Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2044(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0359/2017

Testi mressqa :

A8-0359/2017

Dibattiti :

PV 29/11/2017 - 16
CRE 29/11/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2017 - 8.7
CRE 30/11/2017 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0458

Testi adottati
PDF 806kWORD 81k
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2017 - Brussell Verżjoni finali
Proċedura baġitarja 2018
P8_TA(2017)0458A8-0359/2017
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14587/2017 – C8-0416/2017 – 2017/2044(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14587/2017 – C8-0416/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8-0313/2017),

–  wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017),

1.  Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti mid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:

   lista ta' linji baġitarji mhux modifikati, mqabbla mal-abbozz tal-baġit jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
   ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;
   ċifri linja b'linja dwar il-partiti baġitarji kollha;
   dokument konsolidat biċ-ċifri u t-test finali tal-linji kollha li ġew modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.  Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet unilaterali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0408.
(2) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

18.11.2017

FINALI

Baġit 2018 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2018

2.  Baġit 2017 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017

3.  Dikjarazzjonijiet

Ħarsa ġenerali

A.  Baġit 2018

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

—  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2018 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 160 113,5 miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2018 ta' EUR 1 600,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

—  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2018 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 144 681,0 miljun.

—  L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2018 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 837,2 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza.

—  Il-marġni globali għall-impenji qed jintuża f'livell ta' EUR 1 113,7 miljun għall-intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-intestatura 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali.

—  Id-Deċiżjoni UE 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017(1) se tiġi emendata sabiex taġġusta l-profil ta' tpaċija biex jitnaqqas l-ammont ikkumpensat fl-intestatura 5 Amministrazzjoni fl-2018 minn EUR 570 miljun għal EUR 318-il miljun u b'mod korrispondenti tintroduċi kumpens ta' EUR 252 miljun għall-istess l-intestatura fl-2020.

—  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2018 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2014, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 678,3 miljun.

B.  Baġit 2017

Skont l-elementi għal konklużjonijiet konġunti, l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni.

1.  Baġit 2018

1.1.  Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.

1.2.  Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 bl-eċċezzjoni ta':

—  Skont l-intestatura 3:

o L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għalih ġew miżjuda 10 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 3 690 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

o L-Uffiċċju Ewropew fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih ġie miżjud l-ammont ta' EUR 5 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

o Il-Korp Ewropew għat-Titjib tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 1 845 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

—  Taħt l-intestatura 1a:

o L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA, artikolu baġitarju 02 05 11) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 345 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

o L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, artikolu baġitarju 12 02 06) li għalih tnaqqsu l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit.

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018, kif emendati mill-Ittra Emendatorja 1/2018.

Proġetti pilota/azzjonijiet preparatorji

Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 87 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 100,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament flimkien mal-azzjoni preparatorja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.  Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

1.1.11

Sistemi Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita (EGNOS u Galileo)

 

 

-4 090 000

02 05 01

Żvilupp u forniment ta' infrastrutturi u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) sal-2020

623 949 000

621 709 000

-2 240 000

02 05 02

Forniment ta' servizzi b'bażi satellitari b'titjib tal-prestazzjoni tal-GPS biex gradwalment ikun kopert ir-reġjun kollu tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) sal-2020 (EGNOS)

185 000 000

183 150 000

-1 850 000

1.1.13

Programm Ewropew tal-Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus)

 

 

-10 370 000

02 06 01

Twassil ta' servizzi operazzjonali li jistrieħu fuq osservazzjonijiet mill-ispazju u data in situ (Copernicus)

130 664 000

129 364 000

-1 300 000

02 06 02

Bini ta' kapaċità awtonoma tal-osservazzjoni tad-Dinja mill-Unjoni (Copernicus)

507 297 000

498 227 000

-9 070 000

1.1.14

Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC)

 

 

-30 000 000

15 05 01

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

68 235 652

38 235 652

-30 000 000

1.1.31

Orizzont 2020

 

 

110 000 000

02 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fl-ispazju

173 389 945

184 528 490

11 138 545

02 04 02 03

Żieda tal-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)

36 937 021

43 178 448

6 241 427

06 03 03 01

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

53 986 199

56 835 072

2 848 873

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1 827 122 604

1 842 122 604

15 000 000

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifatturar u proċessar avvanzati

