Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 4 ta' Ottubru 2017 - StrasburguVerżjoni finali
Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK ***
 Dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija *
 Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka *
 Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Portugall *
 Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Greċja *
 Regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri ***I
 Reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri ***I
 Sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari ***I
 Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni ta' proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
 Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127
 Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6
 L-abolizzjoni taż-żwieġ tat-tfal
 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja

Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK ***
PDF 250kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (11342/2016 – C8-0458/2016 – 2016/0217(NLE))
P8_TA(2017)0368A8-0279/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (11342/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-[ALK] (11356/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209(2), l-Artikolu 212(1), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0458/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0279/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC).


Dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija *
PDF 246kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (10161/2017 – C8-0224/2017 – 2017/0808(CNS))
P8_TA(2017)0369A8-0286/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10161/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0224/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0286/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka *
PDF 247kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fir-Repubblika Ċeka (09893/2017 – C8-0197/2017 – 2017/0806(CNS))
P8_TA(2017)0370A8-0288/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09893/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0197/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0288/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Portugall *
PDF 247kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Portugall (09898/2017 – C8-0213/2017 – 2017/0807(CNS))
P8_TA(2017)0371A8-0289/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09898/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0213/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0289/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Greċja *
PDF 248kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Greċja (10476/2017 – C8-0230/2017 – 2017/0809(CNS))
P8_TA(2017)0372A8-0287/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10476/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0230/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0287/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


Regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri ***I
PDF 333kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (COM(2016)0369 – C8-0208/2016 – 2016/0170(COD))
P8_TA(2017)0373A8-0167/2017

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0369),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0208/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat(i) responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,–

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0167/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-4 ta' Ottubru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2017/2108.)

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 167.


Reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri ***I
PDF 336kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri (COM(2016)0370 – C8-0209/2016 – 2016/0171(COD))
P8_TA(2017)0374A8-0168/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0370),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0209/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-21 ta' Ġunju 2017 biex tapprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0168/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta’ Ottubru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2017/2109.)

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 172.


Sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari ***I
PDF 334kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (COM(2016)0371 – C8-0210/2016 – 2016/0172(COD))
P8_TA(2017)0375A8-0165/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0371),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0210/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat(i) responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0165/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-4 ta' Ottubru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2017/2110.)

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 176.


Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni ta' proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
PDF 346kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (D048947/06 – 2017/2801(RPS))
P8_TA(2017)0376B8-0542/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (D048947/06) ("abbozz ta' regolament"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 78(1)(a) tiegħu, it-tieni paragrafu tal-punt 3.6.5. u l-punt 3.8.2 tal-Anness II tiegħu,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2015(2), u b'mod partikolari l-paragrafi 71 u 72 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar interferenti endokrinali: is-sitwazzjoni attwali wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2016 dwar l-interferenti endokrinali u l-abbozz tal-atti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kriterji xjentifiċi sabiex dawn jiġu ddeterminati fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti bijoċidali (COM(2016)0350),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf li saret fi Brussell fit-28 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika mill-interferenti endokrinali(4).

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(5),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, bi qbil mal-punt 3.8.2 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk ma titqiesx li għandha sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq organiżmi mhux fil-mira, ħlief jekk l-espożizzjoni tal-organiżmi mhux fil-mira għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f'kondizzjonijiet proposti realistiċi ta' użu tkun negliġibbli (il-kriterju ta' limitu għall-ambjent);

B.  billi, bi qbil mat-tieni paragrafu tal-punt 3.6.5 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali abbozz tal-miżuri li jirrigwardaw kriterji xjentifiċi speċifiċi biex ikunu ddeterminati dawk is-sustanzi li jħarbtu s-sistema endokrinali sal-14 ta' Diċembru 2013;

C.  billi l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali esprima opinjoni pożittiva dwar l-abbozz ta' regolament fl-4 ta' Lulju 2017, bi tliet Stati Membri jivvotaw kontra u erba' Stati Membri jastjenu;

D.  billi l-aħħar paragrafu tal-abbozz ta' regolament jistipula li "jekk il-modalità tal-azzjoni għall-protezzjoni tal-pjanti prevista tas-sustanza attiva li tkun oġġett tal-valutazzjoni, tkun tikkonsisti fil-kontroll tal-organiżmi fil-mira għajr il-vertebrati permezz tas-sistemi endokrinali tagħhom, l-effetti fuq l-organiżmi tal-istess filu tassonomiku bħal dak fil-mira, ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-identifikazzjoni tas-sustanza bħala li għandha sustanzi li jħarbtu s-sistema endokrinali fir-rigward tal-organiżmi mhux fil-mira";

E.  billi l-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha fil-kawża T-521/14 b'mod ċar iddikjarat li ‘la spécification des critères scientifiques pour la détermination des propriétés perturbant le système endocrinien ne peut se faire que de manière objective, au regard de données scientifiques relatives audit système, indépendamment de toute autre considération, en particulier économique’(6) (punt 71);

F.  billi mhuwiex xjentifiku li teskludi sostanza b'modalità ta' azzjoni endokrinali intenzjonata milli tkun identifikata bħala interferent endokrinali għal organiżmi mhux fil-mira;

G.  billi l-abbozz ta' regolament ma jistax għalhekk jitqies li hu bbażat fuq data xjentifika oġġettiva relatata mas-sistema endokrinali, kif rikjest mill-Qorti; billi l-Kummissjoni għalhekk marret lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha;

H.  billi l-intenzjoni attwali ta' dan l-aħħar paragrafu hu spjegat b'mod ċar fir-rapport ta' sinteżi tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf li saret fi Brussell fit-28 ta' Frar 2017, li jiddikkjara li "barra minn hekk, ġiet spjegata r-raġuni għad-dispożizzjoni dwar sustanzi attivi b'modalità ta' azzjoni endokrinali intenzjonata (aktar 'l isfel imsejħa regolaturi tat-tkabbir (GR)). [...] Id-dispożizzjoni dwar il-GR tippermetti li kriterji ta' limitu mhux se jkunu applikati għal sustanzi b'modalità ta' azzjoni endokrinali intenzjonata [...]";

I.  billi dan l-aħħar paragrafu effettivament joħloq deroga mill-kriterju ta' limitu imniżżel fil-punt 3.8.2 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

J.  billi jidher ċar mill-premessi 6 sa 10 u mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 li l-leġiżlatura, meta kienet qed tindirizza l-kwistjoni kumplessa tal-iffissar tar-regoli dwar l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, kellha tfittex bilanċ delikat bejn l-objettivi differenti u potenzjalment kunfliġġenti fosthom il-produzzjoni agrikola u s-suq intern, fuq naħa waħda, u l-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, fuq in-naħa l-oħra;

K.  billi l-Qorti Ġenerali ddikjarat dan li ġej fis-sentenza msemmija hawn fuq: ‘Dans ce contexte, il importe de relever que, en adoptant le règlement n° 528/2012, le législateur a procédé à une mise en balance de l’objectif d’amélioration du marché intérieur et de celui de la préservation de la santé humaine, de la santé animale et de l’environnement, que la Commission se doit de respecter et ne saurait remettre en cause [...]. Or, dans le cadre de la mise en œuvre des pouvoirs qui lui sont délégués par le législateur, la Commission ne saurait remettre en cause cet équilibre, ce que cette institution a d’ailleurs en substance admis lors de l’audience’(7) (punt 72);

L.  billi dan kien rikonfermat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016, fejn enfasizza li "l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ispeċifikazzjoni ta' kriterji xjentifiċi jistgħu biss jitwettqu b'mod oġġettiv abbażi ta' data xjentifika rigward is-sistema endokrinali, indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni oħra, b'mod partikolari konsiderazzjonijiet ekonomiċi, u li l-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-bilanċ regolatorju stipulat f'att bażiku permezz tal-applikazzjoni tas-setgħat delegati lilha skont l-Artikolu 290 [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)]";

M.  billi l-istess limitazzjonijiet ta' setgħa japplikaw għall-Kummissjoni fil-kuntest ta' att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju;

N.  billi, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2016, "il-kwistjoni li qed tiffaċċja l-Kummissjoni waqt dan l-eżerċizzju hija li tistabbilixxi kriterji għad-determinazzjoni ta' x'inhu jew x'mhuwiex interferent endokrinali għall-finijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-prodotti bijoċidali — mhux li tiddeċiedi kif tirregola dawn is-sustanzi. Il-konsegwenzi regolatorji diġà ġew stabbiliti mil-leġiżlatur fil-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2009) u tal-prodotti bijoċidali (2012)";

O.  billi l-kriterju ta' limitu stabbilit fil-punt 3.8.2. tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jikkostitwixxi element essenzjali tar-regolament;

P.  billi, skont il-każistika li ilha teżisti, l-adozzjoni ta' elementi regolatorji li huma essenzjali għal kwistjoni partikolari hija riżervata għal-leġiżlatur tal-Unjoni u ma tistax tiġi ddelegata lill-Kummissjoni;

Q.  billi l-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha billi mmodifikat element regolatorju fundamentali tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kontra r-rikonoxximent tal-limiti tas-setgħat tagħha fis-smigħ quddiem il-Qorti fil-Kawża T-521-14, kontra l-asserzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2016 u kontra l-prinċipju fundamentali tal-Unjoni tal-istat tad-dritt.

R.  billi, anke li kieku l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku kellhom jipprovdu raġunijiet validi biex tiddaħħal deroga f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' sustanzi b'modalità ta' azzjoni endokrinali intenzjonata, tali deroga tista' tiddaħħal biss permezz ta' proċedura leġiżlattiva li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bi qbil mal-Artikolu 294 tat-TFUE;

1.  Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.  Iqis li dan l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament tagħha u tippreżenta wieħed ġdid lill-kumitat mingħajr dewmien;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni temenda l-abbozz ta' regolament billi tħassar l-aħħar paragrafu tiegħu;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2015, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, T-521/14, ECLI:EU:T:2015:976.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0270.
(4)4 ĠU C 36, 29.1.2016, p. 85.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(6) Minħabba li l-kawża tal-Qorti T-521/14 hija disponibbli biss bil-Franċiż u bl-Iżvediż, il-verżjoni Maltija tat-test hi pprovduta mis-servizzi tat-traduzzjoni tal-Parlament Ewropew: "l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali ma tistax issir ħlief b'mod oġġettiv, fid-dawl ta' data xjentifika relattiva għal dik is-sistema, indipendentement minn kull kunsiderazzjoni oħra, partikolarment dik ekonomika".
(7) Minħabba li l-kawża tal-Qorti T-521/14 hija disponibbli biss bil-Franċiż u bl-Iżvediż, il-verżjoni Maltija tat-test hi provduta mis-servizzi tat-traduzzjoni tal-Parlament Ewropew:"F'dan il-kuntest hu importanti li jiġi nnutat li, meta kien qed jadotta r-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-leġiżlatur kkunsidra l-objettiv li ttejjeb is-suq intern u li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent, li l-Kummissjoni jeħtieġ li tirrispetta u ma tistax tikkontesta [...]. Fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha mil-leġiżlatur, il-Kummissjoni ma tistax tikkuntesta dak il-bilanċ, fatt li, barra minn hekk, dik l-istituzzjoni kienet aċċettat fis-sustanza matul is-smigħ".


Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127
PDF 298kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051972 – 2017/2879(RSP))
P8_TA(2017)0377B8-0540/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051972),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 9(2), 19(3) u 21(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tas-17 ta' Lulju 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-1 ta' Marzu 2017, u ppubblikata fis-6 ta' April 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-10 ta' Diċembru 2013, Bayer Crop Science LP u MS Technologies LLC ressqu applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 x A5547-127 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kopriet wkoll it-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 x A5547-127 fi prodotti li jkunu jikkonsistu jew li jkun fihom minn din il-fażola tas-sojja għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bl-istess mod bħal kull tip ta' fażola tas-sojja oħra, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi fl-1 ta' Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fis-6 ta' April 2017(5);

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi l-fażola tas-sojja FG72 × A5547-127 ġiet żviluppata biex tikkonferixxi tolleranza lill-erbiċidi bbażati fuq l-isoxaflutole (5-cyclopropylisoxazol-4-yl 2-mesyl-4-trifluoromethylphenyl ketone), il-glifosat (N-(phosphonomethyl) glycine ) u l-glufosinat-ammonju (l-phosphinothricin); billi t-tolleranza għal dawk l-erbiċidi tinkiseb bl-espressjoni tal-proteini HPPD W336 (4-hydroxyl phenyl-pyruvate-dioxygenase), 2mEPSPS, (5-enolpyruvylshikimate-3-phosphate synthase) u PAT (phosphinothricin acetyl-transferase), rispettivament;

E.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi(6); billi l-parti l-kbira tal-kummenti kritiċi jinkludu l-osservazzjoni li, fin-nuqqas ta' test tat-tossiċità sub-kronika ta' 90 jum, ma kien hemm ebda konklużjoni dwar ir-riskji marbuta mal-użu ta’ dan l-OĠM fl-ikel tal-bniedem u l-għalf tal-annimali, li l-informazzjoni pprovduta dwar il-kompożizzjoni, l-evalwazzjoni fenotipika u t-tossikoloġija hija insuffiċjenti, li l-konklużjonijiet milħuqa dwar l-ekwivalenza bejn l-OĠM u l-fażola tas-sojja konvenzjonali, u dwar is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, huma prematuri, u li din il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata ma kinitx ittestjata bir-rigorożità xjentifika meħtieġa biex tiġi stabbilita s-sikurezza tagħha;

F.  billi studju indipendenti kkonkluda li l-valutazzjoni tar-riskju mill-EFSA mhijiex aċċettabbli fil-forma preżenti tagħha peress li ma tidentifikax nuqqasijiet fl-għarfien u l-inċertezzi u tonqos milli tivvaluta t-tossiċità jew l-impatt fuq is-sistema immuni u s-sistema riproduttiva(7);

G.  billi l-awtorizzazzjoni attwali tal-glifosat tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017; billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġenità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet f'Novembru 2015 li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) kkonkludiet f'Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tal-WHO kklassifikat il-glifosat bħala aktarx karċinoġenu għall-bnedmin;

H.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-"kriterji ta' tneħħija" stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(8); billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018(9);

I.  billi l-isoxaflutole x’aktarx li huwa karċinoġenu għall-bniedem(10), huwa tossiku għal xi organiżmi akkwatiċi u għall-pjanti mhux fil-mira, u kemm hu kif ukoll il-prodotti ta' degradazzjoni u l-metaboliti tiegħu jikkontaminaw l-ilma faċilment; billi dan it-tħassib irriżulta f’restrizzjonijiet dwar l-użu tiegħu(11);

J.  billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-koltivazzjoni ta’ pjanti reżistenti għall-erbiċidi u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mill-bexx dejjem se jkun preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli; billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' erbiċidi komplementari minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom(12);

K.  billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari ma ġewx ivvalutati mill-EFSA; billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata u mbexxa bl-isoxaflutole, il-glifosat u l-glufosinat hija sikura għall-użu fl-ikel u fl-għalf;

L.  billi l-iżvilupp ta' għelejjel ġenetikament modifikati li huma tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni rapida ta' ħaxix selvaġġ reżistenti għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna fuq għelejjel ġenetikament modifikati; billi f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi ġew dokumentati aktar minn 20 varjetà differenti ta' ħaxix selvaġġ reżistenti għall-glifosat(13); billi tipi ta' ħaxix selvaġġ reżistenti għall-glufosinat ġew osservati mill-2009;

M.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fis-17 ta' Lulju 2017 ma tat "ebda opinjoni"; billi 15-il Stat Membru vvutaw kontra, 10 Stati Membri biss, li jirrappreżentaw 38.43 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni vvutaw favur, u 3 Stati Membri astjenew;

N.  billi l-votazzjoni fil-kumitat tal-appell fl-14 ta' Settembru 2017 ma tat "ebda opinjoni"; billi 15-il Stat Membru vvutaw kontra, 11-il Stat Membru biss, li jirrappreżentaw 38.69 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni vvutaw favur, u 2 Stati Membri astjenew;

O.  billi f'diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kellhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi dik il-prattika wkoll ġiet ikkundannata mill-President Juncker bħala mhix demokratika(14);

P.  billi l-Parlament ċaħad il-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fit-28 ta' Ottubru 2015 fl-ewwel qari(15) u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tippreżenta proposta ġdida;

Q.  billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tgħid li l-Kummissjoni għandha, sa fejn possibbli, timxi b'mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tirriżulta fi ħdan il-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jmur lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li jirriżulta li mhijiex adegwata;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza l-ebda pjanta ġenetikament modifikata li tkun tolleranti għall-erbiċidi (HT GMP) mingħajr ma ssir valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari u bil-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza ebda HT GMP magħmula biex tkun reżistenti għal taħlita ta' erbiċidi, kif inhu l-każ tal-fażola tas-sojja FG72 x A5547-127, mingħajr ma ssir valutazzjoni sħiħa tal-effetti kumulattivi speċifiċi ta' residwi minn bexx b'taħlita ta' erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob ħafna aktar testijiet dettaljati dwar ir-riskji għas-saħħa marbuta ma' events ta' trasformazzjoni multipli bħall-fażola tas-sojja FG72 x A5547-127;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u t-tossikoloġija, kif ukoll għal sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom f'valutazzjoni tar-riskju tal-HT GMPs, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għal ikel u għalf;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4744
(4)––––––—––––––—– – Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati, P8_TA(2015)0456).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0039).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (Testi adottati, P8_TA(2016)0038).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (Testi adottati, P8_TA(2016)0271).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0388).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati, P8_TA(2016)0387).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390).Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA (2017)0123).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0215).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0214).Ir-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).
(5) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4744
(6) Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01032
(7) http://www.testbiotech.org/en/node/1975
(8) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).
(10) https://a816-healthpsi.nyc.gov/ll37/pdf/carcclassJuly2004_1.pdf
(11) Annex G – Kummenti tal-Istati Membri u t-tweġibiet tal-Bord tal-OĠM, p. 27. http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01032
(12) https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
(13) https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-7796-5_12
(14) Pereżempju fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014) jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(15) Testi adottati, P8_TA(2015)0379.
(16) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6
PDF 307kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051971 – 2017/2878(RSP))
P8_TA(2017)0378B8-0541/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D051971),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 9(2), 19(3) u 21(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tas-17 ta' Lulju 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-17 ta' Frar 2017, u ppubblikata fil-21 ta' Marzu 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fis-16 ta' Frar 2012, Dow Agrosciences LLC u MS Technologies LLC ressqu applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kopriet wkoll it-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6 fi prodotti li jkunu jikkonsistu jew li jkun fihom minn din il-fażola tas-sojja għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bl-istess mod bħal kull tip ta' fażola tas-sojja oħra, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi fis-17 ta' Frar 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fil-21 ta' Marzu 2017(5);

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi(6); billi l-aktar kummenti ta' kritika jinkludi l-osservazzjoni li l-applikazzjoni attwali u d-dejta ppreżentata dwar l-evalwazzjoni tar-riskju ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni biex mingħajr ebda ambigwità jiġu esklużi effetti ħżiena fuq il-bnedmin u l-annimali(7), li informazzjoni dwar l-evalwazzjoni fenotipika, il-kompożizzjoni u t-tossikoloġija hija insuffiċjenti(8) u li l-awtorità kompetenti tqis li jinħtieġu analiżi ulterjuri sabiex tiġi evalwata l-konċentrazzjoni tal-glifosat, 2,4-D, glufosinat u l-prodotti ta' degradazzjoni tagħhom f'żerriegħa u għalf maħsuba għal skopijiet ta' ikel u għalf, sabiex jeskludu kull effett negattiv potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali(9);

E.  billi studju indipendenti kkonkluda li l-valutazzjoni tar-riskju mill-EFSA mhijiex aċċettabbli fil-forma preżenti tagħha peress li ma tidentifikax in-nuqqasijiet fl-għarfien u l-inċertezzi u tonqos milli tivvaluta t-tossiċità, l-impatt fuq is-sistema immuni u s-sistema riproduttiva; billi l-istess studju sab li "l-pjan tal-monitoraġġ għandu jiġi aċċettat peress li mhux se jagħmel disponibbli dejta essenzjali"(10);

F.  billi l-fażola tas-sojja DAS-44406-6 tesprimi sintażi tal-5-enolpiruvil-xikimat-3-fosfati (2mEPSPS), li tikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat, aryloxyalkanoate dioxygenase (AAD-12), li jikkonferixxi tolleranza għall-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (2,4-D) u erbiċidi tal-fenossidu oħrajn relatati, u phosphinothricin acetyl transferase (PAT) li tikkonferixxi t-tolleranza għall-erbiċidi abbażi tal-ammonju tal-glufosinat;

G.  billi l-awtorizzazzjoni attwali tal-glifosat tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017; billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġenità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet f'Novembru 2015 li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) kkonkludiet f'Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tal-WHO kklassifikat il-glifosat bħala aktarx karċinoġenu għall-bnedmin;

H.  billi r-riċerka indipendenti qajmet tħassib dwar ir-riskji tal-ingredjent attiv 2,4-D fir-rigward tal-iżvilupp tal-embrijuni, il-malformazzjonijiet konġenitali u l-interferenti endokrinali(11); billi għalkemm l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D ġiet imġedda fl-2015, l-għoti ta' informazzjoni mill-applikant fir-rigward tal-proprjetajiet endokrinali potenzjali għadu pendenti(12);

I.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-"kriterji ta' tneħħija" stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(13); billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018(14);

J.  billi għadd ta' esperti esprimew tħassib dwar il-prodott derivat tat-2,4-D, it-2,4-Dichlorophenol, li jista' jkun preżenti fil-fażola tas-sojja DAS-44406-6 importata; billi t-2,4-Dichlorophenol huwa magħruf li jħarbat is-sistema endokrinali b'tossiċità għar-riproduzzjoni;

K.  billi t-tossiċità tat-2,4-Dichlorophenol, li huwa metabolit dirett tat-2,4-D, tista' tkun ogħla mill-erbiċida nnifsu; billi t-2,4-Dichlorophenol huwa kklassifikat bħala karċinoġenu tal-IARC tip 2B u huwa inkluż fil-lista tas-sustanzi kimiċi żviluppata għal reviżjoni fl-istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali(15);

L.  billi, minħabba l-fatt li huwa ferm solubbli fix-xaħmijiet u ż-żjut, it-2,4-Dichlorophenol huwa mistenni li jakkumula fiż-żejt tas-sojja matul l-ipproċessar tal-fażola tas-sojja; billi l-akbar prodott tal-fażola użat mill-bnedmin huwa żejt tas-sojja, li hu inkorporat, fost ħafna prodotti oħra, f'uħud mill-preparazzjonijiet tal-ikel għat-tfal żgħar(16);

