Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 24 ta' Ottubru 2017 - StrasburguVerżjoni finali
Ftehim Ewro-Mediterranju fil-qasam tas-servizzi bl-ajru ***
 L-awtorizzazzjoni biex Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion *
 Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika: kontribuzzjonijiet finanzjarji *
 Is-soġġettar tal-furanilfentanil għal miżuri ta’ kontroll *
 Kontroll tal-infiq u monitoraġġ tal-kosteffikaċja tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE
 Atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***II
 Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE ***I
 L-iskambju ta’ informazzjoni dwar, u sistema ta’ twissija bikrija u l-proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju għal, sustanzi psikoattivi ġodda ***I
 Il-Politika Komuni tas-Sajd: implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art ***I
 Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat
 Qamħirrum ġenetikament modifikat 1507
 Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2
 Kolza modifikata ġenetikament MON 88302 × Ms8 × Rf3
 Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2017: finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u żieda tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza
 Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli
 Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE
 Miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku
 Politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar

Ftehim Ewro-Mediterranju fil-qasam tas-servizzi bl-ajru ***
PDF 250kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15653/2016 – C8-0094/2017 – 2006/0048(NLE))
P8_TA(2017)0386A8-0303/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15653/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk(1)

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0094/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0303/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

(1) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 57.


L-awtorizzazzjoni biex Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion *
PDF 250kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/659/KE (COM(2017)0297 – C8-0212/2017 – 2017/0127(CNS))
P8_TA(2017)0387A8-0304/2017