518 395 125

524 204 453

5 809 328

08 02 03 03

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

330 244 971

336 486 398

6 241 427

08 02 03 04

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

230 777 055

239 323 675

8 546 620

08 02 03 05

Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima

297 738 618

303 307 891

5 569 273

08 02 08

Strument għall-SMEs

471 209 870

481 209 870

10 000 000

09 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

722 055 754

725 189 515

3 133 761

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda

870 013 019

885 710 765

15 697 746

32 04 03 01

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

300 984 111

320 757 111

19 773 000

1.1.4

Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME)

 

 

15 000 000

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn

199 554 000

214 554 000

15 000 000

1.1.5

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)

 

 

54 000 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 955 123 300

1 979 123 300

24 000 000

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

182 672 916

212 672 916

30 000 000

1.1.7

Dwana, Fiscalis u Ġlieda Kontra l-Frodi

 

 

-1 365 232

14 02 01

Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali

80 071 000

78 860 555

-1 210 445

14 03 01

Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni

32 043 000

31 888 213

-154 787

1.1.81

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) - Enerġija

 

 

-19 773 000

32 02 01 04

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrumenti Finanzjarji għall-ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi.

19 773 000

0

-19 773 000

1.1.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

-3 965 555

02 05 11

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

30 993 525

31 338 525

345 000

12 02 06

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

15 947 170

11 636 615

-4 310 555

1.1.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-2 346 000

02 03 02 01

Sostenn għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mis-CEN, is-Cenelec u l-ETSI

18 908 000

18 562 000

-346 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi

8 500 000

7 500 000

-1 000 000

29 02 01

Forniment ta' informazzjoni ta' statistika ta' kwalità, implimentazzjoni ta' metodi ġodda ta' produzzjoni ta' statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika

59 475 000

58 475 000

-1 000 000

1.1.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

51 650 000

1.1.SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

-2 900 000

01 02 01

Koordinazzjoni u sorveljanza ta', u komunikazzjoni dwar, l-unjoni ekonomika u monetarja, inkluża l-euro

12 000 000

11 500 000

-500 000

04 03 01 08

Relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali

16 438 000

15 038 000

-1 400 000

06 02 05

Attivitajiet ta' sostenn għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri inklużi attivitajiet ta' komunikazzjoni

11 821 000

10 821 000

-1 000 000

 

Total

 

 

155 840 213

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 22 001,5 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1a ta' EUR 21 239 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 762,5 miljun.

Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustament maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljat fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

1.2.5

Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika)

 

 

116 666 667

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

233 333 333

350 000 000

116 666 667

1.2.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

7 700 000

 

Total

 

 

124 366 667

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 55 532,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1b ta' EUR 55 181 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 351,2 miljun.

Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

2.0.10

Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

 

 

-229 900 000

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

16 556 000 000

16 326 100 000

-229 900 000

2.0.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

15 600 000

 

Total

 

 

-214 300 000

It-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa kompletament attribwit għal aktar dħul allokat disponibbli mis-surplus tal-FAEG tal-31 ta' Ottubru 2017 li se jkopri l-ħtiġijiet kollha tas-settur kif aġġornat fl-Ittra Emendatorja 1/2018. Fost dawn il-ħtiġijiet aġġornati, l-Ittra Emendatorja 1/2018 iżżid il-ħlasijiet għal:

—  Bdiewa żgħażagħ b'EUR 34 miljun (partita baġitarja 05 03 01 13),

—  Il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent b'EUR 95 miljun (partita baġitarja 05 03 01 11),

—  Miżuri oħra għal-laħam tal-majjal, tjur, bajd, trobbija tan-naħal u ta' prodotti tal-annimali oħrajn b'EUR 60 miljun (partita baġitarja 05 02 15 99)

—  Programmi ta' appoġġ nazzjonali għas-settur tal-inbid b'EUR 7 miljun (partita baġitarja 05 02 09 08), u

—  Miżuri ta' ħżin għall-ħalib tat-trab xkumat b'EUR 2 miljun (partita baġitarja 05 02 12 02).

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 59 285,3 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 981,7 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 2.

Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

3.0.11

Ewropa Kreattiva

 

 

3 500 000

15 04 01

Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda

34 528 000

35 528 000

1 000 000

15 04 02

Sottoprogramm kulturali — Appoġġ ta' azzjonijiet transkonfinali u promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobilità transnazzjonali

68 606 000

71 106 000

2 500 000

3.0.8

Ikel u Għalf

 

 

-6 500 000

17 04 01

Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni

161 500 000

160 000 000

-1 500 000

17 04 02

Żgurar tad-detezzjoni propizja ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-qerda tagħhom

25 000 000

22 000 000

-3 000 000

17 04 03

Żgurar ta' kontrolli effettivi, effiċjenti u affidabbli

57 483 000

55 483 000

-2 000 000

3.0.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

10 535 000

18 02 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

116 687 271

120 377 271

3 690 000

18 03 02

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

85 837 067

90 837 067

5 000 000

33 03 04

Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

36 506 468

38 351 468

1 845 000

3.0.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

12 650 000

 

Total

 

 

20 185 000

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 493,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 3, u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 837,2 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.

Intestatura 4 – Ewropa Globali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

4.0(1)

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

 

 

-95 000 000

05 05 04 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

148 000 000

131 000 000

-17 000 000

22 02 01 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo(2), il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

189 267 000

199 267 000

10 000 000

22 02 03 01

Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

217 400 000

167 400 000

-50 000 000

22 02 03 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

274 384 000

236 384 000

-38 000 000

4.0.2

Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

 

 

50 000 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

262 072 675

296 072 675

34 000 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

293 379 163

299 379 163

6 000 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

351 556 726

361 556 726

10 000 000

4.0.3

Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

 

 

20 000 000

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

193 374 058

205 874 058

12 500 000

21 02 20

Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI)

94 928 673

102 428 673

7 500 000

4.0.4

Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (PI)

 

 

-3 000 000

19 05 01

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-avvanz u l-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u dawk reċiproċi

126 263 000

123 263 000

-3 000 000

4.0.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-1 083 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

32 473 000

34 473 000

2 000 000

21 02 40

Ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi

5 583 000

2 500 000

-3 083 000

4.0.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

8 900 000

4.0.SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

1 000 000

19 06 01

Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni

12 000 000

15 000 000

3 000 000

21 08 01

Evalwazzjoni tar-riżultati ta' għajnuna mill-Unjoni, u segwitu u miżuri ta' awditjar

30 676 000

29 176 000

-1 500 000

21 08 02

Koordinament u promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni rigward kwistjonijiet ta' żvilupp

13 036 000

12 536 000

-500 000

 

Total

 

 

-19 183 000

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 568,8 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 256,2 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 4.

Intestatura 5 – Amministrazzjoni

L-għadd ta' postijiet fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

—  It-taqsima tal-Parlament li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;

—  It-taqsima tal-Kunsill li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;

—  Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li għalih EUR 800 000 ġew allokati għal partita baġitarja ġdida 2 2 1 4 Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika. Dan għandu l-għan li jgħammar lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikopri l-istrumenti ta' komunikazzjoni strateġika, jingaġġa esperti tekniċi fil-komunikazzjoni strateġika, isostni l-pluralità lingwistika tal-prodotti tal-komunikazzjoni strateġika u jagħmel kuntatt ma' u jżomm netwerk ta' speċjalisti li jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ġirien. Il-partita baġitarja 3 0 0 4 Nefqa amministrattiva oħra tnaqqset bi EUR 800 000 biex tkun żgurata n-newtralità baġitarja.

Barra minn hekk, l-impatt fil-Baġit tal-2018 tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li japplika mill-1 ta' Lulju 2017 huwa integrat fit-taqsimiet kollha tal-Istituzzjonijiet bil-mod segwenti:

 

f'EUR

Il-Parlament

-2 796 000

Il-Kunsill

-948 000

Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)

-13 179 600

Il-Qorti tal-Ġustizzja

-868 800

Il-Qorti tal-Awdituri

-357 000

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

-193 000

Il-Kumitat tar-Reġjuni

-146 000

L-Ombudsman

-24 600

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

-13 459

Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna

-878 400

Total

-19 404 859

Fl-aħħar nett, it-tnaqqis addizzjonali ta' EUR 5 miljun ġie identifikat fl-Istituzzjonijiet kollha għan-nefqa relatata mal-binjiet, bil-mod segwenti:

 

f'EUR

Il-Kunsill

-378 623

Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)

-3 637 499

Il-Qorti tal-Ġustizzja

-270 611

Il-Qorti tal-Awdituri

-96 409

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

-89 461

Il-Kumitat tar-Reġjuni

-63 393

L-Ombudsman

-7 016

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

-9 526

Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna

-447 462

Total

-5 000 000

Bħala konsegwenza ta' dan, u wara li tqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (EUR 3,5 miljun) proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 665 ,5 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 362,5 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 5, wara l-użu ta' EUR 318,0 miljun tal-marġni biex tkun impaċija l-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017.

