Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2017 - StrasburguVerżjoni finali
Rapport tal-2016 dwar it-Turkija
 It-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, ir-responsabbiltajiet, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
 Il-każijiet tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Liu Xiaobo u Lee Ming-che
 L-Eritrea, b'mod partikolari l-każijiet ta' Abune Antonios u Dawit Isaac
 Il-Burundi
 Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ***I
 Użi permessi ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***I
 L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***I
 Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea *
 Azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà
 Il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

Rapport tal-2016 dwar it-Turkija
PDF 323kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2016 dwar it-Turkija (2016/2308(INI))
P8_TA(2017)0306A8-0234/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-Relazzjonijiet UE-Turkija(1), u tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-azzjonijiet Torok li joħolqu tensjonijiet fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Ċipru(3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2016 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2016)0715), u r-Rapport tal-2016 dwar it-Turkija (SWD(2016)0366),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tat-13 ta' Diċembru 2016 u l-konklużjonijiet preċedenti rilevanti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija, u b'mod partikulari l-paragrafu 5 tiegħu dwar il-prinċipji li jirregolaw in-negozjati, tat-3 ta' Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija(5) ("is-Sħubija għall-Adeżjoni"), kif ukoll id-Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill tal-2001, l-2003 u l-2006 dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta wara s-Summit UE-Turkija tad-29 ta' Novembru 2015 u l-Pjan ta' Azzjoni UE-Turkija,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni maħruġa mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha tal-21 ta' Settembru 2005, inklużi d-dispożizzjoni skont liema r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha huwa komponent meħtieġ tal-proċess ta' negozjati, u l-ħtieġa li t-Turkija timplimenta b'mod sħiħ il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Ankara billi tneħħi l-ostakli kollha għall-moviment liberu tal-merkanzija mingħajr preġudizzju u diskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) li jistabbilixxi li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenzi finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe każ li fih ikunu parti,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari dawk tal-10-11 ta' Marzu 2017 dwar l-emendi fil-Kostituzzjoni li għandhom jiġu ppreżentati f'referendum nazzjonali, dwar il-miżuri previsti fid-Digrieti Amministrattivi ta' Emerġenza riċenti fir-rigward tal-libertà tal-midja u dwar id-dmirijiet, il-kompetenzi u l-funzjonament tal-uffiċċji tal-imħallfin tal-paċi kriminali, tad-9-10 ta' Diċembru 2016 dwar id-Digrieti Amministrattivi ta' Emerġenza Nri 667-676 adottati wara l-attentat ta' kolp ta' stat li falla tal-15 ta' Lulju 2016 u tal-14-15 ta' Ottubru 2016 dwar is-sospensjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 83 tal-Kostituzzjoni (invjolabbiltà parlamentari),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Lulju 2016 mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar miżuri meħuda fl-istat ta' emerġenza fit-Turkija,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Ewwel Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (COM(2017)0130) u l-Ħames Rapport mill-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija (COM(2017)0204),

–  wara li kkunsidra l-fatt li t-Turkija impenjat ruħha li tissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen, li twettaq riformi adegwati u effettivi, li żżomm relazzjonijiet ta' viċinat tajbin u allinjament progressiv mal-UE, u wara li kkunsidra l-fatt li dawn l-isforzi kellhom jitqiesu bħala opportunità għat-Turkija biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħha u tissokta l-proċess tagħha ta' demokratizzazzjoni u modernizzazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mat-Turkija dwar Ftehim dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-relazzjoni bilaterali tal-kummerċ preferenzjali u dwar l-immodernizzar tal-Unjoni Doganali,

–  wara li kkunsidra l-fatt li r-rispett għall-istat tad-dritt, inklużi, b'mod partikolari, is-separazzjoni tal-poteri, id-demokrazija, il-libertà tal-espressjoni u tal-midja, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertà reliġjuża, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-protesta paċifika, huma fil-qalba tal-proċess ta' negozjati, skont il-kriterji ta' Kopenħagen għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-fatt li ġie vvalutat li t-Turkija tokkupa l-155 post fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa, ippubblikat fis-26 ta' April 2017, l-iktar klassifika baxxa li qatt kellha, u li hi wieħed mill-pajjiżi fejn il-ġurnalisti l-aktar li sofrew theddidiet, attakki fiżiċi, u fastidju ġudizzjarju, fosthom id-detenzjoni u s-sentenzi ta' ħabs,

–  wara li kkunsidra l-fatt li f'Novembru 2016 il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal iffriżar temporanju fuq in-negozjati ta' adeżjoni li għadhom għaddejjin mat-Turkija u impenja ruħu li jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu ladarba l-miżuri sproporzjonati taħt l-istat ta' emerġenza fit-Turkija jkunu tneħħew, bir-reviżjoni tkun ibbażata fuq jekk l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem ikunux reġgħu ġew stabbiliti madwar il-pajjiż kollu,

–  wara li kkunsidra l-kriżi fis-Sirja, l-isforzi lejn waqfien mill-ġlied u soluzzjoni paċifika u l-obbligi tat-Turkija biex ittejjeb l-istabbiltà u tippromwovi relazzjonijiet tajba mal-ġirien permezz ta' sforzi intensivi sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet bilaterali pendenti, it-tilwim u l-kunflitti mal-pajjiżi ġirien fuq il-fruntieri tal-art u tal-baħar u l-ispazju tal-ajru, f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Karta tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-involviment Russu fis-Sirja, inkluż l-appoġġ tal-użu ta' armi kimiċi min-naħa tal-armata Sirjana, li jkompli jiddestabbilizza l-pajjiż u jżid l-għadd ta' rifuġjati li qed ifittxu protezzjoni fit-Turkija u fl-UE,

–  wara li kkunsidra s-sitwazzjoni tas-sigurtà fit-Turkija, li marret għall-agħar kemm internament kif ukoll esternament, u l-attakki terroristiċi mwettqa fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-fatt li t-Turkija tospita l-akbar popolazzjoni ta' rifuġjati fid-dinja, bi kważi 3 miljun rifuġjat reġistrati mis-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR),

–  wara li kkunsidra s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fit-Turkija, li hija dovuta parzjalment għall-mewġa riċenti ta' attakki u għall-instabbiltà politika, iżda wkoll għal problemi sottostanti aktar profondi fl-ekonomija,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), "The human rights situation in South-East Turkey" (Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xlokk tat-Turkija), ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra l-fatt li t-Turkija jixraqilha kull ammirazzjoni għall-mod kif laqgħet l-għadd kbir ta' rifuġjati li qed jgħixu fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra d-dokument "Statement of Preliminary Findings and Conclusions" (Dikjarazzjoni tar-Riżultati Preliminari u l-Konklużjonijiet) tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni tar-Referenda, maħruġa fis-17 ta' April 2017,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2156 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) intitolata "Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fit-Turkija", tal-25 ta' April 2017, li wasslet għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta' monitoraġġ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0234/2017),

A.   billi miljuni ta' Torok u persuni ta' oriġini Torka ilhom jgħixu fl-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-prosperità tagħhom għal għexieren ta' snin;

Introduzzjoni

1.  Jenfasizza li l-2016 kienet sena diffiċli għall-popolazzjoni tat-Turkija minħabba l-gwerra kontinwa fis-Sirja, l-għadd kbir ta' rifuġjati, il-kunflitt fix-xlokk tal-pajjiż, sensiela ta' attakki terroristiċi atroċi u attentat ta' kolp ta' stat vjolenti li fih inqatlu 248 persuna mejta; itenni l-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tat-Turkija; jirrikonoxxi d-dritt u r-responsabbiltà tal-gvern Tork li jieħu azzjoni biex l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja filwaqt li jiġi ggarantit ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-dritt għal proċess ġust;

2.  Jenfasizza, madankollu, li l-miżuri meħuda fl-istat ta' emerġenza għandhom effetti negattivi fuq skala kbira, sproporzjonati u li jdumu fit-tul fuq għadd kbir ta' ċittadini kif ukoll il-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali fil-pajjiż; jikkundanna t-tkeċċija kollettiva ta' impjegati taċ-ċivil u uffiċjali tal-pulizija, il-likwidazzjoni tal-massa ta' stabbilimenti tal-midja, l-arresti ta' ġurnalisti, akkademiċi, imħallfin, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, uffiċjali eletti u mhumiex, membri tas-servizzi tas-sigurtà u ċittadini ordinarji, u l-konfiska tal-proprjetà, il-beni u l-passaporti tagħhom, l-għeluq ta' ħafna skejjel u universitajiet, u l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq eluf ta' ċittadini Torok, imsejsa fuq liġijiet ta' digrieti ta' emerġenza mingħajr deċiżjonijiet individwalizzati, u mingħajr il-possibbiltà ta' rieżami ġudizzjarjarju f'waqtu; jinsab imħasseb dwar il-konfiska, u f'xi każijiet nazzjonalizzazzjoni, ta' kumpaniji u intrapriżi privati Torok; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni tal-priġunieri kollha li qed jinżammu mingħajr provi li wettqu reat; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li l-prerogattivi leġiżlattivi tal-Parlament ġew kompromessi serjament;

3.  Jenfasizza l-importanza strateġika ta' relazzjonijiet tajbin bejn l-UE u t-Turkija u l-valur miżjud għoli tal-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żewġ naħat; jirrikonoxxi li kemm it-Turkija kif ukoll l-UE għaddew mill-proċessi ta' trasformazzjoni interna tagħhom minn mindu nfteħu n-negozjati ta' adeżjoni fl-2004; jiddispjaċih li l-istrumenti ta' adeżjoni ma ntużawx għalkollox, u li kien hemm rigress fl-oqsma tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, li huma fil-qalba tal-kriterji ta' Kopenħagen, u li, matul is-snin, l-appoġġ pubbliku għall-integrazzjoni sħiħa tat-Turkija fl-UE ddgħajjef fuq iż-żewġ naħat; jibqa' impenjat favur il-kooperazzjoni u ż-żamma ta' djalogu kostruttiv u miftuħ mal-Gvern Tork, sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni u prijoritajiet kondiviżi, bħalma huma l-istabbiltà reġjonali, is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-migrazzjoni u s-sigurtà;

4.  Jieħu nota tal-eżitu tar-referendum tas-16 ta' April 2017, li sar taħt l-istat ta' emerġenza u f'ċirkustanzi li ma ppermettewx kampanja ġusta u għażla informata peress li ż-żewġ naħat tal-kampanja ma kinux fl-istess sitwazzjoni f'termini ta' opportunitajiet u peress li d-drittijiet ta' dawk li jopponu r-riforma kostituzzjonali ġew miksura; jinsab imħasseb serjament dwar l-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet u frodi elettorali mifruxa identifikati fis-sejbiet tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa/Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE/ODHIR), maħruġa fis-17 ta' April 2017, li jqajmu dubji serji dwar il-validità u l-leġittimità tal-eżitu; jaqbel li ssir inkjesta indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha marbutin ma' irregolaritajiet elenkati fid-dikjarazzjoni tal-OSKE/ODHIR; jinnota d-deċiżjoni tal-APKE li terġa' tiftaħ il-proċess ta' monitoraġġ għat-Turkija;

5.  Jirrimarka li t-Turkija trid tirrispetta l-impenji tagħha bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lit-Turkija tibqa' konformi mal-impenji tagħha tal-Kunsill tal-Ewropa u timplimenta bidliet u riformi kostituzzjonali u ġudizzjarji f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni ta' Venezja u skont il-kriterji tagħha;

6.  Jikkundanna bil-qawwa l-appoġġ iddikjarat ripetutament għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt min-naħa tal-President Tork u diversi persunaġġi politiċi oħra; ifakkar li ċ-ċaħda inekwivoka tal-piena tal-mewt hija kundizzjoni essenzjali għal sħubija fl-UE u jenfasizza li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt tkun ksur tal-impenji internazzjonali tat-Turkija, tixħet dubju fuq is-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa u twassal għal tmiem immedjat tat-taħdidiet ta' adeżjoni mal-UE u l-appoġġ ta' qabel l-adeżjoni; jenfasizza li, jekk jiġi organizzat referendum dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt fit-Turkija, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jippermettu li dan il-vot jiġi ffaċilitat fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

7.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu ta' Novembru 2016 li jiġi ffriżat il-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skont il-Qafas ta' Negozjar, jissospendu formalment in-negozjati tal-adeżjoni mat-Turkija bla dewmien jekk il-pakkett ta' riformi kostituzzjonali jiġi implimentat mingħajr tibdil; jenfasizza, filwaqt li jqis ir-rimarki tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar ir-riforma kostituzzjonali, li l-emendi kostituzzjonali proposti ma jirrispettawx il-prinċipji fundamentali tas-separazzjoni tal-poteri, ma jipprovdux kontrolli u bilanċi suffiċjenti u mhumiex konformi mal-kriterji ta' Kopenħagen; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lit-Turkija jagħmlu diskussjoni miftuħa u onesta dwar l-oqsma ta' interess reċiproku li għalihom tkun possibbli l-kooperazzjoni intensifikata; jenfasizza li kwalunkwe impenn politiku bejn l-UE u t-Turkija għandu jkun mibni fuq dispożizzjonijiet ta' kundizzjonalità fir-rigward tar-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali

9.  Jinnota b'dispjaċir li l-miżuri sproporzjonati meħuda wara d-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza kellhom fil-mira, permezz tad-detenzjoni, tkeċċijiet, arresti u konfiski ta' proprjetà, mhux biss lil eluf ta' nies li allegatament huma membri jew partitarji tal-moviment Gülen, iżda wkoll, b'mod ġenerali lil persuni li għandhom opinjoni kuntrarja u b'mod partikolari lil partiti politiċi tal-oppożizzjoni; għadu qed jistenna evidenza konvinċenti fir-rigward tal-awturi tal-attentat ta' kolp ta' stat; jikkundanna bil-qawwa l-priġunerija ta' 11-il Membru Parlamentari li jappartjenu lill-Partit Demokratiku Popolari (HDP), inklużi l-kopresidenti tiegħu s-Sa Figen Yuksekdag u s-Sur Selahattin Demirtas, Membru Parlamentari wieħed mill-Partit Popolari Repubblikan (CHP) u ta' 85 sindku muniċipali Kurd; iħeġġeġ lill-Gvern Tork ineħħi l-istat ta' emerġenza immedjatament; iwissi kontra l-abbuż ta' miżuri kontra t-terroriżmu għal leġittimizzazzjoni tar-ripressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) biex immedjatament idaħħlu l-ewwel każijiet eżemplari u tikkonkludi l-ewwel proċedimenti malajr kemm jista’ jkun, peress li donnu li ma jeżistux rimedji nazzjonali effettivi;

10.  Jitlob lill-awtoritajiet Torok iwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar allegazzjonijiet ta' trattament ħażin serju ta' priġunieri, kif irrappurtat minn bosta organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob li jkun hemm obbligu ta' rendikont u kkastigar ta' dawk li jinstabu ħatja ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb ħafna dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni; jappella għall-pubblikazzjoni immedjata tal-aħħar rapporti tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jippermettu osservaturi nazzjonali u internazzjonali jimmonitorjaw il-faċilitajiet ta' detenzjoni;

11.  Jistieden lill-Gvern Tork joffri rimedji adegwati u effettivi kif ukoll rieżami ġudizzjarju skont l-istat tad-dritt lill-persuni kollha soġġetti għal miżuri restrittivi; jenfasizza li l-preżunzjoni ta' innoċenza hija prinċipju fundamentali fi kwalunkwe stat kostituzzjonali; jinnota li, taħt l-istat ta' emerġenza attwali, ċittadini arrestati m'għandhom ebda dritt għal għajnuna legali matul l-ewwel ħamest ijiem tad-detenzjoni tagħhom, u jiddeplora r-restrizzjonijiet severi li saru fuq l-aċċess tad-detenuti għal avukati; jenfasizza li minn Lulju 2016 tressqu 'l fuq minn 100 000 ilment legali lill-Qorti Kostituzzjonali Torka, li ddikjarat ruħha li m'għandhiex kompetenza fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan id-digriet ta' urġenza; jistieden lit-Turkija tirrevedi bħala kwistjoni ta' urġenza l-"Kummissjoni ta' Inkjesta għall-Prattiki tal-Istat ta' Emerġenza" b'tali mod li din issir kummissjoni soda, indipendenti u awtorizzata bis-sħiħ li tkun kapaċi tittratta b'mod individwali lill-każijiet kollha, tipproċessa b'mod effettiv l-għadd enormi ta' applikazzjonijiet li se tirċievi u tiżgura li r-reviżjoni ġudizzjarja ma tittardjax għalxejn;

12.  Jikkundanna bil-qawwa il-passi lura u l-ksur serji tal-libertà tal-espressjoni u l-ksur serju tal-libertà tal-midja, inklużi l-projbizzjonijiet sproporzjonati tas-siti tal-midja u tal-midja soċjali; jinnota bi tħassib l-għeluq ta' madwar 170 mezz ta' xandir, u fosthom kważi kull mezz li jxandar bil-lingwa Kurda - u l-priġunerija ta' aktar minn 150 ġurnalist; jenfasizza li d-deċiżjoni tat-Turkija li timblokka l-aċċess għall-Wikipedia tikkostitwixxi attakk serju fuq il-libertà tal-informazzjoni; jinnota d-deterjorament kontinwu tat-Turkija fil-klassifika tal-libertà tal-istampa fl-indiċi kkompilat mill-organizzazzjoni Korrispondenti mingħajr Fruntieri, li issa kklasifikat lit-Turkija fil-post 155 minn 180 pajjiż; ifakkar li stampa ħielsa u pluralista, inkluż internet liberu u miftuħ, hija element essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija, u jħeġġeġ lill-Gvern Tork jeħles b'mod immedjat lill-ġurnalisti kollha arrestati b'mod illegali; jistieden lill-Gvern Tork jippermetti lill-ex-Membru tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kumitat Parlamentari Konġunt, is-Sur Joost Lagendijk, jerġa' lura ma' familtu fit-Turkija;

13.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li kontinwament sejra għall-agħar fix-Xlokk tat-Turkija, b'mod partikolari fiż-żoni fejn ġew imposti curfews, intużat forza eċċessiva u ġie applikat kastig kollettiv għall-abitanti kollha, u fejn madwar 2 000 persuna ġew irrappurtati maqtula fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' sigurtà u madwar nofs miljun persuna ġew spostati fil-perjodu li jibda minn Lulju 2015 sa Diċembru 2016; jinnota li l-prosekuturi lokali rrifjutaw b'mod konsistenti li jiftħu investigazzjonijiet dwar il-każijiet ta' qtil rappurtati u li l-osservaturi indipendenti ġie miċħud lilhom l-aċċess għaż-żona; ifakkar li l-Gvern Tork għandu responsabilità li jipproteġi liċ-ċittadini kollha tiegħu, irrispettivament mill-oriġini kulturali jew reliġjuża tagħhom u mit-twemmin tagħhom; jiddeplora l-prattika mifruxa ta' esproprjazzjoni, fosthom ta' proprjetajiet li jappartjenu lill-muniċipalitajiet kif ukoll proprjetajiet li jappartjenu lill-knisja, li hu ksur tad-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi; jinsab konvint li hija biss soluzzjoni politika ġusta tal-kwistjoni Kurda li tista' ġġib stabbiltà u prosperità sostenibbli, kemm għaż-żona kif ukoll għat-Turkija kollha kemm hi, u għaldaqstant jitlob liż-żewġ naħat immorru lura mal-mejda tan-negozjati; jinnota li sensiela ta' liġijiet, li jinkludu l-Liġi Nru 6722 dwar il-protezzjoni legali tal-forzi tas-sigurtà li jipparteċipaw fil-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet terroristiċi adottata fl-2016, ħolqu atmosfera ta' "impunità sistematika" għall-forzi tas-sigurtà;

14.  Jikkundanna d-deċiżjoni tal-Parlament Tork biex ineħħi l-immunità ta' għadd kbir ta' MP b'mod mhux kostituzzjonali, fosthom 55 mid-59 membru parlamentari tal-HDP, li wittiet it-triq għall-arresti ta' politikanti tal-oppożizzjoni u għamlet ħsara serja lill-immaġni tal-Parlament bħala istituzzjoni demokratika; jenfasizza li l-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija jenħtieġ tkun l-istituzzjoni ċentrali tad-demokrazija Torka, u tirrappreżenta liċ-ċittadini kollha fuq termini ugwali; jiddispjaċih dwar ir-rata għolja tal-livell minimu elettorali;

15.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-imħallfin u l-prosekuturi għadhom taħt pressjoni politika qawwija u li kważi 4 000 minnhom, li huwa kważi kwart tal-imħallfin u l-prosekuturi kollha, ġew imkeċċija jew arrestati u f'xi każijiet, il-proprjetajiet tagħhom ġew ikkonfiskati; jistieden lit-Turkija tistabbilixxi mill-ġdid u timplimenta l-garanziji legali kollha biex tiżgura rispett sħiħ għall-indipendenza tal-ġudikatura, anke billi temenda l-liġi dwar il-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi (HSYK) sabiex titnaqqas l-influwenza tal-eżekuttiv fi ħdan dak il-Kunsill; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li l-istituzzjoni tal-"imħallfin kriminali tal-paċi" stabbilita f'Ġunju 2014 mill-gvern fil-kariga, donnu li ġiet ittrasformata fi strument ta' fastidju biex tiġi mrażżna l-oppożizzjoni, kif ukoll biex tkun ikkontrollata l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ġenerali;

16.  Jinsab serjament imħasseb dwar in-nuqqas ta' rispett għal-libertà ta' reliġjon, dwar id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi, inklużi l-insara u l-Alevi, u l-vjolenza għal raġunijiet reliġjużi, inklużi attakki verbali u fiżiċi, l-istigmatizzazzjoni u l-pressjoni soċjali fl-iskejjel, u l-problemi relatati mal-istabbiliment legali ta' post ta' qima; jistieden lill-awtoritajiet Torok jippromwovu riformi pożittivi u effettivi fil-qasam tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, billi jagħtu lok lill-komunitajiet reliġjużi jiksbu personalità legali, jippermettu lill-fondazzjonijiet tal-karità jagħżlu l-korpi ta' tmexxija tagħhom, jeliminaw ir-restrizzjonijiet kollha fuq it-taħriġ, il-ħatra u s-suċċessjoni tal-kleru, jikkonformaw mas-sentenzi rilevanti tal-QEDB u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u billi jeliminaw il-forom kollha ta' diskriminazzjoni jew ostakoli bbażati fuq ir-reliġjon; jappella lit-Turkija tirrispetta n-natura distinta u l-importanza tal-Patrijarkat Ekumeniku, u tirrikonoxxi l-personalità legali tiegħu; itenni l-bżonn li jingħata l-permess għal ftuħ mill-ġdid tas-Seminarju ta' Halki, u li jitneħħew l-ostakoli kollha għall-funzjonament xieraq tiegħu; jinsab imħasseb dwar il-qbid reċenti tal-knejjes fir-reġjun ta' Diyarbakir; iħeġġeġ lill-gvern biex jirritornahom lill-proprjetarji leġittmi tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok biex jikkumbattu bis-serjetà kull manifestazzjoni ta' anti-Semitiżmu fis-soċjetà;

17.  Jistieden lit-Turkija tipproteġi d-drittijiet tal-gruppi l-aktar vulnerabbli u tal-persuni li jappartjenu lill-minoranzi; jiddispjaċih dwar il-fatt li d-dimostrazzjonijiet LGBTI f'Ankara u f'Istanbul ġew ipprojbiti għat-tielet sena konsekuttiva u kellhom jaffaċċjaw it-trażżin u l-vjolenza tal-pulizija; jinsab serjament imħasseb dwar il-vjolenza sessista, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda kontra l-minoranzi, ir-reati ta' mibegħda u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI; jistieden lit-Turkija tieħu miżuri adegwati biex tipprevjeni u tikkastiga d-diskors ta' mibegħda jew delitti kontra l-minoranzi; jistieden lit-Turkija tarmonizza l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha mal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa, li hi rratifikat fl-2014; jilqa' l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni nazzjonali tal-gvern għar-Rom u jistieden lill-Gvern Tork biex jibda jimplimenta l-istrateġija u biex jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw l-ostakli prinċipali għall-inklużjoni soċjali tar-Rom; jistieden lit-Turkija tipprovdi ugwaljanza sħiħa għaċ-ċittadini kollha u tindirizza l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-membri tal-minoranzi, b'mod partikolari rigward id-drittijiet għall-edukazzjoni u l-proprjetà; jinnota li, f'konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen, il-minoranzi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jirċievu edukazzjoni fil-lingwa nativa tagħhom fl-iskejjel pubbliċi; ifakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Imbros u Tenedos, u jistieden lit-Turkija tgħin ir-ripatrijazzjoni tal-familji ta' minoranzi li jixtiequ jmorru lura lejn il-gżejjer; jilqa' l-ftuħ ta' skola għall-minoranza Griega fuq il-gżira ta' Imbros, li jikkostitwixxi pass pożittiv;

18.  Jistieden lill-Gvern Tork jirrispetta u jimplimenta għalkollox l-obbligi legali li impenja ruħu għalihom fir-rigward il-protezzjoni tal-wirt kulturali u, b'mod partikolari, biex ifassal, in buona fede, inventarju integrat tal-wirt kulturali Grieg, Armen, Assirjan u wirt kulturali oħra li safa meqrud jew ħerba tul is-seklu li għadda; jistieden lit-Turkija tirratifika l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali; jistieden lit-Turkija tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-qerda intenzjonata tal-wirt kulturali;

19.  Jilqa' l-isforzi minn Stati Membri individwali, li ħaffew il-proċeduri ta' asil għaċ-ċittadini Torok ppersegwitati taħt id-digrieti ta' emerġenza;

Relazzjonijiet UE-Turkija

20.  Jilqa' t-tisħiħ tar-relazzjonijiet UE-Turkija f'oqsma ewlenin ta' interess komuni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni, l-enerġija, l-ekonomija u l-kummerċ, u jtenni li d-djalogu u l-kooperazzjoni jenħtieġ li jinżammu u jiġu mħeġġa; jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija f'dawn l-oqsma tirrappreżenta investiment fl-istabbiltà u l-prosperità kemm tat-Turkija kif ukoll tal-UE, sakemm din tkun ibbażata mill-partijiet kollha fuq rispett lejn l-impenji tagħhom fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet bażiċi; jemmen li l-kooperazzjoni fost il-membri tas-soċjetà ċivili hija ta' importanza fundamentali u jħeġġeġ li dawn il-kuntatti jiġu intensifikati;

21.  Jistieden lit-Turkija tkompli tallinja l-politika barranija tagħha ma' dik tal-UE; jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib u għal koordinazzjoni tal-isfidi tal-politika barranija bejn l-UE u t-Turkija; huwa tal-opinjoni li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork għandu jkun mistieden jattendi laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin fuq bażi ta' każ b'każ kull meta jkun rilevanti; jirrakkomanda li l-Kunsill jistieden b'urġenza lill-Gvern Tork għal summit biex jiġu diskussi r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija;

22.  Jemmen li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali jista' jirriżulta f'benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini fit-Turkija u l-UE, u għaldaqstant, fid-dawl tan-nuqqasijiet attwali tal-Unjoni Doganali, jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jingħata bidu għal negozjati dwar it-titjib tal-Unjoni Doganali; itenni li l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tat-Turkija u li żewġ terzi tal-Investiment Dirett Barrani (IDB) fit-Turkija ġejjin minn Stati Membri tal-UE; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ekonomika tat-Turkija bħala suq ta' tkabbir għall-UE; iqis l-involviment tas-sħab soċjali fin-negozjati bħala kruċjali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Unjoni Doganali aġġornata bejn it-Turkija u l-UE, li tagħmel id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kundizzjonalità ewlenija; ifakkar li l-Unjoni Doganali tista' biss tilħaq il-potenzjal kollu tagħha meta t-Turkija timplimenta għalkollox il-Protokoll Addizzjonali fir-rigward tal-Istati Membri kollha; jinnota l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tista' tiġi stimulata aktar integrazzjoni kummerċjali mal-UE jekk it-Turkija telimina l-ostakoli għall-funzjonament tal-Unjoni Doganali;

23.  Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-viża hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini Torok, b'mod partikolari għan-negozjanti u għall-persuni ta' oriġini Torka fl-UE, u ser issaħħaħ il-kuntatti bejn in-nies; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jikkonforma għalkollox mal-kriterji pendenti finali, kif identifikati fil-pjan direzzjonali tal-liberalizzazzjoni tal-viża; jenfasizza li reviżjoni tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu hija kundizzjoni ewlenija biex jiġu żgurati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u li l-liberalizzazzjoni tal-viża se tkun possibbli biss ladarba l-kriterji kollha jkunu ġew issodisfati;

24.  Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jfakkar is-sejbiet tal-Kummissjoni li l-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja; josserva wkoll li r-riżultati tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni fil-każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli għadhom fqar;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-aktar żviluppi riċenti fit-Turkija meta twettaq ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-fondi tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) fl-2017, u tissospendi l-fondi ta' qabel l-adeżjoni jekk in-negozjati tal-adeżjoni jiġu sospiżi; jistieden lill-Kummissjoni, fil-każ li dak ix-xenarju jseħħ, biex tuża dawk il-fondi biex tappoġġa lis-soċjetà ċivili Torka u lir-rifuġjati fit-Turkija b'mod dirett, u tinvesti iktar fi programmi ta' skambji interpersonali, bħall-Erasmus + għall-istudenti, l-akkademiċi u l-ġurnalisti;

26.  Jikkundanna bil-qawwa kollha l-attakki terroristiċi kollha mwettqa fit-Turkija, u jappoġġja bis-sħiħ il-popolazzjoni tat-Turkija fil-ġlieda komuni tagħna kontra t-terroriżmu; jilqa' r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-UE u t-Turkija fil-qasam tal-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu fir-rigward tal-"ġellieda barranin"; jemmen li l-kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-Europol u l-aġenziji Torok tal-infurzar tal-liġi hi essenzjali biex it-terroriżmu jiġi miġġieled b'mod effikaċi; itenni l-kundanna tiegħu tar-ritorn tal-vjolenza min-naħa tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), li ilu fuq il-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet terroristiċi mill-2002, u jħeġġeġ lill-partit biex iċedi l-armi u juża mezzi paċifiċi u legali biex ileħħen l-aspettativi tiegħu; jenfasizza li soluzzjoni paċifika għall-kwistjoni tal-Kurdi hija meħtieġa wkoll għall-ġejjieni demokratiku tat-Turkija, u se tintlaħaq biss bl-involviment tal-partijiet u l-forzi demokratiċi kollha kkonċernati; jitlob li jerġgħu jinbdew negozjati bl-għan li tinkiseb soluzzjoni komprensiva u sostenibbli għall-kwistjoni tal-Kurdi; jistieden lill-Istati Membri jinforzaw il-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-użu ta' sinjali u simboli ta' organizzazzjonijiet li jinsabu fuq il-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet terroristiċi;

27.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jżomm lil Membri Parlamentari Ġermaniżi milli jżuru l-Forzi Armati Federali Ġermaniżi f'Inċirlik, li jfisser li huma issa se jiġu rilokati għal pajjiż li mhux membri tan-NATO, u dan jirrappreżenta daqqa ta' ħarta kbira għal kooperazzjoni effettiva bejn l-alleati tan-NATO fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

28.  Ifaħħar l-involviment mill-Gvern Tork u l-NGOs lokali u l-ospitalità murija mill-popolazzjoni fl-ospitar ta' madwar 3 miljun rifuġjat; jinnota d-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jibdew skema ta' risistemazzjoni volontarja għall-aktar rifuġjati vulnerabbli fit-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura investiment fit-tul kemm fir-rifuġjati kif ukoll fil-komunitajiet ospitanti tagħhom fit-Turkija, kif ukoll l-infiq adegwat tal-fondi; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jagħti permessi tax-xogħol u aċċess għall-kura tas-saħħa lir-refuġjati Sirjani kollha, u biex jipprovdi aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal Sirjani; jistieden lil Ankara u l-UE jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom ta' patrulji fil-Baħar Eġew, jintensifikaw l-isforzi biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti u biex jiġi implimentat għalkollox u b'mod effettiv il-Ftehim ta' Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija l-ftehimiet ta' riammissjoni bilaterali ffirmati mal-Bulgarija u mal-Greċja;

