoni ta' data fil-livell reġjonali bbażata fuq arranġamenti formali mal-Istati Membri.

90.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura jistgħux ikomplu jiġu żviluppati biex jipprovdu stima raġonevoli tal-valur ekonomiku tal-prodotti pubbliċi mill-bdiewa u tiżgura li l-informazzjoni tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura tintuża b'mod xieraq fl-indikaturi tal-introjtu;

91.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tibbaża l-analiżi tagħha tal-introjtu tal-bdiewa fuq indikaturi li jieħdu kont tas-sitwazzjoni attwali tal-agrikoltura u fuq biżżejjed data konsistenti għall-benefiċjarji kollha tal-miżuri tal-PAK; iqis li dan jista' jsir permezz tal-iżvilupp ta' sinerġiji bejn data amministrattiva eżistenti jew permezz tal-iżvilupp tan-Netwerk tad-Data tal-Kontabilità Agrikola jew ta' għodod oħra tal-istatistika li huma adatti;

92.  Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-importanza tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura għall-monitoraġġ tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tintroduċi rappurtar regolari dwar il-kwalità fuq il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura u tikseb aċċertament raġonevoli li l-Istati Membri stabbilixxew qafas ta' garanzija tal-kwalità biex jiġi żgurat li d-data pprovduta mill-Istati Membri tkun kumparabbli u kkompilata skont il-kriterji ta' kwalità li japplikaw għall-istatistika Ewropea;

93.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tindirizza dgħufijiet identifikati fl-implimentazzjoni tan-Netwerk tad-Data tal-Kontabilità Agrikola billi taqbel fuq skeda ta' żmien ċara mal-Istati Membri kkonċernati u tħeġġeġ użu aħjar tal-potenzjal tas-sistema;

94.  Iħħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar l-arranġamenti attwali tal-kwalità għall-istabbiliment tal-istatistika tan-Netwerk tad-Data tal-Kontabilità Agrikola mill-Istati Membri biex tiżgura li, fl-Istati Membri kollha, setturi u klassifikazzjonijiet tad-daqs ta' azjendi li huma ta' interess għall-PAK ikunu rappreżentati b'mod adegwat, u jirriflettu wkoll l-għażliet li saru mill-Istati Membri f'termini ta' alternattivi tal-PAK;

95.  Jirrakkomanda, filwaqt li jqis id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti, li l-Kummissjoni ttejjeb l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-miżuri tal-PAK fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa billi:

   tiddefinixxi mill-bidu, objettivi operattivi u linji bażi xierqa li magħhom tista' titqabbel il-prestazzjoni tal-miżuri tal-PAK għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;
   fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tagħha, tikkomplementa l-qafas attwali ta' indikaturi ta' prestazzjoni b'data oħra rilevanti u ta' kwalità tajba biex jitkejlu r-riżultati miksuba;
   fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tagħha wkoll, tivvaluta l-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri mfassla biex jappoġġaw l-introjtu tal-bdiewa;

Parti VIII – Rapport Speċjali Nru 3/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-ġlieda kontra l-ewtrofikazzjoni fil-Baħar Baltiku: tinħtieġ azzjoni ulterjuri u aktar effettiva"

96.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

97.  Jiddispjaċih ħafna li minkejja li bejn l-2007 u l-2013, l-Unjoni kkontribwixxiet EUR 14,5 biljun għat-trattament tal-ilma mormi u miżuri ta' ħarsien tal-ilma fl-Istati Membri tal-Unjoni fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, flimkien ma' EUR 44 miljun għat-titjib fil-kwalità tal-ilma fir-Russja u fil-Belarussja fl-2001-2014, sar progress limitat biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nutrijenti; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kosteffettività tal-miżuri msemmija hawn fuq;

98.  Jenfasizza li l-ewtrofikazzjoni hija waħda mit-theddidiet prinċipali għall-kisba ta' status ekoloġiku tajjeb għall-Baħar Baltiku u jenfasizza l-importanza li tiġi miġġielda l-ewtrofikazzjoni ta' wieħed mill-ibħra l-aktar imniġġsa fid-dinja; għaldaqstant, jiddispjaċih li sar progress limitat fir-rigward tat-tnaqqis tan-nutrijenti fil-qafas tal-iskema ta' tnaqqis ta' nutrijenti tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) li talloka miri għat-tnaqqis ta' nutrijenti għal kull pajjiż Baltiku; jiddispjaċih li d-Direttiva tal-Unjoni ġiet applikata parzjalment biss minn xi Stati Membri;

99.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom joħolqu proċeduri għall-programm tan-nitrati tagħhom abbażi tal-aħħar indikazzjoni xjentifika u l-iktar konsulenza reċenti;

100.  Jitlob lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar il-kosteffettività tal-miżuri għat-tnaqqis ta' piż ta' nutrijenti sabiex issir analiżi robusta għall-istabbiliment ta' programmi ta' miżuri futuri;

101.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb l-affidabbiltà tad-data tal-monitoraġġ dwar nutrijenti fil-Baħar Baltiku minħabba li l-affidabbiltà mhijiex garantita;

102.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-għażla effettiva ta' żoni denominati bħala vulnerabbli għan-nitrati lill-Istati Membri sabiex jiġu implimentati miżuri suffiċjenti f'żoni li jkunu ferm vulnerabbli u min-naħa l-oħra tevita li tpoġġi piżijiet bla bżonn fuq il-bdiewa li joperaw f'żoni li mhumiex vulnerabbli għan-nitrati; jenfasizza li l-Istati Membri fir-reġjun tal-Baħar Baltiku għandhom jevalwaw mill-ġdid iż-żoni denominati bħala żoni vulnerabbli għan-nitrati tagħhom;

103.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' effettività tal-azzjonijiet sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta' nutrijenti tal-ilma urban mormi; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura segwitu effettiv tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi(7) u tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ mad-Direttiva;

104.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet tal-HELCOM ntlaħqu biss b'mod parzjali u ġew implimentati skont id-Direttiva tal-Unjoni għal attivitajiet speċifiċi;

105.  Jinnota li l-effett ta' lieva kien qawwi fil-finanzjament tal-proġetti fir-Russja u fil-Belarussja; jinsab imħasseb, madankollu, dwar id-dewmien fi proġetti li jistgħu jwasslu għal tnaqqis sinifikanti ta' riżorsi; jitlob lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha f'dan ir-rigward u tiffoka aktar mill-qrib fuq in-niġġiesa identifikati minn HELCOM; jemmen ukoll li, f'dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki u għandhom jiġu applikati b'mod wiesa';

Parti IX – Rapport Speċjali Nru 4/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Jeħtieġ li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jimmodifika l-mekkaniżmi operazzjonali tiegħu u l-elementi tat-tfassil tiegħu biex jikseb l-impatt mistenni"

106.  Jilqa' r-rapport speċjali dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (European Institute of Innovation and Technology (EIT)) u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

107.  Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

108.  Jinnota li l-Qorti identifikat bosta dgħufijiet f'kunċetti u proċessi operattivi ewlenin u tat erba' rakkomandazzjonijiet sabiex l- EIT jsir istitut innovattiv li jwassal għal skoperti ġodda;

109.  Ifakkar fil-kwittanza tal-2012 u tal-2013 fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' kwittanza lill-EIT ġiet posposta, abbażi ta' nuqqas ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet tal-EIT, evidenza inadegwata li ma nqabiżx il-limitu ta' 25 % tan-nefqa globali tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), il-livell għoli ta' riporti li ma ġewx implimentati u d-dewmien fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

110.  Iqis li dan ir-rapport tal-Qorti jqajjem tħassib serju dwar il-bażi, il-mudell ta' finanzjament u l-operat tal-EIT;

111.  Jinnota r-risposta tal-Kummissjoni għar-rapport, fejn hija tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-fatti u s-sejbiet; josserva li l-Kummissjoni taqbel mal-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

112.  Jinnota li r-rapport jiddikjara li fl-2015 l-EIT għamel bosta titjib, li jidher li jissodisfaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jinnota li jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ u evalwazzjoni mill-qrib biex jiġu verifikati l-effetti ta' dan it-titjib;

113.  Jenfasizza li ftehim ta' għotja pluriennali bejn l-EIT u l-KKI u l-istrateġija pluriennali tal-KKI m'għandhiex tkun ta' ostaklu għar-rappurtar annwali tal-KKI;

114.  Jenfasizza li l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati huma essenzjali għall-obbligu ta' rendikont pubbliku u biex min ifassal il-politiki ikollu disponibbli informazzjoni komprensiva; jenfasizza li dan irid japplika wkoll fil-każ tal-EIT u l-KIC;

115.  Jinnota li l-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni fl-2015 introduċa l-kunċett ta' "Innovazzjoni Miftuħa" bħala kunċett politiku ewlieni għat-tfassil tal-politika tal-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni; iqis li mhuwiex ċar xi rwol l-EIT jiżvolġi f'dan il-kunċett; jenfasizza li dan il-kunċett ma jipprovdix qafas ċar għall-iżvilupp ta' azzjoni koerenti u koordinata mill-Kummissjoni, meta wieħed iqis l-għadd ta' politiki u strumenti inkwistjoni u l-għadd ta' direttorati ġenerali involuti fl-appoġġ għall-innovazzjoni;

116.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura politika dwar l-innovazzjoni li tkun koordinata u effiċjenti, fejn id-direttorati ġenerali responsabbli jaġġustaw l-attivitajiet u l-istrumenti, u biex tinforma lill-Parlament dwar dawn l-isforzi;

117.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li fl-ambitu tal-KKI, l-involviment tan-negozji fl-għażla tal-proġetti ta' riċerka jista' jwassal għal sitwazzjonijiet fejn riċerkaturi jkunu marbuta finanzjarjament u mod ieħor mal-industrija, u b'hekk, ma jkunux jistgħu jitqiesu aktar bħala indipendenti; jesprimi dan it-tħassib fid-dawl ta' żviluppi fejn żdiedet l-influwenza tan-negozji fix-xjenza u r-riċerka fundamentali;

118.  Jifhem l-objettiv tal-missjoni tal-EIT li jippromwovi l-kooperazzjoni fost l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni; jinnota li l-kumpaniji jistgħu spiss ikunu l-benefiċjarju prinċipali, bħala s-sidien legali ta' prodotti innovattivi fis-suq u li jirċievu l-profitti finanzjarji; jenfasizza l-ħtieġa, f'din is-sitwazzjoni, li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tiġi inkorporata struttura fil-mudell ta' kooperazzjoni fejn fondi mogħtija jistgħu, għall-inqas parzjalment, imorru lura lejn l-EIT;

119.  Jemmen li t-titjib imsemmi u l-qbil tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet jiġġustifikaw li wieħed jistenna aktar żviluppi fi ħdan l-EIT;

120.  Jistieden lill-EIT jipprovdi analiżi dettaljata tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti lill-awtorità ta' kwittanza fir-rapport annwali tagħha tal-2016;

121.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament rapport ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet li ttieħdu b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

Parti X – Rapport Speċjali Nru 5/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar is-Servizzi?"

122.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni taċċettahom u se tikkunsidrahom fil-ġejjieni;

123.  Jinnota li minkejja l-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha bl-esklużjoni tal-forniment ta' ċerti servizzi, id-Direttiva dwar is-Servizzi(8) għandha kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna, li wassal lill-Kummissjoni biex ikollha sett ta' miżuri li jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tagħha;

124.  Jenfasizza li s-suq tas-servizzi għadu ma kisibx il-potenzjal sħiħ tiegħu u li l-impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi tal-implimentazzjoni ta' suċċess tad-Direttiva dwar is-Servizzi għadu qawwi; filwaqt li l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali tal-implimentazzjoni sħiħa tad-direttiva għadhom mhumiex magħrufa; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa studju sabiex tistma l-gwadanji fl-output fl-aktar termini kwantitattivi affidabbli possibbli;

125.  Jinkoraġġixxi l-inklużjoni sussegwenti ta' aktar setturi sabiex tinkiseb it-tneħħija aktar wiesgħa ta' ostakli settorjali għall-integrazzjoni tas-suq bl-għan aħħari tat-tneħħija tal-ostakli fis-suq intern għas-servizzi u l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-Unjoni għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi;

126.  Jikkunsidra li l-Istati Membri setgħu għamlu użu aħjar mill-miżuri pprovduti mill-Kummissjoni, biex jappoġġaw it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar speċjalment bil-qsim tal-problemi ffaċċjati fil-fażijiet differenti tal-proċedura, bid-diskussjoni ta' soluzzjonijiet komuni possibbli u bl-iskambju tal-aħjar prattiki;

127.  Jaqbel li l-Kummissjoni għandha tnaqqas, kemm jista' jkun, it-tul tal-proċeduri ta' ksur;

128.  Jiddispjaċih li l-għodod bħall-punti uniċi ta' kuntatt, is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) ma kinux magħrufa biżżejjed u użati min-negozji u l-konsumaturi meta kellhom problema marbuta mal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi;

129.  Jinnota li l-forniment tas-servizzi online għadu limitat minħabba inċertezzi għall-fornituri u r-riċevituri;

Parti XI – Rapport Speċjali Nru 6/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ għat-trażżin tal-mard tal-annimali"

130.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jilqa' l-aċċettazzjoni tal-Kummissjoni;

131.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li programmi tal-mard tal-annimali ġew evalwati bħala ta' suċċess mill-awditu u li l-pariri tekniċi, l-analiżi tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' appoġġ kienu kklassifikati bħala tajbin; jilqa' r-riżultati pożittivi ta' dawn il-programmi dwar is-saħħa tal-annimali fl-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw dan l-approċċ ta' suċċess anke fil-futur;

132.  Jemmen li l-indikaturi ta' output estensivi għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u żoonożi għandhom jittejbu aktar, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni teknika u tal-indikaturi ekonomiċi, li jippermettu analiżi tal-kosteffettività tal-programmi;

133.  Jinnota l-opinjoni tal-Kummissjoni li huwa diffiċli li tistabbilixxi l-kosteffettività tal-programmi, speċjalment billi ma hemmx mudelli disponibbli anke fuq livell internazzjonali; jinnota wkoll li l-kostijiet-benefiċċji tal-programmi ġew ippruvati billi ġie evitat it-tixrid ta' mard u l-kontaminazzjoni tal-bnedmin u billi ġew salvati l-ħajjiet;

134.  Jinnota li l-iskambju ta' informazzjoni epidemjoloġika u l-aċċess faċli għal riżultati storiċi jistgħu jiġu appoġġati aħjar mis-sistemi ta' informazzjoni rilevanti, li jippermettu koordinament aħjar tal-attivitajiet ta' kontroll bejn l-Istati Membri; jinnota li skont il-Kummissjoni li l-għodod tal-IT eżistenti qed jiġu żviluppati biex jappoġġaw aħjar lill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura valur miżjud tal-għodod tal-IT żviluppati għall-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa;

135.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tappoġġa d-disponibbiltà ta' vaċċini għall-użu mill-Istati Membri meta jkun ġustifikat b'mod epidemiku; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-banek tat-tilqim/antiġeni diġà ġew implimentati għal żewġ tipi ta' mard; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli b'analiżi tar-riskji li jistgħu jistabbilixxu ħtieġa potenzjali għal banek tat-tilqim/antiġeni oħra;

136.  Jinnota li l-Kummissjoni taċċetta li tiżgura li l-Istati Membri jinkludu b'mod sistematiku, meta jkun rilevanti, l-aspett tal-organiżmi selvaġġi fil-programmi veterinarji tagħhom;

137.  Jinnota li l-programmi f'ċerti pajjiżi ma kellhomx suċċess fil-qerda tal-mard tal-annimali u l-progress kien pjuttost kajman; jistieden lill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tagħti prijorità lil dawn il-każijiet speċifiċi u tħejji strateġija dettaljata li tippermetti l-koerenza għall-qerda tal-mard, b'mod partikolari t-tuberkulożi bovina fir-Renju Unit u l-Irlanda u l-bruċellożi ovina u kaprina fin-Nofsinhar tal-Italja;

138.  Jinnota bi tħassib li l-leġiżlazzjoni sottostanti li tkopri s-suġġett tal-mard tal-annimali għadha kumplessa u frammentata wisq; jilqa' l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni unifikanti - ir-Regolament dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali")(9) f'Marzu 2016; jinnota li r-Regolament il-ġdid se jkun applikabbli ħames snin wara l-adozzjoni; jilqa' l-fatt li r-Regolament il-ġdid se joffri regoli semplifikati, aktar sempliċi, u aktar ċari;

Parti XII – Rapport Speċjali Nru 7/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Kif is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jimmaniġġja l-binjiet tiegħu madwar id-dinja"

139.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

140.  Jenfasizza li s-SEAE u l-Istati Membri għandhom interess komuni fl-iżvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni lokali fil-qasam tal-ġestjoni tal-bini, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika u kontinwa għall-kwistjonijiet ta' sigurtà, l-aħjar valur għall-flus u l-immaġni tal-Unjoni;

141.  Jilqa' b'sodisfazzjon ż-żieda ta' proġetti ta' kolokazzjoni ta' delegazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati Membri, bl-iffirmar ta' 17-il memoranda ta' qbil; jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jfittex modi oħra biex iwessa' din il-prattika tajba; iqis li din il-politika għandha tinkludi approċċi innovattivi bl-għan li jiġu definiti kemm strateġija koordinata ta' kolokazzjoni ma' Stati Membri ħerqana li jagħmlu dan, kif ukoll arranġamenti xierqa ta' qsim tal-ispejjeż relatati mal-binjiet u l-loġistika;

142.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' reġistrazzjoni u n-nuqqas ta' preċiżjoni fis-sistema ta' informazzjoni għall-ġestjoni ta' binjiet ta' uffiċini u residenzi tad-delegazzjonijiet; jitlob li jsir rieżami regolari dwar il-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data miġbura mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

143.  Iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ l-għodod ta' ġestjoni ta' kontroll u monitoraġġ tal-ispejjeż kollha li nġarrbu fir-rigward tal-politika tal-bini sabiex jiġi żgurat qafas preċiż u segwitu għan-nefqiet kollha; iqis li għandu jkun hemm enfasi fuq l-osservanza ta' limiti stabbiliti fil-politika tal-bini sabiex jitnaqqas it-total tal-kera annwali tal-uffiċċji tad-delegazzjonijiet, l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-entitajiet kolokati, il-kopertura tal-ispejjeż operazzjonali involuti f'sitwazzjonijiet ta' kolokazzjoni u l-korrettezza tal-ispejjeż b'kundizzjonijiet tas-suq lokali;

144.  Jemmen li għarfien espert legali u tekniku dwar il-ġestjoni tal-proprjetà immobbli għandu jiġi żviluppat mill-aktar fis, filwaqt li titqies kwalunkwe għażla alternattiva kosteffettiva, bħal li jiġu mqabbda esperti esterni, bħal sensara lokali, li jfittxu fis-suq jew possibbilment jinnegozjaw mas-sidien tal-proprjetà;

145.  Jappoġġa l-implimentazzjoni ta' strateġija fuq żmien medju u fit-tul li tidentifika l-għażliet kollha, mill-prijoritajiet ta' investiment jew possibbiltajiet ta' xiri, tiġdid ta' kirjiet għall-qsim tal-bini mal-Istati Membri, filwaqt li jitqies it-tbassir tal-persunal u tal-ippjanar u l-iżvilupp tal-politika;

Parti XIII – Rapport Speċjali Nru 8/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "It‑trasport ferrovjarju tal‑merkanzija fl‑UE: għadu mhux fit-triq it-tajba''

146.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni taċċettahom u li se tikkunsidrahom;

147.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-oqsma fejn l-azzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni hija meħtieġa l-aktar: il-liberalizzazzjoni tas-suq, proċeduri ta' ġestjoni tat-traffiku, restrizzjonijiet amministrattivi u tekniċi, monitoraġġ u trasparenza tal-prestazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, kompetizzjoni ġusta bejn il-modi differenti tat-trasport, approċċ konsistenti bejn l-objettivi tal-politika u l-allokazzjoni tal-fondi, koordinazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-għażla, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti u l-manutenzjoni tan-netwerk ferrovjarju;

148.  Jinnota li l-Kummissjoni ma evalwatx tajjeb l-impatt tal-pakketti leġiżlattivi li hija varat mis-sena 2000 'l hawn dwar is-settur ferrovjarju, b'mod partikolari it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija; jiddispjaċih li l-fondi tal-Unjoni investiti f'diversi proġetti ma jistgħux jitqiesu bħala kosteffettivi;

149.  Iqis li jekk is-sitwazzjoni attwali fis-settur ferrovjarju se tibqa' hekk, mhux se jkun possibbli li jinkisbu l-miri li qed jevolvu u li huma stabbiliti għall-2030;

150.  Iqis li huwa fl-interess tal-Istati Membri li ssir valutazzjoni tal-impatt komuni u mandatorja ta' leġiżlazzjoni futura tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija biex ikun żgurat li jingħelbu b'mod effettiv in-nuqqasijiet relatati ma' inkompatibbiltajiet tan-netwerk;

151.  Jinnota li s-settur ferrovjarju ġeneralment huwa korporattiv ħafna u li huwa jista' jaffettwa l-perċezzjoni tal-liberalizzazzjoni tas-suq, bir-riżultat li jkun jidher aktar bħala theddida milli bħala vantaġġ;

152.  Iqis lit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bħala wieħed mill-aspetti ewlenin tas-suq uniku għall-oġġetti u minħabba l-potenzjal pożittiv immens tiegħu f'termini ta' miri għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis fl-użu tat-trasport bit-triq, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti impetu ġdid fi ħdan l-istrateġija tas-suq uniku; jitlob li tiġi stabbilita strateġija tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija;

153.  Jitlob evalwazzjoni komprensiva tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 913/2010(10) inkluż punt uniku ta' servizz u allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-attività, u evalwazzjoni, b'mod parallel, ta' kurituri tal-merkanzija u kurituri tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa inklużi l-proġetti diġà approvati taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

154.  Jitlob evalwazzjoni komprensiva tal-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji nazzjonali;

155.  Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-istrateġiji tal-Istati Membri għat-trasport mfassla b'segwitu għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta' sħubija dwar l-armonizzazzjoni transkonfinali u l-operabbiltà tal-kurituri TEN-T;

156.  Jitlob pjan ta' azzjoni biex jappoġġa l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju;

157.  Jiddispjaċih li bosta mill-ostakli għall-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju Ewropew b'saħħtu u kompetittiv li ġew identifikati mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 8/2010 għadhom qed ifixklu l-progress fis-settur;

Parti XIV – Rapport Speċjali Nru 9/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-infiq tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni esterna fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Viċinat tal-Lvant sal-2014"

158.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

159.  Jinnota l-approċċ kritiku tal-Qorti u l-għadd kbir ta' nuqqasijiet ippreżentati mill-Qorti, partikolarment in-nuqqas ta' effettività fl-użu tal-fondi allokati;

160.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-osservazzjonijiet kollha tal-Qorti u tieħu l-miżuri mitluba sabiex jiġi evitat li jsiru l-istess żbalji matul il-politika tal-migrazzjoni 2014-2020; jitlob li jiġu applikati r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti;

161.  Jemmen li l-użu tal-fondi għandu jkun iggwidat minn sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni mtejba bbażati fuq indikaturi bażiċi, punti ta' riferiment progressivi u objettivi li jitkejlu u realistiċi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami tal-indikaturi kollha, il-punti ta' riferiment u l-objettivi pprovduti mill-programmi tal-migrazzjoni nnifishom;

162.  Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm impenn kostanti lejn rispons komprensiv u koordinat, hekk kif il-kriżi tal-migrazzjoni toħloq bosta sfidi f'ħafna setturi u li jisbqu l-fruntieri istituzzjonali;

163.  Jappella biex il-fehim u l-qafas strateġiċi tal-politiki esterni u l-alternattivi politiċi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni jiġu kontinwament rfinuti mal-atturi ewlenin sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza, kif ukoll mobilizzazzjoni koordinata u koerenti tal-mekkaniżmi relatati mal-migrazzjoni esterna fuq żmien qasir, fuq żmien medju u fuq żmien twil, kemm jekk fi ħdan il-qafas baġitarju tal-Unjoni u kemm jekk barra minnu;

164.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod kostruttiv għal koordinazzjoni aħjar bejn strumenti, mekkaniżmi u partijiet interessati rilevanti biex tiġi evitata kriżi tal-migrazzjoni;

165.  Jistieden lill-partijiet interessati ewlenin kollha jirriflettu b'mod adegwat dwar il-bilanċ bejn il-flessibbiltà f'interventi, il-komplementarjetà tal-fondi, il-livell tagħhom u l-ingranaġġ meħtieġ kif ukoll dwar is-sinerġiji potenzjali u l-addizzjonalità ġenerali tal-interventi tal-Unjoni, u li jirrispondu b'mod adegwat għalihom;

166.  Jemmen f'dan il-kuntest, li għandha tingħata attenzjoni xierqa biex l-għajnuna tiġi mmirata b'mod adegwat lejn kwistjonijiet differenti u li qed jevolvu tal-migrazzjoni esterna, filwaqt li tiġi żgurata wkoll l-adegwatezza tas-superviżjoni ta' fondi żburżati sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' misapproprjazzjoni ta' fondi u finanzjament doppju;

167.  Jikkunsidra li hemm bżonn kruċjali li tiġi rikonċiljata d-domanda għal riżultati aħjar mad-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi biex jiġi żgurat livell għoli ta' ambizzjoni fit-tfassil ta' reazzjoni komprensiva u sostenibbli mill-Unjoni għall-isfidi attwali u ġejjiena kkawżati mill-kriżi tal-migrazzjoni; jemmen li n-negozjati dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali huma l-forum xieraq biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, bl-għan li jiżdied il-baġit għal dawk il-fondi;

168.  Jemmen li, minbarra n-nuqqas ta' finanzjament, il-frammentazzjoni attwali tal-istrumenti bl-objettivi speċifiċi tagħhom li ma humiex marbutin ma' xulxin ixxekkel is-sorveljanza parlamentari fuq il-mod li bih il-fondi jiġu implimentati u l-identifikazzjoni ta' fejn jaqgħu r-responsabbiltajiet, u għalhekk tagħmilha aktar diffiċli li jiġi vvalutat biċ-ċar l-ammonti finanzjarji li jintefqu verament biex jappoġġaw l-azzjoni esterna dwar il-migrazzjoni; jiddispjaċih li dan iwassal għal nuqqas ta' effettività, trasparenza u obbligu ta' rendikont; jikkunsidra li hemm bżonn li l-modi kif jintużaw l-istrumenti politiċi eżistenti jiġu ffokati mill-ġdid, b'arkitettura ta' objettivi ċara u mġedda sabiex jiżdiedu l-effettività u l-viżibbiltà kumplessivi tagħhom;

169.  Huwa tal-fehma li l-infiq tal-Unjoni fil-migrazzjoni esterna jeħtieġ li jiġi żburżat b'mod aktar effiċjenti u li hemm bżonn li jissodisfa l-kriterji ta' "valur miżjud" sabiex in-nies jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet ta' għajxien adegwati fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u tiġi evitata żieda fil-flussi ta' migranti ekonomiċi;

170.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi, tevalwa u tagħmel rieżami b'mod kostruttiv tal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li kellhom jibdew f'Ottubru 2016;

171.  Jilqa' l-ħolqien ta' fondi fiduċjarji tal-Unjoni u l-intenzjoni li l-fondi jiġu żburżati aktar malajr u b'aktar flessibbiltà f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u li jinġabru flimkien diversi sorsi ta' finanzjament biex jiġu indirizzati l-ħafna dimensjonijiet ta' kwalunkwe kriżi;

172.  Jinnota li l-fondi fiduċjarji huma parti minn reazzjoni ad hoc li turi li l-baġit tal-Unjoni u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali huma nieqsa mir-riżorsi u l-flessibbiltà meħtieġa għal approċċ komprensiv u rapidu għal kriżijiet ewlenin; jiddeplora l-fatt li dawn iwasslu biex tiġi evitata l-awtorità baġitarja, li timmina l-unità tal-baġit;

173.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, li tiġi stabbilita riżerva ta' kriżi ġdida tal-Unjoni Ewropea, li għandha tiġi ffinanzjata minn approprjazzjonijiet diżimpenjati, bħala strument addizzjonali biex ikun hemm reazzjoni rapida għal kwistjonijiet urġenti tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill jappoġġa bis-sħiħ din il-proposta;

174.  Jenfasizza l-importanza ta' mekkaniżmi ta' kontroll suffiċjenti li jiżguraw l-iskrutinju politiku tal-implimentazzjoni baġitarja fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi immedjati biex iżżid l-involviment tal-awtorità baġitarja u tal-awtorità għall-kontroll baġitarju u biex tallinja aħjar il-fondi fiduċjarji u mekkaniżmi oħra man-norma baġitarja, b'mod partikolari billi dawn tagħmilhom jidhru fil-baġit tal-Unjoni;

175.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pprovdietx dettalji ta' pagamenti attwali u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri adegwati biex issaħħaħ u tissemplifika l-kodifikazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni finanzjarja sabiex l-ammonti mmirati għal azzjoni esterna dwar il-migrazzjoni jkunu jistgħu jiġu segwiti u mmonitorjati aħjar;

176.  Jitlob lill-Kummissjoni tniedi għodda repożitorja komprensiva għal infiq tal-Unjoni relatat mal-migrazzjoni, inklużi l-proġetti kollha li twettqu, li għadhom għaddejjin u dawk ippjanati; iqis li l-bażi ta' data interattiva għandha tipprovdi lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini b'riżultati ippreżentati fuq il-mappa tad-dinja, u tippermetti tiftix skont il-pajjiż, it-tip ta' proġett u l-ammont korrispondenti;

177.  Huwa tal-fehma li l-ġestjoni permezz ta' tbassir tkun aktar effettiva milli sempliċiment politika reattiva bħall-ġestjoni tal-kriżi fit-tul;

178.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament lejn approċċ olistiku għall-migrazzjoni bbażat fuq taħlita ta' politika ġdida li tinkludi t-tisħiħ tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp billi jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-migrazzjoni, filwaqt li tiġi promossa wkoll bidla fil-modi ta' finanzjament tal-kriżi tal-migrazzjoni;

Parti XV – Rapport Speċjali Nru 10/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Jeħtieġ li jsir aktar titjib biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv"

179.  Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Qorti;

180.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha ttejjeb it-trasparenza tal-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv permezz ta' komunikazzjoni regolari tal-valutazzjonijiet tagħha tal-pajjiż dwar il-konformità ma' riformi strutturali proposti taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv, kif ukoll permezz ta' trasparenza akbar fl-applikazzjoni tar-regoli;

181.  Jemmen li, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar il-progress tal-Proċeduri ta' Defiċit Eċċessiv speċifiċi għall-pajjiż;

182.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tavvanza fl-involviment tal-kunsilli fiskali nazzjonali u biex tiżgura li l-Bord Fiskali Ewropew jieħu rwol formali skont il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv; jieħu nota tal-fatt li t-trasparenza taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv tjiebet f'dawn l-aħħar snin u jirrikonoxxi li ċerta informazzjoni ta' natura politikament sensittiva ma tistax dejjem titqiegħed fid-dominju pubbliku;

183.  Jirrakkomanda li l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tiffoka aktar mill-qrib fuq it-tnaqqis tad-dejn tal-gvern; jinnota li fi tmiem l-2014, 13-il Stat Membru biss kellhom livelli tad-dejn b'paragun mal-prodott domestiku gross ta' inqas minn 60 %; jindika li diversi Stati Membri issa għandhom dejn kbir, minkejja l-fatt li l-Unjoni qed tibbenefika minn irkupru modest u l-livelli ta' dejn pubbliku huma ogħla milli kienu fl-2010;

184.  Jirrikonoxxi li r-regola ta' dejn massimu saret operattiva taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv biss fl-2011; iqis li t-tnaqqis tal-livelli ta' dejn tal-gvern, b'mod partikolari fi Stati Membri bi djun kbar, se jtejjeb it-tkabbir ekonomiku b'mod sostanzjali fit-tul;

185.  Jirrakkomanda li jiġi żgurat li tinżamm biżżejjed flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-regoli tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; jenfasizza li billi fil-politika makroekonomika jseħħu avvenimenti mhux mistennija, hemm bżonn li qafas ta' governanza ekonomika sod ikun jista' jiġi adattat sabiex iqis l-iżviluppi ekonomiċi;

186.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv tkun koordinata aktar mill-qrib ma' miżuri ta' riforma strutturali miftiehma permezz tas-Semestru Ewropew;

Parti XVI – Rapport Speċjali Nru 11/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: progress limitat f'kuntest diffiċli"

187.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet meta tkun qed taħdem biex issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

188.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-progress li sar fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi kien wieħed limitat filwaqt li ma sar l-ebda progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'ċerti oqsma ewlenin bħalma hu l-iżvilupp ta' servizz ċivili professjonali u indipendenti;

189.  Jinnota li sar biss progress parzjali fl-indirizzar determinat tal-korruzzjoni u fit-titjib tat-trasparenza;

190.  Jinnota madankollu li l-Kummissjoni jkollha topera f'kuntest politiku diffiċli u tiltaqa' ma' nuqqas ta' rieda politika u nuqqas ta' impenn min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali biex jindirizzaw b'mod determinat il-kwistjonijiet li fadal; jinnota li r-restrizzjonijiet tal-kriżi politika li għaddejja bħalissa kellhom rwol fis-suċċess tal-proġetti ffinanzjati;

191.  Jinnota u jappoġġa r-rwol kruċjali li taqdi l-Kummissjoni biex tissolva l-kriżi politika fil-pajjiż u jilqa' l-involviment tal-kummissarju fil-medjazzjoni tad-djalogu politiku bejn il-forzi politiċi li huma kontra xulxin;

192.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq id-djalogu mal-mexxejja politiċi fl-ispettru politiku kollu, l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti dwar il-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi, bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-ġlieda attiva kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri u mekkaniżmi stretti għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kriminalità ekonomika skont il-liġi kriminali tal-pajjiż;

193.  Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Kummissjoni għandha tuża d-djalogu politiku u l-kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema tal-akkwist pubbliku u t-trasparenza fl-infiq pubbliku;

194.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' strateġija effettiva tal-gvern fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; itenni li hemm il-ħtieġa li jsir impenn politiku akbar min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li jiġu żgurati riżultati sostenibbli f'dan ir-rigward;

195.  Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew, li huma sostenibbli, għandhom valur miżjud kwantifikabbli u li ġew implimentati u użati skont ir-regolamenti, meta tkun qed issegwi l-Istrument ta’Assistenza ta’ Qabell-Adeżjoni (IPA II);

196.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet proġetti ffokati fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni tkompli b'din il-prattika u tistabbilixxi relazzjonijiet tajba ma' NGOs lokali;

197.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfassal proġetti li jsaħħu d-drittijiet u l-pożizzjoni tal-informaturi li jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku lejn il-każijiet ta' korruzzjoni u frodi;

198.  Jinnota li minkejja li ħafna mill-proġetti ġew ġestiti tajjeb, ir-riżultati mhux dejjem kienu sostenibbli jew l-anqas biss intlaħqu; jinnota wkoll li l-proġetti mhux dejjem kienu tat-tip li kellhom approċċ koerenti lejn it-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità amministrattiva; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar strateġiku u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dan isir prekundizzjoni tal-proġetti;

199.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssegwi l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jistieden lill-Kummissjoni tgħin fit-tfassil ta' proġetti li jservu wkoll bħala pass li jwassal għal investimenti ulterjuri fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil proġetti li għandhom potenzjal kbir f'oqsma ewlenin bħalma huma l-akkwist pubbliku jew il-proċeduri ta' selezzjoni, u tevita li tiffinanzja proġetti li għandhom prospetti limitati ta' sostenibbiltà;

200.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirreaġixxi b'mod flessibbli għal żviluppi mhux mistennija billi jew jiġu rilaxxati f'waqthom ir-riżorsi rilevanti jew inkella billi jitnaqqsu sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet emerġenti;

Parti XVII – Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhijiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv"

201.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

202.  Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

203.  Jinnota t-tweġiba tal-Kummissjoni u tal-aġenziji involuti li, fost affarijiet oħra, tinkludi informazzjoni importanti dwar il-miżuri li ttieħdu minn mindu sar l-awditjar;

204.  Jenfasizza li l-aġenziji huma responsabbli għall-programmazzjoni pluriennali u annwali kif ukoll għall-implimentazzjoni (operattiva u finanzjarja) tal-azzjonijiet tagħhom iffinanzjati permezz ta' għotjiet; iqis għaldaqstant li l-ġestjoni effettiva min-naħa tal-aġenziji tal-attivitajiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet hi għalhekk kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni;

205.  Jinnota li l-Qorti kkonkludiet li l-aġenziji awditjati ġeneralment aġġudikaw u ħallsu l-għotjiet b'mod konformi mar-regoli;

206.  Josserva madankollu li l-Qorti identifikat ċerti nuqqasijiet fir-rigward tal-alternattivi ta' finanzjament, il-proċeduri għall-aġġudikazzjoni, is-sistemi ta' kontroll u l-kejl tal-prestazzjoni, u ħarġet ħames rakkomandazzjonijiet biex dawn in-nuqqasijiet jittejbu;

207.  Jinnota li ġustifikazzjoni u għażla strateġiċi ta' strument ta' finanzjament min-naħa ta' aġenzija jistgħu jsaħħu l-effettività u l-effiċjenza tal-għodda, u għaldaqstant l-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha; jenfasizza li segwitu inadegwat ta' evalwazzjoni ex ante jista' jwassal lill-aġenziji biex jagħżlu għodod ta' finanzjament mhux xierqa u tfassil ħażin tal-għotjiet;

208.  Jiddispjaċih għad-deskrizzjonijiet wesgħin komuni tal-attivitajiet ffinanzjati permezz ta' għotjiet tal-aġenziji u deskrizzjonijiet vagi tal-output li jwasslu għal pjanijiet mhux kompluti ta' ħidma annwali;

209.  Jinnota l-importanza li l-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet tal-aġenziji jiġu allinjati mal-mandat u l-objettivi strateġiċi tagħhom; jinkoraġġixxi għaldaqstant lill-aġenziji kollha biex ikollhom linji gwida u kriterji speċifiċi sabiex jassistu l-għażla tagħhom tal-għodda ta' finanzjament speċifiku, abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet tal-aġenzija, ir-riżorsi tagħha, l-objettivi li għandhom jinkisbu, il-benefiċjarji potenzjali li se jiġu indirizzati, kif ukoll il-livell ta' kompetizzjoni meħtieġ u t-tagħlimiet misluta mill-għażliet preċedenti;

210.  Jinnota li l-programmi ta' ħidma tal-aġenziji għandhom jindikaw liema attivitajiet għandhom jiġu implimentati permezz ta' għotjiet, l-objettivi speċifiċi li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija li għandhom jinkisbu mill-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji u umani ippjanati li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' għotjiet;

211.  Jikkunsidra li l-iffissar ta' objettivi strateġiċi, riżultati li għandhom jinkisbu u impatti, huwa ta' importanza kbira sabiex jinkiseb programmar annwali definit sew;

212.  Jenfasizza li l-qafas regolatorju ta' xi aġenziji jġegħilhom jużaw proċeduri għall-għotjiet; jinnota bi tħassib, madankollu, li aġenziji ma kkunsidrawx sistematikament il-possibbiltajiet kollha ta' finanzjament disponibbli għalihom u li l-għotjiet mhux dejjem kienu l-għodda l-aktar xierqa; jinnota wkoll l-osservazzjoni tal-Qorti li l-proċeduri għall-għotjiet jużaw kriterji ta' eliġibbiltà aktar restrittivi u kriterji għall-aġġudikazzjoni finanzjarji aktar dgħajfa milli jintużaw fil-proċeduri għall-akkwist pubbliku u għaldaqstant ikun tajjeb li ma jkunux l-għażla ta' finanzjament awtomatika; iqis, madankollu, li jkun tajjeb li jinżamm bilanċ attent bejn id-dgħufijiet tal-proċeduri għall-għotjiet u l-ispejjeż amministrattivi involuti fil-proċeduri għall-akkwist pubbliku, u għaldaqstant ma jaqbilx mal-osservazzjoni tal-Qorti li jkun tajjeb li l-akkwist pubbliku jkun l-għażla awtomatika;

213.  Jinsab imħasseb mill-osservazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji involuti ma stabbilixxewx sistemi adegwati ta' monitoraġġ u evalwazzjonijiet ex post; jistieden lill-aġenziji jiżviluppaw evalwazzjonijiet ex post biex itejbu l-monitoraġġ u r-rappurtar tagħhom dwar l-attivitajiet iffinanzjati permezz ta' għotja;

214.  Jenfasizza li l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati huma essenzjali għall-obbligu ta' rendikont pubbliku u biex min ifassal il-politiki jkollu disponibbli informazzjoni komprensiva; jenfasizza li minħabba n-natura deċentralizzata tagħhom, dan hu saħansitra aktar rilevanti għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji jwaqqfu sistemi ta' monitoraġġ u rappurtar tal-għotjiet ibbażati fuq indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jkunu orjentati lejn ir-riżultati u lejn l-impatt, kif ukoll riżultati tal-evalwazzjoni ex post; iqis li r-rwol ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni huwa kruċjali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress, l-impatt u r-riżultati;

215.  Jinnota bi tħassib li l-indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni jkomplu jiffokaw fuq l-inputs u l-outputs aktar milli fuq ir-riżultati u l-impatti; jistieden lill-aġenziji jiżviluppaw l-indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni tagħhom b'mod aktar strateġiku u jibbażawhom fuq ir-riżultati u l-impatti;

216.  Jistieden lill-aġenziji jiżviluppaw u jwettqu evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanijiet ta' ħidma annwali tagħhom sabiex itejbu l-effiċjenza permezz ta' implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni aktar preċiżi;

217.  Jirrakkomanda l-allokazzjoni strateġika ta' għodod finanzjarji għal objettivi fuq perjodu qasir sabiex titjieb il-preċiżjoni tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament;

218.  Jappella lin-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni biex jassisti lill-aġenziji jtejbu l-proċeduri ta' finanzjament tagħhom u, b'mod partikolari, il-proċeduri tagħhom għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni f'dan ir-rigward;

219.  Jenfasizza b'mod partikolari s-sejbiet tal-Qorti rigward il-proċeduri għall-għotjiet u l-bżonn ta' trasparenza, trattament ugwali u l-evitar ta' kunflitti ta' interess potenzjali; jistieden lill-aġenziji kkonċernati biex kemm jista' jkun malajr jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti;

220.  Jappella lill-aġenziji biex japplikaw proċeduri speċifiċi għall-għotjiet sabiex jistabbilixxu proċeduri interni formali li jirregolaw il-prinċipji ta' trasparenza u trattament ugwali, u li jissalvagwardjaw kontra l-potenzjal ta' kunflitti ta' interess; jenfasizza li għal din ir-raġuni, l-aġenziji għandhom isaħħu s-sistema ta' verifikazzjoni tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' għotjiet;

221.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji li kienu soġġetti għall-awditjar f'dan ir-rapport speċjali biex jipprovdu lill-Parlament b'aġġornament tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet:

Parti XVIII – Rapport Speċjali Nru 13/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-Assistenza tal-Unjoni għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova"

222.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-ħidma biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tar-Repubblika tal-Moldova;

223.  Jinnota bi tħassib li l-Unjoni kkontribwixxiet biss b'mod parzjali biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika u li l-Qorti rreġistrat għadd ta' nuqqasijiet, inklużi dgħufijiet fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti awditjati;