M.  billi l-ammont ta' 2,4-Dichlorophenol fi prodott jista' jkun ogħla mill-ammont residwu ta' 2,4-D; billi fl-Unjoni ma jeżisti l-ebda livell massimu ta' residwu (MRL) għat-2,4-Dichlorophenol;

N.  billi r-residwi mill-bexx tal-erbiċidi komplementari ma ġewx ivvalutati; billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata u mbexxa bit-2,4-D, il-glifosat u glufosinat hija sikura għall-użu fl-ikel u fl-għalf;

O.  billi l-iżvilupp ta' għelejjel ġenetikament modifikati li huma tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni rapida ta' ħaxix selvaġġ reżistenti għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna fuq għelejjel ġenetikament modifikati; billi f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi ġew dokumentati aktar minn għoxrin varjetà differenti ta' ħaxix selvaġġ(17); billi tipi ta' ħaxix selvaġġ reżistenti għall-glufosinat ġew osservati mill-2009;

P.  billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja DAS-44406-6 fl-Unjoni mingħajr dubju se twassal għal żieda fil-kultivazzjoni tagħha f'pajjiżi terzi kif ukoll għal żieda korrispondenti fl-użu tal-erbiċidi tal-glifosat, 2,4-D u tal-glufosinat; billi l-fażola tas-sojja DAS-44406-6 bħalissa hija kkultivata fl-Arġentina, il-Brażil, l-Istati Uniti u l-Kanada;

Q.  billi l-Unjoni ntrabtet li tilħaq l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs), li jinkludu impenn biex jitnaqqas sostanzjalment in-numru ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija u mill-kontaminazzjoni sal-2030 (SDG 3, il-mira 3.9)(18); billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' dawn l-erbiċidi minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom(19);

R.  billi l-Unjoni hija impenjata favur il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), li għandha l-għan li timinimizza l-kontradizzjonijiet u li tibni sinerġiji bejn il-politiki differenti tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kummerċ, l-ambjent u l-agrikoltura(20), għall-benefiċċju tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u żżid l-effikaċja ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp(21);

S.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fis-17 ta' Lulju 2017 ma ta "ebda opinjoni"; billi 15-il Stat Membru vvutaw kontra, 10 Stati Membri biss, li jirrappreżentaw 38,43 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni vvutaw favur, u 3 Stati Membri astjenew;

T.  billi l-votazzjoni fil-kumitat tal-appell fl-14 ta' Settembru 2017 ma ta "ebda opinjoni"; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra, 12-il Stat Membru biss, li jirrappreżentaw 38,78 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni vvutaw favur, u 2 Stati Membri astjenew;

U.  billi f'diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kellhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi dik il-prattika wkoll ġiet ikkundannata mill-President Juncker bħala mhix demokratika(22);

V.  billi l-Parlament ċaħad il-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fit-28 ta' Ottubru 2015 fl-ewwel qari(23) u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tippreżenta proposta ġdida;

W.  billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tgħid li l-Kummissjoni għandha, sa fejn possibbli, timxi b'mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tirriżulta fil-kumitat ta' appell li tikkontesta l-adegwatezza ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni u lanqas mhi kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill(24), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li jirriżulta li mhijiex adegwata;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza l-ebda pjanta ġenetikament modifikata li tkun tolleranti għall-erbiċidi (HT GMP) mingħajr ma ssir valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari u bil-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza ebda HT GMP magħmula biex tkun reżistenti għal taħlita ta' erbiċidi, kif inhu l-każ tal-fażola tas-sojja DAS-44406-6, mingħajr ma ssir valutazzjoni sħiħa tal-effetti kumulattivi speċifiċi ta' residwi minn bexx b'taħlita ta' erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa u t-tossikoloġija, kif ukoll għal sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom f'valutazzjoni tar-riskju tal-HT GMPs, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għal ikel u għalf;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp li joħroġ mill-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4738
(4)——————————————— .- Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati, P8_TA(2015)0456).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 ((P8_TA(2016)0039).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (P8_TA(2016)0038).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (Testi adottati, P8_TA(2016)0271).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0388).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (P8_TA(2016)0387).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390).Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (P8_TA(2017)0123).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0215).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0214).Ir-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).
(5) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4738
(6) Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2012-00368
(7) Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM, p. 1.
(8) Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM, p. 52.
(9) Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM, p. 87.
(10) http://www.testbiotech.org/node/1946
(11) http://www.pan-europe.info/sites/pan-europe.info/files/public/resources/reports/pane-2014-risks-of-herbicide-2-4-d.pdf
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2033 tat-13 ta' Novembru 2015 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 8).
(13) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).
(15) Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM, p. 5. http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2012-00368
(16) Il-kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM f'dak li għandu x'jaqsam ma' talba għal awtorizzazzjoni għal fażola tas-sojja modifikata ġenetikament DAS-68416-4, p. 31. http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2011-00052
(17) https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-7796-5_12
(18) https://sustainabledevelopment.un.org/sdg3
(19) https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
(20) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2005 bit-titolu "Il-Koerenza tal-Politiki l-Iżvilupp - It-tħaffif tal-progress biex jinkisbu l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju" (COM(2005)0134).
(21) https://ec.europa.eu/europeaid/policies/policy-coherence-development_en
(22) Pereżempju fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014) jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(23) Test adottat P8_TA(2015)0379.
(24) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


L-abolizzjoni taż-żwieġ tat-tfal
PDF 278kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abolizzjoni taż-żwieġ tat-tfal (2017/2663(RSP))
P8_TA(2017)0379B8-0535/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tgaħha, u t-trattati u l-istrumenti l-oħra kollha tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta' Novembru 1989,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) tal-Patt Internazzjonali dwar id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal intitolat ''Gender Equality and Women’s Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (2007) - 'Leave no child behind’ (L-ebda tifel jew tifla ma jitħallew lura),

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, li jenfasizza l-impenn tal-UE li tintegra d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 32, 37 u 59(4) tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra l-Fond tal-Popolazzjoni tan-NU (UNFPA) tal-2012 intitolat ''Marrying Too Young — End Child Marriage'' (Żwieġ Kmieni Wisq - Inwaqqfu ż-żwieġ tat-Tfal)',

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE hija impenjata biex tippromwovi d-drittijiet tat-tfal, u billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat (CEFM) jikkostitwixxi ksur ta' dawn id-drittijiet; billi l-UE hija impenjata b'mod komprensiv fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-politika esterna tagħha, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli Fakultattivi tagħha u l-istandards u t-trattati internazzjonali rilevanti oħra;

B.  billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat ġie rikonoxxut taħt id-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħala prattika dannuża u ħafna drabi assoċjata ma' forom gravi ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluż vjolenza domestika;

C.  billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat ikollhom impatt devastanti fuq ir-realizzazzjoni ġenerali u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniet u tan-nisa, u fuq is-saħħa tal-bniet, inklużi riskji serji ta' kumplikazzjonijiet fit-tqala u infezzjonijiet tal-HIV; billi dan jesponi lill-bniet għall-abbuż sesswali, il-vjolenza domestika u l-qtil għall-unur;

D.  billi d-dħul mill-ġdid u l-estensjoni tal-hekk imsejħa 'global gag rule', li tinkludi l-qtugħ ta' fondi lil organizzazzjonijiet, bħall-UNFPA, li jipprovdu l-bniet vittmi ta' żwieġ ta' minuri b'servizzi ta' ppjanar tal-familja u tas-saħħa sesswali u riproduttiva li jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju tal-infezzjoni tal-HIV u kumplikazzjonijiet ta' tqala bikrija, jikkostitwixxu tħassib serju;

E.  billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat jikkostitwixxu ċaħda fondamentalitad-dritt u l-awtonomija tagħhom fuq ġisimhom u l-integrità fiżika tagħhom;

F.  billi ż-żwieġ tat-tfal huwa forma ta' żwieġ furzat, peress li t-tfal — minħabba l-età tagħhom — b'mod inerenti m'għandhomx il-kapaċità li jagħtu l-kunsens sħiħ, liberu u informat tagħhom għaż-żwieġ tagħhom jew iż-żmien tiegħu;

G.  billi tifla waħda minn kull tlett ibniet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw tiżżewweġ qabel ma tagħlaq it-18-il sena, u waħda minn kull disgħa qabel ma tagħlaq il-15-il sena; billi t-tfajliet huma aktar f'riskju, billi jirrappreżentaw 82 % tat-tfal affettwati;

H.  billi l-għarajjes bniet huma taħt pressjoni soċjali intensa li jagħtu prova tal-fertilità tagħhom, u dan jagħmilhom aktar probabbli li jesperjenzaw tqala bikrija u frekwenti; billi l-kumplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas huma l-kawża ewlenija ta' mewt fi bniet tal-età bejn il-15 u d-19-il sena f'pajjiżi bi dħul baxx u medju;

I.  billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat huma marbuta ma' rati għoljin ta' mortalità materna, tnaqqis tal-użu ta' ppjanar tal-familja u ta' tqala mhux mixtieqa, u normalment ifissru t-tmiem tal-edukazzjoni tal-bniet; billi l-abolizzjoni taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat hija marbuta sew mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli taħt l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 5 u l-Mira 5.3, u billi dawn iż-żwiġijiet ġew iddikjarati b'mod ċar bħala ostakli biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa;

J.  billi l-abolizzjoni taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat hija inkluża bħala waħda mill-prijoritajiet għall-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem;

K.  billi aktar minn 60 % tal-għarajjes bniet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma kellhom l-ebda edukazzjoni formali, li hija forma ta' diskriminazzjoni sesswali, u billi ż-żwieġ tat-tfal jiċħad lit-tfal fl-età tal-iskola mid-dritt għall-edukazzjoni li huma jeħtieġu għall-iżvilupp personali tagħhom, il-preparazzjoni tagħhom biex isiru adulti u l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-komunità tagħhom;

L.  billi l-problema hija preżenti mhux biss fil-pajjiżi terzi, iżda wkoll fi Stati Membri tal-UE;

M.  billi l-UE reċentement iddeċidiet li tiffirma l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul);

N.  billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tikklassifika ż-żwieġ furzat bħala tip ta' vjolenza kontra n-nisa, u titlob il-kriminalizzazzjoni tal-att li wieħed iġiegħel it-tfal jidħlu fi żwieġ u li jikkonvinċu lil tifel jew tifla biex jitilqu minn pajjiżhom bl-għan li dawn jiġu furzati jidħlu fi żwieġ;

O.  billi ftit li xejn hemm statistika disponibbli fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali biex turi d-daqs tal-problema taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat fl-Istati Membri tal-UE(2),

P.  billi bil-kriżi migratorja reċenti, ġew skopruti każijiet ġodda ta' żwiġijiet tat-tfal barra mill-pajjiż, li kultant involvew lil tfal ta' taħt l-14-il sena;

Q.  billi t-tfal li jidħlu fi żwieġ qabel l-età ta' 18-il sena huwa aktar probabbli li jitilqu l-iskola qabel il-waqt jew li jgħixu fil-faqar;

R.  billi sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati u instabbiltà jżidu b'mod sinifikanti l-għadd ta' każijiet ta' żwieġ tat-tfal, żwieġ bikri u żwieġ sfurzat;

1.  Ifakkar fir-rabta bejn approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem kollha u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li l-UE tibqa' impenjata favur il-promozzjoni, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem kollha u għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), il-Konvenzjoni ta' Istanbul, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa;