29.  Jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet li għamel il-President Erdogan fejn jakkuża lill-mexxejja tal-UE bi "prattiki Nażisti" u liċ-ċittadini tagħhom li huma "Nażisti"; jirrimarka li t-tkomplija ta' tali dikjarazzjonijiet mhux ġustifikati xxekkel il-kredibilità tat-Turkija bħala sieħeb politiku u li l-esportazzjoni tal-kunflitti interni tagħha huma theddida għall-koeżistenza paċifika fi ħdan is-soċjetà f'dawk l-Istati Membri li għandhom komunità sostanzjali ta' ta' oriġini Torka; jenfasizza li l-Gvern Tork irid jastjeni minn sforzi sistematiċi biex jimmobilizza d-dijaspora Torka fl-Istati Membri għall-iskopijiet tiegħu; jinnota bi tħassib ir-rapporti tal-allegata pressjoni fuq il-membri tad-dijaspora Torka li jgħixu fl-Istati Membri u jikkundanna s-sorveljanza min-naħa tal-awtoritajiet Torok taċ-ċittadini b'ċittadinanza doppja li jgħixu barra mill-pajjiż; jinsab imħasseb dwar ir-revoka ta' numru kbir ta' passaporti, li għamlet lill-persuni konċernati apolidi bi ksur tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1954 dwar l-istatus ta' persuni apolidi u l-Konvenzjoni tan-NU tal-1961 dwar it-tnaqqis tal-apolidija, u r-rifjut rappurtat ta' servizzi minn konsulati Torok lil għadd ta' ċittadini Torok;

30.  Ifakkar fl-importanza taż-żamma ta' relazzjonijiet tajba mal-ġirien; jappella, f'dan ir-rigward, lit-Turkija biex tintensifika l-isforzi tagħha sabiex issolvi l-kwistjonijiet bilaterali pendenti, inklużi l-obbligi ġuridiċi pendenti u t-tilwimiet mhux riżolti mal-ġirien immedjati tagħha dwar fruntieri tal-art u tal-baħar u dwar l-ispazju tal-ajru, skont id-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; jappella lill-gvern Tork sabiex jiffirma u jirratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex itemm il-vjolazzjonijiet ripetuti tal-ispazju tal-ajru u tal-ilmijiet territorjali Griegi, u biex jirrispetta l-integrità territorjali u s-sovranità ta' kull pajjiż ġar tat-Turkija; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li t-theddida ta' casus belli ddikjarata mill-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija kontra l-Greċja għadha ma ġietx irtirata;

31.  Jitlob lit-Turkija u lill-Armenja biex jaħdmu favur in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom; jenfasizza li l-ftuħ tal-fruntiera bejn it-Turkija u l-Armenja jista' jwassal għal titjib fir-relazzjonijiet, b'referenza partikolari għall-kooperazzjoni transkonfinali u l-integrazzjoni ekonomika;

32.  Jappella lill-gvern Tork iwaqqaf il-pjanijiet tiegħu għall-kostruzzjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Akkuyu; jirrimarka li s-sit previst jinsab f'reġjun suxxettibbli għal terremoti severi, u għalhekk jippreżenta theddida serja mhux biss għat-Turkija iżda wkoll għar-reġjun tal-Mediterran; jitlob, għaldaqstant, lill-gvern Tork biex jingħaqad mal-Konvenzjoni Espoo, li qed timpenja l-partijiet tagħha biex jinnotifikaw u jikkonsultaw lil xulxin dwar proġetti ewlenin li jkunu qed jiġu kkunsidrati u li aktarx ikollhom impatt ambjentali negattiv sinifikanti fil-livell transfruntiera; jitlob, għal dan il-għan, lill-Gvern Tork biex jinvolvi, jew għall-anqas jikkonsulta, lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien tiegħu, bħall-Greċja u Ċipru, rigward kwalunkwe żvilupp ulterjuri fl-inizjattiva ta' Akkuyu;

33.  Jissottolinja li soluzzjoni għall-problema ta' Ċipru jkollha impatt pożittiv fuq ir-reġjun kollu, filwaqt li l-ewwel u qabel kollox din tkun ta' benefiċċju għaċ-Ċiprijotti Griegi kif ukoll għaċ-Ċiprijotti Torok; jilqa' d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Frar 2014 bħala bażi għal soluzzjoni u jfaħħar il-mexxejja tal-komunità Ċiprijotta Griega u dik Ċiprijotta Torka talli kisbu progress sostanzjali fit-taħdidiet dwar ir-riunifikazzjoni; jilqa' l-ftehim bejn iż-żewġ mexxejja dwar sensiela ta' miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja u jħeġġeġ li l-miżuri kollha miftiehma jiġu implimentati; jilqa' l-iskambju ta' mapep preferuti, s'issa bla preċedent, u l-ewwel konferenza dwar Ċipru li saret f'Ġinevra mas-setgħat garanti u bil-parteċipazzjoni tal-UE, u jappoġġja l-issuktar tagħha bil-għan li jintlaħaq ftehim aċċettabbli b'mod reċiproku dwar il-kapitolu li jitratta s-sigurtà u garanziji; jappoġġja soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli bbażata fuq federazzjoni bikomunali u biżonali, personalità legali internazzjonali waħda, sovranità waħda u ċittadinanza waħda b'ugwaljanza politika bejn iż-żewġ komunitajiet, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, id-dritt internazzjonali u l-acquis tal-UE, u abbażi tar-rispett għall-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni; jilqa' l-impenn intensifikat mill-partijiet sabiex tinkiseb soluzzjoni tal-problema ta' Ċipru; jistenna li t-Turkija turi appoġġ attiv għal konklużjoni rapida u b'suċċess tan-negozjati, u jtenni li l-impenn u l-kontribut tat-Turkija għal soluzzjoni komprensiva għadhom kruċjali; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati biex jappoġġaw il-proċess ta' negozjar b'mod attiv, jikkontribwixxu għal eżitu pożittiv, u jużaw l-opportunità li nfetħet issa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża r-riżorsi kollha tagħha biex tappoġġja bis-sħiħ il-konklużjoni b'suċċess tal-proċess ta' riunifikazzjoni;

34.  Itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tibda tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru, tittrasferixxi ż-żona magħluqa ta' Famagusta lin-NU, skont ir-Riżoluzzjoni 550 (tal-1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u biex ma tiħux azzjonijiet li jibdlu l-bilanċ demografiku fuq il-gżira permezz tal-politika tagħha ta' insedjamenti illegali; jinnota l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE fl-istat kostitwenti Tork Ċiprijott futur mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' soluzzjoni trid diġà tkun ġiet ippreparata tajjeb; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-kumitat bikomunali ad hoc dwar il-preparazzjoni tal-UE; jimpenja ruħu li jżid l-isforzi tiegħu ta' involviment mal-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija tagħha għal integrazzjoni sħiħa fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istess; ifaħħar il-ħidma importanti tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa (CMP, li jittratta persuni nieqsa Ċiprijotti Torok kif ukoll Ċiprijotti Griegi), u jfaħħar il-fatt li ngħata aċċess aħjar għas-siti rilevanti, inklużi ż-żoni militari; jistieden lit-Turkija tgħin lis-CMP billi tipprovdi informazzjoni mill-arkivji militari tagħha; jappella biex tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-ħidma mwettqa mis-CMP, u jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħatra ta' Rapporteur Permanenti tal-Parlament Ewropew dwar persuni nieqsa;

35.  Jirrikonoxxi d-dritt tar-Repubblika ta' Ċipru li tikkonkludi ftehimiet bilaterali li jikkonċernaw iż-żona ekonomika esklużiva tagħha; itenni t-talba tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta għalkollox id-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha, inklużi dawk relatati mat-tiftix tar-riżorsi naturaliu mal-isfruttament tagħhom f'konformità mal-acquis tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lit-Turkija timpenja ruħha fis-soluzzjoni paċifika tat-tilwim, u biex iżżomm lura minn kwalukwe theddida jew azzjoni li jista' jkollhom effetti negattivi fuq ir-relazzjonijiet ta' ġirien tajba;

36.  Jinsab konvint li hija biss soluzzjoni politika kredibbli li se tiżgura l-istabbiltà fis-Sirja u tippermetti rebħa deċiżiva fis-Sirja fil-konfront tal-ISIS/Da'esh u gruppi oħra li ġew indikati min-NU bħala gruppi terroristiċi; jerġa jafferma l-preminenza tal-proċess ta' Ġinevra mmexxija min-NU; jirrikonoxxi l-isforzi li saru fil-laqgħat ta' Astana biex jerġa' jiġi stabbilit tmiem sħiħ tal-ostilitajiet kif ukoll l-istabbiliment tal-mekkaniżmu trilaterali għall-monitoraġġ u biex tkun żgurata konformità sħiħa mal-waqfien mill-ġlied; iħeġġeġ lill-garanti kollha, inkluża t-Turkija, biex jonoraw l-impenji tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-waqfien mill-ġlied u biex javvanzaw fl-iżgurar ta' aċċess umanitarju sħiħ u bla xkiel fil-pajjiż kollu, il-waqfien tal-assedji u l-ħelsien ta' kull persuna detenuta b'mod arbitrarju, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2268 tal-KSNU; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta s-sovranità u l-integrità territorjali tal-ġirien kollha tagħha;

37.  Jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork;

o
o   o

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0450.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0423.
(3) ĠU C 285, 5.8.2016, p. 11.
(4) ĠU C 328, 6.9.2016, p. 2.
(5) ĠU L 51, 26.2.2008, p. 4.


It-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, ir-responsabbiltajiet, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
PDF 280kWORD 56k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar t-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu (2017/2758(RSO))
P8_TA(2017)0307B8-0477/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

A.  billi l-Unjoni Ewropea għandha kompetenzi ċari biex tiżgura livell għoli ta' sigurtà skont l-Artikolu 67 tat-TFUE, u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom kompetenzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif iddikjarat fl-Artikolu 73 tat-TFUE; u hemm obbligi usa' fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera kif imsemmi fit-Titolu V tat-TFUE dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja relatati mas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi l-eżitu tal-kumitat speċjali mwaqqaf hawnhekk għandu jkun l-indirizzar tan-nuqqasijiet prattiċi u leġiżlattivi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea kollha u ma' sħab u atturi internazzjonali, b'enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni;

C.  billi l-indirizzar tan-nuqqasijiet u l-lakuni fil-kooperazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll tal-interoperabbiltà tal-bażijiet ta' data Ewropej ta' kodiviżjoni ta' informazzjoni huwa ta' importanza kbira biex jiġi żgurat kemm il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen kif ukoll il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, u għandu jikkostitwixxi l-qalba tal-mandat tal-kumitat speċjali;

D.  billi r-rispett tad-drittijiet fundamentali huwa element essenzjali għas-suċċess ta' politiki kontra t-terroriżmu;

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar it-terroriżmu, li jkollu r-responsabbiltajiet, definiti b'mod strett, li ġejjin:

   (a) li jeżamina, janalizza u jevalwa b'imparzjalità l-fatti pprovduti mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE responsabbli u esperti rikonoxxuti kif ukoll il-medda kbira tat-theddida terroristika fit-territorju Ewropew u jipproponi miżuri xierqa li jippermettu lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jassistu fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati relatati mat-terroriżmu;
   (b) li jidentifika u janalizza, b'imparzjalità u skont approċċ ibbażat fuq fatti, in-nuqqasijiet u l-funzjonament ħażin potenzjali li ppermettew it-twettiq tal-attakki terroristiċi reċenti fi Stati Membri differenti, b'mod partikolari billi jiġbor, jikkompila u janalizza l-informazzjoni kollha li kienet għad-dispożizzjoni tas-servizzi ta' intelligence jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji tal-Istati Membri dwar l-atturi tar-reati qabel ma wettqu r-reat terroristiku tagħhom;
   (c) li jeżamina u jivvaluta l-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-istrumenti eżistenti fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż il-funzjonament ħażin ta' kontrolli fuq il-fruntieri esterni li ppermetta lil individwi jidħlu fl-Ewropa b'dokumenti foloz, u li jivvaluta l-kawżi għan-nuqqas minn xi Stati Membri li jimplimentaw b'mod sħiħ l-obbligi tagħhom kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1) (ir-Regolament dwar is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen); li jiġbor u jivvaluta informazzjoni dwar in-nuqqasijiet possibbli tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet relatati tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) u jipproponi miżuri xierqa biex jingħalqu l-lakuni identifikati;
   (d) li jidentifika n-nuqqasijiet fil-kodiviżjoni ta' informazzjoni ta' natura ġudizzjarja, ta' nfurzar tal-liġi u ta' intelligence fost l-Istati Membri; li jinvestiga b'mod partikolari l-allegazzjonijiet dwar nuqqasijiet mifruxa fil-ġbir, l-analiżi u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni li tista' tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' attakki, b'mod partikolari billi:
   janalizza u jevalwa l-prestazzjoni ta' bażijiet ta' data tal-UE bħas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Mudell Ewropew għall-Iskambju ta' Informazzjoni (EIXM) komuni, u n-nuqqasijiet possibbli tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istrumenti legali eżistenti bħad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI(3) jew id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI(4); janalizza, b'mod partikolari, il-kawżi għan-nuqqas ta' xi Stati Membri li jikkontribwixxu għad-dħul ta' informazzjoni f'dawn il-bażijiet ta' data, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi tagħhom kif stabbiliti fir-Regolament dwar is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI(5);
   janalizza n-nuqqas allegat tal-Istati Membri li jikkonformaw mal-obbligu impost mill-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI(6) li jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dak l-Artikolu miġbura mill-awtorità rilevanti, tiġi trażmessa lill-Europol u l-Eurojust;
   jiġbor informazzjoni u janalizza l-konformità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri mal-obbligu impost mill-Artikolu 3 u 7 tad-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, b'mod partikolari bl-iżgurar li l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar ta' Stati Membri kkonċernati oħra b'informazzjoni u intelligence f'każijiet fejn ikun hemm raġunijiet fattwali sabiex wieħed jemmen li l-informazzjoni u l-intelligence jistgħu jgħinu fl-iskoperta, fil-prevenzjoni jew fl-investigazzjoni tar-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI(7);
   jeżamina jekk l-Europol huwiex konformi għal kollox mal-obbligu tiegħu li jinnotifika, impost mill-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI(8), imħassra bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9);
   jeżamina jekk l-unitajiet nazzjonali tal-Istati Membri humiex konformi bis-sħiħ mal-obbligu impost fl-Artikolu 8(4)(a) tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, imħassra mir-Regolament (UE) 2016/794, li jipprovdu lill-Europol fuq l-inizjattiva tagħhom stess bl-informazzjoni u l-intelligence meħtieġa biex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu;
   jinvestiga n-nuqqasijiet possibbli fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE, kif ukoll il-mezzi legali u l-ħtieġa għal dawn l-aġenziji li jkollhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u sistemi ta' informazzjoni rilevanti oħra tal-UE;
   jevalwa l-kooperazzjoni informali fis-seħħ fost is-servizzi ta' intelligence tal-Istati Membri u jivaluta l-livell ta' effikaċja f'termini ta' skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fil-prattika;
   jeżamina r-relazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi u aġenziji internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluża l-kooperazzjoni u l-istrumenti internazzjonali fis-seħħ fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż l-iskambju tal-aħjar prattika, u l-effikaċja fil-livell attwali ta' skambju ta' informazzjoni;
   (e) li jivvaluta l-impatt tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fuq id-drittijiet fundamentali;
   (f) li jivvaluta d-disponibbiltà u l-effikaċja tar-riżorsi kollha allokati lill-awtoritajiet kompetenti involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (il-pulizija, l-armata, il-ġustizzja, il-baġit, l-intelligence, is-sorveljanza, l-informazzjoni, l-informatika, eċċ. fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE; janalizza n-nuqqasijiet possibbli fil-kooperazzjoni tal-pulizija u l-ostakoli fil-prattika għall-kooperazzjoni transfruntiera tal-infurzar tal-liġi f'investigazzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, jidentifika l-limitazzjonijiet tekniċi, strutturali u legali għall-kapaċitajiet ta' investigazzjoni;
   (g) li jinvestiga nuqqasijiet fis-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-livell tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni dwar investigazzjonijiet transfruntiera, b'mod partikolari permezz tal-Eurojust, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, skwadri ta' investigazzjoni konġunta u l-Mandat ta' Arrest Ewropew (MAE), u l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea; jidentifika l-limitazzjonijiet tekniċi, strutturali u legali għall-kapaċitajiet ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni;
   (h) li jeżamina l-iskambju tal-aħjar prattiki li qed isir bħalissa u l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u korpi rilevanti tal-UE fir-rigward tal-protezzjoni ta' miri faċli, inklużi ż-żoni ta' tranżitu, bħalma huma l-ajruporti u l-istazzjonijiet tal-ferrovija, kif ukoll il-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE(10);
   (i) li jinvestiga l-mekkaniżmi attwali disponibbli għall-vittmi tat-terroriżmu, b'mod partikolari d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), billi jidentifika l-prattiki tajba eżistenti li għandhom jiġu skambjati;
   (j) li jiġbor informazzjoni dwar u janalizza l-proċess ta' radikalizzazzjoni, u l-effikaċja ta' programmi ta' deradikalizzazzjoni stabbiliti f'numru limitat ta' Stati Membri; jidentifika l-prattiki tajba eżistenti li għandhom jiġu skambjati, u jivverifika li l-Istati Membri ħadu l-miżuri xierqa f'dan ir-rigward;
   (k) li jivvaluta l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll l-effiċjenza tal--kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-entitajiet marbutin b'obbligu u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u jiskambja fehmiet mal-atturi rilevanti fis-settur bankarju, l-awtoritajiet responsabbli mill-investigazzjoni ta' frodi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifika forom ġodda ta' finanzjament tat-terroriżmu, inklużi r-rabtiet tiegħu mal-kriminalità organizzata;
   (l) li joħroġ kwalunkwe rakkomandazzjoni li jidhirlu li tkun meħtieġa fil-kwistjonijiet kollha msemmija hawn fuq u, għal dawn il-finijiet, jistabbilixxi l-kuntatti meħtieġa, iwettaq żjarat u jżomm seduti ta' smigħ fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji rilevanti u ma' istituzzjonijiet internazzjonali u nazzjonali, mal-parlamenti nazzjonali u mal-gvernijiet tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi, u ma' uffiċjali involuti kuljum fil-ġlieda kontra t-terroriżmu bħall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet tal-pulizija, is-servizzi ta' intelliġenza, l-imħallfin u l-maġistrati u r-rappreżentanti tal-komunità xjentifika, tan-negozji u tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-vittmi;

2.  Jenfasizza li kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha tiġi segwita mill-kumitati permanenti kompetenti;

3.  Jiddeċiedi li s-setgħat, il-persunal u r-riżorsi disponibbli tal-kumitati permanenti tal-Parlament responsabbli għal kwistjonijiet dwar l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-qasam ta' responsabilità tal-kumitat speċjali għandhom jibqgħu l-istess;

4.  Jiddeċiedi li kull meta x-xogħol tal-kumitat speċjali jinkludi smigħ ta' provi ta' natura kklassifikata, xhieda li tinkludi data personali jew sigrieti, jew tinkludi l-iskambju ta' fehmiet jew seduti ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni sigrieta, kunfidenzjali, klassifikata jew sensittiva għal finijiet ta' sigurtà nazzjonali jew ta' sigurtà pubblika, il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq;

5.  Jiddeċiedi li dokumenti sigrieti jew kunfidenzjali, li jkunu ġew riċevuti mill-kumitat speċjali, għandhom ikunu eżaminati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jiġi żgurat li l-President, ir-rapporteur, ix-shadow rapporteurs, il-koordinaturi u l-aġenti maħtura biss ikollhom aċċess personali għalihom, u li tali informazzjoni għandha tintuża esklużivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapporti ta' nofs it-terminu u dawk finali tal-kumitat speċjali; jiddeċiedi li l-laqgħat għandhom jinżammu f'postijiet mgħammra b'tali mod li jrendi impossibbli s-smigħ tal-proċeduri minn persuni mhux awtorizzati;

6.  Jiddeċiedi li qabel ma jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata, jew qabel is-smigħ ta' provi li jirrappreżentaw riskju ta' ħsara għas-sigurtà nazzjonali jew is-sigurtà pubblika, li-Membri u l-uffiċjali kollha għandhom jirċievu, approvazzjoni tas-sigurtà skont ir-regoli u l-proċeduri interni eżistenti;

7.  Jiddeċiedi li l-informazzjoni miksuba mill-kumitat speċjali għandha tintuża biss għat-twettiq ta' dmirijietu u m'għandhiex tiġi żvelata lil partijiet terzi; jiddeċiedi li tali informazzjoni m’għandhiex issir pubblika jekk tinkludi materjal ta' natura sigrieta jew kunfidenzjali, jew issemmi ismijiet ta' persuni;

8.  Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun kompost minn 30 membru;

9.  Jiddeċiedi li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-perjodu qabel l-iskadenza tiegħu, u dak il-mandat għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu; jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jippreżenta lill-Parlament rapport ta' nofs it-terminu u rapport finali li jkun fih il-konstatazzjonijiet fattwali u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu.

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22).
(7) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri - Dikjarazzjoniet minn ċerti Stati Membri dwar l-adozjoni tad-Deċiżjoni Kwadru (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).
(11) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).
(12) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).


Il-każijiet tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Liu Xiaobo u Lee Ming-che
PDF 268kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-6 ta' Lulju 2017 dwar il-każijiet tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Liu Xiaobo u Lee Ming-che (2017/2754(RSP))
P8_TA(2017)0308RC-B8-0459/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tal-21 ta' Jannar 2010 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari l-każ ta' Liu Xiaobo(1), tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(2) u tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurta’ Federica Mogherini dwar l-istatus ta' Liu Xiaobao tat-30 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-35 sessjoni tad-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem fi Brussell fit-22 u t-23 ta' Ġunju 2017, u d-dikjarazzjoni tal-President tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI) fl-okkażjoni tad-djalogu,

–  wara li kkunsidra s-Samit bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fi Brussel fl-1 u t-2 ta' Ġunju 2017;

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE fl-34 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) fl-14 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-9 ta' Diċembru 2016, dwar il-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina mnedija fl-2003 u l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2016, bit-titolu "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina",

–  wara li kkunsidra l-"Karta 08", manifest imfassal minn aktar minn 350 attivist politiku, akkademiku u difensur tad-drittijiet tal-bniedem Ċiniż b'talba għal riforma soċjali, ġudizzjarja u governattiva, u li nħareġ fl-10 ta' Diċembru 2008 biex jikkoinċidi mas-60 anniversarju tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Liu Xiaobo, kittieb u attivist prominenti Ċiniż tad-drittijiet tal-bniedem ġie formalment detenut fil-ħabs erba' darbiet matul l-aħħar tletin sena; billi Liu Xiaobo ġie mitfugħ il-ħabs għal 11-il sena fl-2009 għal "inċitament għas-sovverżjoni tas-setgħa tal-istat" wara li għen biex jinkiteb manifest magħruf bħala l-"Karta 08"; billi l-proċeduri formali li seħħew fil-prosekuzzjoni ta' Liu Xiaobo ma ppermettewlux li jkun rappreżentat jew ikun preżenti fi proċedimenti formali, filwaqt li uffiċjali diplomatiċi minn iktar minn tnax-il Stat, inklużi diversi Stati Membri, ma ngħatawx aċċess għas-smigħ tal-qorti matul il-proċess;

B.  billi l-mara ta' Liu Xiaobo, Liu Xia, għalkemm qatt ma kienet akkużata b'xi reat, inżammet taħt arrest domiċiljari minn dakinhar li ngħata l-Premju għall-Paċi fl-2010 u, minn dak iż-żmien, kienet imċaħħda milli jkollha l-kuntatt ma' kważi l-ebda persuni oħra ħlief ma' xi qraba u xi ftit ħbieb;

C.  billi fit-8 ta' Ottubru 2010, il-Kumitat tal-Premju Nobel ta lil Liu Xiaobo il-Premju Nobel għall-Paċi b'rikonoxximent għall-"ġlieda twila u mhux vjolenti għad-drittijiet fundamentali fiċ-Ċina";

D.  billi Liu Xiaobo reċentement ġie ttrasferit minn ħabs fil-provinċja ta' Liaoning fil-Grigal taċ-Ċina għal sptar fil-kapitali tal-provinċja f'Shenyang, fejn qed jiġi kkurat għall-kondizzjoni serja ta' saħħtu wara li ġie dijanjostikat b'kanċer avvanzat fil-fwied;

E.  billi l-awtoritajiet Ċiniżi rrifjutaw talbiet minn Liu Xiaobo u martu biex ifittxu trattament mediku barra ċ-Ċina jew li jmur fid-dar tiegħu f'Beijing;

F.  billi, fid-29 ta' Ġunju 2017, 154 Rebbieħ tal-Premju Nobel ħarġu ittra konġunta lill-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fejn ħeġġew lill-Gvern Ċiniż biex jippermetti lil Liu Xiaobo u martu Liu Xia jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal trattament mediku;

G.  billi Lee Ming-che, l-attivist Tajwaniż magħruf favur id-demokrazija kif ukoll għall-promozzjoni tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem permezz tal-midja soċjali, għeb fid-19 ta' Marzu 2017 wara li qasam mill-Macao għal Zhuhai fil-provinċja Ċiniża ta' Guangdong; billi l-Uffiċċju għall-Affarijiet tat-Tajwan fiċ-Ċina kkonferma, waqt konferenza tal-aħbarijiet, li Lee kien detenut mill-"awtoritajiet rilevanti" u qiegħduh taħt investigazzjoni dwar suspett ta' "involviment f'attivitajiet li jheddu s-sigurtà nazzjonali";

H.  billi l-awtoritajiet Ċiniżi ma offrew l-ebda evidenza kredibbli għall-allegazzjonijiet gravi kontra Lee Ming-Che; billi l-priġunerija ta' Lee waslet f'salib it-toroq li matulu r-relazzjonijiet bejn ix-xtut tal-istretti qegħdin dejjem imorru għall-agħar; billi Lee kien attiv fl-għoti ta' informazzjoni dwar il-kultura politika demokratika tat-Tajwan lil sħabu fiċ-Ċina permezz ta' pjattaformi onlajn li huma suxxettibbli għall-monitoraġġ mill-gvern Ċiniż;

I.  billi ċ-Ċina għamlet progress f'dawn l-aħħar snin f'termini ta' realizzazzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali, u dan jirrifletti l-prijoritajiet tagħha favur id-dritt tal-poplu għas-sussistenza, filwaqt li, mill-2013 'l hawn, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kompliet tmur għall-agħar bil-gvern iżid l-ostilità tiegħu fil-konfront ta' dissens paċifiku, l-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tar-reliġjon, bħal fil-każ reċenti tal-Isqof Peter Shao Zhumin, li tneħħa bil-forza mid-djoċesi tiegħu f'Wenzhou fit-18 ta' Mejju 2017;

J.  billi l-Gvern Ċiniż għadda liġijiet ġodda, b'mod partikolari, il-Liġi tas-Sigurtà tal-Istat, il-Liġi għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, il-Liġi dwar iċ-Ċibersigurtà, u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin, li ġew utilizzati biex jippersegwitaw lil dawk involuti f'attiviżmu pubbliku u kritika paċifika kontra l-gvern bħala theddidiet għas-sigurtà tal-istat, kif ukoll biex isaħħu ċ-ċensura, is-sorveljanza u l-kontroll ta' individwi u gruppi soċjali u biex jiskoraġġixxu lill-individwi milli jwettqu kampanja favur id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

K.  billi, ix-xahar li għadda, il-Gvern Grieg irrifjuta li japprova dikjarazzjoni tal-UE li tikkritika t-trażżin tal-attivisti u d-dissidenti fiċ-Ċina, li kienet se titressaq quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra fil-15 ta' Ġunju 2017; billi din kienet l-ewwel okkażjoni li fiha l-UE naqset milli tagħmel tali dikjarazzjoni quddiem il-korp ewlieni tan-NU responsabbli għad-drittijiet;

L.  billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jenħtieġ li jibqgħu fiċ-ċentru tar-relazzjoni li ilha għaddejja bejn l-UE u ċ-Ċina, b'konformità mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjoni esterna tagħha u bl-interess li wriet iċ-Ċina li tikkonforma ma' dawn l-istess valuri fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħha;

1.  Jistieden lill-Gvern Ċiniż biex jeħles, immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, lil Liu Xiaobo, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi 2010, u lil martu Liu Xia mill-arrest domiċiljari u jippermettilu jikseb kura medika fejn jixtiequ;

2.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jippermettu lil Lui Xiaobo aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-familja, il-ħbieb u l-konsulenti legali;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jilliberaw lil Lee Ming-che immedjatament, peress li ma tressqet l-ebda prova kredibbli relatata mal-każ tiegħu, biex jiżvelaw informazzjoni dwar il-post eżatt fejn jinsab u biex jiġi żgurat, sadanittant, li Lee Ming-che ikun imħares mit-tortura u minn trattament ħażin ieħor, u li jingħata aċċess għall-familja tiegħu, għal avukat tal-għażla tiegħu u għal kura medika adegwata;

4.  Jibqa' ferm imħasseb dwar l-isforzi kontinwi tal-Gvern Ċiniż biex isikket lil atturi tas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri, l-attivisti u l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem;

5.  Ifakkar kemm hu importanti li l-UE tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina matul kull djalogu politiku u tad-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Ċiniżi, b'konformità mal-impenn tal-UE li tipproġetta leħen sod, ċar u magħqud fl-approċċ tagħha lejn il-pajjiż, inkluż fid-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li huma regolari u aktar orjentati lejn ir-riżultati; ifakkar, barra minn hekk li, fil-kuntest tal-proċess ta' riforma kontinwa tagħha u ta' impenn globali akbar, iċ-Ċina għażlet li tieħu sehem fil-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem billi ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob, għaldaqstant, li jibqa' jiġi segwit djalogu maċ-Ċina sabiex din tonora dawn l-impenji;

6.  Jinkoraġġixxi liċ-Ċina tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

7.  Jiddispjaċih dwar il-falliment tal-UE li tagħmel dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Ġinevra f'Ġunju 2017; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jadottaw approċċ sod u bbażat fuq il-valuri fil-konfront taċ-Ċina, u jistenna li ma jwettqux atti jew inizjattivi unilaterali li jistgħu jimminaw il-koerenza, l-effikaċja u l-konsistenza tal-azzjoni tal-UE;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(1) ĠU C 305E, 11.11.2010, p. 9.
(2) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 126.
(3) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 141.