224.  Jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni trid topera f'kuntest politiku diffiċli u tiltaqa' ma' korruzzjoni mifruxa u ħafna dgħufijiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi bħal burokrazija eċċessiva, nuqqas ta' enfasi fuq il-funzjonijiet ewlenin, rata għolja ta' bidla fil-persunal, effiċjenza baxxa u nuqqas ta' responsabbiltà; jinnota wkoll li l-Moldova hija kkaratterizzata bil-kbir minn instabbiltà politika, taqlib ekonomiku, faqar enormi u emigrazzjoni enormi;

225.  Jinnota li għalkemm iċ-ċirkostanzi politiċi partikolari u l-fatturi esterni kellhom rwol importanti fis-suċċess tal-programmi bbaġitjati u tabilħaqq ħafna drabi kienu jmorru lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, kien hemm dgħufijiet konkreti li setgħu ġew indirizzati mill-Kummissjoni;

226.  Jinnota li d-dgħufijiet osservati mill-Qorti inkludew ir-rispons kajman min-naħa tal-Kummissjoni għal żviluppi għal għarrieda, allinjament dgħajjef tal-programmi mal-istrateġiji nazzjonali tal-Moldova, nuqqas ta' miri ambizzjużi, kundizzjonijiet vagi u mhux ċari, u nuqqas ta' ġustifikazzjoni għall-għoti ta' fondi addizzjonali bbażati fuq l-inċentivi;

227.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-kontropartijiet tagħha tal-Moldova jiżviluppaw strateġiji nazzjonali sistematiċi u fformulati b'mod ċar, li jkunu jinkludu objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu, kif ukoll biex it-tfassil tal-programmi fil-pajjiż ikun jaqbel aħjar ma' dawn l-istrateġiji;

228.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħmel użu minn evalwazzjonijiet ex ante biex tivvaluta b'mod ċar il-ħtiġijiet ta' finanzjament u toħloq ippjanar baġitarju ffukat u ġustifikat;

229.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' strateġija realment effettiva tal-gvern fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa' l-ħatra tal-konsulent ta' livell għoli ta' kontra l-korruzzjoni għall-uffiċċju tal-Prim Ministru; itenni, madankollu, il-ħtieġa ta' strateġija aktar ambizzjuża u effettiva u impenn politiku akbar mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikunu żgurati riżultati sostenibbli f'dan ir-rigward; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u trasparenza u integrità akbar tal-amministrazzjoni pubblika bħala kwistjoni ta' prijorità;

230.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli d-djalogu mal-mexxejja politiċi fl-ispettru politiku kollu, l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti dwar il-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi, bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-ġlieda attiva kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri u mekkaniżmi stretti għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kriminalità ekonomika skont il-liġi kriminali tal-pajjiż;

231.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfassal proġetti li jsaħħu d-drittijiet u l-pożizzjoni tal-informaturi li jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku lejn il-każijiet ta' korruzzjoni u frodi;

232.  Jinnota li l-metodi ewlenin għall-għoti tal-għajnuna huma l-appoġġ baġitarju settorjali (74 % tal-għajnuna) u l-proġetti; jinnota b'dispjaċir li l-appoġġ baġitarju kellu effett limitat fuq it-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika;

233.  Jinnota bi tħassib li l-metodu ta' sostenn baġitarju settorjali huwa mezz ta' distribuzzjoni baġitarja b'riskju għoli ħafna, speċjalment fil-kuntest tal-Moldova, fejn l-amministrazzjoni pubblika hija pparalizzata minn korruzzjoni enormi u ddominata minn oligarkija lokali; jistieden lill-Kummissjoni terġa' tqis il-metodi utilizzati abbażi ta' analiżi profonda tar-riskju;

234.  Jistieden lill-Kummissjoni tutilizza metodi li jġibu riżultati viżibbli u tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Moldova;

235.  Jinnota li d-disinji tal-proġetti ġeneralment ġeneralment kienu rilevanti, għalkemm kienu nieqsa mill-koordinazzjoni fir-rigward tal-ambitu u ż-żmien u l-għajnuna teknika għall-iżvilupp tal-kapaċità amministrattiva waslet aktar tard milli meħtieġ;

236.  Jiddispjaċih li għalkemm il-proġetti ġeneralment taw l-outputs mistennija, ir-riżultati ma kinux dejjem sostenibbli, u li dan huwa parzjalment minħabba r-rieda politika u fatturi esterni; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew, li huma sostenibbli, għandhom valur miżjud kwantifikabbli u li ġew implimentati u użati skont ir-regolamenti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar strateġiku u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dan isir prekundizzjoni tal-proġetti;

237.  Jinnota li l-proġetti parzjalment ikkontribwixxew għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika, madankollu mhux dejjem kienu konformi mal-ħtiġijiet jew l-objettivi tal-amministrazzjoni tal-Moldova; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-proġetti b'mod aktar speċifiku fuq ħtiġijiet nazzjonali konkreti;

238.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssegwi l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jistieden lill-Kummissjoni tgħin tfassal proġetti li jservu bħala punt ta' tluq lejn investimenti ulterjuri fil-pajjiż u biex tistabbilixxi kooperazzjoni mal-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil proġetti li għandhom potenzjal kbir f'oqsma ewlenin bħalma huma l-akkwist pubbliku jew il-proċeduri ta' selezzjoni, u tevita li tiffinanzja proġetti li għandhom prospetti limitati ta' sostenibbiltà;

239.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm fl-2012 il-Kummissjoni żviluppat analiżi aktar sistematika tar-riskju, kumitati ta' tmexxija ta' livell għoli għal operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u sistema ta' twissija bikrija dwar riskji li għadhom kemm ġew materjalizzati, ma kienx possibbli li s-''serqa tas-seklu'' tiġi identifikata f'waqtha, fejn USD 1 biljun f'fondi tad-depożitanti, li potenzjalment kienu anke jinkludu kontribuzzjonijiet mill-finanzi tal-Unjoni, insterqu tul skandlu kbir tal-korruzzjoni; jinnota li l-pagamenti ta' appoġġ baġitarju eventwalment twaqqfu f'Lulju 2015 u t-tkomplija tagħhom kienet soġġetta għal titjib fis-sitwazzjoni makroekonomika u fiskali u l-konklużjoni ta' ftehim tal-FMI;

240.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ta' twissija bikrija u l-analiżi tar-riskju sabiex ikun hemm reazzjoni aktar malajr u aktar flessibbli għal riskji potenzjali;

241.  Josserva li l-bini ta' kapaċità amministrattiva fil-Moldova jikkostitwixxi kwistjoni ewlenija minħabba li l-pajjiż m'għandux kontroll sħiħ fuq it-territorju kollu tiegħu, li jinċentiva tendenzi separatisti ta' forzi inklinati lejn ir-Russja; ifakkar li l-Moldova għandha perspettiva Ewropea u għalhekk dan il-pajjiż huwa sieħeb strateġiku għall-Unjoni;

242.  Jiddispjaċih li l-instabbiltà politika li għadha għaddejja fil-Moldova qed tagħmel ħsara fit-tul lill-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż, li jwassal għal progress limitat lejn id-demokrazija, tnaqqis fl-appoġġ għall-integrazzjoni tal-Unjoni u żieda f'inizjattivi politiċi favur ir-Russja;

243.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-impenn tagħha fil-Moldova, bil-għan li ssaħħaħ l-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni u l-Moldova; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-Unjoni, il-gwida u l-monitoraġġ fuq riformi prijoritarji mmirati li jindirizzaw il-politiċizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-istat, il-korruzzjoni sistematika u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, bil-għan li jintlaħqu dawn l-objettivi;

Parti XIX – Rapport Speċjali Nru 14/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom: sar progress sinifikanti fl-aħħar għaxar snin, iżda sforzi addizzjonali huma meħtieġa fil-prattika"

244.  Huwa konxju tal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2000/43/KE(11) dwar l-Ugwaljanza bejn ir-Razez, id-Direttiva 2000/78/KE(12) dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u d-Direttiva 2004/38/KE(13) dwar il-libertà ta' moviment u ta' residenza fl-Unjoni;

245.  Jilqa' d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-2008 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija(14), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Rom(15), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2011 dwar "Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għall-perjodu sal-2020" (COM(2011)0173), tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi ta' integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri(16), kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom tal-2015" (COM(2015)0299);

246.  Jirrimarka li l-integrazzjoni tar-Rom tiddependi mill-inklużjoni tagħhom u l-ħila tagħhom li jgawdu l-istess drittijiet bħal dawk rikonoxxuti għaċ-ċittadini kollha Ewropej li huma jagħmlu għalkollox parti minnhom;

247.  Jiġbed l-attenzjoni għall-prinċipji bażiċi komuni għall-inklużjoni tar-Rom(17), jiġifieri l-għaxar prinċipji bażiċi komuni diskussi fl-ewwel laqgħa tal-Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom li saret fi Praga fl-2009, qabel ma ġew inklużi bħala anness għall-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tat-8 ta' Ġunju 2009;

248.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw kemm jista' jkun malajr ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

249.  Iqis li l-fatt li l-inklużjoni u l-integrazzjoni tar-Rom matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni huwa diżappunt; jistieden li jitqiesu aktar, waqt it-tfassil tal-qafas strateġiku futur tal-Unjoni, id-diffikultajiet ta' inklużjoni u d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom u komunitajiet oħra emarġinati;

250.  Iqis li l-fatt li l-istħarriġ li sar mill-Qorti ma qiesx firxa usa' ta' pajjiżi fejn ir-Rom jikkostitwixxu popolazzjoni sinifikanti, bħal pereżemju l-Islovakkja, il-Greċja u Franza huwa sfortuna;

251.  Jistieden lill-Istati Membri jiddefinixxu l-persuni żvantaġġati li jixtiequ li jkunu l-mira skont il-ħtiġijiet u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom u biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-popolazzjonijiet Rom fl-allokazzjoni ta' fondi Ewropej;

252.  Jiddeplora l-fatt li l-kumplessità tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni, li huma l-uniċi disponibbli għal proġetti relatati mal-inklużjoni, l-integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tar-Rom, ma tippermettix kontribut suffiċjenti għall-inklużjoni tar-Rom u biex jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għad-drittijiet;

253.  Iqis li jkun tajjeb li kull Stat Membru jadotta pjan direzzjonali bl-għan li janalizza l-impatt reali ta' liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, u fondi qabel ma jingħata appoġġ lir-Rom u jidentifika fejn għandhom jiġu msaħħa r-riżorsi u l-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jingħata appoġġ għat-tfassil u l-ġestjoni ta' proġetti favur l-inklużjoni, l-integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tar-Rom;

254.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament disponibbli għar-Rom, tanalizza l-ostakli eżistenti u tikkunsidrahom fil-kuntest tas-semplifikazzjoni ta' fondi;

255.  Jirrikonoxxi l-importanza li jintagħżlu, fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, proġetti fit-tul favur komunitajiet tar-Rom emarġinati;

256.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji ta' għażla aktar flessibbli għal proġetti favur l-inklużjoni tar-Rom u komunitajiet oħra emarġinati;

257.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss jew matul ir-reviżjoni tal-programmi operattivi, li l-objettivi ta' integrazzjoni tar-Rom inklużi fl-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom ikunu riflessi fil-qafas tal-fondi strutturali u ta' investiment ewropej fil-livelli operattivi kollha;

258.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprovdu data statistika rilevanti u armonizzata dwar ir-Rom, li tagħti lok li jiġu vvalutati aħjar l-inklużjoni soċjali, amministrattiva u ekonomika tagħhom;

259.  Isostni li l-esklużjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni, il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar, l-esklużjoni mill-edukazzjoni, il-qgħad u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-impjiegi sikwit huma elementi ewlenin tal-emarġinazzjoni; jiġbed, għalhekk, l-attenzjoni fuq l-importanza li jkun hemm inizjattivi integrati, li jiġbru fihom il-qasam tad-djar, l-edukazzjoni u l-aċċess għall-impjiegi, biex jiġu megħjuna r-Rom u komunitajiet oħra emarġinati;

260.  Jirrimarka li ostaklu ewlieni fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tar-Rom huwa r-rata baxxa ferm ta' rappurtar ta' każijiet ta' diskriminazzjoni lill-organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet bħall-pulizija u s-servizzi soċjali; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġija biex tiġi rimedjata d-diskriminazzjoni istituzzjonali u biex jittaffa l-effett tan-nuqqas ta' fiduċja min-naħa tar-Rom fil-konfront tal-istituzzjonijiet;

261.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, bi sħubija mar-rappreżentanti ta' komunitajiet emarġinati, b'mod partikolari l-popolazzjonijiet Rom u "l-istituzzjonijiet speċjalizzati", ċiklu ta' taħriġ għall-gvernijiet tal-Istati Membri biex jiġġieldu l-prattiki diskriminatorji, u jkunu aktar ta' eżempju biex titrawwem l-inklużjoni permezz ta' djalogu b'saħħtu, kostruttiv u effettiv;

262.  Jinnota li l-Unjoni għandha programm għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, li għandu baġit ta' EUR 900 miljun għall-perjodu 2014-2020, li jagħti attenzjoni partikolari lill-persuni vulnerabbli, u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

263.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-istabbiliment ta' fond Ewropew iddedikat speċifikament għall-inklużjoni tar-Rom u komunitajiet oħra emarġinati, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kontroll adegwat tan-nefqa minn fond tali;

264.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija ġenwina Ewropea għall-inklużjoni tar-Rom, li tkun pjan ta' azzjoni Ewropew imħejji u implimentat fil-livelli politiċi u amministrattivi kollha, li jinvolvi lir-rappreżentanti tal-komunità Rom u li jkun ibbażat fuq il-valuri fundamentali tal-ugwaljanza, l-aċċess għad-drittijiet, u n-nondiskriminazzjoni; isostni li din l-istrateġija trid tikkontribwixxi għall-inklużjoni effettiva tar-Rom u l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-kultura, il-kura tas-saħħa, il-parteċipazzjoni f'affarijiet pubbliċi, it-taħriġ u l-moviment liberu fl-Unjoni;

265.  Jirrimarka madankollu li huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha ta' appoġġ favur ir-Rom u li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-liġi nazzjonali u tad-drittijiet kollha fit-territorju tagħhom, mingħajr ebda diskriminazzjoni;

Parti XX – Rapport Speċjali Nru 15/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-għajnuna umanitarja pprovduta lill-popolazzjonijiet milquta minn kunflitti fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani?"

266.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għar-rieżami tar-riskji relatati ma' approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-Unjoni fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni, u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

267.  Jilqa' s-sejbiet skont liema l-għajnuna umanitarja kienet ġestita b'mod effettiva, speċjalment f'ambjent tax-xogħol diffiċli kkaratterizzat minn nuqqas ta' sigurtà u imprevedibbiltà li jrendu l-implimentazzjoni effiċjenti sfida reali;

268.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha favur il-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp meta jippermettu l-kundizzjonijiet lokali. Dan jista' jiġi potenzjalment appoġġat permezz ta' pjattaforma permanenti bejn is-servizzi li tikkollega l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; jemmen li din il-pjattaforma tista' sservi, fost skopijiet oħra, għall-identifikazzjoni ta' programmi potenzjali biex jiġu kkombinati; iqis li approċċi integrati b'għanijiet ta' koordinazzjoni ddikjarati b'mod ċar u strateġija tal-pajjiż/reġjun koerenti fost il-partijiet interessati kollha għandhom jiġu mwaqqfa fejn ikun possibbli;

269.  Jistieden barra minn hekk lis-servizzi tal-Kummissjoni biex iwettqu tranżizzjoni aħjar minn attivitajiet umanitarji għal żmien qasir għal interventi ta' żvilupp fit-tul u għal koordinazzjoni koerenti mhux biss fost atturi differenti tal-Unjoni iżda wkoll bi prijoritajiet nazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn permezz ta' strateġija komuni ta' qafas umanitarju u ta' żvilupp konġunt;

270.  Iqis li għandha ssir evalwazzjoni sistematika tat-twassil reali tal-interventi umanitarji b'valutazzjoni tal-ispejjeż amministrattivi fir-reġjun permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-effiċjenza u bl-iżvilupp ta' punti ta' riferiment possibbli għal spejjeż komuni u regolari;

271.  Iħeġġeġ, kull meta jkun possibbli, li l-perjodi ta' żmien jiġu adottati aħjar għall-ambjent ta' intervent sabiex jiġu evitati estensjonijiet twal u li jiswew il-flus;

272.  Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u tan-NU jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-linji gwida relatati, u biex tidentifika l-oqsma li jeħtieġu titjib u tressaq proposti rilevanti f'dan ir-rigward;

273.  Ifakkar li r-rapporti minn Organizzazzjonijiet Internazzjonali u tan-NU għandhom jiżguraw l-iktar traċċabbiltà preċiża ta' finanzjament possibbli, tqabbil ma' aspetti operattivi tat-twassil tal-għajnuna li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-bidu tal-intervent kif ukoll li jipprovdu feedback utli għas-servizzi tal-Kummissjoni; jenfasizza l-importanza li organizzazzjonijiet sħab iwasslu rapporti f'waqthom lill-Kummissjoni, sabiex jippermettu ġestjoni rapida jew aġġustament tar-rispons umanitarju u modalitajiet ta' finanzjament;

274.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjbu l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tan-NU fir-rigward tal-użu tar-riżorsi u l-prestazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet u l-għanijiet strateġiċi umanitarji u ta' żvilupp li ntlaħaq ftehim dwarhom internazzjonalment;

275.  Jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi valutazzjonijiet tar-riżultati f'livell tal-pjanijiet ta' implimentazzjoni umanitarja biex jippermettu valutazzjoni (benchmarking) komparattiva ta’ talipjanijiet u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

276.  Jiddispjaċih għall-firxa wiesgħa ta' informazzjoni orjentata lejn ir-riżultati li mhijiex kompluta jew mhux suffiċjenti, u li timpedixxi lill-Kummissjoni milli teżerċita b'mod xieraq il-funzjoni ta' monitoraġġ tagħha;

277.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jinkiseb l-ogħla livell ta' trasparenza u obbligu istituzzjonali ta' rendikont fil-livelli kollha billi jiġi żgurat l-aċċess għal informazzjoni baġitarja u data finanzjarja eżawrjenti u affidabbli relatati mal-proġetti b'finanzjament mill-Unjoni, b'mod li l-Parlament ikun jista' jeżerċita l-funzjoni ta' skrutinju tiegħu.

Parti XXI – Rapport Speċjali Nru 16/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-objettivi tal-UE għall-edukazzjoni: il-programmi huma allinjati iżda hemm nuqqasijiet fil-kejl tal-prestazzjoni"

278.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni taċċettahom u se tikkunsidrahom;

279.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni implimentat rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Qorti fil-qafas ġuridiku tagħha tal-fondi strutturali u tal-ivestiment Ewropej għall-2014-2020, u b'hekk tiżgura valur aħjar għall-flus, jiġifieri, permezz ta' qafas u riżerva ta' prestazzjoni, kundizzjonalitajiet ex ante, indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni;

280.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u jinsab kuntent li l-qafas regolatorju l-ġdid għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi dispożizzjonijiet għar-rappurtar dwar ir-riżultati mill-Istati Membri;

281.  Jinnota n-nuqqasijiet fil-kejl tal-prestazzjoni b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' miri u ta' indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-proġetti implimentati fil-perjodu 2007-2013; jiddispjaċih li l-indikaturi tar-riżultati għadhom mhumiex totalment affidabbli u jistenna li d-dgħufija titneħħa għat-tieni nofs tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

282.  Jilqa' x-xejra fit-tnaqqis tal-għadd ta' persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien u mill-edukazzjoni terzjarja; jistieden lill-Istati Membri jallinjaw il-miri speċifiċi nazzjonali tagħhom ma' dawk tal-Unjoni biex jinkisbu aħjar l-objettivi għall-edukazzjoni;

283.  Jinnota li r-rata ta' impjieg fil-mira fost iż-żgħażagħ gradwati fl-Unjoni ġiet stabbilita għal 82 % sal-2020 u li erba' mill-ħames Stati Membri miżjura għadhom ma laħqux din il-mira; jindika li dawn l-erba' Stati Membri ffaċċjaw kriżi ekonomika serja li issa qed jibdew jirkupraw minnha; jemmen li għadu possibbli li dawn l-Istati Membri jilħqu u saħansitra jaqbżu din il-mira;

284.  Jisħaq l-importanza li jinżamm livell suffiċjenti ta' investimenti tal-Unjoni fl-edukazzjoni, meta titqies ir-rabta qawwija bejn il-kisba edukattiva u l-impjegabbiltà;

Parti XXII – Rapport Speċjali Nru 17/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jagħmlu aktar biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkwist pubbliku tagħhom"

285.  Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Qorti;

286.  Jappella għal żieda fit-trasparenza tal-akkwist pubbliku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll fil-livell nazzjonali, permezz ta' disponibbiltà għall-pubbliku ta' dokumenti u data dwar l-akkwist pubbliku; iqis li l-viżibbiltà tal-attivitajiet ta' akkwist tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fuq l-internet hija dgħajfa, li l-informazzjoni hija insuffiċjenti, mhux ċara u mifruxa fuq diversi siti tal-internet;

287.  Jappoġġa bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni joħolqu punt ta' kuntatt waħdieni komuni elettroniku għall-attivitajiet ta' akkwist tagħhom, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jsibu l-informazzjoni rilevanti kollha f'post online wieħed u biex jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' dan is-sit web; jemmen li l-proċeduri ta' akkwist, inklużi l-komunikazzjoni dwar ir-regoli applikabbli, l-opportunitajiet kummerċjali, id-dokumenti rilevanti tal-akkwist, is-sottomissjoni tal-offerti u kull komunikazzjoni oħra bejn l-istituzzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu mmaniġġjati kollha permezz ta' dan il-one stop shop;

288.  Jitlob li s-sit web tal-Kummissjoni dwar il-fondi Ewropej mogħtija lill-Istati Membri kollha għandu jiġi ppubblikat f'waħda mit-tliet lingwi ta' ħidma tal-istituzzjoni u jinkludi l-istess data għall-Istati Membri kollha, tal-inqas il-valur, l-għan tal-kuntratt, l-isem tal-kuntrattur, l-isem tas-sottokuntratturi (jekk ikun hemm), it-tul tal-kuntratt u jekk jeżistu dokumenti addizzjonali; jirrimarka li dan se jippermetti lill-NGOs mill-Istati Membri u liċ-ċittadini kollha josservaw kif jintefqu l-flus u l-kosteffiċjenza tal-proġetti;

289.  Jinsisti li huwa r-rwol tal-awtoritajiet kontraenti li jiżguraw akkwist pubbliku li huwa bbażat fuq is-suq, li jiġġenera ammont suffiċjenti ta' offerti u jipprovdi aċċess bilanċjat lill-operaturi ekonomiċi kollha; jaqbel mal-Qorti li fir-rigward tar-reviżjoni tal-2016 li għaddejja tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tipproponi ġabra unika tar-regoli għall-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-parteċipazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għandha tiġi mħeġġa b'mod espliċitu, b'kuntrast mas-sitwazzjoni attwali fejn l-operaturi l-kbar biss qegħdin f'vantaġġ; iqis li għandhom jiġu inklużi r-regoli dwar studju tas-suq qabel il-kuntratti tal-bini u dwar ir-reġim tal-lingwa għall-proċeduri ta' akkwist f'ġabra unika tar-regoli filwaqt li d-devjazzjonijiet mid-Direttiva dwar l-Akkwist(18) għandhom jiġu ġġustifikati;

290.  Ifakkar li l-użu ta' proċeduri ta' akkwist ristretti mill-awtoritajiet kontraenti jiskoraġġixxi lill-offerenti potenzjali, jimblokka t-trasparenza u l-informazzjoni dwar kif jintużaw flus il-kontribwenti; jenfasizza li l-Kunsill uża proċeduri ristretti għall-maġġoranza vasta tal-offerti tiegħu u li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni meħuda flimkien taw 25 % jew aktar tal-kuntratti tagħhom wara proċedura ristretta bejn l-2010 u l-2014; jitlob li dawn il-proċeduri jiġu użati f'numru limitat ħafna ta' każijiet, b'ġustifikazzjoni xierqa;

291.  Jieħu nota tal-fatt li l-Parlament jippubblika fuq is-sit web tiegħu lista annwali kompluta tal-kuntratturi kollha tiegħu li ngħataw kuntratti b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, iżda li ma jippubblikax il-kuntratti kollha tiegħu; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha biex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni sħiħa dwar il-kuntratturi u l-kuntratti kollha mogħtija permezz ta' akkwist pubbliku, inklużi każijiet ta' għoti dirett jew proċeduri ristretti;

292.  Jisħaq fuq il-bżonn ta' aktar pubbliċità u avviżi dwar kuntratti trasparenti ppubblikati għall-operaturi kollha; ifakkar li, skont is-sejbiet tal-Qorti, "il-Parlament Ewropew uża proċedura negozjata biex ikkonkluda 'kuntratt ta' bini' għal EUR 133,6 miljun għal bini fi Brussell għalkemm il-bini ma kienx jeżisti meta ġie ffirmat il-kuntratt fis-27 ta' Ġunju 2012", filwaqt li injora r-regola li bini eżistenti biss huwa kopert mill-eċċezzjoni tas-sejħa għall-offerti fuq il-bażi l-aktar wiesgħa possibbli pprovduta fl-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Applikazzjoni; jissottolinja bil-qawwa li kull bini mhux lest jew bini li għadu ma nbeniex għandu jkun soġġett għal metodi miftuħa u kompetittivi ta' għoti u jemmen li din il-politika għandha tkun estiża għall-kuntratti kollha ta' bini, minħabba l-kumplessità tal-kuntratti u l-ammonti kbar ta' fondi involuti;

293.  Jaqbel mal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaqsmu l-kuntratti f'lottijiet kull fejn possibbli biex iżidu l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist tagħhom; jissottolinja li fl-2014, il-Kunsill ta kuntratt qafas għal 10 snin, b'valur ta' aktar minn EUR 93 miljun, għall-ġestjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija u l-adattament ta' installazzjonijiet tekniċi fil-bini preżenti jew futur tiegħu lil kumpanija waħda mingħajr ma qasmu f'lottijiet; isemmi li l-Kummissjoni pproċediet bl-istess mod fl-2015 għall-kuntratt tagħha ta' ħames snin magħruf bħala "Pariri tal-Ewropa tiegħek" - is-servizz legali mingħajr ħlas tal-Unjoni, b'valur ta' madwar EUR 9 miljun; jenfasizza li n-nuqqas ta' diviżjoni flimkien ma' dewmien eċċessivament twil ta' kuntratti qafas (ta' għaxra jew seba' snin, b'rekord ta' 17-il sena fuq kuntratt mogħti mill-Kunsill għall-bini Justus Lipsus) jeqred il-kompetizzjoni, iħeġġeġ n-nuqqas ta' trasparenza u l-korruzzjoni potenzjali; jitlob għaldaqstant lill-istituzzjonijiet kollha biex itemmu dawn il-prattiki, li jmorru kompletament kontra l-ispirtu ta' trasparenza u prattika tajba li l-Unjoni għandha tippromwovi;

294.  Jirrikjedi li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jiżviluppaw u jimplimentaw għodod u metodi adegwati għal verifiki u evalwazzjonijiet, sabiex jirrikonoxxu u jindikaw il-preżenza ta' irregolaritajiet; itenni li huma meħtieġa teknoloġiji aħjar ta' monitoraġġ, identifikazzjoni, analiżi u rappurtar sabiex ikunu jistgħu jiġu miġġielda l-frodi u l-korruzzjoni; jinsisti li dan l-għarfien għandu jsir disponibbli wkoll għall-Istati Membri; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-informaturi fil-kxif ta' għemil ħażin u jfakkar li kull istituzzjoni u aġenzija Ewropea trid tadotta regoli vinkolanti interni għall-protezzjoni tal-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolament tal-Persunal, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

295.  Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni sabiex tippermetti rieżami rapidu tal-ilmenti mill-operaturi ekonomiċi li jqisu li jkunu ġew trattati b'mod inġust; jinnota li dan ir-rieżami għandu jsir qabel ma l-operaturi ekonomiċi jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew jew il-qrati tal-Unjoni;

296.  Iqis li l-infurzar tal-liġi fl-akkwist pubbliku jista' jiġi żgurat l-ewwel u qabel kollox billi jiġu stabbiliti korpi u aġenziji investigattivi kompetenti u indipendenti li jiffokaw fuq l-investigazzjoni tal-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku; jirrimarka li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jaqsmu bejniethom l-informazzjoni u l-intelligence dwar l-akkwist pubbliku, kif ukoll mal-OLAF, l-Europol, l-Eurojust u korpi oħra investigattivi; jirrakkomanda b'mod qawwi li l-istituzzjonijiet b'poteri investigattivi, partikolarment l-OLAF, itejbu s-sistemi ta' ġestjoni ta' każijiet tagħhom biex jipproduċu rapporti u statistika dwar it-tipi differenti ta' allegazzjonijiet taħt investigazzjoni u r-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet;

297.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġu jwaqqfu repożitorju pubbliku uniku tal-informazzjoni relatata mal-kuntratti ta' akkwist tagħhom sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ ex post effikaċi tal-attivitajiet ta' akkwist tagħhom;

298.  Jenfasizza li l-ġbir ċentrali tad-data tal-akkwist pubbliku jgħin sabiex jinbnew statistiki sinifikanti, preċiżi u dettaljati bl-għan li jipprevjenu, jidentifikaw u jinvestigaw il-korruzzjoni fir-rigward tal-akkwist pubbliku u jieħdu l-kontromiżuri xierqa; jenfasizza li aktar oqsma tad-data fil-bażijiet tad-data ċentrali dwar l-akkwist (inklużi Tenders Electronic Daily (TED)) jistgħu jirreferu għal sitwazzjonijiet ta' allert fir-rigward ta' irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiżguraw li tali bażijiet tad-data jimtlew b'mod f'waqtu u komplut;

299.  Jissottolinja r-rwol tal-ġurnalisti investigattivi u l-NGOs fl-iżgurar tat-trasparenza fil-proċess tal-akkwist pubbliku u l-identifikazzjoni tal-frodi jew ta' kunflitti ta' interess potenzjali; jemmen bis-sħiħ li l-kategoriji msemmija hawn fuq għandu jkollhom aċċess sħiħ għal ARACHNE, ORBIS u strumenti u bażijiet tad-data oħra relatati li jippermettu li jinstab kwalunkwe suspett ta' kunflitt ta' interess jew ta' korruzzjoni fl-akkwist pubbliku fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta' proposti għal akkwisti magħmula bl-użu ta' fondi Ewropej;

300.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji kollha biex dejjem jippubblikaw is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess għall-maniġment ta' livell medju u superjuri, għall-membri, l-esperti u għal kull tip ta' korp jew struttura, saħansitra f'każijiet ta' esperti separati mill-Istati Membri, peress li s-CVs ta' dawn l-esperti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f'kull ħin; jissottolinja li dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess li xi istituzzjonijiet u aġenziji għadhom jużaw mhijiex id-dokument xieraq li jrid jiġi ppubblikat, peress li l-evalwazzjoni ta' preżenza jew nuqqas ta' kunflitt ta' interess għandha dejjem tkun parti minn organizzazzjoni jew korp terz indipendenti ;

301.  Jistieden lill-Qorti biex b'mod regolari tippubblika rekords tal-abbużi kollha relatati ma' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta kif ukoll is-sitwazzjonijiet kollha ta' kunflitt ta' interess jew sitwazzjonijiet ta' revolving doors identifikati matul il-proċessi ta' monitoraġġ jew ta' verifika u jitlob lill-Qorti biex għall-inqas kull sena tippubblika rapporti speċjali dwar il-politika u l-każijiet ta' kunflitt ta' interess fl-aġenziji u l-impriżi konġunti kollha Ewropej, b'mod partikolari dawk marbuta mal-industriji;

302.  Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jużaw evalwazzjoni bejn il-pari għal tagħlim reċiproku u skambju tal-aħjar prattika tal-akkwist pubbliku;

Parti XXIII – Rapport Speċjali Nru 18/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli"

303.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, speċjalment il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti; jinnota li l-Kummissjoni aċċettat erbgħa minn ħames rakkomandazzjonijiet sħaħ, u rakkomandazzjoni waħda aċċettat parti minnha; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-aċċettazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjoni dwar l-affidabbiltà tad-data pprovduta mill-Istati Membri;

304.  Jinnota li l-Unjoni hija kkunsidrata bħala mexxej fir-rigward tal-politika ambjentali globali, billi tistabbilixxi standards ambjentali fil-livell internazzjonali u tipprovdi l-aħjar prattika dwar il-ħarsien tal-ambjent u żżomm preżenza kompetittiva fis-suq globali; jirrimarka li fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tagħha, l-Unjoni tistabbilixxi bħala objettiv għall-2050 li "ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna"; jinnota li waħda mill-prijoritajiet hija li jkun żgurat li "il-prosperità u ambjent b'saħħtu jirriżultaw minn ekonomija ċirkolari innovattiva fejn ma jinħela xejn u fejn ir-riżorsi naturali huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli, u l-bijodiversità hija mħarsa, apprezzata u rrestawrata f'modi li jsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetà tagħna";

305.  Jirrimarka li l-Unjoni impenjat ruħha fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli(19) sabiex tiżgura li sal-2020 is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli użati fil-forom kollha ta' trasport huwa ta' mill-inqas 10 %, u dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' użu sostanzjali ta' bijokarburanti; jinnota madankollu li l-produzzjoni ta' bijokarburanti tista' hija stess tkun marbuta ma' ċerti riskji fir-rigward tal-użu tal-art u li għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

306.  Jenfasizza li l-istabbiliment ta' sistema effikaċi u affidabbi għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli jikkostitwixxi wieħed mill-passi importanti lejn it-twettiq tal-prijoritajiet ta' politika msemmija fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali; jinnota li s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti hija ċertifikata minn skemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li l-Qorti sabet li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti ma kenitx għalkollox affidabbli;

307.  Jinnota b'dispjaċir li l-proċedura ta' rikonoxximent tal-Kummissjoni ma tqisx uħud mill-aspetti ewlenin tas-sostenibbiltà u tal-kummerċ ġust, bħalma huma l-kunflitti dwar il-pussess ta' art, ix-xogħol furzat jew it-tħaddim tat-tfal, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, il-perikli għas-saħħa u s-sikurezza u l-impatt tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, li f'kuntesti differenti huma meqjusa bħala estremament rilevanti; iqis li dan jirrappreżenta inkonsistenza fil-politiki tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mill-ġdid il-proċeduri ta' valutazzjoni tagħha b'mod aktar komprensiv u tinkludi dawn l-aspetti fil-proċedura ta' verifika tagħha għall-iskemi volontarji; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-iskemi volontarji jirrappurtaw darba fis-sena abbażi tal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħhom u informazzjoni rilevanti li tkun tikkonċerna r-riskji msemmija hawn fuq;

308.  Jinnota li sal-ġurnata tal-lum il-Kummissjoni ressqet żewġ rapporti dwar l-impatt li għandha l-politika tal-Unjoni dwar il-bijokarburanti fuq is-sostenibbiltà soċjali fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi u fuq id-disponibbiltà ta' oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kulħadd; jinnota b'dispjaċir li l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti kienet pjuttost limitata u tipprovdi biss konklużjonijiet mhux ċari; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ta' rappurtar u tipprovdi lill-Parlament analiżi dettaljata sabiex jinforma lill-pubbliku dwar dawn il-kwistjonijiet importanti;

309.  Jinnota bi tħassib kbir li l-produzzjoni ta' bijokarburanti tista' tikkompeti mal-kultivazzjoni ta' għelejjel tal-ikel u li d-disseminazzjoni enormi tal-għelejjel imkabbra għall-produzzjoni tal-bijokarburanti jista' jkollha impatt enormi fuq standards ambjentali u tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, pereżempju fl-Amerka t'Isfel u fin-Nofsinhar tal-Asja, u li dan jista' jwassal għal deforestazzjoni massiva u għal tnaqqis fl-agrikoltura tradizzjonali, li tħalli impatti soċjoekonomiċi fit-tul fuq il-komunitajiet lokali; jiddispjaċih li r-rapporti tal-Kummissjoni ma jindirizzawx kwistjonijiet usa' ta' żvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar konsistenti u koerenti lejn il-politiki tagħha dwar l-ambjent, l-enerġija, l-iżvilupp u kwistjonijiet oħra relatati; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt ta' ILUC;

310.  Jinnota b'dispjaċir li l-Kummissjoni tat rikonoxximent lil skemi volontarji li ma għandhomx proċeduri ta' verifika xierqa biex jiżguraw li l-oriġini tal-bijokarburanti prodotti mill-iskart kien tabilħaqq skart jew li l-materja prima għall-bijokarburanti kultivati fl-Unjoni fil-fatt issodisfat ir-rekwiżiti ambjentali tal-Unjoni għall-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika li l-produtturi tal-materja prima għall-bijokarburanti tal-Unjoni fil-fatt jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali tal-Unjoni għall-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni tagħti biżżejjed evidenza tal-oriġini tal-iskart u tar-residwi użati għall-produzzjoni tal-bijokarburanti;

311.  Jinnota bi tħassib li xi skemi rikonoxxuti ma kinux trasparenti biżżejjed jew li l-istrutturi ta' tmexxija tagħhom kienu ffurmati mir-rappreżentanti biss ta' ftit operaturi ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iskemi volontarji huma ħielsa minn kunflitti ta' interess u tipprovdi komunikazzjoni effikaċi mal-partijiet ikkonċernati l-oħra;

312.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżgura t-trasparenza tal-iskemi volontarji u tal-operaturi ekonomiċi billi teżiġi li l-iskemi jwaqqfu sit web uffiċjali li jipprovdi informazzjoni dettaljata disponibbli għall-pubbliku dwar l-iskemi volontarji, il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni tagħhom, il-persunal impjegat, ċertifikati maħruġa, rapporti ta' awditu, ilmenti, u l-operaturi ekonomiċi li jikkooperaw magħhom;

313.  Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ma tissorveljax il-funzjonament ta' skemi volontarji rikonoxxuti u għaldaqstant ma tistax tikseb assigurazzjonijiet dwar il-kwalità taċ-ċertifikazzjonijiet; jinnota b'dispjaċir li għad ma hemm l-ebda sistema ta' lment speċifika, li timpedixxi lill-Kummissjoni milli tivverifika li l-ilmenti jiġu trattati b'mod korrett; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi sistema ta' superviżjoni li se taċċerta jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-iskemi volontarji tikkonformax mal-istandards stabbiliti għar-rikonoxximent; jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-iskemi volontarji jistabbilixxu sistemi ta' lmenti trasparenti, faċli biex jintużaw, informattivi u aċċessibbli fuq is-siti web tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja s-sistemi ta' lmenti u tieħu azzjoni jekk ikun hemm bżonn;

314.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni toħroġ noti ta' gwida lill-iskemi volontarji li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-aħjar prattiki u għal żieda fl-effikaċja; jinnota, madankollu, li n-noti mhumiex vinkolanti u mhumiex implimentati b'mod sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħmel in-noti ta' gwida vinkolanti għall-iskemi volontarji sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati;

315.  Jinnota li l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-istatistika dwar is-sostenibbiltà tal-bijokarburanti rapportati lill-Kummissjoni huma affidabbli, iżda li hemm riskju ta' stima eċċessiva tal-istatistika; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżit għall-Istati Membri biex isostnu l-istatistika tagħhom b'evidenza xierqa fil-forma, pereżempju, ta' ċertifikat jew dikjarazzjoni maħruġa mill-entità inkarigata mill-ġbir tad-data dwar il-bijokarburanti sostenibbli u tittrażmettihom lill-awtorità nazzjonali li, min-naħa tagħha, tibgħathom lill-Eurostat;

316.  Itenni li d-data ppreżentata mill-Istati Membri ħafna drabi ma tistax titqabbel minħabba definizzjonijiet li jvarjaw u li bażikament tagħmilha impossibbli li tiġi aċċertata s-sitwazzjoni reali; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza d-definizzjoni ta' sustanzi ta' skart li ma kinux preċedentement inklużi fil-lista tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli użata għall-produzzjoni ta' bijokarburanti avvanzati fl-installazzjonijiet eżistenti qabel l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/1513(20) li temenda d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli;

317.  Jinnota bi tħassib li l-valur speċifiku (għadd doppju) tal-bijokarburanti prodotti minn skart u residwi jżid ir-riskju ta' frodi; jirrimarka li hemm bżonn ta' djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-monitoraġġ u dwar il-prevenzjoni tal-frodi; jistieden lill-Kummissjoni tniedi djalogu bħal dan;

318.  Jilqa' l-eżempju ta' skema volontarja msemmi fir-rapport tal-Qorti li jistabbilixxi standards għolja għall-produzzjoni sostenibbli mmirati mhux biss biex jipprevjeni l-ħsara ekoloġika, inkluż permezz tal-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, iżda wkoll biex jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa u l-protezzjoni tas-saħħa tal-impjegati fl-azjendi tal-biedja, kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-drittijiet tax-xogħol u għad-drittijiet tal-art; iqis li dan huwa eżempju tal-aħjar prattika; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li toħloq pjattaforma għall-iskemi volontarji fejn jistgħu jiġu skambjati l-aħjar prattiki;

Parti XXIV – Rapport Speċjali Nru 19/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji - tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-programm tal-2007-2013"

319.  Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-Qorti;

320.  Jiddispjaċih li l-ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti finanzjarji ma setgħetx tiddeskrivi azzjoni li rnexxiet ittejjeb l-investimenti fl-Unjoni; jinnota li l-Kummissjoni, in primis, u l-Istati Membri assumew riskji aktar għoljin, u jiddispjaċih li ma kien hemm l-ebda kontribuzzjoni sinifikanti mis-settur privat għalihom;

321.  Jisħaq fuq il-livelli għoljin tal-ispejjeż u l-onorarji tal-ġestjoni meta mqabbla mal-appoġġ finanzjarju realment mogħti lill-benefiċjarji finali; jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti limiti tat-taxxa għall-intermedjarji finanzjarji; jindika li jkun tajjeb li d-daqsijiet tal-fondi speċifiċi taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew jiġu riveduti sabiex jiġu sfruttati l-ekonomiji sinifikanti fl-ispejjeż għall-operazzjoni tal-fondi;

322.  Jikkunsidra li l-Kummissjoni qiegħda f'pożizzjoni privileġġata biex tipprovdi gwida addizzjonali lill-Istati Membri dwar kif għandhom jistabbilixxu tali strumenti finanzjarji fi ħdan l-Istati Membri jew fil-livell tal-Unjoni (li jkunu mmaniġġjati direttament jew indirettament mill-Kummissjoni); jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji ma jiġux soġġetti għal skemi ta' evitar tat-taxxa inaċċettabbli;

323.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa ntużaw f'xi każijiet biex jagħmlu l-istrumenti finanzjarji aktar attraenti għall-investituri mis-settur privat; jiddispjaċih li l-Kummissjoni qed tikkunsidra li l-ftehimiet dwar deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem ma jistgħux per se jitqiesu bħala opposti għall-politika proprja tagħha; jappella lill-Kummissjoni biex tipprevjeni kwalunkwe forma ta' deċiżjoni fil-qasam tat-taxxa rigward l-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni;

324.  Jikkondividi l-fehma li t-tagħlimiet li nsiltu mill-perjodu ta' programmazzjoni awditjat (2007-2013) għandhom jiġu riflessi meta jkunu qed jitwaqqfu l-istrumenti finanzjarja għall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej; jikkunsidra, b'mod partikolari, li jkun tajjeb li l-proposti jiġu orjentati lejn il-prestazzjoni u r-riżultati pjuttost milli lejn sempliċi konformità; iqis il-ħtieġa li l-proġetti jżidu aktar il-valur tal-ispeċjalizzazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni Ewropej;