2.  Jenfasizza li ż-żwieġ tat-tfal huwa ksur tad-drittijiet tat-tfal u forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza li, bħala tali, huwa għandu jiġi kkundannat;

3.  Jistieden lill-UE u l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli biex jiġġieldu prattiki dannużi b'mod aktar effettiv u biex dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien ma' UN Women, il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal, l-UNFPA u sħab oħra biex jiġbdu l-attenzjoni lejn il-kwistjoni taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat billi jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, inkluż permezz tal-edukazzjoni, it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika u l-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet kollha, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva;

4.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, għan-nisa u l-għarajjes bniet;

5.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tuża l-istrumenti kollha disponibbli, billi tiżviluppa politiki, programmi u leġiżlazzjoni, inklużi d-djalogi politiċi, id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, l-istrateġija ''Kummerċ għal Kulħadd'', GSP+ u strumenti oħra, sabiex tindirizza u trażżan il-prattika taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat;

6.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri japplikaw standards legali unifikati f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċeduri fir-rigward ta' żwiġijiet tat-tfal, anke fid-dawl tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

7.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaħdmu mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u sistemi ġudizzjarji fil-pajjiżi terzi, u jipprovdu taħriġ u assistenza teknika biex jgħinu bl-adozzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni li tipprojbixxi ż-żwieġ bikri u furzat, fost l-oħrajn permezz tal-introduzzjoni ta' età minima għaż-żwieġ;

8.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' ħolqien ta' miżuri speċjali ta' riabilitazzjoni u ta' assistenza għall-għarajjes bniet sabiex ikunu jistgħu jerġgħu lura għall-edukazzjoni jew taħriġ u biex jiġu evitati pressjonijiet familjari u pressjonijiet soċjali marbuta ma' żwieġ bikri;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa għal allokazzjonijiet baġitarji għal programmi ta' prevenzjoni taż-żwieġ tat-tfal, li jimmiraw li joħolqu ambjent fejn it-tfajliet jistgħu jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom, inkluż permezz ta' programmi edukattivi, soċjali u ekonomiċi għal tfajliet li ma jmorrux skola, skemi ta' protezzjoni tat-tfal, tan-nisa u tat-tfajliet u postijiet ta' kenn, konsulenza legali u appoġġ psikoloġiku;

10.  Jilqa' bi pjaċir il-proġetti żviluppati fil-qafas tal-Programm Daphne, li jiffoka fuq l-assistenza lill-vittmi u l-prevenzjoni taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat; iqis li dawn il-proġetti għandhom jiġu msaħħa u jirċievu aktar finanzjament;

11.  Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lil tfal li ġejjin minn komunitajiet żvantaġġati, u jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni u s-setgħa ekonomika bħala modi biex tkun indirizzata l-problema;

12.  Jenfasizza li għandhom jiġu żviluppati u implimentati proċeduri speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal fost ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil, skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jappella lill-pajjiżi ospitanti jiżguraw li t-tfal rifuġjati jingħataw aċċess sħiħ għall-edukazzjoni, u jippromwovu kemm jista' jkun l-integrazzjoni u l-inklużjoni tagħhom fis-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali;

13.  Jitlob l-istabbiliment ta' proċeduri speċjali f'ċentri ta' akkoljenza għall-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati, bil-għan li jiġu identifikati każijiet ta' żwieġ tat-tfal, żwieġ bikri u żwieġ sfurzat u tingħata għajnuna lill-vittmi;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ xieraq u armonizzat ta' każijiet ta' żwieġ tat-tfal fl-Istati Membri tal-UE, u l-ġbir ta' data diżaggregata skont is-sessi, sabiex ikun jista' jiġi evalwat aħjar id-daqs tal-problema;

15.  Jenfasizza d-differenza kbira bejn każijiet reġistrati uffiċjalment u każijiet ta' vittmi potenzjali li jitolbu l-assistenza, li jindika li ħafna każijiet ta' żwieġ tat-tfal jista' jkun li mhux qed jiġu nnutati mill-awtoritajiet; jitlob biex il-ħaddiema soċjali, l-għalliema u persunal ieħor f'kuntatt ma' vittmi potenzjali jingħataw taħriġ speċjali u manwali dwar kif jistgħu jidentifikaw il-vittmi u dwar kif għandha ssir it-tnedija ta' proċeduri biex jgħinuhom;

16.  Jitlob għat-tisħiħ ta' proġetti u kampanji speċjali li jifformaw parti mill-azzjoni esterna tal-UE li tiffoka fuq iż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil kampanji ta' sensibilizzazzjoni u kampanji li jiffukaw fuq l-edukazzjoni u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet fil-pajjiżi involuti fil-proċess tat-tkabbir u fil-Politika Ewropea tal-Viċinat;

17.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa u tinkoraġġixxi lil pajjiżi terzi biex jiżguraw li s-soċjetà ċivili jista' jkollha rwol u tiżgura aċċess indipendenti għal vittmi tfal taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat u r-rappreżentanti tagħhom għall-ġustizzja b'mod adattat għat-tfal;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati, bħala parti minn assistenza umanitarja, proġetti li jiffukaw fuq il-prevenzjoni ta' vjolenza sessista u l-edukazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq il-vittmi taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ sfurzat;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu identifikati l-fatturi ta' riskju taż-żwieġ tat-tfal fi kriżijiet umanitarji billi jiġu involuti l-bniet adolexxenti, u li jiġi integrat l-appoġġ lill-bniet miżżewġin f'kull rispons umanitarju mill-bidu nett f'każ ta' kriżijiet;

20.  Jikkundanna bil-qawwa l-integrazzjoni mill-ġdid u l-espansjoni tal-hekk imsejħa 'global gag rule' u l-impatt tagħha fuq in-nisa u l-bniet u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa globali; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex timtela l-lakuna ta' finanzjament dovuta għat-tluq tal-Istati Uniti fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, bl-użu ta finanzjament għall-iżvilupp kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 289, 9.8.2016, p. 57.
(2) http://fileserver.wave-network.org/home/ForceEarlyMarriageRoadmap.pdf


Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja
PDF 428kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja (COP 23) (2017/2620(RSP))
P8_TA(2017)0380B8-0534/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, id-Deċiżjoni 1/CP.21 u l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) tal-UNFCCC, kif ukoll il-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP11) li saru f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra t-18-il Konferenza tal-Partijiet (COP18) tal-UNFCCC u t-8 Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP8), li saru f'Doha, il-Qatar, mis-26 ta' Novembru sat-8 ta' Diċembru 2012, u l-adozzjoni ta' emenda għall-Protokoll li tistabbilixxi t-tieni perjodu ta' impenn li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020,

–  wara li kkunsidra li l-perjodu tal-ftuħ għall-iffirmar tal-Ftehim ta' Pariġi fil-kwartieri ġenerali tan-NU fi New York infetaħ fit-22 ta' April 2016, u l-fatt li dan baqa' miftuħ sal-21 ta' April 2017, u l-fatt li 195 Stat iffirmaw il-Ftehim ta' Pariġi filwaqt li 160 Stat iddepożitaw l-istrumenti għar-ratifika tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-22 Konferenza tal-Partijiet (COP22) tal-UNFCCC u l-1 Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMA1) li saru f'Marrakech, il-Marokk, mill-15 ta' Novembru sat-18 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Konferenza 2016 tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Marrakech, il-Marokk (COP22)(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 bit-titolu "L-aċċelerazzjoni tat-transizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju" (COM(2016)0500),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu"Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Frar 2016, tat-30 ta' Settembru 2016 u tat-23 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Kontributi Maħsubin Determinati fil-Livell Nazzjonali (INDCs) tal-UE u l-Istati Membri tagħha, ippreżentati lill-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015 mil-Latvja u l-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,

–  wara li kkunsidra l-ħames Rapport ta' Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) u r-Rapport ta' Sinteżi tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tal-Programm tan-NU għall-Ambjent (UNEP) ta' Novembru 2016 bit-titolu "The Emissions Gap Report 2016" (Ir-Rapport tal-2016 dwar id-Distakk f'Termini ta' Emissjonijiet) u l-"Adaptation Gap Report 2016" (Rapport tal-2016 dwar id-Distakk f'Termini ta' Adattament) tiegħu;

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja adottata fis-Summit tal-G7 li sar fi Schloss Elmau, il-Ġermanja, mis-7 sat-8 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Think ahead. Act together " (Naħsbu 'l quddiem. Naġixxu flimkien), li fih il-mexxejja tal-G7 tennew l-intenzjoni tagħhom li jżommu mal-impenn li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'40 - 70 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-2010, minħabba li dan hu neċessarju biex jiġi żgurat li t-tnaqqis ikun eqreb lejn is70 % milli lejn l-40 %,

–  wara li kkunsidra l-Communiqué tal-Mexxejja tal-G7 tal-2017, u b'mod partikolari l-Communiqué tal-Ministri tal-Ambjent tal-G7 ta' Bologna,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni mħabbra mill-President tal-Istati Uniti dwar l-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta' Pariġi,

–  wara li kkunsidra l-enċiklika tal-Papa Franġisku "Laudato Si",

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-Konferenza tan-NU tal-2017 dwar it-Tibdil fil-Klima (COP23) f'Bonn , il-Ġermanja (O-0000068/2017 – B8-0329/2017 u O-000069/2017 – B8-0330/2017,)

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016 u billi 160 mill-197 Parti għall-Konvenzjoni ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni man-NU (sat-8 ta' Settembru 2017);

B.  billi l-proposta għal riforma ta' Lulju 2015 dwar l-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet (ETS) u l-proposti tal-pakkett dwar il-klima ta' Lulju 2016 (li jkopru l-kondiviżjoni tal-isforz, l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) kif ukoll l-istrateġija Ewropea għal mobilità b'emissjonijiet baxxi) huma l-istrumenti prinċipali biex jintlaħqu dawn l-impenji u tkun riaffermata l-pożizzjoni tal-UE bħala mexxej dinji fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

C.  billi l-isforzi biex jittaffa t-tisħin globali m'għandhomx jitqiesu bħala ostakolu biex jinkiseb tkabbir ekonomiku, iżda, anzi, għandhom jitqiesu bħala forza ewlenija fit-twettiq ta' tkabbir u ta' impjieg ġodda u sostenibbli;

D.  billi l-aktar effetti gravi tat-tibdil fil-klima se jinħassu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, partikolarment il-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, li ma għandhomx biżżejjed riżorsi biex jippreparaw ruħhom u jadattaw għat-tibdil li qed iseħħ; billi skont il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Afrika hija partikolarment vulnerabbli għall-isfida maħluqa mit-tibdil fil-klima u hi partikolarment esposta għall-istress idriku, għall-fenomeni meteoroloġiċi estremament vjolenti u għall-insigurtà alimentari kaġun tan-nixfa u tad-deżertifikazzjoni;

E.  billi t-tibdil fil-klima jista' jżid il-kompetizzjoni għar-riżorsi, bħall-ikel, l-ilma, il-mergħat u jiggrava d-diffikultajiet ekonomiċi u l-instabbiltà politika, u aktarx jista', fil-ġejjieni mhux daqshekk imbiegħed, isir il-kawża prinċipali ta' spostamenti tal-popolazzjonijiet, kemm ġewwa kif ukoll lil hinn mill-fruntieri nazzjonali; billi l-kwistjoni tal-migrazzjoni minħabba l-klima għandha għalhekk titpoġġa fuq nett fl-aġenda internazzjonali;