L-Eritrea, b'mod partikolari l-każijiet ta' Abune Antonios u Dawit Isaac
PDF 297kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar l-Eritrea, b'mod partikolari l-każijiet ta' Abune Antonios u Dawit Isaak (2017/2755(RSP))
P8_TA(2017)0309RC-B8-0464/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eritrea, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-Eritrea: il-każ ta' Dawit Isaak(1), u dik tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-23 ta' Ġunju 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea waqt il-35 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Eritrea, maħruġ fit-8 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 751 (1992), 1882 (2009), 1907 (2009), 2023 (2011), 2244 (2015) u 2317 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li estendew l-embargo fuq l-armi impost fuq l-Eritrea sal-15 ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal impetu mġedded tas-Sħubija Afrika-UE, tal-4 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (il-Ftehim ta' Cotonou), kif rivedut fl-2005 u fl-2010, li l-Eritrea hija firmatarja tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea(3), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/414/PESK tas-26 ta' Lulju 2010(4) u emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/632/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012(5),

–  wara li kkunsidra l-Każ 428/12 (2012) ippreżentat quddiem il-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli f'isem Dawit Isaak u priġunieri politiċi oħra,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tas-60 sessjoni tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tat-22 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-2015 dwar is-Sħubija bejn l-Eritrea u l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-Eritrea fil-qafas tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, tat-3 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eritrea, adottata fl-1997, li tiggarantixxi l-libertajiet ċivili inkluża l-libertà reliġjuża,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea hija fost l-agħar fid-dinja, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem sar xi ħaġa ta' kuljum u ma ġie rreġistrat l-ebda titjib f'dawn l-aħħar snin; billi l-Gvern tal-Eritrea għaddej b'kampanja estensiva maħsuba biex iżomm kontroll fuq il-popolazzjoni u jillimita l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bl-iskuża li qed jiddefendi l-integrità tal-Istat;

B.  billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Eritrea kkonkludiet li vjolazzjonijiet fl-oqsma tal-qtil extraġudizzjarju, it-tortura (inklużi t-tortura u l-jasar sesswali), il-lieva bħala forma ta' jasar, ix-xogħol furzat u l-politika ta' "spara biex toqtol" fil-fruntiera jistgħu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità;

C.  billi f'Settembru 2001 l-awtoritajiet Eritreani arrestaw għexieren ta' ċittadini li kienu taw l-appoġġ tagħhom għal ittra miftuħa li fiha ntalab li jsiru riformi demokratiċi; billi dawk arrestati ma ġewx akkużati b'reat jew imressqa l-qorti, u fil-parti l-kbira għadhom il-ħabs sal-lum; billi minkejja appelli estensivi minn gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u osservaturi internazzjonali, intqal li ħafna minn dawn in-nies mietu fil-ħabs; billi fl-20 ta' Ġunju 2016, madankollu, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Eritrea, Osman Saleh, irrefera għad-detenuti bħala priġunieri politiċi, u ddikjara li "kollha kemm huma għadhom ħajjin", u li se jitressqu l-qorti "meta jiddeċiedi l-gvern";

D.  billi Dawit Isaak, ta' ċittadinanza Eritreana u Żvediża, ġie arrestat fit-23 ta' Settembru 2001 wara li l-Gvern tal-Eritrea ipprojbixxa l-mezzi tax-xandir privati; billi l-aħħar li xi ħadd ħa aħbaru kien fl-2005; billi, bl-inkarċerazzjoni tiegħu, Dawit Isaak sar simbolu internazzjonali għall-ġlieda favur il-libertà tal-istampa fl-Eritrea, u dan l-aħħar ġie rikonoxxut minn ġurija internazzjonali indipendenti ta' professjonisti tal-midja li tatu l-Premju Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-UNESCO/Guillermo Cano 2017 b'rikonoxximent għall-kuraġġ, ir-reżistenza u l-impenn tiegħu għal-libertà tal-espressjoni;

E.  billi l-qraba ta' Dawit Isaak ilhom jiffaċċjaw ansjetà u inċertezza insopportabbli sa minn meta għeb, u ftit li xejn għandhom informazzjoni dwar l-istat ta' saħħet dan qaribhom, fejn jinsab jew xi prospetti għandu;

F.  billi fl-azzjoni repressiva ta' Settembru 2001, 11-il politiku – ilkoll ex-membri tal-Kunsill Ċentrali tal-Front Popolari għad-Demokrazija u l-Ġustizzja (PFDJ), il-partit fil-poter, inkluż l-ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin Petros Solomon – ġew arrestati wara li ppubblikaw ittra miftuħa lill-gvern u lill-President Isaias Afwerki li fiha talbu riformi u "djalogu demokratiku"; billi 10 ġurnalisti, inkluż Isaak, ġew arrestati tul il-ġimgħa ta' wara;

G.  billi għadd kbir ta' Eritreani jiġu arrestati għal diversi raġunijiet mhux ġustifikabbli, pereżempju għax jesprimu fehmiet indipendenti, jew mingħajr ebda ġustifikazzjoni espliċita, u allura għal perjodi ta' żmien mhux speċifikati; billi d-detenuti, inklużi t-tfal, jinżammu f'kundizzjonijiet ħorox ħafna li f'xi każijiet jammontaw għal tortura u ċaħda ta' kura medika; billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali ma ngħatawx aċċess għall-ħabsijiet, ħlief għal ħabs wieħed fuq l-art f'Asmara;

H.  billi erba' reliġjonijiet biss huma awtorizzati: il-Knisja Ortodossa tal-Eritrea, il-Knisja Kattolika, il-Knisja Luterana u l-Iżlam; billi r-reliġjonijiet l-oħrajn kollha huma pprojbiti u l-membri ta' dawn il-komunitajiet, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, jiġu arrestati u mitfugħa l-ħabs; billi mill-2016 'l hawn ġie osservat li reġgħu żdiedu l-intimidazzjoni u l-vjolenza fil-konfront ta' min jipprattika l-fidi; billi l-Christian Solidarity Worldwide (CSW) tikkalkula li, f'Mejju 2017 biss, fl-Eritrea spiċċaw il-ħabs 160 Nisrani;

I.  billi Abune Antonios, il-Patrijarka tal-Knisja Ortodossa tal-Eritrea, l-akbar komunità reliġjuża tal-pajjiż, ilu l-ħabs mill-2007, wara li rrifjuta li jiskomunika 3 000 parruċċan li opponew il-gvern; billi ilu minn dak iż-żmien 'l hawn miżmum f'post mhux magħruf fejn safa mċaħħad mill-kura medika;

J.  billi fl-Eritrea la hemm ġudikatura indipendenti u lanqas assemblea nazzjonali; billi n-nuqqas ta' istituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiż irriżulta f'vojt totali f'dak li għandu x'jaqsam mal-governanza tajba u l-istat tad-dritt u dan ħoloq ambjent ta' impunità għad-delitti kontra l-umanità;

K.  billi hemm biss partit politiku wieħed rikonoxxut legalment, il-Front Popolari għad-Demokrazija u l-Ġustizzja (PFDJ); billi partiti politiċi oħra huma pprojbiti; billi, skont Freedom House, il-PFDJ u l-militar huma prattikament l-uniċi istituzzjonijiet ta' importanza politika fl-Eritrea, u ż-żewġ entitajiet huma taħt l-awtorità diretta tal-President;

L.  billi l-libertà tal-istampa ma teżistix, peress li l-midja indipendenti hija pprojbita fl-Eritrea, u l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta' Reporters Without Borders jikklassifika lill-Eritrea fl-aħħar post fost il-170-180 pajjiż evalwat, u dan għal tmien snin konsekuttivi;

M.  billi l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari ppjanati għall-1997 ma seħħew qatt, u billi l-kostituzzjoni rratifikata fl-istess sena qatt ma ġiet implimentata; billi l-pajjiż ilu ma jara elezzjoni nazzjonali għal dawn l-aħħar 24 sena, u m'għandu prattikament l-ebda ġudikatura indipendenti, l-ebda assemblea nazzjonali funzjonanti, u l-ebda soċjetà ċivili;

N.  billi, skont ir-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem tal-UNDP għall-2016, l-Eritrea hija kklassifikata fil-179 post mill-188 pajjiż fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem għall-2016;

O.  billi fl-2016 l-Eritreani li ħarbu minn pajjiżhom kienu jikkostitwixxu r-raba' l-akbar għadd ta' nies li ssugraw il-vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa (wara s-Sirjani, l-Iraqin u l-Afgani), li jgħaddu minn taħt idejn traffikanti bla ħniena biex jagħmlu l-qsim perikoluż tal-Mediterran; billi, għaldaqstant, is-sitwazzjoni fl-Eritrea taffettwa lill-Ewropa direttament, peress li kieku d-drittijiet tal-bniedem kellhom jiġu rrispettati u mħarsa fil-pajjiż, u li kieku n-nies jistgħu jgħixu hemmhekk mingħajr biża', kien ikun possibbli għall-Eritreani li jirritornaw lejn pajjiżhom;

P.  billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), ħarbu aktar minn 400 000 Eritrean, jew 9 % tal-popolazzjoni totali; billi l-UNHCR jikkalkola li madwar 5 000 Eritrean jitilqu mill-pajjiż kull xahar, fil-parti l-kbira tal-każijiet minħabba l-persistenza ta' vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem; billi fl-2015 l-istatus ta' rifuġjat fl-UE ngħata f'69 % tal-applikazzjonijiet għall-asil minn Eritreani, filwaqt li 27 % tal-applikanti rċevew protezzjoni sussidjarja, ċifri li juru l-gravità tal-persekuzzjoni fl-Eritrea;

Q.  billi l-Eritrea hija favur il-Proċess ta' Khartoum (inizjattiva tal-UE u tal-Unjoni Afrikana mnedija fit-28 ta' Novembru 2014 bil-għan li tindirizza l-kwistjoni tal-migrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin), li jinkludi l-implimentazzjoni ta' proġetti konkreti, inklużi l-bini tal-kapaċità għall-ġudikatura u s-sensibilizzazzjoni;

R.  billi bosta żgħażagħ ħarbu mill-pajjiż biex jiskansaw mill-gvern repressiv u mil-lieva militari mandatorja, li spiss tibda minn età żgħira ħafna, b'tali mod li l-biċċa l-kbira tal-Eritreani jibqgħu fis-servizz militari għal żmien indefinit; billi l-parti l-kbira ta' dawk fis-servizz nazzjonali jibqgħu f'sitwazzjoni ta' jasar, fejn kull xogħol, kull applikazzjoni għal impjieg u kull possibbiltà li wieħed ikollu ħajja tal-familja huma kkontrollati; billi huwa stmat li 400 000 ruħ fil-preżent jinsabu fis-servizz nazzjonali bla limitu, u billi ħafna minnhom huma soġġetti għal xogħol furzat, bi ftit li xejn paga; billi s-suldati tal-lieva nisa jiġu mġiegħla jaħdmu bħala servi domestiċi u jġarrbu abbuż sesswali;

S.  billi d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa huma preżenti fl-oqsma kollha tas-soċjetà Eritreana; billi n-nisa mhux biss huma f'riskju estrem ta' vjolenza sesswali fi ħdan l-armata u f'kampijiet ta' taħriġ militari, iżda wkoll fis-soċjetà ġenerali; billi huwa stmat li 89 % tal-bniet fl-Eritrea ġarrbu mutilazzjoni tal-ġenitali femminili (MĠF); billi f'Marzu 2007, madankollu, il-gvern ħareġ proklama li fiha ddikjara li l-MĠF hija delitt, ipprojbixxa l-prattika tagħha u ppromwova programmi edukattivi tul dik is-sena li jiskoraġġixxu din il-prattika;

T.  billi r-reġim jestendi l-ħakma totalitarja tiegħu fuq id-dijaspora tal-komunità permezz ta' taxxa ta' 2 % fuq id-dħul ta' Eritreani li jgħixu barra minn pajjiżhom, u permezz ta' spjunaġġ fuq l-Eritreani fid-dijaspora u l-mira fuq membri tal-familja tagħhom li baqgħu fl-Eritrea;

U.  billi r-reġim tal-Eritrea ilu mill-2011 jiċħad li l-pajjiż huwa f'riskju ta' karestija; billi din is-sena, nixfa partikolarment serja qed taffettwa l-Afrika tal-Lvant kollha, u billi l-preokkupazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Eritrea qiegħda tikber; billi, skont l-UNICEF, 1,5 miljun Eritrean intlaqtu minn nuqqas ta' sigurtà tal-ikel f'Jannar 2017, fosthom 15 000 tifel u tifla li qed isofru mill-malnutrizzjoni;

V.  billi l-UE hija donatur importanti lill-Eritrea f'dak li jirrigwarda l-għajnuna għall-iżvilupp; billi f'Jannar 2016, minkejja l-preokkupazzjonijiet serji u l-oppożizzjoni tal-Parlament, l-UE u l-Eritrea ffirmaw Programm Indikattiv Nazzjonali (PIN) taħt il-11-il FEŻ, bl-allokazzjoni ta' EUR 200 miljun; billi l-azzjonijiet għandhom jiffokaw fuq l-enerġija rinnovabbli, il-governanza u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari fis-settur tal-enerġija;

1.  Jikkundanna bl-akbar qawwa l-vjolazzjonijiet sistematiċi, mifruxa u gravi tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-Eritrea; jistieden lill-Gvern tal-Eritrea biex itemm id-detenzjoni ta' politiċi tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, mexxejja reliġjużi u persuni ċivili innoċenti; jesiġi li l-priġunieri tal-kuxjenza kollha fl-Eritrea jinħelsu minnufih u bla kundizzjonijiet, b'mod partikolari Dawit Isaak u l-ġurnalisti l-oħrajn li ilhom detenuti minn Settembru 2001, kif ukoll Abune Antonios; jesiġi li l-Gvern tal-Eritrea jagħti informazzjoni dettaljata dwar x'sar minn dawk kollha li ġew imċaħħda mil-libertà fiżika, u dwar fejn jinsabu;

2.  Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Mejju 2017, u jesiġi li l-Eritrea tikkonferma minnufih li Dawit Isaak jinsab tajjeb, teħilsu, tħallih jiltaqa' mal-membri tal-familja tiegħu u mar-rappreżentanti legali tiegħu, u tagħtih il-kumpens meħtieġ għas-snin li għadda fil-ħabs; jistieden lill-Eritrea, barra minn hekk, tneħħi l-projbizzjoni fuq il-midja indipendenti, kif iddeċidiet ukoll il-Kummissjoni Afrikana;

3.  Jinnota li, billi tonqos milli tirrispetta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Afrikana, l-Eritrea qed tkompli turi b'mod flagranti li ma tagħtix kas in-normi internazzjonali u d-drittijiet fundamentali, inklużi d-dritt għal proċess ġust, il-projbizzjoni tat-tortura, il-libertà ta' espressjoni, id-dritt għal familja, u l-obbligu li kull pajjiż jirrispetta l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli;

4.  Jistieden lill-Gvern tal-Eritrea biex jeħles lil Abune Antonios, iħallih jerġa' lura għall-pożizzjoni tiegħu bħala Patrijarka, u jtemm l-indħil tiegħu fi prattiki reliġjużi paċifiċi fil-pajjiż; ifakkar li l-libertà tar-reliġjon hija dritt fundamentali, u jikkundanna bil-qawwa kull tip ta' vjolenza jew diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon;

5.  Jitlob li l-akkużati jsirulhom proċessi ġusti, u l-abolizzjoni tat-tortura u ta' trattament degradanti ieħor bħalma huma r-restrizzjonijiet fuq l-ikel, l-ilma u l-kura medika; ifakkar lill-Gvern tal-Eritrea fl-obbligi tiegħu ta' diliġenza debita li jinvestiga każijiet ta' qtil extraġudizzjarju;

6.  Ifakkar lill-Gvern tal-Eritrea li ħafna mill-attivitajiet tiegħu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u li, minkejja li l-Eritrea mhijiex parti fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, ħafna dispożizzjonijiet tal-Istatut ta' Ruma jirriflettu d-dritt internazzjonali konswetudinarju li huwa vinkolanti għall-Eritrea; jissottolinja l-appoġġ tiegħu għar-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU, u għal investigazzjoni bir-reqqa dwar l-allegazzjonijiet ta' vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem u delitti kontra l-umanità mwettqa mill-awtoritajiet tal-Eritrea, sabiex ikun żgurat li kull min jinstab responsabbli jkun obbligat jagħti kont ta' għemilu;

7.  Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea; jitlob, barra minn hekk, li l-UE, f'kollaborazzjoni man-NU u mal-Unjoni Afrikana, tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni ġenerali fl-Eritrea u tirrapporta l-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

8.  Jitlob li l-Eritrea tirrispetta bis-sħiħ u timplimenta minnufih il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti u tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi tagħha skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li t-tnejn li huma jipprojbixxu t-tortura; jinnota bi tħassib li l-atturi pubbliċi u privati, inklużi l-kumpaniji, huma ristretti ħafna minħabba l-kontroll min-naħa tal-gvern; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' kwalunkwe ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, inkluż in-nuqqas ta' baġit nazzjonali, jagħmel impossibbli l-kontroll baġitarju;

9.  Jistieden lill-Gvern tal-Eritrea biex jippermetti l-ħolqien ta' partiti politiċi oħra bħala għodda primarja tal-promozzjoni tad-demokrazija fil-pajjiż, u jitlob li l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jitħallew joperaw liberament fil-pajjiż;

10.  Ifakkar li s-sħubija tal-UE mal-Eritrea hija rregolata bil-Ftehim ta' Cotonou, u li l-partijiet kollha huma marbuta li jirrispettaw u jimplimentaw it-termini ta' dak il-ftehim, b'mod partikolari r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; jitlob, għalhekk, li l-UE taċċerta l-kondizzjonalità tal-għajnuna tagħha, inkluż li l-Gvern tal-Eritrea għandu jaqdi l-obbligi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u li l-priġunieri politiċi għandhom jinħelsu qabel ma l-UE tagħti aktar għajnuna lill-Eritrea; jitlob, barra minn hekk, li l-UE tagħmel użu mill-istrumenti u mill-għodod disponibbli kollha biex tiżgura li l-Gvern tal-Eritrea jirrispetta l-obbligi tiegħu li jipproteġi u jiggarantixxi l-libertajiet fundamentali, inkluż billi jikkunsidra t-tnedija ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou; jitlob valutazzjoni dettaljata u komprensiva tal-fondi allokati lill-Eritrea u li huma ffinanzjati mill-UE u mill-Istati Membri tagħha;

11.  Jikkundanna l-issuktar ta' għajnuna maġġuri tal-UE lill-Eritrea, u b'mod partikolari l-iffirmar tal-PIN għall-Eritrea għall-valur ta' EUR 200 miljun; jitlob li l-Kummissjoni terġa' teżamina l-arranġamenti ta' skrutinju tagħha mal-Parlament, tikkunsidra sewwa l-preokkupazzjonijiet u s-suġġerimenti espressi mill-Parlament u tiggarantixxi li dawn jiġu kkomunikati lill-Kumitat tal-FEŻ; jemmen li l-Kumitat tal-FEŻ messu qies ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Parlament li l-PIN ma jiġix adottat u li jsiru diskussjonijiet ulterjuri;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi allokati ma jibbenefikax minnhom il-Gvern tal-Eritrea, iżda jkunu assenjati strettament u b'mod trasparenti biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-poplu tal-Eritrea rigward l-iżvilupp, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u s-sigurtà, u l-libertà tal-espressjoni, tal-istampa u tal-għaqda; iħeġġeġ lill-UE tiżgura l-kondizzjonalità tal-għajnuna li ntlaħaq qbil dwarha reċentement, u tiżgura wkoll li l-PIN jappoġġja lill-Eritrea hija u tagħmel bidla importanti fil-politika tal-enerġija tagħha sabiex l-enerġija tkun aċċessibbli għal kulħadd, speċjalment fiż-żoni rurali, li sal-lum għadhom bla elettriku; jemmen, barra minn hekk, li l-komponent tal-PIN li jirrigwarda l-governanza għandu jikkonċentra bil-qawwa fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali dwar id-drittijiet tal-bniedem immexxi min-NU;

13.  Jesiġi li l-Kummissjoni tikseb garanziji ċari mill-Gvern tal-Eritrea li dan se jimplimenta r-riformi demokratiċi u jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet magħmula mit-18-il sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU), li l-Gvern tal-Eritrea aċċetta fis-7 ta' Frar 2014;

14.  Jitlob li l-Kunsill jivvaluta mill-ġdid ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Eritrea kif ukoll l-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija lill-pajjiż mill-UE, b'reazzjoni għall-istorja ħażina tal-pajjiż rigward id-drittijiet tal-bniedem, u jippubblika l-eżiti tanġibbli li jirriżultaw mill-programmi ta' għajnuna tul l-aħħar snin; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jagħmlu użu mill-miżuri kollha disponibbli, b'mod partikolari permezz tal-Ftehim ta' Cotonou, biex jiżguraw li l-awtoritajiet Eritreani jikkonformaw mal-impenji internazzjonali tagħhom;

15.  Jenfasizza bis-sod li l-Eritrea jeħtiġilha tħalli lil-korpi tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u reġjonali, inkluż r-rapporteurs speċjali, ikollhom aċċess bla xkiel għall-pajjiż biex jissorveljaw kwalunkwe progress eventwali; jitlob li l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tappoġġja attivament it-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Eritrea biex iwettaq riformi urġenti bħall-illaxkar tas-sistema ta' stat b'partit wieħed u l-issuktar tal-Assemblea Nazzjonali u tal-elezzjonijiet;

16.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu miżuri adatti kontra l-applikazzjoni tat-taxxa tad-dijaspora għaċ-ċittadini Eritreani li jgħixu fit-territorju tagħhom, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2023 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; ifakkar lill-Gvern tal-Eritrea li d-dritt li persuna tħalli pajjiżha huwa minqux fid-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvern jippermetti l-libertà tal-moviment u ma jibqax jiġbor it-taxxa tad-dijaspora minn Eritreani li jgħixu barra l-pajjiż; iħeġġeġ lill-gvern biex itemm il-politiki ta' "ħtija b'assoċjazzjoni" li huma mmirati lejn membri tal-familja ta' dawk li jevadu s-servizz nazzjonali, ifittxu li jaħarbu mill-Eritrea jew jonqsu milli jħallsu taxxa fuq id-dħul ta' 2 % imposta mill-gvern fuq l-Eritreani li jgħixu barra l-pajjiż;

17.  Jistieden lill-Gvern tal-Eritrea jirrispetta l-istatut dwar il-perjodu ta' servizz, ma jibqax juża liċ-ċittadini tiegħu bħala ħaddiema furzati, ma jibqax jippermetti lill-kumpaniji barranin jużaw lil dawn is-suldati tal-lieva bil-ħlas ta' imposta, jippermetti l-possibbiltà ta' oġġezzjoni tal-kuxjenza għas-servizz militari u jiżgura l-protezzjoni ta' suldati tal-lieva;

18.  Ifakkar lill-Eritrea fl-obbligi tagħha skont il-konvenzjonijiet tal-ILO, b'mod partikolari rigward id-dritt ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ta' trade unions li jorganizzaw, jipprotestaw paċifikament, jipparteċipaw fl-affarijiet pubbliċi, u jmexxu kampanji favur it-titjib tad-drittijiet tal-ħaddiema; jistieden lill-Gvern tal-Eritrea jirrevoka l-politika li tipprojbixxi NGOs li għandhom anqas minn USD 2 miljun fil-kontijiet bankarji tagħhom; huwa mħasseb dwar ir-rabta endemika bejn in-negozju, il-politika u l-korruzzjoni fl-Eritrea; jikkundanna kumpaniji barranin li huma kompliċi fl-użu tax-xogħol furzat, u jitlob li dawk kollha li joperaw fl-Eritrea jkollhom sistemi aħjar ta' responsabbiltà, diliġenza dovuta u rappurtar;

19.  Jieħu nota tat-tentattivi tal-UE biex tikkoopera mal-Eritrea fil-qasam tal-migrazzjoni; jenfasizza r-rati għoljin ħafna osservati f'dak li jirrigwarda l-għoti ta' asil jew protezzjoni sussidjarja mill-Istati Membri tal-UE lil Eritreani, u konsegwentement iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jirritornawx lill-Eritreani li qed ifittxu asil fl-Ewropa, bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra; jesiġi li l-Istati Membri tal-UE jaderixxu mal-kunċett ta' non-refoulement, u jfakkarhom li persuni li jiġu rritornati wara li jkunu fittxew l-asil aktarx jisfaw detenuti b'mod arbitrarju u ttorturati minħabba li jkunu ppruvaw jaħarbu;

20.  Iħeġġeġ lill-Eritrea biex taħdem mal-komunità internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC) tan-NU jikkoopera mal-Eritrea fil-bini tal-kapaċitajiet fis-sistema ġudizzjarja billi jorganizza seminars u taħriġ għall-imħallfin u l-avukati bħala mezz siewi għall-progress; jirrikonoxxi li delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tal-HRC sejra żżur l-Eritrea f'Lulju 2017, u jistieden lil din id-delegazzjoni tirrapporta dwar dak li tara u tipprova tikseb aċċess għal kull parti tal-pajjiż, b'mod partikolari għall-ħabsijiet, fejn il-faċilitajiet jistgħu jiġu mistħarrġa u rrapportati;

21.  Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi devastanti li hemm bħalissa fil-Qarn tal-Afrika, inkluż fl-Eritrea, u r-riskju serju ta' kriżi tal-ikel u umanitarja li jġibu magħhom; jitlob li l-UE, flimkien mas-sħab internazzjonali tagħha, tkattar l-appoġġ tagħha għall-popolazzjonijiet affettwati u tiżgura li l-finanzjament u l-għajnuna meħtieġa jiġu pprovduti;

22.  Jikkundanna l-politika tal-Gvern tal-Eritrea li arbitrarjament jirrevoka ċ-ċittadinanza, u jesiġi li kull ċittadin tal-Eritrea jiġi ttrattat b'mod ġust u ugwali quddiem il-liġi; jenfasizza li l-indirizzar tad-defiċit ta' ġustizzja fl-Eritrea, il-governanza demokratika u r-ristawr tal-istat tad-dritt iridu jingħataw prijorità, billi tintemm it-tmexxija awtoritarja msejsa fuq il-biża' ta' detenzjoni arbitrarja u sigrieta, tortura u vjolazzjonijiet oħra tad-drittijiet tal-bniedem, li wħud minnhom jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-Kunsill tal-Unjoni Afrikana, lill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-awtoritajiet tal-Eritrea.

(1) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 146.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0090.
(3) ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19.
(4) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 74.
(5) ĠU L 282, 16.10.2012, p. 46.


Il-Burundi
PDF 284kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (2017/2756(RSP))
P8_TA(2017)0310RC-B8-0465/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou rivedut, b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2248 (2015) tat-12 ta' Novembru 2015 u 2303 (2016) tad-29 ta' Lulju 2016 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta ppreżentat fil-15 ta' Ġunju 2017 fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-ewwel r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Burundi, ippubblikat fit-23 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi, tad-9 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Inkjesta Indipendenti tan-NU dwar il-Burundi (EINUB), ippubblikat fl-20 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti fit-30 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Burundi tat-28 ta' Awwissu 2000,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-Burundi tas-Summit tal-Unjoni Afrikana tat-13 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar l-attivitajiet tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà u dwar l-istat tal-paċi u s-sigurtà fl-Afrika (Assembly/AU/Dec.598(XXVI)), adottata waqt is-26 sessjoni ordinarja tal-Assemblea tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Afrika, li tlaqqgħet fit-30 u fil-31 ta' Jannar 2016 f'Addis Ababa (l-Etjopja),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana (Assembly/AU/Dec.605-620(XXVII)), adottati waqt is-27 sessjoni ordinarja tal-Assemblea tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Afrika, li tlaqqgħet fis-17 u fit-18 ta' Lulju 2016 f'Kigali (ir-Rwanda),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kummissjoni Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-4 ta' Novembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Burundi,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-Burundi tas-Summit tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant tal-31 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-Burundi, b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Lulju 2015(1), tas-17 ta' Diċembru 2015(2) u tat-19 ta' Jannar 2017(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/394 tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1755 tal-Kunsill tal-1 ta' Ottubru 2015, kif ukoll id-deċiżjonijiet (PESC) 2015/1763 u (PESC) 2016/1745 tal-Kunsill, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonjiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu, tat-18 ta' Mejju, tat-22 ta' Ġunju u tas-16 ta' Novembru 2015 u tal-15 ta' Frar 2016 dwar il-Burundi,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Union għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni (RGħ/VP) tat-28 ta' Mejju 2015, id-19 ta' Diċembru 2015 u l-21 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tar-RGħ/VP tas-6 ta' Jannar 2017 dwar il-projbizzjoni tal-Lega Iteka fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Burundi, b'mod partikolari l-Artikolu 96 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Repubblika tal-Burundi daħlet fi kriżi politika gravi u fit-taqlib ċivili wara t-tħabbira mill-President Nkurunziza f'April 2015 li kien se jikkontesta għat-tielet mandat, bi ksur tal-Kostituzzjoni tal-Burundi, li tillimita l-għadd ta' mandati Presidenzjali għal tnejn, u tal-Ftehim ta' Arusha; billi l-oppożizzjoni qawwija għar-rielezzjoni tiegħu ġiet ripressa b'mod sever ħafna mill-gvern, bil-konsegwenza li l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ħżienet b'mod allarmanti;

B.  billi skont osservaturi internazzjonali, l-oppożizzjoni għar-rielezzjoni tiegħu, minn Lulju 2015, ġiet imrażżna b'mod sever ħafna mill-gvern; billi skont in-NU, mindu faqqgħet il-vjolenza, diġà sfaw mejta 500 persuna; billi, skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, aktar minn 1 200 persuna sfaw maqtula, bejn 400 u 900 sfaw vittmi ta' għajbien furzat, mijiet jew saħansitra eluf ta' nies ġew ittorturati, filwaqt li aktar minn 10 000 ruħ għadhom detenuti arbitrarjament;

C.  billi l-President Pierre Nkurunziza ma jeskludix il-possibilità li l-kostituzzjoni tiġi emendata biex wieħed ikun jista' jikkontesta għal mandat ieħor (ir-raba' wieħed) ibda mill-2020, u billi bħalissa għaddej proċess intern sabiex jiġi eliminat il-limitu tal-għadd ta' mandati; billi dan jikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-President Pierre Nkurunziza u jikkomprometti l-isforzi kollettivi li qed isiru sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli fit-tul għall-kriżi;

D.  billi r-Rapport ta' Inkjesta Indipendenti tan-NU dwar il-Burundi (EINUB) jagħmel referenza għal diversi provi li jindikaw abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem u abbużi gravi fil-pajjiż, prinċipalment imwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-awtoritajiet; billi l-każijiet ta' inċitament għall-vjolenza u għall-mibegħda żdiedu minn April 2017 'l hawn, b'mod partikolari waqt il-laqgħat tal-Imbonerakure, il-milizzji taż-żgħażagħ tal-partit CNDD-FDD fil-gvern; billi personalitajiet tal-oppożizzjoni u atturi tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u avukati, huma l-mira prinċipali ta' dawn l-abbużi; billi r-rapport finali tal-Kummissjoni ta' Inkjesta stabbilit mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem huwa mistenni joħroġ f'Settembru 2017;

E.  billi l-atti ta' vjolenza rrappurtati jinkludu każijiet ta' qtil, ħtif, għajbien furzat, atti ta' tortura, ta' stupru u arresti u impriġunamenti arbitrarji; billi l-korruzzjoni u n-nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi jipperpetwaw kultura ta' impunità li ma tippermettix li għadd kbir ta' persuni li jkunu wettqu atti vjolenti qattiela, inklużi membri tal-forzi tal-ordni tas-servizzi ta' intelligence, jitressqu quddiem il-ġustizzja;

F.  billi f'Ottubru 2016 l-awtoritajiet Burundjani pprojbixxew ħames organizzazzjonijiet difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u billi f'Jannar 2017 l-eqdem waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet fil-pajjiż, il-Lega Iteka, ġiet hi wkoll ipprojbita; billi f'Diċembru 2016, il-Parlament adotta liġi li tiddisponi għal kontroll strett tal-NGOs internazzjonali;

G.  billi r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-midja u tal-gazzetti indipendenti ħraxu; billi l-midja indipendenti għadhom qed jiġu ċċensurati, sospiżi, imblukkati u/jew magħluqa; billi ġurnalisti sfaw vittmi ta' għajbien, ta' theddid, ta' attakki fiżiċi u ta' fastidju ġudizzjarju; billi l-istazzjonijiet tar-radju indipendenti kollha ġew sospiżi; billi l-Burundi hija kklassifikata l-160 pajjiż minn 180 fil-klassifikazzjoni dinjija 2017 tal-libertà tal-istampa stabbilita mir-Reporters Mingħajr Fruntieri;

H.  billi uffiċjali tan-NU jirrappurtaw it-tendenza li għandhom l-uffiċjali tal-Istat li jiżirgħu id-diskordja, fatt li joħloq il-biża' li l-vjolenza tkompli tevolvi u tiggrava u li l-kriżi possibilment tiġi "etniċizzata"; billi ġie rrappurtat rikors massiv għall-vjolenza u għall-intimidazzjoni mill-partit CNDD-FDD (Kunsill Nazzjonali għad-Difiża tad-Demokrazija – Forzi ta' Difiża tad-Demokrazija) u s-sezzjoni taż-żgħażagħ tiegħu, il-milizzja Imbonerakure;

I.  billi f'Ottubru 2016, il-Burundi tat bidu għal proċedura ta' rtirar mill-Istatut ta' Ruma, u b'hekk uriet l-intenzjoni tagħha li toħroġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), wara d-deċiżjoni ta' din tal-aħħar li tiftaħ eżami preliminari dwar il-vjolenza u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