325.  Jiddispjaċih li l-bażi legali fil-perjodu preċedenti ppermettiet li l-Istati Membri jiffriżaw parti mill-kontribuzzjoni tagħhom fil-kontijiet tal-banek u l-intermedjarji finanzjarji li jimmaniġġjaw il-fondi, mingħajr ma ntużat verament għall-finijiet maħsuba għaliha; jinnota l-modifiki li introduċiet il-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha dwar l-għeluq; jappella lill-Kummissjoni biex tissorvelja attivament is-sitwazzjoni b'mod li tevita tali prattika;

326.  Iqis li jkun tajjeb li l-effett ta' ingranaġġ jixhed il-livell sa kemm il-finanzjament privat ikun ġie attirat mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji inizjali kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri; jiddispjaċih li l-konklużjonijiet mir-rapport speċjali tal-Qorti juru li kemm l-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni ċentrali kif ukoll dawk taħt ġestjoni kondiviża ma kellhomx suċċess biex jattiraw il-kapital privat; iqis li l-kofinanzjament ta' strumenti finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri għandu jiġi kkunsidrat, flimkien mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, bħala parti tal-finanzjamenti pubbliċi;

327.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni għall-ingranaġġ tal-istrumenti finanzjarji li tkun applikabbli fl-oqsma kollha tal-baġit tal-Unjoni, li tkun tiddistingwi b'mod ċar bejn l-ingranaġġ ta' kontribuzzjonijiet privati u kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali taħt il-programm operattiv u/jew l-ingranaġġ ta' kontribuzzjonijiet kapitali privati jew pubbliċi addizzjonali, u li tkun tqis it-tip ta' strument involut; jirrakkomanda li jsiru aktar sforzi mill-Istati Membri dwar il-ġbir tad-data, il-ġestjoni u l-kondiviżjoni fuq l-effett rotanti tal-istrumenti finanzjarji;

328.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li ab initio tiġi pprovduta stima ċara u konkreta tal-ingranaġġ għall-fondi tal-istrumenti finanzjarji futuri; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura, għall-istrumenti finanzjarji taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l- Fond Soċjali Ewropew matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, li l-Istati Membri jipprovdu data kompleta u affidabbli dwar il-kontribuzzjonijiet privati fuq dotazzjonijiet ta' kapital, kemm permezz tal-programmi operazzattivi kif ukoll apparti minnhom;

329.  Huwa tal-opinjoni li, qabel jieħdu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' inġinerija finanzjarja tal-proġetti infrastrutturali rilevanti, ikun tajjeb li l-awtoritajiet maniġerjali jassiguraw ruħhom li l-proposta tagħhom tkun iġġustifikata kif dovut permezz ta' evalwazzjoni ex ante indipendenti ta' kwalità għolja, abbażi ta' metodoloġija standardizzata u li jkun intlaħaq qbil komuni fir-rigward tagħha; isostni l-fehma li jkun tajjeb li, qabel tapprova l-programmi operattivi li jinkludu proġetti infrastrutturali rilevanti, il-Kummissjoni tivverifika l-konsistenza tagħhom ma‘ evalwazzjoni ex ante indipendenti u tiżgura l-kwalità ta' din l-evalwazzjoni;

330.  Jirrakkomanda lill-awtoritajiet maniġerjali li r-rimunerazzjoni tal-maniġer ta' fond tintrabat mal-kwalità tal-investimenti fil-fatt imwettqa, kif imkejla mill-kontribut tagħhom biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi tal-programmi operattivi u għall-valur tar-riżorsi li jintraddu lill-operazzjoni mingħand l-investimenti li jitwettqu mill-istrument;

331.  Jirrakkomanda li l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu approċċ proattiv u joffru assistenza teknika fuq il-post sabiex jintużaw aħjar l-istrumenti finanzjarji fir-reġjuni;

332.  Isostni b'qawwa li jkun tajjeb li l-Kummissjoni twettaq analiżi komparattiva tal-ispejjeż ta' implimentazzjoni tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji (f'ġestjoni ċentrali u f'dik kondiviża) għall-perjodu tal-programm 2014-2020 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-livelli reali tagħhom u tħalli impatt fuq il-kisba tal-miri ta' Ewropa 2020 u l-11-il objettiv tematiku tal-politika ta' koeżjoni; jinnota li informazzjoni ta' dan it-tip tkun partikolarment rilevanti fid-dawl tat-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta' wara l-2020; jitlob evalwazzjoni tal-prestazzjoni sħiħa qabel tmiem l-2019 sabiex jiġi kkunsidrat il-ġejjieni ta' tali strumenti;

Parti XXV – Rapport Speċjali Nru 20/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Montenegro: sar progress iżda jeħtieġ li jinkisbu riżultati aħjar f'bosta oqsma ewlenin"

333.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet meta taħdem fuq it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Montenegro;

334.  Jilqa' l-fatt li l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni għenet biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva; jinnota, madankollu, li l-progress f'diversi oqsma ewlenin kien biss kajman ħafna;

335.  Jiddispjaċih li għalkemm il-proġetti ġeneralment taw l-outputs mistennija, ir-riżultati mhux dejjem kienu sostenibbli, u li dan huwa parzjalment minħabba r-rieda politika tal-awtoritajiet nazzjonali u fatturi esterni; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew, li huma sostenibbli, għandhom valur miżjud kwantifikabbli u li ġew implimentati u użati skont ir-regolamenti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar strateġiku u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dawn isiru prekundizzjoni ċara tal-proġetti;

336.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali mhux qed juru tant impenn, li jinfluwenza b'mod negattiv il-progress ta' tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jsegwu l-outputs li jirriżultaw mill-proġetti sabiex tiżdied l-effikaċja; jenfasizza li se jkun hemm bżonn ta' rieda politika qawwija biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi d-depolitiċizzazzjoni u l-kontroll tal-amministrazzjoni tal-istat;

337.  Jilqa' l-fatt li f'bosta każijiet, il-proġetti kienu kkoordinati tajjeb ma' proġetti oħrajn tal-IPA jew ma' interventi tad-donaturi; jenfasizza madankollu li kien hemm ukoll każijiet ta' koordinazzjoni aktar dgħajfa li wasslet għal sovrappożizzjoni ta' xi sforzi; jistieden lill-Kummissjoni tallinja aħjar l-attivitajiet tagħha mmirati lejn il-Montenegro ma' proġetti oħra li jinvolvu diversi benefiċjarji;

338.  Jiddispjaċih li, fir-rapporti tal-Kummissjoni, ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni li setgħet turi l-progress tul iż-żmien fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva; jinnota li r-rapporti mhux dejjem ivvalutaw l-istess partijiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva mhux dejjem kienu ċari, u li dan għamilha aktar diffiċli li jsir tqabbil matul iż-żmien;

339.  Jilqa' madankollu l-metodoloġija l-ġdida tar-rappurtar għal valutazzjoni annwali fir-rapport ta' progress tal-2015, li wriet armonizzazzjoni aħjar tal-livelli ta' valutazzjoni u tqabbil aħjar; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq din is-sistema ta' rappurtar anki fil-futur;

340.  Jinnota li l-Kummissjoni użat tajjeb il-mezzi mhux finanzjarji ta' appoġġ għall-proċess ta' riforma, f'forma ta' djalogu politiku, iżda jenfasizza madankollu li għad hemm kwistjonijiet ewlenin li għadhom ma ssolvewx;

341.  Jiddispjaċih li minkejja li s-sena li għaddiet inkisbu ċerti riżultati f'termini tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, il-progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadu kajman; jenfasizza li s-sistema kollha tal-istat tad-dritt jeħtieġ tagħti aktar riżultati, b'enfasi speċjali fuq it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jsaħħu l-kapaċità fil-qasam tal-investigazzjoni finanzjarja kif ukoll il-protezzjoni tal-informaturi;

342.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni bdiet il-ħidma tagħha fl-2016; jinnota madankollu li l-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u qed tkompli tkun problema serja;

343.  Jinnota li minħabba kontrolli ex ante dettaljati, id-deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-proġetti tista' tagħti riżultati indispensabbli f'termini ta' bini tal-kapaċità fl-istrutturi operattivi; jinnota wkoll li t-tixrid ta' prattika tajba dwar il-ġestjoni tal-proġetti miġbura fi ħdan l-istrutturi tal-IPA lill-bqija tal-amministrazzjoni pubblika li topera fl-istess qasam, jista' jipprovdi riżultati potenzjalment effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta din il-possibbiltà biex tissaħħaħ l-effettività tal-bini tal-kapaċità fil-Montenegro; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali jikkunsidraw jużaw prattika tajba għall-bini tal-kapaċità;

344.  Jinnota li l-Montenegro huwa meqjus bħala l-aktar pajjiż avvanzat fir-reġjun mil-lat tal-proċess ta' adeżjoni tiegħu; jenfasizza li l-Unjoni żvolġiet rwol uniku fil-pajjiż; jinnota b'dispjaċir madankollu, li l-Montenegro reċentement kien mifni b'instabbiltà politika u polarizzazzjoni, u bi ġlieda dejjem aktar serja għall-influwenza bejn ir-Russja u n-NATO, li l-Montenegro se jissieħeb magħha fl-2017; jistieden lill-Kummissjoni tkompli d-djalogu politiku mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex tgħin jintlaħqu kompromessi bejn il-gvern u l-oppożizzjoni;

Parti XXVI – Rapport Speċjali Nru 22/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Programmi ta' għajnuna tal-UE għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, fil-Bulgarija u s-Slovakkja: seħħ xi progress mill-2011 ‘il hawn, iżda sfidi kruċjali huma mistennija fil-ġejjieni"

345.  Jilqa' l-ħidma dedikata tal-Qorti dwar id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari kif intwera f'dan ir-rapport speċjali u f'dak tal-2011(21);

346.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, li l-Kummissjoni aċċettat kompletament il-maġġoranza tagħhom;

347.  Ifakkar li mill-2012 'il quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ħa interess partikolari fil-kwistjoni tad-dekummissjonar nukleari, u għalhekk organizza missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni fit-tliet impjanti tal-enerġija nukleari fl-2012, fl-2013 u fl-2014;

348.  Jissottolinja li s-sikurezza nukleari hija ta' importanza fundamentali, mhux biss għall-Istati Membri kkonċernati iżda għall-popolazzjoni fl-Unjoni kollha u l-viċinat tagħha;

349.  Jenfasizza li, fil-Litwanja, it-tneħħija u l-ħżin temporanju b'mod sikur ta' vireg nukleari mill-Unità 2 għandhom ikunu ta' prijorità;

350.  Ifakkar li, fil-Litwanja, waħda mir-raġunijiet ewlenin għad-dewmien kienet li t-tilwim tekniku u kummerċjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-kuntratturi esterni baqgħu mhux solvuti għal snin sħaħ; sabiex jiġi evitat li problema bħal din tinterferixxi fil-proċess ta' dekummissjonar, jenħtieġ li jinħatru timijiet speċifiċi ta' ġestjoni tal-proġetti; jistaqsi lill-Kummissjoni jekk tali timijiet ta' ġestjoni tal-proġetti humiex fis-seħħ fit-tliet Stati Membri kkonċernati;

351.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar Slovakk kien għamel skeda ta' awditjar ta' JAVYS(22) għall-2015; jitlob li jinżamm infurmat dwar is-sejbiet ta' dan l-awditu; f'dan il-kuntest, jistieden lill-awtoritajiet Bulgari u Litwani kompetenti biex jagħmlu wkoll awditjar tal-proċessi ta' dekummissjonar f'Ignalina u Kozloduy;

352.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fix-xogħolijiet fil-faċilitajiet għall-ħżin ta' skart radjuattiv ta' livell baxx u intermedju; jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-progress li sar;

353.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar l-isforzi biex titnaqqas id-diskrepanza finanzjarja, b'mod partikolari fil-Litwanja;

354.  Ifakkar li l-Qorti stmat l-ispejjeż tad-dekummissjonar fit-tliet Stati Membri, inkluż skart ta' livell għoli u rimi ta' fjuwil nukleari użat, għal EUR 11 388 miljun; iqis li l-ispejjeż tad-dekummissjonar m'għandhomx jinkludu l-ispejjeż għal skart ta' livell għoli u għal rimi ta' fjuwil użat, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u għandhom ikunu koperti mill-fondi nazzjonali;

355.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, flimkien mat-tliet Stati Membri kkonċernati, rapport dwar l-istatus attwali tal-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv li jiġu ġġenerati mid-dekummissjonar tat-tliet impjanti tal-enerġija nukleari;

356.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tesplora alternattivi għall-identifikazzjoni ta' repożitorji ġeoloġiċi ta' skart b'livell għoli ta' radjuattività.

357.  Jenfasizza li l-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina kien kundizzjoni stabbilita mill-Unjoni dwar l-adeżjoni tal-Litwanja bi skambju għall-appoġġ tal-Unjoni għall-għeluq tiegħu, ta' dekummissjonar u mitigazzjoni tal-impatt soċjali u ekonomiku, kif definit fil-Protokoll Nru 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003; jinnota l-fatt li l-Litwanja żammet l-obbligi tagħha rigward l-għeluq tar-reatturi nukleari ta' Ignalina fuq l-iskeda maqbula; jinsab, madankollu, imħasseb dwar id-dewmien fil-proċess tad-dekummissjonar tiegħu u, għalhekk, jissuġġerixxi li jkun hemm aktar skrutinju metikoluż tal-proċess minn awtoritajiet tal-Unjoni;

358.  Ifakkar li s-sigurtà nukleari hija ta' importanza kbira għall-popolazzjoni tal-Unjoni kollha u jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar it-tkomplija ta' finanzjament; jappella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni eżawrijenti tal-ħtiġijiet għal kontinwazzjoni tal-programmi ta' finanzjament dedikati għad-dekummissjonar nukleari fil-Litwanja, il-Bulgarija u s-Slovakkja wara l-2020; jenfasizza li kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni potenzjali ġdid wara l-2020 propost mill-Kummissjoni għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fit-tliet Stati Membri għandhom jinkludu regoli ċari u inċentivi ġusti biex isegwu d-dekummissjonar b'aktar mekkaniżmi effiċjenti ta' kontroll, fir-rigward ta' kemm finanzjament kif ukoll ta' żmien, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni;

359.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ispejjeż futuri kollha assoċjati mad-dekummissjonar nukleari u mar-rimi finali tal-fjuwil użat jiġu kkontabilizzati kif xieraq u kkalkulati skont l-istandards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

360.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-pjanijiet ta' azzjoni fit-tliet pajjiżi sabiex jiġu ssuġġeriti offerti komuni għal proġetti simili, speċjalment għall-konsulenza u għat-tfassil ta' faċilitajiet ta' ħżin ta' skart;

361.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-proċess ta' dekummissjonar fil-Litwanja, il-Bulgarija u s-Slovakkja, inkluż l-użu kosteffikaċi tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, matul il-perjodu finanzjarju 2007-2013;

362.  Jistieden lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp biex jivverifika l-funzjonament tal-Fondi ta' Appoġġ għad-Dekummissjonar bejn l-2007 u l-2013;

363.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-Qorti li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet ta' finanzjament u l-pjanijiet dettaljati tad-dekummissjonar għall-perjodu ta' finanzjament bejn l-2014 u l-2020, jiġifieri tat-tieni u t-tielet kundizzjonalitajiet ex ante rispettivament(23), kienet inadegwata; jistaqsi min iġorr ir-responsabbiltà finanzjarja għal dan in-nuqqas tal-Kummissjoni; f'dan il-kuntest, jixtieq ikun informat dwar il-pjan ta' azzjoni komplut li ħa l-miżuri korrettivi kontra d-dgħufijiet identifikati;

Parti XXVII – Rapport Speċjali Nru 23/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "It-trasport marittimu fl-UE: f'baħar ta' inkwiet - sar ħafna investiment li la huwa effettiv u lanqas sostenibbli"

364.  Jilqa' r-Rapport tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

365.  Jilqa' l-fatt li fl-aħħar deċennju t-trasport marittimu ilu jikber fl-Unjoni minkejja d-differenzi konsiderevoli ta' użu bejn il-portijiet tal-Istati Membri;

366.  Jenfasizza li l-politika ta' investiment tal-portijiet tal-Istati Membri hi stabbilita skont id-deċiżjonijiet politiċi meħuda fil-livell nazzjonali li jistgħu ivarjaw mill-istrateġija tal-Unjoni, definita wkoll minn dawk l-istess Stati Membri; huwa tal-fehma li r-rwol primarju tal-Kummissjoni għandu jkun li tiżgura li l-operazzjonijiet nazzjonali biex jiffinanzjaw l-infrastruttura fl-Unjoni huma konsistenti mal-politika tat-trasport tal-Unjoni u jiġu allinjati ma' strateġiji fil-livell tal-Unjoni; jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għandhiex l-istrumenti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgurat din il-konsistenza;

367.  Jirrikonoxxi li l-investimenti fl-infrastruttura tal-port huma investimenti fit-tul; jiddispjaċih li f'bosta każijiet, ir-redditu fuq l-investiment huwa madankollu baxx u bil-mod;

368.  Jiddispjaċih li l-istrateġiji ta' żvilupp tal-port nazzjonali kienu fil-biċċa l-kbira żviluppati iżda li l-pjanijiet robusti ta' implimentazzjoni u l-koordinazzjoni jibqgħu kwistjonijiet;

369.  Jinsab imħasseb ħafna li l-Qorti sabet nuqqas ta' rappurtaġġ fir-rigward ta' data dwar il-kapaċità aggregata kif ukoll ta' rappurtar mhux affidabbli dwar il-kapaċità disponibbli;

370.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma jipprovdux data dwar il-kapaċità ta' portijiet ewlenin, u dan ifixkel il-monitoraġġ ta' kapaċità tal-Kummissjoni; jenfasizza l-importanza ta' titjib tas-sitwazzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tressaq pjan ta' żvilupp tal-portijiet fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ċara ta' rappurtar għal data mill-Istati Membri;

371.  Iqis li l-koordinazzjoni bejn il-BEI u s-servizzi tal-Kummissjoni tista' titjib permezz ta' kooperazzjoni aħjar u proċeduri aktar trasparenti;

Parti XXVIII – Rapport Speċjali Nru 25/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta' art agrikola – iżda l-ġestjoni tagħha tista' tittejjeb aktar"

372.  Jirrakkomanda li abbażi ta' analiżi kost-benefiċċji kwantifikata u valutazzjoni tar-riskji, fil-perjodu attwali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex iżidu l-affidabbiltà tad-data tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS) abbażi ta' aġġornamenti tas-sistema li jkunu f'waqthom u li jitwettqu bir-reqqa; iqis li minħabba l-kumplessità ta' valutazzjoni pro rata, l-Istati Membri li jużaw din l-alternattiva, fil-perjodu attwali tal-PAK, għandhom jagħmlu sforzi ulterjuri biex jiżviluppaw katalogu pro rata b'deskrizzjoni u kriterji ta' valutazzjoni ċari, u sabiex jużaw għodod tekniċi komplementari biex iżidu l-oġġettività tal-analiżi ta' ortoimmaġnijiet u jiżguraw ir-riproduċibbiltà; jirrakkomanda li l-Istati Membri jqisu wkoll il-possibbiltà li jirreġistraw data dwar id-drittijiet ta' sjieda u ta' lokazzjoni fl-LPIS tagħhom, meta dan ikun fattibbli u kosteffettiv.

373.  Jirrakkomanda li bl-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, fil-perjodu attwali tal-PAK jiżviluppaw u jistabbilixxu qafas għall-valutazzjoni tal-ispiża tal-operat u l-aġġornament tal-LPIS tagħhom; iqis li għandu jippermetti lill-Istati Membri jkejlu l-prestazzjoni tal-LPIS tagħhom u l-kosteffettività tat-titjib fis-sistemi;

374.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bl-użu tal-LPIS tagħhom, huma jidentifikaw, jirreġistraw b'mod affidabbli u jimmonitorjaw b'mod effettiv, erjas b'fokus ekoloġiku, bwar permanenti u kategoriji ġodda ta' art; jirrakkomanda li għandhom ukoll iwettqu analiżi kost-benefiċċji tal-integrazzjoni fl-LPIS tagħhom tal-elementi kollha tal-pajsaġġ li huma protetti taħt il-kundizzjonalità jew taħt skemi agroambjentali sabiex isaħħu aktar il-monitoraġġ u l-protezzjoni ta' dawn l-elementi li huma ta' benefiċċju għall-ambjent u għall-bijodiversità;

375.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-qafas legali attwali sabiex tissemplifika r-regoli relatati mal-LPIS għall-perjodu tal-PAK li jmiss, pereżempju, billi terġa' tqis il-ħtieġa għas-soll ta' stabbiltà ta' 2 % u għar-regola tal-100 siġra.

376.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, qabel il-bidu tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tal-kwalità 2017, twettaq analiżi kost-benefiċċji biex tiddetermina jekk ir-rappreżentattività tal-kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tistax tittejjeb, biex b'hekk tkun tista' tinkiseb kopertura aħjar tal-popolazzjoni tal-irqajja' art fl-LPIS;

377.  Jirrakkomanda li, mill-2016 'il quddiem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda ttejjeb il-monitoraġġ tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità billi tanalizza kwalunkwe inkonsistenza fir-rappurtar tal-valutazzjoni tal-kwalità, tagħti segwitu għalihom, tipprovdi feedback lill-Istati Membri, u tiżgura li l-pjanijiet ta' azzjoni ta' rimedju jitħejjew u jiġu esegwiti meta jkunu meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll analiżi annwali dettaljata tax-xejriet għal kull Stat Membru u kull tip ta' roqgħa ta' referenza biex il-problemi potenzjali jkunu jistgħu jiġu identifikati fi żmien tajjeb;

Parti XXIX – Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta' simplifikazzjoni għadhom diffikultużi"

378.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżamina, bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-PAK wara l-2020, kif tista' tkompli tiżviluppa l-ġabra ta' indikaturi tagħha biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-kundizzjonalità; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tqis il-livelli ta' konformità tal-bdiewa mar-regoli ta' kundizzjonalità fl-indikaturi tagħha, bl-għan li ssaħħaħ l-applikazzjoni u l-infurzar ta' standards ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-agrikoltura sabiex tiżgura l-konsistenza tal-PAK;

379.  Jirrakkomanda li l-problemi li ġew iffaċċjati ma jirrepetux ruħhom, il-Kummissjoni se tikkunsidra rekwiżiti differenti skont il-bżonnijiet territorjali lokali. Barra minn hekk, il-livelli ta' pagament għandhom ikunu marbuta aktar mill-qrib mat-talbiet imposti fuq il-bdiewa li jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati problemi ambjentali speċifiċi u fl-istess ħin jikkumpensaw ukoll lill-bdiewa għar-restrizzjonijiet li tpoġġew fuqhom

380.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, minn issa 'l quddiem, ittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-infrazzjonijiet relatati mal-kundizzjonalità bejn is-servizzi kkonċernati sabiex tgħinhom jidentifikaw ir-raġunijiet għall-infrazzjonijiet u tieħu miżuri xierqa biex tindirizzahom;

381.  Jitlob li għall-PAK ta' wara l-2020, il-Kummissjoni tippjana li ttejjeb ir-regoli rigward il-kundizzjonalità fuq il-verifiki fuq il-post u tappella lill-Istati Membri jwettqu l-verifiki amministrattivi eżistenti tagħhom b'mod effikaċi billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli; iqis li dan jippermetti mmirar aktar effettiv tal-punti ewlenin ta' kontroll;

382.  Jirrakkomanda li bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-PAK wara l-2020, il-Kummissjoni tanalizza l-esperjenza li jkun hemm żewġ sistemi li joperaw b'objettivi ambjentali simili (standards dwar kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u ekoloġizzazzjoni) bil-ħsieb li tippromwovi aktar sinerġija bejniethom; iqis li din l-analiżi għandha tieħu inkunsiderazzjoni kriterji bħall-impatt ambjentali tal-istandards u l-livell storiku ta' konformità mill-bdiewa;

383.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija biex jitkejlu l-kosti tal-kundizzjonalità wara r-rapport dwar il-prestazzjoni tal-PAK li għandu joħroġ sa tmiem l-2018;

384.  Jissuġġerixxi l-inklużjoni ta' indikaturi kwalitattivi u aktar għanijiet konkreti li għandhom jiġu stabbiliti għal miżuri ta' kundizzjonalità; jirrakkomanda metodu ta' applikazzjoni sempliċi, rapidu u simplifikat għall-benefiċjarji;

385.  Jirrakkomanda li għall-PAK wara l-2020, il-Kummissjoni tħeġġeġ applikazzjoni aktar armonizzata tal-penali fil-livell tal-Unjoni billi tikkjarifika aktar il-kunċetti tas-severità, tal-firxa, tal-permanenza, tar-rikorrenza u tal-intenzjonalità, iżda billi jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet speċifiċi fi Stati Membri differenti; iqis li sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jenħtieġ li jiġu introdotti kundizzjonijiet minimi fil-livell tal-Unjoni;

386.  Huwa tal-fehma li bħala lezzjoni li għandha tinsilet mill-perjodu 2007-2013, għall-perjodu 2014-2020 u wara, l-indikaturi jenħtieġ li jevalwaw ir-riżultati reali tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità.

Parti XXX – Rapport Speċjali Nru 27/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-governanza fil-Kummissjoni Ewropea - l-aħjar prattika?"

387.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, kif meħtieġ minn entitajiet ta' interess pubbliku Ewropej, tispjega r-raġunijiet tagħha għalfejn ma ssegwix l-aħjar prattika meta tiddeċiedi li ma tagħmilx dan; jirrakkomanda wkoll li tiffoka bis-saħħa fuq ir-riżultati filwaqt li tapplika t-tagħlimiet mill-esperjenza;

388.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni:

   a) tistieden lis-Servizz ta’ Awditjar Intern biex iwettaq aktar xogħol tal-awditjar dwar kwistjonijiet ta' governanza ta' livell għoli;
   b) tikkompleta l-proċess tal-allinjar tal-qafas ta' kontroll intern tagħha mal-prinċipji tal-COSO 2013;
   c) tkompli tavvanza d-data tal-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali;
   d) tiġbor flimkien l-informazzjoni diġà preżentata f'varjetà ta' rapporti eżistenti sabiex jifformaw rapport ta' responsabbiltà uniku jew sett ta' rapporti taħt l-awtorità tal-President tagħha, li fihom il-kontijiet iżda jinkorporaw ukoll l-elementi li ġejjin:
   dikjarazzjoni dwar il-governanza;
   diskussjoni tar-riskji operattivi u strateġiċi;
   rapport dwar il-prestazzjoni mhux finanzjarja,
   informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' matul is-sena u dwar il-kisba tal-objettivi ta' politika,
   rapport dwar ir-rwol u l-konklużjonijiet tal-kumitat tal-awditjar; u
   dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fuq terminu twil, flimkien ma', fejn xieraq, links għal informazzjoni li, tkun tinsab f'rapporti oħra;
   e) tippreżenta rappport ta' responsabbiltà uniku jew sett ta' rapporti għall-awditjar tal-kontijiet; iqis li l-aħħar rapport/rapporti jridu jkunu analitiċi, kumpatti, jinftehmu faċilment u aċċessibbli għall-awdituri, l-impjegati u ċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jsegwu strettament l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-użu tal-aħjar prattika;
   f) tippubblika bħala parti mill-kontijiet annwali jew l-informazzjoni kumplimentari stima tal-livell ta' żball ibbażat fuq metodoloġija soda, u tinvolvi lill-partijiet interessati, inkluż il-Parlament, f'kull stadju filwaqt li tagħżel il-metodu statistiku għall-istima tal-iżball; iqis li l-metodoloġija għandha tkun ċara u konsistenti;
   g) taġġorna u tippubblika l-arranġamenti tagħha ta' governanza fuq bażi regolari u tispjega l-għażla tagħha tal-istrutturi u l-proċessi fir-rigward tal-qafas li tagħżel;
   h) tibdel il-Kumitat tal-Progress tal-Verifika b'maġġoranza ta' membri indipendenti esterni, u tespandi l-mandat tiegħu sabiex ikopri l-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju u x-xogħol u r-riżultati tal-unitajiet ta' verifika ex post u tad-direttorati tal-awditjar.

389.  Jinsisti li:

   a) governanza ta' livell għoli ta' organizzazzjonijiet internazzjonali trid issegwi mudell kummerċjali u għandha tkun trasparenti, tagħti kont tal-azzjonijiet tagħha, tkun responsabbli u, l-aktar importanti, effiċjenti;
   b) governanza ta' livell għoli trid tadatta għal dinja li qed tinbidel b'mod mgħaġġel, u trid tevolvi u tidentifika l-isfidi potenzjali qabel ma dawn isiru problemi;
   c) relazzjonijiet orizzontali u vertikali bejn l-istrutturi differenti tal-Kummissjoni jeħtieġu li jkunu ċari u traċċabbli; it-tkomplija tal-proċess tat-tnaqqis tal-burokrazija huwa indispensabbli; koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istrutturi differenti hija rakkomandata wkoll;
   d) hija meħtieġa iktar viżibbiltà tar-riżultati fl-Istati Membri mill-governanza annwali; data soda ppubblikata u ppreżentata b'mod effikaċi tista' tappoġġa deċiżjonijiet importanti;
   e) evalwazzjoni solida ex ante, ex post u ta' nofs it-terminu għandha tiżgura l-valur ta' kull euro li jintefaq; sabiex jiġi faċilitat l-impenn, id-dokument għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti tan-nefqa kollha;
   f) l-użu strateġiku tal-akkwist pubbliku għandu jiġi promoss: kull sena l-Istati Membri jonfqu madwar 14 % tal-baġit tagħhom fuq ix-xiri ta' servizzi, xogħlijiet u provvisti; l-akkwist pubbliku għandu u jrid jintuża bħala għodda importanti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020;

Parti XXXI – Rapport Speċjali Nru 28/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-indirizzar ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-UE: ittieħdu passi importanti iżda jeħtieġ li jsir aktar"

390.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet meta timplimenta passi ulterjuri biex tindirizza theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-Unjoni;

391.  Itenni r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-lezzjonijiet li nsiltu mill-ewwel ċiklu ta' rappurtar għandhom jiġu applikati b'mod adegwat qabel ir-rapport li jmiss; iqis li sabiex ikun żgurat li r-rappurtar fil-futur ikun adegwat, il-proċess jeħtieġ li jkun konsistenti fl-Istati Membri kollha;

392.  Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-istrateġija dwar is-saħħa 2008-2013 'l hawn, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ aħjar u aktar strateġiku;

393.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jiżviluppa pjan strateġiku biex jindirizza l-isfidi operattivi u strateġiċi li qed jiffaċċja;

394.  Jinnota li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard m'għandu l-ebda proċess formali biex iwieġeb b'mod effettiv għal talbiet għal assistenza; jemmen li tali sitwazzjoni hija intollerabbli;

395.  Jirrakkomanda li s-servizzi differenti tal-Kummissjoni li għandhom funzjonijiet relatati mas-saħħa kif ukoll id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u Sikurezza Alimentari għandhom jiżviluppaw approċċ strutturat biex itejbu l-kooperazzjoni;

396.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma ħadux azzjoni b'mod kollettiv biex jitħaffef l-akkwist konġunt ta' tilqim kontra l-influwenza pandemika, u jirrikonoxxi li l-influwenza hija kwistjoni li tolqot is-servizzi tas-saħħa fi Stati Membri individwali fuq bażi annwali; iqis li approċċ koordinat fl-Istati Membri kollha jkun ta' benefiċċju għas-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni u jnaqqas l-ispejjeż;

397.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard biex jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw aktar is-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li sistema bħal din, li ntużat b'mod estensiv, tiġi aġġornata biex tirrifletti l-bidliet fit-teknoloġija u b'hekk jiġi garantit użu ottimali:

o
o   o

398.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0143.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(8) Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(9) Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p.1).
(10) Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p.22).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).
(13) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p.77).
(14) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).
(15) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112).
(16) ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.
(17) Ara l-Anness III ta' dan ir-Rapport Speċjali Nru 14/2016, pp. 74-76.
(18) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(19) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(20) ĠU L 239, 15.9.2015, p.1.
(21) Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2011, għajnuna finanzjarja tal-UE għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija, fil-Litwanja u fis-Slovakkja: kisbiet u sfidi futuri.
(22) Jadrová vyrad'ovacia spoločnost' (JAVYS): Is-sid tal-impjant tal-enerġija nukleari u li huwa responsabbli għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice.
(23) Ara COM(2011)0783, ir-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 u (Euratom) Nru 1369/2013 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)5449.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
PDF 588kWORD 81k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2202(DEC))
P8_TA(2017)0145A8-0125/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0485 – C8-0326/2016),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2016)0386),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (05376/2017 - C8-0081/2017, 05377/2017 - C8-0082/2017, 05378/2017 - C8-0083/2017, 05379/2017 - C8-0084/2017 ),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338 u SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(3) u emendat f'Ouagadougou, (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2008 sal-2013, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24  u s-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0125/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0485 – C8-0326/2016),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2016)0386),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(14),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(15) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (05376/2017 - C8-0081/2017, 05377/2017 - C8-0082/2017, 05378/2017 - C8-0083/2017, 05379/2017 - C8-0084/2017 ),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338 u SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(16) u emendat f'Ouagadougou, (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(20),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2008 sal-2013, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(21),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u s-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(22),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(23),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp(24),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-ħdax‑il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0125/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0125/2017),

A.  billi l-għan ewlieni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(27) u emendat f'Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta' Ġunju 2010(28) ("il-Ftehim ta' Cotonou"), bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), huwa li jnaqqas u eventwalment jeqred l-faqar, b'mod konsistenti mal-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli,

B.  billi l-objettiv ewlieni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(29) huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp progressiv tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), billi tqawwi l-kompetittività u ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-PTEE, tnaqqas il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom u tippromwovi l-kooperazzjoni bejniethom u sħab oħrajn,

C.  billi l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) huma l-istrument finanzjarju ewlieni tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-AKP u l-PTEE;

D.  billi 79 pajjiż jużaw firxa estensiva ta' metodi ta' implimentazzjoni li jirriflettu n-natura intergovernattiva tal-FEŻ b'regoli u proċeduri kumplessi fir-rigward tas-sejħiet għal offerti u l-għoti ta' kuntratti,

E.  billi l-attivitajiet marbuta mal-FEŻ jiġu implimentati f'kuntesti problematiċi u jaffaċċjaw esponiment għal riskju għoli rikorrenti, ta' natura ġeopolitika jew istituzzjonali,

F.  billi l-fatturi esterni għall-implimentazzjoni tajba tal-FEŻ jistgħu jtaffu jew jeqirdu l-isforzi magħmula f'termini ta' żvilupp,

G.  billi l-FEŻ huma ffinanzjati mill-Istati Membri u ġestiti kemm mill-Kummissjoni u kemm mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), waqt li l-Kummissjoni biss għandha r-responsabbiltà għall-kwittanza tal-FEŻ,

H.  billi l-Unjoni għandha l-potenzjal u s-saħħa biex tiddefinixxi r-reazzjonijiet għall-isfidi globali u ġeopolitiċi,

I.  billi l-istorja tal-Istati Membri tagħha tikkonferixxi ċertu obbligi fuq l-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp tal-pajjiżi AKP u l-PTEE,

J.  billi l-ġejjieni tal-Unjoni u dak tal-pajjiżi AKP u l-PTEE huma kkollegati minħabba l-ġeografija, il-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku,

K.  billi l-projezzjonijiet tal-popolazzjoni globali għall-2100, flimkien mal-effetti ta' flussi migratorji ġodda, kunflitti armati, it-tisħin globali u għadd ta' kriżijiet ekonomiċi u soċjali jirrikjedu attenzjoni immedjata mill-Unjoni, b'mod partikolari fl-objettivi fil-qasam tal-politika tagħha dwar l-iżvilupp, billi l-għajnuna għall-iżvilupp hi għodda essenzjali, li d-diversi metodi ta' implimentazzjoni tagħha jridu jiġu ottimizzati sabiex jiffaċċjaw dawn il-bosta sfidi globali,

L.  billi l-kriżi tal-migrazzjoni mhux biss ħolqot dubji dwar il-prinċipji u l-għanijiet tal-għajnuna internazzjonali iżda ssottolinjat li l-prinċipju ta' solidarjetà jeħtieġ li jiġi applikat b'mod aktar uniformi u mingħajr kondizzjonijiet mill-Istati Membri kollha,

M.  billi l-kriżijiet migratorji attwali ma jridux inaqqsu mill-importanza tas-sostenibbiltà tal-mewġiet migratorji kkollegati ma' taqlib demografiku u li jirrikjedu reazzjonijiet differenti,

N.  billi hemm bżonn li jiġġedded l-approċċ lejn il-pajjiżi AKP u l-PTEE li jirrikjedu inċentivi u strumenti finanzjarji ġodda,

O.  billi jeħtieġ li tingħata attenzjoni ġdida għall-fatt li l-parti l-kbira tal-pajjiżi AKP huma stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw; billi l-gżejjer, b'mod partikolari l-gżejjer AKP, qed jiżvolġu rwol internazzjonali ġdid, b'mod partikolari b'riżultat tan-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima,

P.  billi għadd ta' PTEE jinsabu fl-istess reġjuni bħall-pajjiżi AKP; billi l-PTEE jaffaċċjaw sfidi simili fil-livell globali imma, b'differenza għall-pajjiżi AKP, huma parti mill-familja Ewropea u jkun tajjeb għalhekk li jirċievu aktar attenzjoni fit-twassil ta' fondi; billi d-daqs żgħir ħafna tal-PTEE u r-rabta kostituzzjonali bejn l-PTEE u l-Unjoni huma speċifiċitajiet li jkun tajjeb li jitqiesu,

Q.  billi d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp u għall-Politika Reġjonali u Urbana ffirmaw Memorandum ta' Qbil f'Settembru 2013 sabiex iqawwu l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-Reġjuni Ultraperiferiċi (OR), l-PTEE u l-pajjiżi AKP,

R.  billi l-interventi esterni tal-Unjoni jgħaddu minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jew jimplimentaw il-finanzjament tal-UE jew jikkofinanzjaw proġetti flimkien mal-Unjoni li jinvolvu sfidi f'termini tas-sorveljanza u l-governanza,

S.  billi jeħtieġ li l-livell u n-natura tal-impenn tal-Unjoni jkunu differenzjati u kundizzjonali, skont isirx progress li jista' jitkejjel f'diversi oqsma bħal, pereżempju, id-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u billi l-Unjoni toffri l-assistenza tagħha fejn tkun meħtieġa biex tgħin fit-trawwim tal-progress;

T.  billi djalogu politiku regolari u komprensiv huwa kruċjali biex jiġu żgurati sjieda akbar min-naħa tal-pajjiżi AKP u l-PTEE, u l-kapaċità li jiġu aġġustati l-objettivi politiċi,

U.  billi huwa ta' importanza fundamentali li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politiki kollha tal-Unjoni u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp,

V.  billi huwa ta' importanza fundamentali li l-viżibbiltà tal-Unjoni tiġi promossa u li l-valuri tal-Unjoni jiġu trażmessi fil-forom kollha tal-għajnuna għall-iżvilupp;

W.  billi s-semplifikazzjoni tal-proċessi ta' implimentazzjoni hija mutur biex titqawwa l-effikaċja tal-forniment tal-għajnuna,

X.  billi s-sostenibbiltà hija kruċjali biex tiżdied l-effikaċja kumplessiva tal-għajnuna għall-iżvilupp billi jiġu mmonitorati b'mod kostanti l-impatti permezz tal-modalitajiet kollha għall-forniment tal-għajnuna,

Y.  billi l-appoġġ għall-governanza mill-Unjoni huwa komponent kruċjali tal-għajnuna għall-iżvilupp biex jiġu ġġenerati riformi effikaċi tal-governanza,

Z.  billi l-appoġġ baġitarju, filwaqt li jista' jkun mutur ewlieni għall-bidla u biex jindirizza l-isfidi ewlenin fil-qasam tal-iżvilupp, iġorr miegħu riskju fiduċjarju konsiderevoli, u jkun tajjeb li jingħata biss jekk jipprovdi biżżejjed trasparenza, traċċabbiltà, obbligu ta' rendikont u effikaċja flimkien ma' impenn ippruvat fir-riformi politiċi; billi l-appoġġ baġitarju huwa partikolarment adattat għal territorji żgħar u iżolati, bħall-gżejjer AKP,

AA.  billi t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont huma prerekwiżiti għall-iskrutinju demokratiku, kif ukoll għall-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp,

AB.  billi l-ġestjoni tal-ispejjeż amministrattivi trid tiġi ssorveljata b'mod kostanti f'kull ċirkustanza u fir-rigward tal-modalitajiet kollha tal-għajnuna,

AC.  billi l-flussi finanzjarji illeċiti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaggravaw il-faqar,

AD.  billi l-awtorità tal-kwittanza tenniet l-appell tagħha biex il-FEŻ jiġi inkluż fil-baġit ġenerali tal-Unjoni b'mod li jitqawwew il-viżibbiltà u l-iskrutinju demokratiku fuq il-FEŻ u l-politiki kumplessivi dwar l-iżvilupp,

AE.  billi, biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jaderixxu mal-politika dwar l-iżvilupp, huma rikjesti il-massimu ta' trasparenza, ġestjoni tajba u prestazzjoni,

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

L-implimentazzjoni finanzjarja tal-fondi fl-2015

1.  Jinnota li, fl-2015, l-infiq kellu x'jaqsam ma' erba' FEŻ, b'mod partikolari t-tmien FEŻ, li ammonta għal EUR 12 480 miljun, id-disa' FEŻ, li ammonta għal EUR 13 800 miljun, l-għaxar FEŻ, li ammonta għal EUR 22 682 miljun, u l-ħdax‑il FEŻ, li ammonta għal EUR 30 506 miljun; jinnota li l-finanzjament tal-ħdax‑il FEŻ jalloka EUR 29 089 miljun lill-pajjiżi AKP u EUR 364,5 miljun lill-PTEE, u li dawk iż-żewġ ammonti jinkludu rispettivament EUR 1 134 miljun u EUR 5 miljun għall-faċilità ta' investiment AKP tal-BEI; jinnota li EUR 1 052,5 miljun huma relatati man-nefqa tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-FEŻ;

2.  Josserva li dawn il-fondi qed jiġu implimentati permezz ta' proġetti u appoġġ baġitarju skont dawn l-erba' modalitajiet li ġejjin: 42 % tal-pagamenti saru permezz ta' ġestjoni diretta, u minn dawn, 24 % saru permezz ta' appoġġ baġitarju; josserva li t-58 % li jifdal saru taħt ġestjoni indiretta, speċifikament 31 % permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, 24 % permezz ta' pajjiżi terzi u 3 % permezz tal-korpi nazzjonali tal-Istati Membri;

3.  Jinnota bi tħassib li l-infiq fl-2015 għadu jinkludi fondi li ġejjin mit-tmien FEŻ li tnieda fl-1995;

4.  Jilqa' l-isforzi mwettqa minn EuropeAid fl-2015 fir-rigward tal-livell tal-impenji globali netti li ttieħdu fl-2015 b'EUR 5 034 miljun dovuti għad-dħul fis-seħħ tal-ħdax‑il FEŻ, li żied ir-riżorsi għall-impenji b'EUR 27 839 miljun; jinnota li l-ħdax‑il FEŻ kellu impatt fuq ir-rati ta' implimentazzjoni tal-impenji pendenti, li naqsu minn 98 % għal 69,7 % għall-impenji globali u minn 91,2 % għal 63,5 % għall-impenji individwali;

