Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0166(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0325/2017

Testi mressqa :

A8-0325/2017

Dibattiti :

PV 11/12/2017 - 20
CRE 11/12/2017 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2017 - 5.11
CRE 12/12/2017 - 5.11

Testi adottati :

P8_TA(2017)0484

Testi adottati
PDF 250kWORD 49k
It-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Approvazzjoni) ***
P8_TA(2017)0484A8-0325/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (12409/2016 – C8-0469/2016 – 2016/0166(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12409/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (09452/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 u l-Artikolu 31(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; u bi qbil mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0469/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2017(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0325/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Każakistan.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0485.

Avviż legali