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0297),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0212/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0304/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika: kontribuzzjonijiet finanzjarji *
PDF 364kWORD 52k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (COM(2017)0068 – C8-0118/2017 – 2017/0024(NLE))
P8_TA(2017)0388A8-0293/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0068),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0118/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0293/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/201437 stabbilixxa l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika ("l-Impriża Konġunta BBI").
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/201437 stabbilixxa l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika ("l-Impriża Konġunta BBI") bil-għan li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) ("Orizzont 2020") permezz ta' żieda fl-investiment fl-iżvilupp ta' settur sostenibbli tal-industriji b'bażi bijoloġika fl-Unjoni.
_________________
_________________
37 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).
37 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-Artikolu 12(4) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014 ("l-Istatuti"), jiddikjara li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tal-Impriża Konġunta BBI għajr l-Unjoni għall-ispejjeż operattivi għandha tkun tal-anqas ta' EUR 182 500 000 tul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, jiġifieri mill-istabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI sal-31 ta' Diċembru 2024.
(2)  L-Artikolu 12(4) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014 ("l-Istatuti"), jiddikjara li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tal-Impriża Konġunta BBI għajr l-Unjoni għall-ispejjeż operattivi għandha tkun tal-anqas ta' EUR 182 500 000 tul il-perjodu ta' għaxar snin stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, jiġifieri mill-istabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI sal-31 ta' Diċembru 2024.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdid)
(2a)   Dan ir-Regolament iwieġeb għal proposta magħmula mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl (BIC) u jirrifletti l-aħjar prattiki f'impriżi konġunti oħra. It-twettiq effettiv tal-programmi mill-Impriża Konġunta BBI u r-regolamentazzjoni ġenerali aħjar għandhom ikomplu jinkisbu permezz ta' kooperazzjoni mtejba, kollaborazzjoni u impenn mal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari mal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-katina b'bażi bijoloġika.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl ("BIC"), li huwa membru tal-Impriża Konġunta BBI minbarra l-Unjoni, għadu lest li jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta BBI bl-ammont stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti. Madankollu, ippropona modalità alternattiva ta' finanzjament permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-entitajiet kostitwenti tiegħu fil-livell tal-azzjonijiet indiretti.
(3)  Il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl ("BIC"), li huwa membru tal-Impriża Konġunta BBI minbarra l-Unjoni, jibqa' obbligat, u għadu lest li jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta BBI bl-ammont stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti. Madankollu, ippropona modalità alternattiva ta' finanzjament permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-entitajiet kostitwenti tiegħu fil-livell tal-azzjonijiet indiretti.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdid)
(3a)   Il-modalità alternattiva ta' finanzjament proposta mill-BIC hija l-bażi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li rrikonoxxiet il-karatteristiċi uniċi tal-Impriża Konġunta BBI. Il-Kummissjoni se teżamina kif dik il-modalità alternattiva ta' finanzjament tista' tapplika għal impriżi konġunti oħra, u, b'mod partikolari, għall-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-objettiv tal-Inizjattiva BBI li jitwettqu attivitajiet permezz ta' kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tul il-ktajjen tal-valur sħaħ b'bażi bijoloġika, inklużi l-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u tal-universitajiet jista' jinkiseb biss billi l-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux biss bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI iżda anki bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI.
(4)  L-objettiv tal-Inizjattiva BBI li jitwettqu, b'mod konformi mal-prijoritajiet tal-Orizzont 2020, attivitajiet permezz ta' kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tul il-ktajjen tal-valur sħaħ b'bażi bijoloġika, inklużi l-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u tal-universitajiet, bil-għan li l-Unjoni ssir protagonista tar-riċerka, tad-dimostrazzjoni, u tal-mobilizzazzjoni ewlenija fis-suq ta' prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils, jista' jinkiseb biss billi l-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux biss bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI. Dak il-mezz ġdid ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji jsiru aktar kummerċjalment vijabbli għall-BIC u għall-entitajiet kostitwenti tiegħu, li minn naħa tiegħu jenħtieġ li jiffaċilità t-twettiq tal-obbligi finanzjarji tagħhom fit-terminu stabbilit.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdid)
(4a)   Matul il-proċess tagħha tal-istabbiliment tal-impriża konġunta, il-Kummissjoni stabbiliet l-impatt u l-effikaċja ta’ u l-lezzjonijiet meħuda mill-emendi proposti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, fid-dawl tal-obbligu tal-BIC li jagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2024.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdid)
(5a)   F'każijiet futuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li dejjem twettaq konsultazzjoni pubblika sabiex tiżgura li kwalunkwe tibdiliet proposti jkunu aċċettati mill-partijiet kollha interessati, u jkunu żviluppati bl-aktar mod trasparenti u miftuħ possibbli. Bl-istess mod, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri proposti sakemm il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar ma jiddikjarawx biċ-ċar mod ieħor.

Is-soġġettar tal-furanilfentanil għal miżuri ta’ kontroll *
PDF 249kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissoġġetta lill-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (11212/2017 – C8-0242/2017 – 2017/0152(NLE))
P8_TA(2017)0389A8-0309/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11212/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0242/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0309/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


Kontroll tal-infiq u monitoraġġ tal-kosteffikaċja tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE
PDF 417kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-kontroll tal-infiq u monitoraġġ tal-kosteffikaċja tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE (2016/2242(INI))
P8_TA(2017)0390A8-0296/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 145, 147, 165, 166 u 310(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006(2), u r-Regolament (UE) 2015/779 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013, fir-rigward ta' ammont ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ(3),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: "ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni", Nru 17/2015 bit-titolu "Appoġġ mill-Kummissjoni għat-Timijiet ta' Azzjoni għaż-Żgħażagħ: ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati" u Nru 5/2017 bit-titolu "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ - il-politiki tal-UE għamlu differenza?",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara" (COM(2016)0646) u (SWD(2016)0324),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0296/2017),

A.  billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ kien u għadu problema serja f'numru ta' Stati Membri, b'aktar minn 4 miljun żagħżugħa fl-età ta' bejn il-15 u l-24 sena qiegħda fl-UE fl-2016; billi s-sitwazzjoni fl-Unjoni tvarja bil-kbir;

B.  billi l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ hija prijorità politika kondiviża mill-Parlament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv ta' tkabbir u impjiegi tal-Unjoni;

