Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2017 - StrasburguVerżjoni finali
L-ebda oġġeżżjoni għal att delegat: fondi taħt ġestjoni diretta fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
 Ftehim multilaterali dwar it-twaqqif ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) ***
 L-issoġġettar tal-akriloilfentanil għal miżuri ta’ kontroll *
 Ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja
 Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/002 FI/MICROSOFT 2
 Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I
 Inklużjoni tal-emissjonijiet u assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 ***I
 Format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz ***I
 Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4
 Importazzjoni ta’ għalf u ikel soġġett għal kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima
 Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017: ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; l-istabbiliment ta' pjanijiet tal-ACER u s-SESAR2
 Esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
 Ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina
 Korruzzjoni u drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi

L-ebda oġġeżżjoni għal att delegat: fondi taħt ġestjoni diretta fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
PDF 250kWORD 41k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni tal-fondi taħt ġestjoni diretta fost l-objettivi tal-Politika Marittima Integrata u l-Politika Komuni tas-Sajd (C(2017)03881 – 2017/2743(DEA))
P8_TA(2017)0331B8-0496/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03881),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-1 ta' Settembru 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 5 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(4) u 126(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fit-12 ta' Settembru 2017,

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.


Ftehim multilaterali dwar it-twaqqif ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) ***
PDF 256kWORD 44k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo(1) dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (15654/2016 – C8-0098/2017 – 2006/0036(NLE))
P8_TA(2017)0332A8-0260/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15654/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo(2) dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (08823/2/2006)

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0098/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0260/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija, tal-Bożnja u Ħerżegovina, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja, tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tar-Repubblika tal-Iżlanda, tar-Repubblika tal-Montenegro, tar-Renju tan-Norveġja, tar-Rumanija u tar-Repubblika tas-Serbja, u lill-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo.

(1)* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(2)* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


L-issoġġettar tal-akriloilfentanil għal miżuri ta’ kontroll *
PDF 245kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (08858/2017 – C8-0179/2017 – 2017/0073(NLE))
P8_TA(2017)0333A8-0284/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08858/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0179/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0284/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


Ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja
PDF 373kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja (2017/2025(INI))
P8_TA(2017)0334A8-0242/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Indja, li ġiet stabbilita fl-2004, u l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt għal Sħubija Strateġika UE-Indja tas-7 ta' Settembru 2005,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda għall-Azzjoni UE-Indja 2020, li ġiet adottata waqt it-Tlettax-il Summit UE-Indja, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' dak is-summit,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2001 dwar l-Ewropa u l-Asja: qafas strateġiku għal sħubijiet imsaħħa (COM(2001)0469),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2004 lill-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja: Sħubija Strateġika(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-tħejjija għas-Samit bejn l-UE u l-Indja (Marsilja, 29 ta' Settembru 2008)(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Indja, inklużi dawk dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-politika barranija tal-UE rigward il-BRICS u setgħat emerġenti oħra: objettivi u strateġiji(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni(8),

–  wara li kkunsidra l-missjoni li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu għamel fl-Indja fil-21-22 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra l-Ħdax-il Summit Asja-Ewropa (ASEM) li sar f'Ulan Bator fil-15-16 ta' Lulju 2016, u d-Disa' laqgħa tas-Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP), li saret f'Ulan Bator fil-21-22 ta' April 2016, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet rispettivi li ġew adottati minn dawn iż-żewġ laqgħat,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0242/2017),

A.  billi l-UE u l-Indja huma l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja, li t-tnejn li huma għandhom storja kulturali profonda tirfidhom u ħadu impenji qawwija b'mod konġunt favur il-promozzjoni tal-paċi, l-istabilità, is-sigurtà, il-prosperità, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġustizzja soċjali, kif ukoll favur ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali, għall-istat tad-dritt u għal governanza tajba;

B.  billi, tul dawn l-aħħar żewġ deċennji, l-UE u l-Indja bnew Sħubija Strateġika msejsa fuq valuri u interessi kondiviżi, minħabba l-fatt li huma sħab naturali u fatturi ta' stabilità f'din id-dinja multipolari; billi din is-Sħubija Strateġika jmissha tiġi approfondita, peress li għandha potenzjal kbir biex twassal għal dinamika ġdida fil-livell internazzjonali, inkluż f'dak tan-NU, u biex tindirizza kwistjonijiet bħall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jew il-kuntatti interpersonali;

C.  billi, waqt it-Tlettax-il Summit UE-Indija, li sar fit-30 ta' Marzu 2016 wara pawża ta' erba' snin, ġie adottat pjan direzzjonali ġdid għas-Sħubija Strateġika għall-ħames snin li jmiss;

D.  billi għadd ta' Dikjarazzjonijiet Konġunti ġew adottati waqt it-Tlettax-il Summit UE-Indja: dik dwar aġenda komuni dwar il-migrazzjoni u l-mobilità, dik dwar sħubija dwar l-ilma bejn l-UE u l-Indja, dik dwar sħubija dwar l-enerġija nadifa u l-klima u dik dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

E.  billi l-UE u l-Indja, bħala sħab importanti fl-oqsma ekonomiċi u kummerċjali u fl-investiment, u bir-rwol tal-UE bħala l-aktar sieħba kummerċjali importanti tal-Indja, ilhom mill-2007 involuti f'negozjati għal ftehim ambizzjuż ta' kummerċ ħieles u investiment, li suppost se jiġi konkluż kemm jista' jkun malajr; billi l-Aġenda għall-Azzjoni UE-Indja 2020 tafferma mill-ġdid l-impenn taż-żewġ partijiet biex jistabbilixxu klima ekonomika stabbli li tiffavorixxi l-espansjoni tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika;

F.  billi żieda fil-koordinament bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tar-relazzjoni tagħhom mal-Indja kieku tippermetti li s-Sħubija Strateġika tissaħħaħ ulterjorment;

G.  billi l-Indja hija demokrazija vibranti u soċjetà miftuħa bi stampa libera u soċjetà ċivili attiva; billi l-UE u l-Indja kellhom skambju regolari tal-aħjar prattiki fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż dwar kwistjonijiet relatati mal-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni u mal-istat tad-dritt, kif ukoll dwar it-trattament tal-migranti, ir-rispett għall-minoranzi u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, hekk kif impenjat ruħha li tagħmel l-UE;

Is-sisien solidi ta' sħubija siewja

1.  Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għal sħubija aktar b'saħħitha u profonda bejn l-UE u l-Indja, b'għeruq fil-kollegamenti politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali qawwija bejniethom u msejsa fuq il-valuri kondiviżi tad-demokrazija u l-pluraliżmu, kif ukoll fuq ir-rispett reċiproku u l-interessi komuni;

2.  Jikkunsidra li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ sħab jista' jikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-trawwim tal-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali f'dinja li qed taffaċċja bosta sfidi fil-livell globali, bħat-tensjonijiet fil-qasam tas-sigurtà, in-nuqqas ta' rispett lejn id-dritt internazzjonali, it-terroriżmu, l-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fil-livell transnazzjonali, il-migrazzjoni mhux regolata u t-traffikar ta' bnedmin, l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-faqar, l-inugwaljanza u n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-populiżmu li qiegħed jikber;

3.  Jirrileva l-fatt li, fir-rwol tagħhom bħala l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja, l-UE u l-Indja għandhom responsabilità komuni li jippromwovu l-kawża tal-paċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, anke permezz tal-kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-livell tan-NU;

4.  Jemmen li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Indja kibret b'mod sinifikanti fil-kwalità u fl-ambitu minn mindu ġiet adottata d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-1993; jirrileva l-importanza tas-Sħubija Strateġika UE-Indja li ġiet stabbilita fl-2004 u li kienet intenzjonata biex tirrikonoxxi r-rabtiet stretti bejniethom u biex tieħu lir-relazzjonijiet tagħhom f'livell ogħla u aktar intensiv;

5.  Jirrileva l-fatt li s-sħubija bejn l-UE u l-Indja għadha ma laħqitx il-potenzjal sħiħ tagħha; jikkunsidra li hemm bżonn ta' impenn politiku aktar qawwi fuq iż-żewġ naħat biex ir-relazzjoni ssir waħda aktar dinamika u siewja għall-isfidi li ż-żewġ sħab qed jaffaċċjaw fil-livell reġjonali u f'dak internazzjonali; jappella biex jiġi intensifikat l-investiment fit-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-UE 27 u l-Indja; jissottolinja l-importanza li ssir valutazzjoni sħiħa tal-funzjonament tas-sħubija strateġika fil-ġenerazzjoni ta' ideat dwar il-modi possibbli biex isir progress fir-rigward tagħha;

Sħubija aktar b'saħħitha għall-benefiċċju reċiproku tal-UE u l-Indja

6.  Jilqa' l-fatt li t-Tlettax-il Summit UE-Indja sar fi Brussell nhar it-30 ta' Marzu 2016; iħeġġeġ lill-UE u lill-Indja jorganizzaw summits fuq bażi annwali, kif impenjaw ruħhom li jagħmlu, peress li tali laqgħat ta' livell għoli jikkontribwixxu biex iżidu l-kooperazzjoni, il-fehim reċiproku u l-viżibilità reċiproka;

7.  Jilqa' l-fatt li ġiet adottata l-Aġenda għall-Azzjoni UE-Indja 2020, li tikkostitwixxi pjan direzzjonali għall-intensifikazzjoni tas-Sħubija Strateġika tul il-ħames snin li ġejjin; jieħu nota pożittiva tad-diversi oqsma ta' kooperazzjoni li tnedew mill-ġdid fl-2016, bħas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni u l-mobilità, il-kummerċ, it-trasferiment tat-teknoloġija u tal-kultura, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp, l-enerġija u l-ilma; jappella favur l-implimentazzjoni effikaċi tal-Aġenda bi stadji u skadenzi ċari;

8.  Itenni l-appoġġ tiegħu biex jiġi stabbilit ftehim ta' kummerċ ħieles ambizzjuż u komprensiv bejn l-UE u l-Indja, li suppost se jkun ekonomikament, soċjalment u politikament siewi għaż-żewġ naħat; ifakkar li l-UE hija l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja u li l-Indja għandha waħda mill-ogħla rati ta' tkabbir tal-PDG fid-dinja kollha kemm hi; ifakkar ukoll li l-UE hija s-sieħba ewlenija tal-Indja f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ u mal-investiment, u li l-flussi ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni bejniethom it-tnejn huma relattivament ekwilibrati;

9.  Jieħu nota pożittiva tal-fatt li l-UE u l-Indja qegħdin jerġgħu jinvolvu ruħhom f'diskussjoni dwar il-modi kif jipproċedu bin-negozjati rigward Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, magħruf ukoll bħala Ftehim ta' Kummerċ u Investiment b'Bażi Wiesgħa; iħeġġeġ liż-żewġ naħat biex, bil-ħsieb li jikkonkludu kemm jista' jkun malajr il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, ikomplu bin-negozjati bi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju għal xulxin u filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali li ż-żewġ naħat impenjaw ruħhom li jirrispettaw, inklużi dawk stabbiliti fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll il-prinċipju tar-responsabilità soċjali korporattiva; jirrikonoxxi li tali ftehim, jekk ikun ibbilanċjat biex iqis bl-istess mod il-kwistjonijiet li jikkonċernaw liż-żewġ naħat, jista' jiżgura li l-miżuri jkunu ta' benefiċċju kemm għaċ-ċittadini Ewropej kif ukoll għal dawk Indjani, anke billi jiġġieldu l-faqar u jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jirrakkomanda li, fil-livell tal-UE, tiġi adottata strateġija konsistenti għar-relazzjonijiet tagħha mal-Indja, bi prijoritajiet ċari; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li kemm l-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll l-Istati Membri jimplimentaw tali strateġija b'mod koerenti u koordinat; jikkunsidra li l-prijoritajiet tal-UE għall-Indja jistgħu jiġu definiti wkoll fi strateġija aġġornata għar-relazzjonijiet UE-Asja;

11.  Jilqa' l-impenn li ħa l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li jrawwem l-investiment fuq żmien twil ġol-Indja fl-infrastruttura li tkun essenzjali għal żvilupp ekonomiku u soċjali li jkun sostenibbli għall-ambjent; jappella lill-BEI biex jimplimenta dan l-impenn u jqawwi l-appoġġ tiegħu favur l-iżvilupp sostenibbli ġol-Indja;

12.  Jirrileva l-importanza ta' djalogu strutturat interparlamentari għall-funzjonament tas-Sħubija Strateġika; jinkoraġġixxi lill-iSpeaker tal-parlament Indjan biex jgħaqqad Grupp ta' Ħbiberija Indja-Ewropa li jkun jinkludi lil deputati miż-żewġt ikmamar tal-parlament Indjan, il-Lok Sabha u r-Rajya Sabha, u jservi ta' kontroparti għad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Indja;

Aġenda estensiva għall-kooperazzjoni rigward il-politika estera u ta' sigurtà

13.  Itenni li, fl-ambjent internazzjonali tal-ġurnata tal-lum, kemm l-UE kif ukoll l-Indja qed jaffaċċjaw sfidi urġenti fil-qasam tas-sigurtà, li jirrikjedu rispons diplomatiku flimkien ma' deterrent aktar qawwi, ir-rispett għad-dritt internazzjonali u kooperazzjoni fost l-istati demokratiċi;

14.  Jenfasizza l-potenzjal sinifikanti biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn l-UE u l-Indja fir-rigward tal-politika estera u ta' sigurtà; jinsab konvint li djalogu regolari u konsistenti jista' jwitti t-triq għal fehim reċiproku u, għaldaqstant, għal aktar koordinament bejn l-aġendi fil-qasam tal-affarijiet barranin tal-UE u l-Indja fil-livell reġjonali u f'dak internazzjonali, inkluż dwar kwistjonijiet li jkunu ġew adottati approċċi differenti fir-rigward tagħhom fl-imgħoddi;

15.  Jilqa' l-impenn li ttieħed fl-Aġenda għall-Azzjoni UE–Indja 2020 biex jitwaqqfu forums għall-Konsultazzjonijiet fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà; jissottolinja l-valur miżjud li ġġib magħha żieda fil-frekwenza u fl-importanza tal-iskambji ta' livell għoli fil-qasam tal-affarijiet barranin u s-sigurtà;

16.  Jappella biex l-UE, flimkien mal-Istati Membri, u l-Indja jkomplu u jqawwu l-isforzi tagħhom fil-promozzjoni ta' multilateraliżmu effikaċi u bbażat fuq ir-regoli fil-livell globali; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kunsill biex isostnu r-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża t-talba tal-Indja biex issir Membru Permanenti; jinkoraġġixxi lill-UE u l-Indja jikkoordinaw kemm jista' jkun il-pożizzjonijiet u l-inizjattivi tagħhom fil-livell tan-NU rigward il-kwistjonijiet fejn il-kooperazzjoni bejniethom tista' tagħmel differenza, kif ukoll fil-forums internazzjonali l-oħra, bħad-WTO;

17.  Jirrikonoxxi l-iskambji siewja u intensifikati rigward il-kwistjonijiet ta' tħassib globali li qed iseħħu fil-qafas tal-Laqgħa Asja-Ewropa – forum għal kooperazzjoni multilaterali fejn huma inklużi kemm l-UE u kemm l-Indja; jappoġġa l-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali li qed iseħħu fl-Asja, kemm f'livell politiku, kif ukoll f'wieħed ekonomiku, peress li jistgħu jagħtu kontribut pożittiv għat-tnaqqis tal-għadd ta' kunflitti u għall-prosperità tar-reġjun;

18.  Jenfasizza l-valur miżjud sinifikanti tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja fl-appoġġ għall-proċessi demokratiċi fl-Asja; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li l-UE u l-Indja jikkoordinaw bejniethom l-għajnuna umanitarja u l-politiki tal-iżvilupp tagħhom, minħabba l-livell għoli ta' attività fil-qasam tal-iżvilupp li ż-żewġ naħat qed iwettqu fl-Asja, b'mod li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għall-proċessi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi kkonċernati, inkluż għall-minoranzi u l-apolidi, bħall-poplu Rohingya; jappella biex id-djalogu, għal dan l-għan, jiġi intensifikat;

19.  Jinnota d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-UE u l-Indja dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tat-30 ta' Marzu 2016 li hija mmirata biex tqawwi l-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu; jissottolinja l-importanza li l-kooperazzjoni bejn is-servizzi ta' sigurtà u s-servizzi għall-inforzar tal-liġi tal-UE u tal-Indja titkompla taħt l-arranġament eżistenti fi ħdan l-Europol; jirrakkomanda li jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta' informazzjoni bejn l-Indja u l-UE, inkluż mal-Istati Membri tagħha; jinkoraġġixxi liż-żewġ naħat biex, flimkien, jippromwovu l-adozzjoni tal-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali fil-livell tan-NU, kif ukoll iż-żieda tal-effikaċja ta' deżinjazzjoni ta' organizzazzjoni bħala entità terroristika min-naħa tan-NU;

20.  Jisħaq fuq l-importanza ta' kooperazzjoni aktar profonda bejn l-UE u l-Indja fir-rigward tal-Afganistan, speċifikament biex tikkontribwixxi għal proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni li jkun immexxi mill-poplu Afgan u jappartjeni għalih, għall-kostruzzjoni ta' istituzzjonijiet stabbli u ta' stat li jiffunzjona, u għall-ħolqien ta' ambjent politiku u ekonomiku li jippermetti li l-paċi u s-sigurtà jiġu kkonsolidati; jinkoraġġixxi, b'mod partikolari, it-tisħiħ tal-koordinament politiku rigward il-kwistjonijiet fil-qasam tas-sigurtà u f'dak militari, l-appoġġ għall-iżvilupp u l-miżuri biex jiġi indirizzat il-kuntest reġjonali; jenfasizza li l-Proċess tal-Qalba tal-Asja jirrappreżenta forum importanti għall-bini tal-fiduċja reġjonali u l-kooperazzjoni politika;

21.  Jappella biex tingħata ħajja ġdida għall-isforzi ta' riavvicinament u biex jerġgħu jiġu stabbiliti r-relazzjonijiet ta' bon viċinat bejn l-Indja u l-Pakistan permezz ta' djalogu komprensiv u possibbilment approċċ gradwali, li jibda b'diskussjoni dwar il-kwistjonijiet tekniċi u l-miżuri għall-bini tal-fiduċja u li, finalment, iwassal biex isiru laqgħat politiċi ta' livell għoli; jissottolinja l-importanza tad-dimensjoni bilaterali fil-ħidma biex tiġi stabbilita paċi u kooperazzjoni dejjiema bejn l-Indja u l-Pakistan, li kieku jikkontribwixxu b'mod pożittiv għas-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun; jissottolinja, barra minn hekk, ir-responsabilità fil-konfront tal-paċi li hija d-dmir taż-żewġt istati fir-rwol tagħhom bħala potenzi nukleari; jappella biex l-UE tinkoraġġixxi u ssostni l-proċess ta' rikonċiljazzjoni bejn l-Indja u l-Pakistan; jisħaq fuq l-importanza enormi tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, fil-forom u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu, inkluż it-terroriżmu sponsorjat minn stati;

22.  Jirrakkomanda li jkun hemm kooperazzjoni ulterjuri fir-rigward tad-diżarm universali, tan-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u tas-sigurtà nukleari, li huma objettivi li kemm l-UE u kemm l-Indja impenjaw ruħhom favurihom; jappella, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri kollha biex isostnu t-talba tal-Indja biex ikollha aċċess għal skemi għall-kontroll tal-esportazzjoni bħall-Grupp ta' Fornituri Nukleari, is-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili, il-Ftehim ta' Wassenaar u l-Grupp Awstralja; jilqa' l-fatt li l-Indja rratifikat il-Protokoll Addizzjonali tal-IAEA;

23.  Jilqa' l-pożizzjoni soda li ħadu kemm l-Indja kif ukoll l-UE fir-rigward tal-programmi ta' missili ballistiċi u nukleari illegali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, li jikkostitwixxu theddida għall-paċi reġjonali u internazzjonali, u jinkoraġġixxi kooperazzjoni ulterjuri biex tiġi żgurata implimentazzjoni estensiva tas-sanzjonijiet tan-NU kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea;

24.  Jieħu nota tat-tħassib tal-Indja rigward iċ-Ċina, b'mod partikolari minħabba l-politika assertiva ta' din tal-aħħar fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, il-modernizzazzjoni militari sostanzjali tagħha, ir-relazzjoni strateġika tagħha mal-Pakistan u l-kwistjonijiet relatati mal-fruntieri li għadhom iridu jiġu riżolti; jikkunsidra li djalogu ġenwin ibbażat fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali biss jista' jikkontribwixxi biex jingħelbu dawn id-differenzi u biex tinbena l-fiduċja;

25.  Jieħu nota pożittiva tal-appoġġ li esprimew iż-żewġ naħat waqt it-Tlettax-il Summit UE-Indja favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Minsk mill-partijiet kollha fir-rigward tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna; ifakkar li l-UE kkundannat b'mod qawwi l-azzjonijiet aggressivi min-naħa tar-Russja u li l-politika tal-UE hija li ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sebastopli; jittama li, permezz tad-djalogu, l-UE u l-Indja jistgħu jallinjaw ulterjorment il-pożizzjonijiet tagħhom;

26.  Jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Indja jkomplu bl-iskambju ta' fehmiet, kemm matul is-summits kif ukoll matul il-konsultazzjonijiet regolari tagħhom fl-oqsma tal-affarijiet barranin u s-sigurtà, rigward is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u rigward l-oqsma ta' kooperazzjoni possibbli li jistgħu jtejbu l-istabilizzazzjoni tar-reġjun, anke permezz ta' miżuri fil-livell internazzjonali; jiġbed l-attenzjoni, b'mod partikolari, għall-importanza tal-kooperazzjoni biex tiġi żgurata soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja skont il-qafas eżistenti li ntlaħaq ftehim dwaru fi ħdan in-NU bi qbil mal-Komunikat ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012, u biex jingħata appoġġ għar-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta' wara l-ftehim, ladarba tkun qed tiġri tranżizzjoni politika kredibbli li tkun immexxija mill-poplu Sirjan u li tappartjeni għalih;

27.  Jisħaq li l-UE u l-Indja jistgħu jsaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejniethom fir-rigward tal-pajjiżi Afrikani biex jiżguraw li l-isforzi tagħhom fil-qasam tal-iżvilupp ikunu komplementari;

28.  Jisħaq fuq il-benefiċċji reċiproċi sinifikanti li l-UE u l-Indja jistgħu jisiltu jekk jintensifikaw il-kooperazzjoni bejniethom fl-oqsma bħas-sigurtà marittima, iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-migrazzjoni u l-mobilità;

29.  Jissottolinja l-fatt li l-UE u l-Indja jikkondividu interessi vitali u jisħaq li jmisshom jintensifikaw il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-piraterija, iżda anke fir-rigward tal-preżervazzjoni tal-paċi u tal-istabilità u l-iżgurar tar-rotot ta' komunikazzjoni fuq il-baħar fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u l-Oċean Indjan; jirrakkomanda għalhekk li jiġu żviluppati proċeduri operattivi standard b'mod konġunt fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-ġlieda kontra l-piraterija, kif ukoll li jiġi żviluppat fehim komuni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar li jqis il-libertà ta' navigazzjoni, isolvi l-kwistjonijiet pendenti kollha u jidentifika dawk il-miżuri konġunti l-aktar xierqa għall-kooperazzjoni fi ħdan il-qafas tal-konvenzjoni;

30.  Jilqa' l-fatt li, waqt it-Tlettax-il Summit UE-Indja f'Marzu 2016, l-UE u l-Indja adottaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar sħubija dwar l-enerġija nadifa u l-klima; jissottolinja l-impatt pożittiv tal-Indja u l-UE fuq in-negozjati rigward il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u t-tmexxija globali taż-żewġ sħab; iħeġġeġ liż-żewġ sħab jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-firmatarji kollha jimplimentaw il-ftehim; jappella f'dan ir-rigward biex tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja fil-qasam tal-enerġija, u fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli b'mod partikolari;

31.  Jinnota b'interess il-fatt li, waqt it-Tlettax-il Summit UE-Indja f'Marzu 2016, l-UE u l-Indja adottaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar sħubija dwar l-ilma; jappella biex l-Unjoni, għaldaqstant, issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Indja u tintensifika l-appoġġ tagħha għall-proġetti Indjani għall-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma bħall-proġett "Clean Ganga";

32.  Jieħu nota pożittiva tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar aġenda komuni dwar il-migrazzjoni u l-mobilità, li hija mmirata biex tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni fir-rigward tal-promozzjoni tal-migrazzjoni regolari, il-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u tat-traffikar ta' bnedmin, u l-massimizzazzjoni tal-impatt fuq l-iżvilupp tal-mobilità;

33.  Jikkunsidra li jkun xieraq li l-iskambji interpersonali jkunu waħda mid-dimensjonijiet ewlenin tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Indja; jissottolinja b'mod partikolari l-importanza li jissaħħu l-iskambji fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u r-riċerka xjentifika, inkluża l-informatika, u jilqa' għaldaqstant iż-żieda fl-għadd ta' skambji bejn studenti fl-ambitu tal-programm Erasmus+, li jkun tajjeb li jkompli jiġi estiż; jieħu nota pożittiva bl-istess mod tal-prospetti għal kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-ħiliet u fi ħdan il-qafas tal-inizjattiva "Make in India", kif inhuma deskritti fl-Aġenda għall-Azzjoni 2020, u jissottolinja l-importanza tagħhom għall-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali u soċjali; jappella biex, f'dawn il-programmi, jiġi inkluż għadd indaqs ta' studenti, xjenzjati, riċerkaturi u professjonisti nisa;

Skambju msaħħaħ rigward id-dimensjoni relatata mad-drittijiet tal-bniedem tas-sħubija

34.  Jilqa' l-fatt li reġa' ġie affermat l-impenn favur l-intensifikazzjoni tal-iskambji rigward id-dimensjoni relatata mad-drittijiet tal-bniedem tas-Sħubija Strateġika UE-Indja, peress li ċ-ċittadini miż-żewġ naħat jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-kwistjonijiet numerużi relatati mad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li jitqawwew l-iskambju u l-koordinament bejn iż-żewġ sħab fi ħdan il-qafas tan-NU, inkluż fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru fl-ambitu tal-Eżami Perjodiku Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jissottolinja bl-istess mod l-importanza tad-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota li ilu ma jsir skambju mill-2013 u jħeġġeġ biex isir djalogu malajr kemm jista' jkun;

35.  Ifakkar li ilu żmien jopponi l-piena tal-mewt f'kull każ u f'kull ċirkostanza; itenni l-appell tiegħu għal moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet fl-Indja;

36.  Ifakkar li l-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni huma parti integrali minn soċjetà demokratika vibranti; jifhem il-ħtieġa li jittieħdu miżuri biex tiżdied it-trasparenza tal-attivitajiet iffinanzjati minn atturi barranin li jistgħu jippreżentaw riskju għall-paċi u l-istabilità jew għas-sigurtà interna, u biex jiġu introdotti limitazzjonijiet għalihom; jesprimi tħassib madankollu rigward l-effetti fuq il-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni tal-liġi Indjana attwali dwar il-parteċipazzjoni barranija fil-finanzjament tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (l-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontribuzzjonijiet Barranin);

37.  Jirrikonoxxi l-isforzi sinifikanti li saru mill-awtoritajiet Indjani bil-ħsieb li jiġġieldu kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni abbażi tal-kasta; jinnota bi tħassib li, madankollu, din id-diskriminazzjoni abbażi tal-kasta għadha sors ta' abbuż, u jinkoraġġixxi għalhekk lill-awtoritajiet tal-Indja biex iqawwu l-isforzi tagħhom biex jeqirdu dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi barra minn hekk lill-Indja biex tiżgura l-protezzjoni sħiħa tal-minoranzi, b'mod partikolari dawk reliġjużi u etniċi, u jissottolinja l-importanza li tiġi promossa t-tolleranza għad-diversità fil-prevenzjoni tal-vjolenza bejn il-komunitajiet; jilqa' l-fatt li l-Qorti Suprema tal-Indja ordnat investigazzjoni mill-ġdid tal-proċessi kontra l-vjolenza li saret fil-konfront tal-insara fl-2008 u kumpens adegwat għall-vittmi;

38.  Iħeġġeġ lill-Indja tirratifika l-Konvenzjoni kontra t-Tortura flimkien mal-protokoll fakultattiv tagħha u l-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;

39.  Jikkunsidra li, fil-kuntest tal-impenn li l-UE u l-Indja affermaw mill-ġdid favur it-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tan-nisa jmisshom jiġu inklużi fl-aġenda tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn iż-żewġ sħab; jilqa' l-impenn li ħa l-Gvern Indjan biex itejjeb id-drittijiet tan-nisa u jintroduċi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-programmazzjoni tal-politiki, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Indjani jieħdu passi ulterjuri biex jinvestigaw u jipprevjenu l-vjolenza abbażi ta' sess u jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-UE qed tiffinanzja proġetti fl-Indja li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, u jirrakkomanda li dan il-finanzjament jinżamm; jappella biex jittejbu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ u biex it-taqsima 377 tal-Kodiċi Penali tiġi revokata;

o
o   o

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indja.

(1) ĠU L 77, 15.03.2014, p. 77.
(2) ĠU C 174 E, 14.07.2005, p. 179.
(3) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.
(4) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 69.
(5) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 1.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0120.
(7) ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 34.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0424.


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja
PDF 335kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja (COM(2017)0540 – C8-0199/2017 – 2017/2101(BUD))
P8_TA(2017)0335A8-0280/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0540 – C8-0199/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0280/2017),

1.  Jinnota li d-deċiżjoni tirrappreżenta l-ogħla mobilizzazzjoni unika li qatt kien hemm tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

2.  Jinnota li l-livell limitu massimu tal-ħlas bil-quddiem stipulat fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) spiss jaf jirrappreżenta miżura ta' għajnuna insuffiċjenti għal dawk id-diżastri li huma kklassifikati bħala "diżastri naturali maġġuri"; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi kkunsidrat livell limitu ogħla għal dawk l-ewwel kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi sabiex il-ħsarat ikkawżati minn din il-kategorija ta' diżastri jiġu ffaċċjati b'mod effettiv u rapidu;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u r-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

4.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1599.)

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143).