J.  billi f'Awwissu 2016, il-Gvern tal-Burundi rrifjuta li uffiċjali tal-pulizija tan-NU jiġu skjerati fil-pajjiż biex jiżguraw monitoraġġ tas-sitwazzjoni; billi l-Gvern tal-Burundi ddeċieda li jissospendi l-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u rrifjuta li jikkoopera mal-Kummissjoni ta' Inkjesta stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti;

K.  billi fil-21 ta' Diċembru 2015 il-Parlament tal-Burundi ċaħad il-proposta ta' skjerament ta' forza taż-żamma tal-paċi tal-Unjoni Afrikana, bl-argument li kwalunkwe intervent militari tat-truppi tal-Unjoni Afrikana tkun tikkostitwixxi invażjoni ta' forza ta' okkupazzjoni;

L.  billi fit-8 ta' Diċembru 2015, l-Unjoni Ewropea tat bidu għal proċedura ta' konsultazzjoni mal-gvern tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Grupp tal-Istati AKP, tal-Unjoni Afrikana, tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nazzjonijiet Uniti; billi f'Marzu 2016 l-UE għalqet dawn il-konsultazzjonijiet, peress li kienet waslet għall-konklużjoni li l-impenji proposti mill-Gvern tal-Burundi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt kienu insuffiċjenti;

M.  billi wara din il-proċedura, l-Unjoni Ewropea ddefinixxiet serje ta' miżuri preċiżi li l-Gvern tal-Burundi jenħtieġ li jieħu biex jippermetti li tissokta mill-ġdid kooperazzjoni sħiħa u kompluta;

N.  billi l-UE ssospendiet l-għajnuniet finanzjarji diretti mogħtija lill-amministrazzjoni tal-Burundi, inkluż l-appoġġ baġitarju; billi l-UE hija impenjata li ssostni l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-popolazzjoni u bħala għajnuna umanitarja, inkluż għall-proġetti maħsuba biex jiżguraw l-aċċess għas-servizzi bażiċi;

O.  billi l-Unjoni Ewropea adottat sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' persuni, entitajiet jew organi li jdgħajfu d-demokrazija jew jostakolaw it-tiftix ta' soluzzjoni politika fil-Burundi; billi l-Unjoni Afrikana qed tipprevedi wkoll, fil-preżent, li tadotta sanzjonijiet;

P.  billi d-djalogu inter-Burundjan immexxi taħt l-awspiċi tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), bl-appoġġ tal-Unjoni Afrikana u tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi kkunsidrat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-unika soluzzjoni vijabbli għal soluzzjoni politika dejjiema tas-sitwazzjoni fil-Burundi; billi dan id-djalogu għandu jkun miftuħ għal kulħadd, inkluż għall-partiti tal-oppożizzjoni, għas-soċjetà ċivili u għall-membri tad-dijaspora;

Q.  billi l-impass politiku fil-Burundi u d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika għandhom konsegwenzi serji għall-popolazzjoni; billi l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tikkalkula li aktar minn 420 000 persuna ħarbu mill-Burundi biex ifittxu kenn fil-pajjiżi ġirien; billi, skont is-Sottosegretarju Ġenerali tan-NU, bħalissa hemm 209 000 ruħ spostati internament; billi 3 miljun ruħ jinsabu fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja u 2.6 miljuni huma esposti għal nuqqas akut ta' sigurtà tal-ikel; billi 700 000 ruħ jiddependu minn għajnuna alimentari ta' emerġenza minkejja l-fatt li l-Gvern kien neħħa xi restrizzjonijiet; billi din is-sitwazzjoni qed tipperikola serjament l-istabilità tar-reġjun;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba s-sitwazzjoni politika u fir-rigward tas-sigurtà fil-Burundi; jikkundanna bil-qawwa l-atti ta' vjolenza, il-qtil u vjolazzjonijiet oħra tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fil-Burundi mill-2015; jappella favur azzjoni effikaċi u proporzjonata biex jiġu pprevenuti episodji ġodda ta' vjolenza;

2.  Jinsab imħasseb dwar l-impunità mifruxa, b'mod partikolari fir-rigward tal-atti ta' vjolenza u l-vjolazzjonijiet kontra d-drittijiet tal-bniedem u fir-rigward tal-awturi ta' dawn l-atti; ifakkar li l-awtoritajiet Burundjani għandhom l-obbligu, skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, li jiggarantixxu, jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ċivili u politiċi taċ-ċittadini; f'dan il-kuntest, jitlob inkjesta bir-reqqa u indipendenti dwar il-każijiet ta' qtil u l-abbużi li twettqu fil-Burundi f'dawn l-aħħar snin, u jitlob li jiġi żgurat li dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom;

3.  jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-gvern tal-Burundi ta bidu għal proċedura ta' rtirar tal-pajjiż mill-Istatut ta' Ruma li jistabbilixxi l-QKI; jitlob lill-Gvern tal-Burundi jerġa' lura mill-proċedura ta' rtirar u jiżgura li l-pajjiż ikompli jieħu sehem bis-sħiħ fil-QKI;

4.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burundi jirrispetta bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni 2303 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u jippermetti l-iskjerament ta' unità tal-pulizija tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex timmonitorja s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż;

5.  Jilqa' l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Burundi, stabbilita f'Novembru 2016 biex tinvestiga l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fil-pajjiż minn April 2015 'il quddiem; jistieden lill-awtoritajiet tal-Burundi jikkooperaw bis-sħiħ mal-membri tal-Kummissjoni ta' Inkjesta;

6.  Jilqa' l-ħatra reċenti ta' Mibgħut Speċjali ġdid għall-Burundi, is-Sur Michel Kafando, mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, is-Sur Antonio Gutierrez, bl-għan li jiġi ffaċilitat il-fehim tal-proċess politiku li għaddej;

7.  Itenni l-impenn tiegħu favur il-libertà tal-espressjoni u jafferma mill-ġdid ir-rwol kruċjali mwettaq mis-soċjetà ċivili, l-avukati, l-organizzazzjonijiet difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja f'soċjetà demokratika; f'dan il-kuntest, jappella lill-awtoritajiet tal-Burundi jneħħu l-projbizzjonijiet u jeliminaw ir-restrizzjonijiet imposti fuq dawn l-entitajiet, jerġgħu jaħsbuha dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) barranin u jiżguraw li l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom bil-libertà u s-sigurtà kollha fil-pajjiż;

8.  Jinsab mħasseb dwar ir-riskju kbir li s-sitwazzjoni attwali toħloq firdiet aktar profondi bejn il-gruppi etniċi differenti; jiddenunzja "l-etniċizzazzjoni" tal-kriżi permezz tal-użu ta' propaganda bbażata fuq ideoloġija etnika; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-Burundi jżommu lura minn kwalunkwe aġir jew minn kwalunkwe diskors li jista' jkompli jintensifika l-vjolenza, jiggrava l-kriżi jew ikollu effetti negattivi fuq l-istabilità reġjonali fit-tul u biex jirrispettaw b'mod sħiħ il-ftehim ta' Arusha;

9.  Jikkundanna l-atti ta' inċitament għall-mibegħda u għall-vjolenza min-naħa tal-mexxejja tal-milizzja taż-żgħażagħ Imbonerakure fil-konfront tar-rifuġjati u tal-avversarji, b'mod partikolari s-sejħiet pubbliċi għall-istupru fil-konfront tan-nisa ta' avversarji, u jitlob id-diżarm immedjat ta' dawn il-milizzji; jinsab estremament imħasseb dwar l-adozzjoni ta' liġi ġdida dwar il-ħolqien ta' korp nazzjonali ta' voluntiera, li tista' sservi biex l-attivitajiet ta' milizzja bħal din jiġu leġittimizzati;

10.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja u għat-trawwim tal-għaqda nazzjonali permezz ta' djalogu nazzjonali miftuħ, trasparenti u inklużiv bejn il-Gvern, il-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, skont il-Kostituzzjoni tal-Burundi, il-Ftehim ta' Arusha u l-impenji internazzjonali tal-pajjiż;

11.  Jinnota li s-sitwazzjoni fil-Burundi għandha riperkussjonijiet estremament negattivi fuq ir-reġjun kollu; jilqa', f'dan ir-rigward, l-isforzi ta' negozjar immexxija taħt l-awspiċju tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), bl-appoġġ tal-Unjoni Afrikana, u jitlob l-involviment u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet Burundjani bl-għan li tinstab soluzzjoni immedjata, vijabbli u dejjiema għal dan il-kunflitt, iżda jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar il-fatt li l-progress ta' dan id-djalogu miexi bil-mod;

12.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġa l-isforzi tal-atturi reġjonali fir-riżoluzzjoni tal-kriżi; jappella għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-faċilitatur maħtur mill-EAC, is-Sur Mkapa, ex-President tat-Tanzanija;

13.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana li tawtorizza l-iskjerament tal-Missjoni Afrikana ta' Prevenzjoni u Protezzjoni fil-Burundi bl-għan li tiġi promossa soluzzjoni politika; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burundi jonora bis-sħiħ l-impenn li ħa li jiffaċilita l-mobilizzazzjoni rapida ta' osservaturi u ta' esperti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem permezz b'mod partikolari tal-ħruġ immedjat ta' viżi u t-twettiq rapidu ħafna tal-formalitajiet l-oħra meħtieġa;

14.  Iqis li preżenza akbar ta' osservaturi internazzjonali fil-Burundi tista' tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli biex tittejjeb is-sitwazzjoni fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà; jitlob li jiġu mobilizzati 200 osservatur militari u tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Afrikana addizzjonali, bħala appoġġ għat-30 osservatur li diġà huma preżenti;

15.  Iqis li huwa neċessarju li tiġi ċċarata, f'koordinazzjoni mal-Unjoni Afrikana, it-traċċabilità tal-fondi ddedikati għas-suldati Burundjani skjerati fl-AMISOM;

16.  Iqis li biex ikun hemm kwalunkwe normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-UE, inklużi l-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-Burundi jeħtiġilhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha ddedikati fl-"iskeda tal-impenji" għall-konsultazzjonijiet previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;

17.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea, wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, li tissospendi l-għajnuna finanzjarju diretta lill-amministrazzjoni tal-Burundi u jilqa' l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ta' miżuri ta' ffriżar ta' assi min-naħa tal-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' dawk li jfittxu li jimminaw l-isforzi ta' paċi jew id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-Unjoni jenħtieġ li żżomm kif inhu l-appoġġ finanzjarju tagħha lill-poplu tal-Burundi, inkluż għar-rifuġjati, fis-setturi ewlenin tas-saħħa, tan-nutrizzjoni, u tal-edukazzjoni, kif ukoll għajnuna umanitarja fornuta permezz ta' kanali diretti; jappoġġa s-sanzjonijiet immirati mġedda mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE li tiġi sospiża l-għajnuna baġitarja lill-Burundi wara konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 96;

18.  Jinsab imħasseb serjament dwar l-influss ta' rifuġjati Burundjani fil-pajjiżi ġirien u s-sitwazzjoni umanitarja allarmanti tal-persuni spostati fil-Burundi, u jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu favur l-organizazzjonijiet umanitarji li jinsabu fir-reġjun u favur il-pajjiżi ġirien li qed jospitaw lir-rifuġjati; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lid-donaturi l-oħra ta' fondi biex iżidu l-appoġġ finanzjarju tagħhom u l-għajnuna umanitarja għall-persuni spostati u r-rifuġjati Burundjani; ifakkar lill-Istati Membri fl-impenn tagħhom li jirrispettaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Burundi, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0275.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0474.
(3) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0004.


Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ***I
PDF 334kWORD 42k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 – C8-0377/2016 – 2016/0281(COD))
P8_TA(2017)0311A8-0170/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0586),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0377/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0170/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis--6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/1601.)


Użi permessi ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***I
PDF 338kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-6 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD))
P8_TA(2017)0312A8-0097/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0596),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0381/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Mejju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0097/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2017/1564.)

(1) ĠU C 125, 21.4.2017, p. 27.


L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***I
PDF 338kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-6 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat (COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))
P8_TA(2017)0313A8-0102/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0595),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0380/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Mejju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0102/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/1563.)

(1) Għadha mhijex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali.


Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea *
PDF 535kWORD 79k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea (COM(2016)0686 – C8-0035/2017 – 2016/0338(CNS))
P8_TA(2017)0314A8-0225/2017

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0686),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0035/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015(1) u tas-6 ta' Lulju 2016(2) dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0225/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill iqis il-possibbiltà ta' tneħħija gradwali tal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati(3) wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva proposta u b'hekk jissaħħaħ l-approċċ ikkoordinat tal-Unjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim permezz tad-Direttiva proposta;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Sitwazzjonijiet, li fihom Stati Membri differenti jintaxxaw l-istess introjtu jew kapital darbtejn jistgħu joħolqu ostakoli tat-taxxa serji għan-negozji li joperaw bejn il-fruntieri. Minbarra li joħolqu piż tat-taxxa eċċessiv għan-negozji, x'aktarx jikkawżaw distorsjonijiet u ineffiċjenzi ekonomiċi kif ukoll impatt negattiv fuq l-investiment u t-tkabbir transfruntiera.
(1)  Abbażi tal-prinċipju ta' tassazzjoni ġusta u effettiva, il-kumpaniji kollha jridu jħallsu s-sehem tagħhom f'dak li jirrigwarda taxxi fejn huma ġġenerati profitti u qligħ, iżda t-tassazzjoni doppja u n-nontassazzjoni doppja jridu jiġu evitati. Sitwazzjonijiet, li fihom Stati Membri differenti jintaxxaw l-istess introjtu jew kapital darbtejn jistgħu joħolqu ostakoli tat-taxxa serji, b'mod speċjali għan-negozji żgħar u ta' daqs medju li joperaw bejn il-fruntieri bir-riżultat li jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Minbarra li joħolqu piż tat-taxxa eċċessiv, nuqqas ta' ċertezza tad-dritt u spejjeż bla bżonn għan-negozji, x'aktarx jikkawżaw distorsjonijiet u ineffiċjenzi ekonomiċi. Barra minn hekk, huma għandhom impatt negattiv fuq l-investiment u t-tkabbir transfruntiera.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdid)
(1a)  Fil-25 ta' Novembru 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, fejn huwa kkontesta l-utilità tal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati1a ("il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni") u kkunsidra li dan l-istrument jenħtieġ li jkun riorganizzat u jsir aktar effiċjenti, jew sostitwit b'mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-Unjoni bi proċeduri ta' ftehim reċiproku aktar effettiv. Fis-6 ta' Lulju 2016, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, li fiha enfasizza li l-istabbiliment ta' qafas ta' żmien ċar għall-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim huwa essenzjali għat-titjib tal-effettività tas-sistemi.
___________
1a ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdid)
(1b)   Fis-16 ta' Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa korporattiva fi ħdan l-Unjoni, fejn stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni għat-titjib tat-tilwim transfruntier dwar it-tassazzjoni fl-Unjoni, b'attenzjoni mhux biss għal każijiet ta' tassazzjoni doppja iżda wkoll għan-nontassazzjoni doppja. Huwa talab ukoll li jkun hemm regoli aktar ċari, skedi ta' żmien aktar stretti u aktar trasparenza.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1c (ġdid)
(1c)   It-tentattivi għall-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja spiss wasslu għal "nontassazzjoni doppja", fejn permezz tal-prattika tal-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, il-kumpaniji rnexxielhom ikollhom il-profitti tagħhom intaxxati f'dawk l-Istati Membri li għandhom it-taxxi korporattivi qrib iż-żero. Dik il-prattika kontinwa xxekkel il-kompetizzjoni, tagħmel ħsara lill-intrapriżi domestiċi u ddgħajjef it-tassazzjoni, għad-detriment tat-tkabbir u l-impjiegi.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li l-mekkaniżmi disponibbli fl-Unjoni jassiguraw is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja u l-eliminazzjoni effettiva tat-tassazzjoni doppja involuta.
(2)  Il-proċeduri attwali għas-soluzzjoni tat-tilwim huma twal wisq, għaljin u spiss ma jwasslux għal ftehim, b'xi każijiet ma jirċievu l-ebda rikonoxximent. Xi negozji attwalment jaċċettaw it-tassazzjoni doppja minflok ma jonfqu l-flus u jinvestu l-ħin fi proċeduri ta' piż biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li l-mekkaniżmi disponibbli fl-Unjoni jassiguraw soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja li hija effettiva, rapida u infurzabbli u l-eliminazzjoni effettiva u fil-ħin tat-tassazzjoni doppja involuta, b'komunikazzjoni regolari u effettiva lill-kontribwenti.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Il-mekkaniżmi attwalment eżistenti previsti fi trattati bilaterali dwar it-taxxa, ma jiksbux il-provvediment ta' ħelsien sħiħ mit-tassazzjoni doppja fil-ħin fil-każijiet kollha. Il-Konvenzjoni eżistenti dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (90/436/KEE)7("il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni") għandha kamp ta' applikazzjoni limitat billi tapplika biss għat-tilwim dwar l-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni tal-profitt lil stabbilimenti permanenti. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ imwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni żvela xi nuqqasijiet importanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura u t-tul u l-konklużjoni effettiva tal-proċedura.
(3)  Il-mekkaniżmi attwalment eżistenti previsti fi trattati bilaterali dwar it-tassazzjoni doppja, ma jiksbux il-provvediment ta' ħelsien sħiħ mit-tassazzjoni doppja fil-ħin fil-każijiet kollha. Il-mekkaniżmi previsti f'dawk it-trattati huma, fil-maġġoranza tal-każijiet, twal, għaljin, diffiċli biex jiġu aċċessati u mhux dejjem iwasslu għal ftehim. Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni għandha kamp ta' applikazzjoni limitat billi tapplika biss għat-tilwim dwar l-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni tal-profitt lil stabbilimenti permanenti. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ imwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni żvela xi nuqqasijiet importanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura, nuqqas ta' rimedji ġuridiċi, it-tul u n-nuqqas ta' konklużjoni finali vinkolanti effettiva tal-proċedura. Dawn in-nuqqasijiet jirrappreżentaw ostaklu għall-investiment u jenħtieġ li jiġu eliminati.
_________________
7 ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
(3a)   Sabiex jiġi ffurmat ambjent tat-taxxa ġust, ċar u stabbli u biex jitnaqqas it-tilwim dwar it-tassazzjoni fi ħdan is-suq intern, tal-inqas, hija meħtieġa xi konverġenza minima fil-politiki dwar it-taxxa korporattiva. L-introduzzjoni ta' bażi komuni kkonsolidata għat-taxxa korporattiva kif proposta mill-Kummissjoni1a hija l-aktar mod effettiv biex jiġi eliminat ir-riskju ta' tassazzjoni korporattiva doppja.
______________
1a Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683).
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Sabiex jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar ġust, jeħtieġ li jittejbu r-regoli dwar it-trasparenza u li jissaħħu l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa. Fl-istess ħin fl-ispirtu ta' sistema ta' tassazzjoni ġusta, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-kontribwenti ma jiġux intaxxati darbtejn fuq l-istess introjtu u li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu komprensivi, effettivi u sostenibbli. Huwa neċessarju wkoll it-titjib fil-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja sabiex iwieġeb għar-riskju ta' żieda fl-għadd ta' tilwim dwar it-tassazzjoni doppja jew it-tassazzjoni multipla fir-rigward ta' ammonti kbar potenzjali minħabba prattiki ta' awditjar aktar regolari u ffukati stabbiliti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
(4)  Sabiex jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar ġust għall-intrapriżi attivi fl-Unjoni, jeħtieġ li jittejbu r-regoli dwar it-trasparenza u li jissaħħu l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa kemm fil-livell nazzjonali, dak tal-Unjoni u globalment. L-evitar tan-nontassazzjoni doppja jrid jibqa' prijorità tal-Unjoni. Fl-istess ħin fl-ispirtu ta' sistema ta' tassazzjoni ġusta, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-kontribwenti ma jiġux intaxxati darbtejn fuq l-istess introjtu u li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu komprensivi, effettivi u sostenibbli. Huwa vitali wkoll it-titjib fil-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja sabiex iwieġeb għar-riskju ta' żieda fl-għadd ta' tilwim dwar it-tassazzjoni doppja jew it-tassazzjoni multipla fir-rigward ta' ammonti kbar potenzjali minħabba prattiki ta' awditjar aktar regolari u ffukati stabbiliti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Għalhekk, -introduzzjoni ta' qafas effettiv u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa, li jassigura ċ-ċertezza tad-dritt u ambjent favorevoli għan-negozju u għall-investimenti, hija azzjoni kruċjali sabiex tinkiseb sistema tat-taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-Unjoni. Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja għandhom joħolqu wkoll qafas armonizzat u trasparenti għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet dwar it-tassazzjoni doppja u b'hekk jipprovdu benefiċċji għall-kontribwenti kollha.
(5)  Għalhekk, introduzzjoni ta' qafas effettiv u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa, li jassigura ċ-ċertezza tad-dritt u li jappoġġja l-investimenti, hija azzjoni kruċjali sabiex tinkiseb sistema tat-taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddedikaw livell adegwat ta' riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji lill-awtoritajiet kompetenti għal dan il-għan.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
(5a)  L-Unjoni għandha l-potenzjal li ssir mudell u mexxej globali f'termini ta' trasparenza u koordinazzjoni fiskali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja joħolqu wkoll qafas armonizzat u trasparenti għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet dwar it-tassazzjoni doppja u b'hekk jipprovdu benefiċċji lill-kontribwenti kollha. Sakemm ma jkunx ippruvat mill-kontribwenti kkonċernati li xi informazzjoni sensittiva kummerċjali, industrijali jew professjonali fid-deċiżjoni jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata, id-deċiżjonijiet kollha finali jenħtieġ li jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom u jkunu disponibbli mill-Kummissjoni f'format ta' dejta komuni anke fuq paġna web amministrata b'mod ċentrali. Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet finali hija fl-interess pubbliku peress li ttejjeb il-fehim ta' kif ir-regoli jenħtieġ li jiġu interpretati u applikati. Din id-Direttiva tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha biss meta regoli simili jiġu implimentati wkoll f'pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ ukoll it-twaqqif ta' mekkaniżmi vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwim anke fil-livell internazzjonali.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdid)
(5b)   Jenħtieġ li qafas aktar effettiv u effiċjenti jinkludi l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jipproponu mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim li jqisu aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u li jistgħu jirriżultaw f'inqas spejjeż, inqas burokrazija, aktar effiċjenza u l-eliminazzjoni aktar rapida tat-tassazzjoni doppja.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  L-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja għandha tinkiseb permezz ta' proċedura li bħala l-ewwel pass, il-każ jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li t-tilwima tiġi solvuta permezz tal-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku. Jekk ma jintlaħaqx ftehim f'perjodu ta' żmien speċifiku, , il-każ għandu jiġi ppreżentat lil Kummissjoni Konsultattiva jew lil Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, magħmula kemm minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati kif ukoll minn persuni indipendenti ta' reputazzjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jieħdu deċiżjoni vinkolanti finali b'referenza għall-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.
(6)  L-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja għandha tinkiseb permezz ta' proċedura li hija sempliċi biex tużaha. Bħala l-ewwel pass, il-każ jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li t-tilwima tiġi solvuta permezz tal-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku. Jekk ma jintlaħaqx ftehim f'perjodu ta' żmien speċifiku, , il-każ għandu jiġi ppreżentat lil Kummissjoni Konsultattiva jew lil Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, magħmula kemm minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati kif ukoll minn persuni indipendenti ta' reputazzjoni li isimhom ser jidher fuq lista ta' persuni indipendenti ta' reputazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jieħdu deċiżjoni vinkolanti finali b'referenza għall-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdid)
(7a)   Il-proċedura prevista f'din id-Direttiva għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja tikkonsisti minn, fost possibilitajiet oħra, soluzzjoni tat-tilwim għall-kontribwent. Dan jinkludi proċeduri ta' ftehim reċiproku skont konvenzjonijiet ta' ftehim bilaterali dwar it-taxxa doppja jew skont il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim stipulata f'din id-Direttiva tingħata prijorità fuq il-possibilitajiet l-oħra, peress li din tipprovdi approċċ ikkoordinat madwar l-Unjoni kollha, li jinkludi regoli ċari u infurzabbli, obbligu li tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja u perjodu ta' żmien speċifiku.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 7b (ġdid)
(7b)   Fil-preżent, mhuwiex ċar kif din id-Direttiva tirrelata ma' dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-arbitraġġ fi ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa u l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkjarifika dawk ir-relazzjonijiet sabiex il-kontribwenti jkunu jistgħu, jekk applikabbli, jagħżlu l-proċedura l-aktar adatta għall-iskop tagħhom.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 7c (ġdid)
(7c)   Numru kbir ta' każijiet ta' tassazzjoni doppja jinvolvu pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timpenja ruħha sabiex toħloq qafas globali, preferibbilment fil-kuntest tal-OECD. Sakemm dan il-qafas tal-OECD ikun twettaq, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmira għal proċedura ta' ftehim vinkolanti obbligatorja, minflok dik volontarja attwali, għall-każijiet kollha ta' tassazzjoni doppja transfruntiera potenzjali.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdid)
(10a)   Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi estiż mill-aktar fis possibbli. Id-Direttiva tipprovdi biss qafas għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar it-tassazzjoni doppja tal-profitti tan-negozju. It-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja fuq l-introjtu, bħal pensjonijiet u salarji, ma tressaqx taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, filwaqt li l-impatt fuq individwi jista' jkun sinifikanti. Interpretazzjoni differenti ta' ftehim dwar it-taxxa mill-Istati Membri tista' twassal għal tassazzjoni doppja ekonomika, pereżempju jekk Stat Membru wieħed jinterpreta sors ta' introjtu bħala salarju filwaqt li l-Istat Membru l-ieħor jinterpreta l-istess sors ta' introjtu bħala profitt. Għalhekk, id-differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tassazzjoni fuq l-introjtu jenħtieġ li jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva wara perjodu ta' ħames snin u l-Istati Membri għandhom jipprovdu input xieraq lill-Kummissjoni biex jappoġġaw din ir-reviżjoni,
(11)  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva wara perjodu ta' ħames snin, inkluża valutazzjoni dwar jekk id-Direttiva jenħtieġ li tkompli tiġi applikata jew emendata. L-Istati Membri għandhom jipprovdu input xieraq lill-Kummissjoni biex jappoġġaw din ir-reviżjoni. Fit-tmiem tar-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża valutazzjoni tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, biex jiġu koperti s-sitwazzjonijiet ta' tassazzjoni doppja transfruntiera kollha u n-nontassazzjoni doppja u, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva ta' emenda.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 4
Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.
Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f'tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati.
1.  Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f'tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jissottometti l-ilment liż-żewġ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fl-istess waqt u jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tospita punt ċentrali ta' kuntatt fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b'informazzjoni ta' kuntatt aġġornata għal kull awtorità kompetenti u ħarsa ġenerali sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u t-trattati dwar it-taxxa applikabbli.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonfermaw ir-riċevuta tal-ilment fi żmien xahar minn meta jirċievu l-ilment. Huma għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar ir-riċevuta tal-ilment.
2.  Kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma r-riċevuta tal-ilment bil-miktub u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien ġimagħtejn mir-riċevuta tal-ilment.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a
(a)  l-isem, l-indirizz, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa u informazzjoni oħra neċessarja għall-identifikazzjoni tal-kontribwent(i) li jkun(u) ippreżenta(w) l-ilment lill-awtoritajiet kompetenti u ta' kwalunkwe kontribwent ieħor direttament affettwat;
(a)  l-isem, l-indirizz, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa u informazzjoni oħra neċessarja għall-identifikazzjoni tal-kontribwent(i) li jkun(u) ippreżenta(w) l-ilment lill-awtoritajiet kompetenti u ta' kwalunkwe kontribwent ieħor direttament affettwat skont l-aħjar għarfien tal-ilmentatur;
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d
(d)   ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli;
imħassar
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt e – punt iii
(iii)  impenn mill-kontribwent li jwieġeb bl-aktar mod sħiħ u malajr possibbli għat-talbiet xierqa kollha li jsiru minn awtorità kompetenti u li jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti;
(iii)  impenn mill-kontribwent li jwieġeb bl-aktar mod sħiħ u malajr possibbli għat-talbiet xierqa kollha li jsiru minn awtorità kompetenti u li jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti bl-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta għal kwalunkwe restrizzjoni ta' aċċess għad-dokumenti mitluba u kwalunkwe dewmien ta' żmien estern;
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt f
(f)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika mitluba mill-awtoritajiet kompetenti.
(f)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika mitluba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għat-tilwim dwar it-tassazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta' kontribwent fi żmien sitt xhur minn meta jirċevuh. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom.
5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta' kontribwent fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-ilment u jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bil-miktub bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien xahrejn.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fi żmien sentejn, li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta' wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fi żmien sena, li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta' wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sitt xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
Il-perjodu ta' sena msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.
3.  Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha, fi żmien ħamest ijiem, tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata immedjatament irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim.
4.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fi żmien xaharejn fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim u tinforma lill-kontribwenti bl-għażliet tagħhom għall-appell, bl-informazzjoni ta' kuntatt rilevanti għall-korpi tal-appell.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta' tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1).
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta' tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-ilment.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien sitt xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud.
2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien tliet xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud u l-kontribwent għandu jkun innotifikat fi żmien xahar minn dak il-perjodu ta' tliet xhur.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  F'każ ta' ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali.
3.  F'każ ta' ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali. Il-kontribwent huwa intitolat iressaq ilment quddiem kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti li lilha jsir l-appell għandha tinforma lill-awtorità kompetenti l-oħra dwar l-eżistenza tal-appell u ż-żewġ awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw meta jipproċessaw l-appell. Fil-każ ta' SMEs, jekk l-appell jintlaqa', il-piż finanzjarju għandu jitħallas mill-awtorità kompetenti li inizjalment ċaħdet l-ilment.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien sitt xhur mid-data ta' notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B'inadempjenza ta' kwalunkwe deċiżjoni notifikata fil-perjodu ta' sitt xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud.
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B'inadempjenza ta' kwalunkwe deċiżjoni notifikata fi ħdan il-perjodu ta' tliet xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta' ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta' sentejn previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment.
Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta' ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta' sena previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati meta dawn ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 4(1).
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tressaq opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13(1).
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu ta' sitt xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-perjodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta' reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista' jitlob lill-qorti kompetenti f'dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4).
Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta' reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista' jitlob lill-qorti kompetenti f'dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4) fi żmien tliet xhur.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista' jitlob lill-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi. Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni maħtura b'dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4).
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista' jitlob lill-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 8(4). Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dettalji tal-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru disponibbli b'mod ċar f'punt ta' informazzjoni ċentrali fuq is-sit web tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni maħtura b'dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4).
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta' Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' ħamsin jum imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.
2.  Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta' Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant. Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f'każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f'dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.
3.  Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant fi żmien xahar. Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f'każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f'dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  persuna jew żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni li għandhom jinħatru minn kull awtorità kompetenti mil-lista ta' persuni msemmija fil-paragrafu 4.
(c)  persuna jew żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni li għandhom jinħatru minn kull awtorità kompetenti mil-lista ta' persuni msemmija fil-paragrafu 4, esklużi l-persuni proposti mill-Istati Membri tagħhom stess.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jaħtru r-rappreżentanti kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi permanenti.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b
(b)  meta dik il-persuna jkollha jew ikun kellha parteċipazzjoni importanti f'wieħed jew f'kull wieħed mill-kontribwenti, jew tkun jew kienet impjegata jew konsulenta ta' wieħed jew ta' kull wieħed mill-kontribwenti;
(b)  meta dik il-persuna jew xi ħadd fil-familja ta' dik il-persuna jkollha jew ikun kellha parteċipazzjoni importanti f'wieħed jew f'kull wieħed mill-kontribwenti, jew tkun jew kienet impjegata jew konsulenta ta' wieħed jew ta' kull wieħed mill-kontribwenti;
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni. Huma jridu jkunu kompetenti u indipendenti.
Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni, preferibbilment uffiċjali u impjegati taċ-ċivil li jaħdmu fil-qasam tal-liġi tat-taxxa jew membri ta' Qorti Amministrattiva. Huma jridu jkunu kompetenti, indipendenti, imparzjali u ta' integrità għolja.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista' jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta' interess tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista' jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta' interess tagħhom. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata f'każ ta' bidliet fil-curriculum vitae tal-persuni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-informazzjoni riferuta fit-tielet subparagrafu li tikkonċerna l-persuni indipendenti ta' reputazzjoni nnominati mill-Istati Membri. Kontrolli bħal dawn għandhom isiru fi żmien tliet xhur minn meta tiġi riċevuta l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri. Fejn il-Kummissjoni jkollha dubji dwar l-indipendenza tal-persuni nnominati, hi tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali u, jekk id-dubji jippersistu, tista' titlob lill-Istat Membru biex ineħħi lil dik il-persuna mil-lista u jaħtar lil xi ħadd ieħor.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3b (ġdid)
Il-lista ta' persuni indipendenti ta' reputazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13.
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13. Madankollu, l-użu tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandu jibqa' kemm jista' jkun eċċezzjonali.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista' tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor ta' soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima.
2.  Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista' tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor effettiv u rikonoxxut ta' soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta' Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.
4.  L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta' Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, dment li l-indipendenza tal-persuni maħtura biex isolvu t-tilwim u n-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess huma żgurati.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta' ħamsin jum kalendarju kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej:
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta' xahar kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej:
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.
Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta' Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta' Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' skadenza tal-ħamsin jum kalendarju prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta' Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta' Funzjonament.
3.  Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta' Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta' Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' skadenza tal-perjodu ta' xahar prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta' Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta' Funzjonament.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
1.  Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita.
1.  Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta' trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD.
2.  Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta' trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD u l-aktar Konvenzjoni Mudell reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tassazzjoni.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Fi żmien sitt xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja.
1.  Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta ma jiġix innotifikat bid-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta' tletin jum kalendarju, il-kontribwent jista' jappella fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali.
3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta kontribwent ma jiġix innotifikat b'dik id-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta' tletin jum, dak il-kontribwent jista' jappella fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta' ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim ma għandhiex twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet.
2.  Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta' ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim għanda twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a
(a)  is-sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 3(5);
(a)  it-tliet xhur imsemmija fl-Artikolu 3(5);
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b
(b)  is-sentejn imsemmija fl-Artikolu 4(1);
(b)  is-sena msemmija fl-Artikolu 4(1);
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 6
6.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim f'każijiet ta' frodi tat-taxxa, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi.
6.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim f'każijiet ta' frodi tat-taxxa stabbiliti minn sentenza legalment valida fi proċeduri kriminali jew amministrattivi, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi fl-istess kwistjoni.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 soġġett għall-kunsens ta' kull wieħed mill-kontribwenti kkonċernati.
2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 b'mod komplet. Madankollu, f'każ li wieħed mill-kontribwenti jilmenta li xi punti speċifiċi fid-deċiżjoni huma informazzjoni sensittiva kummerċjali, industrijali jew professjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn l-argumenti u għandhom jippubblikaw kemm jistgħu mid-deċiżjoni filwaqt li jħassru l-partijiet sensittivi. Filwaqt li jħarsu d-drittijiet kostituzzjonali tal-kontribwenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni, li l-pubblikazzjoni tagħha tkun se tiżvela b'mod ċar u evidenti informazzjoni sensittiva industrijali u kummerċjali lill-kompetituri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-akbar trasparenza possibbli permezz tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Meta kontribwent ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali fl-intier tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw astratt tad-deċiżjoni finali b'deskrizzjoni tal-kwistjoni u s-suġġett, id-data, il-perjodi tat-taxxa involuti, il-bażi legali, is-settur tal-industrija u deskrizzjoni fil-qosor tal-eżitu finali.
imħassar
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).
4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3.
5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f'format ta' dejta użat komunement fuq paġna web amministrata b'mod ċentrali.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi biss l-ismijiet ta' dawk il-persuni.
1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn f'format ta' dejta miftuħa u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi l-ismijiet, l-affiljazzjonijiet u l-curriculum vitae ta' dawk il-persuni u l-informazzjoni relatata mal-kwalifiki u l-esperjenza prattika tagħhom, akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet rigward kwalunkwe kunflitt ta' interess.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 21a (ġdid)
Artikolu 21a
Reviżjoni
Sa ... [tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti, twettaq reviżjoni tal-applikazzjoni u l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza jekk Kumitat Konsultattiv ta' natura permanenti ("Kummissjoni Konsultattiva Permanenti") jżidx l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' riżoluzzjoni tat-tilwim.
Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva ta' emenda.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Anness I – taqsima 5 – linja 2a (ġdid)
Gewerbesteuer
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Anness I – taqsima 12 – linja 2a (ġdid)
Imposta regionale sulle attività produttive