5.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li l-Kummissjoni ffaċċjat fl-2015 wassal għal sitwazzjoni baġitarja iebsa fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp li għamlet ħsara għall-prestazzjoni globali tal-fondi, b'mod speċjali t-trasferiment ta' EUR 483 miljun lejn l-2016 u l-ħlas ta' ammont stmat ta' EUR 1 miljun bħala imgħax għal ħlas tardiv; jilqa' l-isforzi li wettqet il-Kummissjoni biex tiżgura t-tkomplija tal-għajnuna għall-iżvilupp u tillimita l-konsegwenzi negattivi tan-nuqqasijiet ta' pagamenti eżistenti;

6.  Jinnota wkoll l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex, għall-qasam kollu li hija responsabbli għalih, tnaqqas il-prefinanzjament l-antik (39 % miksub b'objettiv ta' 25 %), l-impenji pendenti antiki jew RAL (ir-reste à liquider) antik (46 % miksuba ipparagunati mal-objettiv ta' 25 %), kif ukoll l-għadd ta' kuntratti skaduti miftuħa, imma madankollu bi progress inqas sodisfaċenti għal dawn tal-aħħar taħt il-FEŻ; jinkoraġġixxi lis-servizzi tal-Kummissjoni jkomplu jnaqqsu s-sehem tal-FEŻ f'kuntratti skaduti;

L-affidabbiltà tal-kontijiet

7.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax‑il FEŻ għas-sena finanzjarja 2015, sabet li l-kontijiet annwali finali jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ sal-31 ta' Diċembru 2015, u li r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta' flushom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tal-FEŻ u mar-regoli kontabilistiċi bbażati fuq l-istandards kontabilistiċi li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell internazzjonali fir-rigward tas-settur pubbliku;

8.  Jilqa' l-azzjoni li ħadet il-Kummissjoni biex issolvi l-kwistjoni tal-irkupru, kemm għall-imgħax fuq il-prefinanzjament ta' aktar minn EUR 750 000 u kemm għall-imgħax fuq il-prefinanzjament ta' bejn EUR 250 000 u EUR 750 000, li rriżultat biex EUR 2,5 miljun ta' mgħax gwadanjat ġie rreġistrat kif suppost fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2015; jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra wkoll is-sitwazzjoni tal-każijiet ta' anqas minn EUR 250 000;

9.  Jiddispjaċih li, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' rkupru, ġie rreġistrat inkorrettament dħul operattiv li ammonta għal EUR 9,6 miljuni li jikkorrispondu għal prefinanzjament mhux minfuq;

10.  Jiddispjaċih li EUR 29,6 miljun f'ordnijiet ta' rkupru taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax‑il FEŻ tħassru minħabba żbalji ta' kodifikazzjoni, korrezzjonijiet jew modifiki; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-EUR 15,8 miljun li għadhom soġġetti għal litigazzjoni li għadha għaddejja;

11.  Jesprimi tħassib serju għall-fatt li, minn ordni ta' rkupru ta' EUR 1 miljun, EUR 623 000 ġew ikkanċellati wara li ntlaħqet soluzzjoni bonarja bejn il-Kummissjoni u d-debitur(30); jirrikonoxxxi l-koerenza mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(31) ("ir-Regolament Finanzjarju") kif ukoll il-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tal-ordnijiet ta' rkupru; jenfasizza, madankollu, il-fatt li flus il-kontribwenti Ewropej qed jiġu mhedda u li jeħtieġu li jkunu protetti bil-mezzi meħtieġa;

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

12.  Jilqa' l-fatt li l-opinjoni tal-Qorti sabet li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena 2015 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

13.  Jiddispjaċih li l-istimi li saru fir-rapport tal-Qorti huma li r-rata ta' żball l-aktar probabbli għat-tranżazzjonijiet ta' nefqa mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax‑il FEŻ baqgħet identika għal dik tal-2014, li kienet ta' 3,8 %, u ogħla minn dik tal-2013, li kienet ta' 3,4 %, u minn dik tal-2012, li kienet ta' 3 %; jappella lill-BEI u lill-Kummissjoni jħejju pjan ta' azzjoni biex terġa' tinqaleb ix-xejra dejjem akbar ta' żbalji materjali u jippreżentawha lill-awtorità tal-kwittanza;

14.  Jesprimi tħassib dwar il-valutazzjoni tal-Qorti relatata mal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet li huma materjalment milquta minn żbalji; jinsab imħasseb mir-riżultati tal-kampjuni li ttieħdu fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta' pagament fejn 35 minn 140 pagament (25 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota li s-sistemi interni ta' kontroll u verifika tal-effettività tagħhom jinvolvu mhux biss il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi benefiċjarji, iżda ukoll atturi oħra bħall-uffiċjali awtorizzanti nazzjonali maħtura mill-pajjiżi AKP, fejn spiss ġew identifikati dgħufijiet fil-verifiki; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u ssaħħaħ dawk il-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi fraġli;

15.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tipoloġija tal-iżbalji li fuqhom hija bbażata r-rata ta' żball ta' 3,8 % fl-2015 baqgħet l-istess kif kienet fl-2014, jiġifieri n-nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn (u s-somma milquta minn din il-kategorija ta' żball hija ta' EUR 3 692 833 miljun) u nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist (u s-somma milquta minn din il-kategorija ta' żball tammonta għal EUR 1 176 140 miljun) li jirrappreżentaw 70 % tal-livell ta' żball stmat (imqabbel ma' 63 % fl-2014) jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom u jtejbu b'mod effettiv kemm il-verifiki ex ante u kemm dawk ex post tal-proġetti ta' finanzjament sabiex jitnaqqsu b'mod konsiderevoli s-somom milquta minn żbalji f'kategoriji bħal "nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn" u "nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist";

16.  Jesprimi, barra minn hekk, it-tħassib li ilu jħoss rigward id-dgħufijiet tal-verifiki ex ante, inkwantu 16‑il tranżazzjoni finali mit-28 li kienu soġġetti għal verifiki ex ante sussegwentement ġew awtorizzati abbażi ta' żbalji kwantifikabbli li ġew żvelati mill-verifiki ex ante; jiddispjaċih li l-biċċa l-kbira tal-iżbalji li nstabu kellhom x'jaqsmu, kif ġara fis-snin preċedenti, mal-istimi għall-programmi, l-għotjiet u l-operazzjonijiet ġestiti mal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti kunsiderazzjoni akbar lill-verifiki ex ante biex tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-implimentazzjoni tal-FEŻ; jirrikonoxxi li n-natura tal-appoġġ baġitarju tillimita l-valutazzjoni tar-rata ta' żball fattwali tal-iżborżi ta' appoġġ baġitarju, li twassal biex it-tranżazzjonijiet ikunu suxxettibbli għal żbalji;

17.  Jenfasizza r-riskju inerenti fir-rigward tal-approċċ nozzjonali, li jiddikjara l-kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni għal proġetti b'diversi donaturi ħielsa minn żbalji regolatorji meta dawn jinġabru flimkien ma' dawk ta' donaturi oħra u ma jiġux assenjati għal partiti speċifiċi u identifikabbli tal-infiq, peress li l-Kummissjoni tassumi li hemm konformità mar-regoli ta' eliġibbiltà tal-UE meta l-ammonti miġburin flimkien ikunu jinkludu biżżejjed infiq eliġibbli biex tiġi koperta l-kontribuzzjoni mill-UE.

18.  Jesprimi tħassib li l-approċċ nozzjonali jillimita b'mod sostanzjali l-ħidma tal-Qorti, b'mod partikolari fid-dawl tal-fatt li għas-sena baġitarja 2015, ġew żborżati EUR 763 miljun permezz tal-appoġġ baġitarju, li jammonta għal 24 % tal-infiq tal-FEŻ għall-2015;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrimedja malajr għal dawn in-nuqqasijiet fil-verifiki ex ante, filwaqt li jinnota li l-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni mis-sistemi ta' informazzjoni tagħha biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji kwantifikabbli qabel twettaq in-nefqa b'effett pożittiv dirett fuq il-livell ta' żball stmat li kieku kien ikun ta' 1,7 punti perċentwali aktar baxx;

20.  Jinnota tal-fatt li EUR 89,9 miljun ġew irkuprati għar-rimborż tal-pagamenti li ma kinux dovuti minħabba irregolaritajiet u żbalji;

Il-komponenti tal-qafas ta' assigurazzjoni

21.  Jilqa' t-tranżizzjoni minn riżerva ġenerali għall-ħruġ ta' riżervi differenzjati kif talab il-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-FEŻ, speċifikament (i) riżerva tematika waħda għaż-żewġ oqsma pendenti fejn hemm riskju għoli, l-għotjiet f'ġestjoni diretta (18 % tal-ammont totali mħallas fl-2015) u f'ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali; u (ii) riżerva speċifika għall-faċilità għall-Paċi fl-Afrika;

22.  Jinnota l-azzjonijiet li wettqet il-Kummissjoni rigward iż-żewġ oqsma fejn hemm riskju ogħla, u jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet lill-Parlament;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirfina l-valutazzjoni tar-riskju tal-ibbaġitjar tagħha bbażat fuq l-attività biex tkompli tiżgura livell adegwat ta' assigurazzjoni settorjali; jitlob, f'dan il-kuntest, tevalwa l-livell tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-ġestjoni indiretta;

24.  Jesprimi tħassib dwar in-natura riskjuża tal-ġestjoni indiretta, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' traċċabbiltà tal-fondi fl-iżborż tagħhom mid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp għall-atturi u s-sottokuntratturi lokali;

25.  Jikkunsidra li t-titjib tal-għodda biex jiġi mmonitorat jekk humiex qed jiġu segwiti l-konklużjonijiet tal-awditjar estern huwa pożittiv; jilqa' l-applikazzjoni ta' awditjar il-ġdida u l-grilja tal-kwalità li żviluppat il-Kummissjoni, u jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex dawn l-għodod ġodda jittejbu;

26.  Jilqa' l-fatt li għar-raba' sena konsekuttiva twettaq studju tar-rata tal-iżball residwu u li dan sar strument ewlieni fi ħdan l-istrateġija ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' awditjar;

27.  Jenfasizza li r-RER tiġi kkalkulata billi jitnaqqsu l-korrezzjonijiet finanzjarji pluriennali imposti fil-livelli nazzjonali u f'dawk tal-Unjoni, ir-rati ta' żball annwali tal-awtoritajiet tal-awditjar;

28.  Jesprimi preokkupazzjoni kbira għall-fatt li fl-2015, ir-RER tal-operazzjonijiet kuntrattwali magħluqa inklużi fir-rapport annwali ta' attività kien stmat li kienet 2,2 %, li xorta tibqa' ogħla mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 % u huwa ekwivalenti għal madwar EUR 174 miljun, inklużi EUR 98 miljun għall-FEŻ;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm standards metodoloġiċi għolja fil-valutazzjoni tar-RER tagħha kif ukoll biex timmonitorja u tinforza l-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri;

30.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm bżonn il-bilanċ bejn l-assorbiment, il-konformità u l-prestazzjoni li għandu jiġi rifless fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet;

31.  Jilqa' l-fatt li l-ispejjeż stmati tal-kontroll tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp tnaqqsu minn EUR 371 miljun fl-2014 għal EUR 293 miljun fl-2015, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ttejjeb ulterjorment il-kost-effikaċja tal-kontroll tad-Direttur Ġenerali, filwaqt li tiżgura l-anqas ammont ta' żbalji possibbli;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra fl-għodda tagħha għall-evalwazzjoni ex ante u ex post, il-ġestjoni u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, bi qbil mal-inizjattiva tal-Kummissjoni "Baġit iffokat fuq ir-Riżultati", immirata biex tanalizza l-impatt tal-politiki u l-azzjonijiet esterni l-oħra tal-Unjoni fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji;

Ir-riskji relatati ma' approċċ orjentat lejn ir-riżultati fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni

33.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni integrat l-analiżi tar-riskji fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet esterni tagħha, imwettqa f'ambjenti kumplessi u fraġli b'bosta tipi ta' riskji, peress li l-pajjiżi sħab għandhom livelli differenti ta' żvilupp u oqfsa ta' governanza;

34.  Jindika l-ħtieġa li jittejjeb l-użu tat-terminoloġija rigward ir-riżultati fuq żmien twil (riżultati, eżiti u impatti) u l-importanza li jissawru objettivi verament S.M.A.R.T. u sostenibbli qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-finanzjament ta' proġetti differenti; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ffokata aktar attenzjoni fuq it-tiswir ta' għanijiet "li jistgħu jinkisbu u realistiċi" sabiex jiġu evitati l-każijiet fejn l-objettivi inizjali jintlaħqu mill-pajjiżi sħab iżda mingħajr ma jinkisbu riżultati sinifikanti f'termini ta' żvilupp; itenni li għandhom jitqiesu l-aspetti soċjali u ambjentali, kif ukoll dawk ekonomiċi, meta jiġu eżaminati l-objettivi tal-iżvilupp;

35.  Jikkunsidra li hemm bżonn jiġi evitat li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq l-eżitu baġitarju bħala l-uniku objettiv ġestjonali li jista' jkun ta' detriment għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-ksib ta' riżultati; jenfasizza li kwalunkwe approċċ ibbażat fuq l-inċentivi, ibbażat fuq sistema ta' "kundizzjonalità pożittiva" li jirriżulta f'inċentivi għall-benefiċjarji bi prestazzjoni tajba u f'kontrolli aktar stretti għall-benefiċjarji bi prestazzjoni ħażina, għandu jintrabat ma' indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi u stretti, b'mod li jippermetti approċċ kwantifikabbli sabiex jiġu vvalutati n-nuqqasijiet u l-miri milħuqa;

36.  Jenfasizza bil-qawwa li kwalunkwe sistema bbażata fuq "kundizzjonalità pożittiva" għandha taderixxi mingħajr eċċezzjoni għall-prinċipju ta' prekawzjoni;

37.  Ifakkar li monitoraġġ u mmappjar regolari tal-fatturi ta' riskju għoli (esterni, finanzjarji u operattivi) u l-kwantifikazzjoni tagħhom, mill-fażijiet ta' identifikazzjoni sa dawk ta' implimentazzjoni, huma prerekwiżit mhux biss għal ġestjoni finanzjarja tajba u nefqa ta' kwalità, iżda anke biex tiġi żgurata l-kredibbiltà, is-sostenibbiltà u r-reputazzjoni tal-interventi tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta' profili tar-riskju għal kull attività u kull pajjiż jiffaċilita wkoll id-disinn ta' strateġija għal mitigazzjoni rapida tar-riskji fil-każ li tiddeterjora s-sitwazzjoni f'pajjiż sieħeb;

38.  Jissottolinja l-ħtieġa għal adattament regolari tal-ambjent ta' kontroll u tal-funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju sabiex jitqies il-fatt li qed ifeġġu forom ġodda ta' strumenti u faċilitajiet ta' assistenza, bħal finanzjament imħallat, fondi fiduċjarji u sħubijiet finanzjarji ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra, anke meta l-pajjiżi benefiċjarji jgawdu minn tipi differenti ta' forniment tal-għajnuna

39.  Jemmen li l-iżvilupp tal-bini tal-kapaċità tal-pajjiżi sħab, tal-oqfsa ta' governanza u tas-sjieda hu strumentali biex jittaffew ir-riskji sistemiċi, li jippermettu li l-fondi jilħqu l-iskopijiet intenzjonati tagħhom u jirrispondu għar-rekwiżiti tat-3 E (ekonomija, effiċjenza u effettività) filwaqt li jitqiesu wkoll l-ekoloġija, l-ugwaljanza u l-etika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, teżamina ulterjorment il-possibbiltà u r-riskji tal-użu ta' ditti ta' awditjar lokali u ta' kuntratti ta' servizzi lokali, filwaqt li tiżgura kompletezza tat-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;

40.  Jirrikonoxxi li r-Regolament Finanzjarju jippermetti lill-benefiċjarji iqabbdu b'kuntratti lil ditti ta' awditjar lokali; hu, madankollu, mħasseb ħafna dwar in-nuqqasijiet fis-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-EuropeAid dwar ir-riżultati u s-segwitu ta' awditi esterni, kif imsemmi mill-Qorti fir-rigward tal-proċedura ta' kwittanza tal-FEŻ għall-2014; iħeġġeġ lid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp biex jistabbilixxi grilja ta' kwalità li tivvaluta l-affidabbiltà tal-verifiki li jinsabu fis-seħħ għall-awditi u għal-verifiki tal-infiq magħmula minn kumpaniji ta' awditu lokali mqabbda direttament b'kuntratt mill-benefiċjarji, fejn ir-riskju ta' nuqqas ta' kwalità hu stmat li hu ogħla u r-rapporti tal-awditi u l-verifiki ma jkunx fihom informazzjoni biżżejjed dwar il-ħidma li tkun verament saret biex ill-grilja attwali tkun tista' tintuża b'mod effikaċi;

It-titjib tal-effikaċja tal-għajnuna mill-FEŻ

41.  Jissottolinja l-fatt li, sabiex tiġi stabbilita l-kredibbiltà tal-assistenza għall-iżvilupp fir-rigward tal-istrumenti li jintużaw, il-metodi għall-forniment tal-għajnuna u l-fondi kkonċernati, huwa essenzjali li jkunu jistgħu jintwerew il-valur tal-flus li jkunu ntefqu u r-riżultati miksuba b'dan l-appoġġ, iżda anke l-ilħuq tal-koerenza bejn il-politiki u l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-objettivi tal-għajnuna għall-iżvilupp, partikolarment l-objettivi għall-iżvilupp soċjali, id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali;

42.  Ifakkar li l-effikaċja tal-għajnuna, is-sjieda min-naħa tal-pajjiżi sħab fuq ir-riżultati fil-qasam tal-iżvilupp u d-dipendenza fuq l-oqfsa ta' governanza tal-pajjiżi sħab huma prinċipji ta' gwida li għandhom jiġu regolarment rfinuti;

43.  Jissottolinja l-fatt li huwa essenzjali li l-mod ta' implimentazzjoni tal-proġetti jiġi adattat għall-objettivi intenzjonati f'kull każ u għal kull proġett; jemmen li jistgħu jinkisbu riżultati aħjar f'termini ta' effiċjenza billi jiġu appoġġati proġetti li jkollhom dimensjoni adattata għall-objettivi li jkunu ġew stabbiliti minn qabel, b'mod li jwassal għal riżultati konkreti u identifikabbli u li jiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet lokali;

44.  Iqis essenzjali li, għall-proġetti infrastrutturali ffinanzjati permezz tal-FEŻ, issir valutazzjoni ex ante indipendenti li tqis l-impatt soċjali u ambjentali tal-proġetti, kif ukoll il-valur miżjud tagħhom; iqis li d-deċiżjonijiet ta' finanzjament għandhom jiġu korrelatati ma' analiżi xierqa tal-kostijiet-benefiċċji, u l-proġetti għandhom jiġu ffinanzjati jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx ambjentalment, finanzjarjament jew soċjalment kontroversjali;

45.  Ifakkar li, l-imminar tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati hu ta' ħsara għall-miri tal-obbligu li jingħata rendikont pubbliku u l-informazzjoni komprensiva għal min ifassal il-politika. jindika li huwa indispensabbli li l-Parlament jingħata stampa ċara tal-livell reali sa fejn ikunu nkisbu l-objettivi prinċipali tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza ta' approċċ aktar ibbilanċjat b'inqas kunfidenzjalità u b'aktar trasparenza, partikolarment fir-rigward tar-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna;

46.  Jemmen li huwa kruċjali li r-riskji inerenti fl-għażla ta' modalità ta' implimentazzjoni partikolari jiġu vvalutati qabel jiġu impenjati riżorsi finanzjarji tal-Unjoni u meta jkunu qed jiġu kkunsidrati r-riżultati mistennija; jemmen li t-taħlit tal-proġetti, kemm f'termini tas-suġġett u kemm f'termini tat-tipi ta' implimentazzjoni, huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-appoġġ mill-FEŻ;

47.  Jemmen li hemm bżonn ta' appoġġ akbar għal riżorsi tekniċi u amministrattivi sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-għajnuna tal-FEŻ, partikolarment fir-rigward tal-kumplessità tar-regoli, peress li r-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ mhux dokument awtonomu u jeħtieġ li jintuża flimkien ma' sorsi legali oħrajn, li jinvolvi riskju sinifikanti ta' inċertezza legali u żbalji;

48.  Jemmen li hemm bżonn is-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-fondi sabiex jiġi żgurat li l-fondi jintużaw aħjar u titqawwa l-effikaċja tal-forniment tal-għajnuna; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tniedi s-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-fondi u tappoġġa lis-sħab lokali fl-implimentazzjoni tal-proġetti; jenfasizza, madankollu, li s-semplifikazzjoni ma tistax tkun ta' ħsara għas-sistema attwali ta' kontroverifiki ex ante u ex post, li huma essenzjali għal sorveljanza komprensiva; jenfasizza li diġà hemm nuqqasijiet persistenti fil-verifiki ex ante, qasam fejn hu meħtieġ li jitqies b'attenzjoni jekk is-semplifikazzjoni tpattix għar-riskji; ifakkar lill-Kummissjoni tenfasizza l-bilanċ tajjeb bejn inqas piż amministrattiv u kontroll finanzjarju effettiv filwaqt li tissemplifika r-regoli għall-allokazzjoni tal-fondi għall-iżvilupp;

49.  Jiddikjara li s-semplifikazzjoni tar-regoli għall-allokazzjoni tal-fondi ma għandhiex tiddevja l-approprjazzjonijiet mill-objettivi u l-prinċipji tal-atti bażiċi, u jemmen li kwalunkwe kanalizzar permezz ta' fondi fiduċjarji m'għandux isir askapitu tal-FEŻ u tal-politiki fuq terminu twil tal-Unjoni;

Task force "għarfien, prestazzjoni u riżultati"

50.  Jilqa' l-ewwel rapport dwar riżultati ta' proġetti magħżula fil-kuntest tat-tnedija tal-Qafas tar-Riżultati tal-Unjoni fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali bħala pass komplementari għall-impenn tal-Kummissjoni li ttejjeb l-obbligu tagħha li tagħti rendikont ta' għemilha u testendi r-rapportar tagħha dwar ir-riżultati għall-operazzjonijiet li jkunu għaddejjin; jinsab partikolarment interessat fil-lista tal-indikaturi ta' prestazzjoni organizzativa li jgħinu fil-kejl u r-rappurtar tal-impatt, l-eżiti u r-riżultati miksuba mill-pajjiżi sħab u mis-servizzi tal-Kummissjoni;

51.  Jikkunsidra li jkun utli li dik l-informazzjoni tiġi inkluża regolament fir-rapport annwali tal-attività li jkun imiss b'mod li tiġi mmonitorata l-evoluzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għar-riżultati f'diversi oqsma tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, bħall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-governanza tajba jew l-effetti ta' lieva li jinkisbu bl-attivitajiet ta' taħlit;

Il-valutazzjoni tar-riżultati miksuba mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

52.  Jilqa' l-progress li sar fl-analiżi tar-riżultati globali miksuba mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, abbażi tar-riżultati pprovduti mill-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni mqabbla mal-objettivi fir-rigward tal-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll intern u s-sistemi tal-awditjar fis-seħħ, u abbażi tal-ġestjoni effikaċi tal-operazzjonijiet u r-riżorsi għall-2015;

53.  Jappella biex ikun hemm livell ogħla ta' ambizzjoni fl-istrateġija, il-ġestjoni u l-obbligu li jingħata rendikont tal-fondi tal-FEŻ; jenfasizza li hemm opportunità biex tiġi ottimizzata r-reżiljenza tal-attivitajiet kollha tal-FEŻ billi jissaħħu l-kriterji ta' effiċjenza ekonomika u finanzjarja u billi jiġu identifikati kisbiet fl-effiċjenza u fl-effikaċja, li jiġu riflessi fil-prestazzjoni ġestjonali; jikkunsidra li t-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet hi stadju preliminari effiċjenti biex tiġi żgurata l-effikaċja aħħarija tal-finanzjament tal-Unjoni;

54.  Jirrikonoxxi l-importanza kbira tal-informazzjoni li tiġi rrapportata fis-86 Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna għall-assigurazzjoni li tkun trid tiġi pprovduta mill-Kummissjoni rigward il-ġestjoni tal-għajnuna esterna, kif ukoll it-tendenzi pożittivi tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet, fejn 20 mill-24 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni laħqu objettivi fl-2015, imqabbla ma' 15 li għamlu dan fl-2014;

55.  Jiddispjaċih madankollu li disa' delegazzjonijiet minn 86 ma laħqux il-parametru referenzjarju ta' 60 % tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħhom; jappella lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jimmonitoraw mill-qrib lil dawk id-delegazzjonijiet li dan l-aħħar laħqu l-objettiv ta' 60 % jew li jinsabu ftit 'il fuq mill-objettiv ta' 60 % sabiex jirfinaw u jikkonsolidaw l-analiżi tat-tendenzi fid-delegazzjonijiet;

56.  Jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni jaġġornaw regolarment id-definizzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-modalitajiet ta' valutazzjoni relatati, u jiżviluppaw ulterjorment il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, b'mod partikolari billi jiġi stabbilit profili tar-riskji (riskji a priori jew relatati mar-riżultati) għall-proġetti fil-portafoll ta' kull delegazzjoni, bl-intenzjoni li ssir għażla aħjar ta' proġetti vijabbli biss minn stadju bikri; jissuġġerixxi bil-qawwi valutazzjoni tar-riskju ex ante aktar komprensiva sabiex jintgħażlu biss l-aktar proġetti vijabbli;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa tipoloġija tal-kawżi tal-punti ta' imblukkar u d-diffikultajiet li jinstabu fl-implimentazzjoni tal-proġetti, b'mod li tidentifika minnufih ir-reazzjonijiet u l-miżuri korrettivi l-aktar adegwati;

58.  Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet ikomplu jiġu sensibilizzati kontinwament rigward ir-rwol fundamentali tagħhom fit-tisħiħ kumplessiv tal-assigurazzjoni u fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ponderazzjoni tad-diversi komponenti li x'aktarx jattivaw il-ħruġ ta' riżerva;

59.  Itenni bil-qawwa li hemm bżonn li l-obbligu li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni b'persunal mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jagħtu rendikont ta' għemilhom jiġi infurzat b'mod komprensiv; jemmen li dan għandu jsir apparti r-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna, li jitħejjew u jiġu ffirmati mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

60.  Huwa tal-fehma li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jitfakkru b'mod ċar dwar dmirijiethom u r-responsabbiltajiet superviżorji u maniġerjali tagħhom u li m'għandhomx jikkonċentraw biss fuq il-komponent politiku ta' dmirijiethom;

61.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrapporta minnufih rigward l-azzjonijiet korrettivi speċifiċi li jittieħdu meta proġett ikun ġie kklassifikat bħala "aħmar" għal tliet snin konsekuttivi fir-rigward tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni 5 (jiġifieri, il-perċentwal tal-proġetti b'dawl tat-traffiku aħmar rigward il-progress fl-implimentazzjoni) u tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni 6 (jiġifieri, il-perċentwal tal-proġetti b'dawl tat-traffiku aħmar rigward il-ksib ta' riżultati) b'mod li teżamina mill-ġdid rapidament l-objettivi tal-ipprogrammar inizjali, talloka mill-ġdid il-fondi disponibbli għal proġetti u ħtiġijiet fil-qasam tal-għajnuna aktar adegwati, jew saħansitra tikkunsidra li possibbilment ittemm il-proġett;

62.  Jirrikonoxxi l-konsegwenzi diplomatiċi meta jitwaqqaf il-finanzjament tal-proġetti u l-iżborżi ta' appoġġ baġitarju dirett, iżda jenfasizza bil-qawwa l-importanza li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

63.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-monitoraġġ ta' operazzjonijiet imwettqa ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll is-suborganizzazzjonijiet tagħha, għal impenji pendenti antiki, speċjalment fil-kuntest tal-FEŻ u l-affidabbiltà tad-data u l-valuri tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni għat-tħejjija tar-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna;

64.  Jissottolinja li r-riżorsi totali tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il FEŻ jammontaw għal EUR 76,88 biljun, li minnhom EUR 41,98 biljun huma indikati bħala pagamenti; jinsab ferm imħasseb mill-fatt li l-impenji pendenti jammontaw għal EUR 11,61 biljun u li l-bilanċ disponibbli fl-aħħar tal-2015 kien jammonta għal EUR 23,27 biljun;

Monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati

65.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-konnessjoni bejn l-evalwazzjonijiet u l-formulazzjoni tal-politiki tkun effikaċi billi tikkunsidra kull ma tkun tgħallmet fil-proċess deċiżjonali; jitlob lill-Kummissjoni talloka kapaċitajiet ġestjonali adegwati lid-diversi attivitajiet ta' evalwazzjoni, kif ukoll tiżgura l-affidabbiltà tas-sistemi ta' evalwazzjoni ta' EuropeAid u ta' monitoraġġ orjentati lejn ir-riżultati;

66.  Ifakkar li jkun tajjeb li jiġi pprovdut feedback estern, oġġettiv u imparzjali dwar il-prestazzjoni tal-proġetti u l-programmi ta' għajnuna tal-Kummissjoni bħala parti mill-impenn tal-Kummission favur l-assigurazzjoni tal-kwalità; jikkunsidra l-eżiti tal-evalwazzjonijiet bħala elementi ewlenin li jalimentaw il-proċess ta' rieżami tal-politika u dak politiku, l-għajnuna għall-aġġustament tal-objettivi politiċi strateġiċi u t-tisħiħ tal-koerenza kumplessiva tal-politiki tal-Unjoni; jikkunsidra li hu rakkomandabbli li jiggarantixxu li l-proġetti ffinanzjati se jgħaddu minn valutazzjoni finali permezz ta' analiżi ex post indipendenti;

67.  Jemmen li l-investiment fl-analiżi u fl-aggregazzjoni tar-riżultati u tal-evidenza għat-tipi ta' evalwazzjoni differenti jgħin lill-Kummissjoni sabiex mhux biss tikseb stampa kumplessiva tat-tendenzi iżda biex tislet tagħlimiet li jsaħħu l-effikaċja aħħarija tal-proċessi ta' evalwazzjoni filwaqt li jrendu wkoll bażi ta' evidenza aħjar għat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politiki;

68.  Jikkunsidra li l-kondiviżjoni tal-għarfien bil-mezzi u l-għodda kollha disponibbli hija kruċjali mhux biss għall-iżvilupp ta' kultura ta' evalwazzjoni iżda prinċipalment għall-iżvilupp ta' kultura ta' prestazzjoni effikaċi;

L-attivitajiet ta' appoġġ baġitarju

69.  Josserva li, minn total ta' EUR 5 746 miljun f'pagamenti fl-2015, EUR 1 266 44 miljun (jew 22 %) ġew iddedikati għall-appoġġ baġitarju;

70.  Jikkunsidra li l-appoġġ baġitarju huwa modalità ta' għajnuna adattata għall-ispeċifiċitajiet tal-għajnuna għall-iżvilupp, li trawwem is-sjieda min-naħa tal-pajjiżi u l-effikaċja tal-għajnuna, u li wriet riżultati konkreti fl-ilħuq tal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp; jinnota, madankollu, li l-appoġġ baġitarju jinvolvi riskji fiduċjarji u jista' jwassal għall-inċertezza fir-rigward tar-riżultati u l-prestazzjoni; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-użu tajjeb tal-għajnuna għall-iżvilupp permezz tal-appoġġ baġitarju, b'mod partikolari bl-offerta ta' taħriġ speċifiku u assistenza teknika lill-benefiċjarji;

71.  Jilqa' r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Appoġġ Baġitarju tal-2016 li jeżamina l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-2015 madwar il-pajjiżi li jirċievu appoġġ baġitarju mill-Unjoni; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinkludi l-eżiti ta' dan ir-rapport fir-rapport annwali tal-attività tagħha li jmiss;

72.  Ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm rispett kontinwu għall-erba' kriterji għall-eliġibbiltà fil-fażi ta' qabel il-kuntratt, l-evoluzzjoni tal-objettivi ddikjarati, u r-riżultati mistennija li ntlaħaq qbil dwarhom fl-iskrutinju tal-appoġġ baġitarju;

73.  Jisħaq li jeħtieġ li l-kontribuzzjoni tal-appoġġ baġitarju għall-eżiti mixtieqa fil-qasam tal-iżvilupp tintwera b'mod ċar u li l-użu tiegħu jsir kundizzjonali fuq it-titjib tal-ġestjoni finanzjarja u fuq is-sorveljanza u l-obbligu ta' rendikont demokratiċi, kif ukoll it-trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parlamenti u ċ-ċittadini nazzjonali tal-pajjiżi destinatarji; jikkunsidra li huwa prijorita li l-għoti ta' dan l-appoġġ jiġi kkollegat/jintrabat mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju;

74.  Jikkunsidra li l-kriterji dwar il-prestazzjoni tal-iżborż huma fattur fil-qalba tal-ġestjoni tal-attivitajiet ta' appoġġ baġitarju, kif ukoll għal djalogu politiku u strateġiku approfondit;

75.  Iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ id-djalogu politiku u dwar il-politika, il-kundizzjonalità tal-għajnuna u l-qafas tal-katina loġika biex jiżguraw koerenza bejn id-deċiżjonijiet u kundizzjonijiet minn qabel għal pagamenti billi l-pagamenti jiġu kkollegati b'mod ċar mal-kisba tar-riżultati, l-objettivi u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni predefiniti magħżula; jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni jikkonsolidaw ulterjorment il-qafas ta' superviżjoni tagħha konsegwentement; jappella lill-Kummissjoni biex timmonitora aktar mill-qrib u tirrapporta b'mod aktar sistematiku rigward il-prestazzjoni u r-riżultati;

76.  Jappella lis-servizzi tal-Kummissjoni biex regolarment jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Fiskali ta' Addis li tnediet fl-2015, b'mod partikolari rigward l-azzjonijiet li tnedew fl-2015 biex jiġu indirizzati l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti; jikkunsidra li l-oqsmatal-effikaċja governattiva u l-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-korruzzjoni u r-riskji ta' frodi jippreżenta dimensjoni ta' riskju ewlieni li għandu ssirilha skrutinju kontinwu u komprensiv;

L-iżvilupp tad-dimensjoni ta' sorveljanza fuq il-fondi fiduċjarji u l-istrumenti ta' taħlit

77.  Jirrikonoxxi l-motivazzjoni għall-iżvilupp ta' fondi fiduċjarji ddedikati bħala strumenti għall-akkomunament tar-riżorsi finanzjarji minn diversi partijiet ikkonċernati bil-ħsieb li tiżdied il-flessibbiltà u titħaffef ir-reazzjoni tal-Unjoni għall-kwistjonijiet internazzjonali globali, kriżijiet kbar jew sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jemmen madankollu li anke dawk il-proġetti fuq skala żgħira b'objettivi, operaturi u benefiċjarji identifikati b'mod ċar, li jipproduċu riżultati konkreti u li jsegwu strateġija fuq żmien twil, jistgħu jieħdu sehem effikaċi fir-reazzjoni tal-Unjoni għal dawn l-isfidi;

78.  Jemmen li l-koerenza u l-komplimentarjetà ta' kull għodda ta' żvilupp ġdida mal-FEŻ għandhom jitqiesu kif jixraq, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tal-għajnuna, il-ġestjoni u l-ispejjeż amministrattivi kkonfrontati mal-kontribuzzjonijiet totali; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li dawn l-għodod ġodda fil-qasam tal-iżvilupp ikunu dejjem konformi mal-objettivi tal-istrateġija kumplessiva u tal-politika dwar l-iżvilupp tal-Unjoni;

79.  Jesprimi tħassib dwar il-multipliċità ta' fondi fiduċjarji u ta' pjattaformi ta' taħlit, iffinanzjati mill-Istati Membri b'ammonti sostanzjali iżda li mhumiex parti mill-baġit tal-Unjoni; jenfasizza bil-qawwa kwistjonijiet possibbli fir-rigward tal-governanza, l-effikaċja, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont; iwissi lill-Kummissjoni dwar ir-riskju li l-objettivi tal-politika dwar l-iżvilupp jiġu esternalizzati jew dilwiti; jistieden lill-Qorti tgħin fil-valutazzjoni tar-riskji, ittejjeb it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont ġenerali u tqabbel l-effettività tal-investimenti permezz tal-fondi fiduċjarji ma' dawk taħt il-ġestjoni diretta u indiretta tal-FEŻ;

80.  Jinnota li l-fondi fiduċjarji kienu parti minn reazzjoni ad hoc li turi li l-FEŻ, il-baġit tal-Unjoni u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali huma nieqsa mir-riżorsi u l-flessibbiltà meħtieġa għal approċċ komprensiv u rapidu għal kriżijiet maġġuri; jemmen li hemm bżonn ta' aktar żmien biex tiġi ppruvata l-effikaċja tagħha;

81.  Jirrikonoxxi, il-ħolqien tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika (EUTF), iżda jiddispjaċih li ma saret l-ebda konsultazzjoni minn qabel tal-Parlament, avolja l-Parlament igawdi minn sorveljanza rinforzata fuq l-ipprogrammar tal-FEŻ abbażi ta' impenn politiku li ħadet il-Kummissjoni; josserva li 57 % tal-ammont inizjali mwiegħed mill-Istati Membri u d-donaturi l-oħra (l-Iżvizzera u n-Norveġja) tħallsu għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika (jiġifieri EUR 47,142 miljun); jinnota li EUR 1,4 biljun mir-riżerva għall-FEŻ se jintużaw għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika u li, b'kollox, il-wegħdiet finanzjarji li għamlu l-Istati Membri jirrappreżentaw biss EUR 81,492 miljun (jiġifieri 4,3 % mill-EUR 1,8 biljun previsti); jinnota li l-ammont imwiegħed u imħallas għall-Fond Fiduċjarju ta' Bekou kien ta' EUR 34,925 miljun;

82.  Jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta mekkaniżmi ta' kontroll komprensivi biex tiżgura l-iskrutinju politiku, b'mod speċjali dak mill-Parlament, fuq il-governanza, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti l-ġodda fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; jikkunsidra li huwa importanti li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi għas-superviżjoni ta' dawk l-istrumenti, b'objettivi, miri u rieżamijiet speċifiċi;

83.  Huwa preokkupat ferm minħabba l-fatt li objettivi mhumiex speċifiċi biżżejjed u min-nuqqas ta' indikaturi vinkolanti u miri miżurabbli li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-fondi fiduċjarji; jitlob li l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni (jew il-matriċijiet jew l-oqfsa ta' riżultati) relatati ma' azzjonijiet ippjanati jiġu msaħħa aktar biex jinkludu għanjiet fuq żmien medju u twil f'konformità sħiħa mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni;

84.  Jinsab partikolarment interessat li jirċievi informazzjoni dwar il-proporzjonijiet ta' ingranaġġ li jinksibu mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti li jkunu speċifikament iffokati fuq il-valur miżjud u l-addizzjonalità meta mqabbla mal-appoġġ klassiku mill-Unjoni;

It-tisħiħ tal-oqfsa ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

85.  Josserva li l-interventi tal-FEŻ li ġew implimentati permezz ta' ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji fil-qasam tal-iżvilupp ammontaw għal EUR 810 miljun, li minnhom EUR 347 miljun għaddew min-Nazzjonijiet Uniti;

86.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali f'ċerti kuntesti speċifiċi; jirrimarka, madankollu, nuqqasijiet rikorrenti, bħal-livell ta' żbalji finanzjarji li jaffettwaw il-livell tar-rata ta' żball, ir-rappurtar ta' dgħufijiet, il-problema bis-sjieda tar-riżultati u, konsegwentement, in-nuqqas ta' viżibbiltà tal-Unjoni bħala donatur u l-ħtieġa li jiġu armonizzati l-aspettattivi fir-rigward tal-orjentament lejn ir-riżultati u l-valur tal-flus li jkunu ntefqu;

87.  Jinkoraġġixxi, b'mod partikolari fil-każ tal-inizjattivi kofinanzjati u b'diversi donaturi, lill-Kummissjoni jew l-istituzzjonijiet internazzjonali biex:

   (i) jivvalutaw u jippjanaw il-benefiċċji ġejjiena ta' proġett u l-mod kif kull sieħeb jikkontribwixxi lejn l-eżitu finali u l-impatt fuq livell aktar estensiv, b'mod li jiġu evitati l-mistoqsijiet dwar is-sjieda tar-riżultati, jiġifieri liema parti mir-riżultati kienet attribwibbli għall-finanzjament tal-Unjoni jew għall-interventi ta' donaturi oħra;
   (ii) jagħqdu l-oqfsa ta' governanza ma' dawk użati mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jtejbu l-metodi tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju; jikkunsidra li jkun tajjeb li l-funġibbiltà tal-fondi tiġi mmonitorata mill-qrib għal-livell għoli ta' riskju fiduċjarju li għandha;
   (iii) itejbu l-mudelli tal-oqfsa ta' kooperazzjoni li jintużaw mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha biex jiġi żgurat b'mod partikolari kontroll aktar komprensiv tal-ispejjeż ġestjonali;
   (iv) jiżguraw koerenza bejn il-proġetti li jiġu implimentati f'qafas ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-azzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni kollha kemm hi;

Il-ġestjoni tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika

88.  Jinnota li l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA) hija l-istrument finanzjarju tal-UE li tfassal bħala appoġġ għall-kooperazzjoni mal-Afrika fl-ispazju ta' paċi u sigurtà b'total fl-2015 ta' EUR 901,2 miljun li ġew impenjati, ta' EUR 600 miljun li ġew ikkuntrattati u ammont totali li tħallas taħt il-ħdax‑il FEŻ; jinnota l-fatt li madwar 90 % tal-fondi tal-FPA jiġu ġestiti permezz ta' ftehimiet iffirmati mal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana li hija l-korp implimentattiv tal-Unjoni Afrikana;

89.  Jinnota li l-Kummissjoni ma għandhiex fiduċja fl-implimentazzjoni tal-FPA li ilha operattiva għal ħafna snin; jinsab sorpriż, f'dan il-kuntest, bil-proposta tal-Kummissjoni li tiddevja aktar fondi ta' żvilupp għal azzjonijiet ta' sigurtà fl-Afrika; jissottolinja wkoll li, għal dawn l-aħħar 15-il sena, il-finanzjament tal-FPA mill-FEŻ kien soluzzjoni temporanja; jenfasizza li matul dawk is-snin kollha l-finanzjament għall-iżvilupp ta kontribut finanzjarju importanti ħafna għall-politiki ta' sigurtà Afrikani, mentri l-infiq tal-Unjoni għas-sigurtà bi skopijiet ta' żvilupp ma jeżistix;

90.  Jiddeplora l-fatt li s-sistema ta' kontroll għall-monitoraġġ ġestjonali u operattiv tal-FPA ma kinitx effikaċi fil-ħarsien tal-FEŻ minn nefqa illegali u irregolari u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni ma kinitx adegwata bħala rimedju għad-dgħufijiet istituzzjonali identifikati; jiddispjaċih ukoll dwar id-dgħufijiet fis-sistemi ta' monitoraġġ u ta' rapportar dwar l-attivitajiet ffinanzjati mill-FPA;

91.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-pilastri li twettqu skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju ma tqisux, speċifikament fir-rigward tan-nonkonformità tal-proċessi fl-oqsma tal-kontabbiltà, l-akkwist u s-sottodelegi; jiddispjaċih li l-miżuri korrettivi ma ġewx implimentati aktar malajr;

92.  Jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-governanza, il-koordinament u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet ikkonċernati involuti (jiġifieri s-servizzi tal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni) fil-monitoraġġ tal-finanzjament mill-FPA u r-rapportar dwar il-proġetti attwali tagħha;

93.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta fiż-żmien dovut lill-Parlament dwar il-miżuri korrettivi, il-livell tal-irkupri u t-titjib fil-ġestjoni tal-fondi mill-FPA;

Kooperazzjoni mal-PTEE

94.  Jirrikonoxxi li l-FEŻ jiffukaw prinċipalment fuq il-pajjiżi Afrikani u jikkunsidra li l-PTEE m'għandhomx jitwarrbu f'termini ta' objettivi politiċi; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta aktar sinerġiji mal-politiki interni u orizzontali tal-Unjoni b'parteċipazzjoni konkreta mill-PTEE;

95.  Jemmen li jkun tajjeb li tingħata attenzjoni għall-prestazzjoni tal-għajnuna u l-impatt tal-politika għall-iżvilupp iżda anke tal-politiki Ewropej u internazzjonali l-oħra fuq il-pajjiżi li jinsabu fl-istess inħawi ġeografiċi bħall-PTEE; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni speċifika tal-Mayotte minħabba l-bidla fl-istatus minn OCT għal dak ta' reġjun ultraperiferiku fl-2014;

96.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iffinanzjar ikun ta' benefiċċju għall-PTEE kollha b'mod ġust u ekwu; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-amministrazzjonijiet OCT fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FEŻ, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ u ta' assistenza teknika;

97.  Ifakkar il-karatteristiċi ġeografiċi tal-PTEE; jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar indikaturi ewlieni tal-prestazzjoni mmirati għall-finanzjament fl-PTEE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipproponi, bħala parti mill-estensjoni tal-azzjoni preparatorja fi ħdan l-iskema BEST (l-iskema volontarja għal Servizzi ta' Bijodiversità u Ekosistemi fit-Territorji extra-Ewropej), mekkaniżmu permanenti għall-protezzjoni tal-bijodiversità, l-iżvilupp ta' servizzi tal-ekosistema u l-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima fil-PTEEtal-Unjoni;

98.  Jistieden għal darb' oħra lill-Kummissjoni biex sal-2020 tistabbilixxi strument ta' finanzjament speċifiku għall-PTEE, fil-waqt li tqis l-istatus speċjali tagħhom u l-fatt li huma membri fil-familja Ewropea.