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja
PDF 332kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jakkumpanja l-proposta li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja (11813/2017 – C8-0304/2017 – 2017/2109(BUD))
P8_TA(2017)0336A8-0281/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, kif adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017, adottat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0541),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11813/2017 – C8-0304/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0281/2017),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 jirrigwarda l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta' EUR 1 196 797 579 fir-rigward tat-terremoti li seħħew fl-Italja bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria,

B.  billi l-ammont ta' EUR 30 000 000 diġà tħallsu f'dan il-każ ta' FSUE permezz ta' ħlas bil-quddiem mill-Baġit tal-Unjoni għall-2016,

C.  billi dik il-mobilizzazzjoni kienet tirrappreżenta l-akbar mobilizzazzjoni tal-FSUE li qatt saret;

D.  billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017 huwa li formalment idaħħal dan l-aġġustament baġitarju korrispondenti tiegħu fil-baġit tal-Unjoni għall-2017,

E.  billi bħala konsegwenza l-Kummissjoni qed tipproponi li temenda l-baġit 2017 u żżid l-Artikolu 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 1 166 797 579 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

F.  billi, filwaqt li l-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE f'dan l-istadju tas-sena hu ta' EUR 293 971 080 inqas mill-ammont propost, il-Kummissjoni tipproponi li tkopri din id-differenza mill-ammont annwali disponibbli fl-2018, bi qbil mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar il-QFP; billi din il-possibbiltà qatt ma ntużat qabel,

G.  billi l-FSUE kif definit fir-Regolament dwar il-QFP huwa strument speċjali u l-approprazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti għandhom ikunu bbaġitjati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP,

H.  billi l-Kummissjoni qed tipproponi r-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġa fi ħdan il-baġit tal-Unjoni għall-2017, u li tirriforni r-riżerva negattiva maħluqa mill-Baġit Emendatorju Nru 1/2017 (EUR 70 402 434) mil-linji baġitarji għall-programmi tal-fondi strutturali għall-2007-2013,

1.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja mill-FSUE għar-reġjuni milquta minn diżastri naturali; jinnota li l-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-istrumenti kollha tal-Unjoni disponibbli huwa tal-ogħla importanza, biex jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b'mod effikaċi għall-attivitajiet ta' rikostruzzjoni u għall-azzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa;

2.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017, kif imressaq mill-Kummissjoni;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2017;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 28.2.2017.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/002 FI/MICROSOFT 2
PDF 355kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/002 FI/Microsoft 2) (COM(2017)0322 – C8-0193/2017 – 2017/2098(BUD))
P8_TA(2017)0337A8-0278/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0322 – C8-0193/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0278/2017),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu;

C.  billi l-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/002 FI/Microsoft 2 għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont il-kriterji ta' intervent tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, wara 1 248 sensja minn Microsoft Mobile Oy u 11-il fornitur u produttur downstream tagħha fil-Finlandja, li joperaw fis-settur ekonomiku kklasifikat taħt ir-Reviżjoni 2 Diviżjoni 62 tan-NACE (Programmar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati);

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, il-Finlandja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 3 520 080 skont dan ir-Regolament, ammont li jirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 5 559 300;

2.  Jinnota li l-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni tagħha fl-1 ta' Frar 2017, u li wara informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Finlandja, il-valutazzjoni tagħha ġiet konkluża mill-Kummissjoni fil-21 ta' Ġunju 2017;

3.  Ifakkar li l-Microsoft akkwistat in-negozju tat-telefon ċellulari Nokia, u li l-Microsoft Mobile Oy kienet stabbilita fl-2014; jinnota li madwar 4 700 impjegat tan-Nokia ġew trasferiti għall-Microsoft Mobile Oy fil-Finlandja;

4.  Jinnota li r-raġuni prinċipali għas-sensji fil-Microsoft Mobile Oy kienet il-kompetizzjoni mondajli fis-settur tat-telefonija ċellulari u t-telf tas-sehem tas-suq konsegwenti mill-Microsoft Mobile Oy u mis-sistema operazzjonali tagħha bbażata fuq il-Windows; jinnota li t-tnaqqis seħħ minkejja l-fatt li l-Microsoft Mobile Oy nediet apparat portabbli ġdid u investiet fid-disinn, il-komponenti u l-kummerċjalizzazzjoni;

5.  Jirrikonoxxi, b'dispjaċir, l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-manifatturi tal-mowbajls tal-UE; iqis li jeħtieġ li jiġi offrut appoġġ xieraq b'tali mod li l-ħaddiema milquta jkunu jistgħu jitħarrġu mill-ġdid ħalli jkunu f'pożizzjoni aħjar biex isibu impjiegi f'setturi industrijali relatati jew li qed jespandu;

6.  Jikkonkludi li s-sensji kellhom rabta mat-tibdil fil-manifattura ta' apparat portabbli għal pajjiżi b'rata ta' pagi inferjuri; jinnota li r-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta' manifatturar tal-ismartphone kienu l-manifatturi bbażati fl-Istati Uniti u fl-Asja li jużaw sistema operattiva Android jew iOS;

7.  Jirrikonoxxi li r-reġjuni milquta ta' Helsinki-Uusimaa, Länsi-Suomi u Etelä-Suomi diġà esperjenzaw sensji estensivi minn ditti li joperaw fis-setturi tal-elettronika u tas-softwer u li r-reġjuni ta' Länsi-Suomi u Etelä-Suomi għandhom rati ta' qgħad reġjonali għoljin (14,6 % u 17,5 % tal-forza tax-xogħol rispettivament); jinnota li 1 000 mill-1 248 ħaddiem li ngħataw is-sensja u li huma eliġibbli għall-kontribuzzjoni mill-FEG huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;

8.  Jinnota li 92,5 % tal-benefiċjarji indirizzati huma tal-età ta' bejn it-30 u l-54 sena u li bosta mill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom livell ta' edukazzjoni għoli; jinnota li r-rati ta' qgħad ta' persuni b'livell ta' edukazzjoni għoli żdiedu b'mod konsiderevoli fit-tliet reġjuni kollha; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni diġà diffiċli ta' qgħad ta' persuni b'edukazzjoni u ħiliet għolja, li l-prospettivi ta' impjieg tagħhom tradizzjonalment huma tajbin;

9.  Jinnota li l-Finlandja qiegħda tippjana sitt tipi ta' miżuri: (i) miżuri ta' kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn, (ii) impjiegi u servizzi tan-negozju, (iii) taħriġ, (iv) għotjiet għal negozji ġodda, (v) pagi ssussidjati u (vi) allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni; jinnota li dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol; jinnota li ġew allokati biżżejjed fondi għall-kontroll u r-rapportar;

10.  Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu huma ekwivalenti għal 26,74 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, perċentwal li huwa taħt il-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' xogħol jew ta' taħriġ;

11.  Jenfasizza l-importanza ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol bl-appoġġ tal-FEG; jinnota li f'każijiet preċedenti tal-FEG is-servizz dirett għal ħaddiema li ngħataw is-sensja wera kemm huwa ferm utli;

12.  Jilqa' l-fatt li s-servizz tan-netwerk EURES qed jintuża biex ir-reklami għal impjiegi barranin jiġu mgħoddija lill-Finlandiżi li qed ifittxu xogħol; jilqa' pożittivament il-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi qegħdin iħeġġu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja biex jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt tagħhom ta' libertà ta' moviment;

13.  Jifhem li l-miżuri ta' taħriġ iffinanzjati mill-FEG se jkunu komplementari għal dawk iffinanzjati minn fond stabbilit mill-kumpanija biex tgħin lill-ex impjegati jibdew negozji żgħar fis-settur tal-IT u f'setturi oħrajn; jilqa' din l-inizjattiva;

14.  Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji indirizzati fit-12 ta' Lulju 2016, ferm qabel l-applikazzjoni għal appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

15.  Jilqa' l-fatt li seħħew il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, inklużi r-rappreżentanti taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku ("iċ-ċentri ELY"), tal-uffiċji tal-Impjiegi u l-Iżvilupp Ekonomiku ("l-uffiċċji TE") tar-reġjuni kkonċernati, ta' Microsoft, tal-Industriji Teknoloġiċi tal-Finlandja, tat-Trade Union Pro, tal-Unjoni tal-Inġiniera Professjonali fil-Finlandja u tal-Aġenzija Finlandiża tal-Finanzjament għall-Innovazzjoni;

16.  Ifakkar li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG, għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli;

17.  Jirrikonoxxi li l-applikazzjoni attwali hija l-kontinwazzjoni ta' sensiela ta' applikazzjonijiet preċedenti mill-Finlandja, b'segwitu għad-deklin tan-Nokia (EGF/2007/003 FI/Perlos, EGF/2012/006 FI/Nokia Salo, EGF/2013/001 FI/Nokia, EGF/2015/001 FI/Broadcom, EGF/2015/005 FI/Computer Programming, EGF/2016/001 FI/Microsoft u EGF/2016/008 FI/Nokia Network Systems);

18.  Jinnota li hemm għaddej intervent tal-FEG (EGF/2016/001 FI/Microsoft) immirat biex jappoġġa lill-ħaddiema li aktar kmieni ngħataw is-sensja mill-Microsoft; jisħaq li l-benefiċjarji indirizzati minn din il-proposta huma distinti mill-benefiċjarji ta' dak il-każ;

19.  Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi pprovdew assigurazzjonijiet li l-azzjonijiet proposti mhux se jirċievu appoġġ finanzjarju minn strumenti finanzjarji jew fondi oħra tal-Unjoni, li kwalunkwe rduppjar ta' finanzjament se jiġi evitat u li dawn se jkunu komplemantari ma' azzjonjijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

20.  Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett ikkoordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali nnifsu;

21.  Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi la l-azzjonijiet li jkunu r-responsabilità tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; jinnota li l-Finlandja kkonfermat li huwa minnu li l-kontribuzzjoni mill-FEG mhijiex se tissostitwixxihom;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti relatati mal-każijiet tal-FEG;

23.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/002 FI/Microsoft 2

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1600.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I
PDF 620kWORD 64k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))(1)
P8_TA(2017)0338A8-0258/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdid)
(2a)  Il-protezzjoni tal-ambjent hija waħda mill-isfidi l-iktar importanti li qed taffaċċja l-Unjoni.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)   Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira vinkolanti sabiex sal-2030 ikun hemm tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha ta' mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990. Il-laqgħa tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi. Il-konklużjonijiet ta' Ottubru 2014 tal-Kunsill Ewropew ipprevedew li l-mira għandha tintlaħaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet.
(3)   Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira vinkolanti sabiex sal-2030 ikun hemm tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha ta' mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990. Il-laqgħa tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 ipprevedew li l-mira għandha tintlaħaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u sabiex dan isir, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tipprovdi pjattaforma għall-iskambju bejn l-Istati Membri tal-aħjar prattiki u tat-tagħlimiet misluta fis-settur tal-mobilità b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdid)
(3a)  EU ETS riformata u li tiffunzjona sew bi strument imsaħħaħ għall-istabbilizzazzjoni tas-suq se jkunu l-istrumenti Ewropej ewlenin għall-kisba tal-mira ta' tnaqqis ta' 40 %, b'fattur lineari u allokazzjoni mingħajr ħlas wara l-2020. Is-sehem tal-irkant għandu jkun espress bħala ċifra perċentwali fl-att leġiżlattiv, biex tittejjeb iċ-ċertezza tal-ippjanar fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' investiment, biex tiżdied it-trasparenza, biex tiġi minimizzata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u biex is-sistema ġenerali ssir aktar sempliċi u aktar faċli biex wieħed jifhimha. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni u mal-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi, u allinjati mad-Djalogu Faċilitattiv tal-2018, mal-ewwel rendikont globali fl-2023, u ma' rendikonti globali sussegwenti kull ħames snin wara, maħsuba biex jiġu infurmati l-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali (NDCs) suċċessivi.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.
(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 20111a, li l-inklużjoni ta' titjiriet mhux fiż-ŻEE fl-EU ETS ma tmurx kontra d-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, mill-2004 u l-2008 l-Istati Membri impenjaw ruħhom mill-ġdid li jimplimentaw il-kunċett ta' Ajru Uniku Ewropew, meta qiesu t-tkabbir fil-volum tat-traffika bl-ajru fis-snin li ġejjin. Sabiex jinkiseb progress fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru trid titħaffef l-implimentazzjoni ta' SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew), u jridu jiġu appoġġjati teknoloġiji innovattivi taħt l-proġett Clean Sky. L-introduzzjoni, permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tikkontribwixxi għal aktar progress fir-rigward tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-avjazzjoni. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.
_________________
1aIs-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2011, Air Transport Association of America u Oħrajn vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, C-366/10, ECLI:EU:C:2011:864.

Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020, huwa meqjus xieraq li d-deroga eżistenti tkompli sakemm isir aktar progress relatat mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża, soġġetta għar-reviżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni.
(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża sal-2021, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdid)
(5a)  50 % tal-kwoti għandhom jiġu rkantati mill-1 ta' Jannar 2021, filwaqt li n-numru totali tal-kwoti allokati għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur ta' tnaqqis lineari kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdid)
(5b)  Id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti, jew l-ekwivalent tiegħu f'valur finanzjarju, għandu jintuża biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, inter alia, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, biex ikun hemm adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż fl-oqsma tal-aeronawtika, tat-trasport bl-ajru u tal-fjuwils tal-avjazzjoni alternattivi sostenibbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' trasport b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi tal-EU ETS. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-Istati Membri li jużaw dak id-dħul għall-kofinanzjament ta' programmi jew inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni skont id-Disa' Programm Qafas dwar ir-Riċerka (FP9). It-trasparenza fir-rigward tal-użu li jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE hija fundamentali għall-irfid tal-impenji tal-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5c (ġdid)
(5c)  L-ikkumpensar tal-emissjonijiet skont il-miżura globali bbażata fuq is-suq jinkludi element wieħed fil-basket ta' miżuri tal-ICAO sabiex jinkiseb l-għan mixtieq ta' tkabbir newtrali fl-emissjonijiet tal-karbonju mill-2020 (CNG 2020) u dan għandu jkun ikkomplementat b'avvanzi fit-teknoloġiji tal-qafas tal-inġenji tal-ajru u f'dawk tal-propulsjoni. Il-finanzjament kontinwu tal-istrateġiji u l-programmi ta' riċerka bħall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti Clean Sky, Galileo, SESAR u Orizzont 2020 se jkun essenzjali għall-innovazzjoni teknoloġika u għat-titjib operazzjonali sabiex jinqabżu l-aspettattivi ta' CNG 2020 u jinkiseb tnaqqis assolut fl-emissjonijiet fis-settur kollu. Barra minn hekk, huwa importanti li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħal dik dwar l-Ajru Uniku Ewropew, immirata biex tevita l-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew ub’ konsegwenza żieda fl-emissjonijiet ta' CO2 tal-avjazzjoni, tiġi implimentata b'mod mgħaġġel u bis-sħiħ mill-Istati Membri.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni, huwa kkunsidrat xieraq li ssir reviżjoni ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut ta' dawn l-istrumenti legali qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, u għandu jiġi sottomess rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għadu jikkunsidra kwalunkwe standard jew strumenti oħrajn adottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021 u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar is-swieq tal-karbonju u l-kontabilità). Dak ir-rapport għandu jikkunsidra kif għandhom jiġu implimentati dawn l-istrumenti fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni tal-EU ETS. Għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE kif xieraq. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030.
(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tagħha tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni parteċipanti, il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO, b'mod partikolari dwar l-istrumenti rilevantiadottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet għall-perjodu 2021-2035, l-isforzi biex jiġu stabbiliti miżuri ambizzjużi u vinkolanti biex jinkiseb l-għan fit-tul tal-industrija tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs fir-rigward tal-livelli tal-2005 sal-2050, u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-kontabilità u s-swieq tal-karbonju). Ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut tal-istrumenti tal-ICAO u qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li fih għandha tikkunsidra kif timplimenta dawn l-istrumenti u tagħmilhom konsistenti mad-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni tal-EU ETS. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE, kif xieraq. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdid)
(6a)  Sabiex ikun żgurat li l-istandards klimatiċi domestiċi eżistenti u futuri tal-Unjoni jiġu rispettati, u mingħajr preġudizzju għar-rieżami kif imsemmi fl-Artikolu 28b tad-Direttiva 2003/87/KE, l-iskema CORSIA għandha tiġi implimentata fid-dritt tal-Unjoni u tkun magħmula konsistenti miegħu permezz tal-EU ETS.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Ġew adottati diversi atti leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni li l-għan tagħhom huwa l-prevenzjoni tal-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew sabiex jittejbu l-fluss tat-traffiku tal-ajru u l-kontroll tal-użu tal-ispazju tal-ajru, u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet. Fi ħdan l-Unjoni, l-iskema CORSIA għandha titqies bħala parti mill-hekk imsejjaħ "basket ta' miżuri" tal-ICAO, flimkien mal-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew, is-SESAR, l-użu tal-GNSS għan-navigazzjoni bis-satellita u Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħal Clean Sky I u Clean Sky II. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar azzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-GMBM meħuda mill-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mill-avjazzjoni, inkluża informazzjoni, rigward l-użu tad-dħul, ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdid)
(6c)  Minkejja li r-regoli tekniċi għall-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO għad iridu jiġu adottati mill-Kunsill tal-ICAO, huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkollhom l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) u l-unitajiet tal-emissjonijiet eliġibbli skont l-iskema tal-ICAO kmieni kemm jista' jkun għall-faċilitazzjoni tat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-1 ta' Jannar 2019. Dawn ir-rekwiżiti ta' MRV għandu jkollhom livell ta' strettezza konsistenti mar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, u għandhom jiżguraw li r-rapporti tal-emissjonijiet ippreżentati jkunu vverifikati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6d (ġdid)
(6d)  Filwaqt li l-kunfidenzjalità tal-ħidma teknika fl-ICAO għandha tiġi rikonoxxuta, huwa importanti wkoll li l-istati membri tal-ICAO, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u s-soċjetà ċivili jkomplu jkunu involuti fil-ħidma tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq u li l-ICAO tilħaq il-partijiet ikkonċernati kollha biex tinfurmahom dwar il-progress u d-deċiżjonijiet b'mod f’waqtu. Sabiex dan jinkiseb jista' jkun meħtieġ li ssir reviżjoni tal-protokolli tan-nondivulgazzjoni għall-Membri u l-Osservaturi tal-Kumitat tal-ICAO għall-Protezzjoni Ambjentali mill-Avjazzjoni (CAEP).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta' att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-għan li tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni ta' atti delegati.
(7)  Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta' att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi ta' inġenju tal-ajru bl-għan li tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, b'mod partikolari fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni ta' atti delegati, sabiex il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikun iktar trasparenti u iktar effiċjenti.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdid)
(7a)  Filwaqt li l-għan fit-tul għandu jkun li jkun hemm skema ta' tnaqqis globali unika biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tal-karbonju mill-avjazzjoni sat-tieni fażi tal-iskema tal-ICAO fl-2024, fil-każ li l-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO ma tkunx biżżejjed biex tilħaq l-objettivi u l-impenji klimatiċi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, għadhom jiġu esplorati wkoll għażliet oħra ta' mitigazzjoni tal-karbonju.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdid)
(7b)  L-avjazzjoni għandha impatt ukoll fuq il-klima minħabba r-rilaxxi tal-ossidi tan-nitroġenu, il-fwar tal-ilma u s-sulfat u l-partikoli tan-nugrufun f'altitudnijiet għoljin. Il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ikkalkula li l-impatt klimatiku totali tas-settur tal-avjazzjoni huwa attwalment darbtejn sa erba' darbiet ogħla mill-effett tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tiegħu waħedhom fil-passat. Sakemm isir progress xjentifiku, l-impatti kollha tal-avjazzjoni għandhom jiġu indirizzati sa fejn possibbli. Ir-riċerka dwar il-formazzjoni ta' faxex ta' kondensazzjoni, magħrufa wkoll bħala contrails, l-evoluzzjoni tagħhom fi sħab tat-tip cirrus, dwar l-effetti diretti iżgħar tal-aerosols tas-sulfat, tan-nugrufun, tal-contrails tal-fwar tal-ilma u s-sħab tat-tip cirrus, u dwar il-miżuri ta' mitigazzjoni effettivi, inklużi miżuri operazzjonali u tekniċi, għandha tiġi promossa wkoll.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdid)
(9a)  M'hemmx dubju li l-emissjonijet mill-avjazzjoni li jikkawżaw ħsara lill-klima jmorru lil hinn mill-effetti purament ta' CO2. Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a kienet tinkludi impenn tal-Kummissjoni li tissottometti proposta adegwata dwar l-ossidi tan-nitroġenu fl-2008. Minkejja d-diffikultajiet tekniċi u politiċi involuti, il-Kummissjoni għandha taċċellera l-ħidma tagħha f'dak ir-rigward.
__________________
1aId-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3c – paragrafu 3a (ġdid)
(-1)  Fl-Artikolu 3c, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"3a. Il-kwantità totali ta' kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-2021 għandha tkun 10 % aktar baxxa mill-allokazzjoni medja għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016, u mbagħad tonqos kull sena bl-istess rata bħal dik tal-limitu massimu totali għall-EU ETS imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9 sabiex il-limitu massimu għas-settur tal-avjazzjoni jsir aktar konformi mas-setturi l-oħra tal-EU ETS sal-2030.
Għal attivitajiet tal-avjazzjoni lejn u minn ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi barra miż-ŻEE, il-kwantità tal-kwoti li għandha tiġi allokata mill-2021 'il quddiem tista' tiġi aġġustata billi titqies il-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO li se tiġi implimentata mill-2021 bi tpaċija għall-emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020."
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3d – paragrafu 2
(-1a)  Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Mill-1 ta' Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista' jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.
2.  Mill-1 ta' Jannar 2021, 50 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista' jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.."
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3d – paragrafu 3 – subparagrafu 1
(-1b)  Fl-Artikolu 3d(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Għandu jiġi adottat Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f'kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun f'proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtata skond l-Artikolu 14(3) u verifikati skond l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant."
"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f'kull perjodu minn kull Stat Membru għandu jkun fi proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtata skont l-Artikolu 14(3) u verifikati skont l-Artikolu 15. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perjodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perjodu li għalih jirreferi l-irkant."
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3d – paragrafu 3 – subparagrafu 2
(-1c)  Fl-Artikolu 3d(3), it-tieni subparagrafu jitħassar.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1d (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3d– paragrafu 4 – subparagrafu 1
(-1d)  Fl-Artikolu 3d(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.
"Id-dħul kollu ġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema tal-Unjoni u biex jiġu ffinanzjati proġetti komuni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mis-settur tal-avjazzjoni, bħall-Impriża Konġunta SESAR u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti Clean Sky u kwalunkwe inizjattiva li tippermetti l-użu mifrux tal-GNSS għan-navigazzjoni bis-satellita u kapaċitajiet interoperabbli fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dawk li jtejbu l-infrastruttura tan-navigazzjoni bl-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant jista' jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali fir-rigward tal-Istati Membri li jużaw id-dħul għall-kofinanzjament ta' programmi jew inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni skont id-Disa' Programm Qafas dwar ir-Riċerka (FP9). It-trasparenza fir-rigward tal-użu li jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti skont din id-Direttiva hija fundamentali għall-irfid tal-impenji tal-Unjoni."
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1e (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3
(-1e)  Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta' April ta' kull sena, l-operatur ta' kull installazzjoni jċedi numru ta' kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta' dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati."
"3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta' April ta' kull sena, l-operatur ta' kull installazzjoni jċedi numru ta' kwoti, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta' dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skont l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati."
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1f (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 12 – paragrafu -3a (ġdid)
(-1f)  Fl-Artikolu 12, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel il-paragrafu (3a):
“-3a. Bil-għan li l-integrità ambjentali tal-EU ETS tkun protetta, operaturi tal-avjazzjoni u operaturi oħra fl-EU ETS ma jistgħux jużaw kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem minn Stat Membru li fir-rigward tiegħu jkun hemm obbligazzjonijiet skadenti għall-operaturi tal-avjazzjoni u għal operaturi oħra. L-att legali msemmi fl-Artikolu 19 għandu jimplimenta dan il-paragrafu.”
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1g (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
(-1g)  Fl-Artikolu 21 jiżdied il-paragrafu li ġej:
''2a. Ir-rapport msemmi fil-paragrafu 2 għandu, bl-użu ta' data provduta permezz tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 18b, jinkludi lista tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li ma jkunux fetħu kont ta' reġistru."
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet minn u lejn l-ajrudromu li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b".
"(a) l-emissjonijiet kollha minn titijiriet minn u lejn l-ajrudromu li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b."
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b".
(b)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b."
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ia (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
ia.  jiddaħħal il-punt li ġej:
“ (ba) l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE u operati b'konsegwenza ta' titjira kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu li tiġi ddevjata lejn ajrudromu li jinsab fiż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2017, soġġett għar-reviżjoni kif msemmija fl-Artikolu 28b.”
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – punt i
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2017, permezz ta' deroga mill-Artikoli 3d sa 3f u sakemm l-emendi sussegwenti għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b jidħlu fis-seħħ, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jinħarġulhom, kull sena, l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għas-sena 2016. Mill-2021 'il quddiem dak l-għadd ta' kwoti għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari fl-Artikolu 9.
Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020, permezz ta' deroga mill-Artikoli 3d sa 3f u sakemm l-emendi sussegwenti għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b jidħlu fis-seħħ, l-operaturi ta' inġenju tal-ajru għandu jinħarġilhom, kull sena, l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għas-sena 2016. Mill-2021 'il quddiem dak l-għadd ta' kwoti għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari fl-Artikolu 9.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – punt ii
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 3
ii.  it-tielet subparagrafu huwa mħassar.
ii.  it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Fir-rigward tal-attività fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni allokati lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru, sal-1 ta' Settembru 2018. ”
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 4
4.  B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru mill-1 ta' Jannar 2013 għandu jiġi mnaqqas biex jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.;
4.  B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jiġi mnaqqas biex jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28a – paragrafu 8
(da)  jitħassar il-paragrafu 8.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28b – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards tal-ICAO rilevanti jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra.
1.  Il-Kummissjoni għandha, mill-1 ta' Jannar 2019 u b'mod regolari wara din id-data, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards u l-prattiki rakkomandati (SARPs) tal-ICAO rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet approvati tal-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, l-implikazzjonijiet ta' riżervi minn pajjiżi terzi u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll aġġornamenti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' reġistru globali u l-iżvilupp tal-SARPs b'konformità mal-proċeduri tal-ICAO għat-tfassil tal-istandards. B'konformità mar-"Rendikont Globali" tal-UNFCCC, hija għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi sabiex jinkiseb l-għan fit-tul mixtieq ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet ta' CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs b'mod relattiv għal-livelli tal-2005 sal-2050.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28b – paragrafu 2
2.  Ir-rapport għandu jikkunsidra modi biex dawk l-istrumenti tal-ICAO jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kif xieraq.
2.  Sal-1 ta' Marzu 2020, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza ta' dawk l-istrumenti tal-ICAO u dwar il-possibilitajiet li dawk l-istrumenti tal-ICAO jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), kif xieraq. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali globali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq inklużi l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-livell ta' parteċipazzjoni, l-infurzabbiltà, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta' konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà u r-regoli dwar l-użu tal-bijokarburanti. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jqis jekk l-att delegat adottat skont l-Artikolu 28c(2) jeħtieġx li jiġi rivedut.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28b – paragrafu 3
3.  Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-UE għall-2030.
3.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-UE għall-2030 bl-għan li jiġu żgurati l-effettività u l-integrità ambjentali sħiħa tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni u titnaqqas kwalunkwe ambigwità qabel ma tibda titħaddem l-iskema CORSIA.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 28c – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika xierqa tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata mill-ICAO. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħal tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14(1) u għandhom jiżguraw li r-rapporti sottomessi jkunu verifikati skont l-Artikolu 15.
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika xierqa tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata mill-ICAO. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kompletament konsistenti mal-prinċipji tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14(1) u għandhom jiżguraw li r-rapporti sottomessi dwar l-emissjonijiet ikunu verifikati skont l-Artikolu 15.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 30 – paragrafu 4a (ġdid)
(2a)  Fl-Artikolu 30, jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:
“(4a.) Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi aġġornata tal-effetti mhux tas-CO2 tal-avjazzjoni u, jekk ikun xieraq, takkumpanjaha bi proposta leġiżlattiva dwar l-aħjar mod biex jiġu indirizzati dawn l-effetti.”

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0258/2017).