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0408.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0310.
(3) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.


Azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà
PDF 416kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà (2017/2009(INI))
P8_TA(2017)0315A8-0239/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar "Transforming our World: The 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-Dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"), adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-25 ta' Settembru 2015 fi New York(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 3(3) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE "għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha", u l-Artikolu 11 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016, "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli - Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà" (COM(2016)0739),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, irratifikata mill-UE f'Jannar 2011,

–  wara li kkunsidra l-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 bit-titolu "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna"(2),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Nru 30/2016 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA): ir-rapport 2016 dwar indikaturi Ambjentali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030(3),

–   wara li kkunsidra n-Nota Strateġika taċ-Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 bit-titolu "Sustainability Now! A European Voice for Sustainability"(4) ("Sostenibbiltà Issa! Vuċi Ewropea għas-Sostenibbiltà"),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020(5), ir-rieżami ta' nofs il-mandat tagħha(6) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rieżami ta' nofs il-mandat tat-2 ta' Frar 2016(7),

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-Panel tar-Riżorsi Internazzjonali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) bit-titolu: "Policy Coherence of the Sustainable Development Goals UNEP" (2015) ("Koerenza Politika tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli"), "Global Material Flows and Resource Productivity" (2016) ("Flussi Globali Materjal u Produttività tar-Riżorsi") u "Resource Efficiency: Potential and Economic Implications UNEP" (2017), ("Effiċjenza tar-Riżorsi: Implikazzjonijiet potenzjali u Ekonomiċi"),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-10 ta' Novembru 2016 dwar "Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna" (JOIN(206)0049),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Aġenda Urbana Ġdida Habitat III adottat fi Quito fl-20 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0239/2017),

A.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha adottaw l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem "Aġenda 2030"), inkluż l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

B.  billi s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU jirrappreżentaw pjan ta' azzjoni għal soċjetà u dinja aħjar, konsenjabbli permezz ta' azzjoni prattika u li tista' titkejjel u li tkopri għadd ta' kwistjonijiet inklużi l-kisba ta' riżultati tas-saħħa aħjar u aktar ugwali, aktar benesseri u edukazzjoni fost iċ-ċittadini, aktar prosperità b'mod ġenerali, azzjoni kontra t-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri, u bħala tali jridu dejjem jiġu kkunsidrati b'mod orizzontali fl-oqsma kollha tal-ħidma tal-Unjoni;

C.  billi t-tkabbir ekonomiku futur se jkun possibbli biss billi jiġu rrispettati bis-sħiħ il-limiti tal-pjaneta sabiex tiġi żgurata ħajja dinjituża għal kulħadd;

D.  billi l-Aġenda 2030 għandha potenzjal ta' trasformazzjoni u tistabbilixxi għanijiet universali, ambizzjużi, komprensivi, indiviżibbli u interrelatati, li jkollhom l-għan li jeqirdu l-faqar, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u l-promozzjoni tal-prosperità, ir-responsabbiltà ambjentali, l-inklużjoni soċjali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll it-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà; billi dawn l-għanijiet jeħtieġu azzjoni immedjata bl-għan li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa u effikaċi;

E.  billi l-Kummissjoni għadha ma stabbilietx strateġija komprensiva biex timplimenta l-Aġenda 2030 li tinkludi oqsma politiċi interni u esterni bi skeda ta' żmien dettaljata sal-2030, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-aġenda, u għadha ma ħaditx rwol ġenerali ta' koordinament għall-azzjonijiet meħuda fuq livell nazzjonali; billi strateġija ta' implimentazzjoni effikaċi u mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rieżami huma essenzjali biex jintlaħqu l-SDGs;

F.  billi s-17-il SDG u 169 mira sottostanti jmissu l-aspetti kollha tal-politika tal-Unjoni;

G.  billi ħafna mill-SDGs jikkonċernaw direttament is-setgħat tal-UE minbarra l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-implimentazzjoni tagħhom għalhekk tirrikjedi approċċ li jkun tassew ibbażat fuq governanza f'diversi livelli b'involviment attiv u fuq bażi wiesgħa mas-soċjetà ċivili;

H.  billi t-tibdil fil-klima mhuwiex kwistjoni ambjentali separata, iżda jippreżenta, skont in-NU(8), waħda mill-ikbar sfidi ta' żminijietna u joħloq theddida serja għall-iżvilupp sostenibbli, u l-impatti mifruxa u mingħajr preċedent tiegħu jitfgħu piż sproporzjonat fuq l-ifqar u l-aktar vulnerabbli u jżid l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u fi ħdanhom; billi azzjoni urġenti kontra t-tibdil fil-klima hija integrali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-SDGs;

I.  billi l-miri dwar it-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija ta' Ewropa 2020 huma: li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHGs) b'20 %, li jissodisfaw l-20 % tad-domanda tal-enerġija tal-UE minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u li jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'20 %; billi l-UE hija impenjata għal tnaqqis ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet domestiċi tal-GHG sal-2030, soġġett għal mekkaniżmu ta' żieda skont il-Ftehim ta' Pariġi; billi l-Parlament talab li jkun hemm mira tal-effiċjenza fl-enerġija vinkolanti sal-2030 ta' 40 % u mira vinkolanti tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (RES) ta' mill-inqas 30 %, u jenfasizza li tali miri jenħtieġ li jiġu implimentati permezz ta' miri nazzjonali individwali;

J.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma lkoll firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, u b'hekk impenjaw ruħhom li jaħdmu ma' pajjiżi oħra biex jillimitaw it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C, u li jagħmlu sforzi biex ikomplu jillimitawh għal 1,5 °C, u b'hekk jippruvaw jillimitaw l-agħar riskji tat-tibdil fil-klima, li jimmina l-kapaċità li jinkiseb żvilupp sostenibbli;

K.  billi ibħra u oċeani nodfa huma essenzjali biex jappoġġjaw bijodiversità abbundanti, u jipprovdu sigurtà tal-ikel u għajxien sostenibbli;

L.  billi skont is-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP), il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta l-impatt ambjentali, f'kuntest globali, tal-konsum tal-ikel u ta' komoditajiet li mhumiex ikel tal-Unjoni;

M.  billi kwalunkwe valutazzjoni tal-effikaċja attwali u futura fl-aġenda tal-SDG fl-Ewropa jenħtieġ li mhux biss titkellem dwar is-suċċessi attwali, iżda tħares ukoll lejn sforzi u skemi futuri, u jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq valutazzjoni bir-reqqa tan-nuqqasijiet bejn il-politiki tal-UE u l-SDGs, inklużi oqsma fejn l-UE ma tissodisfax il-miri tal-SDGs, implimentazzjoni dgħajfa tal-politiki attwali u kontradizzjonijiet potenzjali bejn l-oqsma ta' politika;

N.  billi, skont l-EEA, huwa probabbli ħafna li 11 mit-30 objettiv ewlieni tal-EAP mhux se jintlaħqu sal-2020;

O.  billi l-finanzjament tal-SDGs jirrappreżenta sfida enormi li titlob sħubija qawwija u globali u l-użu ta' kull forma ta' finanzjament (minn sorsi domestiċi, internazzjonali, pubbliċi, privati u innovattivi), kif ukoll mezzi mhux finanzjarji; billi l-finanzjament privat jista' jikkomplementa, iżda mhux jissostitwixxi, il-finanzjament pubbliku;

P.  billi l-mobilizzazzjoni effikaċi tar-riżorsi domestiċi hija fattur indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda 2030; billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma affettwati b'mod partikolari mill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa korporattiva;

Q.  billi l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli titlob reżiljenza, li jenħtieġ li tiġi promossa permezz ta' approċċ multidimensjonali għall-azzjoni esterna tal-UE u permezz tar-rispett tal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp; billi l-politiki tal-Istati Membri u tal-UE għandhom effetti intenzjonati kif ukoll mhux intenzjonati fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u l-SDGs jikkostitwixxu opportunità unika biex tinkiseb aktar koerenza u politiki aktar ġusti fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

R.  billi l-kummerċ internazzjonali jista' jkun mutur b'saħħtu tal-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku, u l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet tal-UE ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-Aġenda 2030 tirrikonoxxi l-kummerċ bħala mezz biex jintlaħqu l-SDGs;

S.  billi l-indirizzar tal-isfida tal-migrazzjoni u tal-ħtiġijiet ta' popolazzjoni globali dejjem akbar huwa essenzjali għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli; billi l-Aġenda 2030 tenfasizza r-rwol tal-migrazzjoni bħala mutur potenzjali tal-iżvilupp; billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jistabbilixxi l-qerda tal-faqar bħala l-objettiv primarju tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE;

1.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà, li tiddeskrivi l-inizjattivi u l-istrumenti ta' politika eżistenti fil-livell Ewropew u sservi bħala reazzjoni għall-Aġenda 2030; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' valutazzjoni komprensiva, inklużi nuqqasijiet u xejriet fil-politika, inkonsistenzi u nuqqasijiet fl-implimentazzjoni kif ukoll il-benefiċċji kollaterali u s-sinerġiji potenzjali, tal-politiki u l-leġiżlazzjonijiet tal-UE kollha f'kull settur; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni kkoordinata għal din il-valutazzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak tal-Istati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kompożizzjonijiet kollha tiegħu, u lill-aġenziji u l-korpi tal-UE biex iwettqu dan ix-xogħol mingħajr dewmien;

2.  Jenfasizza li l-għan tal-Aġenda 2030 huwa li jintlaħaq benesseri aħjar għal kulħadd u li t-tliet pilastri ugwali tal-iżvilupp sostenibbli, jiġifieri l-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali, huma essenzjali għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp sostenibbli huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(3) tat-TUE u jenħtieġ li jkollu rwol ċentrali fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa;

3.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tintegra l-SDGs fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-UE, abbażi tal-prinċipji ta' universalità u ta' integrazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mingħajr dewmien strateġija qafas li tkun komprensiva, koerenti fuq terminu qasir, medju u twil, ikkoordinata u ġenerali fuq l-implimentazzjoni tas-17-il SDG u l-169 miri tagħhom fl-UE, li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet u l-parità tal-SDGs differenti billi tieħu governanza f'diversi livelli u approċċ transsettorjali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' integrazzjoni tal-aspetti kollha tal-Aġenda 2030 fis-Semestru Ewropew u li jiġi żgurat l-involviment sħiħ tal-Parlament fil-proċess; jistieden lill-Ewwel Viċi President, li għandu responsabbiltà orizzontali għall-iżvilupp sostenibbli, li jieħu rwol ewlieni f'dan ir-rigward; jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-SDGs u l-miri kollha bis-sħiħ, kemm fil-prattika kif ukoll fl-ispirtu;

4.  Ifakkar fl-importanza tal-prinċipju sottostanti tal-Aġenda 2030 li ''ħadd ma jitħalla lura''; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni b'saħħitha biex jindirizzaw l-inugwaljanzi fi ħdan u bejn il-pajjiżi, peress li dawn ikabbru l-impatt ta' sfidi globali oħrajn u jostakolaw il-progress fl-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-riċerka u diżaggregazzjoni tad-data fil-politiki tagħhom sabiex jiżguraw li dawk li huma l-aktar vulnerabbli u emarġinati jiġu inklużi u jingħataw prijorità;

5.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tintegra l-SDGs lejn l-aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u jenfasizza l-potenzjal li l-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar jintużaw b'mod strateġiku sabiex il-koerenza tal-politiki tal-UE tiġi vvalutata fir-rigward tal-Aġenda 2030; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi verifika tal-SDG għall-politiki u l-leġiżlazzjonijiet ġodda kollha u sabiex tiżgura koerenza politika sħiħa fl-implimentazzjoni tal-SDGs, filwaqt li tippromwovi sinerġiji, tikseb benefiċċji kollaterali u tevita kompromessi, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li l-iżvilupp sostenibbli jiġi inkluż bħala parti integrata tal-qafas ġenerali tal-valutazzjonijiet tal-impatt, u mhux bħala valutazzjoni tal-impatt separata kif inhu l-każ bħalissa skont l-istrumenti tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar; jitlob li l-istrumenti mfassla biex ikejlu u jikkwantifikaw ir-riżultati ambjentali fuq terminu medju u fit-tul fil-valutazzjonijiet tal-impatt jiġu mtejba; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità fil-qafas tal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) jivvalutaw jekk ċerti politiki jew leġiżlazzjoni jikkontribwixxux għall-implimentazzjoni ambizzjuża tal-SDGs jew jekk fil-fatt ifixkluhiex; jitlob li ssir identifikazzjoni u differenzjazzjoni ċara tal-livell ta' governanza li fih jenħtieġ li jiġu implimentati l-miri, filwaqt li jenfasizza li l-prinċipju ta' sussidjarjetà jenħtieġ li jiġi rrispettat; jitlob li jiġu stabbiliti direzzjonijiet ta' żvilupp sostenibbli ċari u koerenti fil-livell nazzjonali u, jekk ikun meħtieġ, fil-livell subnazzjonali jew lokali għal dawk l-Istati Membri li diġà għamlu dan; jenfasizza li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi gwida għal dan il-proċess biex jiġi żgurat format armonizzat;

6.  Jissottolinja li s-7 EAP huwa, fih innifsu, strument ewlieni għall-implimentazzjoni tal-SDGs, għalkemm l-azzjoni meħuda f'xi setturi għadha mhix biżżejjed biex tiżgura li l-SDGs jiġu ssodisfati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jimplimentaw bis-sħiħ is-7 EAP, biex fl-evalwazzjoni tas-7 EAP jinkorporaw valutazzjoni sal-punt li l-miri tiegħu jikkorrispondu mal-SDGs u, biex tikkunsidra dawn l-eżiti, b'tali mod li toħroġ b'rakkomandazzjoni għall-programm suċċessur; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi f'ħin opportun Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni għall-perjodu ta' wara l-2020, kif meħtieġ mill-Artikolu 192(3) tat-TFUE, peress li dan se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-SDGs fl-Ewropa;

7.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni taderixxi mal-aġenda ta' governanza mifthiema fid-Dikjarazzjoni ta' Rio u fl-Aġenda 2030, kif ukoll fil-Pjan ta' Implimentazzjoni ta' Johannesburg (JPOI) tal-2002 u d-Dokument dwar l-Eżitu Rio+20 tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2012;

8.  Iqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-istabbiliment jew it-tisħiħ ta' kunsilli tal-iżvilupp sostenibbli fil-livell nazzjonali, inkluż fil-livell lokali; kif ukoll isaħħu l-parteċipazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tas-soċjetà ċivili u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn fil-forums internazzjonali rilevanti u, f'dan ir-rigward, jippromwovu t-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika wiesgħa u s-sħubiji biex jiġi implimentat l-iżvilupp sostenibbli;

9.  Jirrikonoxxi li sabiex jintlaħqu l-SDGs, ikun meħtieġ impenn minn bosta partijiet ikkonċernati mill-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri, is-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini, in-negozji u s-sħab terzi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjattaforma ta' bosta partijiet interessati mħabbra fil-komunikazzjoni tagħha ssir mudell tal-aħjar prattika biex tiffaċilita l-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-Aġenda 2030; jenfasizza li l-pjattaforma jenħtieġ li timmobilizza l-għarfien espert ta' setturi ewlenin differenti, tippromwovi l-innovazzjoni u tikkontribwixxi biex jiġu żgurati rabtiet effikaċi mal-partijiet interessati, tinkoraġġixxi l-promozzjoni minn isfel għal fuq tal-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li l-pjattaforma jenħtieġ li tkun usa' minn pjattaforma ta' tagħlim bejn il-pari u tippermetti impenn reali tal-partijiet interessati fl-ippjanar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma' pjattaformi relatati oħra bħall-pjattaforma REFIT, il-Pjattaforma dwar l-Ekonomija Ċikolari, il-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività u t-Tkabbir u l-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Finanzjament Sostenibbli, u tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-pjattaforma ser jiġu segwiti;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tiffaċilita l-governanza tal-SDGs biex tiżgura dan li ġej:

   (i) Multisettorjali: billi tiġi stabbilita struttura ta' koordinazzjoni nazzjonali responsabbli għas-segwitu tal-Aġenda 21 li tibbenefika mill-għarfien espert tal-NGOs;
   (ii) F'diversi livelli: billi jiġi stabbilit qafas istituzzjonali effikaċi għall-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha;
   (iii) B'diversi atturi: billi jiġi ffaċilitat u mħeġġeġ l-għarfien u l-parteċipazzjoni pubblika billi l-informazzjoni ssir disponibbli b'mod wiesa';
   (iv) Fokus fuq it-titjib tal-interfaċċa tal-politika tax-xjenza;
   (v) Tiġi stabbilita skeda ta' żmien ċara li tikkombina pjan fuq perjodu qasir u pjan fuq perjodu twil.

Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiżgura li l-pjattaforma ta' bosta partijiet interessati tirriżulta mhux biss fil-ġbir, iżda anke fit-tixrid tal-għarfien operazzjonali dwar l-SDGs, u tiżgura li l-pjattaforma tinfluwenza l-aġenda tal-politika. Bħala tali, jitlob li l-Kummissjoni, b'input mill-Parlament u l-Kunsill, toħloq pjattaforma ta' bosta partijiet interessati li tinvolvi atturi minn firxa ta' setturi. In-negozju u l-industrija, il-gruppi tal-konsumaturi, it-Trejdjunjins, l-NGOs soċjali, l-NGOs tal-ambjent u tal-klima, l-NGOs tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-gvern lokali u r-rappreżentanti tal-ibliet jenħtieġ li lkoll jiġu rrappreżentati f'forum ta' mhux inqas minn 30 parti interessata. Il-laqgħat jenħtieġ li jkunu miftuħin għal kemm jista' jkun atturi u mfassla b'tali mod li jespandu jekk l-interess jiżdied maż-żmien. Il-pjattaforma jenħtieġ li, fil-laqgħat trimestrali tagħha, tidentifika kwistjonijiet li jippreżentaw ruħhom bħala impedimenti għall-ilħuq tal-SDGs. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jikkunsidra l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar l-SDGs sabiex jiżgura ħidma orizzontali fi ħdan il-Parlament dwar is-suġġett. Dan il-forum jenħtieġ li jikkonsisti minn Membri tal-PE li jirrappreżentaw kemm jista' jkun Kumitati. Il-Kummissjoni u l-Parlament, it-tnejn li huma jenħtieġ li jkunu attivi fil-laqgħat tal-pjattaforma ta' bosta partijiet interessati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li kull sena tipproduċi aġġornament mal-pjattaforma dwar il-pjanijiet futuri tagħha biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-SDGs, kif ukoll dokument li jkun aċċessibbli fil-livelli kollha fl-Istati Membri kollha dwar l-aħjar prattika fl-implimentazzjoni tal-SDGs qabel il-laqgħat ta' livell għoli tal-SDGs tan-NU f'Ġunju/Lulju. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenħtieġ li jservi bħala pont bejn l-atturi lokali u l-atturi nazzjonali;

11.  Jilqa' l-ammont dejjem jikber ta' kapital istituzzjonali u privat allokat għall-finanzjament tal-SDGs u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kriterji tal-iżvilupp sostenibbli għall-infiq istituzzjonali tal-UE, biex jidentifikaw l-ostakli u l-inċentivi regolatorji potenzjali għall-investiment tal-SDGs u biex jesploraw opportunitajiet għall-konverġenza u l-kooperazzjoni bejn l-investimenti pubbliċi u privati;

12.  Jilqa' l-kontribut potenzjali tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali għall-kisba tal-SDGs permezz ta' implementazzjoni mtejba tal-acquis fl-Istati Membri; iwissi, madankollu, li dan ir-rieżami jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat bħala sostitut għal għodod oħra bħalma huma l-proċeduri ta' ksur;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi ta' monitoraġġ, intraċċar u rieżami effikaċi għall-implimentazzjoni u l-integrazzjoni tal-SDGs u l-Aġenda 2030 u jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Eurostat, tistabbilixxi sett ta' indikaturi tal-progress speċifiċi għall-applikazzjoni interna tal-SDGs fl-UE; jitlob li l-Kummissjoni twettaq rappurtar annwali dwar il-progress tal-UE fl-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza li l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġjati mill-Kummissjoni fir-rappurtar koerenti tagħhom; jitlob lill-Parlament isir sieħeb fil-proċess, partikolarment fit-tieni fluss ta' ħidma għal wara l-2020, u jitlob li jkun hemm djalogu u rappurtar annwali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li jwasslu għall-produzzjoni ta' rapport; iħeġġeġ li r-riżultati jenħtieġ li jkunu kemm trasparenti kif ukoll jinftiehmu u komunikabbli faċilment għal firxa wiesgħa ta' udjenzi; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tar-responsabbiltà demokratika meta jsir monitoraġġ tal-Aġenda 2030 u għalhekk jenfasizza r-rwol tal-koleġiżlaturi f'dan il-proċess; iqis li l-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali vinkolanti skont l-Artikolu 295 tat-TFUE tipprovdi arranġament xieraq għall-kooperazzjoni f'dan ir-rigward;

14.  Ifakkar li l-Istati Membri huma rikjesti jirrapportaw lin-NU dwar il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tal-SDGs; jenfasizza li jkun tajjeb li dawn ir-rapporti mill-Istati Membri jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli lokali u reġjonali; jissottolinja li fl-Istati Membri b'livelli ta' gvern federali jew devoluti, hemm bżonn li jiġu speċifikati l-isfidi u l-obbligi speċifiċi ta' dawn il-livelli governattivi delegati biex jintlaħqu l-SDGs;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi katini tal-valur globali sostenibbli bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' diliġenza dovuta għall-kumpaniji, b'enfasi fuq il-katina kollha tal-provvista tagħhom, biex b'hekk in-negozji jitħeġġu jinvestu b'aktar responsabbiltà u jistimulaw implimentazzjoni aktar effettiva tal-kapitoli tas-sostenibbiltà fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, inklużi fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza, l-evitar tat-taxxa u l-kondotta responsabbli tan-negozju;

16.  Jikkunsidra li kwalunkwe viżjoni futura tal-Ewropa trid tħaddan lill-SDGs bħala prinċipju kruċjali, u f'dan ir-rigward l-Istati Membri suppost qegħdin fi tranżizzjoni lejn mudelli ekonomiċi sostenibbli, u li r-rwol li tiżvolġi l-UE biex ikun hemm żvilupp sostenibbli jmissu għaldaqstant ikun fil-qalba tar-riflessjonijiet mnedija mill-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (COM(2017)2025), fejn hemm bżonn ta' dimensjoni ta' sostenibbiltà aktar qawwija fil-kuntest tat-tkabbir ekonomiku; jikkunsidra li, għall-UE, huwa kruċjali li jintlaħqu l-SDGs u l-Aġenda 2030, u li l-ilħuq tal-SDGs imissu jkun il-wirt li l-Ewropa tħalli għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni; jirrikonoxxi li l-Aġenda 2030 hija konformi mal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni u li l-ilħuq tal-SDGs għaldaqstant isegwi b'mod naturali l-pjanijiet tal-Unjoni Ewropea biex toħloq futur aħjar, aktar f'saħħtu u aktar sostenibbli għall-Ewropa;

17.  Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibnu l-kapaċitajiet għal valutazzjoni integrata, innovazzjoni teknoloġika u istituzzjonali u mobilizzazzjoni finanzjarja għall-ilħuq tal-SDGs;

18.  Jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, kemm dawk li huma fl-UE u kemm dawk li mhumiex, huma firmatarji għall-ftehim dwar l-SDGs; jikkunsidra li, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, ikun xieraq li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġi żviluppat qafas pan-Ewropew għall-ilħuq tal-SDGs fost l-Istati Membri tal-UE u taż-ŻEE, il-firmatarji għall-ftehimiet ta' assoċjazzjoni mal-UE, il-pajjiżi kandidati tal-UE u, wara l-ħruġ tiegħu, ir-Renju Unit;

19.  Jisħaq fuq ir-rwol li jiżvolġi l-Forum Politiku ta' Livell Għoli fl-għoti ta' segwitu u r-rieżami tal-SDGs, u jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jonoraw ir-rwol ta' tmexxija li tiżvolġi l-UE fid-disinn u fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 billi jaqblu dwar pożizzjonijiet konġunti għall-UE u rappurtar magħqud fil-livell tal-UE, abbażi ta' rappurtar ikkoordinat min-naħa tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE, qabel il-Forum Politiku ta' Livell Għoli taħt l-awspiċi tal-Assemblea Ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal bilanċ tal-azzjonijiet eżistenti matul il-Forum Politiku ta' Livell Għoli li jmiss u tal-SDGs speċifiċi li se jkunu taħt rieżami;

20.  Iqis li l-UE jenħtieġ li tkun l-attur ewlieni globali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u sistema ta' produzzjoni u ta' konsum sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni torjenta l-politiki tagħha dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni (STI) lejn l-SDGs u jistedinha tiżviluppa komunikazzjoni dwar l-STI għall-iżvilupp sostenibbli ("STI4SD"), kif irrakkomandat mill-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni "Follow-up to Rio+20, notably the SDGs" ("Segwitu ta' Rio+20, b'mod partikolari l-SDGs"), sabiex jiġu fformulati u appoġġjati l-koordinazzjoni u l-koeżjoni tal-politika fit-tul;

21.  Jenfasizza l-fatt li x-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni jikkostitwixxu għodod partikolarment importanti għall-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza l-ħtieġa għall-Orizzont 2020 u l-programmi qafas futuri ta' riċerka biex jiġu integrati aħjar il-kunċett ta' żvilupp sostenibbli u l-isfidi tas-soċjetà;

22.  Ifakkar li, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016, il-Parlament jenħtieġ li jkollu rwol ċar fl-implimentazzjoni tal-UE tal-Aġenda 2030;

23.  Jilqa' l-inizjattivi reċenti għall-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, il-limitazzjoni tal-irkupru tal-enerġija għal materjali mhux riċiklabbli u l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi fil-miżbliet ta' skart riċiklabbli jew rekuperabbli, kif propost fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari u l-proposta għal miri ġodda u ambizzjużi tal-UE dwar l-iskart, li, fost l-oħrajn, ser jikkontribwixxu għall-SDG 12 u t-tnaqqis tal-iskart fil-baħar; jirrikonoxxi li l-kisba tal-SDGs u l-ilħuq tal-miri tat-tibdil fil-klima b'mod kosteffikaċji ser jirrikjedu żidiet fl-effiċjenza fir-riżorsi u sal-2050, ser inaqqsu l-emissjonijiet globali tal-GHG bi 19 % u l-emissjonijiet tal-GHG tan-nazzjonijiet tal-G7 sa 25 %; jinnota l-fatt li 12 mis-17-il SDG jiddependu fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali; jenfasizza l-importanza ta' konsum u produzzjoni sostenibbli billi tiżdied l-effiċjenza u billi jitnaqqsu t-tniġġis, id-domanda għar-riżorsi u l-iskart; jenfasizza l-ħtieġa li t-tkabbir, l-użu tar-riżorsi u l-impatti ambjentali jiġu diżakkoppjati; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport regolari dwar l-istat tal-ekonomija ċirkolari li jispjega fid-dettall l-istat u t-tendenzi tagħha u jippermetti li l-politiki eżistenti jiġu mmodifikati abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-ekonomija ċirkolari twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-użu ta' materjali verġni, tnaqqis fl-iskart ta' materjali, prodotti li jservu aktar, u l-użu ta' prodotti sekondarji manifatturati u materjali li jifdal li qabel kienu jitqiesu bħala flussi tal-iskart; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-plastik filwaqt li taderixxi mal-mira tal-2020 għall-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-kimiċi, u tqis l-objettiv dwar iċ-ċikli tal-materjali mhux tossiċi kif stabbilit fis-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP); iqis li azzjoni kkoordinata fil-livell Ewropew kontra l-ħela tal-ikel hija kruċjali għall-SDG 2; jissottolinja l-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel b'50 % sal-2030;