Strumenti speċjali: FEG, Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u FSUE

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) u għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza huma stabbiliti fil-livell proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018. Ir-riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) tħassret (artikolu baġitarju 40 02 44).

1.4.  Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit tal-2018 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.  L-ewwel nett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi tnaqqis addizzjonali tan-nefqa agrikola tal-ammont -EUR 229,9 miljun. L-effett kombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 255,3 miljun.

2.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50 % tal-impenji l-ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett kombinat huwa żieda ta' EUR 50,0 miljun;

3.  L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

1.1.14

Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC)

 

 

-22 501 000

15 05 01

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

51 177 000

28 676 000

-22 501 000

1.1.5

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)

 

 

12 000 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 845 127 000

1 857 127 000

12 000 000

1.1.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

-3 965 555

02 05 11

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

30 993 525

31 338 525

345 000

12 02 06

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

15 947 170

11 636 615

-4 310 555

1.1.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-900 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi

8 200 000

7 300 000

-900 000

3.0.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

10 535 000

18 02 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

116 687 271

120 377 271

3 690 000

18 03 02

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

85 837 067

90 837 067

5 000 000

33 03 04

Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

36 506 468

38 351 468

1 845 000

4.0.1

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

 

 

-76 300 000

05 05 04 02

Appoġġ għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

120 000 000

107 200 000

-12 800 000

22 02 01 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo(3), il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

219 000 000

221 500 000

2 500 000

22 02 03 01

Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

86 000 000

48 500 000

-37 500 000

22 02 03 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

291 000 000

262 500 000

-28 500 000

4.0.2

Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

 

 

12 500 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

125 000 000

133 500 000

8 500 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

260 000 000

261 500 000

1 500 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

320 000 000

322 500 000

2 500 000

4.0.3

Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

 

 

16 900 000

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

170 000 000

179 400 000

9 400 000

21 02 20

Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI)

95 995 100

103 495 100

7 500 000

4.0.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

1 000 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

25 000 000

26 000 000

1 000 000

4.0.SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

1 500 000

19 06 01

Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni

13 700 000

15 200 000

1 500 000

 

Total

 

 

-49 231 555

4.  Sar tnaqqis addizzjonali fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal dawn il-linji baġitarji li ġejjin:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

1.2.12

Reġjuni fi tranżizzjoni

 

 

-55 000 000

04 02 61

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

1 345 000 000

1 305 000 000

-40 000 000

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

2 750 463 362

2 735 463 362

-15 000 000

1.2.13

Kompetittività (reġjuni aktar żviluppati)

 

 

-90 000 000

04 02 62

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

2 882 000 000

2 847 000 000

-35 000 000

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

3 497 060 077

3 442 060 077

-55 000 000

1.2.2

Kooperazzjoni territorjali Ewropea

 

 

-90 500 000

13 03 64 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — kooperazzjoni territorjali Ewropea

1 004 701 248

914 201 248

-90 500 000

1.2.31

Assistenza teknika

 

 

-4 500 000

13 03 65 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Assistenza teknika operazzjonali

72 000 000

69 000 000

-3 000 000

13 03 66

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Azzjonijiet ta' innovazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli

43 321 859

41 821 859

-1 500 000

 

Total

 

 

-240 000 000

1.  Tħassret ir-riżerva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44) (-EUR 88,0 miljun).

Dawn l-azzjonijiet se jipprovdu livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li jammonta għal EUR 144 681,0 miljun, tnaqqis ta' EUR 582,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018.

1.5.  Riżerva

Ma hemm l-ebda riżerva oħra barra minn dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, ħlief il-partita baġitarja 22 02 03 01 Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni li għaliha EUR 70 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 35 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament jitqiegħdu fir-riżerva sakemm din il-kundizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta:

"Dan l-ammont jiġi żblukkat meta t-Turkija tagħmel titjib suffiċjenti u kwantifikabbli fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa, skont ir-rapport annwali tal-Kummissjoni."