Inklużjoni tal-emissjonijiet u assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 ***I
PDF 636kWORD 74k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropewfit-13 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))(1)
P8_TA(2017)0339A8-0262/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa -1 (ġdid)
(-1)  Il-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa -1a (ġdid)
(-1a)  Il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10
(3)  Fil-5 ta' Ottubru 2016, il-Kunsill irratifika l-Ftehim ta' Pariġi f'isem l-Unjoni, wara l-approvazzjoni mogħtija mill-Parliament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Dan ir-Regolament jifforma parti, f'dan ir-rigward, mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif stabbilit fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10 L-Unjoni jeħtieġ li tkompli tmexxi bl-eżempju u żżid l-isforzi tagħha marbuta mal-klima għal livelli konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi.
__________________
__________________
10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx
10 http://www4.unfccc.int/ndcregistry/pages/Party.aspx?party=EUU
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.
(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, fatt li jirrikjedi li d-dinja tidħol f'perjodu ta' livelli ta' emissjonijiet negattivi, li matulu l-foresti, l-art agrikola u l-artijiet mistagħdra, inklużi t-torbieri, se jiżvolġu rwol ċentrali. Il-Ftehim ta' Pariġi għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ ir-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jiġi eliminat il-faqar, inkluż billi tiżdied il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, u billi titrawwem ir-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod li ma tkunx mhedda l-produzzjoni tal-ikel. Fil-Ftehim ta' Pariġi l-Partijiet jirrikonoxxu wkoll il-prijorità fundamentali li titħares is-sigurtà tal-ikel u li jintemm il-ġuħ, u l-vulnerabbiltajiet partikolari tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi din il-mira, huwa meħtieġ li l-Partijiet iżidu l-isforzi kollettivi tagħhom biex jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jillimitaw it-tisħin globali. Il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti. Fil-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet jirrikonoxxu wkoll li azzjoni ta' adattament għandha ssegwi approċċ trasparenti b'mod sħiħ, filwaqt li jitqiesu l-ekosistemi, u tkun ibbażata fuq l-aqwa xjenza disponibbli u tiġi ggwidata minnha.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdid)
(4a)  Huwa essenzjali li l-foresti jiġu mmaniġġjati b'mod sostenibbli, skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti żviluppati fl-ambitu tal-proċess Forest Europe. Dak il-proċess jiddefinixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala l-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet tal-foresti b'mod u b'rata tali li jippermettulhom iżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta' riġenerazzjoni, il-vitalità u l-kapaċità li jiġu sodisfati, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livell lokali, nazzjonali u dinji, u b'mod li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn. Din il-ġestjoni teħtieġ ukoll li r-rwol tal-afforestazzjoni f'dan il-kuntest jiġi rrikonoxxut.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdid)
(4b)  Biex jinkisbu l-livelli negattivi ta' emissjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi, is-sistema tal-kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") jeħtieġ li tkun robusta. Peress li l-assorbimenti permezz tal-LULUCF huma riversibbli, għandhom jiġu trattati bħala pilastru separat fil-qafas tal-politika għall-klima tal-Unjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") fil-Qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.
(5)  Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-produzzjoni u għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") fil-qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.
(6)  Is-settur tal-LULUCF hu espost ħafna u vulnerabbli ħafna għat-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, is-settur għandu potenzjal enormi li jipprovdi benefiċċji fit-tul għall-klima u li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar il-klima fuq terminu twil. Is-settur tal-LULUCF jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jnaqqas l-emissjonijiet, u billi jmantni u jżid il-bjar u l-ħażniet tal-karbonju. Is-settur jipprovdi wkoll bijomaterjali li jistgħu, sa ċertu punt, jissostitwixxu l-materjali b'użu intensiv tal-fjuwils fossili u tal-karbonju b'bijomassa b'livell baxx tal-karbonju mill-foresti. Rigward tali sostituzzjoni, iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' dawk il-materjali, mill-produzzjoni tal-materja prima sal-istadji tal-ipproċessar u l-manifattura, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-bijoekonomija, inkluża s-sostituzzjoni tal-materjali bħal fil-kostruzzjoni, u inkluża l-bijoenerġija, għandha rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ħielsa mill-fjuwils fossili. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi u konformi mal-Ftehim ta' Pariġi, il-foresti sostenibbli u l-ġestjoni tar-riżorsi u l-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju huma essenzjali. Billi s-settur tal-LULUCF huwa kkaratterizzat minn perjodi ta' żmien twal, hemm bżonn ta' strateġiji fit-tul sabiex ikun hemm il-possibiltà ta' investimenti sostenibbli fuq medda twila ta' żmien.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdid)
(6a)   L-Unjoni għandha tassumi rwol ta' tmexxija fil-livell globali fil-promozzjoni u fl-esportazzjoni tar-riċerka u tal-investiment fil-prattiki, fit-tekniki u fl-ideat sostenibbli, avvanzati u innovattivi fis-settur tal-LULUCF, kif ukoll fit-tixrid tat-teknoloġiji ekoloġiċi, ħalli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra filwaqt li tippreserva l-produzzjoni tal-ikel, biex b'hekk tagħti l-eżempju lis-sħab internazzjonali tagħha, fosthom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. F'dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni u s-sħubija effikaċi mal-atturi tas-settur privat, speċjalment mal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdid)
(6b)  Il-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament għar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima għandha ssaħħaħ ir-rwol tas-settur tal-LULUCF b'rabta mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikulari, jekk tingħata l-ispinta antiċipata lill-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni, għall-perjodu 2021-2028 fis-settur tal-LULUCF, dan jista', fost l-oħrajn, jikkontribwixxi għall-approfondiment u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku u tal-komunitajiet lokali dwar il-prestazzjoni tas-settur, l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjonijiet sostenibbli, it-trawwim tat-tranżizzjoni għall-era diġitali, il-modernizzazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni, it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u l-azzjoni tal-bniedem.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdid)
(6c)  Ir-riċerka fir-rwol tal-injam mejjet b'mod partikolari fdalijiet tal-injam oħxon (coarse woody debris) 'il fuq mill-art u injam mejjet midfun kemm f'foresti mhux ġestiti kif ukoll ġestiti jenħtieġ li tissaħħaħ biex tittejjeb il-preċiżjoni tal-kontabilità tal-karbonju tal-foresti u fil-kalkolu tal-bilanċ tal-karbonju tal-ekosistema nett. Hemm evidenza limitata disponibbli, iżda din l-evidenza tindika li l-injam mejjet jista' jikkostitwixxi raggruppament kbir ta' karbonju u jekk l-injam mejjet jitħalla fuq il-post dan jista', fost l-oħrajn, ikollu rwol sinifikanti f'termini ta' bijodiversità u jiġi rikonoxxut bħala li għandu parti importanti fl-istrateġija tal-mitigazzjoni tal-gassijiet serra. Dik l-indikazzjoni hija rilevanti meta wieħed iqis li l-ġestjoni tal-foresti tista' tiffavorixxi t-tneħħija tal-injam mejjet pereżempju għall-iskopijiet tal-enerġija, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-mitigazzjoni u l-adattament korrett għandha tkun b'sostenn xjentifiku u informata. Matul il-perjodu 2017-2020 għandhom jiġu allokati riżorsi dedikati lil dik ir-riċerka.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 6d (ġdid)
(6d)   L-Unjoni ntrabtet b'impenji fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li jistgħu jintlaħqu biss bis-saħħa ta' ġestjoni forestali tajba u impenn biex tieqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni u tkun xprunata l-forestazzjoni mill-ġdid.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 6e (ġdid)
(6e)   Għandu jiġi żgurat approċċ olistiku għad-deforestazzjoni tropikali, fid-dawl tal-kawżi kollha tad-deforestazzjoni, kif ukoll l-objettiv inkluż f'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati tal-UNFCCC biex sa mhux aktar tard mill-2030 jieqaf it-telf globali tal-kopertura forestali u biex sal-2020 tonqos id-deforestazzjoni tropikali grossa b'tal-anqas 50 % meta mqabbel mal-livelli attwali.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 6f (ġdid)
(6f)   Il-forestrija u l-foresti għandhom jiġu ġestiti b'mod responsabbli u jagħtu kontribut reali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż, billi joffru opportunitajiet ekonomiċi vijabbli lill-bdiewa, sakemm ma sseħħ ebda deforestazzjoni ta' ekosistemi sensittivi, ma jiġi stabbilit ebda pjantaġġun fuq torbieri, il-pjantaġġuni jiġu ġestiti bl-użu ta' tekniki agroekoloġiċi moderni biex jiġu mminimizzati r-riżultati ambjentali u soċjali avversi u jiġu rispettati d-drittijiet tal-art, id-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema;
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 6g (ġdid)
(6g)  Il-prattiki tal-ġestjoni avvanzata u sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-iżvilupp ta' prattiki innovattivi u l-użu mis-sidien tal-art ta' prattiki ta' ġestjoni avvanzati, bħalma huma l-agrikoltura ta' preċiżjoni, il-forestrija ta' preċiżjoni u l-agridiġitalizzazzjoni għandhom jiġu promossi. Il-monitoraġġ bis-saħħa tal-informazzjoni ġeografika u l-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika huma mezzi potenzjali ta' għajnuna sabiex l-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom u għandhom għalhekk jiġu mħeġġa.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 6h (ġdid)
(6h)  L-agroekoloġija tiffaċilita l-qalba minn sistemi lineari tal-ikel għal sistemi ċirkulari li jimitaw iċ-ċikli naturali u jistgħu jnaqqsu l-impronti tal-karbonju u dawk ekoloġiċi tal-ikel u l-agrikoltura. Huwa importanti li kemm l-agroekoloġija kif ukoll l-agroforestrija jiġu promossi minħabba l-kontribut tagħhom għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Għandu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Din ma għandha tistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati.
(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Ir-Regolament għandu, fi kwalunkwe ċirkostanza, jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Dan ma għandu jistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati, inklużi bdiewa u forestiera u jeħtieġ li l-Istati Membri jevitaw dawn l-obbligi matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
__________________
__________________
11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).
11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdid)
(7a)  L-agrikoltura u l-użu tal-art huma setturi li għandhom impatt dirett u sinifikanti fuq il-bijodiversità tal-Unjoni u fuq is-servizzi tal-ekosistemi. Għal din ir-raġuni, għan importanti tal-politiki li jaffettwaw dawk is-setturi huwa li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza mal-objettivi tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeżistu politiki oħra tal-Unjoni li jistgħu jinċentivaw prattiki li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali bażiċi, imorru lil hinn mill-prattika standard tajba u li jikkontribwixxu għall-adattament ġenwin għat-tibdil fil-klima, u għal mitigazzjoni għaliha, u għaż-żamma tal-bjar tal-karbonju, bħala l-provvediment tal-beni pubbliċi. Għandha tittieħed azzjoni biex jitwettqu u jiġu appoġġjati attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' approċċi ta' mitigazzjoni u adattament għall-ġestjoni integrali u sostenibbli tal-foresti u l-art agrikola. Minkejja l-potenzjali ta' tnaqqis limitat rikonoxxut tagħha fir-rigward tal-emissjonijiet mhux CO2, l-agrikoltura jeħtieġ li tagħti s-sehem ġust tagħha tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Dan jista' jinkiseb billi jitħeġġa, fost l-oħrajn, it-titjib tal-uċuħ sabiex jiżdied il-kontenut ta' karbonju organiku tal-ħamrija. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiggarantixxu li jkun hemm koerenza bejn il-PAK u dan ir-Regolament.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdid)
(7b)  L-artijiet mistagħdra huma l-aktar ekosistemi effettivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħżin tas-CO2. Id-degradazzjoni tal-artijiet mistagħdra fl-Unjoni għalhekk mhijiex biss problema għall-bijodiversità, iżda wkoll problema kbira għall-klima. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni u r-restawr tal-artijiet mistagħdra jistgħu kemm isaħħu l-isforzi ta' konservazzjoni, kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-irfinar tal-IPCC tal-Linji Gwida sal-2006, mistenni fl-2019, għandu wkoll jiġi kkunsidrat f'dak il-kuntest.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC.
(8)  Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC. Meta wieħed iqis il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala mexxejja fil-qasam tal-klima, l-Istati Membri għandhom jidderogaw minn dak il-valur awtomatiku biss għall-art afforestata u biss f'ċirkustanzi limitati ħafna li jkunu ġġustifikati skont il-Linji gwida tal-IPCC. Il-possibbiltà ta' deroga tqis iċ-ċirkustanzi naturali u ekoloġiċi diverġenti bejn l-Istati Membri u, b'hekk, il-karatteristiċi differenti tal-art afforestata tagħhom.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.
(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent li jvarjaw b'mod sostanzjali bejn l-Istati Membri. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu indirizzati l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż, bħall-impossibbiltà li jiġu mmaniġġjati l-foresti fil-Kroazja minħabba l-okkupazzjoni tat-territorju tagħha, il-Gwerra tal-Kroazja għall-Indipendenza, u ċ-ċirkostanzi ta' matul il-gwerra u ta' wara l-gwerra. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom jiddisponu wkoll għall-koerenza u għar-rekwiżiti għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ta' Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa). Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura trasparenti għall-Istati Membri, biex titjieb il-possibbiltà ta' awditjar u l-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdid)
(9a)  L-emissjonijiet minn injam maħsud fis-settur tal-LULUCF għandhom il-potenzjal li jissostitwixxu l-emissjonijiet fis-setturi tal-ETS u tal-qsim tal-isforz u dan ir-Regolament jista' kemm jenfasizza u kif ukoll jieħu kont ta' dan.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Meta l-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, din għandha tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri.
(10)  Għar-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, għandu jitwaqqaf tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301). It-tim ta' reviżjoni espert għandu jibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u għandhom jintgħażlu għadd suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri. It-tim ta' reviżjoni espert għandu jikkonsulta lill-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE, kif ukoll partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, dwar ir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.
(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra permezz tal-effett ta' sostituzzjoni (meta titqies l-intensità enerġetika u tas-CO2 ta' setturi oħrajn, eż. il-produzzjoni tas-siment tammonta għal madwar 8 % tal-emissjonijiet tas-CO2 globali), u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jirrikonoxxu u jinċentivizzaw l-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja, minflok l-użu ta' prodotti tal-injam maħsud għal finijiet enerġetiċi. Sabiex jiġi promoss aktar u inkluż l-effett ta' sostituzzjoni pożittiv, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tinkludi aktar prodotti fil-kalkoli tal-prodotti tal-injam maħsud. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.
(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu jinvestu f'azzjonijiet ta' prevenzjoni, bħall-ġestjoni sostenibbli, sabiex inaqqsu r-riskji marbuta mad-disturbi naturali, biex b'hekk jevitaw impatti negattivi fuq il-bjar tal-karbonju forestali. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali għall-għajnuna tal-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament.
(14)  Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali ta' għajnuna biex tinkiseb il-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament mingħajr ma jiġi kompromess il-livell ta' ambizzjoni globali tal-miri tat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw sa 280 miljun tunnellata ta' assorbimenti netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti, art mistagħdra ġestita fejn applikabbli, u, soġġett għall-att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) [2017/... ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-Istati membri mill-2021 sal-2030, foresti ġestiti biex jiżguraw l-osservanza tal-impenji tagħhom skont ir-Regolament (EU) [2017/... ].
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġi simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-governanza integrata tal-Unjoni tal-Enerġija li għaliha hija prevista proposta sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.
(15)  Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġiu simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-proposta għal regolament dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija li l-Kummissjoni ppreżentat fit-30 ta' Novembru 2016.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdid)
(15a)   Skont il-UNFCCC, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma mitluba jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi, minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra kollha billi jintużaw metodoloġiji maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet. L-inventarji tal-gassijiet serra huma fundamentali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni u sabiex jiġi evalwat it-twettiq tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-klima. L-obbligi tal-Istati Membri li jfasslu u jimmaniġġjaw inventarji nazzjonali huma stipulati fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta u Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.
(17)  Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat espressament bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta, Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja, b'mod partikolari permezz ta' Sentinel-2, u għal stħarriġ tal-użu tal-art jistgħu jintużaw Galileo u EGNOS, is-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet, ir-reviżjoni tal-metodoloġija abbażi tal-aktar linji gwida tal-IPCC riċenti adottati, inklużi l-Linji Gwida Supplimentari għall-Artijiet Mistagħdra tal-IPCC tal-2013 għall-Inventarji nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-gwida tal-UNFCCC u r-rekwiżiti ta' informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament (UE) Nru.../... dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, li jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.
(19)  Fi żmien sitt xhur mid-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 taħt l-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
Dan ir-Regolament ma jistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew rapportar għal partijiet privati inklużi l-bdiewa u l-forestiera.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)
Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-kisba mill-Unjoni tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  mill-2026, artijiet mistagħdra ġestiti: użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita, definita bħala użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.
2.  Matul il-perijodu mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  "livell ta' referenza għall-foresti" tfisser stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Għall-perjodu wara l-2030, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex iżidu l-assorbimenti tagħhom b'mod li dawn jaqbżu l-emissjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipproponi qafas ta' objettivi għal wara l-2030 li jinkludi tali żidiet fl-assorbimenti, b'konformità mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni rigward il-klima u l-impenji meħuda skont il-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jħejji u żjomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).
1.  Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 skont il-gwida ta' rapportar adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-perjodu 2021-2030. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.
4.  L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ, injam mejjet (injam mejjet 'l fuq minn l-art u midfun) f'foresti ġestiti u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni.
2.  Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni, jekk dan ikun ġustifikat b'mod dovut fil-Linji ta' Gwida tal-IPCC.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-azzjonijiet ta' afforestazzjoni li se jsiru bejn l-2017 u l-2030 fuq artijiet mistagħdra, inklużi t-torbiera, in-netwerk ta' Natura 2000 u l-ħabitats elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE, b'mod partikolari l-formazzjonijiet ta' bwar naturali u seminaturali u l-pantani, il-fangazzi u l-mgħaddra għolja u artijiet mistagħdra oħra, inklużi t-torbiera, skont regoli ta' kontabbiltà gross-nett applikati m'għandhomx jidhru fil-kontabbiltà nazzjonali tal-Istati Membri. Żoni bħal dawn għandhom jgħoddu biss, jekk applikabbli, għall-assorbimenti jew emissjonijiet fil-kategorija ta' art forestali wara l-bidla tagħha għal foresta ġestita skont l-Artikolu 5(3).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sal-31 ta' Diċembru 2025 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030.
3.  Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2 matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.
4.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulati bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodu bejn l-2026 u l-2030 li minnhom jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 waqt il-perjodu bejn l-2021 u l-2025 għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodu ta' bejn l-2026 sal-2030 li minnhom jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Matul il-perjodu 2021-2025, l-Istati Membri li ma jkunux għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tagħhom skont l-Artikolu 2, madankollu, għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-art mistagħdra ġestita lill-Kummissjoni.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti. Livell ta' referenza għall-foresti huwa stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.
1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
2.  Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa. L-Istati Membri jistgħu jżidu ma' din iċ-ċifra ta' 3.5 % l-ammont ta' assorbimenti netti għall-kontabbiltà tal-foresti ġestiti permezz ta' panewijiet tal-injam, injam isserrat u injam mejjet skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi ta’ dan il-paragrafu..
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-assorbimenti netti minn panewijiet tal-injam, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9 u l-injam issegat, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9, jistgħu jiġu kkontabilizzati b'mod separat barra miċ-ċifra tal-assorbimenti netti u bħala żieda mal-kontijiet ta' foresti ġestiti sal-livell ta' 3 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew fil-perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1b (ġdid)
L-assorbimenti netti mill-kategorija tar-raggruppament tal-karbonju ta' injam mejjet jistgħu jiġu kkontabilizzati b'mod separat barra miċ-ċifra tal-assorbimenti netti u bħala żieda mal-kontijiet ta' foresti ġestiti sal-livell ta' 3 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew fil-perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1c (ġdid)
Iċ-ċifra kkombinata ta' assorbimenti netti ta' 3,5 % fl-ewwel subparagrafu, flimkien mal-assorbimenti netti għal kontijiet ta' foresti ġestiti minn panewijiet tal-injam, injam issegat u injam mejjet m'għandhomx flimkien jaqbżu s-7 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-pjan tal-kontabilità forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.
Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika tal-ġestjoni forestali attwali f'konformità mal-aqwa dejta disponibbli, kif dokumentat bejn l-2000 u l-2012 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.
Żieda fil-ħsad minn Stat Membru, ibbażata fuq prattiki ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fuq politiki nazzjonali adottati sad-data tas-sottomissjoni tal-livell ta' referenza għall-foresti, għandha tirrispetta l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)   li l-foresti ġestiti jibqgħu bjar tal-gassijiet serra; u
(b)   li l-modalitajiet għaż-żamma jew it-tisħiħ tal-bjar u r-riżervi tal-gassijiet serra sal-2050, bl-għan li jintlaħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4.1 tal-Ftehim ta' Pariġi, jiġifieri li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, ikunu deskritti fi strateġija fit-tul u b'emissjonijiet baxxi.
Il-Kummissjoni tista' tagħti deroga mill-perjodu bażi tal-2000-2012 mal-preżentazzjoni ta' talba motivata minn Stat Membru li tiġġustifika li tali deroga hija assolutament neċessarja għal raġunijiet ta' disponibilità tad-dejta, bħall-għażla taż-żmien tal-inventarji tal-foresti.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
B'deroga mis-subparagrafu 2, livell ta' referenza għall-foresti għall-Kroazja jista' jiġi kkalkulat sabiex titqies l-okkupazzjoni ta' parti mit-territorju tagħha mill-1991 sal-1998, u l-effetti tal-gwerra u l-konsegwenzi tagħha fuq il-prattiki tal-ġestjoni tal-foresti fit-territorju tagħha filwaqt li jiġi eskluż l-impatt tal-politiki fuq l-iżvilupp tal-bjar tal-foresti.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.
Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku, inkluż billi jiġi ppubblikat fuq l-internet, u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.
4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. Id-dejta użata għandha tkun il-kontijiet verifikati l-aktar reċenti tal-użu tal-art u tal-kundizzjonijiet tal-foresti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza, kif ukoll biex jirrapporta l-kontributi pożittivi bħala konsegwenza ta' politika għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fis-seħħ fil-mument li jiġi stabbilit dan il-livell, huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-punt sa fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista' tikkalkula mill-ġdid il-llivelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti.
5.  Tim ta' reviżjoni espert, stabbilit bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) li jkun fih rappreżentanti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, għandu, f'konsultazzjoni mal-Kumitat Forestrarju Permanenti u l-Grupp ta' Djalogu Ċivili dwar il-Forestrija u s-Sufra, jirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u jivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda jew ikkoreġuti stabbiliti mill-Istati Membri ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) ta' dan l-Artikolu, kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-Kummissjoni tista' biss tikkalkula mill-ġdid il-livelli ta' referenza ġodda jew ikkoreġuti għall-foresti f'każ li l-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi (3) u (4) ta' dan l-Artikolu kif ukoll fl-Artikolu 5(1) ma jkunux ġew osservati. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' sinteżi u għandha tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-dejta u l-informazzjoni kollha mitluba għat-twettiq tar-reviżjoni u tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni u l-valutazzjoni mwettqa mit-tim tar-reviżjoni espert skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni.
Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 sabiex temenda dan ir-Regolament billi l-kategoriji ta' prodotti tal-injam maħsud jiġu aġġornati bi prodotti addizzjonali li jkollhom l-effett ta' sekwestru tal-karbonju, ibbażati fuq il-Linji Gwida tal-IPCC u jiżguraw integrità ambjentali, u billi jiġu aġġornati l-valuri standard ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V bil-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Fl-aħħar tal-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-foresti u l-foresti ġestiti li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi") kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.
1.  Fl-aħħar tal-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-foresti ġestiti l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi") kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatti tal-mekkaniżmu ta' flessibbiltà stabbilit f'dan l-Artikolu.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fl-2027 u fl-2032 dwar il-bilanċ kumulattiv tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fl-Unjoni b'referenza għall-medja tal-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-perjodu ta' bejn l-1990 u l-2009. Jekk il-bilanċ kumulattiv ikun negattiv, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex jiġi kkumpensat u jitneħħa l-ammont korrispondenti mill-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (ĠU L ..., ..., p. ...).
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu -1 (ġdid)
Fi żmien sitt xhur mid-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 taħt l-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE għall-2030 u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapporti għandhom, jekk ikun xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0262/2017).


Format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz ***I
PDF 334kWORD 42k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (COM(2016)0434 – C8-0247/2016 – 2016/0198(COD))
P8_TA(2017)0340A8-0065/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0434),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0247/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0065/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali ;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-13 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/1954.)


Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4
PDF 300kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051451 – 2017/2780(RSP))
P8_TA(2017)0341B8-0498/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051451),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 9(2), 19(3) u 21(2) tiegħu(1),

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tat-12 ta' Ġunju 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-26 ta' Jannar 2017, u ppubblikata fis-16 ta' Marzu 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-14 ta' Frar 2017 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fil-25 ta' Jannar 2011, Dow AgroSciences Europe ressqet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kopriet wkoll it-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4 fi prodotti li jkunu jikkonsistu jew li jkun fihom minn din il-fażola tas-sojja għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' fażola tas-sojja oħra, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi fis-26 ta' Jannar 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet sussegwentement ippubblikata fis-16 ta' Marzu 2017(5);

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jispeċifika li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti ta' kritika(6); billi l-aktar valutazzjoni inkwetanti sabet li, pereżempju, "l-applikazzjoni attwali u d-data dwar il-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed u mingħajr ambigwità biex jiġu esklużi effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem [tas-saħħa]", li "d-data provduta s'issa mill-applikant mhijiex biżżejjed biex tikkompleta l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni" u "studji limitati jagħmluha diffiċli biex titwettaq valutazzjoni kompleta tar-riskju";

E.  billi l-Istati Membri kkritikaw, fost l-oħrajn: in-nuqqas ta' studji dwar l-effett tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u dan qed jimpedixxi milli tkun iffinalizzata l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali; l-għażla u l-lokalità tas-siti tal-għelieqi għall-valutazzjoni komparattiva; il-fatt li l-valutazzjoni tossikoloġika tar-riskju ma tistax titkompla minħabba li ma sar l-ebda test tat-tossiċità xieraq fuq il-materjal tal-pjanti mill-fażola tas-sojja DAS-68416-4; in-nuqqas ta' informazzjoni dwar erbiċidi komplementari li jistgħu jintużaw fuq l-għelejjel ġenetikament modifikati u l-metaboliti tagħhom; il-fatt li l-valutazzjoni nutrizjonali hija appoġġjata minn studju appoġġjat mill-industrija li minnu ma jistgħux jinsiltu konklużjonijiet xjentifiċi; u l-fatt li l-proposta tal-applikant għal pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma tissodisfax l-objettivi definiti fl-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament(7);

F.  billi l-fażola tas-sojja DAS-68416-4 tesprimi l-proteina aryloxyalkanoate dioxygenase-12 (AAD-12), li tagħti tolleranza ta' 2,4-diklorofenossiaċetiku (2,4-D) u ta' erbiċidi tal-fenossi relatati oħrajn; billi din tesprimi wkoll il-proteina fosfinotriċina aċeltitransferasi (PAT), li tagħti tolleranza għall-erbiċi abbażi tal-glufosinat-ammonju;

G.  billi r-riċerka indipendenti qajmet tħassib dwar ir-riskji tal-ingredjent attiv 2,4-D fir-rigward tal-iżvilupp tal-embrijuni, il-malformazzjonijiet konġenitali u l-interferenti endokrinali(8); billi għalkemm l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D ġiet imġedda fl-2015, għadha pendenti informazzjoni mingħand l-applikant fir-rigward tal-proprjetajiet endokrinali potenzjali(9);

H.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' esklużjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(10); billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018(11);

I.  billi numru ta' esperti esprimew tħassib dwar il-prodott derivat ta' 2,4-D, 2,4-Diklorofenol, li jista' jkun preżenti fil-fażola tas-sojja DAS-68416-4 importata; billi 2,4-Diklorofenol huwa magħruf li jħarbat is-sistema endokrinali b'tossiċità għar-riproduzzjoni;

J.  billi minħabba l-fatt li dan huwa ferm solubbli fix-xaħmijiet u ż-żjut, it-2,4-Diklorofenol huwa mistenni li jakkumula fiż-żejt tas-sojja matul l-ipproċessar tal-fażola tas-sojja; billi l-akbar prodott tal-fażola użat mill-bnedmin huwa żejt tas-sojja, li hu inkorporat, fost ħafna prodotti oħra, f'uħud mill-preparazzjonijiet tal-ikel għat-tfal żgħar(12);

K.  billi l-ammont ta' 2,4-Diklorofenol fi prodott jista' jkun ogħla mill-ammont residwu ta' 2,4-D; billi fl-Unjoni ma hemm l-ebda livell massimu ta' residwu (MRL) għal 2,4-Diklorofenol;

L.  billi rapport reċenti tan-NU juri li l-pestiċidi huma responsabbli għal madwar 200 000 mewta b'avvelenament akut fis-sena, li minnhom 99 % iseħħu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-Unjoni ntrabtet li tilħaq l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs), li jinkludu impenn biex jitnaqqas sostanzjalment in-numru ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija u mill-kontaminazzjoni sal-2030 (SDG 3, il-mira 3.9), li minnhom wieħed mill-indikaturi hija r-rata ta' mwiet attribwita għal avvelenament mhux intenzjonat(13); billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' dawn l-erbiċidi minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom(14);

M.  billi l-Unjoni hija impenjata lejn il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp, bl-għan li timinimizza l-kontradizzjonijiet u li tibni sinerġiji bejn il-politiki differenti tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kummerċ, l-ambjent u l-agrikoltura(15), sabiex jibbenefikaw minnha l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tiżdied l-effikaċja ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp(16);

N.  billi m'hemmx dubju li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja DAS-68416-4 fl-Unjoni mingħajr dubju se twassal għal żieda fil-kultivazzjoni tagħha f'pajjiżi terzi, inkluż f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll għal żieda ekwivalenti fl-użu tal-erbiċidi tal-glufosinat 2,4-D;

O.  billi l-iżvilupp ta' għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni mgħaġġla ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna fuq għelejjel ġenetikament modifikati;

P.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tat-12 ta' Ġunju 2017 ma tat l-ebda opinjoni; billi 15-il Stat Membru vvutaw kontra, filwaqt li 11-il Stat Membru biss – li jirrappreżentaw 36,57 % biss tal-popolazzjoni tal-Unjoni – ivvutaw favur, filwaqt li 2 Stati Membri astjenew;

Q.  billi f'bosta okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 hi kellha tadotta deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi din il-prattika wkoll ġiet ikkundannata mill-President Juncker bħala mhix demokratika(17);

R.  billi l-Parlament ċaħad il-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fit-28 ta' Ottubru 2015 fl-ewwel qari u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tippreżenta proposta ġdida(18);

S.  billi, skont il-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni għandha, sa fejn possibbli, timxi b'mod li jevita konflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tirriżulta fil-kumitat ta' appell li tikkontesta l-adegwatezza ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jmur lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozzta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002(19), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li jirriżulta li mhijiex adegwata;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax xi pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċida (HT GMP) mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn sprej b'erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza ebda HT GMP li tkun reżistenti għal taħlita ta' erbiċidi, kif inhu l-każ tal-fażola tas-sojja DAS-68416-4, mingħajr valutazzjoni sħiħa tal-effetti kumulattivi speċifiċi ta' residwi minn sprej b'taħlita ta' erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob ħafna aktar testijiet dettaljati dwar ir-riskji għas-saħħa marbuta ma' events ta' trasformazzjoni multiplu bħad-DAS-68416-4;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u t-tossikoloġija, kif ukoll għal sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina alimentari u tal-għalf kollha u t-taħlitiet tagħhom bħala preżenti fil-katina alimentari u tal-għalf taħt kundizzjonijiet prattiċi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom f'valutazzjoni tar-riskju ta' HT GMP, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata hix maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għal ikel u għalf;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp li joħroġ mill-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4719
(4)—————————————— - Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati P8_TA(2015)0456).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0039).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (Testi adottati, P8_TA(2016)0038).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (Testi adottati, P8_TA(2016)0271).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0388).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (P8_TA(2016)0387).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390).Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21 (Testi adottati, P8_TA(2017)0123).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 (Testi adottati, P8_TA(2017)0215).Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) (BCS-GHØØ5-8) (Testi adottati, P8_TA(2017)0214).
(5) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4719
(6) Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u risposti tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA- Q-2011-00052
(7) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(8) http://www.pan-europe.info/sites/pan-europe.info/files/public/resources/reports/pane-2014-risks-of-herbicide-2-4-d.pdf
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2033 tat-13 ta' Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 8).
(10) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(11) http://eur-lex.europa.eu/legal- content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32015R0404&from=MT
(12) Dokument ta' konsultazzjoni tal-Istati Membri, pp. 31-32. http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA- Q-2011- 00052
(13) https://sustainabledevelopment.un.org/sdg3
(14) https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
(15) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2005 intitolata "Il-Koerenza tal- Politika għall- Iżvilupp: It-tħaffif tal-progress biex jinkisbu l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju (COM(2005)0134).
(16) https://ec.europa.eu/europeaid/policies/policy-coherence-development_en
(17) Ara, pereżempju, id-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014) jew fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(18) Testi adottati, P8_TA(2015)0379
(19) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Importazzjoni ta’ għalf u ikel soġġett għal kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima
PDF 346kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 fir-rigward tal-ikel u l-għalf soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (D051561/01 – 2017/2837(RSP))
P8_TA(2017)0342B8-0502/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) .../... li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 fir-rigward tal-ikel u l-għalf soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (D051561/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni,(2),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Kummenti ġenerali

A.  billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 attwalment jirrikjedi li l-kunsinni ta' xi prodotti tal-ikel, inkluż il-faqqiegħ, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, ir-ross u l-fażola tas-sojja, li joriġinaw jew ġew ikkunsinnati minn kwalunkwe parti tal-Ġappun iridu jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni valida mingħand l-awtoritajiet Ġappuniżi li tagħti prova li l-prodotti jkunu konformi mal-limiti massimi ta' kontaminazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun (l-Artikolu 5(1) u (2)); billi l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ("l-abbozz ta' proposta") issa jirrikjedi biss li lista limitata ta' ikel u għalf minn tnax-il prefettura, elenkati fl-Anness II, ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni ta' dan it-tip; billi l-abbozz ta' proposta jħassar ukoll għadd ta' kategoriji ta' ikel u għalf mill-Anness II;

B.  billi, bl-istess mod, skont l-Artikolu 10 tal-abbozz ta' proposta, il-kontrolli uffiċjali, jiġifieri l-kontrolli tad-dokumenti għall-kunsinni kollha u kontrolli tal-identità każwali u kontrolli fiżiċi każwali, inkluża l-analiżi laboratorja għall-preżenza ta' ċesju-134 u ċesju-137, issa se jkunu meħtieġa biss għall-ikel u għall-għalf elenkati fl-Anness II; billi l-abbozz ta' proposta jżomm frekwenza baxxa ta' kontrolli waqt l-importazzjoni (premessa 12);

C.  billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6, ġaladarba jkun emendat kif propost mill-Kummissjoni, mhux se jibqa' jirrikjedi li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur, permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, ir-riżultati analitiċi kollha;

D.  billi l-abbozz ta' proposta jżomm mingħajr ebda tibdil l-Anness I eżistenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi kif previsti fil-liġi Ġappuniża għal kategoriji differenti ta' ikel u għalf(3); billi verifika tal-konformità mal-limiti massimi għall-kategoriji ta' ikel u għalf fl-Anness I mhijiex meħtieġa taħt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jew l-abbozz ta' proposta għall-emenda tiegħu, la fil-forma ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi u lanqas fil-forma ta' kontrolli u kampjuni fil-fruntieri tal-UE; billi, għaldaqstant, ma hemm l-ebda garanzija li dawk il-prodotti tal-ikel u l-għalf se jikkonformaw mal-limiti massimi għall-kontaminazzjoni radjuattiva;

E.  billi l-abbozz ta' proposta hu bbażat fuq data ta' okkorrenza pprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi għall-2014, l-2015 u l-2016 (aktar minn 132 000 element ta' data dwar l-okkorrenza ta' radjuattività fl-għalf u fl-ikel għajr iċ-ċanga, u aktar minn 527 000 element ta' data dwar l-okkorrenza ta' radjuattività fiċ-ċanga); billi, filwaqt li l-bidliet fl-abbozz ta' proposta huma bbażati fuq analiżi ddettaljata tad-data msemmija qabel, la din l-analiżi u lanqas xi rabta mad-data mhux ipproċessata mhuma provduti fit-test;

F.  billi huwa għalhekk diffiċli ħafna biex jiġi vverifikat jekk il-miżuri proposti humiex biżżejjed biex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni;

G.  billi, madankollu, anke mingħajr l-analiżi li l-Kummissjoni bbażat il-proposta tagħha fuqha, hemm biżżejjed raġunijiet biex wieħed jemmen li din il-proposta taf twassal għal żieda fl-esponiment għal ikel ikkontaminat bir-radjuattività, b'impatt korrispondenti fuq is-saħħa tal-bniedem;

H.  billi l-president tat-Tokyo Electric Power Company (TEPCO) talab uffiċjalment l-awtorizzazzjoni mingħand il-Gvern Ġappuniż biex jarmi fl-Oċean Paċifiku kważi miljun tunnellata ta' ilma b'livell għoli ta' radjuattività li kien intuża biex ikessaħ ir-reatturi bil-ħsara tal-impjant nukleari; billi dan ir-rimi, jekk jiġi awtorizzat, jista' jkollu impatt negattiv gravi fuq il-livelli ta' sikurezza tal-prodotti tas-sajd maqbuda mill-ibħra 'l barra mill-kosta tal-Ġappun;

Kummenti speċifiċi rigward l-Anness II

I.  billi l-prefetturi Ġappuniżi li attwalment huma koperti bl-Anness II (Fukushima, Miyagi, Akita, Yamagata, Nagano, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Chiba, Iwate, Yamanashi, Shizuoka u Niigata) huma kollha esposti għal xita radjuattiva mid-diżastru nukleari li seħħ fl-impjant tal-enerġija ta' Fukushima fl-2011;

J.  billi, mingħajr ġustifikazzjoni, l-abbozz ta' proposta jneħħi r-ross u l-prodotti derivati mill-prefettura ta' Fukushima mill-Anness II; billi dan ifisser li mhux se jibqa' jkun hemm rekwiżit li dawk il-prodotti jittieħdu kampjuni tagħhom u li jiġu analizzati malli jidħlu fl-Unjoni, u lanqas mhu se jibqa' obbligu fuq l-awtoritajiet Ġappuniżi li jiċċertifikaw il-konformità tagħhom mal-livelli massimi ta' kontaminazzjoni radjuattiva; billi wieħed mill-prodotti derivati mir-ross imneħħija mill-Anness II huwa r-ross użat fl-ikel tat-trabi u fl-ikel għat-tfal żgħar(4); billi għall-gruppi kkonċernati, minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom għall-esponiment għar-radjazzjoni, l-ebda livell ta' kontaminazzjoni mhu aċċettabbli; billi skont il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn il-Ġappun u l-UE, l-esportazzjoni tar-ross mill-Ġappun tista' tiżdied; billi, peress li reċentement tneħħew l-ordnijiet ta' evakwazzjoni, aktarx li l-kultivazzjoni tar-ross fl-għelieqi kkontaminati se terġa' tibda;

K.  billi filwaqt li l-premessa 7 tal-abbozz ta' proposta tgħid li huma biss ir-ross u l-prodotti derivati minnu li joriġinaw mill-prefettura ta' Fukushima li se jitneħħew mill-Anness II, l-Anness II huwa emendat ukoll biex issa jippermetti, mingħajr kontrolli, kampjuni jew analiżi, l-importazzjoni lejn l-Unjoni ta' seba' speċijiet ta' ħut (fosthom it-Thunnus thynnus, it-Thunnus orientalis u l-kavalli), kif ukoll krustaċji u molluski maqbuda jew miġbura mill-ibħra ta' Fukushima;

L.  billi, skont il-proposta, seba' speċijiet ta' ħut (fosthom it-Thunnus thynnus, it-Thunnus orientalis u l-kavalli), il-krustaċji (bħall-awwisti u l-gambli) u l-molluski (bħall-gandoffli u molluski) se jitneħħew ukoll mill-Anness II għal sitt prefetturi oħra, jiġifieri Miyagi, Iwate, Gunma, Ibaraki, Chiba u Tochigi; billi ma ngħatat ebda ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni għal dan it-tnaqqis fil-kontrolli, u ma ngħatat ebda raġuni għalfejn, pereżempju, dawk l-ispeċijiet issa qed jiġu kkunsidrati sikuri biżżejjed għall-importazzjoni fl-Unjoni mingħajr kontrolli waqt li oħrajn mhumiex;

M.  billi skont il-proposta, l-Anness II mhux se jibqa' jkopri prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta' Akita (bħalissa l-Anness ikopri ħames prodotti minn Akita - il-faqqiegħ, l-Aralja, rimat il-bambù, l-Osmunda japonica u l-koxjabura (pjanta selvaġġa li tittiekel) - u l-prodotti kollha derivati minnhom); billi ma ngħatat ebda ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni għal dan it-tnaqqis fil-kontrolli;

N.  billi l-Anness II mhux se jibqa' jkopri l-Aralja, il-bambù, u l-Osmunda japonica li joriġinaw minn Yamagata; billi ma ngħatat ebda ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni għal dan it-tnaqqis fil-kontrolli;

O.  billi l-Anness II mhux se jibqa' jkopri l-Osmunda japonica, il-bracken u l-Matteuccia struthiopteris mill-ħames prefetturi ta' Iwate, Gunma, Ibaraki, Chiba uTochigi; billi ma ngħatat ebda ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni għal dan it-tnaqqis fil-kontrolli;

P.  billi l-uniku element li ġie miżjud fl-Anness II hu "Ħut u prodotti tas-sajd" mill-prefettura ta' Nagano; billi ma ngħatat ebda ġustifikazzjoni għal dan l-issikkar tal-kontrolli; billi l-kontrolli sistematiċi fil-każ ta' din il-prefettura tneħħew f'Diċembru 2011; billi f'Marzu 2014, ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu reġgħu ġew miżjuda fl-Anness II;

Kummenti speċifiċi rigward Anness I

Q.  billi l-abbozz ta' proposta jżomm mingħajr ebda tibdil l-Anness I eżistenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi kif previsti fil-liġi Ġappuniża; billi verifika tal-konformità mal-limiti massimi għall-kategoriji ta' ikel u għalf fl-Anness I mhijiex meħtieġa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jew l-abbozz ta' proposta għall-emenda tiegħu, la fil-forma ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi u lanqas fil-forma ta' kontrolli u kampjuni fil-fruntieri tal-UE; billi, għaldaqstant, ma hemm l-ebda garanzija li dawk il-prodotti tal-ikel u l-għalf ma jeċċedux il-limiti massimi għall-kontaminazzjoni radjuattiva;

R.  billi sa mill-1 ta' April 2012, il-limiti massimi fis-seħħ fil-Ġappun, u għaldaqstant dawk elenkati fl-Anness I, ma ġewx riveduti 'l isfel; billi dawn il-limiti għandhom jitbaxxew, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti tal-ikel għal gruppi vulnerabbli bħall-ħalib u l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar;

S.  billi sitt snin wara d-diżastru, għad hemm ħafna dubji jekk l-Unjoni għandhiex tippermetti fil-katina tal-ikel tagħha (anke fit-teorija — minħabba li ma hemm ebda obbligu legali għal kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni) prodotti bil-livelli massimi li ġejjin ta' ċesju-134 u ċesju-137: 50 Bq/kg għall-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, (bħall-ħalib tat-trab għat-trabi, il-ħalib tat-trab għat-trabi ta' minn 4 xhur 'il fuq, u l-ikel tat-tfal żgħar), kif ukoll ħalib u xarbiet ibbażati fuq il-ħalib, 10 Bq/kg għall-ilma minerali, xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentati, u 100 Bq/kg għall-prodotti l-oħra kollha tal-ikel;

1.  Iqis li l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;

2.  Iqis li l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhux konsistenti mad-dritt tal-Unjoni peress li mhux kompatibbli mal-għan u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li tiġi pprovduta l-bażi sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, tal-ambjent u tal-interessi tal-konsumatur;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat sa mhux aktar tard minn tmiem l-2017;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex meta tkun qed tfassal il-proposta l-ġdida tagħha, inter alia:

   tiżgura li kull ikel u għalf importat lejn l-Unjoni mill-Ġappun, inklużi l-kategoriji elenkati fl-Anness I, ikun soġġett għal kontrolli u verifiki;
   tirrevedi 'l isfel il-limiti massimi fl-Anness I; u
   tqis it-tneħħija reċenti tal-ordnijiet ta' evakwazzjoni mill-prefetturi milquta u tiżgura li ma jkunx hemm impatt negattiv korrispondenti fuq il-livelli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel u fl-għalf importati lejn l-Unjoni;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, sakemm tiġi abbozzata l-proposta l-ġdida tagħha, idaħħal fis-seħħ miżuri ta' emerġenza, kif meħtieġ skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għall-iżgurar tal-ogħla livelli possibbli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex immedjatament tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż fuq is-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-analiżi li fuqha hu bbażat l-abbozz ta' proposta tagħha, kif ukoll id-dettalji tas-sistema ta' kontroll stabbilita mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b'ġustifikazzjonijiet għar-rilevanza u l-effettività tagħha;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi stampa aġġornata tas-sitwazzjoni radjuloġika fill-Ġappun mill-2011 'l hawn, kif ukoll ħarsiet ġenerali komprensivi sena b'sena għall-perjodu 2011‑2017 tal-materjal radjuattiv rilaxxat kemm fl-atmosfera u kemm fl-Oċean Paċifiku mill-impjant nukleari ta' Fukushima, biex tkun tista' ssir analiżi bir-reqqa rigward is-sikurezza tal-ikel;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) "Ikel għat-trabi u t-tfal żgħar", "Ħalib u xarbiet ibbażati fuq il-ħalib", "Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat" u "Ikel ieħor", kif ukoll għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat, għaż-żwiemel, għall-ħnieżer, għat-tjur u għall-ħut.
(4) Jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) 1901.


Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017: ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; l-istabbiliment ta' pjanijiet tal-ACER u s-SESAR2
PDF 337kWORD 44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jżid ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bil-għan li jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea u li jkunu aġġornati t-tabelli tal-persunal tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2 (11812/2017– C8-0303/2017 – 2017/2078(BUD))
P8_TA(2017)0343A8-0282/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament dwar il-QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 5/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ''Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ'',

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0288),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, adottata mill-Kunsill fl-4 ta’ Settembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11812/2017 – C8-0303/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0282/2017),

A.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 huwa marbut mal-forniment ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), kif miftiehem mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-ftehim tagħhom dwar il-baġit 2017, kif ukoll mal-emendar tal-organigrammi tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2, mingħajr ma jkunu hemm tibdil fil-baġit ġenerali jew fl-għadd totali ta' karigi;

B.  billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tipproponi baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġu pprovduti EUR 500 miljun għall-YEI fl-2017 iffinanzjati mill-Marġini Globali għall-Impenji, malli jiġi adottat l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-QFP;

C.  billi, b'segwitu għall-adozzjoni tal-aġġustament tekniku, il-Kummissjoni qed tipproponi għaldaqstant li temenda l-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 u żżid l-Artikolu 04 02 64 ''Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ'';

D.  billi, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar żieda ta' EUR 1,2 biljun għall-YEI għall-2017-2020, u l-Parlament Ewropew enfasizza, fid-dikjarazzjoni tiegħu marbuta mar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-QFP, li dan il-limitu huwa ta' natura politika mingħajr l-ebda implikazzjoni legali;

E.  billi, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-QFP, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll fid-dikjarazzjoni tagħha, li għandha tiġi kkunsidrata żieda fil-finanzjament għall-YEI lil hinn mill-ammont miftiehem ta' EUR 1,2 biljun, billi jintuża l-marġini disponibbli taħt il-Marġini Globali għall-Impenji skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP;

F.  billi r-rekwiżit għall-eżerċizzju ta' klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2017 huwa meħtieġ kemm għall-aġenzija deċentralizzata ACER kif ukoll għall-Impriża Konġunta SESAR2;

1.  Jenfasizza, bħala kwistjoni ta' prijorità, il-ħtieġa urġenti li jkompli jiżdied l-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ permezz ta' finanzjament addizzjonali għall-YEI;

2.  Jiddispjaċih dwar id-dewmien, minħabba l-imblukkar u l-approvazzjoni tardiva min-naħa tal-Kunsill għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, fil-modifika tal-baġit tal-Unjoni għall-2017 biex tiżdied il-YEI kif maqbul matul il-proċedura baġitarja annwali tal-2017;

3.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, kif ippreżentat mill-Kummissjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw programmazzjoni mill-ġdid rapida tal-programmi operazzjonali rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-pakkett addizzjonali kollu tal-YEI ta' EUR 500 miljun ikun impenjat għalkollox u b'mod effiċjenti sa tmiem l-2017; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jwettqu l-valutazzjonijiet tan-nuqqasijiet u l-analiżijiet tas-suq qabel ma jiġu stabbiliti l-iskemi sabiex jottimizzaw il-benefiċċji tal-YEI;

5.  Jieħu nota tal-modifiki fl-organigrammi tal-aġenzija deċentralizzata ACER u tal-Impriża Konġunta SESAR2; jinnota li dawn il-modifiki ma jibdlux l-għadd totali ta' karigi u li jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan il-baġit annwali tal-korpi għal din is-sena; jaqbel li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kariga fil-grad ta' AD15 għall-Impriża Konġunta SESAR2 hija ad personam, u se tiskadi fi tmiem il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali;

6.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 28.2.2017.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


Esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
PDF 388kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2017/2029(INI))
P8_TA(2017)0344A8-0264/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-prinċipji minquxa fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u ż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (1)(minn hawn 'il quddiem il-"Pożizzjoni Komuni"),

–  wara li kkunsidra s-17(2) u t-18(3) ir-Rapport Annwali tal-UE, imfassla f'konformità mal-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2309 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi(4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi(5),

–  wara li kkunsidra l-Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Marzu 2017(6),

–  wara li kkunsidra l-Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-25 ta' Ġunju 2012 u l-punt 11(e) tiegħu, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019), tal-20 ta' Lulju 2015, u l-punt 21(d) tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) li ġie adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' April 2013(7), u li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà(8),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju(10), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 599/2014 tas-16 ta' April 2014, u l-lista ta' oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija fl-Anness I tagħha (minn hawn 'il quddiem "Regolament dwar l-Użu Doppju"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar dan is-suġġett, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2015(12) dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen(13), tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015(14), u tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kumpaniji tas-sigurtà privati(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0264/2017),

A.  billi d-dritt inerenti għall-awtodifiża individwali jew kollettiva huwa stabbilit fl-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

B.  billi l-aħħar data(17) turi li t-trasferimenti internazzjonali ta' armi kbar bejn l-2012 u l-2016 laħqu l-ogħla volum tagħhom għal kwalunkwe perjodu ta' ħames snin minn tmiem il-Gwerra Bierda, u kienu 8,4 % ogħla miċ-ċifra għall-perjodu 2007-2011;

C.  billi l-esportazzjoni u t-trasferimenti tal-armi għandhom impatt fuq is-sigurtà tal-bniedem, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-governanza tajba u l-iżvilupp soċjoekonomiku; billi l-esportazzjoni tal-armi tikkontribwixxi wkoll għal ċirkostanzi li jwasslu biex in-nies jaħarbu minn pajjiżhom; billi dan jitlob li jkun hemm sistema ta' kontroll tal-armi stretta, trasparenti, effikaċi u aċċettata u definita b'mod komuni;

D.  billi l-aħħar ċifri(18) juru li l-esportazzjonijiet mill-UE28 kienu jammontaw għal 26 % tat-total globali fl-2012-2016, li jagħmlu lill-UE28 kollettivament it-tieni l-akbar fornitur tal-armi fid-dinja, wara l-Istati Uniti tal-Amerka (33 %) u segwita mir-Russja (23 %); billi, skont l-aktar rapport riċenti mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali, il-pajjiżi tal-UE kienu ngħataw liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi b'valur totali ta' EUR 94,40 biljun fl-2014;

E.  billi l-aħħar ċifri(19) juru li l-esportazzjoni tal-armi lejn il-Lvant Nofsani żdiedet b'86 % u ammontat għal 29 % tal-esportazzjonijiet globali bejn l-2012-2016;

F.  billi l-aħħar data uffiċjali tal-UE tindika li fl-2015, il-Lvant Nofsani kien l-aktar reġjun sinifikanti f'termini ta' esportazzjoni tal-armi għall-UE-28, b'total ta' EUR 78,8 biljun f'liċenzji awtorizzati tal-esportazzjoni tal-armi;

G.  billi ċerti trasferimenti ta' armi minn Stati Membri tal-UE lejn reġjuni u pajjiżi mhux stabbli u suxxettibbli għall-kriżijiet intużaw f'kunflitti armati jew għar-repressjoni interna; billi ġie rrappurtat li xi wħud minn dawn it-trasferimenti ġew iddevjati f'idejn gruppi terroristiċi, pereżempju fis-Sirja u fl-Iraq; billi, f'xi każijiet, l-armi esportati lejn ċerti pajjiżi, pereżempju, l-Arabja Sawdija, intużaw f'kunflitti bħal dak fil-Jemen; billi tali esportazzjonijiet jiksru b'mod ċar il-Pożizzjoni Komuni u għaldaqstant jenfasizzaw il-ħtieġa għal skrutinju u trasparenza aħjar;

H.  billi ma teżisti l-ebda sistema standardizzata ta' verifika u rappurtar li tagħti tagħrif dwar jekk l-esportazzjonijiet ta' Stati Membri individwali humiex jiksru t-tmien kriterji u sa liema punt qed jagħmlu dan, u fin-nuqqas, barra dan, ta' mekkaniżmi ta' sanzjoni fil-każ ta' prattika ta' esportazzjoni min-naħa ta' Stat Membru li biċ-ċar ma tikkonformax mat-tmien kriterji;

I.  billi investigazzjonijiet li saru miċ-Ċentru Internazzjonali ta' Bonn għall-Konverżjoni (BICC) urew li fil-Ġermanja biss fl-2015, inħarġu 4 256 liċenzja għall-esportazzjoni tal-armi fi 83 pajjiż li kienu meqjusa bħala problematiċi fir-rigward tal-Pożizzjoni Komuni(20);

J.  billi kemm l-ambjent tas-sigurtà globali kif ukoll dak reġjonali nbidel b'mod drammatiku, speċjalment fir-rigward tal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni, u dan jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitjiebu metodoloġiji fir-rigward tal-produzzjoni tal-informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskju tal-liċenzjar tal-esportazzjoni u sabiex isiru aktar sikuri;

K.  billi xi Stati Membri reċentement iffirmaw ftehimiet strateġiċi dwar il-kooperazzjoni militari, inklużi t-trasferimenti ta' kwantitajiet kbar ta' teknoloġija militari ta' kwalità għolja, ma' pajjiżi mhux demokratiċi fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Afrika ta' Fuq;

L.  billi, skont it-Trattat ta' Lisbona, il-qerda tal-faqar hija l-għan ewlieni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, u billi hija wkoll waħda mill-prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-UE biex tfittex tibni dinja aktar stabbli u għanja; billi l-provvista ta' armi lil pajjiżi f'kunflitt, kif ukoll il-fatt li huwa possibbli li tinxtered il-vjolenza, inaqqsu l-potenzjal li dawn il-pajjiżi jiżviluppaw;

M.  billi x-xena industrijali tad-difiża fl-Ewropa hija settur ta' importanza ewlenija u, fl-istess ħin, hija kkaratterizzata minn kapaċitajiet żejda, duplikazzjoni u frammentazzjoni, li taġixxi bħala trażżin tal-kompetittività tal-industrija tad-difiża u li wasslet għal politiki dwar l-esportazzjoni li qed jespandu;

N.  billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen appellat lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) biex tniedi inizjattiva sabiex jiġi impost embargo tal-armi tal-UE fuq l-Arabja Sawdija;

O.  billi s-sitwazzjoni fil-Jemen kompliet tmur għall-agħar ukoll minħabba l-azzjoni militari mwettqa mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija; billi xi Stati Membri waqfu jipprovdu armi lill-Arabja Sawdija minħabba l-azzjonijiet tagħha fil-Jemen, filwaqt li oħrajn komplew jipprovdu teknoloġija militari u dan imur kontra l-kriterji 2, 4, 6, 7 u 8;

P.  billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015 enfasizzat li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu prijorità, u appellat lill-Istati Membri biex jaqblu li jimxu lejn politika tal-esportazzjoni aktar moderna, flessibbli u bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fir-rigward ta' pajjiżi b'rekord ippruvat ta' repressjoni interna vjolenti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Q.  billi l-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà għandha sservi biex tittejjeb il-koerenza tal-politika dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi;

1.  Jinnota li l-Istati għandhom id-dritt leġittimu li jakkwistaw teknoloġija militari għal skopijiet ta' awtodifiża; jissottolinja li l-fatt li tinżamm industrija tad-difiża jservi bħala parti mill-awtodifiża tal-Istati Membri; ifakkar li waħda mill-motivazzjonijiet wara l-istabbiliment tal-Pożizzjoni Komuni kienet li jiġi evitat l-użu tal-armi Ewropej kontra l-forzi armati tal-Istati Membri kif ukoll sabiex jiġu evitati l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u li jiġu estiżi l-kunflitti armati; itenni li l-Pożizzjoni Komuni hija qafas legalment vinkolanti li tistabbilixxi rekwiżiti minimi li l-Istati Membri jridu japplikaw fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi, u li dan jinkludi l-obbligu li tiġi eżaminata talba għal liċenzja tal-esportazzjoni kontra kull wieħed mit-tmien kriterji elenkati fih;

2.  Jinnota li l-iżvilupp tat-tagħmir għad-difiża huwa għodda importanti għall-industrija tad-difiża u li l-Bażi Teknoloġika u Industrijali ta' Difiża Ewropea kompetittiva u innovattiva li għad trid tiġi żviluppata għandha sservi ta' strument biex tiżgura s-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri, taċ-ċittadini tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u b'mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); jistieden lill-Istati Membri jegħlbu n-nuqqas attwali ta' effiċjenza fl-infiq għad-difiża minħabba d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni, in-nuqqas ta' interoperabbiltà, u biex ikollhom l-għan li l-UE ssir fornitur tas-sigurtà, anke permezz ta' kontroll aħjar tal-esportazzjoni tal-armi; itenni li l-Artikolu 10 tal-Pożizzjoni Komuni jsostni li kunsiderazzjonijiet ta' interessi ekonomiċi, kummerċjali u industrijali mill-Istati Membri ma jridux jaffettwaw l-applikazzjoni tat-tmien kriterji li jirregolaw l-esportazzjoni tal-armi;

3.  Jinnota, madankollu, li t-teknoloġija militari xi drabi tilħaq destinazzjonijiet u utenti finali li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni; jinsab imħasseb li l-proliferazzjoni tas-sistemi tal-armi, fi żmien ta' gwerra u f'sitwazzjonijiet ta' tensjoni politika sinifikanti, tista' taffettwa b'mod sproporzjonat lil persuni ċivili; jinsab allarmat dwar it-tlielaq globali għall-armi u l-approċċi fil-livell militari għas-soluzzjoni tal-kunflitti u t-taqlib politiku; jissottolinja li l-kunflitti għandhom jiġu solvuti permezz ta' mezzi diplomatiċi bħala prijorità;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) itejbu b'mod sinifikanti l-konsistenza tal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni sabiex isaħħu s-sigurtà tal-popolazzjoni ċivili li qed ibatu minħabba kunflitti u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi, is-sigurtà tal-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha, u joħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji tal-UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li implimentazzjoni konsistenti tal-Pożizzjoni Komuni hija essenzjali għall-kredibbiltà tal-UE bħala attur globali bbażata fuq il-valuri;

5.  Iħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fil-proċess li jiksbu l-istatus ta' kandidat, jew pajjiżi oħra li jixtiequ jimpenjaw ruħhom fit-triq lejn l-adeżjoni fl-UE, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kanada, il-Georgia, l-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u n-Norveġja allinjaw ruħhom mal-kriterji u mal-prinċipji tal-Pożizzjoni Komuni u b'hekk qed isegwu wkoll allinjament ulterjuri mal-PESK u mal-PSDK; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib ma' pajjiżi terzi li għandhom impenn formali biex iħarsu l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni, speċjalment bil-ħsieb li jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni u biex tkun żgurata trasparenza akbar fl-għoti ta' liċenzji; jistieden barra minn hekk lis-SEAE jħeġġeġ partikolarment lill-pajjiżi Ewropej sabiex jallinjaw ruħhom mal-Pożizzjoni Komuni biex b'hekk jiżguraw żona Ewropea usa' u aktar sikura;

6.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jikkooperaw mill-qrib sabiex jiġu evitati r-riskji li jirriżultaw mid-devjazzjoni u mill-ħżin tal-armi, bħalma huma t-traffikar u l-kuntrabandu ta' armi illegali; jenfasizza r-riskju tal-armi esportati lejn pajjiżi terzi li jidħlu lura fl-UE permezz tal-kuntrabandu u tat-traffikar tal-armi;

7.  Jinnota l-livell għoli ta' responsabbiltà għall-Unjoni f'termini ta' riskju għas-sigurtà min-nuqqas ta' appoġġ u impenn aktar b'saħħtu min-naħa tal-UE dwar id-dekummissjonar tal-bosta ħażniet tal-armi li għadhom jeżistu fil-Bożnija-Ħerzegovina, fl-Albanija u fl-Ukrajna;

8.  Jemmen li l-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju tal-liċenzjar tal-esportazzjoni għandha tinkorpora prinċipju ta' prekawzjoni u li l-Istati Membri, minbarra li jiffokaw fuq jekk it-teknoloġija militari speċifika tistax tintuża għal repressjoni interna jew għal skopijiet oħrajn mhux mixtieqa (l-approċċ funzjonali), għandhom ukoll jivvalutaw ir-riskji bbażati fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż ta' destinazzjoni (l-approċċ bi prinċipju);

9.  Jinnota li fil-kuntest tal-Brexit, ikun importanti għar-Renju Unit li jibqa' marbut mal-Pożizzjoni Komuni u li japplika dispożizzjonijiet operattivi kif jagħmlu pajjiżi terzi Ewropej oħrajn;

10.  Jitlob lill-Istati Membri u lis-SEAE jiżviluppaw strateġija dedikata biex jipprovdu protezzjoni formali lill-informaturi li jirrappurtaw prattiki minn organizzazzjonijiet u kumpaniji fl-industrija tal-armi li jiksru l-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni;

11.  Jenfasizza l-importanza tal-koerenza bejn ir-reġimi għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta' kontroll; itenni, barra dan, l-importanza ta' koerenza bejn il-kontroll tal-esportazzjoni u strumenti oħrajn tal-politika barranija, kif ukoll strumenti kummerċjali, bħalma huma s-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi u r-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt;

12.  Itenni l-effett negattiv li l-esportazzjoni bla rażan ta' teknoloġiji ta' sorveljanza ċibernetika minn kumpaniji tal-UE jista' jkollha fuq is-sigurtà għall-infrastruttura diġitali tal-UE u fuq id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' aġġornament rapidu, effikaċi u komprensiv tar-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju u jistieden lill-Kunsill jadotta skeda ta' żmien ambizzjuża dwar din il-kwistjoni;

13.  Jisħaq fuq l-importanza li effettivament tiġi limitata l-esportazzjoni tal-armi lil kumpaniji tas-sigurtà privati bħala utent finali, u li kwalunkwe liċenzja bħal din tingħata biss meta, wara kontrolli ta' diliġenza bir-reqqa, jiġi determinat li l-kumpanija tas-sigurtà privata inkwistjoni ma tkunx ipparteċipat fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' responsabbiltà jridu jiġu implimentati sabiex jiżguraw l-użu responsabbli ta' armi minn kumpaniji privati tas-sigurtà;

L-implimentazzjoni tal-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni

14.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 1 ġie invokat 81 darba għal ċaħdiet fl-2014 u 109 darbiet fl-2015;

15.  Itenni t-talba tiegħu lir-RGħ/VP biex tniedi inizjattiva mmirata sabiex jiġi impost embargo tal-armi tal-UE fuq il-pajjiżi li jiġu akkużati bi ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, partikolarment fir-rigward tat-tqegħid fil-mira intenzjonat ta' infrastruttura ċivili; jenfasizza għal darb'oħra li l-fatt li qed ikompli jiġi liċenzjat il-bejgħ ta' armi lejn dawn il-pajjiżi jirrappreżenta ksur tal-Pożizzjoni Komuni;

16.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 2 ġie invokat 72 darba għal ċaħdiet fl-2014 u 89 darba fl-2015; jiddeplora l-fatt li d-data turi n-nuqqas ta' approċċ komuni dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, fl-Iraq u fil-Jemen, b'mod partikolari; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-SEAE jagħtu bidu għal diskussjoni dwar l-estensjoni tal-kriterju 2 sabiex jinkludi indikaturi tal-governanza demokratika, peress li tali kriterji ta' valutazzjoni jistgħu jgħinu jistabbilixxu aktar salvagwardji kontra l-konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati tal-esportazzjonijiet; jemmen, barra minn hekk, li approċċ bi prinċipju għall-valutazzjoni tar-riskju jkun jiffoka fuq ir-rispett ġenerali tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem mir-riċevitur;

17.  Jemmen li l-esportazzjonijiet lejn l-Arabja Sawdija lanqas ma jikkonformaw għall-inqas mal-kriterju 2 rigward l-involviment tal-pajjiż fi ksur serju tad-dritt umanitarju, kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tan-NU; itenni t-talba tiegħu mis-26 ta' Frar 2016 dwar il-bżonn urġenti li jiġi impost embargo fuq l-armi lill-Arabja Sawdija;

18.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 3 ġie invokat 99 darba għal ċaħdiet fl-2014 u 139 darba fl-2015; fi ħdan il-kuntest tal-kriterju 3, jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu vvalutati t-trasferimenti tal-armi riċenti mill-Istati Membri għal atturi mhux statali, inkluż l-għoti ta' assistenza teknika u taħriġ, fid-dawl tal-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW);

19.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 4 ġie invokat 57 darba għal ċaħdiet fl-2014 u 85 darba fl-2015; jiddeplora l-fatt li fil-kunflitt tal-Jemen qed tiġi użata teknoloġija militari esportata mill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw mal-Pożizzjoni Komuni b'mod konsistenti abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa fuq medda twila ta' żmien;

20.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 5 ġie invokat 7 darbiet għal ċaħdiet fl-2014 u 16-il darba fl-2015; ifakkar li dan il-kriterju jirreferi għall-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri u n-nazzjonijiet alleati, filwaqt li jirrikonoxxi li dawn l-interessi ma jistgħux jaffettwaw il-kunsiderazzjonijiet tal-kriterji dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u dwar il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali;

21.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 6 ġie invokat 6 darbiet għal ċaħdiet fl-2014 filwaqt li l-ebda ċaħda ma ġiet innotifikata fl-2015; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta' devjazzjoni tal-esportazzjoni tal-armi mill-Istati Membri għal atturi mhux statali, inklużi gruppi terroristiċi, u jwissi li dawn l-armi jistgħu jintużaw kontra l-persuni ċivili, kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll barra minnu; itenni l-importanza ta' kontrolli iktar stretti fuq l-esportazzjoni tal-armi sabiex jiġu onorati l-impenji internazzjonali li jikkonċernaw il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

22.  Jinsab imħasseb dwar id-devjazzjonijiet possibbli tal-esportazzjonijiet lejn l-Arabja Sawdija u l-Qatar għal atturi armati mhux statali fis-Sirja li jikkommettu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju, u jistieden lill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali jindirizza din il-kwistjoni b'mod urġenti; jirrikonoxxi li l-parti l-kbira tal-armi f'idejn ribelli u gruppi terroristiċi ġew minn sorsi li m'humiex Ewropej;

23.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 7 ġie invokat 117-il darba għal ċaħdiet fl-2014 u 149 darba fl-2015; jesprimi t-tħassib tiegħu, inter alia, dwar l-allegati devjazzjonijiet tal-esportazzjonijiet ta' SALW minn pajjiżi Ewropej għal ċerti destinazzjonijiet li minnhom ġew iddevjati dawn l-esportazzjonijiet sabiex atturi mhux statali u utenti finali oħra mhux konformi jingħataw il-Pożizzjoni Komuni f'pajjiżi bħas-Sirja, l-Iraq, il-Jemen u s-Sudan t'Isfel; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti biex il-valutazzjonijiet tar-riskju ta' devjazzjoni jiġu bbażati fuq aktar minn sempliċi aċċettazzjoni ta' impenji li jieħu pajjiż destinatarju f'ċertifikat ta' utent finali; jenfasizza l-ħtieġa għal mekkaniżmi effikaċi ta' kontrolli ta' wara t-trasportazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-armi ma jkunux qed jiġu esportati mill-ġdid lejn utenti finali mhux awtorizzati; jenfasizza r-rwol potenzjali li s-SEAE jista' jiżvolġi fl-appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri f'dan il-qasam;

24.  Jinnota li skont ir-Rapporti Annwali, il-kriterju 8 ġie invokat darba għal ċaħdiet fl-2014, filwaqt li l-ebda ċaħda ma ġiet innotifikata fl-2015; jirrikonoxxi li implimentazzjoni aħjar tal-kriterju 8 tikkostitwixxi kontribut deċiżiv għall-għanijiet tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-SDG 16.4; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jaġġornaw il-Gwida għall-Utent fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK f'dan ir-rigward u biex jiffokaw fuq il-fatt li l-użu tal-armi jista' jħalli dannu fuq l-iżvilupp;

25.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu kriterju ġdid mal-Pożizzjoni Komuni sabiex jiġi żgurat li, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet, jitqies ir-riskju ta' korruzzjoni dwar l-esportazzjonijiet rilevanti;

It-tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri

26.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jtejbu l-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni u jsaħħu l-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni billi jagħmlu disponibbli, b'mod kwalitattiv u kwantitattiv, informazzjoni aħjar għall-valutazzjonijiet tar-riskju tal-liċenzjar tal-esportazzjoni bbażati fuq diġitalizzazzjoni sigura u estensiva tas-sistema attwali, kif ġej:

   a) jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni u l-esportazzjonijiet attwali maqsuma b'mod sistematiku u f'waqtu, inkluż dwar utenti finali ta' tħassib, każijiet ta' devjazzjoni, ċertifikati tal-utenti finali foloz jew inkella ta' tħassib, u sensara jew kumpaniji tat-trasport suspettati, skont il-liġijiet domestiċi;
   b) iżommu lista ta' entitajiet u individwi li nstabu ħatja ta' ksur tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-esportazzjoni tal-armi, ta' każijiet ta' devjazzjoni identifikata, u ta' persuni li huma magħrufa jew suspettati li huma involuti f'kummerċ tal-armi illegali jew f'attivitajiet li huma ta' theddida għas-sigurtà internazzjonali u nazzjonali;
   c) jikkondividu l-aħjar prattiki adottati għall-implimentazzjoni tat-tmien kriterji;
   d) ibiddlu l-Gwida għall-Utent attwali f'riżors interattiv online;
   e) ibiddlu r-Rapport Annwali tal-UE f'database online li wieħed jista' jfittex minn tmiem l-2018, b'format ġdid li għandu jiġi applikat għad-data tal-2016;
   f) jippromwovu proċeduri ta' kooperazzjoni ċari, stabbiliti sew bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-fruntieri, ibbażati fuq il-kondiviżjoni ta' informazzjoni, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u l-qerda tan-negozjar illegali tal-armi, li huwa ta' riskju għas-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha;

27.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali li jinvolvi lis-SEAE aktar sistematikament meta jħejji diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' destinazzjoni u utenti finali potenzjali; jinsisti dwar l-importanza ta' konsultazzjoni regolari mal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'dan il-proċess;

28.  Jinnota li skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni effikaċi jirrikjedu wkoll laqgħat ma' persunal responsabbli għat-tfassil tal-politika, il-liċenzjar u l-infurzar u jħeġġeġ id-dispożizzjonijiet ta' riżorsi suffiċjenti għal dan l-għan; jemmen li fattur kruċjali għat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni huwa li jespandu l-kapaċitajiet rilevanti tal-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu l-għadd ta' persunal li jaħdem fuq kwistjonijiet relatati mal-esportazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE; iħeġġeġ li l-istabbiliment ta' fondi tal-UE jintuża fil-bini tal-kapaċità fost l-uffiċjali tal-liċenzjar u l-infurzar fl-Istati Membri;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ biex jindirizza sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jagħmlu interpretazzjoni differenti tat-8 kriterji tal-Pożizzjoni Komuni għall-esportazzjonijiet ta' prodotti li huma essenzjalment simili, għal destinazzjonijiet u utenti finali simili, sabiex jiġu preservati l-kundizzjonijiet ekwi u l-kredibbiltà tal-UE barra mit-territorju tagħha; jemmen li wasal ukoll iż-żmien li jitqies rwol aktar b'saħħtu għall-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-proċess tal-liċenzjar fil-livell tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta' tali sitwazzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw il-ħolqien ta' korp ta' sorveljanza għall-kontroll tal-armi taħt l-awspiċi tal-VP/RGħ; iqis li għandha tiġi ppubblikata opinjoni lill-Istati Membri li qed jippjanaw li joħorġu liċenzja li ġiet rifjutata minn Stat Membru jew Stati Membri oħrajn;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħaħ ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jassistu lill-Istati Membri u lis-SEAE bil-valutazzjoni tar-riskju tal-liċenzjar tal-esportazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kontrolli fuq l-utent finali, kontrolli ta' wara t-trasportazzjoni u spezzjonijiet fuq il-post;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu dispożizzjoni fil-Pożizzjoni Komuni sabiex jiżguraw li l-embargo tal-UE kontra pajjiż terz jirrevoka awtomatikament liċenzji li kienu diġà ngħataw għal merkanzija koperta mill-embargo;

32.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jkomplu jagħtu assistenza lil pajjiżi mhux tal-UE fl-abbozzar, fl-aġġornament u fl-implimentazzjoni, fejn xieraq, ta' miżuri leġiżlattivi u amministrattivi sabiex jiżguraw li tiġi stabbilita sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' armi u teknoloġija militari;

It-tisħiħ tal-konformità mal-obbligi ta' rapportar

33.  Jiddispjaċih għall-pubblikazzjoni tard ħafna tas-17-il Rapport Annwali tal-UE, li saret mill-inqas 17-il xahar wara li nħarġu l-liċenzji, jew wara li saru l-esportazzjonijiet; jiddispjaċih, barra minn hekk, għall-fatt li t-18-il Rapport Annwali tal-UE sar biss pubbliku f'Marzu 2017;