C.  billi rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ – 18,8 % fl-UE fl-2016 – hija ta' ħsara għas-soċjetà u l-individwi kkonċernati, b'effetti negattivi fit-tul fuq l-impjegabbiltà, l-istabbiltà tal-introjtu u l-iżvilupp tal-karriera; billi l-kriżi ekonomika laqtet b'mod sproporzjonat liż-żgħażagħ, u billi f'xi Stati Membri aktar minn kwart taż-żgħażagħ jinsabu qiegħda;

D.  billi ddaħħlu fis-seħħ numru kbir ta' politiki attivi dwar l-impjiegi biex jindirizzaw ir-rata ta' qgħad għolja fost iż-żgħażagħ, li kellhom riżultati differenti;

E.  billi jeżisti grupp ta' żgħażagħ ieħor, li l-għadd u l-għamla tiegħu tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, li huma barra minn kull forma ta' taħriġ edukattiv jew professjonali, u mill-impjieg (NEETs), u li jistgħu jiġu kklassifikati f'żewġ kategoriji: NEETs qiegħda, li huma disponibbli biex jibdew jaħdmu jew li qegħdin ifittxu impjieg b'mod attiv, u NEETs inattivi, jiġifieri żgħażagħ li la qegħdin jistudjaw, la qegħdin jirċievu taħriġ u lanqas mhuma qegħdin ifittxu impjieg b'mod proattiv;

F.  billi, bħala medja, fl-UE, 41,9 % biss tan-NEETs għandhom aċċess għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

G.  billi sa mill-introduzzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi fl-1997, il-Kummissjoni appoġġat numru ta' miżuri mfassla biex itejbu l-prospettivi ta' impjieg u edukazzjoni fost iż-żgħażagħ(4), u, billi sa mill-kriżi, l-UE tat enfasi partikolari fuq il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, stabbilita mill-Kunsill f'April 2013, u fuq l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li tnediet lejn l-aħħar tal-2013;

H.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġew stabbiliti bħala l-aktar azzjonijiet effikaċi u viżibbli fil-livell tal-Unjoni, u li huma iffokati fuq il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

I.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ offrew kontribut sinifikanti biex titnaqqas ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE peress li taw spinta lill-edukazzjoni u lid-domanda tas-suq tax-xogħol għal żgħażagħ u bl-appoġġ ta' miżuri għall-ħolqien tax-xogħol; billi r-rata għolja ta' 17,2 % taż-żgħażagħ fl-UE 28 li għadhom qiegħda hija inaċċettabbli(5);

J.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta' 25 sena (jew f'xi Stati Membri oħra, taħt l-età ta' 30 sena) jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa u apprendistat jew traineeship, fi żmien erba' xhur wara li jispiċċaw qiegħda jew wara li jkunu ħallew l-edukazzjoni formali;

K.  billi fatturi esterni, bħas-sitwazzjoni ekonomika partikolari jew il-mudell ta' produzzjoni ta' kull reġjun, jinfluwenzaw il-kisba tal-miri stabbiliti fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

L.  billi l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha l-għan li tappoġġa n-NEETs, lil żgħażagħ li ilhom qiegħda għal ħafna żmien u lil dawk li mhumiex reġistrati bħala persuni li qegħdin ifittxu l-impjieg u li jgħixu f'reġjuni fejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien ogħla minn 25 % fl-2012;

M.  billi l-baġit ġenerali approvat għall-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 hu ta' EUR 6,4 biljun, li jinkludi EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja speċifika ġdida tal-UE, li għandha tkun akkumpanjata b'minn tal-inqas EUR 3,2 biljun minn allokazzjonijiet nazzjonali fl-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE); billi dan se jkun supplementat b'EUR 1 biljun addizzjonali għall-baġit speċifiku tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu 2017-2020, li se jkun akkumpanjat minn EUR 1 biljun, mill-FSE, sabiex jingħata spinta lill-impjieg taż-żgħażagħ fir-reġjuni l-iktar milquta; billi huwa mistenni li fl-2017, se jiddaħħlu EUR 500 miljun minn dan l-ammont addizzjonali, permezz tal-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017; billi l-allokazzjoni finali għall-programm se tiġi ddeterminata matul il-proċeduri baġitarji annwali li jmiss;