Ir-risposta mill-FEŻ għall-isfidi globali urġenti

Il-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp

99.  Ifakkar li l-għan ewlieni tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp huwa li tnaqqas u eventwalment teqred il-faqar, u li l-FEŻ s'issa kisbu progress fil-pajjiżi AKP u fl-PTEE; jemmen li l-għajnuna għall-iżvilupp ta' suċċess u l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni huma interkonnessi, peress li l-migrazzjoni tista' tirriżulta minn vulnerabbiltajiet ekonomiċi u soċjali u peress li l-oriġini tal-mitigazzjoni tal-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni tista' tinstab fl-għajnuna għall-iżvilupp iffokata;

100.  Jinnota l-adozzjoni reċenti tal-Istrateġija Globali tal-Unjoni biex sal-2030 jinkiseb żvilupp sostenibbli, li tikkonsolida ulterjorment il-kollegament bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni u tqiegħed lill-migrazzjoni u s-sigurtà fil-qafas ġdid għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni;

101.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament lejn approċċ olistiku għall-migrazzjoni bbażat fuq taħlita ta' politika ġdida li tinkludi t-tisħiħ tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp billi jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-migrazzjoni, filwaqt li tiġi promossa wkoll bidla fil-modi ta' finanzjament għar-risposta għall-kriżi tal-migrazzjoni.

102.  Jirrikonoxxi li l-Unjoni kabbret l-appoġġ għar-riformi fis-settur tas-sigurtà; jemmen, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi ma jiġux imċaqilqa lejn il-promozzjoni tas-sigurtà mingħajr it-tisħiħ parallel tal-appoġġ għal riformi demokratiċi;

103.  Jemmen li l-kobor tal-kriżi tal-migrazzjoni xprunat il-ħtieġa għal reazzjoni u t-twassil tal-għajnuna aktar rapidi u effikaċi; jikkunsidra li hu utli li jiġi żviluppat kodiċi settorjali xieraq għall-"migrazzjoni" fil-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD sabiex il-migrazzjoni tiġi integrata aħjar fl-aġenda dwar l-iżvilupp, sabiex jiġu ffaċilitati l-kodifikazzjoni u l-użu tal-fondi, u sabiex l-ammonti ddestinati għall-azzjoni esterna dwar il-ġlieda kontra l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni jiġu segwiti u mmonitorati aħjar;

104.  Jilqa' t-tnedija prevista ta' pjan ta' investiment estern fl-Afrika skont il-mudell tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi biex jindirizza l-punti ta' konġestjoni speċifiċi fl-investiment; iqis dan bħala wieħed mill-aktar għodda xierqa u effiċjenti biex jintlaħaq l-għan fit-tul tal-Parlament biex in-nies jingħataw kundizzjonijiet ta' għajxien xierqa, u b'hekk jiġu indirizzati wkoll il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni eċċessiva mill-Afrika;

105.  Jirrikonoxxi li l-fondi tal-FEŻ qed jikkontribwixxu biex jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-kriżi attwali globali tar-refuġjati u tal-migrazzjoni; jenfasizza li l-fondi tal-FEŻ m'għandhomx ikunu użati ħażin għal skopijiet li mhumiex determinati fid-dispożizzjonijiet bħall-kontroll tas-sigurtà tal-fruntieri u miżuri effettivi ta' ripatrijazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timpenja lilha nnifisha b'mod kostruttiv biex takkwista sinerġiji bejn il-baġit tal-Unjoni, il-FEŻ u l-kooperazzjoni bilaterali sabiex tindirizza kwistjonijiet li jikkonċernaw il-prevenzjoni tal-kriżi migratorja

106.  Jappella biex il-qbil u l-qafas strateġiċi tal-politiki esterni u l-alternattivi politiċi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni jiġu kontinwament rfinuti mal-atturi ewlenin sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza, kif ukoll mobilizzazzjoni kkoordinata u koerenti tal-mekkaniżmi relatati mal-migrazzjoni esterna fuq żmien qasir, fuq żmien medju u fuq żmien twil, kemm jekk fi ħdan il-qafas baġitarju tal-Unjoni u kemm jekk barra minnu;

107.  Jikkunsidra li hemm bżonn kruċjali li jiġi rrikonċiljat il-bżonn għal riżultati aħjar mad-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi biex jiġi żgurat livell għoli ta' ambizzjoni fit-tfassil ta' reazzjoni komprensiva u sostenibbli mill-Unjoni għall-isfidi attwali u ġejjiena kkawżati mill-kriżi migratorja; huwa tal-opinjoni li hemm bżonn li l-infiq tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni esterna jiġi żborżat b'mod aktar effiċjenti u li jissodisfa l-kriterji ta' "valur miżjud" b'mod li n-nies jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet ta' għajxien adegwati fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u pajjiżi AKP oħra;

108.  Jistieden lill-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha biex jirriflettu b'mod adegwat dwar il-bilanċ bejn il-flessibbiltà fl-interventi, il-komplementarjetà tal-fondi, il-livell tagħhom u l-ingranaġġ meħtieġ, kif ukoll is-sinerġiji potenzjali u l-addizzjonalità kumplessiva tal-interventi tal-Unjoni, u biex jagħtuhom reazzjoni adegwata;

109.  Jemmen li l-frammentazzjoni attwali tal-istrumenti li jkollhom l-objettivi speċifiċi tagħhom mingħajr ma jkunu interkollegati, ixxekkel is-sorveljanza parlamentari fuq il-mod kif jiġu implimentati l-fondi u l-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet, u għaldaqstant tagħmilha diffiċli li jiġi vvalutat b'mod ċar l-ammonti finanzjarji li jkunu effettivament intefqu bħala appoġġ għall-azzjoni esterna fil-qasam tal-migrazzjoni; jiddispjaċih li dan iwassal għal nuqqas ta' effikaċja, trasparenza u obbligu ta' rendikont; jikkunsidra li hemm bżonn li l-modi kif jintużaw l-istrumenti politiċi eżistenti jiġu ffokati mill-ġdid, b'arkitettura ta' objettivi ċara u mġedda sabiex jiżdiedu l-effikaċja u l-viżibbiltà kumplessivi tagħhom;

110.  Jemmen f'dan il-kuntest li jkun tajjeb li tingħata l-attenzjoni dovuta biex l-għajnuna tiġi mmirata b'mod xieraq lejn il-kwistjonijiet differenti u li qed jevolvu fil-qasam tal-migrazzjoni esterna, filwaqt li tiġi żgurata wkoll l-adegwatezza tas-sorveljanza tal-fondi żborżati b'mod li jiġu evitati r-rikji ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi u ta' finanzjament doppju, u waqt li jiġi żgurat li l-pajjiżi AKP l-oħra jkomplu jibbenefikaw mill-assistenza tal-FEŻ;

111.  Jemmen li t-tibdil fil-klima u l-isfidi tiegħu, il-migrazzjoni u l-iżvilupp huma strettament interrelatati; jappella għal fehim aħjar ta' din il-korrelazzjoni fl-allokazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp u fl-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jevitaw is-sempliċi żieda tal-fondi minfuqa biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-migrazzjonijiet mingħajr ma jitqiesu proġetti mmirati għall-adattamenti għat-tibdil fil-klima u proġetti ta' żvilupp oħrajn;

Il-kontribuzzjonijiet tal-BEI

112.  Jinnota li, fl-2015, ġew allokati EUR 936 miljun lill-pajjiżi AKP u lill-PTEE fi proġetti implimentati fi 15‑il pajjiż u f'6 raggruppamenti reġjonali;

113.  Jappoġġa l-objettivi predominanti tal-qafas tal-faċilità ta' investiment AKP, jiġifieri l-appoġġ għas-settur privat lokali u l-iżvilupp tal-impjiegi u tal-infrastrutturi soċjoekonomiċi li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fil-livell lokali u f'dak reġjonali, kif ukoll l-iżvilupp tas-settur privat u tal-infrastrutturi fundamentali fi ħdan il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Infrastruttura fl-Afrika;

114.  Jilqa' l-isforzi tal-BEI biex jikkontribwixxi għal reazzjoni tal-Unjoni għal kwistjonijiet internazzjonali ta' importanza kritika, b'mod partikolari permezz tal-pakkett tal-BEI dwar il-migrazzjoni AKP u l-inizjattiva dwar ir-reżiljenza ekonomika, b'appoġġ għall-Unjoni u l-pajjiżi sħab biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi li jikkontribwixxu għall-migrazzjoni, b'mod li jantiċipa l-pjan ta' investiment estern; javża madankollu dwar l-isfida attwali ta' kontroll politiku u demokratiku xieraq tal-attivitajiet tal-BEI;

115.  Jistieden lill-BEI jinsisti u jagħti prijorità lill-effett fuq żmien twil tal-investimenti u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli fl-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha;

116.  Jinkoraġġixxi lill-BEI jagħti appoġġ ulterjuri lill-iżvilupp tas-settur privat lokali bħala mutur fundamentali tas-sostenibbiltà u appoġġ lill-infrastruttura soċjali u ekonomika bażika ta' interess immedjat għall-benefiċjarji, kif ukoll lit-tfittxija għal sħab lokali u reġjonali ġodda fil-qasam speċifiku tal-mikrofinanzjament; jistieden lill-BEI iżid l-addizzjonalità b'ġustifikazzjoni aħjar tal-użu tal-fondi;

117.  Jistieden lill-BEI jiżgura li l-proġetti li jkunu għaddejjin jiġu mmonitorati regolarment u li l-objettivi u l-kriterju oriġinali jiġu effettivament sodisfatti tul il-ħajja tal-proġett; jemmen li jkun tajjeb li l-BEI jqis l-evoluzzjoni possibbli ta' proġett u tal-objettivi tiegħu;

118.  Jilqa' t-tieni rapport tal-BEI fl-2015 dwar ir-riżultati tal-operazzjonijiet esterni tiegħu u l-użu tal-Qafas ta' Valutazzjoni tat-Tliet Pilastri u tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati mill-BEI għall-valutazzjoni ex ante tar-riżultati mistennija mill-proġetti ta' investiment;

119.  Jemmen li l-qafas għall-kejl tar-riżultati u l-prestazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment għandhom ikejlu l-impatt fuq l-iżvilupp għal kull proġett; jenfasizza l-importanza li ssir enfasi fuq l-istess objettivi u strateġiji bħall-politiki dwar l-iżvilupp tal-Unjoni; jistieden lill-BEI jallinja ulterjorment l-attivitajiet tiegħu mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp;

120.  Jappella favur żvelar sistematiku tal-faċilità ta' investiment AKP rigward il-ftehimiet ta' self, u trasparenza akbar dwar id-deċiżjonijiet tal-bord u għad-dokumenti direzzjonali;

121.  Jikkunsidra li l-awditjar tal-faċilità ta' investiment huwa prassi tajba f'termini tal-kooperazzjoni u l-iskrutinju kollaborattiv bejn il-Parlament u l-Qorti; jiddispjaċih madankollu li l-awditjar ma jkoprix il-proġetti implimentati fl-PTEE u l-fondi allokati lilhom; jiddeplora l-fatt li l-faċilità ta' investiment ma taqax fl-ambitu tal-awditu li għamlet il-Qorti għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni annwali tagħha, u mhijiex soġġetta għall-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament;

Lejn ftehim wara dak ta' Cotonou

122.  Jirrikonoxxi l-kisbiet tal-FEŻ, filwaqt li jikkunsidra li jkun tajjeb li jiġu kkunsidrati prospetti ġodda sabiex jitqiesu l-bidliet fix-xenarju tal-pajjiżi AKP u l-PTEE, u fl-iżvilupp ta' objettivi sostenibbli ġodda, b'mod partikolari l-korrelazzjoni bejn il-paċi, l-għajnuna umanitarja, it-tibdil fil-klima u l-isfidi tagħha, it-telf tal-bijodiversità u l-migrazzjoni;

123.  Jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar it-tiġdid tas-sħubija mal-pajjiż tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Politika ppubblikaw fit-22 ta' Novembru 2016 (JOIN(2016)0052), u jappella favur diskussjonijiet ulterjuri bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni rigward il-ġejjieni tar-relazzjonijiet Unjoni-AKP;

124.  Josserva li filwaqt li l-Kummissjoni pproponiet semplifikazzjonijiet sostanzjali għar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali, kull FEŻ għadu mmexxi mir-Regolament Finanzjarju rispettiv tiegħu; jemmen li regolament finanzjarju uniku jnaqqas il-kumplessità fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-FEŻ differenti; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Parlament ilu ħafna jitlob l-integrazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-Unjoni Ewropea;

125.  Jemmen li, fil-ftehim wara dak ta' Cotonou, ikun tajjeb li tiġi żgurata koerenza ulterjuri bejn l-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp u l-politiki esterni kollha tal-Unjoni, u li elementi bħall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-azzjonijiet favur l-iżvilupp sostenibbli jsibu post ċentrali;

126.  Jinsab ħerqan li jiġi infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-11-il FEŻ li huwa mistenni jqis l-Aġenda 2030 u Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ġdid, iżda li għandu wkoll jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp ikkonfermati mill-ġdid fil-Forum ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li seħħ f'Nairobi, b'mod partikolari s-sjieda tal-prijoritajiet mill-pajjiżi destinatarji;

127.  Jirrakkomanda li l-ftehim wara dak ta' Cotonou jmur oltre kwistjonijiet ekonomiċi u jippromwovi djalogu politiku effiċjenti; ifakkar li d-djalogu politiku huwa wieħed mill-elementi kruċjali biex jiġu żgurati l-prestazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna;

128.  Jikkunsidra li jkun tajjeb li l-ftehim wara dak ta' Cotonou jippromwovi l-awtonomizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti ftehimiet għal sħubijiet lokali, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tal-proġetti fil-livell lokali, speċjalment fil-qafas tal-ġestjoni indiretta;

129.  Jappella biex jiġi rikonoxxut l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-isfidi tagħha u t-telf tal-bijodiversità fil-fatturi kollha relatati mal-iżvilupp; jemmen li jkun tajjeb li l-ftehim wara dak ta' Cotonou jkun aktar iffokat fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji u b'mod speċjali fuq il-kwistjoni tal-awtosuffiċjenza enerġetika;

130.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi u tiżviluppa ulterjorment id-dimensjoni tal-gżejjer fil-politika dwar l-iżvilupp u biex toħloq strument speċifiku għall-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, li jkun jippermetti allokazzjoni tal-fondi, prestazzjoni u kontroll adattat aħjar;

131.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni a priori u tirrapporta b'mod aktar sistematiku dwar l-impatt tal-politika dwar l-iżvilupp fuq il-pajjiżi u r-reġjuni fl-istess żona ġeografika sabiex tippermetti li jkun hemm aktar sinerġiji bejn il-Fondi kollha disponibbli f'dawk ir-reġjuni;

132.  Itenni l-appoġġ fuq żmien twil tal-Parlament għall-baġitizzazzjoni biex jiżdiedu l-iskrutinju demokratiku u l-obbligu ta' rendikont u biex jitqawwew l-effikaċja, it-trasparenza u l-viżibbiltà fl-użu tal-FEŻ; jissottolinja wkoll li l-baġitizzazzjoni kieku tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tissemplifika r-rekwiżiti fir-rigward tar-rapportar u l-kontabbiltà billi jkun hemm sett wieħed biss ta' regoli amministrattivi u strutturi deċiżjonali minflok tnejn;

Is-segwitu għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

133.  Jappella lill-Qorti biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tinkludi rieżami tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza annwali tal-Parlament.

(1) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 287.
(2) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 297.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(8) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(9) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(10) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(11) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(12) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(13) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.
(14) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 287.
(15) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 297.
(16) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(17) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(18) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(19) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(20) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(21) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(22) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(23) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(24) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(25) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(26) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.
(27) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(28) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(29) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea"), (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(30) Komunikazzjoni CAB D(2016) Ares 06675546.
(31) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 668kWORD 93k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2016/2152(DEC))
P8_TA(2017)0146A8-0153/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0270/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0153/2017),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2015 fl-4 ta' Lulju 2016,

B.  billi fl-24 ta' Ġunju 2016 is-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega, iċċertifika b'assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, konformement mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.  billi l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri afferma li, fil-valutazzjoni speċifika tiegħu tal-amministrazzjoni u ta' nefqa oħra fl-2015, ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rapporti ta' attività annwali eżaminati u fis-sistemi ta' kontroll intern tal-istituzzjonijiet u tal-korpi, kif jirrikjedi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

D.  billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2016/2152(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0153/2017),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament Ewropea (il-"Parlament") iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li l-ebda kwistjoni li tirrikjedi riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu;

B.  billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 129 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u r-risposti bil-miktub waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) u ġew diskussi pubblikament minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-awditur intern;

C.  billi l-iskrutinju, b'mod partikolari fil-forma ta' proċedura ta' kwittanza annwali, huwa essenzjali biex jiggarantixxi li dawk responsabbli politikament u l-amministrazzjoni tal-Parlament jagħtu kont ta' xogħolhom liċ-ċittadini tal-Unjoni; billi hemm lok permanenti għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; billi l-prinċipji ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u ta' governanza tajba tar-riżorsi umani għandhom ikunu l-elementi ċentrali fl-eżekuzzjoni tal-baġit;

Sorveljanza tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.  Josserva li s-sistema ta' sorveljanza formali tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament tikkonsisti minn erba' komponenti prinċipali:

   (a) iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet finali min-naħa tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament;
   (b) ir-rapporti annwali tal-awditur intern u l-opinjoni tiegħu dwar is-sistema ta' kontroll intern;
   (c) il-valutazzjoni tal-infiq amministrattiv u ta' natura oħra tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, min-naħa tal-awditur estern tiegħu, il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") u
   (d) il-proċedura tal-kwittanza mħejjija mill-Kumitat CONT, li twassal għal deċiżjoni tal-Parlament dwar l-għoti tal-kwittanza lill-President tal-Parlament.

2.  Josserva li r-rapport annwali tal-awditur intern fih sejbiet ibbażati fuq eżerċizzji ta' awditjar speċifiċi; għandu l-għan li jtejjeb il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja iżda mhux li joffri stampa komprensiva tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament; josserva, analogament, li r-rapport tal-Qorti jirrappreżenta biss ir-riżultati ta' kampjun żgħir (16-il tranżazzjoni) tat-tranżazzjonijiet kollha tal-Parlament;

3.  Jirrikonoxxi li, b'mod ġenerali, il-livell baxx ta' żball fil-każ tal-infiq amministrattiv jista' jindika l-attenzjoni relattivament skarsa li l-Qorti tagħti lit-tranżazzjonijiet tal-Parlament;

4.  Jirrimarka, iżda, li anki jekk ir-rata ta' żball hija notevolment baxxa, ir-riskju għar-reputazzjoni huwa relattivament għoli, inkwantu tali żbalji finanzjarji u baġitarji jafu jħallu riperkussjonijiet negattivi fuq id-dehra tal-istituzzjoni;

5.  Iżid li, aktar reċentement, bħala konsegwenza tan-neċessità, li ġeneralment tinħass, ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-kwittanzi ma jmisshomx jillimitaw ruħhom biex jaqbdu l-irregolaritajiet, iżda wkoll jinkludu l-miżura ta' prestazzjonijiet u riżultati konkreti, u li dan l-aspett ukoll huwa ta' importanza partikolari fil-każ tal-Parlament, minħabba li n-nuqqas ta' riżultati għandu impatt dirett fuq ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni;

6.  Jinnota li, f'dan il-kuntest, ħidmet il-Parlament fl-ambitu tal-proċedura ta' kwittanza toffri opportunità biex il-kontijiet tal-amministrazzjoni tal-Parlament jitqiesu aktar fil-fond; jitlob li jissaħħaħ l-għarfien espert intern fil-qasam tal-kontabilità u tal-awditjar li r-rapporteurs ikunu jistgħu jutilizzawh huma u jħejju r-rapporti tal-kwittanza tagħhom;

Il-kontijiet tal-Parlament

7.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2015 ammontaw għal EUR 1 794 929 112, jew 19,78 % tal-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(8) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2015 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,2 % meta mqabbla mal-baġit 2014 (EUR 1 755 631 742);

8.  Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2015 kien EUR 176 367 724 (2014: EUR 174 436 852), inklużi EUR 27 988 590 minn dħul assenjat (2014: EUR 26 979 032);

9.  Jindika li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 71 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari); josserva li dan jindika l-livell għoli ta' kontinwità li jikkaratterizza n-nefqa tal-Parlament, fil-biċċa l-kbira tagħha marbuta mar-remunerazzjoni tal-Membri u tal-persunal, adegwata skont ir-Regolamenti tal-Persunal u obbligi kuntrattwali oħrajn;

10.  Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2015, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2015:

1 794 929 112

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2014:

-

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2014:

277 911 825

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2015:

27 988 590

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2014:

106 077 150

Total:

2 206 906 677

(b)  Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2015 (EUR)

impenji:

2 176 992 756

pagamenti li saru:

1 770 807 099

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

392 379 176

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

-

approprjazzjonijiet kanċellati:

43 720 402

(c)  Dħul baġitarju (EUR)

miġbur fl-2015:

176 367 724

(d)  Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2015 (EUR)

1 511 058 599

11.  Jinnota li fl-2015, id-99,1 % tal-approprjazzjonijiet iskritti fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,9 % u li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit;

12.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ammont tal-approprjazzjonijiet kanċellati kien jirriżulta EUR 41 422 684, u li l-kanċellazzjonijiet kienu jirrigwardaw prinċipalment is-salarji u n-nefqa marbuta mal-bini;

13.  Josserva li t-trasferiment "ta' tlaqqit" kien jammonta għal EUR 71 000 000, li jirrappreżenta 4 % tal-approprjazzjonijiet totali trasferiti minn intestaturi relatati ma' approprazzjonijiet ta' proviżjonament u minn sorsi oħrajn biex jikkontribwixxu għall-kopertura tal-pagament ta' lokazzjoni għall-binja Konrad Adenauer; iħeġġeġ li l-politika immobiljari tal-Parlament għandha tkun stabbilita b'biżżejjed ċarezza bħala parti mill-istrateġija tal-baġit; iqis dan il-livell ta' trasferiment "ta' tlaqqit" għoli ħafna; huwa tal-fehma soda li ġestjoni effikaċi tal-baġit għandha tnaqqas dan it-trasferiment sal-minimu indispensabbli; jistieden lill-Qorti, f'dan ir-rigward, tirrediġi rapport dwar il-politika immobiljari tal-Parlament;

L-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2015 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

14.  Jinnota li, kumplessivament, mill-evidenza għall-awditjar jirriżulta li l-infiq għall-"amministrazzjoni" mhuwiex milqut materjalment minn żball, iżda li fuq il-bażi ta' seba' żbalji kwantifikati, il-livell ta' żball stmat fil-kuntest tal-Intestatura 5 tal-QFP dwar l-amministrazzjoni huwa 0,6 % (minn 0,5 % fl-2014);

15.  Huwa mħasseb sew dwar is-sejba tal-Qorti li mill-151 tranżazzjoni eżaminata għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, 22 (14,6 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota, madankollu, li, minn dawn it-22 tranżazzjoni, sebgħa biss ġew kwantifikati, u għaldaqstant kellhom implikazzjonijiet finanzjarji, li ssarrfu f'livell ta' żball stmat ta' 0,6 %;

16.  Jinnota, ukoll, is-sejbiet li jikkonċernaw speċifikament il-Parlament li jinsabu fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015; josserva li l-Qorti waslet għall-konklużjoni tal-eżistenza ta' dgħufijiet fil-kontrolli tal-awtorizzazzjoni u tas-saldu tan-nefqa tal-2014; jikkonstata li dawn id-dgħufijiet kienu jirrigwardaw biss tranżazzjoni waħda mis-16-il tranżazzjoni tal-Parlament li ġew eżaminati, fir-rigward ta' xi grupp politiku, u li dawn ġew solvuti fl-2015;

17.  Jinnota Sr-risposti li ta l-Parlament lill-Qorti matul il-proċedura kontradittorja; jitlob lill-Qorti żżomm lill-kumitat responsabbli informat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tagħha biex tingħata gwida aħjar u jsir rieżami tal-qafas ta' kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati lill-gruppi politiċi;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

18.  Josserva li, fil-laqgħa miftuħa tal-kumitat responsabbli tat-30 ta' Jannar 2017 mal-awditur intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u indika li, fl-2015, kien adotta rapporti ta' awditjar dwar is-suġġetti li ġejjin:

   Segwitu tal-azzjonijiet li għadhom sospiżi mir-rapporti ta' awditjar intern;
   Kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu;
   Effiċjenza operattiva tal-IT u kejl tal-prestazzjoni;
   Sistema ta' Ġestjoni Finanzjarja (SĠF);
   Proċedura ta' rkupru tad-dejn;
   Ġestjoni tal-kontinwità operattiva;
   Inventarju u ġestjoni tal-kompetenzi esterni liċ-ċentru tad-data tal-IT;

19.  Jinnota u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-awditur intern rigward il-ħtieġa li:

   tkun abbozzata proposta motivata ta' aġġornament tal-Kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu għas-servizzi ta' interpretazzjoni, li jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ippjanar tal-laqgħat tat-trilogu;
   jitjieb il-qafas regolatorju applikabbli għal-laqgħat b'interpretazzjoni u partikolarment: allinjament aħjar tar-regoli diġà eżistenti; miżuri biex id-domanda tinqasam b'mod aktar ibbilanċjat matul il-ġimgħa u identifikazzjoni u sfruttament tal-ħinijiet mhux użati biżżejjed; jissottolinja l-bżonn li jonqos in-numru ta' laqgħat kanċellati bi preavviż qasir, billi dan iġib miegħu tqassim tar-riżorsi ferm ineffikaċi;
   ikunu stabbiliti kriterji rilevanti u limiti minimi indikattivi għall-bidu tal-proċeduri legali u għar-rinunzja tad-dejn u biex dawn jitressqu għall-approvazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b'delega;
   ikunu definiti governanza u strateġija adegwati (inkluża gwida tal-istituzzjoni u arranġamenti prattiċi) għall-ġestjoni tal-kontinwità operattiva;

20.  Jinnota li, fi tmiem l-2015, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, għadhom sospiżi erba' azzjonijiet mir-rieżami tal-qafas tal-kontroll intern, kollha kkaratterizzati minn riskju moderat, u li f'każ minnhom, il-kompletament tal-azzjoni ġie pospost għall-2017 fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni finanzjarja l-ġdida tal-Parlament; jistieden lill-awditur intern iżomm lill-Kumitat CONT informat dwar il-progress miksub fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet;

21.  Jitlob lill-awditur intern, huwa u jippreżenta r-rapport annwali, jagħmel aktar enfasi fuq l-aspetti li fihom sab nuqqasijiet u/jew irregolaritajiet; jitlob ukoll lill-Awditur Ġenerali jagħmel ir-rapporti tiegħu dwar is-segwitu, l-iżviluppi u s-soluzzjonijiet għall-problemi identifikati matul il-mandat tiegħu disponibbli għall-Kumitat CONT; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jintroduċi proċeduri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u tar-riżultati;

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2014

22.  Jinnota r-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2014 mogħtija lill-Kumitat CONT fl-20 ta' Ottubru 2016 u tal-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-diversi mistoqsijiet u talbiet fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jiddispjaċih, madankollu, li ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet ma ngħatawx segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm aktar lok għal diskussjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat CONT dwar il-kwistjonijiet li jolqtu l-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu;

23.  Jinnota li kien hemm inkonsistenza bejn id-dati ta' preżentazzjoni tal-abbozz ta' rapport dwar il-kwittanza tal-Parlament u l-possibbiltà li jitressqu mistoqsijiet supplimentari lis-Segretarju Ġenerali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti risposti lill-mistoqsijiet supplimentari qabel ma jiskadi t-terminu għat-tressiq tal-emendi u, jekk neċessarju, qabel il-votazzjoni fil-kumitat;

Kwittanza tal-Parlament għall-2015

24.  Jinnota l-iskambju ta' fehmiet bejn il-Viċi President responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat CONT fil-preżenza tal-membru tal-Qorti u tal-awditur intern, fit-30 ta' Jannar 2017;

25.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-impenn li ħadet l-amministrazzjoni tal-Parlament biex ittejjeb kostantement il-prestazzjoni tas-servizzi tal-Parlament fl-intier tagħhom u biex dan isir b'mod effiċjenti, għad li jqis ukoll li, f'ċerti każijiet, il-bidliet qegħdin jieħdu wisq żmien biex jissarrfu fil-prattika;

26.  Jinnota li l-Parlament, li liċ-ċittadin jiswielu madwar EUR 3,60 fis-sena, ma għandux jibża' minn paragun ma' sistemi parlamentari oħrajn, speċjalment peress li terz tal-ispejjeż huwa dovut għal fatturi bażiċi (multilingwiżmu u postijiet tax-xogħol) li fuqhom il-Parlament stess għandu influwenza limitata u li ma japplikawx bl-istess mod għall-parlamenti l-oħra;

27.  Jinnota, madankollu, li l-attenzjoni mogħtija lill-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni tvarja minn direttorat ġenerali għall-ieħor u li laħqet livell tajjeb, pereżempju, fid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS), iżda għadha f'fażi preliminari fi bnadi oħra tal-amministrazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li jkunu fissati u sottoposti għal monitoraġġ objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu fl-amministrazzjoni kollha;

28.  Jinnota r-risposta tas-Segretarju Ġenerali dwar l-aċċess għall-applikazzjoni ePetition għall-Membri u għall-pubbliku ġenerali, kif ukoll tar-rapport tas-Servizz Legali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta dwar l-azzjonijiet maħsuba biex jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz Legali;

29.  Jilqa’ l-attenzjoni li tagħti l-amministrazzjoni lis-sostenibbiltà, partikolarment fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku; josserva, madankollu, li bid-dħul fis-seħħ tad-direttiva l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku(9), sar possibbli li tiżdied l-importanza tal-kriterji marbuta mas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali meta mqabbla mal-kriterju tal-prezz l-aktar baxx;

30.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta pjan ta' azzjoni dwar il-mod kif ikunu applikati l-kriterji ta' sostenibbiltà fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tal-Parlament u, f'dan ir-rigward, jinkludi evalwazzjoni tal-użu li jsir mill-akkwist pubbliku ekoloġiku bħala strument;

31.  Jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, il-kostijiet tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament jammontaw għal EUR 114-il miljun fis-sena u jinnota s-sejba , fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (10), li, 78 % tal-missjonijiet kollha tal-persunal tal-Parlament li jidħlu fl-ambitu tar-Regolamenti tal-Persunal hija l-konsegwenza diretta tad-dispersjoni ġeografika tas-servizzi tal-Parlament; ifakkar li l-istima tal-impatt ambjentali ta' din id-dispersjoni hija bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata emissjonijiet ta' CO2; jistieden lill-Bureau jitlob lis-Segretarju Ġenerali jiddefinixxi mingħajr dewmien pjan direzzjonali għal sede unika għall-Parlament; itenni l-appell tiegħu lill-Parlament u lill-Kunsill biex jieħdu ħsieb il-bżonn ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif jiddikjara l-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti, bil-għan li jiffranka fit-terminu twil; jemmen li l-ħruġ tar-Renju Unit u l-bżonn li jerġgħu jiġu assenjati l-aġenziji Ewropej li bħalissa għandhom is-sede tagħhom fir-Renju Unit, jistgħu joffru opportunità eċċellenti biex jissolvew bosta problemi fl-istess ħin; jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 341 tat-TFUE li jistabbilixxi li s-sedi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati Membri u għall-Protokoll 6 anness mat-TUE u mat-TFUE li jistabbilixxi li l-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; ifakkar li s-soluzzjoni ta' sede unika teħtieġ bidla fit-Trattat;

32.  Ifakkar fir-risposta li tat l-amministrazzjoni lill-mistoqsija 75 fil-kwestjonarju dwar il-kwittanza għall-Parlament għall-2013, speċifikament li kienet iddeċidiet li tissospendi l-‘prattika ta' missjonijiet fit-tul ..., ... fatt li wassal għal iffrankar notevoli’, iżda jikkunsidra bħala kontradizzjoni kbira l-fatt li 13-il membru tal-persunal bħalissa jinsabu fuq missjoni fit-tul; iqis li missjoni fit-tul ta' membru tal-persunal, b'allowance tal-espatrijazzjoni u b'allowances tas-sussistenza ta' kuljum, fil-post fejn din il-persuna diġà kienet tgħix u taħdem tikkostitwtixxi użu diskutibbli ta' flus il-kontribwenti u jmur kontra r-Regolamenti tal-Persunal; jinsisti għal kjarifika tar-ċirkostanzi ta' kull missjoni fit-tul, u partikolarment tad-divulgazzjoni tar-raġunijiet u tal-kostijiet għal tali missjoni fit-tul;

33.  Ifakkar li, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali kollha u l-aġenti l-oħrajn tal-Unjoni, anki dawk li jaħdmu fil-kabinetti, għandhom jaqdu dmirijiethom unikament billi jżommu quddiem għajnejhom l-interessi tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-uffiċjali tal-Unjoni huma mħallsin minn flus il-kontribwenti, li mhumiex maħsubin biex jiffinanzjaw l-istampa jew lil membri tal-persunal ieħor involuti fil-promozzjoni ta' kwalunkwe interess politiku nazzjonali ta' President; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi dispożizzjonijiet ċari fir-regolamenti tal-Parlament;

34.  Jinnota d-deċiżjoni tal-President tal-21 ta' Ottubru 2015 bl-intenzjoni li jaħtar persuni f'karigi maniġerjali fi ħdan il-Parlament mingħajr rispett tal-proċeduri, u partikolarment mingħajr ma saret sejħa għal applikazzjonijiet; jinnota li din id-deċiżjoni "ma tikkorrispondix għar-regoli" (risposta tal-amministrazzjoni marbuta mat-tieni kwestjonarju tal-Kumitat CONT); jinsisti fuq il-fatt li din id-deċiżjoni tal-President għandha tkun formalment revokata;

35.  Jinnota li fil-15 ta' Diċembru 2015 il-President awtorizza l-allokazzjoni ta' allowance speċjali illimitata lill-persunal tal-kabinett tiegħu, oltre l-allowance eżistenti, minkejja li r-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedux din l-allowance speċjali; jerġa' jqajjem il-kwistjoni dwar il-leġittimità ta' din l-awtorità u l-validità tal-allowances speċjali; jitlob li tkun eżaminata l-possibbiltà li jkun jaf jekk id-deċiżjoni kkonċernata għandhiex tkun revokata;

Il-ġestjoni tal-iskema ta' sussidju għall-gruppi ta' viżitaturi

36.  Jinnota l-adozzjoni min-naħa tal-Bureau, fl-24 ta' Ottubru 2016, tar-Regoli riveduti li jirregolaw il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-gruppi ta' viżitaturi sponsorjati;

37.  Jilqa’ l-fatt li dawn inaqqsu konsiderevolment il-pagamenti fi flus kontanti u jintroduċu l-obbligu tat-trasferimenti elettroniċi, b'hekk jonqos ir-riskju ta' serq kif ukoll ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament, filwaqt li tkompli tkun garantita flessibbiltà konsiderevoli; isostni l-intenzjoni tal-Bureau li jevalwa s-sistema riveduta wara sena mill-implimentazzjoni; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-assistenti parlamentari jistgħu jkunu nominati biex jirċievu pagamenti fil-kontijiet personali tagħhom u jiċċertifikaw l-ispejjeż tal-grupp; jibża' li dan ipoġġi responsabbiltà ġuridika u finanzjarja inutli fuq l-assistenti parlamentari akkreditati u jesponihom għal riskji potenzjali; iħeġġeġ lill-Bureau jerġa' jeżamina din il-kwistjoni bħala prijorità;

38.  Jiddeplora l-fatt li l-Parlament ta l-kwittanza lill-President tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2014 u fl-aħħar minuta ħassar paragrafi importanti, b'hekk qajjem aktar dubji dwar l-attivitajiet politiċi tal-President u l-aġir finanzjarju tiegħu matul l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014;

Ir-reġistru ta' trasparenza u l-kunflitti ta' interess

39.  Jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni min-naħa tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-pubbliku murija lill-Parlament u lill-amministrazzjoni tiegħu; josserva, madankollu, li ċerti ġurnalisti jsibuha diffiċli jiksbu l-informazzjoni speċifika li jkunu qegħdin ifittxu; jirrimarka li t-trasparenza tal-Parlament u tal-amministrazzjoni tiegħu hija essenzjali għal-leġittimità tal-istituzzjoni u li, dejjem fir-rispett tar-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tad-data, għandu jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni;

40.  Jistieden lill-Bureau jippubblika fuq is-sit web tal-Parlament id-dokumenti rilevanti ppreżentati lilu mis-Segretarju Ġenerali f'forma li jista' jinqara elettronikament, sakemm ma n-natura tal-informazzjoni li tkun fihom ma tagħmilx dan possibbli, bħal fil-każ, ngħidu aħna, tal-protezzjoni tad-data personali;

41.  Jisħaq fuq il-bżonn li xogħol il-korpi deċiżjonali interni tal-Parlament, partikolarment il-Bureau, isir aktar trasparenti u aċċessibbli; jappella għall-pubblikazzjoni fl-Intranet tal-aġendi tal-Bureau f'ħin utli u għall-pubblikazzjoni tal-minuti b'mod ħafna aktar tempestiv; josserva li mhuwiex neċessarju li dak li jkun jistenna sakemm dawn jiġu tradotti bil-lingwi kollha;

42.  Ifakkar fl-obbligu tal-Membri li jinformaw minnufih lill-amministrazzjoni b'kull bidla fid-dikjarazzjonijiet ta' interessi tagħhom;

43.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, u jevidenzja r-rikjesti kollha għal azzjoni jew deċiżjoni min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiddefinixxi pjan ta' azzjoni u kalendarju li lill-Bureau jippermettilu jagħti segwitu u/jew jirrispondi lir-rakkomandazzjonijiet misjuba fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza u jinkludi r-riżultati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta f'ħin utli lill-Kumitat għall-Baġits u lill-KumitatCONT dwar il-proġetti kollha b'impatt konsiderevoli fuq il-baġit li ġew ippreżentati lill-Bureau;

44.  Jemmen li l-Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw is-sit web tal-Parlament biex jiggarantixxu lill-eletturi tagħhom l-akbar trasparenza possibbli rigward l-attivitajiet tagħhom u jistieden, għaldaqstant, lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa sistema li l-Membri jistgħu jużaw biex jippubblikaw id-dettalji tal-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' interessi; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jagħmel dan possibbli mill-aktar fis, kif diġà mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014;

45.  Jistieden lill-Bureau biex jiddefinixxi u jippubblika r-regoli dwar l-użu tal-allowance għan-nefqa ġenerali (GEA);

46.  Jinnota li mhux il-Membri kollha jafu bil-possibbiltà li jirritornaw l-eċċess tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; ifakkar lill-Membri li l-GEA ma jikkostitwix salarju personali addizzjonali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippubbliċizza din il-possibbiltà b'mod prijoritarju; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirritornaw l-eċċess fi tmiem il-mandat tagħhom;

47.  Jistieden, analogament, lis-Segretarju Ġenerali jforni lill-Membri li jixtiequ jippubblikaw fil-paġni tas-sit web personali tagħhom l-informazzjoni dwar kwalunkwe allowance ieħor imħallas lilhom mill-Parlament, bir-reġistrazzjoni tad-data xierqa li tista' tkun faċilment riproċessata;

48.  Jistieden barra minn hekk lis-Segretarju Ġenerali jassisti b'mod analogu anki lill-gruppi politiċi interessati;

49.  Jinnota li fis-sit web tal-Parlament hemm disponibbli firxa wiesgħa ta' dokumenti li jirrigwardaw id-deċiżjoni relatata mar-rikonoxximent tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, flimkien mad-dettalji li jispeċifikaw l-ammont finali tal-finanzjament; jitlob lill-Parlament jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal reviżjoni tal-att ġuridiku attwali tal-Unjoni dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej(11), biex jipprevedi wkoll rekwiżiti aktar rigorużi għat-twaqqif ta' partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, bil-għan li jkunu evitati l-abbużi;

50.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' formola speċjali għar-rapporteurs, li fiha dawn tal-aħħar jistgħu jindikaw liema rappreżentanti ta' interessi influwenzaw ir-rapporti tagħhom (impronta leġiżlattiva);

51.  Itenni l-appell tiegħu lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tipproduċi rapport dwar l-użu tar-reċinti tal-Parlament min-naħa tar-rappreżentanti ta' interessi u tal-organizzazzjonijiet esterni l-oħra;

52.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kodiċi ta' mġiba attwali tal-Membri jaf ikollu bżonn titjib ulterjuri biex ikunu evitati l-kunflitti ta' interessi, billi tingħata attenzjoni speċjali lis-segwenti:

   xogħlijiet aċċessorji bi ħlas tal-Membri;
   attivitajiet ta' lobbying iddestinati lill-istituzzjonijiet Ewropej minn ex Membri matul il-perjodu li fih għandhom dritt għal allowance tranżitorju;
   ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-Membri;
   kompożizzjoni u kompetenzi tal-kumitat konsultattiv.