24.  Jenfasizza li d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tindika li s-sistemi attwali ta' produzzjoni u ta' konsum fl-ekonomija globali jiġġeneraw ħafna skart li, flimkien mad-domanda dejjem tikber ta' oġġetti u servizzi fir-rigward ta' tnaqqis fir-riżorsi, jikkontribwixxu biex il-kostijiet ta' materja prima fundamentali, minerali u enerġija jiżdiedu, u b'hekk jiġu ġġenerati aktar tniġġis u skart, u jiżdiedu l-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra u jikbru l-art degradata u d-deforestazzjoni; konsegwentement, hemm bżonn isiru sforzi min-naħa tal-UE u l-Istati Membri tagħha b'tali mod li tiġi żgurata valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) tal-prodotti u s-servizzi sabiex jiġi evalwat l-impatt reali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mas-sostenibbiltà;

25.  Ifakkar li d-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-konsum tar-riżorsi huwa essenzjali biex jiġu limitati l-impatti ambjentali u tittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ir-riżorsi;

26.  Jisħaq li, sabiex l-UE tkun tista' tilħaq l-għanijiet tal-Aġenda 2030, huwa essenzjali li dawn jiġu riflessi b'mod komprensiv fis-Semestru Ewropew, inkluż billi jiġu indirizzati l-impjiegi ekoloġiċi, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif ukoll l-investimenti u l-innovazzjoni sostenibbli; jinnota li ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi jkollha potenzjal kbir għall-ħolqien ta' impjiegi u t-tkabbir ekonomiku peress li, sal-2050, kieku żżid USD 2 triljun żejda mal-ekonomija globali u tiġġenera USD 600 biljun żejda fil-PDG tal-pajjiżi tal-G7;

27.  Jappella lill-Kummissjoni biex tenfasizza lill-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-investituri, it-trade unions u ċ-ċittadini, il-benefiċċji jekk il-produzzjonijiet insostenibbli jiġu ttrasformati f'attivitajiet li jippermettu l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-benefiċċji jekk il-forza tax-xogħol titħarreġ mill-ġdid b'mod permanenti fil-prospettiva ta' impjiegi ekoloġiċi, nodfa u ta' kwalità għolja;

28.  Jenfasizza l-importanza li jiġu ssodisfati l-SDG 2 dwar l-agrikoltura sostenibbli u l-SDGs dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-użu żejjed tal-ilma (6.3 u 6.4), it-titjib tal-kwalità tal-ħamrija (2.4 u 15.3) u t-tnaqqis tat-telf tal-bijodiversità (15) fil-livell tal-UE;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw d-dewmien sinifikanti fil-kisba tal-istatus ta' ilma tajjeb skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, u jiżguraw il-kisba tal-SDG 6; jinnota l-valutazzjoni tal-EEA li aktar min-nofs il-korpi tal-ilma tax-xmajjar u l-lagi fl-Ewropa għandhom status ekoloġiku li huwa kklassifikat bħala anqas minn tajjeb u li l-ekosistemi tal-ilma għadhom jesperjenzaw l-akbar deterjorazzjoni sinifikanti u tnaqqis fil-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja approċċi innovattivi għal ġestjoni tal-ilma sostenibbli, inklużi billi tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-ilma mormi, u tapplika l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fil-ġestjoni tal-ilma, billi timplimenta miżuri biex jiġi promoss l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma mormi fl-agrikoltura u fis-setturi industrijali u muniċipali; jenfasizza li madwar 70 miljun Ewropew jesperjenza stress tal-ilma matul ix-xhur tas-sajf; ifakkar, barra minn hekk, li madwar 2 % tal-popolazzjoni totali tal-UE ma għandhiex aċċess sħiħ għall-ilma tax-xorb, li b'mod sproporzjonali jaffettwa l-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati; ifakkar, barra minn hekk, li hemm 10 imwiet kuljum fl-Ewropa bħala riżultat ta' ilma mhux sikur u kundizzjonijiet ħżiena tas-sanitazzjoni u tal-iġjene;

30.  Jilqa' l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni għall-futur tal-oċeani tagħna, li tipproponi 50 azzjoni għal oċeani sikuri, siguri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli fl-Ewropa u madwar id-dinja b'tali mod li jintlaħaq l-SDG 14 – mira urġenti meta wieħed iqis il-ħtieġa għal irkupru rapidu tal-ibħra Ewropej u l-oċeani globali;

31.  Jenfasizza s-sinifikat ambjentali u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-bijodiversità u jinnota li skont l-aktar rapport reċenti tal-"Limiti planetarji", il-valuri attwali tat-telf tal-bijodiversità qabżu l-limitu planetarju, filwaqt li l-integrità tal-bijosfera titqies bħala limitu ewlieni li meta jinbidel b'mod sinifikanti jibdel is-sistema tad-dinja fi stat ġdid; jinnota bi tħassib li l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika mhux ser jintlaħqu mingħajr sforzi addizzjonali sostanzjali; ifakkar li madwar 60 % tal-ispeċijiet ta' annimali u 77 % tal-ħabitats protetti huma f'kundizzjonijiet inqas minn ottimali(9); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jintlaħqu dawn l-objettivi, billi, fost l-oħrajn, jiġu implimentati bis-sħiħ id-Direttivi dwar in-Natura u jagħrfu l-valur miżjud tal-ekosistemi u l-bijodiversità tal-ambjent Ewropew billi jallokaw biżżejjed riżorsi, inkluż f'baġits futuri għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, b'mod partikolari n-netwerk tan-Natura 2000 u l-programm LIFE; itenni l-ħtieġa ta' metodoloġija komuni ta' traċċar li tqis l-infiq dirett u indirett dwar il-bijodiversità u l-effiċjenza ta' dak l-infiq, filwaqt li jenfasizza li l-infiq globali tal-UE ma jrid ikollu l-ebda impatt negattiv fuq il-bijodiversità u jenħtieġ li jappoġġja l-ilħuq tal-miri tal-bijodiversità tal-Ewropa;

32.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa, l-infurzar u l-finanzjament adegwat, tad-Direttivi dwar in-Natura huma prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-istrateġija għall-bijodiversità b'mod ġenerali u biex tintlaħaq il-mira ewlenija tagħha; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrevedix id-Direttivi dwar in-Natura;

33.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jikkonkludu b'mod mgħaġġel u jsaħħu n-netwerk ekoloġiku ta' Natura 2000 billi jintensifikaw l-isforzi biex jiġi żgurat li numru suffiċjenti ta' żoni speċjali ta' konservazzjoni (ŻSK) jkun indikat skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u li tali nomina tkun akkumpanjata minn miżuri effikaċi ta' protezzjoni tal-bijodiversità fl-Ewropa;

34.  Jinnota li r-riċerka turi li l-agrikoltura mhux sostenibbli hija xprunatur ewlieni tat-telf tal-karbonju organiku fil-ħamrija u tal-bijodiversità tal-ħamrija; jistieden lill-UE tippromwovi metodi li jibnu l-kwalità tal-ħamrija, bħal rotazzjonijiet li jinkludu l-legumi u l-bhejjem, sabiex b'hekk l-UE tkun tista' tilħaq l-SDGs 2.4 u 15.3;

35.  Iqis li l-UE trid tagħmel aktar biex tikseb l-SDG 15; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kummissjoni Ewropea tindirizza bħala prijorità l-kwistjoni tad-dekontaminazzjoni ambjentali, filwaqt li tipproponi standards armonizzati kontra l-konsum u d-degradazzjoni tal-artijiet u billi tippreżenta malajr kemm jista' jkun il-pjan ta' azzjoni kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti mħabbar f'diversi okkażjonijiet u l-programm bi skeda ta' żmien relatat mal-implimentazzjoni tiegħu;

36.  Jirrikonoxxi li bidliet fil-bijodiversità tal-ħamrija u fil-karbonju organiku tal-ħamrija huma fil-biċċa l-kbira mmexxija minn prattiki ta' ġestjoni tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art kif ukoll tibdil fil-klima, li għandu impatt negattiv kbir fuq ekosistemi sħaħ u s-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiddedika attenzjoni partikolari għal kwistjonijiet relatati mal-ħamrija għat-8 EAP li jmiss;

37.  Jenfasizza li l-importazzjonijiet tal-UE tad-dqiq tas-sojja għan-nutrizzjoni tal-annimali jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni fl-Amerka t'Isfel u b'hekk idgħajfu l-SDGs dwar id-deforestazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi bħala attur globali fil-protezzjoni tal-ekoloġija u l-ambjent importanti tal-Artiku; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex ma tippermetti l-ebda politika li tinċentiva l-esplojtazzjoni tal-Artiku għall-fjuwils fossili;

39.  Jilqa' l-enfasi fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi u l-ekosistemi naturali, u r-rabta rikonoxxuta bejn dawn l-elementi u s-saħħa tal-bniedem u l-benesseri; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ "Saħħa Waħda" li jiġbor fl-istess ħin is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u ambjentali, u jfakkar li l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni bl-għan li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda tas-saħħa huwa prerekwiżit essenzjali sabiex jintlaħqu l-SDGs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi b'mod rapidu sabiex twieġeb għall-pubblikazzjoni tal-OECD "EU Health at a glance" ("Daqqa t'għajn lejn is-saħħa fl-UE) li turi li l-istennija ta' ħajja ma żdiditx f'ħafna Stati Membri tal-UE; jinnota li aċċess ġust għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja huwa essenzjali biex jinkisbu sistemi tas-saħħa sostenibbli peress li dan għandu l-potenzjal li jnaqqas l-inugwaljanzi; jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-ostakli multidimensjonali għall-aċċess fuq livelli individwali, ta' fornitur u ta' sistemi tas-saħħa – u biex jibqa' jkun hemm investiment fl-innovazzjoni u r-riċerka medika u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) bil-ħsieb li jiġu żviluppati soluzzjonijiet tas-saħħa li huma aċċessibbli, sostenibbli u orjentati lejn il-ġlieda kontra l-problema globali tal-HIV/AIDS, it-tuberkulożi meninġite, l-Epatite C, u mard ieħor infettiv ittraskurat, li ħafna drabi huma marbuta mal-faqar; ifakkar li l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp mediċi fil-livell globali huwa kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-saħħa emerġenti li huma l-epidemiji u r-reżistenza għall-antibijotiċi;

40.  Jissottolinja l-fatt li l-ekonomija tal-oċeani, jew l-"ekonomija blu", toffri opportunitajiet importanti għall-użu u l-konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, u li appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet adatti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodod tal-ippjanar u sistemi tal-ġestjoni jistgħu jippermettu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jaħtfu dawn l-opportunitajiet; jissottolinja r-rwol ewlieni li l-Unjoni Ewropea jrid ikollha f'dan ir-rigward;

41.  Jirrikonoxxi r-rabta li teżisti bejn l-estrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-konservazzjoni u l-kummerċ; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-kost tal-għażla ta' nuqqas ta' azzjoni biex jiġu indirizzati s-sussidji tas-sajd dannużi huwa estremament għoli, peress li n-nuqqas ta' azzjoni se jwassal għall-eżawriment tar-riżorsi, l-insigurtà alimentari u l-qerda ta' dawk is-sorsi ta' impjieg li kien hemm l-intenzjoni li jiġu ppreżervati;

42.  Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma lkoll firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, u għalhekk impenjaw ruħhom għall-objettivi tiegħu, u dan jeħtieġ azzjoni globali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi integrat l-objettiv ta' dekarbonizzazzjoni fuq terminu twil biex jiġi limitat it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C, u biex jitkomplew l-isforzi ħalli tkompli tiġi limitata din iż-żieda għal 1,5 °C;

43.  Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 jistabbilixxi tliet objettivi ewlenin għall-2030; tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG ta' mill-inqas 40 %, mill-inqas 27 % tad-domanda tal-enerġija tal-UE tiġi ssodisfata b'enerġija rinnovabbli u titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' mill-inqas 30 %; ifakkar il-pożizzjonijiet meħuda mill-Parlament fuq dawn il-miri; jissottolinja l-ħtieġa li dawn il-miri jinżammu taħt rieżami u li titħejja strateġija għal emissjonijiet żero ta' nofs is-seklu għall-UE, li tipprovdi perkors kosteffiċjenti, li tqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u nazzjonali fi ħdan l-UE, lejn l-ilħuq tal-għanijiet ta' emissjonijiet żero netti tal-Ftehim ta' Pariġi;

44.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jintegraw b'mod effikaċi l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima fil-politiki tal-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġew it-trasferimenti tat-teknoloġija għall-effiċjenza fl-enerġija u t-teknoloġiji nodfa u li jiġu appoġġjati investimenti fuq proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, li mhumiex kollegati mal-grilja u deċentralizzati; jitlob lill-UE żżid l-assistenza tagħha għall-agrikoltura sostenibbli sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, permezz ta' appoġġ immirat għal bdiewa fuq skala żgħira, id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', l-agrosilvikultura u prattiki agroekoloġiċi;

45.  Jinnota li d-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima jikkostitwixxu riskji sinifikanti għall-istabbiliment u ż-żamma tal-paċi u tal-ġustizzja; jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-sehem li t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jiżvolġu bħala muturi tal-migrazzjoni globali, kif ukoll tal-faqar u l-ġuħ, jingħata aktar viżibbiltà; jappella biex l-UE u l-Istati Membri jżommu t-tibdil fil-klima bħala prijorità strateġika fid-djalogi diplomatiċi fil-livell globali, inkluż fid-djalogi bilaterali u bireġjonali ta' livell għoli mal-pajjiżi tal-G7 u tal-G20, fin-NU u mal-pajjiżi sħab bħaċ-Ċina;, b'mod li jitkompla djalogu pożittiv u attiv li jħaffef it-tranżizzjoni globali lejn enerġija nadifa u jevita t-tibdil fil-klima perikoluż;

46.  Jirrikonoxxi l-ħidma li ċ-Ċentru għall-Klima u s-Sigurtà bbażat fl-Istati Uniti wettaq fl-identifikazzjoni tal-punti fejn kuntatt bejn it-tibdil fil-klima u s-sigurtà internazzjonali jista' jikkawża problemi, fejn jirreferi għat-tibdil fil-klima bħala "multiplikatur tat-theddid" li jista' jirrikjedi intervent umanitarju jew militari akbar u jwassal għal maltempati aktar gravi li jheddu l-ibliet u l-bażijiet militari;

47.  Jissottolinja l-fatt li l-faqar enerġetiku, li spiss jiġi definit bħala sitwazzjoni fejn l-individwi jew l-unitajiet domestiċi ma jkunux kapaċi jsaħħnu b'mod adegwat jew jipprovdu s-servizzi ta' enerġija l-oħra rikjesti fi djarhom bi prezzijiet li jaffordjaw, huwa problema f'ħafna Stati Membri; jisħaq li l-faqar enerġetiku huwa dovut għall-prezzijiet tal-enerġija dejjem jiżdied, għall-impatt tar-reċessjoni fuq l-ekonomiji nazzjonali u reġjonali, u għal djar li ma jużawx l-enerġija b'mod effiċjenti; ifakkar li, skont l-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien, huwa stmat li, fl-2012, 54 miljun ċittadin Ewropew (10,8 % tal-popolazzjoni tal-UE) ma setgħux isaħħnu lil djarhom b'mod adegwat, u li qed jiġu rrapportati numri simili fir-rigward tal-ħlas tard tal-kontijiet għas-servizzi essenzjali jew tal-preżenza ta' kundizzjonijiet ta' akkomodazzjoni ħżiena; jappella lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu u jindirizzaw din il-problema peress li, biex jiġi żgurat li l-komunitajiet ma jbatux minn impatti negattivi fuq is-saħħa, ma jiġux inkollati ulterjorment f'sitwazzjoni ta' faqar u jkunu jistgħu iżommu l-kwalità ta' ħajjithom f'livell tajjeb, kif ukoll biex jiġi żgurat li n-nefqa finanzjarja biex tassisti lill-unitajiet domestiċi li jirrikjedu sostenn ma ssirx wisq ta' piż, huwa kritiku li jiġu ggarantiti s-servizzi bażiċi tal-enerġija; jisħaq li is-servizzi tal-enerġija moderni huma kruċjali għall-benesseri tal-bniedem u għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż; iżda madankollu, fuq livell globali, 1,2 biljun persuna ma għandhomx aċċess għall-elettriku u aktar minn 2,7 biljun persuna ma għandhomx faċilitajiet għal tisjir nadif; ifakkar, barra minn hekk, li aktar minn 95 % ta' dawn in-nies jgħixu jew fl-Afrika sub-Saħarjana jew fl-Asja li qed tiżviluppa, u madwar 80 % jgħixu fi nħawi rurali; jisħaq l-enerġija hija ċentrali għal kważi kull sfida u opportunità importanti li d-dinja qed taffaċċja fil-ġurnata tal-lum; jisħaq li, fir-rigward tal-impjiegi, is-sigurtà, it-tibdil fil-klima, il-produzzjoni tal-ikel u ż-żieda tal-introjti, huwa essenzjali li kulħadd ikollu aċċess għall-enerġija, u jisħaq li l-enerġija sostenibbli tirrappreżenta opportunità, peress li tittrasforma l-ħajjiet, l-ekonomiji u l-pjaneta;

48.  Jirrakkomanda li l-azzjoni klimatika tiġi kompletament integrata fil-baġit tal-UE kollu kemm hu (assimiliazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki predominanti), b'mod li jiġi żgurat li l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jiġu integrati fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-investiment fl-Ewropa;

49.  Jappella lill-Kummissjoni biex, fi żmien sitt xhur mid-djalogu ta' faċilitazzjoni tal-2018 taħt l-awspiċi tal-UNFCCC, tibda tipproduċi rapport kull ħames snin dwar il-leġiżlazzjoni klimatika tal-UE, inklużi r-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi u d-Direttiva li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet, b'mod li taċċerta l-effikaċja ta' din il-leġiżlazzjoni biex tagħti l-kontribut mistenni għall-isforzi tal-UE għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra u tistabbilixxi jekk il-perkors attwali tat-tnaqqis huwiex se jkun biżżejjed biex jintlaħqu l-SDGs u l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jitlob ukoll li l-Kummissjoni tirrevedi u tamplifika l-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll il-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tal-UE sa mhux aktar tard mill-2020, sabiex jiġu allinjati suffiċjentement mal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u mal-SDGs; jappella lill-Kummissjoni biex tagħti inċentivi għall-potenzjal ta' assorbiment tal-gassijiet b'effett ta' serra billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-politiki li jappoġġaw it-tisġir permezz ta' prattiki xierqa ta' ġestjoni forestali, fil-prospettiva tal-fatt li l-UE impenjat ruħha taħt l-Aġenda 2030 li tippromwovi l-implimentazzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li ttemm id-deforestazzjoni, treġġa lura lill-foresti degradati għal li kienu, u żżid it-tisġir u t-tisġir mill-ġdid fil-livell globali sal-2020;

50.  Jissottolinja l-fatt li l-isforzi biex jittaffa t-tisħin globali mhumiex ostaklu għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u li, għall-kuntrarju, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija jmissha titqies bħala sors kruċjali għal tkabbir ekonomiku u impjiegi ġodda u sostenibbli; jirrikonoxxi madankollu li fit-tranżizzjoni lejn kwalunkwe mudell ekonomiku u soċjali ġdid, il-komunitajiet li jkunu ffokati madwar industriji tradizzjonali x'aktarx li se jaffaċċjaw l-isfidi; jissottolinja l-importanza ta' appoġġ f'din it-tranżizzjoni, u jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-fluss ta' finanzjament minn sorsi bħall-Iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet sabiex jiffinanzjaw l-modernizzazzjoni u tranżizzjoni ġusta b'mod li jgħinu lill-komunitajiet ta' dan it-tip u jippromwovu l-adozzjoni tal-aħjar teknoloġiji u prattiki produttivi biex jiġu żgurati l-aħjar standards ambjentali u xogħol sikur, stabbli u sostenibbli;

51.  Jinnota li t-telf kontinwu tal-bijodiversità, l-effetti negattivi tad-deforestazzjoni u tat-tibdil fil-klima jistgħu jwasslu għal żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi bħall-ikel u l-enerġija, għal żieda fil-faqar, fl-instabbiltà politika fuq livell globali, u fl-ispostamenti tal-popolazzjoni, kif ukoll għal tendenzi ġodda fil-qasam tal-migrazzjoni globali; jinsisti li jkun xieraq li l-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri jikkunsidraw dawn l-elementi fl-aspetti kollha tar-relazzjonijiet esterni u d-diplomazija internazzjonali, filwaqt li jiżguraw żieda sostanzjali fil-finanzjament tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA); jitlob li l-Kummissjoni, is-SEAE u l-Istati Membri jipproċedu, fl-azzjonijiet u l-interazzjonijiet kollha mal-pajjiżi terzi, bl-isforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet billi jippromwovu s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-bijodiversità u l-protezzjoni tal-foresti, kif ukoll billi jippromwovu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;

52.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-politiki esterni tal-UE jkunu kompatibbli mal-SDGs, u biex tidentifika l-oqsma fejn ikunu meħtieġa azzjoni jew implimentazzjoni ulterjuri biex tiżgura li l-politiki esterni tal-UE jsostnu implimentazzjoni effikaċi tal-SDGs u ma joħolqux kunflitt mal-SDGs u l-implimentazzjoni tagħhom fir-reġjuni l-oħra, b'mod speċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella għal dan l-għan lill-Kummissjoni biex tattiva proċess affidabbli li jkun jibda b'metodu ta' tbassir/twissija bikrija għall-inizjattivi u l-proposti l-ġodda, inkluża r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u tressaq proposta għal Strateġija komprensiva għall-Iżvilupp Sostenibbli estern; jenfasizza l-għodod u l-forums disponibbli, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Forum Reġjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-UNECE, il-Forum Politiku ta' Livell Għoli u l-pjattaforma ċentrali tan-NU; jappella biex isir rieżami volontarju fil-Forum Politiku ta' Livell Għoli bi qbil mal-Aġenda 2030, li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jwettqu rieżamijiet regolari u inklużivi tal-progress; jenfasizza r-rwol li jiżvolġu f'dan ir-rigward il-valutazzjonijiet tal-impatt li jsiru ex ante b'mod regolari u adegwat; ifakkar fl-obbligu derivat mit-Trattati biex, fil-politiki kollha li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

53.  Jissottolinja l-importanza tal-ODA bħala strument kruċjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030, biex jinqered il-faqar fil-forom kollha tiegħu u biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi, filwaqt li jtenni li, waħedha, l-għajnuna għall-iżvilupp mhijiex biżżejjed biex toħroġ mill-faqar lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi l-istrumenti li jinkoraġġixxu aktar responsabbiltà, bħall-appoġġ baġitarju; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkonfermaw mill-ġdid minnufih l-impenn tagħhom favur l-objettiv ta' 0,7 % mill-introjtu nazzjonali gross, u jissottomettu proposti b'kalendarji dettaljati għal żieda gradwali tal-ODA sabiex jilħqu dan l-objettiv; ifakkar fl-impenn tal-UE li talloka minn tal-anqas 20 % tal-ODA tagħha għall-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali, u jitlob li jiġġedded l-impenn favur dan l-għan; jappella lill-Kummissjoni biex tissodisfa r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD li tilħaq medja annwali għall-element ta' għotja ta' 86 % tal-impenji totali għal ODA; jappella biex l-ODA titħares mid-devjazzjoni u biex jiġu rispettati l-prinċipji li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-livell internazzjonali rigward l-effikaċja tal-iżvilupp, billi jinżamm l-objettiv fundamentali tal-ODA li teqred il-faqar, b'attenzjoni partikolari għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-kuntesti fraġli; ifakkar fil-ħtieġa li r-relazzjoni ta' donatur/benefiċjarju tiġi ssuperata fi ħdan aġenda għall-iżvilupp aktar estensiva;

54.  Jisħaq li l-iżgurar tal-ġustizzja fiskali u t-trasparenza, il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, il-qerda tal-flussi finanzjarji illeċiti u tar-rifuġji fiskali, flimkien ma' titjib fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, tkabbir ekonomiku sostenibbli u żieda fil-Mobilizzazzjoni tar-Riżorsi Domestiċi, huma kruċjali għall-finanzjament tal-Aġenda 2030; jappella biex l-UE toħloq programm ta' finanzjament (DEVETAX2030) biex tassisti speċifikament fl-istabbiliment ta' strutturi fiskali fl-ekonomiji tas-swieq emerġenti u tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw joħolqu uffiċċji reġjonali ġodda tal-awtorità tat-taxxa; itenni l-appelli tiegħu favur taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji globali b'mod li jiġu affrontati l-isfidi tal-faqar fil-livell globali, favur investigazzjoni rigward ir-riperkussjonijiet tal-impatt tal-politiki kollha dwar it-tassazzjoni fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u favur il-ħarsien tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp meta tkun qed titfassal il-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam;

55.  Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaġġustaw mill-ġdid l-approċċ tagħhom lejn il-migrazzjoni bil-ħsieb li jiżviluppaw politika dwar il-migrazzjoni li tkun konformi mal-SDG 10 u perċezzjoni tal-migranti u tal-applikanti għal asil li tkun ibbażata fuq il-fatti, u li jiġġieldu l-ksenofobija u d-diskriminazzjoni kontra l-migranti, kif ukoll bil-ħsieb li jinvestu fil-muturi kruċjali li jixprunaw l-iżvilupp tal-bniedem; itenni t-tħassib tiegħu li l-politiki u l-istrumenti finanzjarji l-ġodda biex jindirizzaw il-kawżi li huma l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u furzata jistgħu jiġu implimentati b'detriment għall-objettivi tal-iżvilupp, u jitlob li l-Parlament Ewropew jingħata rwol ta' skrutinju aktar qawwi f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-għodod ta' finanzjament il-ġodda jkunu kompatibbli mal-bażi ġuridika, il-prinċipji u l-impenji tal-UE, speċjalment l-Aġenda 2030; ifakkar li l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huwa l-qerda tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fuq terminu twil;

56.  Jilqa' l-enfasi li qed titqiegħed ful-investiment fiż-żgħażagħ bħala l-implimentaturi prinċipali tal-SDGs; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi sfruttat id-dividend demografiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' politiki pubbliċi adegwati u investiment fl-edukazzjoni u s-saħħa taż-żgħażagħ, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni sesswali u riproduttivi; jisħaq fuq l-opportunità li fl-aħħar isir progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa bħala element essenzjali tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, u jħeġġeġ lill-UE tintegrahom fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna; jirrikonoxxi li hemm bżonn li dawn il-fatturi kruċjali li jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-bniedem u l-kapital uman jingħataw prijorità sabiex b'mod li jiġi ggarantit l-iżvilupp sostenibbli;

57.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ir-riżorsi u l-attenzjoni politika meħtieġa sabiex jiżguraw li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tal-awtonomija lin-nisa u t-tfajliet ikunu fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;

58.  Jinsisti mal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitt bejn il-baġits pubbliċi u l-SDGs; jikkunsidra li hemm bżonn li l-investiment ekoloġiku, l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-UE jitħaffu b'mod sinifikanti biex l-Aġenda 2030 tkun tista' tiġi implimentata b'mod puntwali u b'suċċess, u jirrikonoxxi li huma meħtieġa għodod ta' finanzjament ġodda u approċċi differenti għall-politika ta' investiment attwali, bħall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u l-proġetti b'emissjonijiet għoljin; jappella favur strateġija għall-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza mill-kumpaniji multinazzjonali u mill-impriżi fil-mudelli kummerċjali korporattivi tagħhom u mill-investituri istituzzjonali fl-istrateġiji ta' investiment tagħhom sabiex il-fondi jiġu indirizzati lejn finanza sostenibbli u jitbiegħdu mill-fjuwils fossili;

59.  Jappella biex il-QFP għal wara l-2020 jorienta mill-ġdid il-baġit tal-Unjoni lejn l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, filwaqt li jiżgura li jiġi allokat finanzjament suffiċjenti sabiex l-SDGs jintlaħqu b'mod effikaċi; jappella biex titqawwa l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-mekkaniżmu ta' finanzjament u l-linji baġitarji kollha, filwaqt li jtenni li l-koerenza tal-politiki fuq żmien twil tiżvolġi rwol importanti fil-minimizzazzjoni tal-ispejjeż; jirrileva s-sinifikat tal-politika ta' koeżjoni bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-UE u jfakkar li hemm bżonn ta' applikazzjoni orizzontali tal-kriterji ta' sostenibbiltà u l-objettivi bbażati fuq il-prestazzjoni għall-fondi strutturali u ta' investiment kollha tal-UE, inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, sabiex tinkiseb tranżizzjoni komprensiva lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv;

60.  Jappella lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex jiżgura li jġib ruħu skont il-valuri tal-Ewropa billi jimplimenta kriterji ta' sostenibbiltà qawwijin fis-self tiegħu, u b'mod partikolari li jiffoka s-self għas-setturi tal-enerġija u t-trasport fuq il-proġetti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u l-proġetti sostenibbli;

61.  Jappella lill-BEI biex, sal-2030, jimpenja l-40 % tal-portafoll ta' self tiegħu favur it-tkabbir b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u li jkun reżistenti għat-tibdil fil-klima;

62.  Jitlob lill-BEI jalloka aktar fondi għall-inizjattiva ELENA biex jiġu pprovduti għotjiet għall-assistenza teknika ffokati fuq l-implimentazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli distribwita u l-proġetti u l-programmi fil-qasam tat-trasport urban;

63.  Jirrikonoxxi li infrastruttura reżiljenti u sostenibbli hija prinċipju kruċjali biex jinkiseb futur sostenibbli b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u ġġib magħha għadd ta' benefiċċji kollaterali bħad-durabbiltà u titjib fil-protezzjoni kontra n-nirien u l-għarar; jikkunsidra li tranżizzjoni lejn soċjetà sostenibbli tista' tinkiseb biss permezz ta' konformità mal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" u titjib kontinwu tal-effiċjenza tal-apparat elettrodomestiku, il-grilji elettriċi u l-bini, filwaqt li jiġu żviluppati sistemi ta' ħżin; jirrikonoxxi li l-akbar potenzjal għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jinsab fil-bini u jitlob lill-UE timpenja ruħha favur l-għan li, sal-2050, l-istokk tal-bini jkun kompletament sostenibbli, dekarbonizzat u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li d-domanda tiegħu għall-enerġija tkun kważi żero u fejn kwalunkwe domanda residwa tiġi sodisfatta permezz ta' firxa estensiva ta' sorsi rinnovabbli; jappella biex titħaffef iż-żieda ta' sehem l-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-UE; iwissi kontra l-intrappolament f'infrastruttura mhux sostenibbli u jappella lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri għal tranżizzjoni ordnata lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u riorjentazzjoni fundamentali tal-iżvilupp tal-infrastruttura b'mod li jittaffew ir-riskji ekonomiċi sistemiċi assoċjati mal-assi finanzjarji b'emissjonijiet għolja ta' karbonju;

64.  Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-mobbiltà sostenibbli billi jtejbu s-sistemi ta' trasport pubbliku fil-livell lokali bi qbil mal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull pajjiżi u abbażi tal-bżonnijiet reali taċ-ċittadini; jikkunsidra li jkun xieraq li l-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-iżvilupp tas-settur tat-trasport u tal-infrastrutturi jkollu objettivi li jġibu valur miżjud ta' vera għall-Istati Membri;