N.  billi l-investiment annwali meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-Ewropa kien stmat għal EUR 50,4 biljun(6), li huwa ferm inqas mit-telf ekonomiku annwali kaġun tan-nuqqas ta' impenn taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol fl-Ewropa, li jista' jilħaq mill-inqas l-EUR 153 biljun(7);

O.  billi fl-2015, sabiex titħaffef il-mobilizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, ittieħdet deċiżjoni biex ir-riżorsi disponibbli għall-prefinanzjament tal-inizjattiva jiżdiedu b'EUR 1 biljun, li tirrappreżenta żieda mill-1 sa 1,5 % inizjali għal 30 % għall-Istati Membri eliġibbli;

P.  billi l-allokazzjoni oriġinali sħiħa tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġiet iffokata fuq is-snin 2014-2015, u ma ġiet inkluża l-ebda approprjazzjoni ġdida għal dan il-għan fil-baġit 2016; billi n-nuqqas ta' kontinwità fil-finanzjament tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ iddgħajjef is-suċċess tal-programm;

Q.  billi l-livell ta' finanzjament attwali, kemm mill-baġit tal-UE kif ukoll mill-Istati Membri, mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet involuti;

R.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħikopru azzjonijiet differenti, bil-Garanzija għaż-Żgħażagħ ikollha l-għan li tinkoraġixxi riforma strutturali fl-edukazzjoni u sservi ta' miżura fuq il-perjodu qasir ta' żmien fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, filwaqt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hi strument ta' finanzjament; billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi ffinanzjata mill-FSE, mill-baġits nazzjonali u mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, filwaqt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tista' tiffinanzja l-għoti dirett ta' impjiegi, apprendistati, traineeships jew edukazzjoni kontinwa għall-grupp fil-mira tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fir-reġjuni eliġibbli; billi, filwaqt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi applikabbli għat-28 Stat Membru, 20 Stat Membru biss huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; billi, fl-aħħar nett, filwaqt li l-intervent tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma għandux skadenza predefinita, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ titlob li l-offerta ssir fi żmien erba' xhur;

S.  billi, minn perspettiva kwantitattiva, l-adozzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma kinitx omoġenja u varjat b'mod konsiderevoli minn pajjiż għall-ieħor;

T.  billi s'issa l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma wasslitx għal riżultati uniformi, u f'xi ċirkostanzi kien diffiċli li jiġu identifikati u evalwati l-kontribuzzjonijiet tagħha;

U.  billi jeżistu differenzi sostanzjali bejn ir-reġjuni tal-Ewropa; billi f'xi każijiet, territorji b'livell ta' qgħad għoli ma jikkwalifikawx bħala reġjun eliġibbli għal finanzjament tal-UE fil-livell NUTS;

V.  billi l-implimentazzjoni tas-servizzi ta' integrazzjoni elenkati taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ spiss hi biss parzjali, dejqa wisq fil-medda tal-parteċipanti eliġibbli, dipendenti mill-kapaċità eżistenti u mill-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES) kif ukoll mill-ħeffa tal-proċeduri fil-livell Ewropew; billi l-Istati Membri jinħtieġ li jissuktaw l-isforzi tagħhom għat-tisħiħ u r-riforma tal-PES tagħhom;