F.  billi fis-6 ta' Marzu 2015, l-UE ppreżentat l-INDC tal-UE u tal-Istati Membri tagħha lill-UNFCCC, u b'hekk impenjat ruħha favur mira vinkolanti ta' mill-inqas 40 % ta' tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990;

G.  billi politika ambizzjuża ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tista' toħloq tkabbir u impjiegi; billi, madankollu, xi setturi speċifiċi b'intensità għolja ta' karbonju u b'intensità kummerċjali għolja jistgħu jsofru minn rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk swieq oħra ma jikkondividux l-istess l-ambizzjoni; billi hija għalhekk meħtieġa protezzjoni xierqa kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju biex ikunu protetti l-impjiegi f'dawn is-setturi speċifiċi;

1.  Ifakkar li t-tibdil fil-klima jikkostitwixxi waħda mill-aktar sfidi importanti għall-umanità u li l-Istati u l-atturi kollha madwar id-dinja jeħtieġ jagħmlu l-almu tagħhom biex jillimitaw il-problemi assoċjati; jenfasizza li l-Ftehim ta' Pariġi huwa pass importanti f'dik id-direzzjoni għalkemm għad fadal ħafna aktar xi jsir;

Bażi xjentifika għall-azzjoni klimatika

2.  Ifakkar li, skont il-provi xjentifiċi ppreżentati fir-Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC AR5 tal-2014, it-tisħin tas-sistema klimatika huwa inekwivoku, it-tibdil fil-klima qiegħed tabilħaqq iseħħ u l-attivitajiet tal-bniedem kienu l-kaġun dominanti tat-tisħin li ġie osservat minn-nofs is-seklu 20; jinsab imħasseb li l-impatti mifruxa u sostanzjali tat-tibdil fil-klima huma diġà evidenti fis-sistemi naturali u umani fil-kontinenti kollha u fl-oċeani;

3.  Jieħu nota tal-baġits globali tal-karbonju kif ippreżentati mill-IPCC fil-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tiegħu, u jikkonkludi li l-issoktar bil-livelli attwali ta' emissjonijiet globali ta' gassijiet serra se jikkonsma l-baġit tal-karbonju li fadal li huwa konsistenti mal-limitazzjoni għal 1,5 °C ta' żieda fit-temperatura medja fid-dinja fl-erba' snin li ġejjin; jisħaq li l-pajjiżi kollha għandhom jaċċeleraw it-tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra u ta' reżiljenza klimatika bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi sabiex jiġu evitati l-agħar impatti tat-tisħin globali;

4.  Itenni l-importanza li l-azzjoni klimatika globali tkun ibbażata fuq l-aqwa xjenza disponibbli u jilqa' d-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 li jippreċedi l-iskadenza tal-UNFCCC 2020 qabel it-tressiq mill-ġdid tal-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali (NDCs) tal-2030, kif ukoll l-ewwel eżerċizzju ta' rendikont globali fl-2023 bħala opportunitajiet biex dan il-prinċipju jitqiegħed fil-prattika;

5.  Iħeġġeġ id-djalogu bejn l-esperti u l-partijiet tal-IPCC hekk kif qed jitħejjew u jiġu ppubblikati r-riżultati tas-sitt ċiklu ta' valutazzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni li fl-2018 jiġi ppubblikat rapport speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' 1,5 ºC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati mal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra;

Il-Ftehim ta' Pariġi ratifika u implimentazzjoni tal-impenji

6.  Jilqa' l-pass mgħaġġel bħal qatt qabel tar-ratifiki u d-dħul fis-seħħ rapidu tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll id-determinazzjoni globali favur l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tiegħu kif espress fil-Proklamazzjoni ta' Azzjoni ta' Marrakech; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirratifikaw il-Ftehim malajr kemm jista' jkun;

7.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li fil-COP22 f'Marrakech il-partijiet kollha impenjaw ruħhom favur ħidma kontinwa abbażi tal-impenji ta' Pariġi indipendentement mill-bidliet fiċ-ċirkustanzi politiċi;

8.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu għad-dikjarazzjoni li saret mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump dwar l-intenzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika li jirtiraw mill-Ftehim ta' Pariġi; jiddispjaċih għaliex din id-deċiżjoni tirrappreżenta pass lura; jirrimarka li l-irtirar formali jista' jidħol fis-seħħ biss wara l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti li jmiss fl-2020; jilqa' r-reazzjonijiet b'saħħithom mill-gvernijiet madwar id-dinja u l-appoġġ kontinwu u msaħħaħ favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Pariġi; jinnota b'sodisfazzjon l-impenji li ħadu xi stati, bliet u negozji tal-Istati Uniti biex ikomplu jonoraw l-impenji tal-Istati Uniti skont il-Ftehim ta' Pariġi;

9.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-partijiet ewlenin kollha kkonfermaw l-impenn tagħhom għall-Ftehim ta' Pariġi wara t-tħabbira tal-President Trump;

10.  Jisħaq li l-Ewropa trid issa tieħu r-riedni f'idejha fid-difiża tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex jiġi żgurat il-futur kemm tal-ambjent kif ukoll tal-industriji tagħna; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE ser issaħħaħ is-sħubiji eżistenti u tfittex alleanzi ġodda;

11.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-progress rapidu li sar s'issa biex jiġi tradott l-impenn internazzjonali tal-UE f'leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi sistema robusta ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u jenfasizza l-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi dan il-proċess leġiżlattiv sa tmiem l-2017;

12.  Jinsisti li, b'mod partikolari wara l-aħbar tal-President Trump, huwa importanti li jkun hemm dispożizzjonijiet xierqa fis-seħħ kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u li jkun żgurat li l-kumpaniji li huma fost dawk bl-aqwa prestazzjoni u li għandhom intensità għolja ta' karbonju u intensità kummerċjali għolja ser jiksbu l-kwoti li jeħtieġu mingħajr ħlas; jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-effikaċja u l-legalità ta' miżuri addizzjonali biex tipproteġi l-industrija f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, pereżempju l-aġġustament tat-taxxa fuq il-karbonju fil-fruntieri u t-tariffa tal-konsum, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti li ġejjin minn pajjiżi li ma jissodisfawx l-impenji tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi;

13.  Jisħaq l-impenji meħuda skont il-Ftehim ta' Pariġi biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex din tkun limitata għal 1,5 °C, kif ukoll jenfasizza li l-għan li jintlaħaq bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-bjar ("emissjonijiet netti żero") fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, abbażi tal-prinċipju ta' ekwità, jikkostitwixxi pass deċiżiv fl-isforz globali kollettiv lejn tranżizzjoni għal ekonomija globali reżiljenti u newtrali għat-tibdil fil-klima;

14.  Ifakkar li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura globali medja għal ferm inqas minn 2 °C mhijiex garanzija li se jiġu evitati impatti klimatiċi negattivi sinifikanti; jirrikonoxxi li l-wegħdiet attwali għadhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq, għalhekk, li l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra għandhom jilħqu l-ogħla livell tagħhom mill-aktar fis possibbli u li l-partijiet kollha, speċjalment in-nazzjonijiet tal-G20 kollha, għandhom iżidu l-isforzi tagħhom u jaġġornaw l-NDCs tagħhom sal-2020 wara d-Djalogu Faċilitattiv tal-2018; ifakkar li l-emissjonijiet globali tal-karbonju jeħtieġ jiġu eliminati b'mod gradwali sal-2050; iqis li l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri biex ikunu ssodisfati u eventwalment superati l-NDCs għandha tkun prijorità nazzjonali għall-pajjiżi kollha u li dawn għandhom ikunu evalwati mill-ġdid kull ħames snin skont il-mekkaniżmu ta' ambizzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi; jirrikonoxxi, madankollu, li r-rigorożità u l-livell tal-ambizzjoni ta' strateġiji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma jiddependux fuq il-preżentazzjoni ta' NDC aġġornat;

15.  Jistieden lill-partijiet kollha jiżguraw li l-NDCs tagħhom ikunu konsistenti ma' miri fit-tul skont l-għan fuq terminu twil dwar it-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq li l-ħidma fil-kuntest tar-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatt ta' 1,5 °C u l-perkorsi relattivi, kif ukoll il-konklużjonijiet tad-Djalogu ta' Faċilitazzjoni 2018, għandhom jiġu kkunsidrati; f'dan il-kuntest, ifakkar l-impenn tal-G7 biex tippreżenta sa nofs is-seklu, strateġiji ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra ferm qabel l-iskadenza maqbula tal-2020; jesprimi r-rieda tiegħu li jipparteċipa bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-istrateġija tal-UE fuq il-bażi tal-analiżi tal-Kummissjoni kif imħabbar fil-komunkazzjoni tagħha "Wara Pariġi" tat-2 ta' Marzu 2016 (COM(2016)0110);

16.  Jissottolinja r-responsabilità partikolari tal-ekonomiji prinċipali kollha li flimkien jammontaw għal tliet kwarti tal-emissjonijiet tad-dinja, u jqis li l-azzjoni klimatika għandha tkompli tkun suġġett ċentrali fil-G7 u l-G20, b'mod partikolari f'oqsma bħalma huma l-implimentazzjoni tal-NDC, strateġiji ta' nofs is-seklu, ir-riforma tas-sussidji fuq fjuwils fossili, id-divulgazzjoni dwar il-karbonju, l-enerġija nadifa u oħrajn; jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-impenn ministerjali ta' ekonomiji ewlenin f'fora bħall-Forum Ministerjali dwar l-Enerġija Nadifa;

17.  Jistieden lill-UE timpenja lilha nnifisha favur aktar tnaqqis fl-emissjonijiet fl-NDC tagħha għall-2030 wara d-Djalogu ta' Faċilitazzjoni 2018;

18.  Jisħaq l-importanza li tintwera l-aderenza tal-UE mal-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn bl-implimentazzjoni tal-ftehim permezz ta' leġislazzjoni tal-UE, inklużi l-adozzjoni rapida mill-koleġiżlaturi tal-UE tar-Regolament dwar l-Azzjoni Klimatika u r-reviżjoni tad-Direttiva tal-EU ETS, kif ukoll it-tisħiħ tal-għanijiet u tal-strumenti ta' politika tal-UE fil-ħin; ifakkar li l-partijiet kollha huma mistiedna jikkomunikaw mas-segretarjat UNFCCC, sal-2020, l-istrateġiji tal-iżvilulpp fuq terminu twil u sa nofs is-seklu ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tirrispetta l-obbligu tal-ftehim, biex tħejji permezz tal-COP24 strateġija għal emissjonijiet żero sa nofs is-seklu għall-UE, tipprovdi passaġġ kosteffikaċi lejn l-ilħuq tal-għan ta' emissjonijiet żero netti adottat fil-Ftehim ta' Pariġi, bl-għan li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew inqas minn 2 °C u li jitkomplew l-isforzi biex dan jiġi limitat għal 1,5 °C; iqis li dan il-proċess għandu jinbeda malajr kemm jista' jkun sabiex ikun jista' jsir dibattitu komprensiv, li fih il-Parlament Ewropew għandu jaqdi rwol kruċjali, fi sħubija mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll mas-soċjetà ċivili u mas-settur kummerċjali; ifakkar, madankollu, li azzjoni fil-livell tal-UE biss mhux se tkun sodisfaċenti u, għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jintensifikaw l-attivitajiet tagħhom maħsuba biex jinkoraġġixxu lis-sħab l-oħra jagħmlu l-istess;