34.  Jikkritika l-ksur tat-tmien kriterji mill-Istati Membri; iqis li għandha tiġi promossa applikazzjoni uniformi u konsistenti tat-tmien kriterji; jinnota n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet għall-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mat-tmien kriterji għall-għoti ta' liċenzji u jagħti parir lill-Istati Membri biex jipprevedu arranġamenti sabiex iwettqu kontrolli indipendenti; jemmen li wasal iż-żmien li jitnieda proċess li jwassal għal mekkaniżmu li jissanzjona lil dawk l-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-Pożizzjoni Komuni;

35.  Ifakkar li skont l-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni, l-Istati Membri kollha huma obbligati li jirrapportaw dwar l-esportazzjoni tal-armi tagħhom, u jistieden lill-Istati Membri kollha jikkonformaw mal-obbligi tagħhom; jiddispjaċih li, għas-17-il Rapport Annwali, 21 Stat Membru għamlu osservazzjonijiet sħaħ għar-Rapport Annwali tal-UE permezz ta' data diżaggregata dwar il-liċenzji u l-esportazzjonijiet attwali u kienu biss 20 Stat Membru li għamlu dan għat-18-il Rapport; jitlob lill-Istati Membri kollha, inklużi t-tliet Stati Membri ewlenin li jesportaw l-armi, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit, li ma għamlux osservazzjonijiet sħaħ, biex jipprovdu sett sħiħ ta' data dwar l-esportazzjonijiet tal-passat tagħhom għar-rapport annwali li jmiss;

36.  Jappella biex tiġi garantita proċedura ta' rapportar u sottomissjoni aktar standardizzata u f'waqtha, pereżempju billi tiġi stabbilita skadenza stretta għat-tressiq tad-data sa mhux aktar tard minn Jannar wara s-sena li fiha jkunu saru l-esportazzjonijiet, u billi tiġi stabbilita data tal-pubblikazzjoni fissa sa mhux aktar tard minn Marzu wara s-sena tal-esportazzjonijiet;

37.  Huwa tal-fehma li l-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi akkumpanjata minn lista aġġornata regolarment u disponibbli għall-pubbliku flimkien ma' ġustifikazzjoni estensiva li titfa' dawl fuq kemm l-esportazzjoni lejn pajjiżi benefiċjarji partikolari hija konformi mat-tmien kriterji;

38.  Iqis li għandha tiġi stabbilita sistema standardizzata ta' verifika u rappurtar li titfa' dawl fuq il-fatt jekk l-esportazzjonijiet ta' Stati Membri individwali tal-UE jiksrux it-tmien kriterji u sa liema punt qed jagħmlu dan;

39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jikkonformaw b'mod sħiħ mal-obbligi tagħhom ta' rappurtar stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni; jenfasizza li data ta' kwalità għolja dwar il-kunsinni effettivi hija essenzjali biex wieħed jifhem kif huma applikati t-tmien kriterji; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jesploraw kif jistgħu jużaw id-data ġġenerata mill-awtoritajiet doganali, inkluż billi jinħolqu kodiċi doganali speċifiċi għal oġġetti militari;

40.  Jirrikonoxxi li l-Istati Membri kollha tal-UE huma firmatarji għat-TKA; jitlob li t-TKA jiġi universalizzat u li ssir aktar enfasi fuq dawk il-pajjiżi li mhumiex firmatarji, inklużi r-Russja u ċ-Ċina; ifaħħar ukoll l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni rigward it-TKA u jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tiegħu;

L-immodernizzar ta' għodod relatati

41.  Iħeġġeġ ir-reviżjoni tal-Lista Militari Komuni u l-listi annessi mar-Regolament dwar l-Użu Doppju, b'tali mod li tkun żgurata kopertura sħiħa tas-sistemi mingħajr ekwipaġġ rilevanti kollha; ifakkar fir-riżoluzzjoni tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati, u b'mod partikolari, il-paragrafu 2(c) li appella biex id-drones armati jiġu inklużi f'reġimi rilevanti għall-kontroll tal-armi;

42.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu eżami aktar dettaljat ta' produzzjoni liċenzjata minn pajjiżi terzi u jiżguraw li jkun hemm salvagwardji aktar b'saħħithom kontra użi mhux mixtieqa; jitlob l-applikazzjoni stretta tal-Pożizzjoni Komuni rigward produzzjoni liċenzjata f'pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-attitudni u l-istatus tal-pajjiż terz fir-rigward tat-TKA meta jiddeċiedu dwar it-trasferimenti li jkunu jistgħu jtejbu l-manifattura u/jew il-kapaċità ta' esportazzjoni ta' dak il-pajjiż fir-rigward tat-tagħmir militari;

43.  Iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità għandha tkun konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, inklużi l-parts tal-bdil u l-komponenti; jinnota li l-Pożizzjoni Komuni mhijiex restrittiva fil-kamp ta' applikazzjoni u, għaldaqstant, it-tmien kriterji japplikaw ukoll għal esportazzjonijiet fi ħdan l-UE;

44.  Jinsab imħasseb dwar l-isfidi taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari l-iżviluppi fil-metodi tal-hacking użati għall-aċċess ta' informazzjoni u data tal-awtoritajiet nazzjonali tal-liċenzji; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu biżżejjed fondi fl-oqsma tat-teknoloġija u tar-riżorsi umani biex individwi jitħarrġu fi programmi u metodi speċifiċi dwar iċ-ċibersigurtà u sabiex jiġu evitati u indirizzati dawn l-isfidi taċ-ċibersigurtà;

Ir-rwol tal-parlamenti u l-opinjoni pubblika

45.  Jinnota li mhux il-parlamenti nazzjonali kollha tal-UE jiskrutinizzaw id-deċiżjonijiet governattivi tal-liċenzjar billi, inter alia, jipproduċu rapporti annwali dwar l-esportazzjoni tal-armi, u f'dan ir-rigward, jappella għal żieda ġenerali fis-sorveljanza parlamentari u pubblika; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, li jipprevedu l-possibbiltà ta' rispons regolari għar-Rapporti Annwali tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi;

46.  Jilqa' l-konsultazzjonijiet regolari mal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u s-soċjetà ċivili bħala ċentrali għal trasparenza sinifikanti; jistieden lill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali, lill-Istati Membri kollha u lis-SEAE biex isaħħu d-djalogu mas-soċjetà ċivili u l-konsultazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u mal-awtoritajiet ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali, lis-soċjetà ċivili u lill-akkademja jeżerċitaw skrutinju indipendenti tal-kummerċ tal-armi, u jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jappoġġaw dawn l-attivitajiet, inkluż b'mezzi finanzjarji;

o
o   o

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal- Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.
(2) ĠU C 163, 4.5.2016, p. 1.
(3) ĠU C 153, 16.5.2016, p. 1..
(4) ĠU L 326, 11.12.2015, p. 56.
(5) ĠU L 139, 30.05.2017, p. 38.
(6) ĠU C 97, 28.03.2017, p. 1.
(7) It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, NU, 13-27217.
(8) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 56.
(9) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
(10) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
(11) ĠU L 338, 13.12.2016, p. 1.
(12) Testi adottati, P8_TA(2015)0472.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0066.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0502.
(15) ĠU C 285, 29.8.2017, p.110.
(16) Testi adottati, P8_TA(2017)0289.
(17) "Trends in international arms transfers, 2016" (Tendenzi fit-trasferimenti internazzjonali tal-armi, 2016) (Skeda Informattiva tas-SIPRI, Frar 2017).
(18) Ibid.
(19)Ibid.
(20) Rapport tal-2016 dwar l-esportazzjoni tal-armi, Gemeinsame Konferenz Kirche und Entwicklung (GKKE) (Konferenza Konġunta dwar il-Knisja u l-Iżvilupp), p. 54.


Ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina
PDF 345kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina (2017/2027(INI))
P8_TA(2017)0345A8-0268/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-UE,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Ħames Parti, Titoli I-III u V tiegħu (Politika Kummerċjali Komuni, Kooperazzjoni fl-Iżvilupp u Għajnuna Umanitarja, u Ftehim Internazzjonali),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu "L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija" (COM(2009)0495),

–  wara li kkunsidra r-rabtiet kulturali, lingwistiċi, politiċi u storiċi qawwija parzjalment stabbiliti minħabba deċennji ta' migrazzjoni intensa bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew (ALK),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2015 (Kwistjonijiet tal-Pajjiżi u Reġjonali),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea li saru s'issa u, b'mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tat-tieni Summit bejn l-UE u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), li sar fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju 2015 bit-tema "Shaping our common future: (Insawru l-futur komuni tagħna:) working together for prosperous, cohesive and sustainable societies for our citizens" (naħdmu flimkien għal soċjetajiet prosperużi, koeżi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna), li adottat id-dikjarazzjoni politika bit-titolu "A Partnership for the next generation" (Sħubija għall-ġenerazzjoni li jmiss),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-CELAC tal-11 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Equality, rights and democratic participation for the peoples of Europe and Latin America and the Caribbean" (Ugwaljanza, drittijiet u parteċipazzjoni demokratika għall-popli tal-Ewropa, u tal-Amerika Latina u l-Karibew),

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tal-ewwel Laqgħa Ministerjali bejn Summit u ieħor UE-CELAC, li saret f'Santo Domingo (ir-Repubblika Dominikana) bejn il-25 u s-26 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata fil-25 Summit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, li sar f'Cartagena de Indias (il-Kolombja) bejn it-28 u d-29 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Youth, Entrepreneurship and Education" (Żgħażagħ, Intraprenditorija u Edukazzjoni),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika tal-ħames konferenza tas-Summit tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tas-CELAC li sar f'Punta Cana (ir-Repubblika Dominikana) fil-25 ta' Jannar 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2016 b'appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-8 ta' Ġunju 2016(2) u tas-27 ta' April 2017(3) dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajbien ta' 43 student fil-Messiku(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (EuroLat), b'mod partikolari dawk tat-22 ta' Settembru 2016 dwar l-aspetti kummerċjali tad-diversi negozjati UE-ALK li għaddejjin bħalissa(6), dwar il-ġlieda kontra l-faqar bħala parti mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli(7), dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi fl-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(8), u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-perspettiva tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali UE-ALK(9), u tad-29 ta' Marzu 2014 dwar il-femminiċidju fl-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(10),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-EuroLat tat-22 ta' Settembru 2016 dwar il-migrazzjoni, l-iżvilupp u l-kriżi ekonomika(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina(12),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-punt (ii) tal-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali f'Pajjiżi Indipendenti, partikolarment l-Artikolu 14 tagħha, dwar id-drittijiet ta' sjieda u pussess tal-popli kkonċernati fir-rigward tal-artijiet li jokkupaw tradizzjonalment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika usa'(13),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-effikaċja tat-taħlit ta' għotjiet tal-faċilità ta' investiment reġjonali flimkien ma' self minn istituzzjonijiet finanzjarji bħala appoġġ għall-politiki esterni tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0268/2017),

A.  billi r-reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew (ALK) jikkostitwixxi sieħeb ewlieni għall-UE fir-rigward tal-indirizzar b'mod konġunt tal-isfidi globali preżenti, bħall-qerda tal-faqar, l-aċċess għall-ilma tax-xorb, ir-rispett universali għad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp soċjoekonomiku, in-nuqqas ta' governanza tajba, is-sostenibbiltà, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali u l-ġestjoni tal-migrazzjoni;

B.  billi s-sħubija UE-ALK hi bbażata fuq rabtiet storiċi u kulturali mill-qrib, fuq skambji interpersonali estensivi, kummerċ qawwi u dejjem jikber u flussi ta' investiment u valuri kondiviżi bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

C.  billi t-33 pajjiż tal-ALK għandhom realtajiet politiċi, ekonomiċi u kulturali differenti li jirrikjedu approċċi differenti f'qafas koerenti u konsistenti fil-kuntest tal-azzjoni esterna tal-UE, filwaqt li dejjem jiġu difiżi l-valuri tal-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi s-sħubija fit-tul bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK hi msejsa fuq rabtiet storiċi, kulturali, umani u ekonomiċi, li ma jridux jiġu sottovalutati u għandhom ikunu prinċipji u valuri komuni b'orjentazzjoni aktar orizzontali, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u l-appoġġ konġunt għal sistema multilaterali ta' governanza globali bbażata fuq regoli u djalogu komuni;

E.  billi l-UE u l-pajjiżi tal-ALK flimkien jikkostitwixxu terz tal-popolazzjoni totali tal-membri tan-Nazzjonijiet Uniti u jirrappreżentaw madwar 25 % tal-PDG globali;

F.  billi l-intensifikar tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, kif ukoll l-investiment f'rabtiet soċjoekonomiċi aktar profondi permezz tal-iffaċilitar tal-viża, tal-iskambji bejn l-istudenti u l-kooperazzjoni fir-riċerka, huma prijoritajiet għal azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi tal-ALK;

G.  billi s-Sħubija Strateġika Bireġjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew li tnediet f'Ġunju 1999 biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ reġjuni għadha mhijiex suċċess ikkonsolidat;

H.  billi fl-aħħar deċennju, ir-reġjun tal-ALK għadda minn tibdil sinifikanti, bħall-pereżempju, il-fatt li parti kbira mill-popolazzjoni saret tagħmel parti mill-klassi medja, dan permezz ta' riformi ekonomiċi u politiki soċjali, ta' ridistribuzzjoni akbar tal-ġid iġġenerat mill-pajjiżi fir-reġjun, li jippermetti t-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni deċenti, kif ukoll għall-konsolidazzjoni ġenerali tad-demokrazija, iżda anke fi tmiem tas-superċiklu tal-komoditajiet li wassal lil miljuni ta' nies f'riskju li jaqgħu lura fil-faqar;

I.  billi, wara deċennju ta' tkabbir ekonomiku impressjonanti, it-tmiem taċ-ċiklu ta' prezzijiet għaljin għall-materja prima, li fuqhom jiddependu l-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-ALK, flimkien mat-tnaqqis ekonomiku fiċ-Ċina, li issa saret it-tieni l-ikbar sieħba kummerċjali wara l-Istati Uniti, ħolqu staġnar ekonomiku u saħansitra wasslu għal riċessjoni f'bosta pajjiżi tar-reġjun, li kkomprometta ħafna mill-progress li sar u li qed iħalli lil miljuni ta' persuni f'riskju li jaqgħu lura fil-faqar;

J.  billi f'xi pajjiżi tal-Amerka Latina hemm talba qawwija ħafna għal demokrazija u parteċipazzjoni akbar, kif ukoll għal politiki ekonomiċi sostenibbli;

K.  billi hu kruċjali li l-istat tad-dritt jirrifletti qafas legali stabbli bil-garanzija ta' ċertezza legali sabiex jiġu attirati l-investimenti meħtieġa biex jiġi promoss l-irkupru ekonomiku;

L.  billi r-rispett għall-istat tad-dritt u għal qafas legali u politiku stabbli jippermetti liż-żewġ reġjuni jeżerċitaw intraprenditorija ħielsa u li jkollhom ambjent li jappoġġa l-investiment li jkun jinkludi s-salvagwardji tal-prinċipju taċ-ċertezza legali;

M.  billi l-livelli ta' inflazzjoni għoljin ixekklu t-tkabbir u għaldaqstant iridu jiġu indirizzati minnufih; billi r-rati ta' skambju affidabbli huma kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż; billi hu essenzjali li tiġi implimentata politika industrijali li tkabbar il-produttività, tiddiversifika l-ekonomija u tattira l-investiment;

N.  billi l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK jgħinu biex jitjieb id-djalogu politiku u kummerċjali, kif ukoll il-klima għall-investiment, billi jiftħu s-settur tas-servizzi u s-swieq tal-akkwist pubbliku u jippermettu l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-infrastruttura;

O.  billi hi ta' importanza kbira li l-Amerka Latina u l-UE jiżviluppaw aġenda kondiviża;

P.  billi fis-snin reċenti l-UE esperjenzat bidliet qawwija, partikolarment il-kriżi ekonomika, u l-isfidi marbuta mal-Brexit u l-kriżi tar-rifuġjati;

Q.  billi l-bidliet ġeopolitiċi ewlenin li qed iseħħu attwalment fil-pajjiżi tal-ALK, u li huma kkaratterizzati mill-preżenza dejjem akbar, fost l-oħrajn, ta' stati Asjatiċi li qed ifittxu sħubija ekonomika fir-reġjun, jirrikjedu li l-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala alleata reali għas-sħab tagħha fir-reġjun tal-ALK, mhux biss f'termini ta' skambju ekonomiku, iżda bħala sieħba fil-progress soċjali u d-difiża ta' valuri komuni;

R.  billi l-Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċili u l-Ftehim ta' Qafas ta' Koperazzjoni Interreġjonali UE-Mercosur daħlu fis-seħħ fl-1997, fl-2003 u fl-1999 rispettivament; billi, minħabba l-importanza tagħhom għall-UE u għall-pajjiżi tal-ALK, in-negozjati kontinwi dwar l-aġġornament ta' dawn il-ftehimiet jeħtieġu spinta ambizzjuża sabiex jinkisbu l-iktar riżultati moderni u progressivi;

S.  billi l-UE hi s-sors ewlieni ta' assistenza għall-iżvilupp, kif rifless fl-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) 2014-2020, hi l-investitur ewlieni u waħda mis-sħab kummerċjali prinċipali mar-reġjun tal-ALK, u billi l-kooperazzjoni Ewropea hi qawwija bħala riżultat tal-kooperazzjoni finanzjarja u triangulari;

T.  billi l-Kummissjoni qiegħda tfassal aġenda ta' żvilupp ġdida bħala parti mill-Aġenda 2030 u billi l-kunċett ta' żvilupp sostenibbli jrid jiġi applikat fi u jinkludi lill-pajjiżi kollha fl-Amerika Latina (inkluż il-pajjiżi bi dħul medju), u billi dan l-approċċ il-ġdid irid jikkunsidra kriterji oħrajn apparti d-dħul per capita;

U.  billi l-pajjiżi tal-ALK ġew relegati sistematikament fit-tieni post fid-definizzjoni tal-prijoritajiet ewlenin tal-politika esterna tal-UE, u dan minkejja r-rabtiet kulturali u lingwistiċi ovvji li storikament jorbtuha mal-pajjiżi tal-ALK, u minkejja l-bżonn li jinstabu alleati ġodda fid-dawl tat-telf ta' influwenza ġeopolitika dejjem akbar tagħha fid-dinja;

V.  billi r-reġjun tal-Atlantiku kollu kemm hu - inkluż l-UE, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika Ċentrali, l-Amerika t'Isfel u l-pajjiżi tul il-kosta Atlantika tal-Afrika - hu importanti ħafna, bħal ma hu l-bżonn ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi Atlantiċi, sabiex dawn kollha jkunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi kondiviżi ffaċċjati minn din iż-żona kbira ħafna;

W.  billi l-Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss ser issir fi Buenos Aires f'Diċembru 2017, u billi d-delegazzjonijiet parlamentari mill-Istati Membri, ukoll se jiltaqgħu tul dik il-konferenza;

X.  billi l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tiżgura l-aċċess universali għall-informazzjoni u l-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni;

Y.  billi l-aħjar 10 pajjiżi f'termini ta' governanza tal-enerġija u 20 % tar-riżervi taż-żejt dinji jinsabu fl-Amerika Latina;

Z.  billi żewġ pajjiżi tal-Amerika Latina, il-Messiku u l-Brażil, ġew identifikati bħala sieħba strateġiċi tal-UE;

1.  Jissottolinja li s-sħubija bireġjonali UE-ALK hi bbażata fuq prinċipji, valuri u interessi komuni, bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-solidarjetà, l-istat tad-dritt u l-ġudikatura indipendenti, kif ukoll fuq l-impenn li dawn jinżammu f'rabta orizzontali u li din saret essenzjali għall-progress tal-iskambji bireġjonali u ta' kooperazzjoni; jisħaq li fid-dawl tal-kriżi ekonomika, l-UE u l-pajjiżi tal-ALK qegħdin jiffaċċjaw sfidi komuni fl-oqsma tat-tkabbir tal-iżvilupp sostenibbli u fil-ġlieda kontra l-qgħad, it-trasformazzjoni diġitali, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li fl-istess ħin jikkondividu valuri komuni;

2.  Jenfasizza l-fatt li x-xenarju ġeopolitiku l-ġdid jikkunsidra t-tisħiħ tar-reġjun tal-ALK bħala prijorità strateġika, u opportunità għall-politika barranija tal-UE, billi ż-żewġ reġjuni jikkondividu viżjoni komuni tad-dinja bbażata fuq il-multilateraliżmu, id-djalogu, is-sostenibbiltà, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetajiet miftuħa inklużivi; jirrikonoxxi d-diversità pożittiva u għanja tal-atturi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK, inklużi l-istati, l-ibliet u l-entitajiet lokali kif ukoll l-universitajiet, is-soċjetà ċivili, il-korporazzjonijiet u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jappella għal aktar koordinament tal-ftehimiet, għal azzjonijiet ta' kooperazzjoni u għal kuntatti politiċi ta' livell għoli;

3.  Iqis li l-espansjoni tal-kooperazzjoni politika u ekonomika u l-bini ta' sħubijiet aktar b'saħħithom mal-pajjiżi tal-ALK huma kruċjali, bħala azzjonijiet komplementari kemm f'livell bireġjonali, subreġjonali kif ukoll f'livell bilaterali; jisħaq dwar il-bżonn li din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ikkonsolidar tat-tkabbir ekonomiku permezz ta' politiki ta' żvilupp soċjoekonomiċi, filwaqt li jiġu żgurati l-inklużjoni soċjali, il-libertajiet ċivili u d-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis tal-faqar; jemmen li s-sħubija UE-ALK u l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni għandhom jikkunsidraw id-differenzi ekonomiċi bejn ir-reġjuni u għandhom jaraw li l-assimetriji eżistenti ma jmorrux għall-agħar; jinnota li l-preżenza ta' kumpanniji Ewropej hi importanti ħafna għall-ekonomiji nazzjonali tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u jisħaq li l-attivitajiet tagħhom iridu jkunu soġġetti għar-regoli u l-proċessi ta' monitoraġġ eżistenti;

4.  Jissottolinja l-importanza tas-summits UE-CELAC bħala strument ta' sħubija bireġjonali strateġiku li jifforma qafas ġdid ta' djalogu politiku; jappella lill-UE u lis-CELAC ukoll biex isaħħu din is-sħubija u d-djalogu politiku fi ħdan il-qafas tad-djalogi tematiċi u tal-inizjattivi ewlenin tagħha, bħall-Inizjattiva Konġunta dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, id-Djalogu Strutturat dwar il-Migrazzjoni u l-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni dwar id-Drogi, u bil-ħidma fuq interessi komuni identifikati biċ-ċar sabiex flimkien jindirizzaw l-isfidi gloabli komuni fl-oqsma ta' governanza tajba, tkabbir ekonomiku, koeżjoni soċjali, il-kultura, l-innovazzjoni u l-ambjent fil-fora multilaterali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-G-20 u d-WTO;

5.  Itenni l-impenn tal-UE u tal-ALK li jagħtu spinta lill-kooperazzjoni fuq l-aġenda globali u biex jiffavorixxu approċċ multilaterali fid-WTO bħala bażi għal sistema ta' kummerċ miftuħa, ibbażata fuq regoli prevedibbli u aktar inklużivi li jkunu effikaċi biex jinkisbu l-objettivi tat-tnaqqis tal-faqar u tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, u li jkunu wkoll trasparenti u demokratiċi, b'dimensjoni parlamentari msaħħa;

6.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-integrazzjoni reġjonali fir-reġjun tal-ALK, u jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni akbar bejn l-iskemi ta' integrazzjoni reġjonali differenti fir-reġjun, filwaqt li jiġu rispettati d-differenzi fir-ritmu tal-integrazzjoni; jirrakkomanda t-tisħiħ tad-djalogu, il-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki mas-CELAC, il-Mercosur, il-Komunità Andina ta' Nazzjonijiet (ACN), is-Sistema tal-Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (SICA) u l-Alleanza tal-Paċifiku, sabiex jiżdied id-djalogu fuq oqsma ta' interess komuni u biex jissaħħaħ aktar il-qafas istituzzjonali tagħha; jirrakkomanda t-tisħiħ tal-inizjattivi reġjonali dwar id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bħall-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerika t'Isfel (UNASUR), l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), il-Komunità tal-Karibew (CARICOM), sabiex id-demokrazija tavvanza fl-Amerika t'Isfel; jisħaq dwar l-importanza li tingħata spinta lill-kooperazzjoni interparlamentari bejn l-UE u l-ALK, partikolarment bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti reġjonali differenti, permezz ta' skambji ta' esperjenza politika u istituzzjonali u għarfien; jilqa' d-djalogu li tnieda dan l-aħħar bejn il-Mercosur u l-Alleanza tal-Paċifiku bil-ħsieb li jkun hemm konverġenza gradwali u espansjoni tal-kuntest ta' konsultazzjoni dwar l-isfidi reġjonali u globali futuri;

7.  Jisħaq li l-istabbiltà politika, ir-regoli ekonomiċi u s-saħħa istituzzjonali li tiggarantixxi r-rispett għall-istat tad-dritt u t-trasparenza huma pedamenti ta' ambjent li jattira l-investiment fit-tul, permezz ta' ċertezza legali; jenfasizza li qafas legali bħal dan jirrikjedi istituzzjonijiet demokratiċi qawwija u ppjanar ekonomiku responsabbli kif ukoll sforzi biex jissaħħaħ id-djalogu politiku u s-sħubijiet ekonomiċi fi ħdan ir-reġjun u mas-sħab esterni; ifakkar, f'dan il-kuntest, li s-sħubija mal-UE twettaq rwol ewlieni;

8.  Jenfasizza kemm l-Alleanza tal-Paċifiku – li tinkludi ċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Messiku u l-Perù – hi tassew dinamika, u jappella lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGĦ) biex teżamina l-possibbiltà li l-UE tipparteċipa fl-Alleanza bħala osservatur, peress li diġà hemm għadd ta' Stati Membri tal-UE li jagħmlu dan;

9.  Jisħaq li l-isfidi globali ta' bħalissa, inklużi dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità, in-nuqqas ta' governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, il-qerda tal-faqar, it-trasformazzjoni diġitali, il-migrazzjoni tal-massa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, iċ-ċibersigurtà, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, it-tibdil fil-klima, iċ-ċaqliq ġeopolitiku, l-inugwaljanza fil-pajjiżi u bejn il-fruntieri, ix-xogħol informali u ż-żieda fil-qgħad, joffru opportunitajiet u kanali ta' kooperazzjoni ġodda għas-sħubija UE-ALK biex topera b'mod strateġiku meta l-viżjoni komuni u l-aġenda jeħtieġ li jiġu kondiviżi;

10.  Jenfasizza li anke wara li r-reġjun esperjenza żvilupp ekonomiku sinifikanti, li wassal biex il-livelli ta' faqar u ta' inugwaljanza jaqgħu, l-inugwaljanza għadha ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp tar-reġjun ALK, fejn 175 miljun ruħ qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni, speċjalment in-nisa u l-minorenni; jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali inklużiv, id-distribuzzjoni ġusta tal-ġid u l-provvista universali ta' servizzi pubbliċi essenzjali huma t-triq biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

11.  Ifakkar li l-għan tal-qerda tal-faqar u t-tnaqqis tal-inugwaljanza jrid jiġi indirizzat permezz ta' politiki ekonomiċi, ta' koeżjoni soċjali u inklużivi, b'żieda ta' opportunitajiet ta' xogħol, b'aċċess għall-edukazzjoni u jenfasizza l-bżonn li jiġu protetti ċ-ċittadini kollha tiegħu, u biex titwessa' l-klassi medja irrispettivament mill-effetti taċ-ċikli ekonomiċi, sabiex il-kisbiet dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien jiġu kkonsolidati, anke permezz tal-istabbiliment ta' livelli ta' protezzjoni soċjali, u biex jiġu rispettati l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jissottolinja l-bżonn li l-ekonomiji jiġu integrati fil-katini ta' valur globali, skont mudell ta' ekonomija ċirkolari, u biex tiġi rikonoxxuta l-importanza li jiġu żviluppati ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali bħala għodda effettiva li tista' tikkontribwixxi biex jiġu ttrattati l-isfidi globali komuni, filwaqt li x-xogħol deċenti u d-djalogu soċjali fost l-oħrajn, jiġu promossi bħala muturi tal-iżvilupp sostenibbli; jisħaq dwar l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-ekonomiji taż-żewġ reġjuni jiddiversifikaw, biex isiru anqas dipendenti u vulnerabbli fuq il-varjazzjonijiet ċikliċi globali; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tat-trasferiment tal-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, it-tisħiħ tal-kapital uman u d-diversifikazzjoni tal-impjieg, għal liema għan hu essenzjali li jiżdied l-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet;

13.  Jilqa' l-protokoll tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-Ekwador għall-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Kolombja u l-Perù tal-UE, li kien iffirmat mill-UE, l-Istati Membri tagħha, l-Ekwador, il-Kolombja u l-Perù; ifakkar li dan il-ftehim ineħħi t-tariffi doganali għoljin u l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, jilliberalizza s-swieq tas-servizzi, jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku u jinkludi obbligi li jikkonċernaw mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti rapidi u effiċjenti;

14.  Jirrimarka li l-UE hi t-tieni l-ikbar investitur barrani fl-ALK, u t-tieni l-ikbar sieħba kummerċjali, u dan joħloq relazzjoni ekonomika bidirezzjonali bbażata fuq il-valuri tal-kwalità, tar-responsabbiltà soċjali, il-ħolqien tal-impjiegi, it-trasferiment tat-teknoloġija u r-riċerka u l-innovazzjoni;

15.  Iħeġġeġ aktar sħubiji pubbliċi u privati li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku, l-intraprenditorija, it-tkabbir u l-investiment barrani; jisħaq dwar il-bżonn li jiġu miġġielda l-ekonomija informali u s-sottożvilupp, u l-kompetittività baxxa tal-SMEs; jappella l-iffaċilitar u t-titjib tal-mobbiltà bejn iż-żewġ reġjuni, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza reċiproka tad-drittijiet tax-xogħol u tissaħħaħ il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali;

16.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu żviluppati sistemi ta' taxxa sostenibbli u effikaċi fiż-żewġ reġjuni, flimkien ma' kultura fiskali xierqa, inkluż l-istabbiliment ta' uffiċċji tal-kontabbiltà ġenerali effettivi li jistgħu jippromwovu t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ta' stati soċjali li jipprovdu u li jassiguraw beni u servizzi pubbliċi, bħall-aċċess għall-edukazzjoni pubblika, is-saħħa, l-infrastruttura għall-protezzjoni soċjali u s-sigurtà għaċ-ċittadini kollha, u jtenni li r-rifuġji fiskali u l-evitar tat-taxxa huma ta' ħsara għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-progress u l-prosperità, kif ukoll għall-funzjonament xieraq ta' politiki ta' ridistribuzzjoni ekonomiċi u soċjali;

17.  Jisħaq li t-tkabbir ekonomiku u l-kummerċ huma elementi ewlenin fil-kisba tal-iżvilupp sostenibbli, iżda mhumiex biżżejjed biex inaqqsu l-faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni; jitlob politiki effettivi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' dawn il-kwistjonijiet permezz ta' tkabbir diversifikat, sostenibbli u inklużiv, b'enfasi qawwija fuq kwistjonijiet soċjali, appoġġ istituzzjonali u rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Huwa tal-fehma li l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) trid tkun l-objettiv ewlieni tal-kooperazzjoni bejn l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK) u l-UE; iħeġġeġ lill-Unjoni tagħti spinta lill-programmi ta' appoġġ baġitarju;

19.   Jappoġġa l-aġenda l-ġdida għall-iżvilupp tal-Kummissjoni bħala parti mill-Aġenda 2030; itenni li l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030, flimkien mal-Għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli, għandhom ikunu l-għodda ewlenin tal-kooperazzjoni UE-ALK, bl-inklużjoni tad-dimensjonijiet kollha tagħhom ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli, u li ma jkunux limitati biss għall-qerda tal-faqar; jissottolinja l-fatt li l-UE trid tkompli tforni l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-pajjiżi tal-ALK, inklużi l-pajjiżi b'introjtu medju u għoli li m'għadhomx jikkwalifikaw għal kooperazzjoni għall-iżvilupp bilaterali skont il-prinċipju ta' differenzjazzjoni, dan abbażi ta' approċċ ġdid li jmur lil hinn mid-dħul per capita; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tkompli, fuq bażi eċċezzjonali u bi qbil mar-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, billi tipprovdi kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi bi dħul medju u għoli matul il-validità kompleta tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 u lil hinn, bil-għan li jitkompla l-appoġġ għall-isforzi tagħhom fid-dawl tal-isfidi attwali;

20.  Iħeġġeġ koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki u l-programmi li jappoġġaw lir-reġjun tal-ALK, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji barranin; jappella li jinżammu l-impenji politiċi magħmula fis-summits reġjonali UE-ALK, u li jkunu akkumpanjati mill-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji neċessarji;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-istrumenti disponibbli u tgħammarhom b'riżorsi suffiċjenti, billi tieħu azzjoni xierqa biex tallinjahom mal-prinċipji tal-effikaċja, l-adegwatezza, l-armonizzazzjoni, ir-responsabbiltà reċiproka, l-akkontabbiltà, u l-allinjament mal-istrateġiji ta' żvilupp tal-pajjiżi tal-ALK, sabiex il-pajjiżi tal-ALK jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw u jħejju ruħhom għall-possibbiltà ta' tnaqqis ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fil-ġejjieni; jitlob li tali strumenti jinkorporaw it-trasferiment tal-ħiliet u t-taħriġ, u jassistu fir-riformi fil-ġestjoni fiskali u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li jikkontribwixxu biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-forniment ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika kriterji infurzabbli dwar il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp għall-programmi ta' finanzjament imħallat, partikolarment f'termini ta' sjieda, allinjament ma' pajjiżi sħab, żvilupp u addizzjonalità finanzjarja, trasparenza u akkontabbiltà;