W.  billi jkun xieraq li jiġi rrilevat ir-rwol li jista' jkollha l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b'mod partikolari fl-Istati Membri li ntlaqtu b'mod ferm aktar serju mill-kriżijiet ekonomiċi, finanzjarji u soċjali mill-2007 'l hawn; billi jinħtieġ li tiġi ssottolinjata l-ħtieġa li dan il-programm jissaħħaħ u li jiġu żviluppati miżuri komplementari ulterjuri, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, li jkollhom l-għan li jagħtu spinta lill-integrazzjoni u l-koeżjoni, filwaqt li jsaħħu wkoll il-parità bejn is-sessi u jiżguraw l-aċċess għall-programmi ta' taħriġ imneda biex jiġu trattati l-isfidi teknoloġiċi ġodda fil-qasam tax-xogħol;

X.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bħala investiment fiż-żgħażagħ, hija eżempju ta' bbaġitjar orjentat lejn ir-riżultati;

Y.  billi l-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Ewropa tirrikonoxxi li effettivament hemm "diskrepanza bejn l-aspettattivi u l-kapaċità tal-UE li tilħaqhom"(8);

Z.  billi l-UE għandha ttejjeb il-kummerċjalizzazzjoni u r-riklamar tagħha ta' miżuri soċjopolitiċi għall-grupp fil-mira sabiex tiżgura viżibbiltà akbar għall-azzjonijiet tagħha għall-popli tal-UE;

AA.  billi l-awditu mwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) kien prematur peress li l-perjodu soġġett għal investigazzjoni huwa qrib wisq it-tnedija tal-iskemi nazzjonali ta' garanzija u hu limitat biss għal ċerti Stati Membri; billi, għal dan il-għan, kien ikun aktar utli li titwettaq valutazzjoni inizjali tal-implimentazzjoni tagħhom qabel jitwettaq l-awditu;

Rimarki ġenerali

1.  Jinnota li wara erba' snin mill-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, mill-2013 sal-2017, ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE naqset b'aktar minn 7 punti perċentwali, minn 23,8 % f'April 2013 għal 16,6 % f'April 2017, li tfisser li kważi żewġ miljun żagħżugħ m'għadhomx qiegħda; jinnota li mill-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, aktar minn 14-il miljun żagħżugħ ipparteċipaw f'xi tip ta' skema; jiddispjaċih li f'bosta każijiet ħafna minn dan it-tnaqqis seħħ biss minħabba l-fatt li ħafna żgħażagħ ġew imġiegħla jfittxu impjieg barra mill-UE, telfa li se tinħass aktar fid-deċennji li jmiss; jiddispjaċih, barra minn hekk, li f'nofs l-2016, 4,2 miljun żagħżugħ fl-UE kienu għadhom qiegħda (18,8 % tal-grupp demografiku partikolari); iħeġġeġ lill-Istati Membri jutilizzaw l-appoġġ disponibbli tal-UE, sabiex jittrattaw din il-kwistjoni li ilha żmien twil; jappella lill-UE u lill-Istati Membri jimplimentaw strateġiji li jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol ta' kull Stat Membru individwali sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' taħriġ ta' kwalità għolja, kif ukoll impjiegi dejjiema;

2.  Jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha rwol importanti fl-appoġġ ta' miżuri li jipprovdu liż-żgħażagħ qiegħda bil-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa biex fuq il-perjodu twil ta' żmien jingaġġaw f'impjieg u jsiru imprendituri, u tipprovdi wkoll opportunità biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ fil-ħiliet;

3.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-edukazzjoni u tal-gwida għall-karriera fit-tħejjija taż-żgħażagħ fl-etika tax-xogħol u fil-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol; jirrimarka, madankollu, li l-edukazzjoni jinħtieġ li mhux biss tipprovdi kompetenzi rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, iżda għandha tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp personali u tl-evoluzzjoni taż-żgħażagħ sabiex tagħmilhom ċittadini proattivi u responsabbli; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta' edukazzjoni ċivika fis-sistema edukattiva kollha, inklużi metodi edukattivi kemm formali kif ukoll mhux formali;