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

53.  Jilqa' favorevolment l-iżvilupp ta' indikaturi għall-kejl tar-riżultati fir-rigward tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Parlament u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiddedika, fir-rapport tal-2016 dwar l-attivitajiet tal-Parlament, taqsima speċifika dwar l-effikaċja ta' dan l-approċċ il-ġdid imsejjes fuq ir-rendiment fil-qasam tal-komunikazzjoni;

54.  Isostni d-diversi programmi mmirati li jaġevolaw iż-żjarat ta' ġurnalisti u ċittadini interessati li jsiru jafu aktar dwar l-attivitajiet tal-Parlament;

55.  Itenni, f'dan ir-rigward, l-appell tiegħu fil-kwittanza għall-2014 li fiha ġie kkonstatat li s-sit web tal-Parlament baqa' relattivament diffiċli għall-użu, b'navigazzjoni diffiċli u ma kienx għadu daħħal l-aktar żviluppi teknoloġiċi reċenti, bir-riżultat li kien diffiċli li dak li jkun isib l-informazzjoni rilevanti malajr; ġie rrimarkat ukoll li, fid-dawl tal-importanza tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej, is-sit web ma jikkontribwix għat-titjib tad-dehra tal-Parlament fost il-pubbliku ġenerali;

56.  Jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) jintroduċi sit web aktar effiċjenti u faċli għall-utenti li jdaħħal magna tat-tiftix fis-sit web aktar effiċjenti, wieħed li se jgħolli l-profil tal-Parlament mal-pubbliku ġenerali u jikkorrispondi b'mod aktar dirett għall-ħtiġijiet u għall-interessi taċ-ċittadini; josserva li nkisbu biss riżultati medjokri, minkejja li ntefqu riżorsi konsiderevoli;

57.  Jesprimi tħassib dwar l-effikaċja tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament; Jappella, f'dan ir-rigward, li jsir rieżami komprensiv tal-istrateġija attwali u, partikolarment, approċċ aktar attiv lejn dawk li mhumiex awtomatikament interessati fl-attivitajiet tal-Parlament jew dawk li saħansitra huma xettiċi dwar il-funzjonament tiegħu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa strateġija ġdida bil-għan li tkun estiża ulterjorment lejn dawn iċ-ċittadini biex dawn tal-aħħar ikunu involuti wkoll, anki permezz tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni, tal-indirizzar adegwat tal-preġudizzji inġustifikati filwaqt li jkunu evitati kampanji ta' reklamar bla bżonn u li jqumu ħafna flus;

58.  Jissottolinja l-bżonn ta' modernizzazzjoni tal-missjoni tal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament billi jkun ottimizzat l-użu tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni l-ġodda u tkun sfruttata l-pożizzjoni ġeografika privileġġjata tagħhom, viċin iċ-ċittadini, ħalli titkompla l-intensifikazzjoni tal-attivitajiet "going local", bħal dibattiti organizzati mal-Membri u mas-soċjetà ċivili, bit-tir li jiġu mismugħa n-nies u jkunu involuti; jenfasizza li d-dibattitu online u l-attenzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni mqanqla minn tali avvenimenti għandhom jikkontribwixxu biex tissaħħaħ aktar il-viċinanza maċ-ċittadini; jinnota li l-bini u l-persunal tal-uffiċċji tal-informazzjoni fl-Istati Membri jqumu ħafna flus b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-ammont ta' flus li jintefaq għall-funzjonijiet ewlenin ta' dawn l-uffiċċji; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat CONT, sa tmiem l-2017, rapport dettaljat dwar l-attività u l-finanzi tal-uffiċċji tal-informazzjoni fl-ibliet ta' Brussell u Strasburgu rispettivament, b'enfasi speċjali fuq il-valur miżjud tagħhom;

59.  Huwa mħasseb bir-risposti mogħtija lill-mistoqsijiet għal risposta bil-miktub dwar l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament f'ċerti Stati Membri, billi fil-maġġor parti tal-każijiet frazzjoni biss tal-kostijiet operattivi tagħhom tirriżulta mill-għanijiet u mill-kompiti reali ta' tali uffiċċji, filwaqt li l-parti l-kbira tal-flus tintefaq fuq il-kiri tal-uffiċċini u s-salarji u l-ispejjeż tal-vjaġġi tal-persunal tagħhom;

60.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jtejjeb il-komunikazzjoni interna bejn id-diversi direttorati ġenerali, sabiex l-iżvilupp, pereżempju, ta' strumenti importanti ġodda bħat-tren leġiżlattiv isiru magħrufa mal-pubbliku ġenerali, kemm intern kif ukoll estern;

Premju LUX

61.  Jilqa' l-preżentazzjoni konġunta, li saret mill-Kumitat CONT u mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-istħarriġ, kif mitlub fil-kwittanza għall-2013, li sar biex jiddetermina jekk il-Premju LUX huwiex magħruf u b'liema mod jitqies fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, kif ukoll tar-riżultati relatati;

62.  Ifakkar li l-istħarriġ kien jirrigwarda, prinċipalment, il-fatt jekk il-Premju Ċinematografiku LUX huwiex magħruf fost il-Membri u r-reġisti ċinematografiċi, l-għan tal-Premju, li huwa li juri liċ-ċittadini l-impenn tal-Parlament favur valuri kunsenswali, bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, kif ukoll l-impenn tiegħu favur id-diversità kulturali u lingwistika;

63.  Jinnota li l-istħarriġ kellu rata ta' risposta baxxa, 18 % biss tal-Membri li jikkomponu l-Parlament, li jikkorrispondu għal 137 Membru mill-gruppi politiċi u mill-Istati Membri kollha, u li fost dawn il-Membri aktar minn 90 % kienu jafu bil-Premju Ċinematografiku LUX, 75 % fehmu l-iskop tiegħu u aktar minn 80 % kellhom opinjoni pożittiva tal-Premju;

64.  Mhuwiex konvint bil-metodu ta' selezzjoni li bih il-Membri jiddeċiedu l-kandidati u jagħżlu r-rebbieħ tal-Premju, u jistieden lill-Bureau jirrapporta dwar mudelli alternattivi biex jinkisbu ir-riżultati mixtieqa, pereżempju billi jingħata sostenn lil inizjattiva kumparabbli meħuda mill-organizzazzjonijiet tar-reġisti ċinematografiċi stess;

65.  Jinnota li, minkejja li maż-żmien in-numru tal-ispettaturi żdied, 43 000 spettatur fil-livell tal-Unjoni jirrappreżentaw ċifra li għadha baxxa wisq u tqanqal il-mistoqsija ta' jekk il-Premju LUX huwiex ġustikabbli;

Dar l-Istorja Ewropea

66.  Jiddispjaċih bid-dewmien ripetut li ġarrab il-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea, li oriġinarjament kien ippjanat għal Marzu 2016 u mbagħad ġie pospost għal Settembru u għal Novembru 2016, u bħalissa pprogrammat għas-6 ta' Mejju 2017;

67.  Jinnota bi tħassib id-diskussjonijiet li għaddejjin dwar in-natura tal-wirjiet temporanji; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza akkademika ta' Dar l-Istorja Ewropea f'termini ta' kontenut u disinn tal-wirja, u li dawn ikunu definiti esklussivament minn kriterji mużeoloġiċi u storiċi;

68.  Jinnota bi pjaċir li, skont l-istimi, Dar l-Istorja Ewropea se tilqa' 250 000 viżitatur fis-sena; jirrimarka li l-kostijiet operattivi annwali ta' din il-faċilità huma stmati minn qabel għal EUR 13,3-il miljun; jesprimi t-tħassib tiegħu għan-numru proporzjonalment baxx ta' viżitaturi meta mqabbel mal-kostijiet operattivi, fid-dawl tal-fatt li fl-2015, il-Parlament laqa' 326 080 viżitatur u li l-kost operattiv kien biss EUR 4,3 miljun;

69.  Jinnota li bl-istabbiliment tal-Parlamentarium u l-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea, il-Parlament u l-inħawi ta' madwaru qed isiru attrazzjoni għaċ-ċittadini u t-turisti u dan se jġib miegħu għarfien aħjar tar-rwol tal-Parlament u jispjega liċ-ċittadini l-impenn tal-Parlament lejn valuri kunsenswali bħad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà; jitlob li l-Bureau jikkunsidra li jidħol fi djalogu mal-awtoritajiet lokali biex jara kif dawn tal-aħħar jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament u l-ġestjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea;

70.  Jistieden lill-Bureau jikkunsidra li jadatta t-tmexxija ta' Dar l-Istorja Ewropea f'approċċ aktar interistituzzjonali, jeżamina kooperazzjoni ulterjuri ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, speċjalment il-Kummissjoni u l-Kunsill;

71.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tikkontribwixxi EUR 800 000 fis-sena għall-kostijiet operattivi ta' Dar l-Istorja Ewropea; iqis, madankollu, li l-Kummissjoni jmissha tikkontribwixxi proporzjon ferm akbar għall-kostijiet operattivi annwali stmati;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS)

72.  Josserva li, sal-31 ta' Diċembru 2015, total ta' 5 391 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju kienu impjegati fi ħdan is-Segretarjat (b'żieda ta' 96 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014) u total ta' 771 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-gruppi politiċi (b'żieda ta' 26 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014). Flimkien mal-aġenti kuntrattwali, id-DĠ PERS kien responsabbli minn 9 402 membri tal-persunal (b'żieda ta' 467 meta mqabbla mal-31 ta’ Diċembru 2014);

73.  Jinnota li fl-1 ta' Jannar 2015, 47 post tħassru mill-organigramma tal-Parlament skont ir-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-QFP għall-perjodu 2014-2020, b'hekk it-total tal-organigramma ammonta għal 6 739 post li minnhom 5 723 (84,9 %) kienu għas-Segretarjat u 1 016 (15,1 %) għall-gruppi politiċi. Fil-31 ta' Diċembru 2015, 4,9 % tal-postijiet fis-Segretarjat kienu vakanti, meta mqabbel ma' 9,6 % fi tmiem l-2014;

74.  Jilqa' l-fatt li l-bilanċ tal-ġeneru fost id-diretturi ġenerali tjieb minn 18,2 % / 81,8 % fl-2014 għal 33,3 % / 66,7 % fl-2015, iżda josserva li l-bilanċ tal-ġeneru fost id-diretturi niżel minn 34 % / 66 % fl-2014 għal 31,1 % / 68,9 % fl-2015; ifakkar li n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta tal-membri tal-persunal tal-Parlament, iżda huma rrappreżentati f'parti limitata tal-postijiet maniġerjali; josserva li l-bilanċ tal-ġeneru fost il-kapijiet ta' unità kompla jiżdied minn 30 % / 70 % fi tmiem l-2014 għal 31,2 % / 68,8 % fi tmiem l-2015; jenfasizza li l-iżbilanċi fil-postijiet maniġerjali għandhom għaldaqstant jippersistu u li l-programm tal-opportunitajiet indaqs għal dawn il-postijiet jibqa' jkollu importanza assoluta; huwa tal-fehma soda li, sal-2019, tal-anqas 40 % tal-postijiet maniġerjali fil-Parlament għandhom ikunu okkupati minn nisa;

75.  Jesprimi s-sorpriża tiegħu dwar il-fatt li l-kumitat konsultattiv tal-Parlament għall-ħatra tal-uffiċjali għolja jikkonsisti unikament minn persunal maniġerjali għoli u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinkludi rappreżentant ta' assoċjazzjoni tal-persunal;

76.  Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-numri tal-membri tal-persunal b'nazzjonalità partikolari u d-daqs tal-popolazzjoni tal-Istati Membri korrispondenti, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-Parlament laħaq kompożizzjoni kumplessivament ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu sussegwentement; jiġbed l-attenzjoni iżda għall-fatt li dawn l-Istati Membri għadhom jirrappreżentaw 3 % biss tal-persunal fil-livell ta' "amministratur għoli" (AD12-16) fit-tliet postijiet tax-xogħol, meta mqabbla mal-perċentwal tagħhom tal-popolazzjoni tal-Unjoni, li hu 21 % u li għadu mistenni aktar progress f'dan ir-rigward;

77.  Jirrikonoxxi l-fatt li għal ċerti attivitajiet, bħat-tmexxija tal-kantins u t-tindif, il-Parlament ipprefera l-għażla tal-esternalizzazzjoni u, b'konsegwenza ta' dan, għal ċerti DĠ, in-numru ta' persunal estern fil-binjiet tal-Parlament jista' saħansitra jaqbeż in-numru ta' uffiċjali;

78.  Jinnota, madankollu, li dawn id-deċiżjonijiet ta' esternalizzazzjoni ma jistgħux jagħtu spjegazzjoni tal-użu tal-persunal estern kollu u li, pereżempju fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC), il-proporzjon bejn persunal estern u uffiċjali huwa diffiċli li tiġġustifikah;

79.  Jesprimi l-fehma tiegħu li l-persunal estern ma għandux jintuża biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fin-numru ta' postijiet kif maqbul fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u fil-QFP attwali;

80.  Jinnota r-risposti tas-Segretarju Ġenerali dwar il-kundizzjonijiet applikati mill-Parlament għall-kuntratti esterni; jenfasizza li l-amministrazzjoni jeħtieġ li ssegwi mill-qrib u sistematikament il-fornituri tas-servizzi bil-għan li jirrispettaw rigorożament il-leġiżlazzjoni fil-qasam, fost oħrajn, tal-impjiegi, tas-sikurezza u tad-drittijiet soċjali, applikabbli għall-persunal estern kollu li jaħdem fi ħdan ir-reċinti tal-Parlament, pereżempju fil-kantins, fit-tindif, fil-manutenzjoni, eċċ.; jistieden lill-Parlament jintroduċi mekkaniżmi ta' allarm u kontroll perjodiċi bil-għan li jipprevjeni u jaqbad eventwali każijiet, iżolati jew sistematiċi, ta' negliġenza, abbuż jew ksur, b'mod li jkun jista' jieħu azzjoni immedjata;

81.  Jinnota li l-proċedura biex il-gwardji ta' sigurtà tal-Parlament isiru servizz intern tlestiet u li l-istess proċedura għas-servizz tax-xufiera għaddejja bħalissa; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-Kumitat CONT dwar dak li dawn il-proċeduri għallmu u kwalunkwe ffrankar li sar bħala konsegwenza;

82.  Jinnota bi tħassib li l-persunal tal-kantins ma jitħallasx skont is-sigħat imniżżla fil-kuntratt tiegħu fil-ġimgħat li fihom il-Membri jaħdmu f'postijiet oħra, pereżempju fil-ġimgħat riservati għall-attivitajiet esterni tal-Parlament (fid-distretti elettorali) jew waqt is-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu u li lil numru konsiderevoli ta' dawn il-membri tal-persunal jiġi applikat tnaqqis tas-sigħat tax-xogħol, b'konsegwenzi fuq il-ħajja tax-xogħol u fuq ir-remunerazzjoni tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali joħroġ b'soluzzjoni fl-ambitu tan-negozjati mal-fornitur tas-servizzi tal-kantins, li tiggarantixxi lill-impjegati sigħat regolari u ħlas kull ġimgħa;

83.  Jinnota li fi tmiem l-2015 kien hemm 1 813-il assistent parlamentari akkreditat (APA) jaħdmu mal-Parlament, meta mqabbel ma' 1 686 sena qabel. Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-APA u tal-assistenti lokali, billi l-kuntratti tagħhom huma direttament marbutin mal-mandat tal-Membri li lilhom jagħtu assistenza, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li l-APA huma membri tal-persunal b'kuntratt tax-xogħol mal-Parlament, filwaqt li l-assistenti lokali huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

84.  Jiddispjaċih li r-rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l- APA ma ġiex ippreżentat lill-Kumitat CONT sa tmiem l-2016, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014, u li, sal-lum, għadu ma ġiex ippreżentat;

85.  Jirrimarka li f'każijiet ta' fastidju jew żvelar ta' informazzjoni protetta (whistleblowing), l-APA jinsabu b'pożizzjoni partikolarment vulnerabbli, peress li l-kuntratti tagħhom jissejsu fuq fiduċja reċiproka bejn il-Membru u l-assistent tiegħu; jinnota li jekk din il-fiduċja tkun nieqsa, din tkun raġuni biżżejjed biex il-kuntratt jintemm; jinnota, barra minn hekk, li jekk il-Membru jkollu jirriżenja minħabba danni għar-reputazzjoni li jirriżultaw minn reat jew ksur ieħor tal-liġi, dan normalment ifisser li l-kuntratti tal-assistenti kollha tiegħu jintemmu wkoll; jitlob, għalhekk, it-tisħiħ immedjat tar-rappreżentanza tal-APA fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju, u jkun garantit il-bilanċ tal-ġeneru, kif diġà mitlub fil-kuntest tal-kwitttanza għall-2013 u għall-2014; jistieden lill-Bureau jassenja fondi suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tal-APA li ressqu lment, li spiss ma jkollhomx il-mezzi neċessarji biex imorru personalment Brussell biex jippreżentaw il-każ tagħhom lill-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju; jitlob li, fl-ambitu tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, tkun eżaminata l-possibbiltà li jkunu previsti miżuri finanzjarji kumpensatorji għall-APA, bil-għan li jkunu garantiti t-trattament indaqs tal-APA u r-rikonoxximent tal-vulnerabbiltà partikolari tagħhom f'każ ta' fastidju jew ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

86.  Jilqa' l-intenzjoni tal-amministrazzjoni biex titnieda proċedura ta' adegwament tal-allowances b'rata fissa għall-missjonijiet fi Strasburgu li jirċievu l-APA, li huma notevolment inqas minn dawk li jirċievu l-uffiċjali permanenti; jenfasizza li l-adegwament għandu jissejjes fuq metodu ta' kalkolu trasparenti u li għandu jkun f'korrelazzjoni diretta mar-reviżjoni reċenti 'l fuq tal-allowances u tal-limiti massimi għall-ispejjeż ta' akkomodazzjoni għall-uffiċjali permanenti; jenfasizza wkoll li għandha tiddaħħal l-indiċizzazzjoni awtomatika tal-allowances għar-reviżjonijiet futuri;

87.  Jiddeplora l-fatt li l-Bureau ma weġibx għat-talba li saritlu mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-2013 u għall-2014, biex japplika lill-APA l-istess allowances ta' kuljum li jirċievu l-membri l-oħra tal-persunal; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti, qabel ma jiġu implimentati l-eventwali bidliet, stima tal-kost addizzjonali li jkun jirriżulta permezz ta' dan l-adegwament; jissottolinja sadanittant il-fatt li l-limiti massimi attwali għar-rimborżi tal-missjonijiet għall-assistenti parlamentari akkreditati ilhom mill-2009 ma jiġu adegwati u li d-diskrepanza bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-membri l-oħra tal-persunal żdiedet ulterjorment biex laħqet tal-anqas l-40% b'segwitu għall-introduzzjoni tal-limiti massimi l-ġodda li ġew approvati mill-Kunsill fid-9 ta' Settembru 2016 u li sa issa ġew applikati biss għall-uffiċjali tal-persunal, mill-10 ta' Settembru 2016; jappella għalhekk lill-Bureau biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrimedja għal din l-inugwaljanza;

88.  Jiddispjaċih ħafna rigward il-fatt li, f'każ ta' mewt jew ta' riżenja ta' Membru, il-perjodu ta' impjieg ta' APA jintemm mat-tmiem tax-xahar ta' kalendarju rilevanti; jenfasizza li, għalhekk, jekk il-mandat tal-Membru jintemm l-aħħar jum ta' xahar partikolari, l-APA x'aktarx lanqas ikollu ġurnata waħda ta' preavviż; jitlob li din is-sitwazzjoni inaċċettabbli tissolva fl-ambitu tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, billi l-perjodu ta' preavviż jintrabat ma' perjodu ta' żmien definit, pereżempju erba' ġimgħat, minflok milli max-xhur ta' kalendarju; jitlob ukoll lill-Bureau jintroduċi malajr miżuri temporanji biex tinstab soluzzjoni provviżorja għal din il-problema qabel ma ssir tali reviżjoni ġuridika;

89.  Huwa mħasseb fuq l-allegata prassi skont liema l-Membri jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjoni, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ma dawn ikollhom la ordnijiet ta' missjoni u lanqas jieħdu rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni jew tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; huwa tal-opinjoni li din il-prassi tagħti lok għal abbuż: fl-assenza ta' ordni ta' missjoni, l-APA jkollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż u mhumiex koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Bureau jiżgura li r-Regolamenti tal-Persunal jiġu implimentati sewwa u jippenalizza lil dawk il-Membri li jiksru r-regoli;

90.  Jinnota li t-trainees għandhom dritt għal skont ta' EUR 0,50 għall-platti prinċipali fir-ristoranti self-service kollha ta' Brussell u Lussemburgu u ta' EUR 0,80 f'dawk ta' Strasburgu; iqis madankollu li, fid-dawl tal-livell medju tal-paga li jaqalgħu t-trainees u tal-prezzijiet għoljin applikati f'dawn l-aħħar sentejn, tali skontijiet mhumiex biżżejjed biex iħallu lanqas l-iċken impatt fuq il-finanzi tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti roħs fil-prezz skont ir-remunerazzjoni tagħhom;

91.  Jistieden lill-Bureau jiżgura li jkunu garantiti d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni lill-APAs li ħadmu mingħajr interruzzjoni għal dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi; jistieden lill-amministrazzjoni, f'dan ir-rigward, tressaq proposta li tqis id-deċiżjoni li ssir elezzjoni bikrija fl-2014, u l-ħin mgħoddi fil-proċedura ta' reklutaġġ meta tkun qed tikkalkula l-perjodu ta' 10 snin ta' servizz mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal;

92.  Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti tikkunsidra mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, f'ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri.

93.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau janalizzaw u jsolvu l-problemi li jinħolqu prinċipalment mill-aħħar bidla tal-kundizzjonijiet rigward l-APA (bħad-dewmien tal-iffirmar tal-kuntratti, l-interruzzjoni tal-kuntratti l-elezzjonijiet Ewropej bikrija, eċċ.) li tista' jkollha konsegwenzi gravi għall-ksib futur tad-drittijiet tax-xogħol min-naħa tal-APA; jitlob ukoll li r-rappreżentanti tal-APA jkunu involuti fit-tfittxija tas-soluzzjonijiet;

94.  Jitlob lill-Parlament, fl-interessi tal-opportunitajiet indaqs u tar-rispett tad-drittijiet tax-xogħol, jadotta linji gwida dwar l-attribuzzjoni ta' grad lill-APA u jiżviluppa deskrizzjonijiet tax-xogħol, responsabbiltajiet u kompiti ċari korrispondenti għall kull grupp ta' funzjoni;

95.  Jinnota li fl-2015 in-numru ta' każijiet ta' tmiem tas-servizz kien 154, li minnhom 126 kienu każijiet ta' rtirar, 13-il każ ta' invalidità, disa' każijiet ta' riżenja u sitt każijiet ta' mewt; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżegwixxi b'mod rigoruż ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali wara t-t-tmiem tas-servizz fil-Parlament, partikolarment f'każijiet ta' riżenja, billi huwa sorprendenti li l-ebda każ ta' kunflitt ta' interessi potenzjali ma ġie qatt ippubblikat;

96.  Jinnota bi tħassib li mhumiex previsti dispożizzjonijiet speċjali għall-persunal fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali, huwa u jirrikonoxxi li din il-kwistjoni tolqot lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha, jidħol fi djalogu mal-Kummissjoni biex jaċċerta ruħu li l-persunal ta' ċittadinanza Brittanika ma jisfax vittma fil-każ ta' Brexit, u li d-drittijiet statutorji, kuntrattwali u akkwiżiti tiegħu jkunu salvagwardati bis-sħiħ;

97.  Jitlob organizzazzjoni aktar effiċjenti tal-korsijiet ta' taħriġ biex ikunu adattati għall-esiġenzi speċifiċi tal-APA;jitlob, b'mod partikolari, lill-amministrazzjonitqis il-kalendarju tal-attivitajiet parlamentari u tal-Membri u tiddefinixxi orarji adegwati u suġġetti speċifiċi;

98.  Jirrimarka l-fatt li 43 % tal-persunal tal-Parlament iqis li t-telexogħol ikollu effett pożittiv fuq is-sodisfazzjon professjonali tagħhom; jenfasizza li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni li ma daħħlitx it-telexogħol u s-sistema tal-flexitime, filwaqt li t-tnejn ilhom bosta snin applikati fil-maġġor parti tal-istituzzjonijiet l-oħra, partikolarment il-Kummissjoni, b'riżultati bil-provi f'termini ta' żieda fil-produttività u titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-membri tal-persunal; josserva li l-Parlament daħħal it-telexogħol okkażjonali f’ Ottubru 2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lis-servizzi kollha interessati, inklużi l-Membri u l-assistenti tagħhom, dwar l-implimentazzjoni ta' dan is-servizz; jitlob ukoll li s-sistema tal-"flexitime" tiġi inkorporata malajr kemm jista' jkun fil-prattiki ta' ħidma tal-Parlament;

99.  Jistieden lill-Parlament ibiddel ir-regoli tiegħu dwar l-internships offruti mill-Membri u mill-gruppi politiċi, bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni tal-interns u tat-trainees fil-Parlament, inkluża remunerazzjoni dinjituża, id-definizzjoni ta' tul ta' żmien limitat tat-traineeships u ftehim ta' tagħlim;

DĠ FINS

Kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew

100.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Parlament jippubblika fis-sit web tiegħu lista annwali kompluta ta' dawk il-kuntratturi kollha tiegħu li ngħataw kuntratt ta' valur ogħla minn EUR 15 000, u li tali lista tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kuntrattur, it-tip u s-suġġett tal-kuntratt, it-tul ta' żmien u l-valur tiegħu, il-proċedura segwita u d-direttorat ġenerali rilevanti;

101.  Jirrimarka li din il-lista tmur oltre r-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jagħmlu disponibbli l-informazzjoni sħiħa dwar il-kuntratturi u l-kuntratti kollha mogħtija permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, inklużi każijiet ta' għoti dirett jew proċeduri ristretti;

102.  Isostni l-konklużjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġu jwaqqfu arkivju pubbliku uniku ta' informazzjoni li fih tinżamm l-informazzjoni relatata mal-kuntratti ta' akkwist tagħhom sabiex jippermetti li jkun hemm trasparenza u monitoraġġ ex post effikaċi tal-attivitajiet ta' akkwist tagħhom;

103.  Jirrimarka li, minkejja l-appelli preċedenti għal titjib, is-servizz li toffri l-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament għadu insodisfaċenti, inkwantu l-prezzijiet huma relattivament għoljin u l-aġenzija ma rnexxilhiex tinnegozja ftehimiet mal-kumpaniji tal-ajru prinċipali biex tikseb prezzijiet aktar vantaġġjużi u flessibbiltà akbar fl-arranġamenti tal-vjaġġi;

104.  Jistieden lill-aġenzija tipprova b'mod attiv toffri prezzijiet orħos indipendentement mill-kumpanija tal-ajru inkwistjoni; jitlob li l-aġenzija tintroduċi proċess ta' feedback (stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utenti), biex tidentifika s-setturi li fihom huwa possibbli li tagħmel progress ulterjuri;

Fond pensjonistiku volontarju

105.  Jinnota li fi tmiem l-2015 id-defiċit attwarjali stmat tal-Fond pensjonistiku volontarju kien żied sa EUR 276,8 miljun; ikompli josserva li, fi tmiem l-2015, l-ammont ta' attiv nett li għandu jitqies u l-impenn attwarjali jammontaw għal EUR 155,5 miljun u EUR 432,3 miljun rispettivament;

106.  Ifakkar li dan il-passiv futur previst jinfirex fuq bosta deċennji iżda josserva li l-ammont totali mħallas fl-2015 mill-Fond pensjonistiku volontarju jammonta għal EUR 15,8-il miljun;

107.  Jirrimarka li dan iqajjem tħassib dwar il-possibbiltà li l-Fond jiġi eżawrit u li l-Parlament huwa l-garanti tal-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-Fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu;

108.  Jistieden lill-Bureau għal darb'oħra biex, malajr kemm jista' jkun, jagħmel valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond pensjonistiku;

109.  Ifakkar fil-paragrafu 112 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tas-sena li għaddiet(12) li fiha jsir appell biex issir valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond pensjonistiku; jiddispjaċih li tali valutazzjoni għadha ma saritx;

110.  Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-2013, li kienet valida d-deċiżjoni biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u biex tkun allinjata mal-Istatut il-ġdid għall-Membri;

111.  Iqis li, meta normalment il-fondi pensjonistiċi nazzjonali huma suġġetti għal standards rigorużi u ma jistgħux fl-ebda każ ikollhom defiċit attwarjali, il-Fond pensjonistiku volontarju issa għandu defiċit attwarjali ta' 64 % tal-impenn attwarjali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Bureau pjan ta' azzjoni komprensiv intiż li jevita eżawriment bikri tal-Fond;

Kwistjonijiet oħra

112.  Jiddispjaċih bil-fatt li l-Parlament huwa u jagħżel ma' liema istituzzjonijiet finanzjarji jittratta għall-pagamenti u għall-kontijiet tiegħu, ma tingħata l-ebda attenzjoni lill-politiki ta' dawn l-istituzzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji u jfakkar lis-Segretarju Ġenerali jaċċerta ruħu li fil-ġejjieni l-Parlament jittratta primarjament ma' istituzzjonijiet finanzjarji b'politiki ta' investiment li jikkonċentraw fuq is-sostenibbiltà u fuq aspetti oħrajn tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji;

113.  Jenfasizza li fl-2015 il-Parlament kellu medja ta' EUR 106,25 miljun fil-kontijiet bankarji mingħajr ma qala' l-ebda introjtu mill-imgħax; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżamina jekk huwiex neċessarju li jkun hemm ammont daqshekk għoli ta' likwidità u, b'mod partikolari, jistiednu jtejjeb il-ġestjoni tat-teżor f'dan ir-rigward u, jekk possibbli, isib modi kif iżid ir-redditi minn tali depożiti;

DĠ ITEC

114.  Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni tal-orjentamenti strateġiċi 2014-2019 tad-DĠ ITEC; iqis li huma bosta l-bidliet fl-ambjent tax-xogħol elettroniku għall-Membri u għall-persunal li qegħdin jiġu implimentati, iżda l-implikazzjonijiet ta' dawn il-bidliet, fosthom l-opportunitajiet il-ġodda, huma relattivament ftit magħrufa u qegħdin jiġu żviluppati prinċipalment fi ħdan id-DĠ ITEC; jitlob kooperazzjoni aktar stretta bejn id-DĠ ITEC u d-DĠ COMM bil-għan li titjieb il-komunikazzjoni interna u esterna dwar il-ħafna innovazzjonijiet li ġew jew li dalwaqt jiġu implimentati;

115.  Jifhem li l-isforzi li jagħmel id-DĠ ITEC biex itejjeb in-numru tar-riżultati relatati mal-paġni tal-web tal-Parlament fil-kuntest tal-magna tat-tiftix Google; huwa, madankollu, ukoll tal-fehma li l-magna tat-tiftix fi ħdan is-sit web tal-Parlament stess imissha twassal għal riżultati utli, biex b'hekk l-utenti jkunu jistgħu jinqdew effettivament bil-portal biex jaslu malajr fil-paġni tal-web li jinteressawhom; huwa mħasseb li bħalissa din il-magna tat-tiftix ma taħdimx sew u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jsib soluzzjoni malajr għal din il-problema li ilha tippersisti;

116.  Jinnota bi tħassib li minkejja l-fatt li id-DĠ ITEC kull sena tonfoq EUR 35 miljun għax-xiri ta' hardware ġdid, ma hemm l-ebda politika ċara relatata ma' akkwist sostenibbli mil-lat ambjentali u soċjali u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa pjan ta' azzjoni f'dan ir-rigward biex jaċċerta ruħu li fil-ġejjieni kull sejħa għal offerti tinkludi kriterji ta' selezzjoni ta' hardware li jinvolvu aspetti ambjentali u soċjali;

117.  Jistieden lid-DĠ ITEC jagħmel il-paġni tal-web kollha tal-Parlament aċċessibbli minn apparati portabbli, peress li, għad li parti kbira mill-viżitaturi tal-paġni tuża iPad jew telefon ċellulari biex taċċedi għas-siti tal-Parlament u tal-kumitati speċjalizzati, l-interfaċċji attwali ma jistgħux jitqiesu kompatibbli mal-apparti portabbli; jipproponi l-implimentazzjoni ta' miżuri maħsuba biex itejbu, konkretament u fi ħdan żmien raġonevoli, l-aċċessibbiltà tal-paġni għall-apparti portabbli;

118.  Iqis bħala essenzjali għall-mandat tal-Membri li l-printers jibqgħu fl-uffiċċji tagħhom; jindika li l-użu tal-cartridges ġeneriċi li jqumu ftit flus jistgħu jikkaġunaw livelli perikolużi ta' emissjonijiet ta' partiċelli u ħsara għas-saħħa; jitlob li d-DĠ ITEC u d-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO) jippromwovu l-akkwist ta' printers ekoloġiċi u jiggarantixxu l-użu esklużiv ta' cartridges oriġinali, filwaqt li joħolqu alternattivi li bihom il-Membri u l-persunal tagħhom ikollhom printers mhux fl-uffiċċji tagħhom imma f'postijiet strateġikament viċin dawk l-uffiċċji;

119.  Jinnota l-adozzjoni min-naħa tal-Bureau fis-7 ta' Settembru 2015 ta' politika fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (politika ta' sigurtà ICT); jisħaq fuq il-fatt li fil-kuntest globali attwali hija urġenti l-implimentazzjoni ta' politika ta' sigurtà ICT konsiderevolment aktar soda li tindirizza bis-sħiħ il-ġestjoni tar-riskji assoċjati maċ-ċibersigurtà; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-ħatra ta' uffiċjal tal-Parlament inkarigat miċ-ċibersigurtà;

120.  Itenni l-appell fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2014 għall-ħolqien ta' sistema ta' twissija bikrija ta' emerġenza li tippermetti lid-DĠ ITEC, f'kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), jibgħat komunikazzjonijiet rapidi permezz ta' SMS jew e-mail lill-Membri u lill-persunal li jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-dettalji tal-kuntatt tagħhom jitniżżlu f'lista ta' komunikazzjoni li għandha tintuża f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza speċifiċi;

121.  Ifaħħar lid-DĠ ITEC talli installa l-Wi-Fi fil-binjiet kollha tal-Parlament; josserva, madankollu, li fl-emiċiklu ta' Strasburgu l-Wi-Fi mhuwiex affidabbli, speċjalment meta, matul is-sessjonijiet ta' votazzjoni u d-dibattiti ta' prijorità, ħafna Membri jużaw simultanjament is-sistema; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward;

Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni

122.  Jilqa' il-fatt li ċerti laqgħat pubbliċi tad-delegazzjonijiet interparlamentari diġà jixxandru bil-webstreaming; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jkompli l-iżvilupp u l-estensjoni ta' dan is-servizz flimkien mal-kontenut tas-siti web tad-delegazzjonijiet;

DĠ INLO

123.  Jinnota li l-istrateġija immobiljari fit-terminu medju tal-2010 attwalment hija sottoposta għal reviżjoni; jitlob li din l-istrateġija tkun estiża biex tkopri prospettiva fuq terminu itwal u tinkludi studju tal-konsegwenzi probabbli tal-Brexit;

124.  Jilqa' il-fatt li mill-2019 'il quddiem, il-kwantità ta' spazju tal-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti tagħhom fi Strasburgu se tiżdied; jappella lis-Segretarju Ġenerali, sakemm tinstab soluzzjoni għal sede unika tal-Parlament, jiggarantixxi numru minimu ta' metri kwadri għal kull assistent f'konformità mar-regoli fis-seħħ dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, peress li l-Parlament, inkwantu qiegħed jikser deliberatament dawn ir-regoli tal-ispazju minimu għall-uffiċċji, jinsab f'pożizzjoni ta' vulnerabbiltà;

125.  Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni biex tinbidel l-għamara fl-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti fi Brussell u jitlob li dan it-tibdil jiġi sospiż minnufih; josserva li l-maġġor parti tal-għamara hija perfettament utilizzabbli u f'kundizzjoni tajba u li, għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tinbidel; iqis li l-feedback ta' għadd ta' Membri – u mhux stħarriġ ġenerali – ma jistax jikkostitwixxi, għalih waħdu, raġuni biżżejjed biex ikun ġustifikat it-tibdil, u li l-kwistjonijiet ta' gosti, moda jew stil antikwat indikati mill-amministrazzjoni huma daqstant inadegwati; huwa tal-fehma li l-biċċiet individwali tal-għamara għandhom jinbidlu biss jekk juru sinjali ċari ta' deterjorament jew ta' tkagħbir bl-użu jew jikkawżaw riskji għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' natura speċifika jew ġenerali (pereżempju, it-titjib possibbli tal-ergonomija tas-siġġijiet); josserva li fi żmien ta' kriżi ekonomika u r-ristrettezzi finanzjarji bħal dawk li qegħdin ngħixu bħalissa, il-kwistjonijiet estetiċi ta' din ix-xorta jafu jikkompromettu serjament il-kredibbiltà tal-Parlament u, b'mod partikolari, tal-Membri tiegħu, f'għajnejn iċ-ċittadini u tal-opinjoni pubblika;

126.  Jirrikonoxxi li skont id-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-2013 u tal-2015, il-kuntratti l-ġodda relatati mal-forniment tal-ikel ma jipprevedu l-ebda sussidju dirett mill-baġit tal-Parlament; jinsab imħasseb, madankollu, li ċerti servizzi huma offruti bi prezzijiet ogħla minn dawk tas-suq fl-2015; qiegħed jirreferi, f'dan ir-rigward, għas-servizzi tal-kafè matul il-laqgħat; josserva li l-prezzijiet kienu riveduti f'Awwissu 2016;

127.  Jiddispjaċih ħafna bil-kriterji arbitrarji, soġġettivi u sproporzjonati użati fil-proċedura ta' reklutaġġ ta' xufiera u fl-internalizzazzjoni tas-servizz, li bdiet fl-2016 minħabba raġunijiet ta' sikurezza; jiddispjaċih li l-proċedura ma qisitx il-ħiliet u l-esperjenza miksuba tax-xufiera fis-snin li matulhom ħadmu f'kuntatt dirett mal-Membri, ir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita ma' dawn tal-aħħar, u lanqas tal-fatt li dawn ix-xufiera sfaw qiegħda, ħafna minnhom diġà f'età li fiha huwa diffiċli ssib xogħol;

Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi (DĠ INTE)

128.  Huwa mħasseb bid-djalogu soċjali problematiku bejn id-DĠ INTE u r-rappreżentanti tal-interpreti, li beda f'Jannar 2014 u li, sal-lum, għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jibda medjazzjoni bejn il-partijiet involuti biex itejjeb il-fehim reċiproku tal-pożizzjonijiet u jsib soluzzjonijiet aċċettabbli għal kulħadd;

129.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-progress li diġà ntlaħaq fil-proċess ta' modernizzazzjoni tad-DĠ INTE, partikolarment fir-rigward tad-disponibbiltà msaħħa tal-interpreti, iż-żieda moderata fin-numru ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu jagħtu interpretazzjoni u d-distribuzzjoni mtejba tal-volum ta' xogħol tal-interpreti; josserva li l-metodu ta' kalkolu fir-rigward tal-istatistika ġie ċċarat u li l-leave annwali u minħabba mard kollu issa ġie eskluż mill-kalkolu tan-numru medju ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu fil-kabina;

130.  Jitlob informazzjoni mis-Segretarju Ġenerali rigward il-miżuri li ttieħdu mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-baġit 2014 bil-għan li jintlaħqu aktar effiċjenza u effikaċja f'termini ta' riżorsi fl-organizzazzjoni ta' laqgħat billi tiġi semplifikata l-ġestjoni tal-konferenzi fi ħdan il-Parlament;

DĠ SAFE

131.  Jilqa' isforzi kontinwi biex titjieb is-sigurtà u s-sikurezza fir-reċinti tal-Parlament u madwarhom; jirrikonoxxi li s-sigurtà fi ħdan il-Parlament trid timmira li tilħaq bilanċ delikat bejn il-kunsiderazzjoni ta’ teħid ta' sensiela ta' miżuri protettivi u l-introduzzjoni ta' sistema eċċessivament imsejsa fuq is-sigurtà li xxekkel l-attività tal-Parlament; jinsisti madankollu fuq il-fatt li s-sigurtà tal-Parlament għandha tkompli tissaħħaħ u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-persunal jitħarreġ b'mod adegwat u jkun kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod professjonali, anki fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

132.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni tkun segwita attivament, flimkien mal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi;

133.  Jistieden lid-DĠ ITEC u lid-DĠ SAFE isaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża fid-dawl taż-żieda fit-theddid ta' attakki ċibernetiċi fix-xhur reċenti;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

134.  Ifakkar li l-Bureau nieda proġett ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMAS) fil-Parlament fid-19 ta' April 2004; josserva li l-Bureau adotta fl-2016 politika ambjentali riveduta li żżomm u ttenni l-impenn tal-Parlament favur titjib ambjentali kontinwu;

135.  Jilqa' l-installazzjoni tal-helpdesk interistituzzjonali dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, li issa għandu jkun implimentat bis-sħiħ bl-istabbiliment ta' objettivi ċari fil-qasam, kif ukoll bil-intensifikazzjoni tal-isforzi fl-informazzjoni interna, fil-promozzjoni u fil-governanza effettiva dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jenfasizza li l-fornituri ta' servizz sottokuntrattati jeħtiġilhom jikkonformaw ukoll ma' dawk ir-regoli; jiddeplora l-użu mifrux ta' fliexken, tazzi, kontenituri u imballaġġi tal-plastik fil-Parlament f'dan ir-rigward;

136.  Iżomm quddiem għajnejh il-fatt li l-Parlament impenja ruħu li jnaqqas bi 30 % għal kull FTE l-emissjonijiet ta' CO2 sal-2020 meta mqabbel mal-2006; ifaħħar il-fatt li bejn l-2006 u l-2015 dan l-indikatur naqas b'madwar 24,3 %;

137.  Iqis li huwa tal-akbar importanza, għalhekk, li l-Parlament jistabbilixxi objettivi ġodda, aktar impenjattivi u kwantitattivi għalih innifsu li huwa mistenni li dawn l-objettivi jitkejlu regolarment mis-servizzi responsabbli; jinnota f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Bureau tal-2015 li jpaċi l-ammont totali ta' emissjonijiet tal-karbonju tal-Parlament, inklużi l-emissjonijiet minn titjiriet tal-Membri bejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament;

138.  Ifakkar lill-Parlament fl-impenn tiegħu li ħa fl-ambitu tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija li tistabbilixxi li dan se jintrabat, "mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-baġit u l-akkwist, li japplikaw l-istess rekwiżiti għall-binjiet li huma l-proprjetà tagħhom u li huma jokkupaw bħal dawk applikabbli għall-binjiet tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 6" tagħha, minħabba l-viżibilità għolja tal-binjiet tagħhom u r-rwol ta' tmexxija li jenħtieġ li jkollu fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet; jissottolinja l-urġenza li jkun konformi ma' din id-dikjarazzjoni, biss biss għall-kredibbiltà tiegħu stess fir-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini u d-direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

139.  Jistieden lill-Bureau jistudja skema ta' inċentivi għall-promozzjoni ta’ trasport iktar sostenibbli u effiċjenti fit-traġitti bejn id-dar u l-post tax-xogħol;

140.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Parlament rigward l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva biex tonqos il-ħela tal-ikel; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-fornituri kollha tas-servizzi tal-ikel fil-binjiet kollha tal-Parlament jattivaw ruħhom biex jevitaw il-ħela tal-ikel; jistieden lill-Parlament jippromwovi ulterjorment il-prassi ta' donazzjoni tal-ikel li ma jinbiegħx għal skopijiet ta' karità;

141.  Jassumi li l-introduzzjoni ta' sistema effiċjenti ta' prenotazzjoni tas-swali tal-laqgħat u reġistru ta' ġestjoni tal-faċilitajiet jistgħu joħolqu potenzjal konsiderevoli fir-rigward tal-ispejjeż u tal-isforzi ambjentali tal-Parlament, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti spinta lil dan l-approċċ f'dan is-sens;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

142.  Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

2015

2014**

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)

PPE

17 440

10 198

17 101

98,06 %

8 720

19 919

7 908

17 796

89,34 %

9 960

S&D

15 256

5 748

15 379

100,81 %

5 625

15 619

4 653

14 850

95,07 %

5 422

ECR

5 959

1 614

5 065

84,99 %

2 509

5 014

1 060

4 476

105,43 %

1 598

ALDE

5 692

2 517

5 865

103,03 %

2 344

6 214

1 774

5 491

88,35 %

2 498

GUE/NGL

4 305

1 256

3 832

89,02 %

1 729

3 527

417

2 689

76,62 %

1 255

Verts/ALE

4 153

1 293

3 890

93,67 %

1 556

4 292

1 389

4 396

88,41 %

1 287

EFDD

3 843

1 643

3 629

94,45 %

1 856

3 231

1 142

2 708

88,83 %

1 615

ENF

1 587

0

827

52,09 %

760

 

 

 

 

 

Membri mhux affiljati

1 627

533

1 001

61,51 %

214

1 991

441

1 281

64,32 %

533

Total

59 860

24 803

56 588

94,53 %

25 312

59 807

18 784

53 687

89,76 %

24 168

* l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

** is-sena 2014 kienet magħmula minn sentejn finanzjarji minħabba l-elezzjonijiet parlamentari f'Mejju 2014. Iċ-ċifri għall-2014 fit-tabella jirrappreżentaw l-ammonti konsolidati.