65.  Jissottolinja l-fatt li l-korruzzjoni għandha impatt serju fuq l-ambjent, u li t-traffikar ta' speċijiet selvaġġa fil-periklu ta' estinzjoni, ta' minerali u ta' ħaġar prezzjuż, kif ukoll ta' prodotti tal-foresti bħall-injam, huwa wkoll intrinsikament marbut mal-korruzzjoni; jissottolinja ulterjorment li t-traffikar ta' speċijiet selvaġġa jista' jkompli jhedded lill-ispeċijiet fil-periklu ta' estinzjoni, filwaqt li l-qtugħ tas-siġar għall-injam illegali jista' jwassal għal telf tal-bijodiversità u jżid l-emissjonijiet tal-karbonju, li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima; jisħaq li, għall-gruppi kriminali organizzati, il-profitti huma tajbin u r-riskju li jġibu magħhom huwa żgħir, peress li r-reati marbuta mal-foresti rarament jiġu mħarrka u s-sanzjonijiet spiss ma jkunux jikkorrispondu għas-serjetà tar-reat; ifakkar li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, bil-fokus komprensiv tagħha fuq il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, l-infurzar effikaċi tal-liġi, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-irkupru tal-assi, tista' tkun għodda effikaċi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur ambjentali; jappella lill-Istati Membri biex jintegraw l-istrateġiji kontra l-korruzzjoni bħat-trasparenza u r-responsabbiltà fil-leġiżlazzjoni u l-politiki ambjentali u biex iqawwu d-demokrazija u l-governanza tajba; jisħaq li, jekk tiġi affrontata l-korruzzjoni fis-settur ambjentali, dan se jgħin biex jinħoloq aċċess ekwu għal riżorsi essenzjali bħall-ilma u ambjent nadif u huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-ambjent tagħna u għall-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli;

66.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-kultura u tal-parteċipazzjoni kulturali biex titwettaq l-aġenda tal-SDG, kif ukoll ir-rwol li għandha l-kultura fir-relazzjonijiet esterni u l-politika tal-iżvilupp; jappella għal appoġġ xieraq għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kulturali fit-twettiq tal-aġenda tal-SDG kif ukoll għal aktar approfondiment tar-rabtiet bejn ir-riċerka, ix-xjenza, l-innovazzjoni u l-arti;

67.  Ifakkar li l-parteċipazzjoni kulturali ttejjeb is-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri, taffettwa b'mod pożittiv l-iskejjel u l-prestazzjoni professjonali, tgħin lin-nies li jinsabu qrib l-esklużjoni soċjali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, u b'hekk tikkontribwixxi ħafna għall-ilħuq ta' bosta SDGs;

68.  Jinsab imħasseb serjament dwar id-differenzi fil-prestazzjoni tas-sistemi edukattivi fl-Istati Membri, kif muri mill-aħħar rapporti tal-PISA; jenfasizza li sistemi pubbliċi edukattivi u ta' taħriġ b'riżorsi xierqa, aċċessibbli għal kulħadd, huma essenzjali għall-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali u biex jiġu ssodisfati l-miri stabbiliti mill-SDG 4, u li l-edukazzjoni ta' kwalità għandha l-abbiltà tagħti s-setgħa lill-persuni vulnerabbli, lill-minoranzi, lill-persuni bi bżonnijiet speċjali u lin-nisa u l-bniet; jiddispjaċih dwar il-problema persistenti tal-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ; jinnota li l-edukazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp ta' soċjetajiet li jistgħu jsostnu lilhom infushom; jappella biex l-UE torbot l-edukazzjoni ta' kwalità, it-taħriġ tekniku u vokazzjonali u l-kooperazzjoni mal-industrija bħala prekundizzjoni essenzjali għall-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u l-aċċess għal impjiegi kwalifikati;

69.  Jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jipproteġu l-lingwi reġjonali u minoritarji u dawk li jintużaw inqas, kif ukoll id-diversità lingwistika, u biex jiżguraw li d-diskriminazzjoni lingwistika ma tkunx tollerata meta l-SDGs jiġu integrati fil-qafas tal-politika Ewropew u fil-prijoritajiet attwali u futuri tal-Kummissjoni;

70.  Jemmen li d-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-wirt naturali jmisshom jiġu promossi fil-qafas tal-politika Ewropea kollu kemm hu, anke permezz tal-edukazzjoni;

71.  Jappella lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lir-rikonverżjoni ambjentali u ekonomika tas-siti industrijali li, f'bosta reġjuni tal-Ewropa, jikkawżaw livelli għolja ta' tniġġis fil-kompartiment ambjentali u jesponu lill-popolazzjonijiet lokali għal riskji gravi għas-saħħa;

72.  Jissottolinja r-rwol li se tiżvolġi l-Aġenda Urbana tal-UE fl-implimentazzjoni tal-"Aġenda Urbana Ġdida" fil-livell globali u jilqa' l-iżviluppi politiki li jagħtu lill-bliet u lir-reġjuni s-setgħa li jagħmlu investimenti ekoloġiċi sinerġistiċi; jilqa' wkoll l-inizjattivi bħall-Premju Green Leaf u l-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, u jenfasizza ulterjorment l-importanza indispensabbli li għandhom il-bliet u r-reġjuni fl-ilħuq tal-SDGs, peress li li s-sostenibbiltà tirrikjedi approċċi kollaborattivi u fit-tul min-naħa tal-livelli kollha ta' governanza u s-setturi kollha;

73.  Ifakkar li l-Aġenda 2030 tirrikonoxxi li ma nistgħux nibqgħu nqisu l-ikel, l-għajxien u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali b'mod separat; jissottolin li fokus fuq l-iżvilupp rurali u l-investiment fl-agrikoltura – l-għelejjel, il-bhejjem, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura – huma għodod qawwija biex itemmu l-faqar u l-ġuħ, u biex iwasslu għall-iżvilupp sostenibbli; jinnota li l-agrikoltura għandha rwol importanti x'tiżvolġi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jisħaq li l-ambizzjoni kbira tal-SDGs tista' tintlaħaq biss permezz tal-kooperazzjoni – Tramuntana-Nofsinhar, Nofsinhar-Nofsinhar u triangolari – u tas-sħubijiet globali bejn diversi atturi u madwar firxa estensiva ta' oqsma;

74.  Jilqa' l-intenzjoni li l-politika dwar il-kummerċ u l-investiment li tintegra l-iżvilupp sostenibbli tiġi assimilata fix-xejriet predominanti, u jappella biex l-impatti tal-ksib tal-materja prima u r-riżorsi naturali, kemm fl-UE u kemm barra minnha, jiġi indirizzati aħjar meta l-UE tkun qed tfassal il-politiki tagħha, kemm fi ħdan il-fruntieri tagħha u kemm barra minnhom; jappella biex il-politika ta' investiment tiġi eżaminata mill-ġdid u għall-użu estensiv ta' għodod finanzjarji innovattivi biex jintlaħqu l-SDGs; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-verifiki rigward l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali futuri jkunu trasparenti;

75.  Jappella lill-Kummissjoni biex, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tfassal u tipprovdi appoġġ speċifiku u personalizzat għall-familji u l-gruppi marġinalizzati u b'introjtu baxx, bħal pereżempju l-poplu Rom, biex tiżgura għajxien b'saħħtu u aċċess għas-servizzi bażiċi u riżorsi naturali sikuri u nodfa, bħall-arja, l-ilma, enerġija affordabbli u moderna, u nutrizzjoni tajba, li kieku jkun jikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-SDGs 1, 10 u 15 dwar il-qerda tal-faqar, it-tnaqqis tal-inguwaljanza u l-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi;

76.  Jirrikonoxxi, hekk kif muri fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li l-persuni b'diżabilità huma f'riskju għoli ħafna li jgħixu fil-faqar, b'aċċess inadegwat għad-drittijiet bażiċi bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi;

77.  Jikkunsidra li l-inizjattivi tal-UE indirizzati biex joħolqu futur sostenibbli ma jistgħux ma jqisux id-dibattitu f'livell aktar estensiv rigward ir-rwol tal-annimali bħala kreaturi senzjenti u l-benesseri tagħhom, li ta' spiss jiġu ttraskurati fis-sistemi ta' produzzjoni u ta' konsum prevalenti; jisħaq li hemm bżonn li l-UE tegħleb in-nuqqasijiet politiċi u leġiżlattivi attwali fir-rigward tal-benesseri tal-annimali kif qegħdin jirrikjedu numru dejjem jikber ta' ċittadini Ewropej;

78.  Jappella lill-Kummissjoni biex tamplifika l-isforzi u l-finanzjament għall-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' edukazzjoni mmirata, u għat-tisħiħ tal-impenji u l-azzjoni taċ-ċittadini favur l-iżvilupp sostenibbli;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex sal-2020 itemmu l-inċentivi għal bijofjuwils ibbażati fuq iż-żejt tal-palm u s-sojja li jwasslu għal deforestazzjoni u ħsara fit-torbiera; jitlob, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' skema ta' ċertifikazzjoni unika għaż-żejt tal-palm li jidħol fis-suq tal-UE li tiċċertifika l-oriġini soċjalment responsabbli tal-prodott;

80.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tkompli tintensifika l-azzjoni dwar miżuri effettivi biex tindirizza l-kwalità ħażina tal-arja li hija responsabbli għal aktar minn 430 000 mewta prematura kull sena fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni ġdida u dik eżistenti tiġi infurzata sabiex tħaffef azzjonijiet legali kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mal-liġijiet dwar it-tniġġis tal-arja, u biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdida u effettiva li tinkludi leġislazzjoni speċifika għas-settur, tindirizza l-kwalità ħażina tal-arja ambjentali u d-diversi sorsi ta' tniġġis filwaqt li tindirizza wkoll l-emissjonijiet tal-metan; jissottolinja l-fatt li l-UE għadha 'l bogħod milli tilħaq livelli ta' kwalità tal-arja stabbiliti għall-UE, li huma ħafna inqas stretti minn dawk rakkomandati mid-WHO;

81.  Josserva li l-Kummissjoni Ewropea indirizzat il-problema tal-kwalità ħażina tal-arja billi bdiet għadd ta' proċeduri ta' ksur, b'mod partikolari kontra dawk li kontinwament qed jabżu l-valuri ta' limitu ta' NO2 stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE;

82.  Ifakkar li t-tnaqqis fit-tniġġis akustiku huwa wieħed mill-parametri tal-kwalità li mhux se jintlaħaq sal-2020; jisħaq li fl-Unjoni l-esponiment għall-istorjbu jikkontribwixxi għal tal-inqas 10 000 mewta prematura fis-sena relatata ma' mard koronarju tal-qalb u ma' puplesija u li fl-2012 madwar kwart mill-popolazzjoni tal-UE kienet esposta għal livelli ta' storbju li jaqbżu l-valuri ta' limitu; jitlob lill-Istati Membri jindirizzaw bħala prijorità l-monitoraġġ tal-livelli ta' storbju, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-valuri ta' limitu fl-ambjent estern u intern; jitlob, barra minn hekk, miżuri biex jiġi indirizzat it-tniġġis mill-istorbju;

83.  Jenfasizza li d-data tal-Kummissjoni turi li aktar minn 50 % taċ-ċereali tal-UE qed jintużaw bħala għalf tal-annimali; jinnota li l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU wissiet li aktar użu taċ-ċereali bħala għalf tal-annimali jista' jhedded is-sigurtà tal-ikel billi jnaqqas iċ-ċereali disponibbli għall-konsum mill-bniedem;

84.  Jenfasizza l-kontribut li joffri s-settur tal-bhejjem għall-ekonomija tal-UE u għall-agrikoltura sostenibbli, partikolarment meta integrat f'sistemi ta' produzzjoni ta' art agrikola; jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal ta' ġestjoni attiva taċ-ċiklu tan-nutrijenti fis-settur tal-bhejjem biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-emissjonijiet tas-CO2, tal-ammonja u tan-nitrati; jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għall-potenzjal tal-biedja integrata li tikkontribwixxi għal funzjonament aħjar tal-ekosistema agrikola u tas-settur agrikolu li ma jagħmilx ħsara lill-klima;

85.  Jinnota li n-nisa li jaħdmu fil-biedja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jżidu l-produzzjoni tal-azjendi agrikoli b'20-30 % kieku jkollhom l-istess aċċess għar-riżorsi bħall-irġiel; jenfasizza li dan il-livell ta' rendiment jista' jnaqqas l-għadd ta' nies bil-ġuħ fid-dinja bi 12 sa 17 %;

86.  Jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rwol fundamentali tan-nisa bħala membri ta' azjendi agrikoli tal-familja, li jikkostitwixxu ċ-ċellola soċjoekonomika prinċipali taż-żoni rurali, li jieħdu ħsieb il-produzzjoni tal-ikel, il-preservazzjoni tal-għarfien u l-ħiliet tradizzjonali, l-identità kulturali u l-protezzjoni tal-ambjent, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li n-nisa f'żoni rurali huma wkoll affettwati mid-differenzi fil-pagi u l-pensjonijiet;

87.  Ifakkar li, skont is-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali, il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta l-impatt ambjentali, f'kuntest globali, tal-konsum tal-Unjoni; jenfasizza l-impatt pożittiv li stili ta' ħajja sostenibbli jista' jkollhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; ifakkar lill-Kummissjoni li l-SDG 12.8 jeħtieġ li l-pubbliku jkollu l-informazzjoni u l-għarfien rigward l-iżvilupp sostenibbli u l-istili ta' ħajja; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi biex iżidu l-għarfien tal-pubbliku dwar l-implikazzjonijiet ta' tipi differenti ta' konsum għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, is-sigurtà tal-ikel u t-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-komunikazzjoni dwar sistema tal-ikel Ewropea sostenibbli mingħajr dewmien;

88.  Jinnota li l-SDG 12.8 jirrikjedi li l-gvernijiet jiżguraw li n-nies kullimkien ikollhom l-informazzjoni u l-għarfien rilevanti fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli u tal-istil ta' ħajja f'armonija man-natura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għalhekk jiżviluppaw programmi biex iżidu l-għarfien tal-pubbliku dwar l-implikazzjonijiet tal-livelli ta' konsum għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, is-sigurtà tal-ikel u t-tibdil fil-klima;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw Qafas ta' Politika tal-UE komprensiv li jindirizza l-isfidi tas-saħħa globali, bħall-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi, l-Epatite C u r-reżistenza għall-antimikrobiċi, filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet differenti u l-isfidi speċifiċi tal-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi ġirien tagħhom fejn il-piż tal-HIV u tal-MDR-TB huwa l-ogħla; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżvolġu rwol politiku b'saħħtu fid-djalogu ma' pajjiżi li għandhom mard li qed joħloq piż kbir, inklużi l-pajjiżi ġirien fl-Afrika, fl-Ewropa tal-Lvant u fl-Asja Ċentrali, filwaqt li jiżguraw li huma fis-seħħ pjanijiet għal tranżizzjoni sostenibbli lejn finanzjament domestiku, sabiex il-programmi tal-HIV u tat-TB ikunu effettivi, jitkomplew u jiżdiedu wara l-irtirar tal-appoġġ tad-donaturi internazzjonali u jkomplu jaħdmu mill-qrib ma' dawn il-pajjiżi sabiex jiżguraw li huma jerfgħu r-responsabbiltà u s-sjieda biex iwieġbu għall-HIV u t-TB;

90.  Jirrikonoxxi l-effettività fit-tqegħid għad-disponibbiltà tal-mediċina "PREP" għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jirrikonoxxu li l-kura tal-HIV/AIDS hija wkoll preventiva;

91.  Jirrikonoxxi li s-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi (SRHR) huma xprunatur ewlieni b'potenzjal trasformattiv għall-qerda tal-faqar multidimensjonali, u jenħtieġ li dejjem jiġu rikonoxxuti bħala prekundizzjoni kemm għall-ħajjiet bi stat ta' saħħa tajjeb kif ukoll għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li trid tingħata attenzjoni akbar lill-SRHR li sfortunatament għadhom jitqiesu bħala kwistjoni niċċa, minkejja li huma ta' importanza kbira għall-ugwaljanza bejn is-sessi, biex tingħata awtonomija liż-żgħażagħ u l-iżvilupp tal-bniedem u finalment il-qerda tal-faqar; jissottolinja li dan jirrappreżenta progress żgħir meta mqabbel ma' approċċi preċedenti tal-UE u li għad hemm nuqqas ta' rikonoxximent tal-SRHR bħala xprunaturi ewlenin għal żvilupp sostenibbli; jinnota li l-pożizzjoni tal-UE kienet inkoerenti f'dan il-front, kif jidher f'dan il-pakkett: il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam biss taħt l-aspett ta' "saħħa" fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Aġenda 2030, iżda tqis dan biss taħt l-aspett ta' "ugwaljanza bejn is-sessi" fil-Komunikazzjoni dwar il-Konsensus; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jitolbu li l-Istati Uniti jqisu mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-hekk imsejħa "global gag rule";

92.  Jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-promozzjoni tar-riċerka tas-saħħa sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet mediċi ġodda u mtejba, li jkunu aċċessibbli, affordabbli u adattati għall-HIV/AIDS, għat-TB u għal mard ieħor mhux mogħti attenzjoni u li huwa relatat mal-faqar, epidemiji emerġenti u r-reżistenza għall-antimikrobiċi;

93.  Jirrimarka li s-settur tal-biedja tal-UE diġà qed jikkontribwixxi lejn is-sostenibbiltà; jinnota, madankollu, li l-politika agrikola komuni (PAK) trid tkun kapaċi tirrispondi aħjar għall-isfidi attwali u futuri; jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif il-PAK u sistemi tal-biedja sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu aħjar għall-SDGs sabiex jiggarantixxu ikel stabbli, sikur u nutrittiv kif ukoll jipproteġu u jtejbu r-riżorsi naturali filwaqt li jindirizzaw it-tibdil fil-klima; jitlob lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-komunikazzjoni li ġejja dwar il-PAK wara l-2020, tressaq proposti biex ittejjeb aktar l-effiċjenza tal-ekoloġizzazzjoni ta' miżuri u tiżgura l-ilħuq tal-SDGs 2, 3, 6, 12, 13, 14 u 15; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi wkoll ikel prodott lokalment u b'mod ekoloġiku b'livell baxx ta' karbonju u b'impronta baxxa tal-art u tal-ilma; jenfasizza l-importanza tal-ekosistemi agrikoli u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u li jiġu pprovduti inċentivi għar-restawr sostenibbli ta' żoni agrikoli li m'għadhomx jintużaw; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki kollha tal-UE b'mod effikaċi jiksbu l-objettivi stabbiliti permezz ta' konformità stretta u permezz ta' aktar koerenza fost l-oqsma ta' politika; jenfasizza li dan huwa ta' rilevanza partikolari fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-istrumenti ddedikati għal dan taħt il-PAK;

94.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu din it-tranżizzjoni agroekoloġika, filwaqt li jillimitaw kemm jistgħu l-użu ta' pestiċidi li jagħmlu ħsara lis-saħħa u l-ambjent, kif ukoll jiżviluppaw miżuri ta' protezzjoni biex jipproteġu u jappoġġjaw agrikoltura organika u bijodinamika fi ħdan l-ambitu tal-PAK;

95.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirriformaw kemm jista' jkun malajr ir-regoli tal-Unjoni relatati mal-approvazzjoni tal-pestiċidi, u sabiex jistabbilixxu għanijiet vinkolanti biex jitnaqqas l-użu tagħhom;

96.  Jinnota li s-settur tal-biedja tal-UE jipprovdi impjieg għal miljuni ta' nies fiż-żoni rurali fl-agrikoltura u f'setturi oħrajn, filwaqt li jiggarantixxi l-provvista ta' prodotti tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll jattira n-nies lejn żoni rurali bħala post li fih wieħed jista' jgħix, jaħdem u jirrilassa; jirrimarka, barra minn hekk, li pajsaġġi b'bijodiversità għolja u ta' valur naturali għoli jattiraw in-nies lejn il-kampanja, filwaqt li jġibu valur miżjud għal żoni rurali; jinnota l-valur kbir tal-politika ta' żvilupp rurali biex jinbnew komunitajiet u ekonomiji rurali vijabbli, robusti u vibranti; jinnota li aċċess aħjar tal-bdiewa għar-riżorsi huwa essenzjali sabiex jinkiseb dan;

97.  Jitlob li tiġi żviluppata l-biedja b'attenzjoni fuq azjendi tal-familja billi jintużaw aħjar il-fondi Ewropej bħalma huma l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), u b'attenzjoni speċjali għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, permezz tal-iskambju u t-trasferiment ta' kompetenzi u billi jiġu sfruttati l-vantaġġi tal-valur reġjonali u lokali u l-katini tal-produzzjoni u l-impjiegi reġjonali, b'enfasi akbar fuq rabtiet periurbani u bejgħ dirett, li huma mudell ta' suċċess f'ħafna partijiet tal-UE; huwa tal-fehma li l-kapaċità tal-bdiewa li jiġġeneraw rimunerazzjoni ġusta mix-xogħol tagħhom hija prerekwiżit għas-sostenibbiltà tal-agrikoltura Ewropea, u garanzija tal-benessri tal-bdiewa;

98.  Ifakkar li huwa importanti li s-servizzi pubbliċi jkunu ggarantiti, b'mod partikolari l-kura tat-tfal u l-anzjani, minħabba li dawn is-servizzi huma partikolarment importanti għan-nisa, peress li dawn tradizzjonalment kienu jiżvolġu rwol maġġuri fil-kura ta' qraba anzjani u żgħażagħ;

99.  Jindika r-rwol importanti ta' għarfien u ta' prodotti tal-ikel tradizzjonali, speċjalment fl-aktar reġjuni periferiċi, żoni muntanjużi u żoni żvantaġġjati tal-UE, kif ukoll il-kontribut ekonomiku li skemi Ewropej ta' kwalità bħal Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) joffru għal żoni lokali; ifakkar l-appoġġ unanimu tal-Parlament li estenda din il-protezzjoni għal firxa usa' ta' prodotti manifatturati reġjonalment; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol ta' skemi ta' kwalità tal-UE (DPO/IĠP/STG) biex joffru u jsostnu mezzi ta' għajxien f'dawk iż-żoni; jirrikonoxxi li dawn l-iskemi huma l-aktar magħrufa fi ftit Stati Membri biss u jitlob li titqajjem kuxjenza madwar l-Unjoni dwar il-vantaġġi tagħhom;

100.  Jenfasizza l-kontribut tal-foresti tal-Mediterran u tas-sistema tal-agroforestrija tad-dehesa – li bla ebda xkiel tgħaqqad it-trobbija tal-bhejjem estensiva u sostnuta ma' attivitajiet tal-biedja u l-forestrija – għall-għanijiet ta' konservazzjoni u l-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-bijodiversità, għall-finijiet ta' rikonoxximent u appoġġ taħt il-PAK;

101.  Jinnota l-importanza tal-bijoenerġija u l-bijoekonomija għall-azjendi agrikoli, u tal-istallazzjonijiet, għall-ġenerazzjoni, il-ħżin, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-azjendi agrikoli, peress li dawn jikkontribwixxu biex jiżguraw l-introjtu finanzjarju tal-bdiewa billi joffrulhom prodott addizzjonali għall-bejgħ, u joħolqu u jippreservaw impjiegi ta' kwalita għolja fiż-żoni rurali; jenfasizza li l-iżvilupp tal-bijoenerġija jrid iseħħ b'mod sostenibbli u ma għandux ixekkel il-produzzjoni tal-ikel u l-għalf; jenfasizza li l-ħtiġijiet enerġetiċi għandhom minflok jiġu ssodisfati billi jitħeġġeġ l-użu tal-iskart u tal-prodotti sekondarji li ma jkunux utli f'xi proċess ieħor;

102.  Jinnota li t-tkabbir ta' ħxejjex leguminużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' jista' jwassal għal sitwazzjoni vantaġġuża għall-bżonnijiet tal-bdiewa, tal-annimali, tal-bijodiversità u tal-klima; jistieden lill-Kummissjoni tressaq pjan tal-proteini li jinkludi uċuħ tar-raba' leguminużi b'rotazzjoni;

103.  Iqis aktar progress fil-biedja ta' preċiżjoni, id-diġitizzazzjoni, l-użu razzjonali tal-enerġija, tal-pjanti u tat-tnissil tal-bhejjem u l-integrazzjoni ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara bħala neċessarji, għaliex effiċjenza miżjuda bbażata fuq l-SDGs u l-bijodiversità jgħinu biex inaqqsu kemm il-ħtieġa tal-art kif ukoll l-impatt ambjentali tal-biedja; iqis li t-tqegħid tal-bijodiversità għad-dispożizzjoni tal-bdiewa jista' jgħin biex jiżdied l-introjtu, tissaħħaħ u trendi aktar il-ħamrija u jkunu kkontrollati l-organiżmi ta' ħsara u jitjieb id-dakkir; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' qafas regolatorju mtejjeb sabiex jiġu żgurati proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'waqthom, effiċjenti u effikaċi; jenfasizza li dawn is-soluzzjonijiet "intelliġenti" għandhom jinċentivaw u jappoġġjaw inizjattivi mfassla skont il-ħtiġijiet ta' azjendi agrikoli żgħar mingħajr ekonomiji ta' skala biex dawn jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda;

104.  Iqis li huwa essenzjali li tinżamm u tiġi żviluppata l-prestazzjoni ta' razez tradizzjonali u lokali, minħabba l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-karatteristiċi tal-ambjent nattiv tagħhom, u biex id-drittijiet tal-bdiewa li jnisslu l-pjanti b'mod awtonomu u jaħżnu u jiskambjaw żrieragħ ta' speċijiet u varjetajiet differenti jiġu rrispettati sabiex tiġi żgurata d-diversità ġenetika tal-agrikoltura; jirrifjuta tentattivi ta' kwalunkwe tip biex jipprivattivaw il-ħajja, il-pjanti u l-annimali, il-materjal ġenetiku u l-proċessi bijoloġiċi essenzjali, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu r-razez, il-varjazzjonijiet u l-karatteristiċi indiġeni;

105.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni u tistabbilixxi grupp ta' esperti sabiex taħdem favur sistema integrata u aktar sostenibbli ta' ġestjoni għall-protezzjoni tal-pjanti; jenfasizza l-bżonn ta' sistema ta' ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara li ttejjeb l-interazzjoni bejn l-isforzi tat-tnissil tal-pjanti, is-sistemi ta' difiża naturali u l-użu tal-pestiċidi;

106.  Jemmen li huwa neċessarju li titħeġġeġ id-disponibbiltà tal-broadband u jittejbu s-servizzi tat-trasport fiż-żoni rurali, sabiex jikkontribwixxu mhux biss għall-kisba ta' objettivi tas-sostenibbiltà ambjentali, iżda wkoll għall-promozzjoni ta' tkabbir f'żoni rurali li jkun kompletament sostenibbli f'termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali;

107.  Jenfasizza li huwa meħtieġ li l-kultura ssir parti integrali mill-azzjoni għas-sostenibbiltà tal-Kummissjoni, li tenfasizza b'mod ċar ir-rwol li għandha fl-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-promozzjoni tad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà, it-trawwim tal-koeżjoni, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-disparitajiet ġenerazzjonali u demografiċi; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-kultura fl-objettivi, id-definizzjonijiet, l-għodod u l-kriterji ta' evalwazzjoni tal-istrateġija tagħha għall-SDGs;

108.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) A/RES/70/1.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0224.
(4) https://ec.europa.eu/epsc/sites/epsc/files/strategic_note_issue_18.pdf
(5) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2011 bit-titolu "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020", (COM(2011)0244).
(6) Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rieżami ta' nofs il-mandat dwar l-istrateġija tal-UE għall-bijdoversità sal-2020 (COM(2015)0478).
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0034.
(8) https://unstats.un.org/sdgs/report/2016/goal-13/
(9) Ir-Rapport tal-EEA Nru 30/2016, ir-rapport 2016 dwar indikaturi Ambjentali — B'appoġġ għall-monitoraġġ tas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali: https://www.eea.europa.eu/publications/environmental-indicator-report-2016


Il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni
PDF 404kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE (2016/2250(INI))
P8_TA(2017)0316A8-0226/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  Wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li t-Trattati għandhom japplikaw għall-Istati Membri u, fit-tieni paragrafu tiegħu, li l-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dawn it-trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 355, l-ewwel paragrafu, punt 1, tat-TFUE, kif emendat mid-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2010 li immodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (2010/718/UE) u dik tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (2012/419/UE), li jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jirrikonoxxi status partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi, jipprevedi l-adozzjoni ta' "miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni" u jiddisponi li jenħtieġ li dawn jikkonċernaw b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament "il-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta' materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet tal-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi oriżżontali tal-Unjoni",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, li jipprevedi li l-għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-RUP tista' tkun kompatibbli mas-suq intern,

–  wara li kkunsidra t-Titolu XVIII tat-TFUE, li jassenja objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiddefinixxi l-istrumenti finanzjarji strutturali sabiex dan jintlaħaq,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-TFUE, li jiddisponi li l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha u skont il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-RUP,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha tiegħu dwar ir-RUP, u b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2012 dwar ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE fil-kuntest tal-Istrateġija "Ewropa 2020"(1), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-Reġjuni Ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fondi strutturali tal-UE u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (POSEI) (COM(2016)0797),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)(COM(2012)0209),

–   wara li kkunsidra l-Memorandum tal-5 ta' Marzu 1999 iffirmat f'Cayenne mir-reġjuni ultraperiferiċi, komplut mill-Memorandum Konġunt ta' Spanja, Franza, il-Portugall u r-reġjuni ultraperiferiċi, iffirmat f'Mejju 2010, li jipprevedi li l-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni ultraperiferiċi billi jittieħed vantaġġ minn diversi vantaġġi naturali u kulturali ta' dawn ir-reġjuni filwaqt li tippromwovi l-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs, tal-isħubija, tal-proporzjonalità u tal-koerenza tal-politiki Ewropej,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-XXI Konferenza tat-22 u 23 ta’ Settembru 2016 tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, u l-memorandum konġunt tar-reġjuni ultraperiferiċi ffirmat fl-okkażjoni fl-okkażjoni tar-raba' forum tal-RUP tal-Unjoni mit-30 sal-31 ta' Marzu 2017 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0226/2017),

A.  billi l-Artikolu 349 tat-TFUE jirrikonoxxi s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali partikolari tar-RUP, li tinsab strutturalment agħar minħabba fatturi (insularità, bogħod, superfiċje dgħajfa, żona u klima diffiċli, dipendenza fir-rigward ta' numru żgħir ta' produzzjonijiet...), li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bil-kbir l-iżvilupp tagħhom;

B.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja, li ltaqgħet fl-Awla Manja, fis-sentenza tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015 tat interpretazzjoni komprensiva lill-Artikolu 349 tat-TFUE;

C.  billi, f'din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma, b'mod partikolari, li l-atti li kellhom l-objettiv li jistabbilixxu miżuri speċifiċi għar-RUP jistgħu jiġu adottati fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349, li din il-bażi legali tippermetti l-eżenzjoni kemm mid-dritt primarju kif ukoll id-dritt sekondarju, u li l-lista ta' oqsma koperti mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 mhijiex eżawrjenti peress li "l-awturi tat-Trattat FUE ma kellhomx l-intenzjoni li jistabbilixxu lista eżawrjenti tat-tipi ta' miżuri li jistgħu jiġu adottati abbażi ta' dan l-Artikolu";

D.  billi fejn tidħol l-applikazzjoni tat-Trattati Ewropej għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-Artikoli 52 tat-TUE u l-Artikoli 349 u 355 tat-TFUE huma interkonnessi, u billi skont l-Artikolu 355, l-ewwel paragrafu, punt 1, tat-TFUE, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi, skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, u billi din ir-referenza "għat-Trattati" tinkludi l-leġiżlazzjoni sekondarja;

E.  billi l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jinqara flimkien ma' artikoli oħra tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 7, li jiddikjara li "l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politiki u l-azzjonijiet differenti tagħha, filwaqt li titqies it-totalità tal-objettivi tagħha";

F.  billi l-prinċipju tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni jiġġustifikaw trattament differenti f'każ ta' sitwazzjonijiet differenti, sabiex fl-aħħar tiġi permessa l-ugwaljanza fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;

G.  billi l-objettiv tal-Artikolu 349 tat-TFUE huwa li jippermetti l-iżvilupp tar-RUP, l-inklużjoni tagħhom kemm fl-ispazju Ewropew kif ukoll fl-ispazju ġeografiku tagħhom stess, filwaqt li jiżgura li dawn jibbenefikaw minn politiki u, jekk ikun xieraq, miżuri speċifiċi adattati għar-realtajiet u l-ħtiġijiet tagħhom;