23.  Jirrimarka li bħala riżultat tal-karatteristiċi ġeografiċi u ġeoloġiċi tagħhom il-pajjiżi tal-ALK huma vulnerabbli ħafna għal diżastri naturali, u li din is-sitwazzjoni hija aggravata bħala riżultat tat-tibdil fil-klima, li trid tiġi indirizzata fil-livell globali f'konformità mal-prinċipju ta' responsabbiltà komuni iżda differenzjata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-ALK jindirizzaw il-kawżi sottostanti, jieħdu miżuri ta' reżiljenza fir-rigward tal-klima u jadottaw strateġiji ta' prevenzjoni tar-riskju u protokolli għal mobilizzazzjoni rapida tal-għajnuna umanitarja fil-każ ta' emerġenzi;

24.  Iħeġġeġ l-implimentazzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti ta' setgħa lin-nisa, u politiki favur l-inklużjoni tan-nisa fl-isferi kollha fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà, issir ġlieda bla heda kontra l-femminiċidju, li tkun garantita s-sigurtà fiżika u psikoloġika tagħhom, jiġi ffaċilitat l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, is-sjieda tal-art u l-impjieg, u li tiżgura s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom; jenfasizza l-importanza li titjieb il-ħajja tat-tfajliet u tan-nisa; jenfasizza għalhekk, li l-aċċess għall-edukazzjoni huwa essenzjali u jista' jwassal għal trasformazzjoni soċjali u ekonomika; jilqa' l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni, il-Piena u l-Qerda tal-Vjolenza Kontra n-Nisa tal-1994 (Il-Konvenzjoni ta' Belém do Pará), u jitlob li fil-mekkaniżmu ta' segwitu tiegħu, l-MESECVI, is-segretarjat jingħata rwol iktar sinifikanti; jilqa' d-dħul fis-seħħ fl-2016 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa, u jistieden lill-pajjiżi fiż-żewġ reġjuni li mhumiex firmatarji biex jissieħbu fiha;

25.  Iqis li l-politiki pubbliċi, b'mod partikolari dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-inizjattivi privati, huma fundamentali peress li jiftħu opportunitajiet għal kważi 30 miljun żagħżugħ u żagħżugħa li la qed jistudjaw, la qed jitħarrġu u lanqas jaħdmu; jenfasizza li programmi ta' żvilupp iridu jindirizzaw livelli għoljin ta' konflitt, vjolenza, kriminalità organizzata u omiċidji, li jolqtu ż-żgħażagħ u l-adolexxenti b'mod partikolari u li huma waħda mill-isfidi prinċipali għall-pajjiżi tal-ALK;

26.  Itenni l-importanza ta' xogħol ta' kwalità u ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni, li jkunu disponibbli għaż-żgħażagħ, billi dawn jippersonifikaw it-tamiet futuri, u huma fattur ewlieni, għall-istabbiltà politika futura tal-kontinent; jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni flimkien ma' fondi ekonomiċi permezz ta' parteċipazzjoni universitarji bilaterali, boroż ta' studju, skambju ta' għarfien, u l-mobbiltà internazzjonali bejn l-istudenti tal-UE u tal-ALK, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-programm Erasmus+ bħala parti minn sħubija għal edukazzjoni ogħla mas-CELAC, li tnediet fl-2015; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2015, tnieda b'suċċess il-programm Erasmus+, li offra 6 200 possibbiltà ta' mobbiltà, u 3 500 borża ta' studju l-iktar għall-istudenti tas-CELAC, sal-2020; jirrimarka dwar il-ħtieġa li jsir progress fir-rikonoxximent sħiħ u reċiproku tal-lawrji universitarji u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bireġjonali fis-sistema tal-kwalità u tal-akkreditazzjoni;

27.  Jirrimarka dwar ir-rwol ewlieni ta' kooperazzjoni UE-CELAC fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u l-importanza li tinħoloq żona ta' riċerka komuni UE-CELAC biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-professuri;

28.  Jissottolinja l-importanza fundamentali tad-drittijiet tat-tfal u l-ħtieġa li jkun hemm konformità stretta mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal mill-pajjiżi kollha tal-UE-ALK;

29.  Jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku u t-tisħiħ tal-aċċess tal-popolazzjoni għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex is-soċjetajiet tagħna jadattaw għat-trasformazzjoni diġitali;

30.  Jenfasizza t-tendenza ġenerali u l-isfidi komuni ta' dan l-aħħar deċennju dwar l-avvanz tal-libertajiet u d-drittijiet soċjali, u dwar l-isforzi l-kbar li twettqu biex jitfasslu politiki pubbliċi inklużivi li jipproteġu lill-gruppi vulnerabbli u li jqassmu l-ġid u t-tkabbir ekonomiku fuq bażi ugwali, li għamel kontribut sinifikanti biex kważi 60 miljun Latino-Amerikani jinqalgħu mill-faqar tul dawn l-aħħar 15-il sena; jitlob lill-awtoritajiet jirrispettaw u jiggarantixxu l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u s-sigurtà taċ-ċittadini kollha, inklużi tal-minoranzi reliġjużi, il-popli indiġeni, l-attivisti ambjentali, il-komunità LGBTI, iċ-ċittadini b'diżabbiltà, persuni apolidi u dawk spustati bil-forza, u l-popolazzjonijiet f'żoni rurali; jissottolinja l-importanza li tkun żgurata l-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, kemm online kif ukoll offline;

31.  Jissottolinja l-bżonn li jiġu ggarantiti d-drittijiet u s-sikurezza tal-minoranzi reliġjużi, u tal-komunità LGBTI; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-ALK biex jgħaddu liġijiet u jieħdu miżuri li jkunu kapaċi jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti kontra l-persekuzzjoni, it-theddid, il-kampanji ta' malafama, l-arresti arbitrarji, it-tortura, l-għajbien furzat u l-omiċidju li ta' sikwit ikunu l-mira tal-attakki; jappella sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tal-popli indiġeni u l-popolazzjonijiet f'żoni rurali fil-konfront ta' proġetti ta' żvilupp b'impatt ambjentali qawwi u l-operazzjonijiet ta' industriji estrattivi, l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u ta' kunsens minn qabel f'każijiet bħal dawn;

32.  Jiddispjaċih għall-attakki kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni eletti b'mod demokratiku, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk li jaħdmu fuq kwistjonijiet ambjentali u l-avukati tagħhom; jitlob lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom u biex jiżguraw investigazzjonijiet immedjati, bir-reqqa u imparzjali sabiex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja bi qbil ma' standards internazzjonali;

33.  Itenni li għandha tkun garantita l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili u l-NGOs matul in-negozjati u l-proċess ta' implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali jew ta' assoċjazzjoni;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehimiet jagħmlu referenza għad-dritt tal-libertà ta' espressjoni u għal-libertà ta' għaqda fil-pajjiżi tal-ALK;

35.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE jqisu l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipprevedi l-possibbiltà ta' ffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq il-viżi mmirati lejn l-individwi li kienu involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem;

36.  Itenni li l-politiki u l-prattiki dwar il-migrazzjoni jridu jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, bl-għoti ta' attenzjoni speċjali lin-nisa u lill-gruppi vulnerabbli bħall-minorenni, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-isfidi relatati mal-protezzjoni tal-fruntieri u man-nonkriminalizzazzjoni tal-migranti; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ komprensiv immirat biex jirrikonoxxi l-kontribut ekonomiku u soċjali ta' ħaddiema migranti fil-pajjiżi ospitanti, is-sinifikat tal-pajjiżi ta' tranżitu u l-importanza li jiġu stabbiliti mogħdijiet legali għaċ-ċittadinanza fil-pajjiżi ospitanti, u billi tingħata konsiderazzjoni speċjali lil persuni spostati fil-bżonn ta' asil; jappella għal miżuri li jiffaċilitaw u jtejbu l-mobbiltà bejn il-pajjiżi, filwaqt li jiżguraw il-koerenza tad-drittijiet tax-xogħol u jsaħħu l-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali;

37.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi ALK biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet soċjali, ambjentali u tax-xogħol; jappella għal implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tal-konvenzjonijiet tal-ILO u r-rispett għal standards ċentrali tax-xogħol, li jinkludu, inter alia, il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-qerda ta' kull forma ta' xogħol furzat jew obbligatorju;

38.  Jenfasizza l-isfidi li ż-żewġ reġjuni jiffaċċjaw f'termini ta' difiża u ta' sigurtà, li jinkludu t-terroriżmu u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata, u jħeġġeġ sforzi kontinwi biex tissaħħaħ id-difiża u l-kooperazzjoni fis-sigurtà permezz tal-koordinazzjoni militari u tal-pulizija, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-qsim tal-informazzjoni; iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Amerika Latina biex jipparteċipaw f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet u żamma tal-paċi tal-UE, bħalma diġà qed jagħmlu l-Kolombja u ċ-Ċilì; jinkoraġġixxi t-trawwim ta' kooperazzjoni militari ulterjuri għall-iżvilupp ta' korpi ta' għajnuna ta' emerġenza speċjali għal diżastri naturali u umanitarji; jappella għal aktar kooperazzjoni fis-sigurtà marittima, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi;

39.  Jitlob ir-rispett ċar għall-prinċipju tal-integrità territorjali tal-istati;

40.  Jiddeplora t-tnaqqis fl-għajnuna umanitarja u jirrifjuta l-fatt li dan ikompli jseħħ fiż-żoni li l-aktar għandhom bżonn ta' din l-għajnuna (it-Triangolu tat-Tramuntana tal-Amerika Ċentrali, il-Haiti u l-Kolombja), kif ukoll f'żoni partikolarment milquta mill-impatt tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali;

41.  Jikkundanna l-azzjoni meħuda mill-gvernijiet ta' xi pajjiżi li rrifjutaw li jaċċettaw l-assistenza umanitarja internazzjonali, u b'hekk għamluha impossibbli li l-ħtiġijiet l-aktar bażiċi ta' dawk il-pajjiżi jiġu indirizzati; jistieden lill-VP/RGħ tħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jippermettu d-dħul ta' din l-assistenza u sabiex tressaq pjan ta' assistenza għal kull pajjiż;

42.  Jitlob lill-UE tistinka biex tappoġġa l-pajjiżi tal-ALK li jsofru minn vjolenza endemika, b'rati mhux aċċettabbli ta' omiċidju, eżekuzzjoni extraġudizzjarja u l-għajbien sfurzat, peress li mingħajr is-sigurtà ma jista' jkun hemm l-ebda prosperità, dinjità u benesseri ġenwin; iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-ALK jieħdu l-passi meħtieġa biex jintemm l-iffullar fil-ħabsijiet u biex jittejbu l-kondizzjonijiet tal-ħabs, sabiex jiggarantixxu li l-integrità fiżika u psikoloġika tad-detenuti tkun salvagwardjata, biex tiġi investigata u kkastigata t-tortura u t-trattament ħażin u biex jippromwovu t-trattament aktar uman tal-priġunieri sabiex jipprevjenu l-ammutinamenti li jseħħu regolarment fil-ħabsijiet u li jirriżultaw f'telf ta' ħajja;

43.  Jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi kollha fir-reġjun tal-Atlantiku fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-pajjiżi kkonċernati fl-Afrika tal-Punent, li huma pjattaforma maġġuri għal kunsinni ta' drogi bejn l-Amerika Latina u l-Ewropa;

44.  Jitlob lill-UE tappoġġa l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali milquta mill-kriminalità organizzata li qed thedded l-istrutturi politiċi u soċjali tagħhom;

45.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkompli tappoġġa l-Istrateġija ta' Sigurtà tal-Amerika Ċentrali (CASS) u l-Istrateġija ta' Sigurtà tal-Karibew;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni, il-frodi tat-taxxa u l-impunità, peress li dawn huma fost l-ostakli ewlenin li qed ixekklu l-iżvilupp, biex jiġu żgurati r-rispett tal-istat tad-dritt, l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi u trasparenti, is-separazzjoni tas-setgħat u aċċess ugwali għal sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali u professjonalizzata, biex tiġi appoġġata l-governanza tajba, biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet istituzzjonali u biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni; jirrikonoxxi l-ħidma mwettqa minn EUROsociAL f'dan il-qasam;

47.  Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-ALK jindirizzaw il-problema tal-korruzzjoni permezz ta' miżuri li jvarjaw mill-prevenzjoni għall-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni kriminali, l-implimentazzjoni effikaċi ta' konvenzjonijiet kontra l-korruzzjoni multilaterali u internazzjonali, u jirrimarka li l-eżistenza tal-korruzzjoni timmina mhux biss il-benesseri soċjali u ekonomiku, iżda anke l-leġittimità politika u l-kwalità ta' governanza tajba; jisħaq li n-nuqqas ta' ġudikatura indipendenti u tal-amministrazzjoni pubblika trawwem in-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, iddgħajjef l-istat tad-dritt u talimenta l-vjolenza; jissottolinja li t-trasparenza, il-midja ħielsa u l-parteċipazzjoni ċivika, huma meħtieġa sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; iqis il-fatt li għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet internazzjonali l-ġodda biex jintemmu r-rifuġji fiskali, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa u t-tneħħija tas-sigriet bankarju;

48.  Jappella għal aktar kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, interess reċiproku kbir, b'enfasi speċjali fuq il-proċess ta' tranżizzjoni u dekarbonizzazzjoni tal-enerġija, li se jkollu impatt fuq l-ekonomiji taż-żewġ reġjuni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati r-riċerka dwar enerġiji rinnovabbli u l-implimentazzjoni tagħhom, il-protezzjoni tan-natura, il-ġestjoni forestali, u politiki biex jiġu indirizzati l-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima f'reġjun li huwa milqut b'mod qawwi mill-effetti tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-komunitajiet lokali u indiġeni f'oqsma fejn ir-riżorsi naturali jiġu estratti; jenfasizza l-bżonn li jkomplu jiġu appoġġati inizjattivi bħall-EUROCLIMA jew ir-RIOCC, bi qbil mal-Aġenda ta' Lima dwar l-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-enerġija; jirrikonoxxi l-ħtieġa komuni li tiġi implimentata tranżizzjoni tal-enerġija li tissodisfa b'suċċess il-Ftehimiet ta' Pariġi; jissottolinja l-ħtieġa għal aktar investiment u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-kumpanniji UE-ALK li flimkien jindirizzaw it-tranżizzjoni enerġetika, id-dekarbonizzazzjoni u t-titjib tal-infrastrutturi bażiċi; jisħaq l-importanza li jitjiebu l-governanza u l-proċeduri ġudizzjarji għall-ħarsien tal-foresti u biex jiġu estiżi l-prattiki ta' biedja agro-ekoloġiċi;

49.  Iqis li huwa kruċjali li jitħaffu n-negozjati UE-Mercosur sabiex jintlaħaq ftehim ta' assoċjazzjoni komprensiv, ibbilanċjat u ta' benefiċċju reċiproku, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Marzu 2017, b'tali mod li jkun possibbli li jitlesta n-netwerk ta' ftehimiet fis-seħħ bejn l-UE u l-Amerika Latina; jisħaq dwar il-bżonn li jintemmu n-negozjati u biex jintlaħaq ftehim finali li għandu jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew qabel tmiem it-terminu attwali li se jikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi fiż-żewġ oqsma ekonomiċi kif ukoll it-tisħiħ tar-relazzjonijiet storiċi, kulturali, politiċi u ta' kooperazzjoni u fiduċja bejn il-popli tagħna;

50.  Jenfasizza l-importanza li jitħaffu n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar l-aġġornament tal-Ftehim Globali bejn UE-Messiku, u jitlob li l-ftehim jiġi konkluż sal-aħħar tal-2017; jirrimarka l-importanza li l-aġġornament tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì jiġi ffinalizzat qabel l-ewwel trimestru tal-2018; jappella lill-parlamenti tal-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali biex jagħmlu dan;

51.  Jenfasizza l-importanza tal-adeżjoni riċenti tal-Ekwador għall-Ftehim Multisettorjali mal-Kolombja u l-Perù, u jfakkar li l-bieb hu miftuħ ukoll għall-Bolivja jekk din tiddeċiedi li tipparteċipa; jilqa' l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni temporanja tal-viża ta' Schengen għal soġġorn qasir mal-Kolombja u l-Perù; jitlob, f'dan il-kuntest, l-istess eżenzjoni mill-viża għall-Ekwador; jirrimarka li dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu għat-titjib tar-rabtiet kulturali u ekonomika tal-UE ma' dawk il-pajjiżi;

52.  Jisħaq fuq l-importanza essenzjali li sistematikament jiġu inklużi regoli dwar ir-responsabbiltà korporattiva u klawsoli li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet soċjali fi ftehimiet ta' assoċjazzjoni, kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK;

53.  Jirrimarka li l-Messiku u l-Brażil ġew identifikati bħala sħab strateġiċi tal-UE u jappella biex l-Arġentina tingħata dan l-istatus bħala attur eċċezzjonali fir-reġjun, u bħala membru tal-Mercosur, u tal-G20, u biex jiġġedded il-qafas ta' relazzjonijiet istituzzjonali;

54.  Jirrikonoxxi l-importanza tas-summits Ibero-Amerikani, li l-mekkaniżmi operattivi tagħhom ġew imsaħħa matul dawn l-aħħar ftit snin, u, fl-istess ħin, jenfasizza r-rwol li s-Segretarjat Ġenerali Ibero-Amerikan (SEGIB) iwettaq fis-sostenn tal-presidenza b'rotazzjoni; jenfasizza l-valur miżjud li dan iġib lis-sħubija globali bejn iż-żewġ reġjuni bħala forum ta' djalogu, koordinazzjoni u kooperazzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, li jista' jieħu l-forma ta' memorandum ta' Ftehim jew ta' qafas ta' ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u/jew is-SEAE u s-SEGIB, li jkun jista' jottimizza r-relazzjoni u jpoġġiha fuq bażi aktar strutturata, ordnata u sistematika bejn iż-żewġ korpi; jilqa' l-fatt li, waqt l-aħħar summit, ingħatat attenzjoni mill-qrib lil oqsma importanti, inkluż liż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-intraprenditorija;

55.  Itenni li l-Assemblea EuroLat u d-Delegazzjonijiet Parlamentari huma fora ta' suċċess u ta' utilità kbira ħafna għad-dimensjoni parlamentari tas-sħubija strateġika, u għad-djalogu politiku bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK, inkluża s-soċjetà ċivili, li r-rwol tagħha jenħtieġ li jissaħaħ, u huma importanti wkoll f'termini ta' trasferiment tat-talbiet taċ-ċittadini lis-summits UE-CELAC; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati l-viżibbiltà u t-tixrid tad-diskussjonijiet u l-konklużjonijiet tagħha, kemm permezz ta' interazzjoni mas-summits UE-CELAC u permezz ta' kanali istituzzjonali nazzjonali u reġjonali;

56.  Jissottolinja r-rwol tal-Fondazzjoni UE-Amerika Latina u l-Karibew bħala organizzazzjoni internazzjonali, u jappella għar-ratifika immedjata mit-tnejn u sittin membru kollha tagħha, li jkollha rwol importanti ta' appoġġ għas-sħubija bilaterali, u jitlob l-istabbiliment ta' kanali ta' kooperazzjoni permanenti bejn il-Fondazzjoni u l-Assemblea EuroLat;

57.  Jappoġġa żieda tal-mandat tas-self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-Amerika Latina għaż-żamma u l-iżvilupp ta' operazzjonjiet li jirrispondu għall-bżonn ta' finanzjament fl-oqsma ta' prijorità, bħall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali, ekonomika u ambjentali u l-appoġġ għall-SMEs;

58.  Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aħjar u multilaterali tal-Istati Membri tal-UE fil-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp (BID) u fil-Bank tal-Iżvilupp tal-Amerika Latina (CAF), sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ekonomiku tagħhom fil-programmi ta' żvilupp għall-pajjiżi tal-ALK;

59.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja, li hu deċiżiv għall-futur tal-Kolombjani u għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun li dan il-pajjiż huwa parti minnu, u jimpenja ruħu li jappoġġa lill-Gvern Kolombjan fl-implimentazzjoni ta' dan il-proċess; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-involviment sħiħ tas-soċjetà Kolombjana, b'mod partikolari l-vittmi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll persuni spustati bil-forza, u tal-kapijiet tal-gvern biex ikunu garantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-mexxejja tal-komunità; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jibqgħu jagħtu l-appoġġ politiku u finanzjarju tagħhom, inkluż permezz tar-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu, u tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Kolombja, u jappoġġa r-rwol tal-Mibgħut Speċjali tal-VP/RGħ għall-Kolombja; jesprimi x-xewqa tiegħu li l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali timpenja ruħha wkoll li tkompli bil-proċess ta' paċi; jilqa' l-fatt li, taħt is-superviżjoni tan-NU, il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC) ċedew l-armi individwali tagħhom; jappoġġa l-missjoni l-ġdida stabbilita mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex il-membri tal-FARC jiġu megħjuna jintegraw mill-ġdid fis-soċjetà; jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim bilaterali għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali u l-Gvern tal-Kolombja;

60.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora serjament fir-rigward tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-qagħda soċjoekonomika fil-Venezwela, fi klima dejjem akbar ta' instabbiltà politika u soċjali; jistieden lill-Gvern Venezwelan biex jissalvagwardja s-separazzjoni u l-indipendenza tal-fergħat tal-gvern, u biex jerġa' jistabbilixxi l-awtorità kostituzzjonali sħiħa tal-Assemblea Nazzjonali; jappella, barra minn hekk, lill-Gvern Venezwelan biex jiżgura l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u biex jippreżenta, malajr kemm jista' jkun, kalendarju elettorali li jippermetti t-twettiq ta' proċessi elettorali ħielsa u trasparenti; jistieden lill-komunità internazzjonali, lill-atturi reġjonali u lill-VP/RGħ biex jippromwovu u jappoġġaw ftehim nazzjonali wiesa' bħala l-unika soluzzjoni possibbli; jitlob lill-VP/RGħ tesplora b'mod attiv miżuri sabiex tippromwovi b'mod kostruttiv l-istabbilizzazzjoni politika tal-pajjiż; jirrifjuta, f'dan il-kuntest, kwalunkwe tentattiv li jiġu ddevjati lil kwalunkwe korp ieħor, is-setgħat tiegħu, rikonoxxuti mill-kostituzzjoni; jikkundanna bil-qawwa l-elezzjonijiet tal-Assemblea Kostitwenti tat-30 ta' Lulju 2017, billi jikkostitwixxu ksur tas-separazzjoni tal-poteri u r-rispett għad-drittijiet taċ-ċittadini li jesprimu liberament il-fehma politika tagħhom permezz ta' istituzzjonijiet leġittimi u eletti demokratikament; ifakkar li l-Parlament Ewropew, flimkien ma' ħafna atturi internazzjonali oħrajn, ma jirrikonoxxix dawn l-elezzjonijiet jew kwalunkwe azzjoni u deċiżjoni meħuda minn din l-Assemblea l-ġdida, minħabba n-nuqqas ta' leġittimità tagħha, u jiddeplora ċ-ċirkustanzi vjolenti li wasslu biex ħafna persuni nqatlu jew indarbu; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-prosekuzzjoni u r-ripressjoni illegali fil-konfront ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali eletti demokratikament; jirrifjuta t-tkeċċija tal-Prosekutur Ġenerali Luisa Ortega Diaz u l-persekuzzjoni politika fil-konfront tagħha, kif ukoll tal-membri kollha tal-Qorti Suprema maħtura mill-Assemblea Nazzjonali leġittima tal-Venezwela; jappoġġa bis-sħiħ l-investigazzjonijiet tal-QKI fir-rigward tad-delitti u l-atti repressivi mwettqa mir-reġim Venezwelan, u jitlob lill-UE tiżvolġi rwol attiv f'dan ir-rigward; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill Ewropew jikkunsidraw l-iffriżar tal-assi, kif ukoll it-tqegħid ta' restrizzjonijiet fuq l-aċċess għat-territorju tal-UE għal dawk kollha involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela, inklużi l-membri tal-Assemblea Kostitwenti mhux rikonoxxuta;

61.   Jilqa' l-iffirmar f'Diċembru 2016 tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba; jenfasizza l-importanza li titħaffef l-implimentazzjoni tiegħu, li jista' jkollu impatt pożittiv fuq is-sħubija globali UE-CELAC; jirrimarka l-fatt li l-ftehim ta' djalogu politiku u ta' kooperazzjoni għandu jikkontribwixxi biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini Kubani, il-progress lejn id-demokrazija u r-rispett u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza li l-validità tiegħu ser tiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mill-Gvern Kuban, stabbiliti f'dan il-ftehim u abbażi tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

62.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi CELAC.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0016.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0269.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0200.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0297.
(5) ĠU C 274, 27.7.2016, p. 28.
(6) http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/trade_en.pdf
(7) http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/poverty_en.pdf
(8) http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/pparties_en.pdf
(9) http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016 /adopted_docs/china_en.pdf
(10),http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/athens201/adopted_docs/femicide/1026102mt.pdf
(11) http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/migration_en.pdf
(12) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 54.
(13) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 120.


Korruzzjoni u drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi
PDF 484kWORD 70k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (2017/2028(INI))
P8_TA(2017)0346A8-0246/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) li daħlet fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2005(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni tal-Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Ġlieda Ulterjuri kontra l-Korruzzjoni tal-2009, ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Possibilità ta' Tnaqqis tat-Taxxa tal-Korruzzjoni għall-Uffiċjali Pubbliċi Barranin u strumenti oħra relatati(2),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija kif adottat fl-2012 u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019) adottat mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem kif adottati fl-2914-il laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2008(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bit-titolu "Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (Trasformazzjoni tad-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli), adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) intitolat "Politika dwar il-prevenzjoni u t-trażżin ta' aġir ipprojbit fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" (Politika Kontra l-Frodi tal-BEI) adottati fit-8 ta' Novembru 2013(5),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: l-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Protezzjoni, Rispett u Rimedju"(6),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-20 ta' Ġunju 2016(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rivelazzjonijiet reċenti ta' każijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-FIFA(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(15),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Liġi Kriminali dwar il-Korruzzjoni, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Liġi Ċivili dwar il-Korruzzjoni, u r-riżoluzzjonijiet (98) 7 u (99) 5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-5 ta' Mejju 1998 u fl-1 ta' Mejju 1999 rispettivament, li jistabbilixxu l-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ġakarta dwar il-Prinċipji għall-Aġenziji Kontra l-Korruzzjoni, adottata fis-26 u s-27 ta' Novembru 2012(16),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Panama dwar is-Seba' Konferenza Annwali u l-Laqgħa Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet Kontra l-Korruzzjoni (IAACA), adottata fit-22-24 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-istituzzjonijiet nazzjonali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem adottata fis-17 ta' Diċembru 2015 u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-istituzzjonijiet nazzjonali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem adottata fid-29 ta' Settembru 2016(17),

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kwistjoni tal-impatt negattiv tal-korruzzjoni fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem tal-5 ta' Jannar 2015(18),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Ġlieda kontriha (AUCPCC)(19),

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva "Global Compact" biex l-istrateġiji u l-miżuri jkunu bbażati fuq il-prinċipji universali tad-drittijiet tal-bniedem, tal-impjiegi, tal-ambjent u tal-korruzzjoni kontra l-korruzzjoni(20),

–  wara li kkunsidra l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta' Transparency International,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0246/2017),

A.  billi l-korruzzjoni hija fenomenu globali kumpless, li jolqot kemm it-Tramuntana kif ukoll in-Nofsinhar, li jista' jkun definit bħala abbuż tal-poter fdat għal gwadann privat individwali, kollettiv, dirett jew indirett, u joħloq theddida gravi għall-interess pubbliku u għall-istabilità u għas-sigurtà politiċi u soċjali peress li jimmina l-fiduċja pubblika u l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istituzzjonijiet, u l-valuri tad-demokrazija, tal-etika, tal-ġustizzja, tal-iżvilupp sostenibbli u tal-governanza tajba;

B.  billi l-korruzzjoni tista' tirrigwarda kemm sforzi fuq skala żgħira li l-skop tagħhom huwa li jinfluwenzaw lill-individwi, lill-uffiċjali pubbliċi jew lill-attwazzjoni tas-servizzi pubbliċi, kif ukoll tentattivi fuq skala kbira biex iwaqqgħu s-sistemi politiċi, ekonomiċi u/jew ġuridiċi, u għall-promozzjoni u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-inkoraġġiment tal-estremiżmu, it-tnaqqis tad-dħul mit-taxxa u s-sostenn tan-netwerks tal-kriminalità organizzata;

C.  billi l-korruzzjoni hija kkawżata mill-fatt li s-sistemi politiċi, ekonomiċi u ġudizzjarji jonqsu milli joffru sorveljanza u obbligu ta' rendikont sodi u indipendenti;

D.  billi t-tnaqqis tal-korruzzjoni huwa essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, għat-tnaqqis tal-faqar, għall-ħolqien tal-ġid, għall-edukazzjoni, għas-sigurtà soċjali, għall-assistenza sanitarja, għall-iżvilupp infrastrutturali u għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll biex tinbena l-fiduċja fl-istituzzjonijiet, fl-impriżi u fil-politika;

E.  billi f'bosta pajjiżi l-korruzzjoni mhux biss tikkostitwixxi ostaklu sistemiku sinifikanti għar-realizzazzjoni tad-demokrazija, tar-rispett tal-Istat tad-dritt, tal-libertà politika u tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll tad-drittijiet tal-bniedem kollha fil-qasam ċivili, politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali, iżda tista' wkoll tikkawża ħafna każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-korruzzjoni tirrappreżenta wieħed mill-aktar tipi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem inqas ikkunsidrati inkwantu talimenta l-inġustizzja, l-inugwaljanza, fost affarijiet oħra, fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u ekonomiċi, l-impunità, l-azzjoni arbitrarja, l-estremiżmu politiku u reliġjuż u l-kunflitt;

F.  billi hija u thedded il-konsolidament tad-demokrazija u l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u timmina l-awtoritajiet Statali, il-korruzzjoni tista' twassal għal irvellijiet soċjali, fosthom il-vjolenza, il-protesta ċivili u instabilità politika gravi; billi l-korruzzjoni tibqa' katalizzatur sistematikament traskurat ta' kunflitti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jwassal għal ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali u għall-impunità ta' dawk li jikkommettuhom; billi l-istatus quo tal-korruzzjoni u tal-arrikkiment illeċitu f'karigi ta' poter statali wassal għall-ikkaparrar tal-poter u għall-kontinwazzjoni tal-kleptokrati fil-poter;

G.  billi f'bosta pajjiżi livelli għoljin ta' korruzzjoni jwasslu għal rati baxxi ta' żvilupp uman, soċjali u ekonomiku, livelli baxxi ta' edukazzjoni u ta' servizzi pubbliċi, drittijiet ċivili u politiċi limitati u ftit jew xejn kompetizzjoni politika u libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni kemm online kif ukoll offline, u lakuni fl-Istat tad-dritt;

H.  billi l-korruzzjoni tħalli impatt f'termini ta' tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, għandha riperkussjonijiet negattivi speċifiċi u tolqot b'mod sproporzjonat il-gruppi l-aktar żvantaġġati u emarġinati tas-soċjetà, bħan-nisa, it-tfal, il-persuni b'diżabilità, l-anzjani, il-fqar, il-popolazzjonijiet indiġeni jew il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, partikolarment billi jitħallew barra minn aċċess indaqs għall-parteċipazzjoni politika, għall-programmi u s-servizzi pubbliċi u soċjali, għall-ġustizzja, għas-sikurezza, għar-riżorsi naturali fosthom l-art, għall-impjiegi, għall-edukazzjoni, għas-saħħa u għall-alloġġi; billi l-korruzzjoni taffettwa wkoll il-progress biex tintemm id-diskriminazzjoni u jkunu promossi l-ugwaljanza tal-ġeneru u l-emanċipazzjoni tan-nisa, u jkunu limitati l-kapaċitajiet tan-nisa li jaffermaw drittijiethom; billi l-korruzzjoni tikkawża distorsjonijiet fid-daqs u fil-kompożizzjoni tan-nefqa pubblika, b'hekk tipperikola b'mod gravi l-kapaċità li jkunu sfruttati sal-massimu r-riżorsi kollha disponibbli bil-għan li jkunu żgurati d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, il-funzjonament korrett tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt kif ukoll l-iżvilupp ta' etika komuni;

I.  billi l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) nru 16 tan-NU jiffoka fuq il-paċi, il-ġustizzja, il-bini ta' istituzzjonijiet b'saħħithom u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; billi sabiex l-SDG 16 jintlaħaq b'mod universali, l-UE teħtieġ li tindirizza, b'urġenza u b'mod dirett, kwistjonijiet varji li fihom il-korruzzjoni tiżvolġi rwol ewlieni, u li jvarjaw minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem, sal-faqar, il-ġuħ u l-inġustizzja;