143.  Ifakkar li l-Qorti rrakkomandat li fir-rapport annwali tagħha li l-Parlament "jeżamina il-qafas ta' kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li jiġu allokati għal gruppi politiċi. Barra minn hekk, li l-Parlament Ewropew jipprovdi gwida aħjar permezz ta' monitoraġġ rinforzat dwar l-applikazzjoni, mill-gruppi, tar-regoli għall-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta' nfiq, u għall-proċeduri ta' akkwist";

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

144.  Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej(13):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riservi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 926

8 053

12 241

85 %

363

Partit Soċjalista Ewropew

PSE

1 246

5 828

8 024

85 %

40

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

561

2 093

2 789

85 %

90

Partit tal-Ħodor Ewropej

PĦE

480

1 666

2 245

85 %

83

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AKRE

395

1 952

2 401

85 %

8

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

372

1 484

2 044

85 %

71

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

120

457

577

85 %

0

Demokratiċi tal-UE

DUE

55

292

370

85 %

3

Alleanza Ħielsa Ewropea

ALE

127

636

845

85 %

0

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

87

461

560

85 %

4

Alleanza Ewropea għal-Libertà

AEL

94

494

588

85 %

7

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

53

292

399

85 %

0

Moviment għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà

MENL

161

401

562

85%

0

Alleanza għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa

ADDE

250

821

1.070

85 %

-403

Moviment għal

Ewropa ta' Libertajiet

u Demokrazija

MELD

91

44

226

85 %

-208

Total

 

6 017

24 974

34 943

85 %

59

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

145.  Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej(14):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

949

4 725

5 674

85 %

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

847

3 848

4 695

85 %

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

183

880

1 063

85 %

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

163

914

1 077

85 %

Nittrasformaw l-Ewropa

NE

XE

159

847

1 066

85 %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

47

284

331

85 %

Ċentru Maurits Coppieters

ĊMC

ALE

57

241

298

85 %

Direzzjoni Ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

AKRE

323

1 100

1 423

85 %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

FEL

AEL

47

268

315

85 %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OKIE

DUE

33

132

165

85 %

Fondazzjoni Politika Kristjana għall-Ewropa

FPKE

MPKE

51

267

318

85 %

Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

FELD

MELD

50

248

298

85 %

Istitut għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa

IDDE

ADDE

144

673

817

85 %

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

32

169

201

85 %

Total

 

 

3 085

14 596

17 681

85 %

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

 

 

 

 

 

 

146.  Jinnota bi tħassib li fil-każijiet tal-Alleanza għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa, tal-Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija, tal-Istitut għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa u tal-Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija nqabdu irregolaritajiet kbar relatati mal-finanzjament dirett jew indiriett projbit tal-partiti nazzjonali u mad-donazzjonijiet;

147.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni; iqis, madankollu, li dawn l-irregolaritajiet huma ristretti għal għadd limitat ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi; huwa tal-fehma li dawn l-irregolaritajiet m'għandhomx iqajmu dubji dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi oħra;

148.  Huwa konxju mir-regolamenti l-ġodda, jiġifieri r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014(15) li se jibdew ikollhom effett fuq il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-sena finanzjarja 2018, u bir-rwol importanti tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, stabbilita dan l-aħħar, kif ukoll bid-diskussjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-Bureau dwar il-proposti tas-Segretarju Ġenerali biex jiġu indirizzati għadd ta' kwistjonijiet pendenti bis-saħħa ta' dawn ir-Regolamenti; jistieden lill-awditur intern tal-Parlament jirrediġi, mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid, rapport ta' awditjar ġdid dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

149.  Iqis li huwa essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġi eżaminat kwalunkwe nuqqas fis-sistema attwali ta' kontrolli interni u esterni fir-rigward tal-evitar ta’ irregolaritajiet gravi; jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-kontabilista esterna, EY, li skont hu l-awditi tiegħu huma mmirati biex jiksbu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali huma ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u li l-entità rrispettat ir-regoli u r-regolamentazzjonijiet pertinenti u li dawn jinkludu l-eżami, fuq il-bażi ta' testijiet, tal-elementi probatorji li jsostnu l-opinjoni; josserva, madankollu, li l-eżamijiet ma jinkludux l-investigazzjonijiet ta' eventwali rapporti u dokumenti frawdolenti, u għaldaqstant joffru biss konoxxenza kemxejn limitata tal-attivitajiet finanzjarji eżaminati;

150.  Jinnota l-iskarsezza ta' riżorsi umani (effettivament 2 FTEs) fid-DĠ FINS iddedikati għall-kontroll tal-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; huwa tal-opinjoni soda li fid-dawl tar-riskju għoli għar-reputazzjoni involut, aktar riżorsi jistgħu jkunu ddedikati għal din l-attività;

151.  Jistieden lill-Bureau, sakemm jippermetti l-prinċipju ta' kunfidenzjalità, jaġevola l-aċċess għad-dokumenti ta' bażi li jinsabu fir-rapport finali tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, partikolarment il-kontijiet u l-awditi li saru;

152.  Jitlob lill-Awtorità l-ġdida tippreżenta lill-Parlament rapport ta' progress wara l-ewwel sena ta' attività, jiġifieri l-2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-awtorità jkollha għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi neċessarji biex taqdi dmirijietha.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 354, 27.9.2016, p. 1.
(4) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(5) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 10.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) PE 422.541/Bur.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(9) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(10) ĠU C 436, 24.11.2016, p. 2.
(11) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(12) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 3.
(13) Noti: l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR Nota(1): id-dħul totali jinkludi r-riport tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju
(14) Noti: l-ammonti kollha huma f'eluf ta' EUR
(15) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ottubru 2014, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 28).


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 349kWORD 54k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2016/2153(DEC))
P8_TA(2017)0147A8-0131/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0271/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0131/2017),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja  2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2016/2153(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0131/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti b'mod ġenerali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi ma kellhomx żbalji materjali;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), il-Qorti osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u mal-akkwist għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill;

3.  Jinnota li fl-2015 il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom baġit globali ta' EUR 541 791 500 (EUR 534 202 300 fl-2014), b'rata ta' implimentazzjoni ta' 92,6 %;

4.  Jieħu nota taż-żieda ta' EUR 7,6 miljun (+ 1,4 %) fil-baġit tal-Kunsill għall-2015;

5.  Jinnota l-pubblikazzjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) tar-rapporti ta' attività annwali tas-Servizz Legali u tad-diretturi ġenerali għall-Komunikazzjoni u l-Ġestjoni tad-Dokumenti u għall-Amministrazzjoni;

6.  Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta' attività annwali tal-Amministrazzjoni rigward is-sottonfiq strutturali; jinsab imħasseb, madankollu, li r-rata ta' sottonfiq għadha għolja f'ċerti kategoriji; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin biex jittejjeb l-ippjanar baġitarju;

7.  Isostni t-tħassib tiegħu dwar in-numru għoli ħafna ta' approprjazzjonijiet li ġew riportati mill-2015 għall-2016, b'mod partikolari dawk relatati mal-proprjetà immobiljari, l-impjant u t-tagħmir;

8.  Itenni li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired bil-għan li jikkontribwixxi għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u jtejjeb ir-responsabbiltà taż-żewġ istituzzjonijiet;

9.  Jitlob li l-istampa ġenerali tar-riżorsi umani tkun analizzata skont il-kategorija, il-grad, is-sess, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali;

10.  Jenfasizza li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, għandu jibqa' element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi umani, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni mill-2004 'l hawn; jilqa’ l-fatt li l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill laħqu kompożizzjoni kumplessiva bilanċjata ta’ uffiċjali mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni qabel u wara l-2004, iżda jirrimarka li l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara għadhom sottorappreżentati fil-livell ogħla tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, li fihom għad irid isir progress;

11.  Jinnota l-eżistenza ta' politika ta' bilanċ bejn is-sessi fis-SĠK; jilqa' t-tendenza pożittiva tar-rappreżentanza tan-nisa fil-karigi maniġerjali; jistieden lill-Kunsill, madankollu, biex ikompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu, filwaqt li jirrimarka li l-livell tal-bilanċ bejn is-sessi f’karigi maniġerjali xorta waħda laħaq biss 30 % / 70 % sa tmiem l-2015;

12.  Jilqa' l-informazzjoni rigward l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali anzjani tas-SĠK wara t-tluq mis-servizz(6) fis-sena 2015; jappoġġja t-trasparenza sħiħa u l-pubblikazzjoni ta' tali informazzjoni kull sena;

13.  Jinnota bi tħassib kbir li fl-2015 is-SĠK kien għadu ma implimentax regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, kif irrimarka l-Ombudsman; jistieden lill-Kunsill jimplimenta regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr aktar dewmien;

14.  Josserva t-tabella tal-persunal tal-Kunsill biex jikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali li jnaqqas il-persunal b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin; jitlob li jiġi infurmat dwar kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mal-ħolqien ta' 19-il kariga ġdida; jissuġġerixxi li l-Kunsill jirrapporta lill-Parlament dwar l-ekonomiji alternattivi possibbli magħmula biex jikkumpensaw għad-dewmien fit-tnaqqis tal-persunal;

15.  Jieħu nota tar-riorganizzazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni biex itejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tiegħu; jistenna li din ir-riforma jkollha impatt pożittiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;

16.  Huwa mħasseb dwar id-dewmien fit-tlestija tal-binja Europa; jitlob li jiġi infurmat dwar l-impatt finanzjarju tal-posponiment;

17.  Itenni l-appell tiegħu biex il-politika immobiljari tal-Kunsill tiġi pprovduta lill-awtorità ta' kwittanza; ifakkar lill-Kunsill fl-appell tal-Parlament għal rapporti ta' progress dwar proġetti ta' bini u għal analiżi dettaljata tal-ispejjeż sal-lum;

18.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-SĠK kiseb it-tikketta ta' impriża ekodinamika fl-2015 u ċ-ċertifikazzjoni EMAS fl-2016 għall-ġestjoni ambjentali effiċjenti tiegħu;

Is-sitwazzjoni kurrenti

19.  Jieħu nota tar-risposta uffiċjali tas-segretarju ġenerali tal-Kunsill għall-istedina tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament biex jattendi l-iskambju ta' fehmiet mas-segretarji ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra; josserva li r-risposta sempliċement ittenni l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni finanzjarja li diġà ġiet espressa fil-passat; jinnota li l-kwestjonarju bil-miktub mibgħut lis-SĠK fis-17 ta' Novembru 2016 b'mistoqsijiet mill-Membri baqa' mingħajr risposta;

20.  Itenni li l-Kunsill għandu jkun trasparenti u responsabbli għal kollox fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilu bħala istituzzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li dan jimplika li l-Kunsill jeħtieġlu jieħu sehem bis-sħiħ u b'rieda tajba fil-proċedura ta' kwittanza annwali, bħalma jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra; iqis, f'dan ir-rigward, li s-superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill permezz ta' arranġament ta' ħidma; jiddispjaċih ħafna dwar id-diffikultajiet li nqalgħu fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum;

21.  Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill trid tgħaddi minn skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra, u jirrimarka li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

22.  Ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra wara li jikkunsidra d-dokumenti pprovduti u t-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet; jiddispjaċih li l-Parlament ripetutament jiltaqa' ma' problemi biex jirċievi risposti mill-Kunsill; jittama, f'dan is-sens, li jkun hemm kooperazzjoni ferm itjeb mas-segretarju ġenerali tal-Kunsill, li għalih is-sena 2015 kienet l-ewwel sena li fiha refa' dawn ir-responsabbiltajiet;

23.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' għoti tal-kwittanza fl-imgħoddi minħabba kooperazzjoni insuffiċjenti bejn il-Parlament u l-Kunsill; jinnota li jidher li hemm aktar rieda tajba miż-żewġ naħat, u jesprimi ottimiżmu li se jsir progress bil-ħsieb li l-kooperazzjoni tittejjeb fil-ġejjieni, ħaġa li sejra ttejjeb l-immaġni pubblika tal-Parlament u tal-Kunsill; jistieden lill-Parlament u lill-Kunsill ikomplu f’din it-triq;

24.  Jissottolinja s-setgħa tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 164 sa 167 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u jafferma li l-għoti jew iċ-ċaħda tal-kwittanza huma dmir li l-Parlament għandu lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

25.  Ifakkar li kull waħda mill-istituzzjonijiet, kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, hija awtonoma fl-implimentazzjoni tat-taqsima proprja tagħha tal-baġit, minħabba l-awtonomija baġitarja tagħha stabbilita fl-Artikolu 55 ta' dak ir-Regolament; jafferma li, skont il-prassi u l-interpretazzjoni tar-regoli kurrenti u l-awtonomija baġitarja tal-Kunsill, u sabiex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lejn il-kontribwenti tal-Unjoni, il-Parlament jagħti l-kwittanza lil kull istituzzjoni fuq bażi individwali;

26.  Iqis li kooperazzjoni sodisfaċenti bejn il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill bħala riżultat ta' proċedura ta' djalogu miftuħ u formali, tista' tkun sinjal pożittiv li jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) It-tielet u r-raba' paragrafi tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
PDF 362kWORD 55k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja (2016/2154(DEC))
P8_TA(2017)0148A8-0136/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0272/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0136/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje  L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2016/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0136/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għall-2015, il-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja");

2.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-Qorti tal-Ġustizzja kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jinnota li fl-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 357 062 000 (EUR 355 367 500 fl-2014), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 99 %; jilqa' r-rata ta' utilizzazzjoni għolja ħafna fl-2015, identika għar-rata fl-2014;

4.  Jinnota li d-dħul stmat tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 44 856 000; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tispjega għalfejn l-intitolamenti stabbiliti fis-sena finanzjarja 2015 huma ta' EUR 49 510 442, li huwa 10,4 % ogħla minn dak stmat;

5.  Jinnota li d-dħul minn intitolamenti riportat mill-2014 għall-2015 jammonta għal EUR 84 620,37 u li 84,28 % jirrappreżenta dħul minn persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

6.  Jinnota li l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa fil-biċċa l-kbira amministrattiv, 75 % minnu jintuża għal infiq relatat mal-persuni li jaħdmu fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja u l-bqija għall-bini, għamara, tagħmir u avvenimenti speċjali mwettqa minnha; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni m'għandhiex tapplika biss għall-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għall-pjanijiet annwali tad-dipartimenti individwali, tal-unitajiet u tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tintroduċi l-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni b'mod aktar wiesa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

7.  Jilqa' l-produttività tal-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2015, b'1 711-il kawża mressqa quddiem it-tliet qrati u b'1 755 kawża magħluqa; jinnota li dan huwa l-ogħla numru annwali ta' kawżi fl-istorja tal-Qorti tal-Ġustizzja;

8.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja għalqet 616 kawża fl-2015, ċifra li tirrappreżenta tnaqqis meta mqabbla ma' dik tal-2014 (719-il kawża magħluqa fl-2014), u tressqu quddiemha 713-il kawża ġdida (imqabbla ma' 622 fl-2014);

9.  Jinnota li fl-2015 il-Qorti Ġenerali rċeviet 831 kawża ġdida u ttrattat 987 kawża, u dan jikkostitwixxi żieda ġenerali meta mqabbel mas-snin preċedenti;

10.  Jinnota li fl-2015, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għalaq 152 kawża, bħal fl-2014, u kellu 167 kawża ġdida; jenfasizza li għaxar snin wara l-istabbiliment tiegħu, l-2015 kienet l-aħħar sena ta' eżistenza tat-Tribunal; jemmen li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel valutazzjoni fil-fond ta' dawk l-għaxar snin ta' attività;

11.  Jinnota li l-istatistiki tal-2015 għat-tliet qrati jikkonfermaw ix-xejra osservata f'dawn l-aħħar snin rigward it-tul ta' żmien medju tal-proċedimenti, li għadu sodisfaċenti (għall-Qorti tal-Ġustizzja, 15,3 xhur għal talbiet għal deċiżjonijiet preliminari (meta mqabbel ma' 15-il xahar fl-2014), 1,9 xhur għal talbiet urġenti għal deċiżjoni preliminari (meta mqabbel ma' 2,2 xhur fl-2014), 17,6 xhur għar-rikorsi diretti (meta mqabbel ma' 20 xahar fl-2014), u 14-il xahar għall-appelli (meta mqabbel ma' 14,5 xhur fl-2014); għall-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, rispettivament 20,6 xhur (meta mqabbel ma' 23,4 xhur fl-2014) u 12,1 xhur (meta mqabbel ma' 12,7 xhur fl-2014) għal kull tip ta' kawża; iqis li l-emendi għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea adottati fl-2015 jistgħu biss ikomplu jsaħħu dan l-isforz ta' simplifikazzjoni;

12.  Jilqa' l-fatt li l-għadd ta' kawżi solvuti żdied b'57 % fil-perjodu bejn l-2007 u l-2015, l-iktar minħabba l-isforzi koordinati tal-qrati u l-persunal awżiljari, minkejja ż-żieda limitata ħafna fil-kapaċità tal-persunal awżiljari f'dak il-perjodu;

13.  Jinnota l-fatt li l-2015 kienet is-sena ta' adozzjoni tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kienet akkumpanjat mill-iżvilupp ta' regoli ta' proċedura ġodda għall-Qorti Ġenerali; jifhem li, minħabba li l-għadd ta' mħallfin tal-Qorti Ġenerali qed jirdoppja fi proċess ta' tliet stadji li jestendi sal-2019, dik ir-riforma se tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tkompli tittratta ż-żieda fl-għadd ta' kawżi; jistenna bil-ħerqa li janalizza l-kisbiet ta' dik ir-riforma fil-kapaċità tal-Qorti tal-Ġustizzja li tittratta l-kawżi fi żmien raġonevoli u fl-osservanza tar-rekwiżiti ta' smigħ xieraq;

14.  Jemmen li dik ir-riforma se tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tindirizza l-volum dejjem jiżdied ta' kawżi b'iktar rapidità u effiċjenza u sservi l-interessi ta' dawk li jfittxu l-ġustizzja, filwaqt li jiġi rrispettat id-dritt tagħhom għal proċess dovut fi żmien raġonevoli, b'konformità mal-objettivi ta' servizz effettiv u ta' kwalità għolja;

15.  Jinnota r-riformulazzjoni li se ssir tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri, li fiha se jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' attivitajiet esterni u l-pubblikazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom; jappella għal livell ogħla ta' trasparenza dwar l-attivitajiet esterni ta' kull imħallef; jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi informazzjoni - fuq is-sit web tagħha u fir-rapporti ta' attività annwali tagħha - dwar karigi u attivitajiet esterni mħallsa oħra tal-imħallfin;

16.  Jinnota li mill-impenji ta' missjonijiet ta' EUR 295 500 intużaw biss EUR 41 209; jirrimarka li dan is-sottoinvestiment jista' jiġi evitat; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja ttejjeb l-ibbaġitjar u l-obbligu ta' rendikont tagħha fir-rigward tal-baġit għall-missjonijiet u jisħaq fuq il-ħtieġa tal-prinċipju li l-missjonijiet ikunu kosteffikaċi;

17.  Iqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel disponibbli ħarsa ġenerali tal-parteċipanti u l-kontenut tal-laqgħat tagħha ma' partijiet esterni minbarra dawk relatati mal-attività ġudizzjarja tagħha;

18.  Jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b'lista ta' laqgħat ma' lobbyists, assoċjazzjonijiet professjonali u s-soċjetà ċivili sa Ġunju 2017; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreżenta l-minuti ta' dawk il-laqgħat sa Ġunju 2017;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon it-titjib li sar fl-applikazzjoni e-Curia u l-fatt li l-Istati Membri kollha wżawha fl-2015; iqis li flimkien mad-dematerjalizzazzjoni tad-dokumenti, is-sigurtà tad-data għandha tittejjeb;

20.  Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-ġestjoni għall-2015, il-Qorti tal-Ġustizzja taħdem mill-qrib mat-tim tal-Qorti tal-Awdituri maħtur biex iwettaq l-analiżi tal-prestazzjoni tagħha; jinnota f'dan ir-rigward li fil-bidu tal-proċess ta' awditjar, il-Qorti tal-Ġustizzja qajmet ostakli għall-ħidma tat-tim tal-awditjar; jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Ġustizzja tejbet il-kooperazzjoni tagħha mal-awdituri u pprovdiet dokumenti ulterjuri lill-Qorti tal-Awdituri; huwa konxju li l-prinċipju tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet huwa meħtieġ biex jgħin jippreserva l-indipendenza tal-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet, sabiex jippromwovi l-konsistenza u l-finalità tad-deċiżjonijiet u biex iżomm lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet milli jkollhom iqattgħu iżjed ħin jitkellmu dwar id-deċiżjonijiet tagħhom milli biex jeħduhom; jirrimarka, madankollu, li s-segretezza tad-deliberazzjonijiet bħala prinċipju ab ovo jipprevjeni kull kontroll estern; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, tiżviluppa mekkaniżmu intern ta' kontroll/rimedju sabiex jipprovdi ċertu livell ta' kontroll f'kawżi tali;

21.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonformat mal-ftehim interistituzzjonali li tnaqqas il-persunal b'5 % matul perjodu ta' ħames snin;

22.  Jinnota l-proporzjon għoli ta' karigi okkupati (98 %) minkejja r-rata għolja ta' tibdil tal-persunal fil-Qorti tal-Ġustizzja, u jappoġġja l-politika ta' reklutaġġ attiva tagħha; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja biex jitwaqqfu regoli dwar "bibien iduru";

23.  Jilqa' l-iskambju ta' persunal li sar bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Bank Ċentrali Ewropew fl-2015, u jistenna li din il-kooperazzjoni tkompli fis-snin li ġejjin;

24.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali u l-fatt li l-bilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali tan-nofs u superjuri laħaq livell ta' bejn 35 % sa 65 % fl-2015; jemmen, madankollu, li hemm lok għal aktar titjib f'dan il-qasam fl-istituzzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw li hu l-objettiv tagħhom li jiżguraw rappreżentanza indaqs ta' nisa u rġiel meta jinħatru mħallfin ġodda għall-Qorti Ġenerali(6);

25.  Itenni li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni bejn iċ-ċittadinanza tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, irid jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni fl-2004 jew wara;

26.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja laħqet kompożizzjoni aktar bilanċjata ta' uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u uffiċjali mill-Istati Membri li saru membri fl-2004 jew wara; huwa mħasseb ħafna, madankollu, dwar l-iżbilanċ ġeografiku konsiderevoli fil-livelli tal-maniġment medju u superjuri, fejn l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara huma żvantaġġati; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħmel minn kollox biex tikkoreġi din is-sitwazzjoni u tirrapporta lill-Parlament dwar it-titjib miksub f'dan ir-rigward;

27.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-regoli interni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ma ġewx adottati qabel il-bidu tal-2016; jirrakkomanda li l-Qorti tal-Ġustizzja xxerred dawn ir-regoli fost il-persunal tagħha biex il-ħaddiema kollha jkunu konxji dwarhom; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi, sa Ġunju 2017, dettalji tal-każijiet ta' informaturi fl-2015, jekk kien hemm, u dwar kif ġew ittrattati u finalizzati;

28.  Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Ġustizzja tadotta s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess, minflok id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess, għax l-awtoevalwazzjoni tal-kunflitti ta' interessi hija, minnha nfisha, kunflitt ta' interess; iqis li l-evalwazzjoni ta' sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess trid issir minn parti indipendenti; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrapporta sa Ġunju 2017 dwar il-bidliet introdotti u tindika min qed jikkontrolla s-sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess; itenni li t-trasparenza hija element fundamentali għall-fiduċja tal-pubbliku; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi regoli ċari dwar "bibien iduru" u toħloq miżuri u politiki dissważivi, bħat-tnaqqis tal-pensjonijiet jew il-projbizzjoni ta' xogħol għal mill-inqas tliet snin f'korpi simili, biex jiġu prevenuti każijiet ta' "bibien iduru";

29.  Jinnota l-kooperazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja mas-servizzi ta' interpretazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament fi ħdan il-Kumitat Interistituzzjonali għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni, partikolarment fil-qasam tal-interpretazzjoni; jistenna li dik il-kooperazzjoni ser tiġi estiża fil-qasam tat-traduzzjoni u jappoġġjaha, kull meta jkun possibbli u mingħajr ma titnaqqas l-importanza tar-responsabbiltajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

30.  Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-Parlament bl-ispejjeż tat-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata maqbula fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar indikaturi ewlenin tal-attività u tal-prestazzjoni;

31.  Jinnota li d-direttorat tat-traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kellu żieda ta' 1,4 % fl-ammont ta' xogħol u li l-produttività tiegħu żdiedet b'7 % fl-2015 minħabba l-esternalizzazzjoni tal-kontroll tal-ammont ta' xogħol u l-implimentazzjoni ta' għodod ġodda ta' appoġġ għat-traduzzjoni;

32.  Jappoġġja l-analiżi tan-nefqa u tal-kondizzjonijiet għall-użu ta' karozzi uffiċjali mwettqa b'mod konġunt mis-servizzi tal-awditjar intern tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, fil-qafas ta' din l-analiżi, il-possibbiltà li tnaqqas l-għadd ta' karozzi uffiċjali għad-dispożizzjoni tal-membri u l-persunal tagħha; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk, biex ittejjeb il-kontrolli tagħha kontra l-użu ta' karozzi uffiċjali għal finijiet privati;

33.  Jilqa' l-impenn tal-Qorti tal-Ġustizzja lejn miri ambjentali ambizzjużi; jinkoraġġixxi lill-istituzzjoni tapplika l-prinċipji ta' akkwist pubbliku ekoloġiku u jitlob li jiġu stabbiliti regoli u baġit suffiċjenti għall-kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;

34.  Jinnota l-informazzjoni dettaljata dwar il-politika tal-binjiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari rigward il-kostruzzjoni tal-ħames estensjoni tal-kumpless ta' binjiet attwali;

35.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ tal-arkivju storiku tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni f'Firenze;

36.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippubblika r-rapport tal-attività annwali tagħha f'format ġdid; jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tippubblika r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri, b'mod partikolari l-partijiet li jirreferu għall-Qorti tal-Ġustizzja;

37.  Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja ttejjeb il-politika tal-komunikazzjoni tagħha lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

38.  Iqis li t-tweġiba mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-mistoqsija tal-Parlament (Mistoqsija Nru 26) dwar allowances mhix kompluta; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għal kjarifika u għal tweġiba ċara u dettaljata.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Ara l-Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tat-28 ta' Ottubru 2015 - Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill - Testi adottati, P8_TA(2015)0377.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
PDF 358kWORD 55k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri (2016/2155(DEC))
P8_TA(2017)0149A8-0151/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0273/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0151/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2016/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 15/2012: "Il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi f'Aġenziji magħżula tal-UE",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0151/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.  Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u jilqa' l-feedback regolari abbażi tat-talbiet tal-Parlament; jilqa' l-prattika reċenti li tippermetti lill-Parlament jippreżenta s-suġġerimenti tiegħu lill-Qorti għall-programm ta' ħidma annwali tagħha; jitlob dibattitu annwali aktar strutturat bejn il-President tal-Qorti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament;

2.  Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti jsir minn awditur estern indipendenti bl-għan li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u responsabbiltà li l-awditur japplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tiegħu; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li r-rapporti finanzjarji tal-Qorti jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

3.  Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet finali tal-Qorti kienu jammontaw għal total ta' EUR 132 906 000 (meta mqabbla ma' EUR 133 498 000 fl-2014) u li r-rata ta' implimentazzjoni globali għall-baġit kienet ta' 98,68 %; jenfasizza li r-rata ta' implimentazzjoni kienet inqas minn dik tal-2014 (98,8 %);

4.  Jenfasizza li l-baġit tal-Qorti huwa purament amministrattiv, b'ammont kbir li qed jintuża għall-ispiża relatata ma' persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-istituzzjoni kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għad-dipartimenti u - l-unitajiet individwali u l-pjanijiet annwali tal-persunal; jilqa', f'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

5.  Ifakkar lill-Qorti li, skont l-Approċċ Komuni dwar aġenziji deċentralizzati adottati f’Lulju 2012 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni (paragrafu 54), l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati jibqa' "taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa"; jinkoraġġixxi lill-Qorti tressaq proposti biex tissolva l-kwistjoni tal-awditjar tal-aġenziji fil-kuntest tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju, u r-reviżjoni sussegwenti tar-Regolament Finanzjarju Qafas; iqis li din il-kwistjoni għandha tiġi ċċarata sabiex jitnaqqas kwalunkwe piż amministrattiv eċċessiv fuq l-aġenziji deċentralizzati, mingħajr ma jixxekklu l-ħtieġa u l-effikaċja tal-ħidma tal-Qorti;

6.  Jinnota li r-riforma tal-Qorti ġiet implimentata fl-2015 u ġiet ikkunsidrata bħala suċċess mill-Qorti; jistenna bil-ħerqa li jirċievi valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-istrateġija tal-Qorti għall-2013-2017, inkluża analiżi tal-kisbiet tal-objettivi ewlenin tar-riforma;

7.  Jilqa' l-approċċ ibbażat fuq il-valur miżjud tal-Unjoni, kif adottat mill-Qorti fir-rapporti tagħha; jappella biex issir aktar ħidma mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni biex jiġu żviluppati l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-prijoritajiet għal governanza finanzjarja tajba;

8.  Jinnota li r-reviżjoni tal-Artikolu 163 tar-Regolament Finanzjarju tipprevedi li "r-rapporti speċjali jiġu abbozzati u adottati f'perijodu ta' [...] 13-il xahar(6)"; josserva li dan il-qafas ta' żmien ma ġiex irrispettat fl-2015; iħeġġeġ lill-Qorti tikkonforma ma' dan il-qafas ta' żmien mingħajr ma tikkomprometti l-kwalità tar-rapporti; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, lill-Qorti ttejjeb ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti speċjali tagħha biex ikunu saħansitra aktar immirati;

9.  Huwa tal-fehma li r-rapporti speċjali tal-Qorti għandhom jingħataw aktar prominenza mill-istituzzjonijiet riċevituri u għandhom jinkludu rapporti annwali speċifiċi; jenfasizza li l-effikaċja ta' rapporti speċjali separati tista' tiġi estiża li kieku dawn kellhom jinġabru flimkien fiż-żmien skont oqsma ta' politika speċifiċi, u b'hekk ikun possibbli għall-Parlament li jiddedika rapporti ad hoc għal dawk ir-rapporti speċjali tal-Qorti barra miċ-ċiklu ta' kwittanza;

10.  Jiddeplora l-fatt li l-Qorti naqset, s'issa, milli tippreżenta rapport speċjali dwar kunflitti ta' interessi fl-aġenziji kollha, b'mod partikolari f'dawk relatati mal-industriji, minkejja t-talbiet ripetuti li saru mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' kwittanza sa mill-2012; iħeġġeġ lill-Qorti tipproduċi u tippubblika l-ewwel rapport speċjali dwar il-kunflitti ta' interessi sal-aħħar ta' Ġunju 2017 u tippubblika rapporti sussegwenti kull sena minn hemm 'il quddiem; iqis li l-produzzjoni tar-rapporti annwali dwar il-kunflitti ta' interessi mill-Qorti hija vitali għall-integrità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi u l-aġenziji, u biex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi bejn l-aġenziji Ewropej, b’mod partikolari dawk fil-qasam tal-industrija, u l-gruppi tal-lobbying;

11.  Josserva li l-Qorti tikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali li l-persunal jitnaqqas b'5 % matul perjodu ta' ħames snin; jitlob li jkun infurmat, sa Ġunju 2017, dwar kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mar-reklutaġġi ġodda li saru mill-Qorti fl-2015 u mal-perċentwal tar-reklutaġġi ġodda tal-2015;

12.  Jiddispjaċih li fost il-membri tal-Qorti kien hemm żbilanċ bejn is-sessi ta' ħames nisa b'paragun ma' 23 raġel fl-2015 u li n-numru ta’ nisa naqas għal tlieta fl-2016; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Qorti għad għandha żbilanċ bejn is-sessi fil-karigi ta' maniġment superjuri u intermedju (30,4 % nisa meta mqabbla ma’ 69,6 % rġiel); jistieden lill-Qorti tippromwovi l-bilanċ bejn is-sessi, b'mod partikolari fil-karigi maniġerjali; jistieden, barra minn hekk, lill-Qorti tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda u dwar ir-riżultati miksuba f'dan ir-rigward, mingħajr ma ddgħajjef il-missjoni tagħha;

13.  Jenfasizza li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni proporzjonata bejn il-membri tal-persunal ta’ nazzjonalita’ partikolari u d-daqs tal-Istat Membru rilevanti, irid jibqa' element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 jew wara; jilqa' l-fatt li l-Qorti kisbet kompożizzjoni ġeneralment ibbilanċjata ta' uffiċjali mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni qabel l-2004 u mill-Istati Membri li ssieħbu fl-2004 jew wara; jindika li, madankollu, li l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 jew wara għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, fejn għad hemm bżonn li jsir progress;

14.  Jinsab imħasseb dwar in-numru kbir ta' ġranet ta' liv minħabba mard fost il-persunal; jistieden lill-Qorti tiżgura li l-attivitajiet ta' benessri tagħha jkunu mmirati b'tali mod li jiżguraw il-benessri tal-membri tal-persunal tagħha, sabiex il-missjoni prinċipali tagħha titwettaq aħjar;

15.  Jinnota l-metodu użat mill-Qorti biex tikkalkula l-liv minħabba mard tal-persunal; huwa tal-fehma li dan il-metodu mhuwiex xieraq għall-kalkolu effettiv tal-assenzi minħabba mard; jistieden lill-Qorti tapplika sistema ta' kalkolu bbażata fuq il-jiem ta' xogħol ta' assenza għal kull impjegat individwali, bħalma jagħmlu istituzzjonijiet oħrajn;

16.  Jinnota li l-Qorti organizzat ħames "away days", prinċipalment fit-tħejjija tar-riforma tal-Qorti, bil-parteċipazzjoni ta' proporzjon baxx ta' membri tal-persunal (107 biss); jistieden lill-Qorti tiżgura li l-attivitajiet ta' benessri tagħha jkunu mmirati b'tali mod li jinkludu l-iżvilupp proattiv u pożittiv tar-riżorsi umani, bil-parteċipazzjoni ta' kemm jista' jkun membri tal-persunal;

17.  Jinnota l-qafas etiku msaħħaħ tal-Qorti għall-prevenzjoni kemm tal-kunflitti ta' interess kif ukoll tal-imġiba ħażina min-naħa tal-persunal u l-membri; jistieden lill-Qorti tirrapporta lill-Parlament dwar ir-reviżjoni tar-regoli interni tagħha kontra l-fastidju;

18.  Iħeġġeġ lill-Qorti tirrinforza s-sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interessi, minflok id-dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas tal-kunflitti ta' interessi, peress li l-awtoevalwazzjoni tal-kunflitti ta' interessi hija hi stess kunflitt ta' interessi; iqis li l-evalwazzjoni ta' sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interessi trid issir minn parti terza li hija indipendenti; jitlob lill-Qorti tirrapporta sa Ġunju 2017 dwar il-bidliet introdotti u tindika min qed jivverifika s-sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interessi; itenni li l-integrità u t-trasparenza huma elementi ewlenin għall-fiduċja pubblika; jistieden lill-Qorti tistabbilixxi regoli ċari dwar ir-"revolving doors" u tistabbilixxi miżuri u pieni dissważivi, bħat-tnaqqis tal-pensjonijiet jew il-projbizzjoni ta' ħidma għal mill-inqas tliet snin f'korpi simili, biex jiġu evitati każijiet ta' "revolving doors";

19.  Ifakkar lill-Qorti li l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni jeħtiġilhom jadottaw kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba u jiġu mħeġġa jużaw ir-reġistru ta' trasparenza bħala strument ta' referenza għall-interazzjoni tagħhom mar-rappreżentanti rilevanti;

20.  Jistieden lill-Qorti tkun parti mill-ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju;

21.  Jilqa' l-ħolqien ta' portal ta' trasparenza fuq is-sit web tal-Qorti kif ukoll il-fatt li l-Qorti diġà stabbiliet regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jirrakkomanda li l-Qorti xxerred dawn ir-regoli fost il-persunal tagħha sabiex l-impjegati kollha jkunu konxji minnhom; jitlob lill-Qorti biex, sa Ġunju 2017, tipprovdi dettalji dwar il-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2015, jekk kien hemm, u dwar kif dawn ġew ittrattati u solvuti;

22.  Jinnota li fl-2015 il-Qorti kienet proprjetarja ta' tliet binjiet, K1, K2 u K3; jitlob lill-Qorti tinkludi l-ippjanar għax-xogħlijiet ta' titjib fil-kwalità ta' dawk il-binjiet fir-rapport ta' attività annwali tagħha u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ogħla standards possibbli ta' effiċjenza enerġetika matul tali xogħlijiet ta' titjib;

23.  Jinnota s-sommarju tal-politika dwar il-bini tal-Qorti inkluż fir-rapport ta' attività annwali tagħha u jitlob li fil-futur tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata dwar din il-kwistjoni;

24.  Jinnota ż-żieda fil-volum ta' xogħol ta' traduzzjoni fl-2015, kważi 3 % aktar mill-2014; jinnota li, skont ir-riforma tal-Qorti, l-istruttura tad-Direttorat tat-Traduzzjoni ġiet ottimizzata; jistieden lill-Qorti tiċċara kif dak id-Direttorat tejjeb il-ħidma tiegħu;

25.  Jinnota n-negozjati bejn il-Qorti u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' arranġament amministrattiv; jistieden lill-Qorti tirrapporta dwar il-progress li jsir fin-negozjati f'dan ir-rigward;

26.  Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex fir-rapporti ta' attività annwali tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn il-Qorti jew xi ħadd mill-membri tal-persunal tagħha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

27.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tas-servizz ta' awditjar intern biex jiġi kkunsidrat użu aktar razzjonali tal-vetturi uffiċjali tal-Qorti; jistieden lill-Qorti tindirizza din il-kwistjoni b'kooperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tinforma lill-Parlament dwar l-azzjonijiet meħuda għar-razzjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-flotta;

28.  Jilqa' l-isforzi u l-kisbiet tal-Qorti b'rabta mat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tagħha; jinnota li l-Qorti nediet -proġett tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) fl-2013, bl-għan li tikseb iċ-ċertifikazzjoni EMAS sa tmiem l-2016; jilqa' l-fatt li, fit-13 ta' Novembru 2015, il-Qorti adottat politika ambjentali li tifformalizza l-parteċipazzjoni tagħha f'inizjattiva dwar il-ġestjoni ambjentali ta' kwalità għolja; jesprimi tħassib għad-dewmien taċ-ċertifikazzjoni EMAS;

29.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni usa' ma' universitajiet fl-Unjoni għall-ħolqien ta' korsijiet speċjalizzati fl-awditjar Ewropew; jistieden lill-Qorti żżomm lill-Parlament infurmat dwar l-iżviluppi u r-riżultati ta' tali kooperazzjoni estiża fil-ġejjieni;

30.  Jistieden lill-Qorti tikkunsidra l-possibbiltà li tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar komunikazzjoni aħjar dwar il-baġit tal-Unjoni, il-funzjonijiet tagħha u l-missjoni tagħha, u dwar kif dan jista' jiġi spjegat b’mod iktar effettiv liċ-ċittadini tal-Unjoni.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Ara l-Artikolu 251(1) tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016)0605.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
PDF 353kWORD 51k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2016/2156(DEC))
P8_TA(2017)0150A8-0144/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0274/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0144/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2016/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0144/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni ) u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li skontha l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ("il-Kumitat") kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali għall-2015, il-Qorti ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat;

3.  Jinnota li fl-2015 il-baġit tal-Kumitat ammonta għal EUR 129 100 000 (meta mqabbel mal-EUR 128 559 380 tal-2014), b'rata ta' użu ta' 95,9 %; jinnota li kien hemm żieda żgħira fir-rata ta' użu fl-2015 meta mqabbla mal-2014;

4.  Jinnota li l-baġit tal-Kumitat huwa fil-biċċa l-kbira wieħed amministrattiv, b'ammont kbir minnu użat għan-nefqa li tikkonċerna persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u kostijiet operattivi mixxellanji; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-Kumitat kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, li jkunu realistiċi u bbażati fuq perjodu ta' żmien (SMART) għad-dipartimenti individwali, għall-unitajiet u għall-pjanijiet annwali tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kumitat jintroduċi l-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni aktar fil-wisa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu;

5.  Jinnota l-osservazzjonijiet ta' segwitu tal-Kumitat għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2014 tal-Parlament, mehmuża mar-rapport annwali tal-attività tiegħu; jilqa' t-twaqqif ta' servizz ta' appoġġ speċifiku għall-akkwist pubbliku fl-2015;

6.  Jinnota li l-2015 kienet l-ewwel sena tal-mandat il-ġdid tal-Kumitat, u dan seta' affettwa l-kisbiet, b'mod partikolari tad-direttorati leġiżlattivi, inklużi d-direttorati tal-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni u tar-riżorsi umani;

7.  Jinnota li r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat ("il-Ftehim") jivvaluta f'waqtu u b'mod pożittiv il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;

8.  Jinnota li, skont il-Kumitat, jenħtieġ li n-natura tal-koperazzjoni "intensifikata", imsemmija fil-Ftehim tiġi ċċarata aħjar, u li xi elementi għad iridu jiġu implimentati bis-sħiħ u jirrikjedu impenn sostnut miż-żewġ istituzzjonijiet; huwa konvint li permezz ta' sforzi ulterjuri favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim u l-iżvilupp ta' sinerġiji, se jkun hemm riżultati pożittivi għaż-żewġ partijiet;