19.  Jilqa' l-impenn tal-Ftehim ta' Pariġi li l-emissjonijiet globali netti jitnaqqsu għal żero matul it-tieni nofs tas-seklu; jirrikonoxxi li dan ifisser li ħafna mis-setturi fl-UE jridu jilħqu dan l-objettiv ferm qabel;

20.  Jemmen li għandu jsir progress fin-negozjati dwar l-elementi prinċipali tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż qafas ta' trasparenza msaħħaħ, dettalji dwar il-bilanċ globali, gwida ulterjuri fil-qasam tal-INDCs, fehim tad-differenzjazzjoni, tat-telf u tad-danni, il-finanzjament għall-klima u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, governanza inklużiva f'diversi livelli u mekkaniżmu maħsub biex jaġevola l-implimentazzjoni u jippromwovi l-konformità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenji maqbula fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi, speċjalment rigward il-kontribut tal-UE għall-mitigazzjoni u l-adattament kif ukoll l-appoġġ tagħha fl-oqsma tal-finanzjament, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini tal-kapaċità;

21.  Jisħaq li m'hemmx żmien x'jintilef fl-isforzi konġunti biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u jiġi onorat il-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza li l-UE għandha kemm il-kapaċità kif ukoll ir-responsabbiltà li tmexxi bl-eżempju u tibda minnufih il-ħidma ta' allinjament tal-objettivi tagħha dwar il-klima u l-enerġija mal-objettiv maqbul internazzjonalment dwar il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja tal-pjaneta għal inqas minn 2 °C, filwaqt li tkompli bl-isforzi sabiex tillimita dik iż-żieda għal 1,5 °C;

22.  Ifakkar li tenħtieġ dekarbonizzazzjoni bikrija biex tintlaħaq il-mira ta' din it-temperatura medja globali u li l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra jeħtieġ jilħqu l-livell massimu tagħhom mill-aktar fis possibbli; ifakkar li l-emissjonijiet globali għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali sal-2050 jew ftit wara, sabiex id-dinja tinżamm fuq perkors kosteffikaċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kompatibbli mal-miri tat-temperatura stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi; jistieden lill-partijiet kollha li huma f'pożizzjoni li jagħmlu dan biex jaħdmu ħalli jintlaħqu l-miri u l-istrateġiji ta' dekarbonizzazzjoni nazzjonali billi jagħtu prijorità lill-eliminazzjoni gradwali tal-emissjonijiet mill-faħam, li huwa l-aktar sors niġġies tal-enerġija, u jistieden lill-UE taħdem mas-sħab internazzjonali tagħha għal dan l-għan, bl-għoti ta' eżempji ta' prattika tajba;

23.  Jilqa' l-inklużività tal-proċess tal-UNFCCC; iqis li sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni effikaċi jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kunflitti ta' interessi jew tal-interessi moħbija; f'dan il-kuntest, jitlob lill-parteċipanti kollha fil-proċess biex jistabbilixxu linji gwida jew proċeduri li jsaħħu l-ftuħ, it-trasparenza u l-inklużività mingħajr ma jkunu kompromessi l-għanijiet u l-objettivi tal-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi;

24.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jirratifikaw l-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto;

Il-COP 23 f'Bonn

25.  Jilqa' l-impenn li ttieħed f'Marrakech biex sal-2018 jitlesta l-programm ta' ħidma għat-tfassil ta' regoli ta' implimentazzjoni dettaljati dwar il-Ftehim ta' Pariġi; iqis li l-COP23 tikkostitwixxi pass fundamentali f'din il-ħidma teknika;

26.  Jistenna kjarifika dwar l-istruttura tad-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 matul il-COP23, li se tkun opportunità importanti biex isir rendikont tal-progress magħmul lejn il-mira ta' mitigazzjoni tal-ftehim u jiġu indirizzati t-tħejjija u r-reviżjoni tal-NDCs tal-Partijiet sal-2020, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-ftehim; jemmen li l-UE għandha tiżvolġi rwol proattiv f'dan l-ewwel djalogu faċilitattiv sabiex isir rendikont tal-ambizzjoni kollettiva u tal-progress fit-twettiq tal-impenji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, ferm qabel id-djalogu faċilitattiv, jipproponu impenji ulterjuri ta' tnaqqis fil-gassijiet serra li jmorru lil hinn mill-impenji attwali fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi u jikkontribwixxu b'mod xieraq sabiex jingħalaq id-distakk fir-rigward tal-mitigazzjoni skont il-kapaċitajiet tal-UE;

27.  Ifakkar li t-tisħiħ tal-azzjoni ta' mitigazzjoni fil-perjodu ta' qabel l-2020 huwa prerekwiżit assolut sabiex jintlaħqu l-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi, u jistieden lill-UE tiżgura li l-azzjoni fl-immedjat tibqa' fuq l-aġenda tal-COP23;

Il-finanzjament għall-klima u mezzi oħra ta' implimentazzjoni

28.  Jilqa' l-"pjan direzzjonali għal USD 100 biljun" biex jintlaħaq l-objettiv li sal-2020 jiġu mobilizzati USD 100 biljun għall-azzjoni klimatika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li l-objettiv tal-mobilizzazzjoni ġie estiż sal-2025 kif maqbul fil-COP 21;

29.  Jilqa' l-impenn tal-partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi sabiex il-flussi finanzjarji kollha jkunu konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra u żvilupp reżiljenti għall-klima; iqis, għaldaqstant, li l-UE jeħtieġ tindirizza b'urġenza l-flussi finanzjarji għall-fjuwils fossili u l-infrastruttura b'livell għoli ta' karbonju;

30.  Jirrikonoxxi l-importanza li jiġi indirizzat il-mekkaniżmu ta' telf u danni mdaħħal fil-Ftehim ta' Pariġi u jappoġġja bis-sħiħ id-diskussjoni dwar il-mekkaniżmu fil-COP23 f'Bonn;

31.  Jenfasizza l-importanza li d-drittijiet tal-bniedem jibqgħu fil-qalba tal-azzjoni klimatika, u jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li n-negozjati dwar il-miżuri ta' adattament jirrikonoxxu l-bżonn tar-rispett, tal-protezzjoni u tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu, fost l-oħrajn, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-parteċipazzjoni sħiħa u ndaqs tan-nisa u l-promozzjoni attiva ta' tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol li toħloq xogħol dinjituż u impjiegi ta' kwalità għal kulħadd;

32.  Jilqa' t-tkabbir kostanti fil-livell ta' finanzjament għall-klima mill-UE, iżda jinsisti li hemm bżonn isiru aktar sforzi; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li partijiet żviluppati oħra jirrispettaw il-kontributi mmirati tagħhom għall-objettiv ta' USD 100 biljun; jitlob impenji konkreti fil-livell internazzjonali u tal-UE sabiex jinstabu sorsi ta' finanzjament addizzjonali;

33.  Jitlob lill-gvernijiet u lill-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati, fosthom il-banek, il-fondi tal-pensjonijiet u d-ditti tal-assigurazzjoni, jimpenjaw ruħhom b'mod ambizzjuż favur l-allinjament tal-prattiki ta' self u investiment mal-mira ta' temperatura medja globali ta' "ferm inqas minn 2 °C", f'konformità mal-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta' Pariġi, u l-abbandun tal-fjuwils fossili, inkluż bl-eliminazzjoni gradwali tal-krediti għall-esportazzjoni għall-investimenti fil-qasam tal-fjuwils fossili; jitlob garanziji pubbliċi speċifiċi li jippromwovu investimenti u tikketti ekoloġiċi u joffru ta' vantaġġi fiskali għall-fondi tal-investimenti ekoloġiċi u għall-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi;

34.  Jirrikonoxxi li bidliet fis-sistemi tat-taxxa nazzjonali u internazzjonali, inkluż it-trasferiment tal-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq il-kapital, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili u l-iffissar ta' prezz xieraq għall-karbonju, huma essenzjali sabiex jinħoloq ambjent ekonomiku favorevoli li jinkoraġġixxi l-investiment pubbliku u privat u jippermetti t-twettiq ta' objettivi ta' żvilupp sostenibbli fil-qafas tal-politiki industrijali;

35.  Jinkoraġġixxi tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw, inkluż fil-qafas tas-Sħubija dwar l-NDCs, b'tali mod li l-pajjiżi jkollhom aċċess aktar effikaċi għall-għarfien tekniku u l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex jimplimentaw politiki li jirrispettaw u jeċċedu l-NDCs tagħhom;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-konsegwenzi li l-Ftehim ta' Pariġi jista' jkollu fuq il-baġit tal-UE u tiżviluppa mekkaniżmu ta' finanzjament awtomatiku ddedikat fil-livell tal-UE li jipprovdi finanzjament addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-UE tagħti s-sehem ġust tagħha biex jintlaħaq l-objettiv internazzjonali ta' finanzjament ta' USD 100 biljun għall-klima;

37.  Jitlob impenji konkreti sabiex jinstabu sorsi ta' finanzjament addizzjonali għall-klima, inkluż bl-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, it-twarrib ta' xi kwoti ta' emissjonijiet tal-EU ETS fil-perjodu 2021-2030 u l-allokazzjoni ta' dħul mill-UE u miżuri internazzjonali dwar l-emissjonijiet mill-avjazzjoni u mit-tbaħħir għall-finanzjament internazzjonali tal-klima u l-Fond Ekoloġiku għall-Klima;

Ir-rwol tal-atturi mhux statali

38.  Jenfasizza l-isforzi min-naħa ta' firxa dejjem usa' ta' atturi mhux statali biex jeliminaw il-karbonju u jsiru aktar reżiljenti għat-tibdil fil-klima; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza ta' djalogu strutturat u kostruttiv bejn il-gvernijiet, il-komunità kummerċjali, il-bliet, ir-reġjuni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet akkademiċi u li jiġi żgurat l-involviment tagħhom fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi skalabbli biex titrawwem azzjoni robusta u globali għall-ħolqien ta' soċjetajiet reżiljenti u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u jintwera progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi;

39.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha, flimkien ma' partijiet oħra tal-UNFCCC, jippromwovu proċess li jinvolvi b'mod attiv lill-atturi mhux statali fin-negozjati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, jappoġġja l-isforzi tagħhom biex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-NDC ta' Stat minkejja t-trasformazzjonijiet politiċi nazzjonali, u jippermettilhom jesploraw forom ġodda ta' parteċipazzjoni u assoċjazzjoni fil-qafas tal-UNFCCC;

40.  Jenfasizza r-rwol importanti taż-Żona tal-Atturi Mhux Statali għall-Azzjoni Klimatika (NAZCA) fil-promozzjoni u s-segwitu tal-azzjoni min-naħa ta' atturi mhux statali, bħall-Patt Globali tas-Sindki, Missjoni Innovazzjoni, InsuResilience, Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd u s-Sħubija dwar l-NDCs;

41.  Jilqa' l-isforzi tal-promoturi tal-klima fil-qafas tas-Sħubija ta' Marrakech għall-Azzjoni Klimatika;

42.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu mal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili (l-istituzzjonijiet, is-settur privat, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-komunitajiet lokali) biex jiżviluppaw inizjattivi ta' tnaqqis f'setturi ewlenin (l-enerġija, it-teknoloġija, l-ibliet, it-trasport) u inizjattivi ta' adattament u reżiljenza bi tweġiba għal kwistjonijiet ta' adattament, partikolarment rigward l-aċċess għall-ilma, is-sigurtà alimentari u l-prevenzjoni tar-riskji; jistieden lill-gvernijiet kollha u lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili jappoġġjaw u jsaħħu din l-aġenda ta' azzjoni;