J.  billi sabiex tkun indirizzata l-korruzzjoni jeħtieġ li jsiru sforzi maqbula biex tkun affrontata kemm il-korruzzjoni fil-livelli għoljin kif ukoll il-korruzzjoni fil-livelli baxxi fil-pajjiżi terzi u fl-Istati Membri tal-UE, b'kont meħud, każ b'każ, tal-patroċinju ġerarkiku, tas-sistemi ta' kumpensi u tal-klijenteliżmu fl-istrutturi tal-poter, li spiss jorbtu r-reati ta' korruzzjoni u l-impunità fl-ogħla livell mal-korruzzjoni fil-livelli baxxi li għandha riperkussjonijiet diretti fuq il-ħajjiet tal-popolazzjoni u fuq l-aċċess ta' din tal-aħħar għas-servizzi bażiċi;

K.  billi mhuwiex possibbli li tkun indirizzata l-korruzzjoni mingħajr impenn politiku b'saħħtu f'livell għoli, indipendentement mill-abilità, mill-ħila u mir-rieda tal-korpi nazzjonali ta' viġilanza u ta' eżekuzzjoni tal-liġi;

L.  billi l-konsegwenzi ekonomiċi tal-korruzzjoni huma estremament negattivi, speċjalment f'termini tal-impatt tagħha fuq iż-żieda tal-faqar u tal-inugwaljanza fost il-popolazzjoni, il-kwalità tas-servizzi pubbliċi, is-sigurtà, l-aċċess għall-assistenza sanitarja komprensiva u għal standard għoli ta' edukazzjoni, l-infrastrutturi, l-opportunitajiet soċjoekonomiċi għall-individwi u l-emanċipazzjoni ekonomika, partikolarment it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u f'termini ta' skoraġġiment tal-imprenditorija u t-telf ta' investiment;

M.  billi, pereżempju, il-korruzzjoni lill-UE tiswieha bejn EUR 179 biljun u EUR 990 biljun f'termini ta' PDG fis-sena(21);

N.  billi, skont il-Bank Dinji, madwar USD 1 000 biljun jitħallsu kull sena f'tixħim fid-dinja kollha u li t-telf ekonomiku totali minħabba l-korruzzjoni jikkorrispondi, skont l-istimi, għal ċifra ferm ogħla;

O.  billi l-kriminalità organizzata, li tirrappreżenta problema serja f'bosta pajjiżi u għandha dimensjoni transfruntiera, spiss hija marbuta mal-korruzzjoni;

P.  billi l-atti ta' korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tipikament jinvolvu l-użu ħażin tal-poter, in-nuqqas ta' responsabilità, l-ostaklu għall-ġustizzja, l-użu ta' influwenza mhux xierqa u l-istituzzjonalizzazzjoni ta' diversi forom ta' diskriminazzjoni, il-klijenteliżmu u d-distorsjoni tal-mekkaniżmi tas-suq; billi l-korruzzjoni turi korrelazzjoni qawwija mal-lakuni fl-Istat tad-dritt u fil-governanza tajba, u billi spiss timmina l-effikaċja tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet fdati bil-kompitu li jiggarantixxu sistema ta' kontrolli u kontrokontrolli u r-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-parlamenti, l-awtoritajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi, is-sistema ġudizzjarja u s-soċjetà ċivili; billi fil-pajjiżi li fihom l-Istat tad-dritt huwa mminat mill-korruzzjoni, kemm l-implimentazzjoni kif ukoll it-tisħiħ tal-oqfsa ġuridiċi huma mxekkla minn imħallfin, avukati, prosekuturi, uffiċjali tal-pulizija, inkwirenti u awdituri korrotti;

Q.  billi l-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huma fenomeni li jinvolvu kondotta mhux integra u ineffiċjenza tal-awtoritajiet, u billi l-kredibilità u l-legittimità tal-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati jistgħu jkunu garantiti biss jekk il-ġestjoni ta' kuljum tagħhom tkun imsejsa fuq kultura ta' integrità rigoruża;

R.  billi l-prattiki bħall-frodi elettorali, il-finanzjament illeċitu tal-partiti politiċi, il-klijenteliżmu jew l-influwenza sproporzjonata perċepita tal-flus fil-politika jnaqqru l-fiduċja fil-partiti politiċi u fir-rappreżentanti eletti, fil-proċess elettorali u fil-gvernijiet, jimminaw il-leġittimità demokratika u l-fiduċja pubblika fil-politika u jistgħu jdgħajfu konsiderevolment id-drittijiet ċivili u politiċi; billi regolamentazzjoni inadegwata u nuqqas ta' trasparenza u sorveljanza tal-finanzjamenti politiċi jistgħu joħolqu opportunitajiet ta' influwenza mhux dovuta u ndħil fit-tmexxija tal-affarijiet pubbliċi; billi l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni jistgħu wkoll jintużaw bħala strument politiku biex jiġu skreditati l-politiċi;

S.  billi l-korruzzjoni fis-settur ġudizzjarju tikser il-prinċipji tal-ugwaljanza, tan-nondiskriminazzjoni, l-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust u għal rimedju effettiv, li huma strumentali fl-applikazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kollha l-oħra u fil-prevenzjoni tal-impunità; billi l-assenza ta' sistema ġudizzjarja u ta' amministrazzjoni pubblika indipendenti trawwem l-isfiduċja fil-konfront tal-istituzzjonijiet pubbliċi, b'hekk jiddgħajjef l-Istat tad-dritt u, xi kultant, tkun alimentata l-vjolenza;

T.  billi huwa diffiċli li titkejjel l-korruzzjoni, peress li spiss tinvolvi prattiki illegali li jinsatru deliberatament, għad li ġew żviluppati u implimentati ċerti mekkaniżmi biex jidentifikaw, jimmonitorjaw, ikejlu u jiġġieldu l-korruzzjoni;

U.  billi t-teknoloġiji l-ġodda, bħar-reġistri distribwiti (distributed ledgers) jew it-tekniki u l-metodoloġiji ta' investigazzjoni open source joffru opportunitajiet ġodda biex tiżdied it-trasparenza tal-attivitajiet governattivi;

V.  billi t-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni b'mod partikolari, huwa strument siewi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz tad-dritt kriminali u tad-dritt privat tfisser l-adozzjoni ta' miżuri ta' repressjoni u ta' rimedju; billi l-promozzjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, tal-Istat tad-dritt u tal-governanza tajba huma elementi essenzjali għal strateġiji antikorruzzjoni sostenibbli u li rnexxew;

W.  billi l-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-approċċ tal-ġustizzja kriminali u dak ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem biex tkun ittrattata l-korruzzjoni jista' jirriżulta fl-indirizzar tal-effetti kollettivi u ġenerali tal-korruzzjoni u jista' jipprevjeni erożjoni sistemika tad-drittijiet tal-bniedem bħala impatt dirett jew indirett tal-korruzzjoni;

X.  billi l-isforzi internazzjonali kontra l-korruzzjoni għandhom qafas istituzzjonali u ġuridiku f'evoluzzjoni iżda teżisti lakuna sinifikanti fl-implimentazzjoni minħabba n-nuqqas ta' rieda politika jew ta' mekkaniżmi sodi ta' infurzar; billi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-isforzi kontra l-korruzzjoni jkun joħloq bidla fil-paradigma u jista' jikkontribwixxi biex tingħalaq il-lakuna fl-implimentazzjoni permezz tal-mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali għall-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

Y.  billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni hija l-uniku strument antikorruzzjoni universali vinkolanti mil-lat ġuridiku u li jkopri ħames oqsma prinċipali: il-miżuri preventivi, il-kriminalizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-liġi, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-irkurpu tal-assi u l-assistenza teknika u l-iskambju ta' informazzjoni;

Z.  billi l-obbligi eżistenti f'livell internazzjonali jirrappreżentaw mekkaniżmi idonei biex jittieħdu miżuri adatti u raġonevoli għall-prevenzjoni u għall-ikkastigar tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku u dak privat, partikolarment fil-qafas tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u ta' strumenti rilevanti oħrajn fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

AA.  billi l-ġudikatura, l-ombudsmen u l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (INDB) kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jiżvolġu rwol fundamentali biex tkun indirizzata l-korruzzjoni u l-potenzjal tagħhom jista' jitqawwa bis-saħħa ta' kooperazzjoni stretta mal-aġenziji nazzjonali u internazzjonali antikorruzzjoni;

AB.  billi għandha tittieħed azzjoni biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni permezz tat-titjib tat-trasparenza, tal-obbligu ta' rendikont u ta' miżuri biex tingħeleb l-impunità fi ħdan l-Istati u tal-prijoritizzazzjoni tal-iżvilupp tal-istrateġiji u tal-politiki speċifiċi li mhux biss jiġġieldu l-korruzzjoni iżda wkoll jgħinu biex jiġu żviluppati u/jew jinbnew politiki pubbliċi f'dan ir-rigward;

AC.  billi kemm is-soċjetà ċivili kif ukoll is-settur privat jistgħu jiżvolġu rwol determinanti fit-tiswir tar-riforma istituzzjonali ħalli jissaħħu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont; billi jistgħu jinsiltu tagħlimiet mill-esperjenza tal-movimenti għad-drittijiet tal-bniedem fis-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili dwar il-konsegwenzi negattivi tal-korruzzjoni u fit-tisħiħ tal-alleanzi mal-istituzzjonijiet statali u mas-settur privat favur il-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

AD.  billi l-assenza ta' mezzi tal-komunikazzjoni liberi, kemm online kif ukoll offline, mhux biss tillimita d-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni iżda toħloq ukoll kundizzjonijiet favorevoli biex jiffjorixxu prattiki mċajprin, korruzzjoni u mġiba ħażina; billi l-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti u panorama medjatiku varju u pluralistiku jiżvolġu rwol importanti għall-garanzija tat-trasparenza u tal-iskrutinju, permezz tar-rapportar, tal-investigazzjoni u tal-kxif tal-korruzzjoni u jissensibilizzaw l-opinjoni pubblika dwar ir-rabta bejn il-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi f'bosta pajjiżi, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jeżistu liġijiet dwar il-malafama, bħall-kriminalizzazzjoni ta' atti meqjusin "ta' malafama", li x'aktarx idgħajfu l-libertà tal-kelma u l-mezzi ta' komunikazzjoni u jaqtgħu qalb l-informaturi u l-ġurnalisti milli jikxfu attivitajiet korrotti;

AE.  billi bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom l-assoċjazzjonijiet antikorruzzjoni u l-assoċjazzjonijiet ta' difiża tad-drittijiet tal-bniedem, it-trade unions, il-ġurnalisti investigattivi, il-bloggers u l-informaturi, jikxfu każijiet ta' korruzzjoni, frodi, ġestjoni ħażina u ksur tad-drittijiet tal-bniedem minkejja jesponu lilhom infushom beraħ għar-riskju ta' atti ta' tpattija, anki fil-post tax-xogħol, libell jew akkużi ta' malafama u b'hekk ipoġġu lil persunithom fil-periklu; billi n-nuqqas ta' protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni, il-libell u l-liġijiet dwar il-malafama u n-nuqqas ta' investigazzjoni indipendenti u kredibbli jistgħu lkoll jaqtgħu qalb in-nies milli jitkellmu; billi l-UE għandha dmir li tħarishom, b'mod partikolari billi toffri appoġġ pubbliku, anki billi tattendi u tosserva l-proċessi li fihom ikunu parti d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u tuża bl-aktar mod effikaċi l-istrumenti tagħha bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); billi l-garanzija ta' rispett u implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti hija indispensabbli; billi min jikxef każijiet ta' korruzzjoni jmissu jkollu d-dritt għall-kunfidenzjalità fir-rigward tal-identità tiegħu jew tagħha, suġġett għall-garanziji għal proċess ġust; billi l-informaturi jmisshom jingħataw protezzjoni internazzjonali mill-prosekuzzjoni;

AF.  billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tinkludi wkoll miżuri biex jinqerdu l-kriminalità organizzata, ir-rifuġji fiskali, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti kif ukoll l-iskemi li jippermettuhom, peress li dawn jostakolaw l-iżvilupp sostenibbli, il-progress, il-prosperità u l-obbligu ta' rendikont min-naħa tal-pajjiżi;

AG.  billi ħafna pajjiżi terzi għad ma għandhomx il-kapaċità li jiskambjaw l-informazzjoni fil-qasam tat-taxxa mal-pajjiżi tal-UE u b'hekk ma jirċievu l-ebda informazzjoni mill-pajjiżi tal-UE relatata maċ-ċittadini tagħhom li, potenzjonalment, qegħdin jevadu t-taxxa;

AH.  billi l-finanzjamenti tal-UE lill-pajjiżi terzi, anki f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, jeħtieġ li jkunu sorveljati kif suppost b'sistema ċara ta' kontrolli u kontrokontrolli fil-pajjiżi benefiċjarji, b'tali mod li jkunu evitati opportunitajiet ta' korruzzjoni li jistgħu ifeġġu, joħroġ fid-dieher kull abbuż u jinkixfu l-uffiċjali korrotti;

AI.  billi l-kontroll tal-korruzzjoni u tal-flussi finanzjarji illeċiti jirrappreżenta kwistjoni politika li teħtieġ tkun indirizzata b'mod komprensiv u fil-livell dinji u transnazzjonali (G20, NU, OECD, Bank Dinji, FMI);

AJ.  billi l-Forum Internazzjonali għall-Integrità tal-Isport (IFSI) li sar f'Lausanne, fl-Iżvizzera, fi Frar 2017, ippromwova l-kollaborazzjoni bejn il-gvernijiet, l-entitajiet internazzjonali għall-isports u organizzazzjonijiet oħrajn, bil-għan li tkun indirizzata l-korruzzjoni fl-isport;

1.  Jappella li tittieħed azzjoni kollettiva fuq livell nazzjonali u internazzjonali għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u għall-ġlieda kontriha, peress li l-korruzzjoni tinfirex lil hinn mill-fruntieri u li l-kooperazzjoni msaħħa bejn il-pajjiżi u bejn ir-reġjuni għandha bżonn tkun mħeġġa parallelament mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Istati jieħdu sehem attiv fi ħdan il-fora internazzjonali biex jiddiskutu u jilħqu deċiżjonijiet komuni dwar il-prattiki tajba u l-politiki adatti għas-sitwazzjoni speċifika ta' kull reġjun, sabiex il-korruzzjoni tkun indirizzata bħala fenomenu trasversali kumpless u interkonness li jostakola l-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali u jalimenta l-kriminalità internazzjonali, inklużi l-attivitajiet relatati mat-terroriżmu;

2.  Jirriżolvi li jħejji rapport ta' aġġornament regolari dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem matul kull leġiżlatura;

3.  Jemmen li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni jeħtiġilha tinkludi approċċ ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat u jwissi li jekk dan ma jsirx, se jrabbu l-għeruq il-faqar, l-inugwaljanza u d-dannu għar-reputazzjoni u se jonqsu l-investimenti barranin, jitpoġġew f'sogru l-opportunitajiet ta' ħajja taż-żgħażagħ u ma titkissirx ir-rabta bejn il-prattiki korrotti u t-terroriżmu;

4.  Jinsab imħasseb bin-nuqqas ta' implimentazzjoni u infurzar tal-istrumenti nazzjonali u internazzjonali eżistenti tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bħall-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (Linji Gwida Ruggie), il-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali dwar il-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim; jistieden lill-pajjiżi firmatarji japplikawhom b'mod sħiħ biex jipproteġu aħjar iċ-ċittadini tagħhom; iwiegħed li jikkollabora mas-sħab internazzjonali biex jiżdied in-numru ta' Stati li jiddeċiedu li jsaħħu l-proċessi demokratiċi u joħolqu istituzzjonijiet responsabbli;

5.  Jinsab imħasseb bil-vessazzjonijiet, it-theddid, l-intimidazzjoni u r-ritaljazzjoni li jġarrbu l-membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom l-assoċjazzjonijiet antikorruzzjoni u l-movimenti għad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, il-bloggers u l-informaturi li jikxfu u jiddenunzjaw każijiet ta' korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom u jiżguraw investigazzjonijiet immedjati, bir-reqqa u imparzjali, bil-għan li kull min hu responsabbli jittella' quddiem il-ġustizzja f'konformità mal-istandards internazzjonali;

6.  Iħeġġeġ lill-parteċipanti tas-Summit Antikorruzzjoni li sar Londra fl-2016 jirrispettaw l-obbligi li ħadu biex jindirizzaw il-kawżi tal-korruzzjoni u jsibu metodi neċessarji għall-promozzjoni tat-trasparenza, kif ukoll jagħtu appoġġ lill-persuni li ntlaqtu l-aktar;

7.  Ifakkar li hu essenzjali li l-UE tiżviluppa strateġija esterna kontra l-korruzzjoni, sabiex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalità finanzjarja b'mod effikaċi;

8.  Jenfasizza li l-Istati huma marbutin li jirrispettaw l-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem skont it-termini tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni u jinkoraġġixxi lill-pajjiżi li għadhom mhumiex parti biex jagħmlu dan; jissottolinja li l-Istati huma responsabbli li jipprevjenu u, fl-aħħar mill-aħħar, jirreaġixxu għal kwalunkwe impatt negattiv tal-korruzzjoni fil-ġurisdizzjoni tagħhom;

9.  Jirrikonoxxi r-responsabilità tal-partijiet politiċi kkonċernati tal-operaturi tan-negozju biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jindirizzaw il-korruzzjoni; jisħaq fuq il-bżonn ta' integrazzjoni ta' prospettiva tad-drittijiet tal-bniedem fl-istrateġiji antikorruzzjoni biex ikunu implimentati politiki preventivi u obbligatorji effikaċi li jirrigwardaw kwistjonijiet bħat-trasparenza, il-liġijiet fil-qasam tal-aċċess għall-informazzjoni pubblika, il-protezzjoni tal-informaturi u l-kontrolli esterni;

10.  Jirrakkomanda li l-UE tintensifika s-sostenn favur l-istrumenti internazzjonali biex tiżdied it-trasparenza fis-setturi ekonomiċi l-aktar suxxettibbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u għall-korruzzjoni;

11.  Isostni t-twaqqif ta' politika moderna, trasparenti u effikaċi u ta' oqfsa ġuridiċi għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali u jemmen li tali miżuri jistgħu jikkostitwixxu armi qawwijin kontra l-korruzzjoni; jilqa' favorevolment l-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi (EITI) u jistieden lill-UE tqawwi s-sostenn biex tgħin lill-pajjiżi b'ħafna riżorsi jimplimentawha inkwantu strument globali qawwi għall-promozzjoni tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont rigward il-ġestjoni tad-dħul li jkun ġej mir-riżorsi naturali; jemmen li l-ħolqien ta' qafas ġuridiku effikaċi li jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji EITI min-naħa tal-kumpaniji u tal-partijiet ikkonċernati involuti fil-katini tal-provvista tas-setturi taż-żejt, tal-minjieri u tal-gass hija miżura kruċjali li jenħtieġ li l-UE trawwimha;

12.  Jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari lin-neċessità li jkunu indirizzati u mrażżna l-flussi ta' kapital illeċiti mill-Afrika u partikolarment dawk iġġenerati mill-estrazzjoni ta' minerali minn minjieri li jinsabu f'żoni ta' kunflitt;

13.  Jinnota li l-korruzzjoni hija fenomenu kumpless li għandu l-għeruq tiegħu f'varjetà wiesgħa ta' fatturi ekonomiċi, politiċi, amministrattivi, soċjali u kulturali, u relazzjonijiet ta' poter, u għalhekk ifakkar li l-politika ta' żvilupp, sabiex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, filwaqt li tiffoka fuq it-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi, u fuq integrazzjoni aħjar, trid ukoll tippromovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-Istat tad-dritt u s-servizzi soċjali pubbliċi, sabiex issaħħaħ il-governanza tajba u tibni l-kapital soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni soċjali, b'kunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet kulturali u reġjonali;

14.  Jisħaq fuq il-fatt li wieħed mill-modi l-aktar effikaċi ta' kif issir prevenzjoni tal-korruzzjoni huwa t-tnaqqis tal-intervent tal-Istat u tal-intermedjazzjoni burokratika u l-promozzjoni ta' regolamentazzjonijiet aktar sempliċi;

Kunsiderazzjonijiet dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bilaterali

15.  Jissottolinja l-bżonn li jkun integrat il-prinċipju tas-sjieda lokali u demokratika tal-proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-programmi ta' assistenza tal-UE bil-għan li standard minimu ta' trasparenza jkun żgurat; jevidenzja li l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE jenħtieġ li jkunu bbażati fuq in-normi antikorruzzjoni, il-kundizzjonijiet iffukati, fost oħrajn, fuq ir-riżultati u jinkludu tapep, indikaturi u rapportar annwali tal-progress ċari u l-impenji meħuda mill-pajjiżi sħab, bil-għan li jitjieb l-assorbiment tal-appoġġ finanzjarju tal-UE;

16.  Ifakkar fil-bżonn ta' monitoraġġ permanenti tal-proġetti ffinanzjati mill-UE u li l-awtoritajiet tal-pajjiżi benefiċjarji jinżammu responsabbli fil-każ li l-finanzjamenti tal-UE ma jintużawx b'mod adegwat u jisħaq fuq il-bżonn li jkunu involuti l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti; jenfasizza wkoll il-bżonn li kwalunkwe kuntrattur li jirċievi finanzjamenti mill-UE jiddivulga totalment l-informazzjoni rikjesta kollha, inkluża s-sjieda benefiċjarja u l-istruttura tal-kumpanija;

17.  Jirrakkomanda li l-UE u l-fornituri internazzjonali l-oħra ta' għotjiet u self iwettqu awditjar fuq l-għotijiet, is-self u l-pakketti ta' assistenza u jagħmlu analiżi rigoruża tad-diliġenza dovuta fuq il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet benefiċjarji biex jevitaw li jfornu "renti" lill-awtoritajiet kleptokratiċi u lil organizzazzjonijiet ikkontrollati minn dawn tal-aħħar u mill-assoċjati tagħhom; huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li jenħtieġ li jitħeġġu anki l-evalwazzjonijiet bejn il-pari;

18.  Jevidenzja l-importanza fundamentali tal-aġenda antikorruzzjoni matul in-negozjati għall-adeżjoni mal-UE;

19.  Jistieden lill-UE tinkludi klawsola antikorruzzjoni flimkien mal-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet mal-pajjiżi terzi li jenħtieġ li tirrikjedi monitoraġġ u konsultazzjonijiet u, bħala l-aħħar rimedju, timponi sanzjonijiet jew tissospendi tali ftehimiet fl-eventwalità ta' korruzzjoni serja u/jew sistemika li twassal għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem;

20.  Jistieden lill-UE tiżviluppa prinċipji għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja inkwantu reat fil-qafas tad-dritt nazzjonali u internazzjonali, tittratta l-każijiet miftuħin ta' impunità għall-korruzzjoni korruzzjoni fil-livelli għolja permezz ta' eżekuzzjoni aktar stretta tal-liġijiet antikorruzzjoni u timplimenta riformi biex timla d-distakki sistemiċi fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali li jippermettu lir-rikavat miksub bil-korruzzjoni fil-livelli għoljin jaqsmu l-fruntieri u jevadu s-sorveljanza tar-regolaturi finanzjarji u tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati;

21.  Jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ u lill-evalwazzjoni kontinwi u strutturati tal-implimentazzjoni effikaċi tal-UNCAC min-naħa tal-Istati Membri tal-UE u mill-pajjiżi li magħhom l-UE ppjanat jew qiegħda tippjana li tikkonkludi kwalunkwe tip ta' ftehim;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-corpus ta' liġijiet tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jieħdu rwol ta' tmexxija fil-livell internazzjonali u jippromwovu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi sħab tal-UE;

23.  Jistieden lill-UE tippromwovi miżuri antikorruzzjoni u mekkaniżmi effikaċi għall-parteċipazzjoni pubblika u l-obbligu ta' rendikont fuq livell pubbliku, inkluż id-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-prinċipji fil-qasam ta' data miftuħa, fid-djalogi u fil-konsultazzjonijiet kollha rilevanti fl-ambitu tad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi terzi u tiffinanzja proġetti mmirati lejn id-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dawn il-miżuri;

24.  Jisħaq fuq l-importanza tal-investigazzjoni abbażi ta' sorsi miftuħa għar-riċerka antikorruzzjoni; jistieden lill-UE tiffinanzja adegwatament lill-organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-investigazzjoni abbażi ta' sorsi miftuħa u fil-ġbir diġitali ta' provi ta' korruzzjoni, bil-għan li jinkixfu l-uffiċjali korrotti u jkun żgurat l-obbligu ta' rendikont;

25.  Jistieden lill-UE tiffinanzja r-riċerka dwar l-applikazzjonijiet tar-reġistri distribwiti li jafu jintużaw biex titjieb it-trasparenza tal-bejgħ tal-beni pubbliċi, jinżamm traċċa tal-finanzjamenti tad-donaturi fil-qafas tal-għajnuna barranija tal-UE u jgħinu biex ikunu indirizzati l-frodi tal-votanti;

26.  Jilqa' pożittivament l-isforzi kostanti fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat biex jiġu stabbiliti u konsolidati istituzzjonijiet antikorruzzjoni indipendenti u effikaċi;

27.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni joħolqu programmazzjoni konġunta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, partikolarment inizjattivi dwar it-titjib tat-trasparenza, il-ġlieda kontra l-impunità u t-tisħiħ tal-aġenziji antikorruzzjoni; iqis li dawn l-isforzi għandhom jinkludu appoġġ favur l-istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem b'indipendenza u imparzjalità murija bil-provi sabiex jieħdu wkoll azzjoni fil-każijiet ta' korruzzjoni, anki permezz tal-kapaċità investigattiva biex jinħolqu rabtiet bejn il-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni mal-aġenziji antikorruzzjoni u rinviji għall-prosekuzzjoni jew lill-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi; jistieden ukoll lill-UE u lill-Istati Membri jintensifikaw il-programmi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tagħhom mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu promossi l-iskambju tal-prattiki tajba u strumenti effikaċi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

28.  Jistieden lill-UE tkompli ssostni l-istituzzjonijiet antikorruzzjoni stabbiliti fil-pajjiżi terzi b'indipendenza u imparzjalità murija bil-provi, bħal, ngħidu aħna, il-Kummissjoni Internazzjoni tal-Gwatemala kontra l-Impunità (CICIG), kif ukoll inizjattivi mmirati lejn il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattiki u ż-żieda fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet; iħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi jfornu lill-istituzzjonijiet l-istrumenti kollha neċessarji, inklużi s-setgħat investigattivi, biex jagħmlu xogħolhom b'mod effikaċi;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiddirieġu fondi ulterjuri biex jassistu fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' protezzjoni li jindirizzaw lill-membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom l-assoċjazzjonijiet antikorruzzjoni u l-movimenti għad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, il-bloggers u l-informaturi li jikxfu u jiddenunzjaw il-każijiet ta' korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li kull aġġornament futur tal-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-għajnuna għall-iżvilupp jew kull nota ta' gwida dwar l-implimentazzjoni tagħhom jinkludu riferiment espliċitu u miżuri li jrawmu l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bil-għan li jkun iffaċilitat ir-rapportar ta' atti suspettati ta' korruzzjoni, mingħajr biża' ta' tpattija, u jingħata appoġġ lill-komunitajiet li batew kaġun ta' dan; jilqa' b'sodisfazzjon il-proċess ta' konsultazzjoni li l-Kummissjoni nediet dan l-aħħar dwar il-protezzjoni tal-informaturi ta' irregolaritajiet; jenfasizza li jenħtieġ li ċ-ċentri ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-delegazzjonijiet tal-UE jagħtu wkoll attenzjoni partikolari lil dawn il-gruppi fil-mira u jżommu kuntatt mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'hekk jiggarantixxu l-viżibilità u l-protezzjoni internazzjonali tagħhom u jattivaw ukoll, b'dan il-mod, kanali siguri għar-rapportar tal-irregolaritajiet;

30.  Jisħaq fuq il-fatt li l-entitajiet ta' viġilanza, l-uffiċjali lokali inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-prosekuturi b'indipendenza u imparzjalità murija bil-provi, kif ukoll l-informaturi u x-xhieda ta' każijiet speċifiċi għandhom ilkoll jibbenefikaw minn assistenza u sostenn mill-UE permezz tar-rappreżentanza fil-post u billi jintbagħtu jieħdu sehem fi programmi ta' taħriġ fl-Ewropa; jenfasizza li, meta jixraq, dan is-sostenn għandu jsir pubbliku;

31.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE jużaw l-inizjattivi lokali u diplomazija pubblika fil-livell lokali u internazzjonali biex jiddenunzjaw każijiet ta' korruzzjoni u impunità, partikolarment meta jwasslu għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden ukoll lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri jinkludu rapporti dwar il-korruzzjoni (sew analiżi sistematika jew każijiet speċifiċi) fit-tgħarrif lis-SEAE u lill-Istati Membri;

32.  Jirrakkomanda li s-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE jinkludu parametru ta' riferiment speċifiku dwar ir-rabta bejn il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem fid-Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiż dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, meta jkun il-każ, u barra minn hekk, dan il-punt jitqies bħala waħda mill-prijoritajiet tar-rappreżentanti speċjali tal-UE fil-qadi ta' dmirijiethom; jitlob partikolarment lill-UE tindirizza l-korruzzjoni direttament fid-dokumenti ta' programmazzjoni u ta' strateġija għall-pajjiż u torbot kwalunkwe appoġġ ta' baġit lil pajjiżi terzi ma' riformi konkreti għat-trasparenza u ma' miżuri antikorruzzjoni oħrajn;

33.  Jirrakkomanda li l-Fond Ewropew għad-Demokrazija u l-mekkaniżmu komprensiv tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (protectdefenders.eu) għandhom jikkonċentraw fuq programmi speċifiċi għall-protezzjoni tal-attivisti antikorruzzjoni li jikkontribwixxu wkoll għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem;

34.  Jistieden lill-UE twaqqaf mekkaniżmi għat-tressiq ta' lmenti li permezz tagħhom il-persuni milquta mill-azzjonijiet esterni tagħha jistgħu jilmentaw dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u każijiet ta' korruzzjoni;

35.  Itenni l-appell li sar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti li l-UE għandha tieħu, mill-aktar fis possibbli, il-lista tas-sanzjonijiet Magnitsky kontra t-32 uffiċjal tal-Istat Russu responsabbli mill-mewt tal-informatur Russu Sergei Magnitsky, quddiem il-Kunsill biex jadottaha u jimponi sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali bħal projbizzjoni tal-viżi għall-UE kollha u l-iffriżar tal-assi finanzjarji li tagħhom huma detenturi fl-Unjoni Ewropea;

36.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE jikkunsidraw li jadottaw leġiżlazzjoni bil-għan li jkunu stabbiliti kriterji ċari għat-tniżżil f'lista sewda u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet simili fil-konfront ta' individwi ta' pajjiżi terzi, u l-familjari tagħhom, li kkommettew ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew kienu responsabbli jew kompliċi jew li ordnaw, ikkontrollaw jew altrimenti indirizzaw l-atti ta' korruzzjoni sinifikanti, inkluża l-konfiska tal-beni pubbliċi jew privati għal gwadann personali, il-korruzzjoni marbuta mal-kuntratti pubbliċi jew mal-estrazzjoni ta' riżorsi naturali, tixħim, jew il-faċilitazzjoni jew it-trasferiment ta' assi miksuba illegalment f'ġurisdizzjonijiet barranin; jisħaq fuq il-fatt li l-kriterji ta' inklużjoni fil-lista jenħtieġ li jkunu mfassla abbażi ta' sorsi dokumentati sewwa, konverġenti u indipendenti u ta' provi konvinċenti, u jipprevedu mekkaniżmi ta' dritt għall-kumpens għal dawk fil-mira; jevidenzja l-importanza tal-pubbliċità ta' din il-lista biex talimenta l-informazzjoni neċessarja min-naħa tal-entitajiet li għandhom l-obbligu li jagħmlu, fost affarijiet oħra, l-analiżi tad-diliġenza dovuta tal-klijenti skont id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħasil tal-Flus(22);

37.  Jistieden lill-UE tikkonforma mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (Artikolu 208 TFUE) u tikkontribwixxi b'mod attiv sabiex permezz tal-politiki esterni tagħha, tnaqqas il-korruzzjoni, u tiġġieled l-impunità b'mod dirett u espliċitu;

38.  Jistieden lill-UE ssaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, sabiex tikkonforma b'mod effikaċi mal-istandards stabbiliti fl-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI) u ma' prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp maqbula fuq livell internazzjonali; jistieden lill-UE tiżviluppa wkoll sistema ta' ġestjoni tar-riskju qawwija u olistika li tipprevjeni l-għajnuna għall-iżvilupp milli tikkontribwixxi għall-korruzzjoni f'pajjiżi benefiċjarji, jiġifieri billi torbot l-appoġġ baġitarju ma' objettivi ċari kontra l-korruzzjoni; għal dan l-għan, jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu mekkaniżmi b'saħħithom għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ baġitarju;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex tinqered il-korruzzjoni fil-livelli għoljin, tagħti attenzjoni, fil-kuntest tal-appoġġ mill-baġit lit-trasparenza tal-operazzjonijiet li jinvolvu l-privatizzazzjoni u l-akkordji ta' beni pubbliċi, partikolarment artijiet, u tipparteċipa fil-programmi ta' appoġġ tal-OECD fil-governanza tal-kumpaniji ta' impriżi ta' proprjetà statali, għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa billi tgħinhom jibnu sistemi tat-taxxa bbilanċjati, effikaċi, ġusti u trasparenti;