Il-kumment baġitarju għall-partita baġitarja 22 02 03 01 huwa modifikat f'dan is-sens.

1.6.  Kummenti baġitarji

Sakemm ma jkunx indirizzat speċifikament fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-linji baġitarji elenkati fiż-żewġ tabelli li ġejjin:

—  Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja tagħha.

Linja baġitarja

Isem

06 02 01 01

It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali

09 05 01

Sottoprogramm MEDIA— Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali

18 04 01 01

Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

22 02 03 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

—  Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 u mill-aġġornament FEG, huma approvati.

Linja baġitarja

Isem

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

02 03 04

Għodod ta' Governanza tas-Suq Intern

05 02 08 03

Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

05 03 01 01

Skema ta' pagament uniku (SPU)

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

05 04 60 01

Promozzjoni ta' żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

09 05 05

Azzjonijiet ta' Multimedia

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

13 06 01

Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

18 02 01 02

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b'rabta mas-sigurtà

18 03 01 01

Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri

21 04 01

Tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-appoġġ għal riformi demokratiċi

23 02 01

Konsenja ta' għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi

33 02 07

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.

1.7.  Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, hija maqbula bl-inklużjoni ta':

—  il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda, proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq; u

—  il-partita baġitarja 2 2 1 4 l-ġdida fi ħdan it-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, proposta fl-ambitu tat-taqsima 1.3 ta' hawn fuq.

2.  Baġit 2017

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2017 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.  DIKJARAZZJONIJIET

3.1.  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta f'waqthom, ċifri aġġornati rigward l-istat ta' implimentazzjoni u stimi rigward ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2018.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u biex jiżguraw li t-talbiet għal pagament jiġu rimborżati kif dovut.

3.2.  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill(4) u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad, u b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, jibqa' prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

Għaldaqstant, huma jilqgħu ż-żieda fl-ammont allokat għal din l-inizjattiva fl-2018. Madankollu, mhuwiex biss essenzjali li jkun previst finanzjament adegwat fil-baġit tal-UE, iżda li jkun hemm fis-seħħ, fl-istess ħin, il-proċeduri xierqa biex jiġi implimentat b’mod effettiv.

F’dan ir-rigward, hija meħtieġa kooperazzjoni effettiva bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-miżuri adottati.

Għaldaqstant, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jikkunsidraw, bħala materja ta’ prijorità, il-modifika fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni meħtieġa mill-adozzjoni tal-baġit għall-2018.

Il-Kummissjoni ser tiffaċilita l-approvazzjoni rapida tat-tibdil fil-programmi għall-implimentazzjoni tal-YEI.

3.3.  Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

It-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa’ prijorità politika għolja. Il-Kummissjoni ser tagħmel monitoraġġ mill-qrib tax-xejra fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI). Jekk ix-xejra ta’ din l-inizjattiva taċċellera u jekk il-kapaċità ta’ assorbiment tippermetti żieda, il-Kummissjoni ser tipproponi żieda tal-finanzjament tal-YEI permezz ta’ baġit emendatorju li għandu jiġi ffinanzjat mill-marġini globali għall-impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP.

F’dak il-każ, il-Kummissjoni tistenna lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jipproċessaw b’mod rapidu kwalunkwe abbozz ta’ baġit emendatorju bħal dan.

3.4.  Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal

Il-Kunsill ifakkar li s-sena fil-mira għall-implimentazzjoni sħiħa tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal kienet l-2017. Madankollu, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha laħqu l-mira ta’ tnaqqis, il-Kunsill iħeġġeġ it-tkomplija tal-isforzi fl-2018 sabiex jiġi ssodisfat il-ftehim.

Huwa essenzjali li l-mira ta’ tnaqqis ta’ 5% tal-persunal tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha u jsir monitoraġġ sakemm tintlaħaq għalkollox. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tevalwa l-eżitu tal-eżerċizzju sabiex jinsiltu minnu tagħlimiet għall-futur.

(1) ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57.
(2) Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(3) Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(4) Ir-Renju Unit ma jappoġġax din id-dikjarazzjoni.

Avviż legali