43.  Ifakkar lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet għall-UNFCCC li l-azzjoni individwali hija importanti daqs l-azzjoni tal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet; jitlob, għalhekk, spinta akbar biex jiġu organizzati kampanji u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u informazzjoni għall-pubbliku dwar il-ġesti – żgħar u kbar – li jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-pajjiżi żviluppati u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

Sforz komprensiv fis-setturi kollha

44.  Jilqa' l-iżvilupp ta' skemi għan-negozjar ta' emissjonijiet madwar id-dinja, inklużi 18-il skema għan-negozjar ta' emissjonijiet li qed jitħaddmu f'erba' kontinenti, u li jammontaw għal 40 % tal-PDG globali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi rabtiet bejn l-EU ETS u skemi oħrajn għan-negozjar ta' emissjonijiet bil-għan li jinħolqu mekkaniżmi internazzjonali tas-suq tal-karbonju biex tiżdied l-ambizzjoni fil-qasam tal-klima filwaqt li jingħata kontribut biex jonqos ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju permezz ta' kundizzjonijiet ekwi; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi salvagwardji li jiżguraw li r-rabtiet mal-EU ETS jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni b'mod permanenti u ma jtellfux il-mira tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

45.  Jenfasizza l-bżonn ta' aktar ambizzjoni u azzjoni ħalli jinżammu biżżejjed inċentivi sabiex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jintlaħqu l-miri tal-UE fir-rigward tal-klima u l-enerġija għall-2050; jissottolinja li ma sarx biżżejjed progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi tat-trasport u l-agrikoltura fir-rigward tal-objettivi tal-2020 u li jridu jiżdiedu l-isforzi biex dawn is-setturi jkunu jistgħu jilħqu l-miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030;

46.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-integrità ambjentali ta' kwalunkwe approċċ għas-suq fil-futur, kemm fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll lil hinn minnu, billi jitqiesu r-riskji bħal lakuni li jippermettu għadd doppju, problemi fir-rigward tal-permanenza u l-addizzjonalità tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-effetti negattivi li jista' jkun hemm għall-iżvilupp sostenibbli, u inċentivi perversi biex titbaxxa l-ambizzjoni għal-livell tal-NDCs;

47.  Jenfasizza li l-miri 20-20-20 għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra, għall-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija żvolġew rwol fundamentali biex dan il-progress jingħata spinta u biex jiġu sostnuti l-impjiegi ta' aktar minn 4,2 miljun persuna f'diversi ekoindustriji, bi tkabbir kontinwu rreġistrat matul il-kriżi ekonomika;

48.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Assemblea tal-ICAO tal-2016 dwar it-twaqqif ta' Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA);

49.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu, madankollu, dwar il-fatt li l-ICAO ma qablitx dwar tnaqqis ta' emissjonijiet bl-introduzzjoni tal-CORSIA u, minflok, iffukat prinċipalment fuq il-kumpens; jiddispjaċih li l-kwalità tat-tpaċijiet mhija garantita bl-ebda mod, li l-applikazzjoni tal-CORSIA hija legalment vinkolanti mill-2027 'il quddiem biss, u li l-membri tal-ICAO għadhom ma tawx l-impenn tagħhom biex jipparteċipaw fil-fażi volontarja, filwaqt li emittenti kbar oħrajn ma impenjawx ruħhom favur tkabbir newtrali fil-karbonju, u dan iqajjem għadd kbir ta' mistoqsijiet dwar l-effett reali fuq il-klima, peress li r-riżultat għadu ma laħaqx l-aspettattivi li kellha l-UE meta ddeċidiet li "twaqqaf l-arloġġ" fir-rigward tal-EU ETS; jitlob il-finalizzazzjoni rapida ta' sett robust ta' regoli għat-tħaddim tal-CORSIA, l-implimentazzjoni f'waqtha tagħha fil-livell nazzjonali u reġjonali, u l-infurzar xieraq min-naħa tal-partijiet kollha; jitlob, barra minn hekk, it-tisħiħ tal-innovazzjoni teknoloġika kollha relatata mal-prestazzjoni tal-magni u l-kwalità tal-fjuwil;

50.  Ifakkar li filwaqt li t-titjiriet intra-Ewropej se jkomplu jkunu koperti mill-EU ETS, kwalunkwe tibdil fil-leġiżlazzjoni eżistenti u fit-tħaddim skedat tal-CORSIA jista' jiġi kkunsidrat biss fid-dawl tal-livell ta' ambizzjoni tas-sistema u l-miżuri ta' implimentazzjoni li għad iridu jiġu żviluppati;

51.  Jieħu nota tal-pjan direzzjonali għall-iżvilupp ta' strateġija komprensiva tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-vapuri adottata fis-70 sessjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-OMI; iħeġġeġ lill-OMI tiżviluppa mekkaniżmu globali f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi billi tistabbilixxi mira ambizzjuża għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tfassal skeda konkreta, bħala parti mill-istrateġija inizjali tal-OMI dwar il-gassijiet sera li għandha tiġi adottata fir-rebbiegħa tal-2018;

52.  Jilqa' l-emenda ta' Kigali dwar tnaqqis gradwali globali fl-idrofluworokarburi (HFCs), li jikkontribwixxu għat-tisħin tal-klima; iqis li dan jirrappreżenta pass konkret fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, li jista' jevita emissjonijiet ta' 'l fuq minn 70 biljun tunnellata ta' CO2 ekwivalenti sal-2050, jiġifieri 11-il darba l-emissjonijiet annwali tal-Istati Uniti, u għalhekk iħeġġeġ lill-partijiet kollha għall-Protokoll ta' Montreal jieħdu l-passi meħtieġa lejn ratifika rapida; ifakkar li l-UE adottat leġiżlazzjoni ambizzjuża biex telimina gradwalment l-HFCs b'79 % sal-2030, peress li l-alternattivi li jirrispettaw il-klima huma disponibbli b'mod mifrux u l-potenzjal tagħhom għandu jiġi sfruttat b'mod sħiħ;

Ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima bis-saħħa tal-adattament

53.  Jinnota li l-prijoritajiet tal-Presidenza ta' Fiġi għall-COP23 jinkludu oqsma kkaratterizzati b'mod prominenti minn azzjonijiet ta' adattament u reżiljenza; ifakkar li l-azzjoni ta' adattament hija neċessità inevitabbli għall-pajjiżi kollha jekk iridu jnaqqsu l-effetti negattivi u jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet għal tkabbir reżiljenti għall-klima u żvilupp sostenibbli;

54.  Jappella biex jiġu stabbiliti kif suppost objettivi ta' adattament fit-tul ; ifakkar li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati gżejjer iż-żgħar li qed jiżviluppaw, huma l-anqas li kkontribwew għat-tibdil fil-klima, iżda huma l-aktar vulnerabbli għall-effetti negattivi tiegħu u huma l-anqas kapaċi li jadattaw;

55.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-adattament għat-tibdil fil-klima jiġi tassew integrat fl-istrateġiji nazzjonali dwar l-iżvilupp, inkluż l-ippjanar finanzjarju, filwaqt li jitjiebu l-kanali ta' koordinament bejn il-livelli differenti ta' governanza u l-partijiet ikkonċernati; iqis li l-koerenza mal-istrateġiji u l-pjanijiet dwar it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri hija importanti wkoll;

56.  Jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati b'mod speċifiku l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-bliet u l-adattament uniku tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet tal-mitigazzjoni; iqis li t-tisħiħ tal-bliet u l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali li jimpenjaw ruħhom u jaħdmu lejn ir-reżiljenza tal-komunità tagħhom huma essenzjali biex tiġi indirizzata d-dimensjoni lokali tal-impatti tat-tibdil fil-klima;

57.  Iqis li l-politiki dwar il-klima jkunu jistgħu jgawdu minn appoġġ suffiċjenti, sakemm dawn ikunu akkumpanjati minn miżuri soċjali, inkluża tranżizzjoni ġusta tal-fondi li jorbtu l-isfidi eżistenti li jirriżultaw mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fl-isforzi għall-ġlieda kontra l-qgħad u l-impjieg prekarju;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-Istrateġija ta' Adattament tal-UE għall-2013 sabiex tintroduċi aktar enfasi u valur miżjud fil-ħidma ta' adattament fil-livell globali tal-UE billi ssaħħaħ ir-rabtiet mal-Ftehim ta' Pariġi u tappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta' kondiviżjoni effikaċi ta' prattiki tajba, eżempji u informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma ta' adattament; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati sistemi u għodod għall-monitoraġġ tal-progress u l-effikaċja tal-pjanijiet u l-azzjonijiet ta' adattament nazzjonali;

59.  Ifakkar li l-artijiet agrikoli, l-artijiet mistagħdra u l-foresti, li jkopru aktar minn 90 % tas-superfiċje tal-art tal-UE, se jkunu affettwati ħafna mit-tibdil fil-klima; jenfasizza li dan is-settur – magħruf bħala użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) – huwa kemm bir kif ukoll sors tal-emissjonijiet u huwa kruċjali għall-mitigazzjoni u t-tisħiħ tar-reżiljenza;

60.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 2 tiegħu, il-Ftehim ta' Pariġi tal-4 ta' Novembru 2016 għandu l-għan, fost l-oħrajn, li jżid il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u li jrawwem ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra, b'mod li ma jheddidx il-produzzjoni tal-ikel, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-flussi finanzjarji konsistenti ma' dan il-għan;

61.  Jissottolinja l-konsegwenzi negattivi serji, u sikwit irreversibbli, ta' nuqqas ta' azzjoni, filwaqt li jfakkar li t-tibdil fil-klima jaffettwa lir-reġjuni kollha tad-dinja b'modi differenti, iżda lkoll dannużi ħafna, li jirriżultaw fi flussi migratorji u mwiet, kif ukoll telf mil-lat ekonomiku, ekoloġiku u soċjali; jisħaq li spinta politika u finanzjarja globali u konġunta għal innovazzjoni f'enerġija nadifa u rinnovabbli hija kruċjali biex nilħqu l-għanijiet tagħna dwar il-klima u sabiex jiġi ffaċilitat it-tkabbir;

62.  Jirrikonoxxi l-ħafna diffikultajiet involuti fl-istabbiliment ta' definizzjoni aċċettata b'mod universali ta' "rifuġjat minħabba l-klima", iżda jappella għal rikonoxximent serju tan-natura u l-firxa tal-ispostament u l-migrazzjoni minħabba l-klima bħala riżultat tad-diżastri kkawżati mit-tisħin globali; jinnota bi tħassib li bejn l-2008 u l-2013, madwar 166 miljun ruħ kienu sfurzati jħallu djarhom minħabba diżastri naturali, livelli tal-baħar li qed jogħlew, fenomeni ta' temp estrem, deżertifikazzjoni, nuqqas ta' ilma, u t-tixrid ta' mard tropikali u mard li jinġarr minn vettur; ifakkar b'mod partikolari li l-iżviluppi relatati mal-klima f'partijiet tal-Afrika u tal-Lvant Nofsani jistgħu jikkontribwixxu għal instabbiltà politika, diffikultà ekonomika u intensifikazzjoni tal-kriżi tar-rifuġjati fil-Mediterran;