41.  Iqis li l-UE, bħala l-ikbar donatur dinji, għandha tippromwovi forom ta' kollegament, sabiex il-provvista tal-għajnuna esterna tal-UE tkun suġġetta għal riformi fiskali mmirati biex iżidu t-trasparenza, biex id-data ssir aktar aċċessibbli u biex tħeġġeġ approċċi mwettqa b'mod konġunt flimkien ma' donaturi oħrajn;

42.  Jenfasizza l-impatt negattiv profond tal-korruzzjoni fuq il-kummerċ u l-vantaġġi tiegħu, l-iżvilupp ekonomiku, l-investimenti u l-proċessi ta' akkwist pubbliku u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu f'kunsiderazzjoni din ir-rabta fil-ftehimiet kummerċjali kollha u tinkludi fihom klawsoli eżegwibbli relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

43.  Jirrimarka li l-politika kummerċjali tikkontribwixxi għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri difiżi mill-UE, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludu d-demokrazija, l-Istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-ugwaljanza; jenfasizza li hija essenzjali l-konsistenza bejn il-politiki esterni u interni tal-Unjoni, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jissottolinja li, f'dan ir-rigward, il-leġiżlaturi Ewropej jassumu rwol partikolari fil-faċilitazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali, peress li jridu jevitaw li dawn iservu bħala triq ta' aċċess għall-prattiki ta' korruzzjoni;

44.  Jikkunsidra l-ftehimiet kummerċjali bħala mekkaniżmu fundamentali għall-promozzjoni tal-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u mal-governanza tajba; jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri li l-UE diġà ħadet biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni fil-politika kummerċjali tagħha, pereżempju permezz tas-SPĠ+, il-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-inklużjoni ta' impenji biex jiġu rratifikati l-konvenzjonijiet internazzjonali kontra l-korruzzjoni mas-sħab kummerċjali; itenni l-għan iddikjarat fl-istrateġija "Kummerċ għal kulħadd" li jiġu inklużi dispożizzjonijiet ambizzjużi relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ftehimiet kummerċjali futuri kollha; f'dan ir-rigward, jappella biex il-ftehimiet kummerċjali futuri kollha jinkludu impenji relatati mal-adeżjoni għall-konvenzjonijiet multilaterali dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni bħall-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u l-Konvenzjoni tal-OECD kontra t-tixħim, kif ukoll dispożizzjonijiet trasversali, fil-kuntest ta' approċċ globali, u li dawn l-impenji jiġu integrati fil-ftehimiet kummerċjali fis-seħħ waqt ir-reviżjoni tagħhom;

45.  Jisħaq fuq il-fatt li l-partijiet firmatarji tal-ftehimiet kummerċjali għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tas-settur privat, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-gruppi konsultattivi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-programmi u tal-klawsoli relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment internazzjonali; jemmen li l-protezzjoni tal-informaturi għandha tiġi kkunsidrata għall-inklużjoni fi ftehimiet kummerċjali futuri ladarba jkun hemm sistema fis-seħħ fl-UE kollha;

46.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' gwida u appoġġ ċari għall-impriżi biex joħolqu proċeduri ta' konformità effikaċi kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-operazzjonijiet tagħhom, partikolarment għall-SME, permezz tad-dispożizzjonijiet speċjali fil-ftehimiet kummerċjali biex ikunu jistgħu jindirizzaw il-korruzzjoni; jenfasizza li m'hemmx approċċ universali għall-konformità; jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra tiżviluppa assistenza għal proġetti ta' bini ta' kapaċitajiet fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bħalma huma l-iskambju tal-aħjar prattiki u taħriġ biex l-Istati u l-impriżi jiġu megħjuna jegħlbu l-isfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom f'dan il-qasam;

47.  Jilqa' pożittivament id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO fi Frar 2017 li jipprevedi miżuri għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-kummerċ globali; jemmen, madankollu, li l-adozzjoni jew ir-riforma ta' leġiżlazzjoni mhumiex fihom nfushom biżżejjed u li hija l-implimentazzjoni li hija fundamentali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riforma leġiżlattiva għandha bżonn tkun akkumpanjata minn taħriġ tal-ġudikatura, aċċess pubbliku għall-informazzjoni u miżuri ta' trasparenza, u jappella lill-Istati Membri tal-UE jikkooperaw f'dawn il-kwistjonijiet fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni; jirrimarka wkoll li l-ftehimiet kummerċjali jistgħu jgħinu fil-monitoraġġ tar-riformi nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' politiki relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus fil-ftehimiet kummerċjali futuri kollha, b'monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korrużjoni; jappella f'dan is-sens lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-inklużjoni, fil-mandati tan-negozjati, ta' dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif tipproponi l-Kummissjoni fl-abbozzi ta' mandati li tagħtihom; jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-mandat ta' negozjati għall-aġġornament tal-ftehim bejn l-UE u l-Messiku. jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tiġġieled il-korruzzjoni permezz ta' trasparenza akbar fin-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali u l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet relatati ma' kooperazzjoni regolatorja akbar u mal-integrità tal-proċeduri doganali u mal-katini ta' valur mondjali; jemmen li l-klawsoli relatati mal-kooperazzjoni għandhom ikunu fis-seħħ biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni, bħall-iskambju ta' informazzjoni, u l-assistenza amministrattiva u teknika, bl-għan li jiġu kondiviżi u promossi l-aħjar prattiki li se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet u indikaturi tal-prestazzjoni ċari u rilevanti li jippermettu l-valutazzjoni u t-turija aħjar tar-riżultati;

49.  Jenfasizza l-importanza li jinżamm djalogu kontinwu u regolari mas-sħab kummerċjali tal-UE matul l-implimentazzjoni tal-ftehimiet sabiex jiġi żgurat li l-ftehimiet b'mod ġenerali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jiġu mmonitorjati u implimentati b'mod xieraq; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni fl-istrateġija tagħha "Kummerċ għal Kulħadd" li jiġu introdotti mekkaniżmi ta' konsultazzjoni f'każijiet ta' korruzzjoni sistemika u nuqqasijiet ta' governanza, u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tissospendi l-benefiċċji ta' ftehim f'tali każijiet ta' korruzzjoni sistematika u ta' nuqqas ta' konformità mal-impenji relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bħal pereżempju l-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-OECD, il-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitt, ir-reġistru ċentrali tas-sjieda benefiċjarja u r-rakkomandazzjonijiet tal-FATF; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet u indikaturi tal-prestazzjoni ċari u rilevanti li jippermettu l-valutazzjoni u t-turija aħjar tar-riżultati; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tirreaġixxi b'mod sod, proporzjonat u malajr meta l-gvern benefiċjarju jonqos milli jikkonforma ma' dak li ntlaħaq qbil dwaru; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi ta' konsultazzjoni ma' sħab kummerċjali f'każijiet ta' korruzzjoni sistemika u tipprovdi skambji ta' għarfien espert biex jgħinu l-pajjiżi jimplimentaw il-miżuri kontra l-korruzzjoni;

50.  Jinnota li l-ftehimiet kummerċjali jridu jinkludu klawsoli obbligatorji u eżegwibbli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jiżguraw li l-kumpaniji privati u l-awtoritajiet tal-Istat jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-ogħla standards soċjali u ambjentali, li huma essenzjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

Żvilupp tal-intelligence tal-UE dwar in-netwerks tal-korruzzjoni u l-intermedjarji

51.  Jistieden lis-SEAE jkun pijunier fil-formazzjoni ta' task forces bejn l-ambaxxati tal-Istati Mrmbri u d-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi, permezz tagħhom l-uffiċjali diplomatiċi jkunu jistgħu janalizzaw u jikkondividu informazzjoni dwar l-istruttura u l-funzjonament tan-netwerks lokali tal-korruzzjoni fl-ogħla livell tal-poter u jibnu biżżejjed intelligence ħalli jipprevjenu l-kollużjoni tal-UE mar-reġimi kleptokratiċi; jemmen li tali informazzjoni għandha tkun trażmessa lill-istituzzjonijiet tal-UE permezz ta' kanali diplomatiċi u siguri; jissuġġerixxi wkoll li d-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri jnisġu relazzjonijiet mill-qrib mal-popolazzjoni lokali, partikolarment permezz ta' djalogu regolari ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġenwini u indipendenti, bil-għan li jiġbru informazzjoni affidabbli relatata mal-korruzzjoni lokali, il-faċilitaturi kruċjali u l-uffiċjali arrestati;

52.  Huwa tal-fehma li l-kumpaniji għandhom jirrapportaw ukoll lill-entitajiet tal-UE kull meta jiġu mitluba tanġenti mingħandhom u/jew ikunu rikjesti jinvestu f'pajjiżi terzi permezz ta' intermedjarji lokali jew kumpaniji tal-isem bħala sħab;

53.  Jisħaq fuq il-fatt li, fid-dawl tal-informazzjoni miġbura, jenħtieġ li l-linji gwida speċifiċi għal kull pajjiż ikunu kondiviżi mal-missjonijiet ċivili u militari u mal-aġenziji donatriċi tal-UE biex ikun hemm sensibilizzazzjoni tar-riskji involuti fil-kollaborazzjoni mal-kuntratturi lokali, mal-kumpaniji privati tas-sigurtà u mal-fornituri tas-servizzi li s-sidien benefiċjarji tagħhom jafu huma kollegati ma' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ma' netwerks tal-korruzzjoni;

Koerenza interna-esterna

54.  Jemmen li l-UE tista' biss tassumi rwol ta' tmexxija kredibbli u influwenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni jekk tindirizza l-probelma tal-kriminalità organizzata, tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus fi ħdan il-fruntieri tagħha b'mod adegwat; jiddispjaċih li, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tagħtix segwitu lir-rapport antikorruzzjoni tal-UE tal-2014, li offra analiżi ġdida tal-korruzzjoni fi ħdan l-Istati Membri tal-UE, li kieku kien jirrinforza lill-kredibilità tal-UE biex tippromwovi aġenda antikorruzzjoni ambizzjuża fil-politiki esterni tagħha; jevidenzja li l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE għandhom jagħmlu rapportar u awtovalutazzjoni regolari, ambizzjużi u rigorużi konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u l-mekkaniżmi ta' rieżami tagħha, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq aktar politiki u inizjattivi leġiżlattivi biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni u tagħmel pressjoni favur aktar integrità u trasparenza fl-Istati Membri;

55.  Josserva li d-dekriminalizzazzjoni tal-korruzzjoni f'ċerti Stati Membri tal-UE tkun tnaqqas il-kredibilità tal-ordni pubbliku u tnaqqar ukoll il-kapaċità tal-UE li timbotta aġenda antikorruzzjoni ambizzjuża fuq skala dinjija; isostni l-kooperazzjoni aktar stretta bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

56.  Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jemendaw il-leġiżlazzjoni kriminali tagħhom bil-għan li, meta neċessarju, tkun stabbilita ġurisdizzjoni ta' prosekuturi u qrati nazzjonali bis-setgħa li jinvestigaw u jipproċessaw reati ta' tixħim jew approprjazzjoni indebita ta' fondi pubbliċi, indipendentement mill-post fejn ġie kommess ir-reat, dment li r-rikavat ta' tali attività kriminali jinsab fl-Istat Membru inkwistjoni jew inħaslu hemm, jew il-persuna għandha "konnessjoni mill-qrib" mal-Istat Membri, partikolarment iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew is-sjieda benefiċjarja ta' kumpanija bis-sede reġistrata jew b'sussidjarji fl-Istat Membru;

Kontribut tal-UE lill-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-korruzzjoni fil-fora multilaterali

57.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jniedu diskussjoni fil-livell tan-NU dwar it-tisħiħ tal-istandards dwar l-indipendenza u l-mandati tal-aġenziji antikorruzzjoni, fuq l-esperjenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), tal-Kumitat Internazzjonali ta' Koordinament tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u ta' korpi tan-NU, partikolarment il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC), fir-rigward tal-INDB (Prinċipji ta' Pariġi);

58.  Jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu r-rabtiet bejn l-aġenziji antikorruzzjoni u l-INDB abbażi tal-mandat tal-INDB biex jindirizzaw il-korruzzjoni bħala għajn potenzjali diretta jew indiretta tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

59.  Ifakkar fit-talba li għamel lill-Istati Membri tal-UE biex jappoġġaw it-twaqqif ta' Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-kriminalità finanzjarja, il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem b'mandat komprensiv, inklużi pjan orjentat lejn l-objettivi u evalwazzjoni perjodika tal-miżuri antikorruzzjoni meħuda mill-Istati; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jassumu rwol ta' tmexxija fil-mobilizzazzjoni tal-appoġġ fost l-Istati Membri tal-HRC u jsiru sponsors konġunti ta' riżoluzzjoni li se toħloq il-mandat;

60.  Jappella lin-NU tadotta strument ta' tfassil ta' standards dwar il-flussi finanzjarji illeċiti sabiex tiġġenera effikaċja akbar;

61.  Jenfasizza l-bżonn li jkunu intensifikati l-kampanji nazzjonali u internazzjonali ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni relatata mal-korruzzjoni li jimmiraw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bil-għan li jkun evidenzjat il-fatt li l-korruzzjoni għandha riperkussjonijiet negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u twassal, fost affarijiet oħra, għal disparitajiet soċjali, nuqqas ta' ġustizzja soċjali u livelli ogħla ta' faqar; iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa u timplimenta programmi speċifiċi dwar il-liġijiet kriminali u proċedurali eżistenti u l-mekkaniżmi ta' lmentar; jenfasizza li l-edukazzjoni u l-informazzjoni imparzjali, indipendenti u pubblika jiżvolġu rwol fundamentali fit-tagħlim tal-ħiliet soċjali u tal-prinċipji ta' integrità li jaqdu l-interess pubbliku u jikkontribwixxu għall-Istat tad-dritt u għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta' soċjetà;

62.  Jirrakkomanda li l-eżami tal-kwistjoni tal-korruzzjoni bħala kawża ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll riżultat ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u Stat tad-dritt dgħajjef, ikunu integrati f'eżami perjodiku universali bħala mod li bih tkun indirizzata l-korruzzjoni u jkunu promossi t-trasparenza u l-aħjar prattiki; jenfasizza r-rwol li s-soċjetà ċivili tista' tiżvolġi billi tagħti kontribut f'dan il-proċess;

63.  Jinkoraġġixxi l-approfondiment tal-impenji internazzjonali bil-għan li l-indirizzar tal-korruzzjoni jitpoġġa fil-qalba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU bħala mekkaniżmu għall-ġlieda kontra l-faqar globali;

Korruzzjoni u traffikar tal-bnedmin

64.  Jinsab imħasseb li t-traffikar tal-bnedmin jista' jkun faċilitat permezz tal-korruzzjoni tal-atturi detenturi ta' livelli differenti ta' poter fdat, bħall-pulizija, l-uffiċjali tad-dwana, l-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri u s-servizzi tal-immigrazzjoni, li jistgħu jinjoraw, jittolleraw, jipparteċipaw fi u jorganizzaw it-traffikar tal-bnedmin;

65.  Jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' azzjonijiet antikorruzzjoni, bħat-trawwim tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont fl-amministrazzjonijiet, billi jiddaħħal mekkaniżmu ġenerali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jiġu żgurat koordinament aħjar tal-istrateġiji kontra t-traffikar;

66.  Jissottolinja r-rwol prominenti li jistgħu jiżvolġu l-approċċi sensittivi għall-ġeneru huma u jiżviluppaw politiki biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-qasam tat-traffikar tal-bnedmin;

Negozju u drittijiet tal-bniedem

67.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha tan-NU, partikolarment il-membri tal-UE, jimplimentaw bis-sħiħ il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u jinkludu impenji speċifiċi fi provvedimenti antikorruzzjoni fil-pjan ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem (kif mitlub skont il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija) jew jippromulgaw leġiżlazzjoni speċifika kontra t-tixħim;

68.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ċerti Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE jagħmlu riferiment għall-korruzzjoni u, f'dan is-sens, jissuġġerixxu miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u għall-ikkastigar tal-prattiki korrotti u t-tixħim li jistgħu jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jirrakkomanda li l-UE ssostni miżuri supplementari għall-promozzjoni tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni tal-konformità, tal-kodiċijiet u tal-istandards fil-kumpaniji kontra t-tixħim/il-korruzzjoni, u li l-parteċipanti fl-aġġudikazzjoni ta' kuntratti pubbliċi għandhom ikollhom fis-seħħ kodiċi sod kontra t-tixħim u kontra l-korruzzjoni kif ukoll prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxi; huwa tal-fehma li l-approprjazzjoni indebita ta' fondi pubbliċi, l-arrikkiment illeċitu jew it-tixħim għandhom ikunu punibbli b'sanzjonijiet speċifiċi supplementari fl-ambitu tad-dritt kriminali, partikolarment meta jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikkawżat mill-att ta' korruzzjoni;

69.  Jilqa' pożittivament id-Direttiva riveduta dwar il-Kontabilità fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja(23) u dwar id-diversità dwar rekwiżiti ta' rapportar tal-kumpaniji u tal-gruppi l-kbar, inkluż dwar l-isforzi tagħhom relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinkoraġġixxi lill-kumpaniji jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti kollha konformement man-nota ta' gwida imminenti li se toħroġ il-Kummissjoni;

70.  Itenni l-appell tiegħu lill-Istati kollha u lill-UE biex jinvolvu ruħhom b'mod attiv u kostruttiv fil-ħidma li qiegħed jagħmel l-grupp ta' ħidma intergovernattiv b'kompożizzjoni miftuħa dwar il-kumpaniji transnazzjonali u impriżi oħrajn fir-rigwrad tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li joħroġ strument ġuridikament vinkolanti li jipprevjeni, jinvestiga, jikkumpensa u jagħti aċċess għal rimedju meta jseħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, anki dawk li jirriżultaw mill-korruzzjoni; jistieden lill-Istati jagħmlu dak kollu neċessarju biex jippermettu proċeduri ċivili għad-danni fil-konfront ta' dawk li kkommettew atti ta' korruzzjoni, skont l-Artikolu 35 tal-UNCAC;

71.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha japplikaw il-linji gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali;

Ħtif tal-art u korruzzjoni

72.  Għadu mħasseb bis-sitwazzjoni fir-rigward tal-ħtif tal-art bħala konsegwenza tal-prattiki korrotti ta' kumpaniji, investituri barranin, atturi Statali nazzjonali u internazzjonali, uffiċjali u awtoritajiet; jissottolinja li l-korruzzjoni tippermetti l-ħtif tal-art, spiss bi żgumbramenti furzati, billi tagħti, fost affarijiet oħra, lil terzi kontroll illegali tal-art mingħajr il-kunsens tan-nies li jgħixu fuq dik l-art;

73.  Jenfasizza li bosta stħarriġiet juru li l-korruzzjoni hi mifruxa fl-amministrazzjoni tal-art u qiegħda kull ma jmur ittappan il-fażijiet kollha tan-negozju tal-akkwist tal-artijiet, u li twassal għal firxa wiesgħa ta' impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw mill-ispostament furzat tal-komunitajiet mingħajr kumpens xieraq sal-qtil tad-difensuri tal-artijiet(24); jinnota bi tħassib, barra minn hekk, li hemm ir-riskju li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jkompli jintensifika f'kuntest ta' żieda dejjem akbar fit-talba għall-ikel, il-fjuwil u prodotti bażiċi u żieda fl-investimenti f'artijiet fuq skala kbira f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

74.  Ifakkar li s-settur finanzjarju għandu rwol ewlieni xi jwettaq fil-prevenzjoni ta' prattiki korrottti li jiffaċilitaw b'mod partikolari l-ħtif tal-art; itenni li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iwettqu "diliġenza dovuta tal-klijenti" biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus marbut mal-korruzzjoni, u biex jiżguraw li l-investituri appoġġati minnhom jieħdu miżuri effikaċi ta' diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrikjedu l-iżvelar tad-dettalji dwar l-akkwisti ta' artijiet minn kumpaniji f'pajjiżi terzi, u jaġġornaw l-appoġġ tagħhom lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti (VGGT) bħala mezz biex jindirizzaw il-korruzzjoni fin-negozju tal-artijiet;

Elezzjonijiet u funzjonament tal-entitajiet demokratikament eletti

75.  Jenfasizza li wieħed mill-objettivi tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandu jkun dak li jintemmu l-abbużi gravi li jgħawġu d-demokrazija u l-proċessi politiċi u tkun promossa ġudikatura indipendenti, imparzjali u effikaċi; jitlob li l-partiti politiċi jissaħħu fir-rwol tagħhom ta' kanali ta' rappreżentanza demokratika u parteċipazzjoni politika billi jkunu mgħammrin b'mod effiċjenti; josserva f'dan is-sens li r-regolamentazzjoni tal-finanzjament politiku, inkluża l-identifikazzjoni tad-donaturi u ta' sorsi finanzjarji oħrajn, hija għalhekk ċentrali għall-preservazzjoni tad-demokrazija;

76.  Josserva bi tħassib li l-frodi elettorali u l-korruzzjoni marbuta mal-proċessi elettorali u mal-funzjonament tal-entitajiet u tal-assemblej ta' rappreżentanti eletti jimminaw serjament il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u jdgħajfu d-drittijiet ċivili u politiċi billi jipprevjenu rappreżentanza ugwali u ġusta u jpoġġu lill-Istat tad-dritt f'dubju; josserva r-rwol pożittiv tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali biex jikkontribwixxu għat-tmexxija korretta tal-elezzjonijiet u jsostnu r-riforma tal-liġi elettorali; jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni mal-entitajiet internazzjonali speċjalizzati f'dan il-qasam bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE;

77.  Jissottolinja l-ħtieġa speċifika li jinżammu l-ogħla standards etiċi u ta' trasparenza possibbli fil-funzjonament tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u fl-assemblej reġjonali inkarigati mill-protezzjoni u mill-promozzjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-Istat tad-dritt, billi jingħaqdu l-istituzzjonijiet u l-professjonijiet tad-dinja kollha biex tissaħħaħ il-kapaċità u titrawwem kultura komuni ta' integrità; jissottolinja l-bżonn ta' promozzjoni ta' prattiki trasparenti billi jkunu elaborati kodiċijiet ta' kondotta u miżuri speċifiċi favur it-trasparenza għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' kull frodi jew aġir ħażin;

78.  Jisħaq fuq il-bżonn li l-lobbying ikun regolat b'mod rigoruż skont il-prinċipji ta' ftuħ u trasparenza, bil-għan li jiġi żgurat li l-gruppi ta' interess kollha jkollhom aċċess indaqs għal min jieħu d-deċiżjonijiet u jintemmu l-korruzzjoni u r-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jidentifikaw u jikkundannaw kull forma ta' lobbying moħbija, illegali u kuntrarja għall-etika; jistieden lill-UE tippromwovi t-trasparenza tal-proċessi deċiżjonali u leġiżlattivi fl-Istati Membri u fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi;

79.  Jikkundanna bil-qawwa, wara r-rivelazzjonijiet reċenti tal-"Azerbaijani Laundromat", it-tentattivi mill-Ażerbajġan u reġimi awtokratiċi oħra f'pajjiżi terzi biex jinfluwenzaw b'mezzi illeċiti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa; jitlob li jkun hemm investigazzjoni komprensiva mill-Parlament dwar l-allegazzjonijiet imsemmija hawn fuq u, b'mod usa', dwar l-influwenza eżerċitata minn dawn ir-reġimi; jitlob lill-Parlament jadotta miżuri robusti għall-prevenzjoni tal-okkorrenza ta' korruzzjoni tali, li ddgħajjef il-kredibbiltà u l-leġittimità tax-xogħol tal-Parlament, inkluż dwar id-drittijiet tal-bniedem;

Avvenimenti sportivi kbar u rabtiet mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u mal-korruzzjoni

80.  Għadu mħasseb dwar il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema u dwar il-korruzzjoni f'livell għoli marbuta ma' avvenimenti sportivi internazzjonali ewlenin u mal-proġetti infrastrutturali fuq skala kbira relatati; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn il-korpi governattivi tal-isport u l-aġenziji antikorruzzjoni internazzjonali u l-NGOs bil-għan li jkunu stabbiliti impenji trasparenti u verifikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-organizzaturi tal-avvenimenti sportivi l-kbar u ta' dawk li jikkandidaw ruħhom biex itellgħuhom; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-kriterji għandhom ikunu parti mill-kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-post fejn jittellgħu dawn l-avvenimenti;

81.  Huwa tal-fehma li anki l-federazzjonijiet sportivi mhux governattivi internazzjonali l-kbar jeħtiġilhom jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għat-trażżin tagħha u li jeħtieġ li jintensifikaw l-isforzi tagħhom f'dan is-sens; iqis li tali federazzjonijiet jenħtieġ li jagħrfu li għandhom ir-responsabilità fil-qasam tar-rispett tad-drittijiet tal-awtur u li għaldaqstant jenħtieġ li l-awtoritajiet governattivi antikorruzzjoni jingħataw poteri aktar b'saħħithom għall-investigazzjoni u għas-sanzjonijiet fil-każijiet ta' korruzzjoni li jinvolvu lill-federazzjonijiet sportivi internazzjonali mhux governattivi l-kbar;

82.  Jemmen li l-korruzzjoni fil-livell għoli tal-amministrazzjoni sportiva, it-tbagħbis ta' logħob, l-akkwist, il-ftehimiet dwar l-approvazzjoni, l-għażla tas-siti, l-imħatri illegali u d-doping kif ukoll l-involviment tal-kriminalità organizzata għamlu ħsara lill-kredibilità tal-entitajiet sportivi;

83.  Jemmen li l-integrità fl-isport jista' jikkontribwixxi għall-aġenda globali għall-iżvilupp u għall-governanza tajba fil-livell internazzjonali;

Rifuġji fiskali

84.  Iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' politiki ta' tolleranza żero fil-konfront tar-rifuġji fiskali u tal-ħasil tal-flus, standards internazzjonali ogħla u jinkoraġġixxi kooperazzjoni internazzjonali aktar stretta għad-determinazzjoni tas-sjieda sigrieta tal-kumpaniji tal-isem u tat-trusts użati għall-evażjoni tat-taxxa, għall-frodi, għall-kummerċ illegali, għall-flussi ta' kapital, għall-ħasil tal-flus u biex jinsilet vantaġġ mill-korruzzjoni;

85.  Isostni enerġikament l-implimentazzjoni ta' prinċipji ta' standards pubbliċi ta' rapportar għal kull pajjiż fl-Ewropa u fil-pajjiżi terzi, li abbażi tagħhom il-kumpaniji multinazzjonali jkollhom l-obbligu li jippreżentaw rapporti b'informazzjoni finanzjarja bażika għal kull ġurisdizzjoni li fiha joperaw, bil-għan li jipprevjenu l-korruzzjoni u l-evitar tat-taxxa;

86.  Ifakkar fir-responsabilità tal-UE fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa min-naħa tal-kumpaniji transnazzjonali u tal-individwi u fl-indirizzar tal-pjaga tal-flussi finanzjarji illeċiti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jdgħajfu notevolment il-kapaċità tagħhom li jiġbru riżorsi suffiċjenti biex jottemperaw għall-obbligi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

87.  Jilqa' pożittivament l-inizjattivi ggwidati mill-Ewropa għall-iżvilupp ta' skambju globali ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, biex tissaħħaħ l-effikaċja tal-Istandards Komuni ta' Rapportar, kapaċi jikxfu l-irregolaritajiet finanzjarji;

88.  Jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni globali għal-lokalizzazzjoni tal-assi misruqa u biex jinroddu lura, fis-sikurezza, lis-sid leġittimu tagħhom; itenni li l-UE għandha d-dmir li tgħin lill-pajjiżi terzi jirrimpatrijaw l-assi miksuba illegalment moħbija fis-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri tal-UE fil-proprjetajiet immobiljari u biex jitressqu għall-presekuzzjoni dawk responsabbli, il-faċilitaturi u l-intermedjarji; iħeġġeġ lill-UE tagħti prijorità lil din il-kwistjoni ta' rilevanza kbira fil-pajjiżi terzi li jgħaddu minn proċessi ta' demokratizzazzjoni, l-aktar billi jiġu indirizzati l-ostakli ġuridiċi u n-nuqqas ta' disponibilità ta' kooperazzjoni min-naħa taċ-ċentri finanzjarji; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza li s-sekwestru tal-assi jinħall mill-kundanna fl-Istat rikjedenti bil-għan li tingħata assistenza legali reċiproka u jitkomplew l-proċedimenti, fejn jeżistu provi suffiċjenti ta' irregolarità;

89.  Ifakkar li l-korruzzjoni hi marbuta mill-qrib ma' attivitajiet bħall-ħasil tal-flus, l-evażjoni fiskali u l-kummerċ illeċitu; jenfasizza, fid-dawl ta' dan, li t-trasparenza għandha tkun is-sies tal-istrateġiji kollha kontra l-korruzzjoni;

90.  Jenfasizza li l-UE trid tippromwovi, bħala prijorità fil-fora internazzjonali rilevanti kollha, il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, is-sigriet bankarju u l-ħasil tal-flus, kif ukoll it-tneħħija tas-sigriet professjonali eċċessiv, ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż għall-impriżi multinazzjonali u r-reġistri pubbliċi li fihom informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji tal-kumpaniji; jirrimarka li l-maġġor parti tal-istrumenti għall-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa hija adatta biex tiġġieled il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

Libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni

91.  Jissottolinja l-importanza enormi tal-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti, kemm online kif ukoll offline, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fil-kundanna tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza u tiġġieled kontra l-impatt negattiv possibbli tal-liġijiet tal-malafama fil-pajjiżi terzi u jtenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri kollha għall-dekriminalizzazzjoni tal-malafama u għas-sempliċi użu tal-proċedimenti ċivili bħala mezz biex titħares ir-reputazzjoni tal-persuni; jissottolinja l-fatt li s-sigurtà diġitali tikkostitwixxi elementi importanti għall-protezzjoni tal-attivisti; jirrakkomanda bis-saħħa li t-trasparenza tas-sjieda u tal-isponsorizzazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni tkun żgurata permezz ta' leġiżlazzjon nazzjonali;

92.  Jitlob li tingħata prominenza akbar lir-rispett tal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, fid-dawl tal-importanza tagħha fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE mal-pajjiżi terzi; jemmen li d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi mal-UE favur ir-riformi tal-mezzi ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu pubbliċi u trasparenti, barra milli jipprevedu mekkaniżmi ta' skrutinju; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-UE tiggarantixxi li l-proġetti tal-UE fil-pajjiżi terzi jservu biex, fost affarijiet oħra, isostnu l-libertajiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni u jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-UE tikkundanna pubblikament id-dħul fis-seħħ ta' liġijiet li jillimitaw il-libertajiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

93.  Jippromwovi l-valuri ta' internet miftuħ u sigur għal skopijiet tas-sensibilizzazzjoni dwar il-prattiki korrotti min-naħa ta' individwi, organizzazzjonijiet u gvernijiet u jesprimi tħassib għall-fatt li dawk li jippruvaw jillimitaw il-libertajiet online jagħmlu dan biex jevitaw li jagħtu kont ta' għemilhom;

94.  Jinsisti biex l-aġġudikazzjoni tal-kuntratti pubbliċi tkun ġusta, responsabbli, miftuħa u trasparenti, biex tipprevjeni u tikxef is-serq jew l-użu ħażin ta' flus il-kontribwenti;

95.  Jirrimarka li, fil-fora kollha għad-djalogu mal-pajjiżi terzi, fosthom dawk bilaterali, l-UE jenħtieġ li tenfasizza l-importanza tad-difiża tad-dritt għall-aċċess għall-informazzjoni pubblika; jenfasizza, partikolarment, il-bżonn li jkunu ffissati standards li jiżguraw l-aċċess kemm jista' jkun sħiħ kif ukoll malajr għal tali informazzjoni, inkwantu l-veloċità tal-aċċess hija ta' importanza fundamentali fl-isforzi favur id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-UE tippromwovi l-aċċess għall-informazzjoni pubblika kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi terzi;

o
o   o

96.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) https://www.unodc.org/unodc/en/treaties/CAC/
(2) http://www.oecd.org/daf/anti-bribery/ConvCombatBribery_ENG.pdf
(3) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=URISERV:l33601
(4) http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E
(5) http://www.eib.org/attachments/strategies/anti_fraud_policy_20130917_mt.pdf
(6) http://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf
(7) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10254-2016-INIT/mt/pdf
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0405.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0403.
(10) Testi adottati, P8_TA(2016)0310.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0408.
(12) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 59.
(13) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 81.
(14) ĠU C 208, 10.6.2016, p. 89.
(15) ĠU C 181, 19.5.2016, p. 2.
(16) https://www.unodc.org/documents/corruption/WG-Prevention/Art_6_Preventive_anti-corruption_bodies/JAKARTA_STATEMENT_en.pdf
(17)http://nhri.ohchr.org/EN/AboutUs/Governance/Resolutions/A.HRC.RES.33.15%20EN.pdf
(18) http://www.ohchr.org/EN/HRBodies/HRC/RegularSessions/Session28/Documents/A_HRC_28_73_ENG.doc
(19) http://www.eods.eu/library/AU_Convention%20on%20Combating%20Corruption_2003_EN.pdf
(20) https://www.unglobalcompact.org/what-is-gc/mission/principles
(21) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/579319/EPRS_STU%28016%29579319_EN.pdf
(22) ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
(23) ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.
(24) Olivier De Schutter, "Tainted Lands: Corruption in Large-Scale Land Deals", International Corporate Accountability Roundtable & Global Witness (November 2016). https://www.globalwitness.org/en/campaigns/land-deals/tainted-lands-corruption-large-scale-land-deals/

Avviż legali