H.  billi r-RUP huma fil-pożizzjonijiet privileġġjati fil-qasam tal-ġeostrateġija u tar-riċerka marbuta mat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità;

I.  billi skont l-istimi tal-Kummissjoni, l-ekonomija blu tal-Unjoni tirrappreżenta madwar 5,4 miljun impjieg u valur miżjud gross ta' madwar EUR 500 biljun fis-sena;

1.  Ifakkar li l-Artikolu 7 tat-TUE jagħti lill-Kummissjoni r-rwol ta' gwardjan tat-Trattati; jenfasizza li r-RUP huma integrati għal kollox fl-Unjoni Ewropea u inkorporati fl-ordinament ġuridiku tagħha, billi s-sitwazzjoni speċifika tagħhom hija rikonoxxuta mit-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tat-TFUE li stabbilixxa prinċipju u dritt ta' adattament rilevanti tal-politiki differenti tal-Unjoni;

2.  Jenfasizza li, minkejja li tikkostitwixxi inkonvenjent serju minħabba l-periferiċità ġeografika tal-Unjoni tagħhom, ir-reġjuni ultraperiferiċi jibbenefikaw ukoll minn diversi vantaġġi kbar bħall-potenzjal ta' żvilupp tal-attivitajiet relatati mat-turiżmu, it-tkabbir blu, l-isfruttament ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli sinifikanti, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari, kif ukoll il-valorizzazzjoni tal-wirt rikk naturali tagħhom u l-bijodiversità konsiderevoli tagħhom;

3.  Iqis li l-Artikolu 349 tat-TFUE ntuża b'mod limitat u jista' jkun interpretat b'mod aktar innovattiv u pożittiv, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinħolqu programmi ad hoc u politiki ġodda speċifiċi, billi jiġu bbażati fuq il-vantaġġi tar-RUP, bl-għan li jingħataw il-mezzi biex jiġu sfruttati, b'mod partikolari fl-oqsma bħalma huma dawk tal-enerġija rinnovabbli, it-tkabbir blu, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-turiżmu sostenibbli, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-adattament għat-tibdil fil-klima; ifakkar, f'dan il-kuntest, ir-rwol li għandha l-Unjoni sabiex tippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi li jegħelbu d-diffikultajiet tagħhom u jisfruttaw il-vantaġġi tagħhom, iżda fl-istess ħin jenfasizza li huwa neċessarju li l-Istati Membri kkonċernati għandhom jassumu aktar responsabbiltajiet fir-rigward tal-użu tal-istrumenti Ewropej li jistgħu jgħinuhom jiggarantixxu l-iżvilupp sostenibbli tar-RUP;

Is-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE

4.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li s'issa l-artikoli tat-Trattati dwar ir-RUP ma ġewx implimentati għal kollox, u dan jillimita l-kapaċità ta' dawn ir-reġjuni li jisfruttaw il-potenzjal kollu tal-appartenenza tagħhom għall-Unjoni u jkunu aktar kompetittivi fiż-żona ġeografika tagħhom;

5.  Iqis li implimentazzjoni usa' tal-Artikolu 349 tat-TFUE twassal għal integrazzjoni aħjar tar-RUP fl-Unjoni kif ukoll għall-iżvilupp tagħhom u l-potenzjali proprja tagħhom fil-kunsiderazzjoni sħiħa tal-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet strutturali tagħhom imma wkoll tal-vantaġġi tagħhom;

6.  Ifakkar fil-volontà politika tal-leġiżlaturi waqt l-abbozzar tal-Artikolu 299, it-tieni subparagrafu, u mbagħad tal-Artikolu 349 tat-TFUE, li jistabbilixxu strateġija komprensiva bbażata fuq miżuri rilevanti ta' politiki u strumenti differenti;

7.  Ifakkar li l-Programm ta' Opzjonijiet Speċifiċi għan-Natura Remota u Insulari (POSEI) huwa programm li jqis għal kollox l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi grazzi għal regolament proprju, ibbażat fuq l-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 43(2), li jagħraf il-prinċipju doppju tal-appartenenza tar-RUP għall-Unjoni u tal-adattament sħiħ ta' politika Ewropea komuni għar-realtajiet tar-RUP u li, għalhekk, huwa kruċjali li tali programm jitkompla u li programmi POSEI ġodda li jfittxu politiki oħra tal-Unjoni jiġu previsti;

8.  Iqis li s-suċċess ta' POSEI huwa favur iż-żamma ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għar-RUP aktar milli d-dilwizzjoni tagħhom f'programmi Ewropej orizzontali;

9.  Jinnota li ħafna komunikazzjonijiet dwar ir-RUP ġew adottati mill-Kummissjoni; jiddispjaċih għall-fatt li dawn l-istrateġiji differenti Ewropej għar-RUP, s'issa, ġew implimentati u konkretizzati biss b'mod parzjali;

10.  Jitlob li l-Kummissjoni tipproponi pjan ta' azzjoni, akkumpanjat, fejn xieraq, minn inizjattivi leġiżlattivi li jippermettu l-implimentazzjoni ta' strateġija koerenti u effikaċi fir-rigward tar-RUP, billi jsir użu sħiħ tal-possibbiltajiet offruti mill-Artikolu 349 tat-TFUE, speċjalment fir-rigward tal-ħolqien ta' programmi u politiki speċifiċi, partikolarment f'termini ta' innovazzjoni u investiment fit-tul, adattati għall-bżonnijiet tagħhom ta' żvilupp sostenibbli; jinsisti fuq il-bżonn li ssir ħidma f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali tar-RUP u l-partijiet ikkonċernati; jappella għaldaqstant lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet reġjonali tar-RUP, ħalli jiftħu kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet UE-RUP;

11.  Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni dwar strateġija mġedda għar-RUP, li għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn tmiem l-2017; jappella lill-Kummissjoni biex fl-istrateġija tagħha tinkludi approċċ dettaljat tar-RUP kif ukoll oqfsa strateġiċi mmirati lejn il-ħtiġijiet tal-investiment, flimkien ma' numru ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jinkisbu u jiġu evalwati; iħeġġeġ lil Franza, Spanja u l-Portugall biex jappoġġjaw aktar ir-RUP tagħhom;

12.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jippermetti lir-RUP jużaw għajnuna operatorja mhux limitata fiż-żmien, mhux digressiva u abbażi ta' proċeduri aktar flessibbli, sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali li jridu jaffaċċjaw; ifakkar li l-eżenzjonijiet japplikaw kemm għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-għajnuna tal-Istat;

13.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-lonġevità tal-istrumenti, id-dispożizzjonijiet u l-eżenzjonijiet adottati biex tiġi żgurata l-istabbiltà li twassal għall-iżvilupp strutturali tar-RUP b'kunsiderazzjoni tal-evalwazzjonijiet imwettqa;

14.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel rendikont preċiż tal-approċċ għar-RUP u teżamina s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' kull RUP biex tiggarantixxi twettiq aħjar tal-objettivi tal-politika ta' żvilupp reġjonali Ewropea, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mal-aġġustament tad-dewmien u l-iżvilupp sostenibbli, u dan bil-għan li r-RUP ikunu jistgħu joqorbu lejn il-livelli ta' żvilupp medju Ewropej;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tad-diversi direttorati ġenerali tagħha dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-RUP sabiex ikollhom trattament idoneu tal-problematika tar-RUP fil-politiki u l-istrateġiji Ewropej; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol kruċjali tas-Segretarjat Ġenerali biex jiżgura applikazzjoni korretta tal-Artikolu 349 tat-TFUE billi l-adattamenti tal-politiki tal-Unjoni Ewropea għall-karatteristiċi tar-RUP jeħtieġu li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-ogħla livell politiku;

Il-politika agrikola

16.  Jilqa' r-rapport reċenti tal-Kummissjoni (COM(2016)0797), li jikkonkludi li l-prestazzjoni globali tal-programmi POSEI (2006-2014) hija waħda pożittiva, iqis li dak il-programm jidher essenzjali għall-fini taż-żamma tal-produzzjonijiet tar-RUP u li huwa konformi mal-objettivi l-ġodda tal-politika agrikola komuni (PAK), u jirrakkomanda li jinżamm ir-regolament ta' bażi attwali filwaqt li madankollu wieħed iżomm f'moħħu li jistgħu jkunu meħtieġa attamenti baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw b'mod serju l-produzzjonijiet tar-RUP;

17.  Iqis li l-POSEI kellha suċċess kbir mill-bidu tagħha;

18.  Jappoġġja l-konklużjoni tar-rapport tal-Kummissjoni li titlob li l-elementi bażiċi tal-POSEI jiġi konsolidati, sabiex jiġi evitat kull riskju li l-produzzjoni agrikola tiġi abbandunata, bil-konsegwenzi negattivi li dan jista' jkollu fuq tiegħu fuq l-impjiegi, l-ambjent u d-dimensjoni territorjali tar-RUP;

19.  Jikkunsidra li jenħtieġ li jingħata appoġġ aħjar għad-diversifikazzjoni tal-produzzjonijiet fir-RUP u li jiġu introdotti miżuri biex jiġu indirizzati kriżijiet tas-suq li jiltaqgħu magħhom setturi partikolari, partikolarment tat-tadam u tal-bhejjem, u li jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' produzzjonijiet żgħar bħal dawk relatati mal-prodotti tal-ħalib;

20.  Ifakkar li r-riformi suċċessivi tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (OKS) ma kkunsidrawx biżżejjed l-ispeċifiċitajiet tar-RUP, u jitlob li dawn jittieħed kont aħjar tagħhom fil-ġejjieni;

21.  Josserva li l-għajbien tal-kwoti u tal-prezzijiet iggarantiti li beda permezz tar-riforma tal-OKS taz-zokkor tal-2005 jdgħajjef lill-produtturi taz-zokkor tal-kannamieli tar-RUP; jinsisti dwar il-bżonn li jinżamm is-sett ta' mezzi speċifiċi stabbiliti taħt l-Artikolu 349 tat-TFUE sabiex jippermetti l-kompetittività sostenibbli ta' din l-industrija; jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' appoġġ lil min ikabbar il-kannamieli f'każ li jaqgħu l-prezzijiet dinjija taz-zokkor;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont tal-importanza kbira tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores, iżżomm l-appoġġ għall-produtturi u tipprovdi miżuri addizzjonali f'każ ta' kriżi tas-suq;

23.  Ifakkar li l-produzzjoni tal-banana għandha rwol importanti fin-nisġa soċjoekonomika ta' ċerti RUP; jitlob għalhekk li jinżamm u, fejn meħtieġ jiżdied, l-appoġġ għall-produtturi;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi strumenti ta' ġestjoni u ta' identifikazzjoni tal-kriżijiet tas-suq fid-diversi setturi agrikoli bħall-banana, iz-zokkor, ir-rum, is-sajd u l-ħalib mal-Osservatorju tal-ħalib – definizzjoni ċara ta' kriżi tas-suq fir-RUP u tadatta l-indikaturi għar-realtà ta' dawn ir-reġjuni;

25.  Jiddispjaċih li d-differenza fis-sistema applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni "organika" bejn pajjiż terz u Stat Membru tal-Unjoni toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni f'dan is-suq, u tagħmel ħsara kemm lill-produtturi Ewropej li jaħdmu fir-RUP kif ukoll lill-konsumaturi Ewropej imqarrqa dwar il-kundizzjonijiet reali ta' produzzjoni ta' dawn il-prodotti; jitlob għalhekk, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar l-istandards futuri Ewropej dwar il-produzzjoni u t-tikkettar tal-prodotti organiċi, li tiġi sostitwita l-konformità mas-sistema ta' ekwivalenza attwalment fis-seħħ, sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn ir-RUP u pajjiżi terzi;

26.  Iqis li jeħtieġ li jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE qafas legali għal produzzjonijiet taħt it-tikketta organika u qafas legali fil-qasam sanitarju u fitosanitarju li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-agrikoltura fir-RUP f'kuntest tropikali;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ il-bdiewa tar-RUP biex jippromwovu l-prodotti tagħhom ta' kwalità għolja billi tappoġġja l-użu tal-logo RUP kif ukoll forom oħra ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità;

28.  Jenfasizza li d-differenzjar tal-prodotti u l-ispeċjalizzazzjoni jistgħu jistimulaw u jippromwovu aktar il-produzzjoni lokali, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel u b'hekk inaqqsu d-differenzi eżistenti bejn ir-reġuni ultraperiferiċi u reġjuni oħra tal-UE;

29.  Jenfasizza, f'isem il-koerenza tal-politiki, li l-isforzi mwettqa fir-RUP għall-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività tas-seturi tradizzjonali tagħhom m'għandhomx isibu ruħhom mhedda ulterjorment mill-ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

Il-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea

30.  Ifakkar li l-Artikolu 207(3) tat-TFUE jimponi "li l-ftehimiet negozjati (mal-pajjiżi terzi) jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Unjoni";

31.  Jinnota li l-għadd dejjem jiżdied ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, u fosthom mal-ikbar prodotturi dinjija tal-banana u taz-zokkor, jimmodifika t-tqassim tas-suq, joħloq pressjoni fuq il-prezzijiet u jhedded il-kompetittività tal-produtturi tal-Komunità ta' dawn il-prodotti;

32.  Jemmen, għaldaqstant, li l-politika kummerċjali tal-UE m'għandhiex tipperikola s-setturi tar-RUP, peress li dawn għandhom rwol ewlieni fil-livell ekonomiku, soċjali u ambjentali;

33.  Iħeġġeġ li n-negozjati kummerċjali tal-UE issa għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet u l-produzzjonijiet sensittivi tar-RUP, b'mod partikolari l-banana, iz-zokkor, ir-rum, it-tadam u l-prodotti tas-sajd;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu konxji u viġilanti b'rabta mad-difiża tal-interessi tar-RUP fil-qafas tan-negozjati dwar il-Brexit;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-impenji li għamlet fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Ġunju 2012, "tehmeż ma' kull proposta ta' ftehimiet kummerċjali, bħall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, valutazzjonijiet tal-impatt, fejn ikun rilevanti, għandhom jindirizzaw id-dimensjoni tar-RUP", u tinkludi l-impatti fil-livell ambjentali, soċjali, ekonomiku u territorjali fuq ir-RUP; jitlob li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt ikejlu wkoll l-impatt kumulattiv tal-ftehimiet kummerċjali fuq ir-RUP;

36.  Jiddispjaċih li s'issa ma sar l-ebda studju dwar il-konsegwenzi tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles fis-setturi agrikoli tar-RUP; jiddispjaċih ukoll li r-RUP ma ġewx ikkunsidrati fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-impatti kumulattivi tal-ftehimiet kummerċjali, u dan kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet regolatorji previsti fil-POSEI;

37.  Jitlob li fil-politiki kummerċjali tal-UE jitqiesu l-iżvantaġġi kompetittivi tar-RUP; jitlob biex meta dawn ikunu meħtieġa sabiex jipproteġu produzzjonijiet tar-RUP, ikun hemm il-preservazzjoni tal-ostakoli tariffarji u mhux tariffarji, u l-attivazzjoni effettiva tal-klawsoli ta' salvagwardja u tal-mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni f'każ ta' assenjazzjoni jew ta' riskju ta' effett serju tal-produzzjonijiet tar-RUP;

38.  Jenfasizza l-limiti tal-prinċipju ta' ekwivalenza, b'mod partikolari għall-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, li jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha Ewropej; jitlob l-applikazzjoni immedjata tal-prinċipju ta' konformità u t-tisħiħ tal-miżuri ta' kontroll;

39.  Iħeġġeġ il-promozzjoni tar-rwol tar-RUP fil-politika esterna tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi ġirien sabiex tissaħħaħ il-politika esterna fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-faqar, is-sostenibilità ambjentali, it-tisħiħ tad-demokrazija, l-iskambji kulturali u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Il-politika marittima, is-sajd u t-tkabbir blu sostenibbli

40.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, li jikkonċernaw ukoll il-politiki fil-qasam tas-sajd;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis it-twaqqif ta' sistema ta' appoġġ għas-sajd sostenibbli fir-RUP abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, fid-dawl ta' dak li qed iseħħ fis-settur agrikolu taħt il-Programm POSEI;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimplimentaw b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-RUP(5);

43.  Jistieden lill-Unjoni tibni flimkien mar-RUP setgħa marittima dinjija;

44.  Jenfasizza li kemm il-ġid li jirrappreżentaw l-oċeani, kif ukoll l-avvanzi teknoloġiċi attwali u futuri huma kapaċi jiftħu opportunitajiet ġodda ta' tkabbir għar-RUP; iqis li t-tkabbir blu sostenibbli jikkostitwixxi opportunità biex jittaffew l-inugwaljanzi strutturali li jeżistu bejn ir-RUP u l-Ewropa kontinentali, u li jista' għalhekk jikkontribwixxi biex ir-RUP isiru l-epiċentru ta' politika Ewropea futura;

45.  Ifakkar li, minħabba l-pożizzjoni tagħhom, ir-RUP għandhom pożizzjoni importanti fil-governanza marittima integrata, il-ġestjoni tal-ilmijiet kostali, il-ġlieda kontra s-sajd illegali u t-titjib tas-sikurezza tat-trasport;

46.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri kkonċernati jinvestu aktar l-ambitu tal-baħar u l-oċeani, speċifikament għar-RUP, bl-għan li jiġi garantit żvilupp ekonomiku sostenibbli u effiċjenti fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom;

47.  Jilqa' l-istudju varat mill-Kummissjoni dwar il-potenzjal għal tkabbir blu sostenibbli fir-RUP u jappella min-naħa tiegħu għall-varar ta' programm reali Ewropew maħsub għar-RUP, bl-għan ukoll li jikkunsidra l-isfidi fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, tar-riċerka tal-baħar u marittima u tal-bijoekonomija; jenfasizza madankollu li ċerti attivitajiet bħall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fiż-żona submarina u l-esplorazzjoni ta' depożiti minerali sottomarini jista' jkollhom konsegwenzi serji fuq iż-żoni marittimi sensittivi u jiddisturbaw l-ispeċijiet u l-ekosistemi vulnerabbli;

48.  Itenni l-importanza taż-żoni tal-baħar protetti fir-RUP;

Il-politika ta' koeżjoni

49.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi aċċess speċifiku tar-RUP għall-fondi strutturali u li, f'dan ir-rigward, ir-RUP kollha għandhom jitqiesu bħala "r-reġjuni l-anqas żviluppati"; jilqa' u japprezza l-miżuri favur ir-RUP mfassla mill-Kummissjoni bħala parti minn sett ta' erba' komunikazzjonijiet dwar ir-RUP (2004, 2007, 2008 u 2012); jenfasizza l-importanza tal-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-Unjoni lir-RUP kollha, li jammonta għal EUR 13 biljun għall-perjodu 2014–2020;

50.  Itenni li l-politika ta' koeżjoni trid tibqa' wieħed mill-istrumenti ewlenin ta' azzjoni Ewropea wara l-2020, b'mod partikolari fir-rigward tar-RUP, fejn id-differenzi reġjonali għadhom kbar;

51.  Jistieden lill-Istati Membri biex, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tar-responsabbiltajiet tagħhom, jimplimentaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet minn qabel, b'mod partikolari f'termini ta' investiment fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom, biex jassiguraw l-aqwa rendiment tal-fondi u l-politiki Ewropej fir-RUP;

52.  Huwa tal-fehma li fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, aktar flessibilità tista' tiġi prevista fi ħdan il-konċentrazzjoni tematika fil-każ ta' RUP b'rabta mad-definizzjoni ta' wħud mill-assi prijoritarji tagħhom għall-użu tal-fondi strutturali, safejn ikun ikkonċernat l-iżvilupp sostenibbli; jitlob il-kontinwazzjoni tal-allokazzjonijiet baġitarji allokati lir-RUP, il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali, kif ukoll it-totalità tal-miżuri derogatorji ġustifikati kif xieraq intiżi sabiex jikkumpensaw l-iżvantaġġi strutturali tagħhom;

53.  Jitlob, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-applikazzjoni stretta tal-kriterji stabbiliti mir-Regolament ġenerali tal-fondi għad-determinazzjoni tal-pakketti finanzjarji;

54.  Ifakkar fl-objettiv komuni tal-integrazzjoni doppja tar-RUP; jitlob li jiġu approfonditi u li jsiru operattivi l-mekkaniżmi kollha dedikati għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-RUP, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u l-pajjiżi terzi li jappartjenu għall-baċin ġeografiku tagħhom, b'mod partikolari permezz taż-żamma u t-titjib tas-sinerġiji tal-arranġamenti ġuridiċi u finanzjarji tar-regoli tal-EDF u tal-ERDF;

55.  Jenfasizza l-importanza li jiġu adattati l-istrateġiji ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea sabiex jittaffew l-impatti negattivi fuq ir-reġjuni minħabba n-natura ultraperiferika tagħhom, u tiġi promossa l-kooperazzjoni;

56.  Jirrakkomanda attenzjoni akbar fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) b'rabta mar-RUP, ir-reġjuni l-anqas żviluppati u dawk l-aktar mbiegħda;

57.  Ifakkar, fir-rigward tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-RUP, fil-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ u t-taħriġ taż-żgħażagħ fir-RUP, b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

58.  Ifakkar li l-aktar fond importanti għat-taħriġ u l-impjieg huwa l-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jistieden lill-Kummissjoni, minħabba n-natura strutturali u l-livelli kritiċi ta' qgħad fir-RUP, u fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, tirrikonoxxi għar-RUP id-dritt għal aċċess speċifiku għall-fondi strutturali, tistabbilixxi allokazzjoni addizzjonali fil-qafas tal-FSE biex tappoġġja l-impjegabilità, il-mobilità u t-taħriġ fir-RUP;

59.  Jenfasizza l-importanza ta' Strateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) fi ħdan ir-RUP, peress li dawn huma komponent ewlieni fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni;

60.  Ifakkar fl-importanza tal-istrumenti ta' żvilupp lokali bħalma huma l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-investiment territorjali integrat (ITI), li jippermettu approċċi minn isfel għal fuq għall-isfidi strutturali lokali filwaqt li jippromwovu sjieda mill-awtoritajiet lokali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati jesploraw modi biex isaħħu l-użu tas-CLLD, bħala rispons flessibbli u innovattiv għall-ħtieġa ta' adattament espressa mir-RUP;

61.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati d-differenzi demografiċi fir-RUP bħala fattur determinanti fit-tfassil tal-politiki tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;

Il-politika dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat

62.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, b'mod partikolari rigward il-politiki doganali u kummerċjali, il-politika fiskali, iż-żoni ħielsa, il-kondizzjonijiet għall-forniment ta' materja prima u ta' prodotti essenzjali tal-konsumatur u l-għajnuna mill-Istat;

63.  Ifakkar, barra minn hekk, li l-Artikolu 107(3) tat-TFUE jistipula li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuniet maħsuba sabiex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku tar-RUP, b'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tistrieħ aktar fuq l-Artkoli 107(3)(a) u 349 tat-TFUE, fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Reġjuni u l-GBER (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) sabiex jingħata kontribut lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-RUP u biex dawn jittieħed kont aħjar tagħhom;

65.  Jenfasizza li, minħabba d-distanza u ċ-ċokon tas-swieq tagħhom, it-tisħiħ tal-eżenzjonijiet għad-dritt dwar il-kompetizzjoni miksuba fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 42 tat-TFUE mhuwiex f'pożizzjoni li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jfixkel is-suq intern;

66.  Jiddispjaċih li l-proposti inizjali, bil-ħsieb li jiġu ssimplifikati l-GBER u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Reġjuni, sa mill-bidu u anke wara ma kkunsidrawx l-adattament tar-regoli bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-RUP;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-azzjoni biex jiġu miġġielda monopolji ewlenin fir-RUP li jikkontribwixxu għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja għall-popolazzjonijiet lokali, partikolarment fis-setturi tal-importazzjonijiet li jmorru kontra l-iżvilupp tal-ekonomija lokali, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni;

68.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, wara l-2020, tkompli l-iskemi fiskali ta' eżenzjonijiet għar-RUP abbażi ta' evalwazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tagħhom, filwaqt li tiżgura progress lejn sistemi fiskali ġusti u effiċjenti u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi;

69.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-prattiki kummerċjali bħalma huma dawk tas-swieq fejn il-provvista tinżamm daqs id-domanda (clearance market), li jistgħu jiddestabilizzaw is-swieq mikro tal-ekonomiji lokali;

Ir-riċerka, l-ambjent, l-edukazzjoni, it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet

70.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, li jikkonċernaw ukoll il-kundizzjonijiet ta' aċċess tagħhom għall-programmi orizzontali tal-Unjoni;

71.  Iqis li programmi orizzontali tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' aċċess speċifiċi għar-RUP sabiex jiżguraw parteċipazzjoni effettiva u biex il-vantaġġi ta' dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu, b'mod partikolari fil-qafas tal-programm Orizzont 2020, LIFE, COSME, Ewropa Kreattiva, eċċ.;

72.  Jitlob lill-Kummissjoni tintegra lir-RUP fin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet;

73.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-awtonomija enerġetika sostenibbli tar-RUP ssir prijorità; jenfasizza li r-RUP jibbenefikaw minn bosta vantaġġi fir-rigward tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari;

74.  Jinnota l-potenzjal sinifikanti li jġib miegħu l-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni bil-ħsieb li jkun żgurat żvilupp sod u sostenibbli; jitlob l-ottimizzazzjoni tal-aċċess tar-RUP għall-Fondi SIE u Orizzont 2020, biex jingħaqdu aħjar universitajiet, ċentri ta' riċerka u negozji innovattivi, u biex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jsiru territorji attraenti u jkunu kapaċi jippromwovu skambju aħjar bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, mhux biss fi ħdan ir-RUP, iżda wkoll mal-kontinent Ewropew, il-PTEE u l-pajjiżi terzi;

75.  Ifakkar fir-rwol importanti ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fir-RUP f'termini ta' żvilupp ekonomiku u soċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu kont aħjar tas-sitwazzjoni tar-RUP fil-qafas tal-programmi COSME u l-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI);

76.  Jikkunsidra li l-iskambji u l-kooperazzjoni bejn ir-RUP u l-pajjiżi terzi ġirien fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kultura u l-edukazzjoni, għandhom jiġu promossi biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni reġjonali tagħhom;

77.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-programm il-ġdid Erasmus + jappoġġja l-mobilità ta' studenti u intraprendituri żgħażagħ mir-RUP billi jipprovdi l-ammont massimu ta' għajnuna; jitlob li dispożizzjonijiet identiċi jiddaħħlu fil-programm Ewropa Kreattiva; madankollu jixtieq li jitqiesu aħjar fil-qafas tal-programm Erasmus il-karatteristiċi komuni tar-RUP, permezz b'mod partikolari tal-promozzjoni ta' skambji fost ir-RUP; jiddispjaċih li minkejja l-premessa 37 tar-Regolament Erasmus +, li tipprovdi li "l-limitazzjonijiet imposti mid-distanza tar-RUP u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom jiġu kkunsidrati matul l-implimentazzjoni tal-programm", l-ammonti tal-allokazzjonijiet ta' mobilità tal-Erasmus huma ta' spiss insuffiċjenti meta mqabbla mal-ispejjeż attwali ta' spostament fil-metropoli tal-istudenti benefiċjarji mir-RUP;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-iskema ġdida ta' mobilità għaż-żgħażagħ, «Move2Learn, Learn2Move», għaċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-RUP kif ukoll tadatta l-ammonti ta' rimborż tal-mezz tat-trasport li huwa offert għall-ispejjeż reali li timplika bidla bejn ir-RUP u l-Ewropa kontinentali; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tillimitax din l-iskema biss għat-trasport ferrovjarju, fatt li jwassal għall-marġinalizzazzjoni taż-żgħażagħ mit-territorji ultramarittimi;

79.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm Natura 2000 mhux applikabbli għar-RUP Franċiżi filwaqt li dawn għandhom bijodiversità straordinarja iżda fraġli b'mod partikolari mill-effetti tat-tibdil fil-klima; Jitlob għalhekk l-implimentazzjoni ta' sistemi speċifiċi ta' protezzjoni kif ukoll is-sostenibilità tal-azzjoni preparatorja BEST bil-ħolqien ta' mekkaniżmu sostenibbli għall-iffinanzjar tal-proġetti ta' bijodiversità, valorizzazzjoni tas-servizzi ekosistemiċi, u adattament għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni ekstra-Ewropej;

80.  Jipproponi li jsir studju tal-impatt dwar il-possibilitajiet ta' applikazzjoni tal-programm Natura 2000 għar-RUP Franċiżi biex jiġu definiti l-għodod l-aktar adattati għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ambjent ta' dawn ir-reġjuni;

81.  Ifakkar li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, ippubblikata mill-Kummissjoni f'Ottubru 2015 u msemmija mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 1/2017, sabet li, minkejja l-progress sinifikanti miksub mill-2011 'l hawn fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri koperti bl-Objettiv Nru 1, l-isfidi ewlenin għadhom it-twettiq tal-komponent marittimu tan-netwerk Natura 2000 u l-garanzija ta' ġestjoni effettiva tas-siti u tal-finanzjament meħtieġ għall-appoġġ tan-Netwerk Natura 2000, li t-tnejn huma fatturi importanti għar-RUP;

82.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali Nru 1/2017, qieset li progress sinifikanti min-naħa tal-Istati Membri u sforzi addizzjonali min-naħa tal-Kummissjoni kienu meħtieġa sabiex jikkontribwixxu aktar għall-għanijiet ambizzjużi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2020;

83.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali ta' Jannar 2017, qieset li jinħtieġu aktar sforzi sabiex jistabbilixxu n-netwerk Natura 2000 sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu;

84.  Itenni li t-titjib tal-aċċess għall-internet irid jiżvolġi rwol ta' koeżjoni territorjali, il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs, il-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popli tar-RUP;

85.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi speċifiċi tar-RUP meta tittratta kwistjonijiet marbuta l-kopertura tan-netwerk diġitali;

86.  Jitlob għall-ħolqien ta' programm POSEI speċifiku għat-trasport sabiex jippromwovi l-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika ta' dawn ir-reġjuni u biex titnaqqas l-insularità u l-insularità doppja ta' ċerti RUP; jenfasizza li programm bħal dan għandu jipprevedi l-appoġġ għat-trasport ta' persuni u ta' merkanzija bejn ir-RUP u l-kontinent, fir-RUP nnifishom u bejn ir-RUP fil-qrib, bħall-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji; jenfasizza li jenħtieġ li dan il-programm jippromwovi wkoll il-kummerċ bejn dawn ir-reġjuni;

87.  Jenfasizza li r-RUP huma fost ir-reġjuni turistiċi pprivileġġjati u li huwa indispensabbli li jsir investiment f'netwerk tat-trasport ta' kwalità għolja u bi prezzijiet aċċessibbli, speċjalment fir-rigward tas-suq intern;

88.  Jistieden lill-UE timpenja ruħha b'mod deċiżiv fl-internazzjonalizzazzjoni tal-aċċess għar-RUP permezz tal-ħolqien ta' infrastrutturi u rotot ta' trasport sabiex jgħaqqdu dawn ir-reġjuni mal-kontinent Ewropew, il-pajjiżi terzi ġirien u l-bqija tad-dinja;

89.  Jitlob l-iskjerament fir-RUP ta' strateġija ġenwina industrijali Ewropea li twassal għall-ħolqien ta' impjiegi li ma jistgħux jiġu rilokati u bbażata fuq il-kapaċità tal-kumpaniji li jikkonsolidaw ir-rabtiet lokali tagħhom;

90.  Iqis li r-RUP jistgħu jikkostitwixxu postijiet privileġġjati għall-iżvilupp ta' proġetti pilota li l-miżuri tgaħhom għandhom jiġu applikati b'mod trażversali fl-Istati Membri differenti;

o
o   o

91.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) ĠU C 258E, 7.9.2013, p. 1.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0133.
(3) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2015, Il-Parlament u l-Kummissjoni/Il-Kunsill, C-132/14 sa C-136/14, ECLI:EU:C:2015:813.
(4) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.
(5) Testi adottati ta’ din id-data, P8_TA(2017)0195.

Avviż legali