63.  Josserva li d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni forestali huma responsabbli għal 20 % tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, u jenfasizza r-rwol tal-foresti u tal-ġestjoni sostenibbli attiva tagħhom fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet adattivi u r-reżistenza tal-foresti għat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-ħtieġa ta' sforzi ta' mitigazzjoni ffukati fuq is-settur tal-foresti tropikali (REDD+); jisħaq li mingħajr dawn l-isforzi ta' mitigazzjoni x'aktarx ikun impossibbli li jintlaħaq l-għan li t-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 2 °C; jistieden lill-UE, barra minn hekk, issaħħaħ il-finanzjament internazzjonali għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

L-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

64.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol li għandhom ukoll il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u l-bżonn li dawk il-pajjiżi jiġu megħjuna jimplimentaw il-pjanijiet klimatiċi tagħhom, b'mod li jisfruttaw bis-sħiħ is-sinerġiji mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli rilevanti tal-miżuri klimatiċi implimentati u mal-Pjan ta' Azzjoni ta' Addis Ababa u l-Aġenda 2030;

65.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi promoss aċċess universali għall-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Afrika, permezz tal-użu aħjar tal-enerġija rinnovabbli; ifakkar li l-Afrika għandha riżorsi naturali enormi li jistgħu jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-enerġija tagħha; jenfasizza li jekk, maż-żmien, jiġu stabbiliti b'suċċess interkonnessjonijiet tal-elettriku, parti mill-enerġija tal-Ewropa tista' tiġi mill-Afrika;

66.  Jenfasizza li l-UE għandha l-esperjenza, il-kapaċità u d-dimensjoni globali li jkollha rwol ta' tmexxija fil-bini ta' infrastruttura iktar intelliġenti, iktar nadifa u iktar reżiljenti meħtieġa biex titwassal it-tranżizzjoni globali mnedija mill-Ftehim ta' Pariġi; jappella lill-UE biex tappoġġja l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-tranżizzjoni lejn soċjetajiet ikkaratterizzati minn livelli baxxi ta' karbonju li jkunu aktar inklużivi, soċjalment u ambjentalment sostenibbli, prosperużi u sikuri;

L-industrija u l-kompetittività

67.  Jilqa' l-isforzi kontinwi u l-progress li sar mill-industrija Ewropea biex tonora l-obbligi tagħha u tieħu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi, li jistgħu jirriżultaw f'azzjoni klimatika ta' suċċess u kosteffikaċi;

68.  Jissottolinja li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija prijorità globali u għandha tiġi segwita bħala sforz ġenwin madwar id-dinja kollha filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà tal-enerġija u ekonomija sostenibbli;

69.  Jenfasizza li qafas ġuridiku stabbli u prevedibbli u sinjali ċari ta' politika kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak globali ser jiffaċilitaw u jsaħħu investiment relatat mal-klima;

70.  Jissottolinja li impenn kontinwu, speċjalment min-naħa tal-emittenti globali ewlenin, huwa kruċjali għall-azzjoni klimatika u l-Ftehim ta' Pariġi; jiddispjaċih ħafna dwar l-aħbar min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti rigward il-pożizzjoni tagħha dwar il-Ftehim ta' Pariġi; jilqa' bil-qawwa, madankollu, l-appoġġ kontinwu tal-industriji ewlenin tal-Istati Uniti li jifhmu b'mod ċar ir-riskji tat-tibdil fil-klima u l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-azzjoni klimatika;

71.  Iqis li, jekk ekonomiji ewlenin oħra jonqsu milli jieħdu impenji komparabbli ma' dawk tal-UE dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, ser ikun meħtieġ li jinżammu d-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, b'mod partikolari dawk immirati lejn is-setturi esposti kemm għal intensità kummerċjali għolja kif ukoll għal sehem għoli ta' spejjeż tal-karbonju fil-produzzjoni, sabiex tiġi żgurata l-kompetittività globali tal-industrija Ewropea;

72.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċina u kompetituri kbar oħrajn tal-industriji intensivi fl-enerġija tal-UE qegħdin jintroduċu mekkaniżmi ta' negozjar ta' kwoti tal-karbonju jew mekkaniżmi oħrajn ta' pprezzar; iqis li, sakemm jintlaħqu kundizzjonijiet ekwi, l-UE għandha żżomm miżuri adegwati u proporzjonati sabiex tkun żgurata l-kompetittività tal-industrija tagħha, u, fejn hemm bżonn, tiġi evitata rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, b'kunsiderazzjoni għall-fatt li l-enerġija, l-industrija u l-politiki klimatiċi jimxu id f'id;

73.  Jissottolinja l-importanza li jiżdiedu l-ammonti ta' ħaddiema kompetenti fl-industrija kif ukoll il-promozzjoni tal-għarfien u tal-aqwa prattiki biex jiġi stimulat il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, filwaqt li tkun sostnuta tranżizzjoni ġusta għall-forza tax-xogħol fejn meħtieġ;

Politika enerġetika

74.  Jistieden lill-UE sabiex tisħaq mal-komunità internazzjonali ħalli din tadotta miżuri konkreti mingħajr dewmien, inkluża skeda ta' żmien, għall-eliminazzjoni progressiva ta' sussidji li huma ta' ħsara għall-ambjent, inklużi dawk għall-fjuwils fossili, li jxekklu l-kompetizzjoni, jiskoraġġixxu l-kooperazzjoni internazzjonali u jostakolaw l-innovazzjoni;

75.  Jisħaq fuq l-importanza tal-iffrankar enerġetiku, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, kif ukoll għall-iffrankar finanzjarju, is-sigurtà tal-enerġija u biex jiġi evitat u mtaffi l-faqar enerġetiku b'tali mod li jiġu protetti u megħjuna l-familji vulnerabbli u foqra; jitlob li ssir promozzjoni globali ta' miżuri tal-effiċjenza u l-iffrankar enerġetiċi u l-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli (pereżempju billi jiġu stimulati l-awtoproduzzjoni u l-konsum ta' enerġija rinnovabbli) kif ukoll l-iskjerament effikaċi tagħhom; ifakkar li l-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tmexxija globali fl-enerġija rinnovabbli huma tnejn mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE;

76.  Jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija, grilji intelliġenti u rispons tad-domanda li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iskjerament effikaċi tal-enerġija rinnovabbli fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u s-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ tad-djar;

Ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji diġitali

77.  Jissottolinja l-fatt li riċerka u innovazzjoni kontinwi u msaħħa fl-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-politika tal-adattament, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, it-teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi u l-użu sostenibbli ta' materja prima sekondarja ("ekonomija ċirkolari") huma kruċjali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima b'mod kosteffikaċi, kif ukoll għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili; jappella, għalhekk, għal impenji globali biex tingħata spinta u attenzjoni għall-investiment f'dan il-qasam;

78.  Jisħaq li avvanzi fit-teknoloġiji meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni ser jimplikaw sinjali politiċi ċari, inkluż it-tnaqqis tal-ostakli regolatorji u tas-suq għal teknoloġiji u mudelli kummerċjali ġodda, kif ukoll nefqa pubblika mmirata tajjeb;

79.  Ifakkar li r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività huma fost il-ħames pilastri tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE; jinnota li l-UE hija determinata li tibqa' mexxej dinji f'dawn l-oqsma, filwaqt li fl-istess ħin tiżviluppa kooperazzjoni xjentifika mill-qrib mas-sħab internazzjonali; jisħaq fuq l-importanza tal-bini u ż-żamma ta' kapaċità ta' innovazzjoni b'saħħitha kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk emerġenti għall-varar ta' teknoloġiji tal-enerġija nodfa u sostenibbli;

80.  Ifakkar fir-rwol fundamentali tat-teknoloġiji diġitali sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-enerġija, jinħolqu mudelli kummerċjali sostenibbli ġodda u tissaħħaħ l-effiċjenza u l-iffrankar enerġetiċi; jenfasizza l-benefiċċji ambjentali li jistgħu jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea permezz tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u t-tnaqqis tal-intensità tal-materjali;

81.  Jissottolinja l-importanza li jsir użu sħiħ mill-programmi u l-istrumenti eżistenti tal-UE bħal Orizzont 2020 li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, speċjalment fl-oqsma tal-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli;

82.  Jappella għal użu aħjar tat-teknoloġiji bħas-satelliti spazjali, għall-ġbir preċiż ta' data dwar l-emissjonijiet, it-temperatura u t-tibdil fil-klima; jirrimarka b'mod partikolari l-kontribut tal-programm Copernicus; jappella wkoll għal kooperazzjoni trasparenti u kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi kif ukoll data miftuħa għall-komunità xjentifika;

Id-diplomazija klimatika

83.  Jappoġġja bil-qawwa l-enfasi kostanti tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mad-diplomazija klimatika, li hija essenzjali biex tgħolli l-profil tal-azzjoni klimatika fil-pajjiżi sħab u l-opinjoni pubblika globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li t-tibdil fil-klima jinżamm bħala prijorità strateġika fid-djalogi diplomatiċi, filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u t-tibdil fix-xenarju ġeopolitiku; jissottolinja l-fatt li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri għandhom kapaċità enormi ta' politika barranija u jridu juru sens ta' tmexxija fil-fora dwar il-klima; jisħaq li azzjoni klimatika ambizzjuża u urġenti, flimkien mal-implimentazzjoni tal-impenji tal-COP21 iridu jibqgħu waħda mill-prijoritajiet tal-UE fid-djalogi bilaterali u bireġjonali ta' livell għoli mal-pajjiżi sħab, il-G7, il-G20, in-NU u f'fora internazzjonali oħra;

84.  Itenni l-fehma tiegħu li l-għanijiet tal-politika klimatika għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-politika barranija tal-UE u l-aġenda globali; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex juru tmexxija fl-azzjoni globali dwar il-klima permezz ta' impenn kontinwu għall-Ftehim ta' Pariġi u billi b'mod attiv jinvolvu lis-sħab strateġiċi, kemm fil-livell nazzjonali u f'dak subnazzjonali, sabiex jiffurmaw jew isaħħu l-alleanzi klimatiċi b'tali mod li jżommu l-momentum lejn reġim tal-protezzjoni tal-klima ambizzjuż;

85.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jaħdmu biex jiksbu sensibilizzazzjoni, analiżi u mmaniġġjar usa' tar-riskji klimatiċi u jgħinu lis-sħab tal-UE madwar id-dinja fl-isforzi tagħhom biex jifhmu, jintegraw, jantiċipaw u jimmaniġġjaw aħjar l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq l-istabbiltà fil-livell nazzjonali, is-sigurtà internazzjonali u l-ispostament tal-persuni;

86.  Jimpenja ruħu li juża r-rwol internazzjonali tiegħu u s-sħubija f'netwerks parlamentari internazzjonali sabiex ifittex konsistentement progress lejn l-implimentazzjoni rapida tal-Ftehim ta' Pariġi;

Ir-rwol tal-Parlament Ewropew

87.  Jemmen, peress li l-Parlament irid jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehimiet internazzjonali u għandu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni domestika tal-Ftehim ta' Pariġi bħala koleġiżlatur, li hu jeħtieġ ikun integrat tajjeb fid-delegazzjoni tal-UE; jistenna, għalhekk, li jitħalla jattendi l-laqgħat ta' koordinament tal-UE f'Bonn u li jiġi garantit aċċess għad-dokumenti preparatorji kollha hekk kif jinfetħu n-negozjati;

o
o   o

88.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-UNFCCC, u jitlob li tintbagħat lill-partijiet kontraenti kollha li mhumiex membri tal-UE.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0383.

Avviż legali