9.  Itenni t-talba tiegħu biex tiġi inkluża valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-Ftehim fir-rieżami ta' nofs it-terminu jew fir-rapport ta' segwitu li jmiss tal-Ftehim;

10.  Jinnota li l-opinjonijiet tal-Kumitat mhumiex integrati sew fil-ħidma tal-Parlament u jappella lill-Kumitat biex flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jiżviluppaw proposti biex jiġu semplifikati l-proċeduri tal-Kumitat u tal-Parlament f'dan ir-rigward;

11.  Jinnota l-konklużjoni ta' ftehim bilaterali ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-Kumitat tar-Reġjuni, iffirmat fl-2015; huwa fiduċjuż li dan il-ftehim jiżgura aktar effiċjenza fil-prestazzjoni taż-żewġ kumitati; huwa tal-fehma li funzjonijiet amministrattivi simili għandhom jitwaħħdu sabiex jiġi evitat l-irduppjar bla bżonn tal-attivitajiet;

12.  Jinnota li l-aċċess dirett bejn il-binjiet RMD u REM ingħalaq mill-Parlament minħabba tħassib dwar is-sigurtà wara l-attakk terroristiku ta' Pariġi f'Novembru 2015; huwa fiduċjuż li l-Parlament se jivvaluta mill-ġdid it-tħassib dwar is-sigurtà minħabba li l-ftuħ mill-ġdid tal-passaġġ ikun ta' benefiċċju għat-tliet istituzzjonijiet;

13.  Jilqa' l-bidliet amministrattivi applikati fl-2015, b'mod partikolari l-implimentazzjoni sħiħa ta' sistema bbażat fuq il-kost għar-rimborż tal-ispejjeż ta' vjaġġar tal-membri u t-tiġdid sħiħ tal-portal tal-membri; jistieden lill-Kumitat biex jipprovdi ħarsa ġenerali annwali komparattiva tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri għall-2014, 2015 u 2016;

14.  Jinnota li, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat, il-membri tiegħu huma totalment indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni; jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jingħaqad fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar Reġistru Obbligatorju tat-Trasparenza;

15.  Jinsab imħasseb dwar in-numru għoli ta' karigi permanenti vakanti fl-2015 u jħeġġeġ lill-Kumitat biex jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex itejjeb il-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu;

16.  Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ kontinwu bejn il-ġeneri f'karigi marbuta ma' maniġment superjuri u ma' dak intermedju (30 % / 70 % fil-każ ta' maniġment superjuri); jiddispjaċih wkoll li l-iżbilanċ ġeografiku fil-karigi maniġerjali intermedju u superjuri, b'mod partikolari n-nuqqas ta' persunal mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni mill-2004 'l quddiem; jistieden lill-Kumitat jieħu azzjoni biex jirranġa dawn l-iżbilanċi u biex jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda u dwar ir-riżultati miksuba;

17.  Jinnota l-pjan tal-Kumitat li jikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali(6) li jnaqqas il-persunal b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin; jitlob li jkun infurmat dwar kif dan it-tnaqqis jikkorrispondi għas-sitwazzjoni fl-2016 fejn inħolqu tliet karigi ġodda; jissuġġerixxi li l-Kumitat jirrapporta lura lill-Parlament dwar kwalunkwe ffrankar alternattiv miksub biex jiġi kkumpensat id-dewmien possibbli fit-tnaqqis tal-persunal;

18.  Jilqa' l-fatt li r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta daħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2016;

19.  Jappoġġa bis-sħiħ il-ħolqien ta' karigi ta' konsulenti tal-etika biex jgħinu f'sitwazzjonijiet relatati ma' fastidju possibbli u jipprovdu taħriġ speċifiku biex jitjiebu l-għarfien u l-ġestjoni tal-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jiddispjaċih li tliet każijiet marbuta ma' fastidju kellhom jgħaddu minn azzjoni legali;

20.  Ma jistax jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-livell ta' assenteiżmu marbut ma' liv minħabba mard peress li r-rapport ipprovdut mill-Kumitat dwar din il-kwistjoni huwa wieħed fjakk; jistieden lill-Kumitat jirrapporta dwar il-liv minħabba mard tal-persunal tiegħu diviż bin-numru ta' jiem ta' xogħol fuq liv minħabba mard għal kull membru individwali tal-persunal;

21.  Jinnota li l-Kumitat naqqas l-ispiża medja tal-"away days" tiegħu b'35 % għal kull parteċipant meta mqabbla mal-2014 u li 218-il persuna biss ħadu sehem fl-avveniment, meta mqabbla ma' 415 fl-2014; jistieden lill-Kumitat jqiegħed fil-mira l-attivitajiet ta' benessri tiegħu sabiex dawn jinkludu kemm jista' jkun membri tal-persunal sabiex jikkontribwixxu għat-titjib ulterjuri tal-benessri tal-persunal;

22.  Jinnota b'sodisfazzjon it-tendenza ta' tnaqqis fir-rata tas-servizzi tal-interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati - minn 4,3 % fl-2014 għal 3,5 % fl-2015;

23.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni tad-data tat-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-kumitat interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; jinnota r-reviżjoni attwali tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-Traduzzjoni li għandha ssir b'mod konġunt mal-Kumitat tar-Reġjuni;

24.  Jinnota li r-rata ta' esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni żdiedet għal kważi 10 % fl-2015 minħabba t-trasferiment ta' persunal lill-Parlament skont il-Ftehim; jistieden lill-Kumitat jagħmel valutazzjoni tal-kosteffettività tal-arranġament il-ġdid fis-seħħ;

25.  Jilqa' l-qafas strateġiku tal-Kumitat għat-tagħlim u l-iżvilupp, b'mod partikolari l-attenzjoni l-ġdida mogħtija lit-tagħlim mill-kollegi għall-kollegi; jitlob lill-Kumitat jipprovdi segwitu għal dak il-metodu partikolari fir-rapport ta' attività annwali li jmiss tiegħu;

26.  Jinnota b'sodisfazzjon kbir l-isforzi u r-riżultati miksuba s'issa fit-titjib tal-marka ambjentali tal-Kumitat u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS);

27.  Jinnota l-arranġamenti amministrattivi bejn il-Kumitat u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas strutturat għall-kooperazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju rapidu tal-informazzjoni;

28.  Jilqa' l-informazzjoni dwar il-politika dwar il-bini tal-Kumitat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati b'mod xieraq u ma jkunux eċċessivi;

29.  Jinnota l-isforzi u l-kisbiet tal-Kumitat fl-intensifikazzjoni tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jenfasizza, madankollu, li huwa aktar importanti li l-effikaċja tal-opinjonijiet tiegħu dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni tiġi mtejba milli jiġu ppubliċċiżżati ġeneralement.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1))


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
PDF 350kWORD 53k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsim  VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni (2016/2157(DEC))
P8_TA(2017)0151A8-0141/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0275/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0141/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2016/2157(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0141/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tkompli tissaħħaħ permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-Rapport Annwali tagħha għall-2015, osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni ("il-Kumitat");

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

3.  Jinnota li l-baġit tal-Kumitat fil-parti l-kbira tiegħu huwa wieħed amministrattiv, hekk li ammont kbir minnu jintuża għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu fi ħdan il-Kumitat u l-ammont li jifdal jintefaq għall-binjiet, l-għamara, it-tagħmir u l-ispejjeż operattivi mixxellanji; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandhiex tapplika biss għall-baġit tal-Kumitat kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, li jkunu realistiċi u bbażati fuq perjodu ta' żmien (SMART) għad-dipartimenti individwali, għall-unitajiet u għall-pjanijiet annwali tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kumitat jintroduċi l-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni aktar fil-wisa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu;

4.  Jinnota li, fl-2015, il-Kumitat kellu baġit approvat ta' EUR 88 900 000 (imqabbel ma' EUR 87 600 000 fl-2014), li minnhom EUR 87 200 000 kienu approprjazzjonijiet ta' impenn, b'rata ta' użu ta' 98,2 %; jieħu nota tat-tnaqqis żgħir fir-rata ta' użu fl-2015;

5.  Jieħu nota tal-konklużjoni ta' ftehim bilaterali ġdid ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iffirmat fl-2015; huwa fiduċjuż li dan il-ftehim jiżgura aktar effiċjenza fil-prestazzjoni tal-Kumitat u tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat ("il-Ftehim") kien f'waqtu u li jivvaluta b'mod pożittiv l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; josserva, madankollu, li n-natura "intensifikata" tal-kooperazzjoni msemmija f'dan il-Ftehim trid tiġi kkjarifikata ulterjorment;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess tal-Kumitat f'li jkollu approċċ aktar sistematiku għall-kooperazzjoni mal-Parlament, b'mod partikolari f'oqsma politiċi u mas-Servizzi ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS); jemmen li l-iżvilupp ulterjuri ta' sinerġiji jġib riżultati pożittivi għaż-żewġ istituzzjonijiet;

8.  Itenni t-talba tiegħu li valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-Ftehim tkun inkluża fir-rapport ta' segwitu li jmiss dwar il-Ftehim;

9.  Jinnota bi tħassib li ma ntlaħqet l-ebda waħda mill-miri stabbiliti mill-Kumitat fl-2015 għal aktar involviment tal-Parlament u tal-Kunsill f'attivitajiet relatati mal-opinjonijiet tal-Kumitat;

10.  Jinnota li l-aċċess dirett bejn il-binjiet REM u RMD ngħalaq mill-Parlament għal raġunijiet ta' sigurtà wara l-attakk terroristiku ta' Pariġi f'Novembru 2015; huwa fiduċjuż li l-Parlament se jerġa' jeżamina dawn il-kwistjoniet ta' sigurtà, peress li m'hemmx dubju li jkun ta' siwi għat-tliet istituzzjonijiet li l-passaġġ jerġa' jinfetaħ;

11.  Jinnota bi tħassib tnaqqis konsistenti fir-rata ta' eżekuzzjoni ta' pagamenti fl-2015 fuq xi partiti tal-baġit; jieħu nota li l-2015 kienet is-sena li fiha beda s-sitt mandat tal-kariga tal-Kumitat; huwa tal-fehma, madankollu, li l-Kumitat ma għandux iħalli li dan il-fatt ikollu impatt fuq il-ġestjoni tal-baġit; jistieden lill-Kumitat itejjeb il-prestazzjoni tiegħu u jipprepara aħjar għall-bidu tas-seba' mandat tal-kariga tal-Kumitat;

12.  Iħeġġeġ lill-Kumitat ikompli jtejjeb it-trasparenza tal-operazzjonijiet u jinkludi data dwar il-missjonijiet imwettqa mill-Membri fir-rapport ta' attività annwali, bi nfiq dettaljat;

13.  Jistieden lill-Kumitat jissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju;

14.  Jinnota bi tħassib li għad hemm żbilanċ bejn is-sessi f'karigi maniġerjali superjuri u intermedji (25 % / 75 % biss fil-maniġment superjuri u 38 % / 62 % f'dak intermedju); iħeġġeġ lill-Kumitat itejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fi ħdanu u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li jieħu biex jindirizza din il-kwistjoni, kif ukoll ir-riżultati li jinkisbu;

15.  Jinnota b'sodisfazzjon il-bilanċ ġeografiku tajjeb fi ħdan il-karigi maniġerjali;

16.  Huwa mħasseb ħafna dwar l-għadd kbir ta' ġranet ta' assenza minħabba l-mard fost il-persunal tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jivvaluta r-raġunijiet, jiffoka fuq il-governanza tiegħu tar-riżorsi umani biex itejjeb is-sitwazzjoni u jimmira l-attivitajiet ta' benessri tiegħu biex ikopru l-akbar għadd possibbli ta' membri tal-persunal bil-għan li jipprevjeni dan it-tip ta' assenteiżmu;

17.  Huwa mħasseb li m'hemmx implimentazzjoni adegwa tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu dwar il-prestazzjoni ta' proġetti tal-IT għal applikazzjonijiet interni; jistieden lill-Kumitat jirrimedja din is-sitwazzjoni bla aktar dewmien;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni ta' data dwar it-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-kumitat interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; jinnota li r-reviżjoni li għaddejja tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-Traduzzjoni se ssir b'mod konġunt mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

19.  Jinnota li rata ta' esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni telgħet minn 2,57 % fl-2014 għal kważi 10 % fl-2015 minħabba t-trasferiment ta' membri tal-persunal lejn il-Parlament skont il-Ftehim; jistieden lill-Kumitat jagħmel valutazzjoni tal-kosteffikaċja tal-arranġament il-ġdid li issa qed jitħaddem fil-prattika;

20.  Jieħu nota li l-Kumitat adotta regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta f'Diċembru 2015; jinnota wkoll li fl-2015 infetaħ fajl wieħed ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob li l-Kumitat iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar żviluppi fil-każ;

21.  Iqis li huwa ta' importanza fundamentali li l-Kumitat isegwi immedjatament iż-żewġ sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-UE(6), ir-rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("OLAF")(7), ir-rapport tad-dipartiment Uffiċċju tal-Ħlas tal-Kummissjoni(8) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament(9), u li jġib il-każ tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta mill-ex awditur intern tal-Kumitat għal soluzzjoni ġusta, onorevoli u ekwa qabel tmiem l-2017;

22.  Iqis li huwa ta' importanza fundamentali li l-Kumitat jaħdem flimkien mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jsegwi immedjatament is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku f'kawża ta' fastidju li tinvolvi uffiċjali miż-żewġ istituzzjonijiet(10), li jirrapporta lill-Parlament dwar il-progress li jsir u li jirrevedi l-proċeduri tiegħu għat-trattament ta' allegazzjonijiet ta' fastidju fil-ġejjieni, b'tali mod li jiżgura li jkunu skont il-ġurisprudenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

23.  Jinnota b'sodisfazzjon kbir l-isforzi u r-riżultati miksuba s'issa fit-titjib tal-marka ambjentali tal-Kumitat u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS);

24.  Jinnota l-isforzi u l-kisbiet tal-Kumitat fl-intensifikazzjoni tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu;

25.  Jilqa' l-informazzjoni dwar il-politika immobiljari tal-Kumitat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati b'mod xieraq u ma jkunux eċċessivi;

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Is-Sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta' Mejju 2013, kawża F-86/11 (ECLI:EU:F:2011:189) u tat-18 ta' Novembru 2014, kawża F-156/12 (ECLI:EU:F:2014:247).
(7) Ir-Rapport Finali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tat-8 ta' Ottubru 2003.
(8) Ir-rapport tad-dipartiment tal-Uffiċċju tal-Ħlas tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2008.
(9) Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tad-29 ta' Jannar 2004 (ĠU L 57, 25.2.2004, p. 8), tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 330, 4.11.2004, p. 153), tat-12 ta' April 2005 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 54), tas-27 ta' April 2006 (ĠU L 340, 6.12.2006, p. 44), tad-29 ta' April 2015 (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 132) u tat-28 ta' April 2016 (ĠU L 246, 14.9.2016, p. 152) b'appoġġ tal-każ tal-Awditur Intern tal-Kumitat.
(10) Is-Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2013, kawża F-124/10: Vassilliki Labiri v il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ECLI:EU:F:2013:21).


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
PDF 370kWORD 57k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2016/2160(DEC))
P8_TA(2017)0152A8-0122/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0278/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99 u 164 sa 167 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 7/2016: "Kif is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jimmaniġġja l-binjiet tiegħu madwar id-dinja",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0122/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2016/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0122/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li nkomplu nsaħħu l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà, bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jilqa' l-fatt li, skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti"), il-livell ġenerali ta' żbalji fl-Intestatura 5 (Amministrazzjoni), inkluż il-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għadu relattivament baxx bi stima ta' 0,6 % fl-2015;

2.  Jinnota l-fatt li l-Qorti ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tar-rapport annwali tal-attività u tas-sistema ta' kontroll intern tas-SEAE;

3.  Jitlob li s-SEAE jirrimedja ċerti dgħufijiet li nstabu mill-Qorti fil-proċeduri ta' reklutaġġ ta' aġenti lokali fid-delegazzjonijiet (jiġifieri nuqqas ta' trasparenza fir-rigward ta' ċerti passi tal-proċedura) u fil-proċeduri ta' akkwist (b'mod partikolari valutazzjonijiet żbaljati ta' offerti meta mqabbla ma' speċifikazzjonijiet tekniċi jew l-użu ta' proċedura ta' akkwist inkorretta) organizzati mid-delegazzjonijiet;

4.  Jaqbel mal-Qorti li t-titjib tal-gwida, id-disinn, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal kuntratti ta' valur baxx huwa importanti peress li dawn il-kuntratti rrappreżentaw 4,5 % tal-valur totali ta' kuntratti konklużi fl-2015; jappoġġja l-intenzjoni tas-SEAE li jorganizza seminars reġjonali u jipprovdi appoġġ amministrattiv rigward l-akkwist għan-netwerk kollu tad-delegazzjonijiet;

5.  Jitlob li s-SEAE jtejjeb il-kwalità tal-proċeduri tal-għażla tiegħu billi jintegra d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha meħtieġa; jitlob li s-SEAE jarmonizza aħjar il-proċeduri ta' akkwist imwettqa fid-delegazzjonijiet; itenni t-talba tiegħu li d-dgħufijiet rikorrenti f'dan il-qasam jiġu rrimedjati billi jitkompla l-appoġġ amministrattiv għad-delegazzjonijiet fejn is-sitwazzjoni hi l-aktar kritika;

6.  Jilqa' l-fatt li, fil-qafas tal-eżerċizzju tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) li jkopri s-sena 2015, inħarġu linji gwida mtejba u aktar komprensivi li jsaħħu s-superviżjoni tal-kapijiet tad-delegazzjoni u li jkopru r-rekwiżiti kemm tar-responsabbiltà kif ukoll tar-rappurtaġġ;

7.  Jiddispjaċih għaż-żieda fir-rata medja ta' anomaliji fl-impenji għal 22,4 % fl-2015 (meta mqabbla ma' 18,3 % fl-2014) fil-livell ta' kontrolli ex ante;

8.  Jinnota li l-baġit totali tas-SEAE għall-2015 kien ta' EUR 602,8 miljun, li jirrappreżenta żieda totali ta' 16,2 % meta mqabbel mal-2014, u li rriżulta mit-trasferiment ta' EUR 71,5 miljun fil-baġit tiegħu mill-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni (EUR 25,2 miljun) u minn linji baġitarji oħra (sa EUR 46,3 miljun) għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, bħal kirjiet, sigurtà tal-uffiċċji u IT; josserva li l-fondi tal-FEŻ ma kinux inklużi;

9.  Jirrimarka li l-eżekuzzjoni tal-baġit amministrattiv tas-SEAE għadha punt ta' tħassib peress li ċerti delegazzjonijiet jirċievu kontribuzzjonijiet baġitarji mill-Kummissjoni minn 33 linja baġitarja differenti, minbarra l-baġit proprju tas-SEAE; jistieden lill-partijiet interessati kollha jkomplu jirfinaw u jissemplifikaw is-sorsi u l-arranġamenti baġitarji sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni baġitarja; jilqa' l-arranġament baġitarju li nstab dan l-aħħar rigward l-ispejjeż amministrattivi tal-FEŻ, li se jiġu imposti fuq il-baġit tas-SEAE mill-2016 fuq il-bażi ta' kalkolu ta' ammont standard għal kull persuna;

10.  Jinnota l-fatt li l-baġit tal-kwartieri ġenerali ammonta għal EUR 218,9 miljun, li minnhom EUR 140,5 miljun (jew 64,7 %) kienu jirrigwardaw il-ħlas tas-salarji u d-drittijiet l-oħra tal-persunal statutorju u dak estern, EUR 30 miljun (jew 13,7 %) għall-bini u EUR 30,7 miljun bi rbit ma' sistemi tal-IT, tagħmir u għamara;

11.  Jinnota li l-baġit ta' EUR 383,9 miljun tad-delegazzjonijiet kien imqassam f'EUR 155,8 miljun (jiġifieri 40,6 %) għall-bini u l-ispejjeż assoċjati, EUR 105,5 miljun (27,5 %) għar-remunerazzjoni tal-persunal statutorju, EUR 60,1 miljun (jew 15,7 %) għal persunal estern u servizzi esterni, EUR 20,6 miljun (5,4 %) għal infiq ieħor relatat mal-persunal u EUR 41,9 miljun (10.9 %) għal infiq amministrattiv ieħor; jinnota wkoll li l-Kummissjoni allokat EUR 204,7 miljun għall-ispejjeż amministrattivi tal-membri tal-persunal tal-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

12.  Itenni t-talba tiegħu li l-"kontinwità tal-operazzjonijiet" u l-"ġestjoni tad-dokumenti" jingħataw attenzjoni, speċjalment fid-delegazzjonijiet, bħala standards ta' kontroll intern prinċipali, iżda wkoll bħala komponenti sinifikanti tal-ġestjoni, b'mod partikolari għad-disponibbiltà u l-affidabbiltà tal-informazzjoni li tintuża għal diversi skopijiet ta' ġestjoni, jiġifieri l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-rappurtar ta' attivitajiet u proġetti;

13.  Josserva li żewġ delegazzjonijiet biss esprimew riservi relatati man-nuqqas ta' proċedura xierqa ta' sejħiet għall-offerti u informazzjoni ewlenija nieqsa dwar il-ġestjoni li għandha jintużaw għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni;

14.  Jappoġġja l-kuntatti regolari bejn is-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni li jittrattaw kwistjonijiet esterni dwar il-prevenzjoni u l-kxif ta' frodi;

15.  Jappoġġja t-twaqqif taċ-Ċentru Reġjonali tal-Ewropa, li huwa inizjattiva maħsuba biex tipprovdi għajnuna amministrattiva mtejba lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja, l-akkwist u r-riżorsi umani; jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-evalwazzjoni tal-proġett pilota fl-2017; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli din il-prattika li jiġma' l-għarfien b'mod adattat f'reġjuni oħra bil-ħsieb li jkompli jnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż amministrattivi fid-delegazzjonijiet;

16.  Iqis li huwa essenzjali li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet ikomplu jiġu sensibilizzati regolarment rigward ir-rwol fundamentali tagħhom fit-tisħiħ kumplessiv tal-assigurazzjoni, il-ġestjoni u r-responsabbiltà, b'mod partikolari fir-rigward tal-ponderazzjoni tad-diversi komponenti li x'aktarx jattivaw il-ħruġ ta' riserva, apparti d-dmirijiet politiċi tagħhom; iħeġġeġ lis-SEAE joffri lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet, speċjalment lid-diplomatiċi mill-Istati Membri taħriġ u għarfien espert;

17.  Josserva l-bidliet u r-razzjonalizzazzjoni li saru fl-organizzazzjoni tas-SEAE biex jissemplifikaw il-linji ta' rappurtar u l-flussi tal-informazzjoni li jiffaċilitaw il-formulazzjoni, min-naħa tas-SEAE, ta' reazzjonijiet għall-kriżijiet jew għall-isfidi politiċi, u biex inaqqsu l-għadd ta' sfuf ta' ġerarkija b'anqas direttorati;

18.  Jirrikonoxxi l-aspett kritiku tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-kuntest tas-SEAE bi "tliet sorsi" ta' reklutaġġ, il-ġestjoni tal-istazzjonar f'delegazzjonijiet, u l-ilħiq tat-tnaqqis annwali fil-persunal, li fl-2015 kien jirrappreżenta 17-il kariga fil-kwartieri ġenerali;

19.  Jinnota li l-parti tad-diplomatiċi tal-Istati Membri tirrappreżenta 32,9 % tal-persunal AD kollu tas-SEAE (jiġifieri 307 persuni) meta mqabbla ma' 33,8 % fl-2014; jirrimarka li din il-proporzjon hija ogħla fid-delegazzjonijiet bi 43,1 % jew 166 diplomatiku mill-Istati Membri u 25,7 % fil-kwartieri ġenerali; jappella għal distribuzzjoni aktar bilanċjata ta' persunal u jfakkar lis-SEAE li huwa importanti li jiġma' l-għarfien espert tal-persunal tal-Istati Membri u tas-SEAE f'kull livell;

20.  Jenfasizza li l-għadd ta' diplomatiċi tal-Istati Membri stazzjonati bħala kapijiet ta' delegazzjonijiet kien ta' 63 minn 134 kariga ta' kap ta' delegazzjonijiet, li jirrappreżentaw 47 % tat-total; jirrimarka li dawk it-63 kariga kineu mqassma b'bilanċ inugwali tas-sessi ta' 16 % / 84 %, u li biss 16 minn dawn it-63 kienu ċittadini ta' Stati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara; jinnota wkoll li, fi ħdan id-29 viċi kapijiet ta' delegazzjoni, is-sessi kienu rrappreżentati bi żbilanċ ta' 24 % / 76 %, u li 6 mill-viċi kapijiet ta' delegazzjoni kienu diplomatiċi tal-Istati Membri;

21.  Josserva li l-għadd ta' esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri kompla jiżdied fl-2015 (8 % aktar meta mqabbel mal-2014) biex laħaq 434 (bi 376 stazzjonati fil-kwartieri ġenerali u 58 fid-delegazzjonijiet); jinnota li 40 % tat-376 espert nazzjonali sekondat (jew 151) li jinsabu fi Brussell tħallsu mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom;

22.  Ifakkar lis-SEAE fil-ħtieġa li jiżgura rispett sħiħ tal-formula tal-persunal rigward il-proporzjon bejn il-persunal mill-Istati Membri u dak mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi s-SEAE;

23.  Jinnota li t-tqassim ġenerali skont is-sess kważi laħaq il-parità, b'bilanċ ta' 47 % / 53 % fil-persunal kumplessiv, filwaqt li fil-livell tal-persunal AD d-differenza hija 1,7 % / 68,3 % (mqabbla ma' 31 % / 69 % fl-2014); josserva li din il-proporzjon ta' 30 % ilha stabbli mill-2011;

24.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-iżbilanċi bejn is-sessi f’pożizzjonijiet maniġerjali, peress li l-livell bħalissa huwa 21,4 % / 78,6 %; jiddispjaċih li l-proporzjon ta' nisa li japplikaw għal karigi maniġerjali għadha fil-livell baxx ta' 16 %; iqis li huwa importanti li jsir progress f'dan ir-rigward u għalhekk jitlob li s-SEAE jagħti sura ġdida lill-kundizzjonijiet u l-politiki ta' reklutaġġ tiegħu sabiex iħajjar liż-żewġ sessi ndaqs għal karigi maniġerjali;

25.  Itenni li l-bilanċ ġeografiku, prinċipalment r-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, għandu jkun element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi umani tas-SEAE, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni mill-2004 'l hawn; huwa mħasseb serjament dwar is-sottorappreżentanza kontinwa ta' dawk l-Istati Membri kemm fil-livell tal-persunal kif ukoll f'dak maniġerjali; jitlob, għaldaqstant, li s-SEAE jagħmel ħiltu biex jikkoreġi din is-sitwazzjoni b'mod sinifikanti; jenfasizza li dawk l-Istati Membri huma sottorappreżentati b'mod speċjali fil-livell ogħla tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, li fihom għadna nistennew li jsir progress;

26.  Jilqa' l-impenn mogħti lill-Parlament mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli li tindirizza l-iżbilanċ eżistenti b'sovrarappreżentanza ta' diplomatiċi nazzjonali fil-karigi ta' kapijiet ta' delegazzjonijiet, u jitlob li s-SEAE jippreżenta rieżami tal-politika tar-riżorsi umani tiegħu matul l-2017, b'tali mod li jindirizza kwistjonijiet bħalma huma l-bilanċ bejn is-sessi u l-mobilità tal-persunal bejn l-istituzzjonijiet, filwaqt li jqis ukoll l-impatt tagħha f'termini ta' riżorsi umani biex isaħħu "l-azzjoni esterna u l-viżibbiltà tal-Unjoni permezz tal-istrateġija globali tagħha";

27.  Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jiżviluppa r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-faċilitazzjoni u l-appoġġ tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fl-għoti ta' għajnuna konsulari;

28.  Ifakkar lis-SEAE li hemm differenza sottili bejn id-diplomazija ekonomika u l-lobbying; jitlob għalhekk li s-SEAE jissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar Reġistru tat-Trasparenza Mandatorju, inkluż għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, safejn dan ikun possibbli mil-lat legali;

29.  Jinnota l-infiq annwali ta' EUR 160 miljun iddedikati għan-netwerk tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jirrappreżenta żieda ta' aktar minn 50 % meta mqabbel mas-sena finanzjarja ta' qabel; jinnota li 80 % tad-delegazzjonijiet għadhom f'binjiet mikrija, hekk li l-kirjiet fl-2015 ammontaw għal EUR 53,04 miljun; jilqa' l-faċilità ta' self ta' EUR 200 miljun għal ġestjoni aħjar tal-politika immobiljari u t-tnaqqis tal-ispejjeż tax-xiri tad-delegazzjonijiet; jiddispjaċih li, minkejja l-faċilità ta' self u ż-żieda fl-infiq, huma biss ftit il-binjiet tad-delegazzjonijiet li huma proprjetà tas-SEAE; jitlob li s-SEAE fir-rapport annwali tal-attività tiegħu jippreżenta mhux biss il-kuntratti tal-binjiet tas-sena kurrenti imma wkoll stampa ġenerali tas-sitwazzjoni tal-binjiet kollha tad-delegazzjonijiet;

30.  Jitlob li s-SEAE jġedded il-politiki immobiljari tiegħu mill-qiegħ f' konformita’ mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rappot Speċjali 7/2016 tagħha, b'mod partikolari rigward:

   il-ħtieġa ta' konsistenza u tal-irkupru sħiħ tal-ispejjeż kollha għall-imposti mħallsa mill-Istati Membri jew minn istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni ospitati f’binjiet ta' uffiċini tad-delegazzjonijiet;
   it-titjib tal-għażla ta' binjiet tad-delegazjonijiet;
   l-involviment dirett tal-kwartieri ġenerali qabel ma jinkrew (jew jiġġeddu ftehimiet ta' kera) jew jinxtraw binjiet ta' uffiċini;
   it-titjib tas-sistema ta’ informazzjoni tiegħu għall-ġestjoni tal-proprjetà immobbli, ħalli s-SEAE jikseb informazzjoni aktar affidabbli u rilevanti għall-proċess ta’ ppjanar tiegħu;

31.  Jitlob li s-SEAE jiżviluppa aktar l-użu tal-ispazji mmobiljari, b'mod partikolari billi jindirizza bħala kwistjoni ta' prijorità s-sitwazzjonijiet individwali ta' binjiet mhux okkupat jew li huma kbar bla bżonn u l-ispejjeż żejda assoċjati identifikati mill-Qorti (EUR 7,8 miljun), waqt li jirrikonoxxi l-isfidi tal-ġestjoni tal-immobbli f'ambjenti li spiss huma kumplessi;

32.  Jenfasizza li s-SEAE u l-Istati Membri għandhom interess komuni li jiffatturaw l-użu tal-binjiet u jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni lokali fil-qasam tal-ġestjoni immobiljari, b'attenzjoni speċifika u kontinwa għall-ksib tal-aqwa valur mill-infiq, għall-kwistjonijiet ta' sigurtà u għall-immaġni tal-Unjoni;

33.  Jilqa' ż-żieda fi proġetti ta' kolokazzjoni ta' delegazzjonijiet tal-Unjoni ma' Stati Membri, bl-iffirmar ta' sitt memoranda ta' qbil ta' kolokazzjoni fl-2015, li wasslu għal total ta' 86 proġett ta' kolokazzjoni sa tmiem l-2015; jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jfittex modi oħra biex iwessa' din il-prattika tajba; iqis li din il-politika għandha tinkludi approċċi innovattivi bl-għan li jiġu definiti kemm strateġija koordinata ta' kolokazzjoni ma' Stati Membri ħerqana li jagħmlu dan, kif ukoll arranġamenti xierqa ta' qsim tal-ispejjeż relatati mal-binjiet u l-loġistika; josserva li arranġamenti ta' kolokazzjoni jikkonċernaw ukoll entitajiet oħra li jikkontribwixxu għall-ġestjoni tal-politiki barranin, bħalma huma l-Bank Ewropew tal-Investiment, is-servizzi ta' ECHO, il-missjonjiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u r-rappreżentanti speċjali tal-Unjoni;

34.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' reġistrazzjoni u n-nuqqas ta' preċiżjoni fis-sistema ta' informazzjoni għall-ġestjoni tal-binjiet ta' uffiċini u r-residenzi tad-delegazzjonijiet; jitlob li jsir rieżami regolari tal-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data pprovduta mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jissaħħaħ l-ippjanar ġenerali tal-ispazji immobiljari, il-postijiet u l-irkupru tal-ispejjeż;

35.  Iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ l-istrumenti ta' ġestjoni ta' kontroll u ta' monitoraġġ tal-ispejjeż kollha mġarrba fir-rigward tal-politika immobiljari sabiex jiżgura stampa ġenerlai korretta u segwitu għall-infiq kollu f'dan il-qasam; iqis li għandu jsir enfasi fuq il-monitoraġġ tal-limiti stabbiliti fil-politika immobiljari sabiex jitnaqqas it-total tal-kera annwali tal-uffiċini tad-delegazzjonijiet u l-ispejjeż rikorrenti relatati, u sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-entitajiet kolokati, il-kopertura tal-ispejjeż operazzjonali involuti f'sitwazzjonijiet ta' kolokazzjoni u l-korrettezza tal-ispejjeż b'kundizzjonijiet tas-suq lokali;

36.  Jemmen li għarfien espert legali u tekniku fil-ġestjoni tal-proprjetà immobbli għandu jiġi żviluppat mill-aktar fis, filwaqt li titqies kwalunkwe għażla alternattiva kosteffikaċi, bħal li jiġu mqabbda esperti esterni (pereżempju, sensara lokali) li jfittxu fis-suq jew possibbilment jinnegozjaw mas-sidien tal-proprjetà;

37.  Jitlob mis-SEAE lista annwali ta’ spezzjonijiet imwettqa fid-delegazzjonijiet;

38.  Jitlob li s-SEAE jara li l-ispettorat tad-delegazzjonijiet jwettaq kontrolli fuq l-aħħar ħames ftehimiet ta’ kiri jew xiri ta’ residenzi għal ambaxxaturi tal-Unjoni, inkluża r-residenza f’Tirana, l-Albanija, u li jirrapporta lill-Parlament dwar dan;

39.  Jappoġġja l-implimentazzjoni ta' strateġija fuq żmien medju u fit-tul li tidentifika l-għażliet possibbli kollha f'dan il-qasam mill-prijoritajiet ta' investiment jew possibbiltajiet ta' xiri għat-tiġdid ta' kirjiet jew għall-kondiviżjoni ta' binjiet ma' Stati Membri, b’kont meħud għat-tbassir dwar il-persunal u għall-ippjanar u l-iżvilupp tal-politiki;

40.  Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli japplika l-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) u l-prinċipju ta' akkwist pubbliku ekoloġiku fil-politika immobiljari tiegħu, filwaqt li jifhem li l-kundizzjonijiet lokali tal-139 delegazzjoni jirrikjedu ċertu grad ta' flessibbiltà;

41.  Huwa tal-fehma li s-sigurtà tas-SEAE u tad-delegazzjonijiet tiegħu trid tissaħħaħ aktar u jistieden lis-SEAE jagħti prijorità lis-sigurtà meta jagħżel il-binjiet u l-ispazji għad-delegazzjonijiet tiegħu; iqis li s-sigurtà tal-binjiet għandha tkun parti integrali mill-politika immobiljari tas-SEAE u li l-iskema ta' evakwazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar l-evakwazzjoni tiegħu, jekk meħtieġa, għandhom ikunu kkoordinati mar-Rappreżentanzi tal-Istati Membri kkonċernati.

42.  Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li s-SEAE tipprevedi proġett ta’ viżjoni komuni u azzjoni konġunta bl-objettiv li jkollna Ewropa aktar b'saħħitha li jikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun u fid-dinja kollha kemm hi;

43.  Jitlob li s-SEAE jtejjeb il-politika ta' komunikazzjoni tiegħu fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(1) ĠU L 69, 13.3.2015.
(2) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.
(4) ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2015: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
PDF 347kWORD 52k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2016/2158(DEC))
P8_TA(2017)0153A8-0142/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0276/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2016/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2017),

A.   billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta’ rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma osservat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tal-elementi awditjati b'relazzjoni ma’ riżorsi umani u proċeduri ta' akkwist għall-Ombudsman Ewropew (l-"Ombudsman");

2.  Jenfasizza l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stmat li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għall-infiq amministrattiv tal-Ombudsman kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Ombudsman huwa wieħed purament amministrattiv u fl-2015 ammonta għal EUR 10 346 105 (EUR 9 857 002 fl-2014); jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni ma għandiex tapplika għall-baġit tal-Ombudsman kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għall-pjanijiet annwali tad-dipartimenti individwali, l-unitajiet u l-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Ombudsman tintroduċi l-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni b'mod aktar mifrux fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

4.  Jinnota li mill-approprjazzjonijiet totali, ġew impenjati 92,32 % (meta mqabbel ma' 97,87 % fl-2014) u ġew imħallsa 86,19 % (meta mqabbel ma' 93,96 % fl-2014) b'rata ta' użu ta' 92,32 % (meta mqabbel ma' 97,87 % fl-2014); jinnota li r-rata ta' użu kompliet tonqos fl-2015;

5.  Jieħu nota tal-fatt li t-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2015 influwenza lid-deċiżjoni tal-Ombudsman biex tnaqqas bosta linji baġitarji - missjonijiet, spejjeż ta' rappreżentazzjoni, pubblikazzjonijiet u traduzzjonijiet - u konsegwentement naqqset il-baġit ta' dawn il-linji;

6.  Jirrikonoxxi li l-Ombudsman tinsab minn ta' quddiem fit-trasparenza fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob xorta li titjieb aktar it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u l-proċessi ta' reklutaġġ; jitlob lill-Ombudsman tindika l-kompiti tal-Konsulent Prinċipali u tiċċara l-pożizzjoni tiegħu/tagħha fl-organigramma; fid-dawl tat-tibdil qabel l-adozzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni f'Novembru 2015, jitlob lill-Ombudsman tiżgura li l-verżjoni aġġornata tal-organigramma tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha;

7.  Jilqa' t-tkomplija tal-investigazzjonijiet tal-Ombudsman f'każijiet tat-tip "bibien iduru" fil-Kummissjoni; iqajjem tħassib dwar il-"bibien iduru interni" bejn l-Ombudsman u l-istituzzjonijiet l-oħra li setgħu kienu taħt l-iskrutinju tal-Ombudsman jew bejn l-istituzzjonijiet l-oħra li jistgħu jkunu qegħdin jiskrutinizzaw xogħol xulxin; jistieden lill-Ombudsman tanalizza s-sitwazzjoni u tfassal regoli sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess jekk tqis li dan ikun meħtieġ;

8.  Jilqa' l-implimentazzjoni effiċjenti tal-pjan ta' ġestjoni annwali fl-2015 fi ħdan l-istrateġija lejn l-2019; jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-miri stabbiliti mill-Ombudsman biex tivvaluta l-prestazzjoni tagħha permezz ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ġew milħuqa; għandu fiduċja li din ix-xejra se tinżamm fis-snin li ġejjin;

9.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li l-Ombudsman kellha fil-proċess tal-introduzzjoni ta' regoli interni għall-protezzjoni tal-informaturi skont l-Artikolu 22(a), 22(b) u (c) tar-Regolamenti tal-Persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2015; jitlob lill-Ombudsman biex timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli fuq bażi kontinwa u tevalwa jekk dawn jipprovdux protezzjoni xierqa għall-assistenti parlamentari akkreditati tal-Parlament;

10.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman fit-tħejjija tagħha ta' regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju;

11.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-inizjattivi strateġiċi u proprji tal-Ombudsman u jistieden lill-Ombudsman tinforma lill-awtorità ta' kwittanza regolarment dwar l-impatt tal-inkjesti tagħha; itenni li l-ewwel prijorità tal-Ombudsman għandha tkun li tindirizza l-ilmenti taċ-ċittadini fi żmien raġonevoli; jistieden lill-Ombudsman tinterpreta l-amministrazzjoni ħażina b'mod kemm jista' jkun wiesa' meta twettaq dmirijietha u biex tiżviluppa kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Kumitat għall-kontroll tal-baġit tal-Parlament fil-ħidma strateġika tagħha;

12.  Jirrikonoxxi d-definizzjonijiet il-ġodda ta' interess pubbliku u mhux pubbliku introdotti permezz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-għażla tal-ilmenti riċevuti; jitlob lill-Ombudsman tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kif dawk id-definizzjonijiet affettwaw il-prestazzjoni tagħha;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tippubblika l-identità u d-dettalji l-oħra tal-partijiet interessati esterni li tiltaqa' magħhom fuq is-sit web tagħha;

14.  Jinnota r-riżultati li nkisbu fl-2015 fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilmenti u jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkonformaw mal-proposti tal-Ombudsman b'rata ta' 90 %; jistieden lill-Ombudsman tipprovdi analiżi tal-konformità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bil-proposti tagħha fir-rapporti ta' attività annwali tagħha; jitlob lill-Ombudsman tipprovdi analiżi tar-raġunijiet possibbli tan-nuqqas ta' konformità u jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jtejbu aktar ir-rata ta' konformità tagħhom;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kisba tal-bilanċ bejn is-sessi fil-livell maniġerjali fl-2015; japprova l-appoġġ tal-Ombudsman għal miżuri biex isostnu l-parteċipazzjoni ugwali ta' rġiel u nisa fil-forza tax-xogħol tagħha;

16.  Jiddispjaċih, madankollu, dwar l-iżbilanċ ġeografiku ċar fil-livell maniġerjali medju u għoli, u, b'mod partikolari r-rappreżentanza żejda ta' maniġers mill-Istat Membru ta' liema għandha n-nazzjonalità l-Ombudsman; jistieden lill-Ombudsman sabiex tiżgura korrezzjoni sostnuta ta' din is-sitwazzjoni;

17.  Jinnota l-pjan tal-Ombudsman biex tikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali biex il-persunal jitnaqqas b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin u jitlob li jiġi infurmat dwar kif dan it-tnaqqis jaqbel mal-istimi tal-2016 biex jinħolqu ħames impjiegi ġodda;

18.  Jinsab imħasseb dwar iż-żewġ ilmenti li saru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-Ombudsman fl-2015 u jitlob li d-dettalji ta' dawn l-ilmenti jingħataw lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

19.  Jilqa' l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), id-dematerjalizzazzjoni ta' dokumenti, il-ħolqien ta' skema permanenti ta' mobbiltà ekoloġika u l-użu tal-vidjokonferenzi għal-laqgħat; jinkoraġġixxi li jiġu applikati aktar il-prinċipji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku u jistieden lill-Ombudsman tistabbilixxi regoli u baġit għall-kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;

20.  Jilqa' l-kjarifika tal-Ombudsman għan-nuqqas ta' politika tal-bini, peress li s-servizzi tagħha huma ospitati mill-Parlament, u jitlob li jiġi infurmat bi kwalunkwe żviluppi jew bidliet fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali;

21.  Jilqa' l-għoti ta' informazzjoni eżawrjenti dwar ir-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Ombudsman, imqassma skont il-grad, is-sess u n-nazzjonalità u jitlob li dik l-informazzjoni tiġi inkluża awtomatikament fir-rapport ta' attività annwali tal-Ombudsman;

22.  Jistenna li l-Ombudsman tkompli tirsisti għal kwalità konsistenti fir-rapport ta' attività annwali tagħha u jitlob lill-Ombudsman tipprovdi rapport ta' impatt annwali komprensiv, li huwa għodda importanti għall-valutazzjoni tal-ħidma tagħha.

23.  Jesprimi x-xewqa li l-ombudsmen nazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jgħinu iktar lill