4.  Jinnota li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ hi ogħla aktar ma ż-żgħażagħ jkunu żgħar u anqas ma jkollhom taħriġ, u li din ix-xejra ġiet enfasizzata minħabba l-kriżi, li laqtet ukoll lill-adulti żgħażagħ ta' 'l fuq minn 25 sena mingħajr kwalifiki, li jiffurmaw grupp li jista' jsib ruħu f'sitwazzjoni ta' vulnerabbiltà ekonomika gravi sakemm ma jsirx investiment fit-taħriġ tagħhom;

5.  Jinnota, li minkejja l-progress imwettaq, l-aċċess għaż-żgħażagħ qiegħda l-iktar vulnerabbli għall-PES jibqa' mhux adegwat u dan il-grupp, flimkien mal-gradwati ġodda, huma dawk l-inqas probabbli li jirreġistraw bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg;

6.  Jinsab imħasseb bil-qawwi li n-NEETs huma skonnessi mis-sistema edukattiva u mis-suq tax-xogħol, u f'ħafna każijiet intortament; jifhem li din il-parti tal-popolazzjoni hija l-aktar diffiċli biex tintlaħaq permezz ta' programmi operazzjonali eżistenti li jimplimentaw skemi ta' finanzjament tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, li ħafna minnhom ma joffru l-ebda forma ta' remunerazzjoni sostenibbli suffiċjenti jew kundizzjonijiet ta' xogħol xierqa; iqis li, għall-perjodu 2017-2020, għandha ssir enfasi speċjali fuq din il-parti tal-popolazzjoni sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

7.  Jirrimarka li l-miżuri appoġġati mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom jindirizzaw ukoll l-isfidi strutturali ffaċċjati min-NEETs sabiex jiġi żgurat li jkollhom impatt fit-tul; jesprimi tħassib, li l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għadhom ma laħqux liż-żgħażagħ kollha li ħallew l-iskola jew li spiċċaw qiegħda; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex fil-baġits nazzjonali tagħhom jipprovdu impenji finanzjarji mmirati biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi strutturali; iħeġġeġ lir-reġjuni li ma jikkwalifikawx għal kofinanzjament mill-UE biex jipparteċipaw fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

8.  Jenfasizza li l-integrazzjoni tan-NEETs irrikjedi kemm it-tisħiħ tal-effikaċja tar-riżorsi disponibbli u ż-żieda ta' dawk ir-riżorsi, kif ukoll parteċipazzjoni u l-mobilizzazzjoni akbar tal-Istati Membri;

9.  Jitlob li jkun hemm diversifikazzjoni tal-kanali ta' finanzjament fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex iż-żgħażagħ kollha jintlaħqu aħjar; jirrimarka, barra minn hekk, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali diġà huma attivi ħafna u jinħtieġ li jiġu appoġġati fl-azzjoni tagħhom Favur iż-żgħażagħ bl-integrazzjoni ta' linji politiċi differenti;

10.  Jenfasizza li sa mill-2012, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tat kontribut pożittiv biex ikun indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, għalkemm ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ tibqa' għolja b'mod inaċċettabbli; jilqa' għalhekk, il-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi sabiex il-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiġi estiża sal-2020; jinnota, madankollu, li l-kwistjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tista' tippersisti u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sabiex jiżgura l-kontinwità u l-kosteffikaċja tagħha;

11.  Jissottolinja l-fatt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha l-għan mhux biss li tixpruna l-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ, iżda wkoll li tassisti lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi adegwati biex jiġu identifikati l-bżonnijiet u l-appoġġ meħtieġ għalihom; jisħaq, għalhekk, li fil-futur, l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tkun evalwata skont il-kisbiet mwettqa fil-ħolqien jew it-titjib tas-sistemi tal-Istati Membri ta' appoġġ għaż-żgħażagħ;

12.  Ifakkar li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tibbenefika mill-appoġġ finanzjarju tal-UE permezz tal-FSE u tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li jissupplimentaw il-kontribuzzjonijiet nazzjonali; jappoġġa l-ħidma ta' programmazzjoni mwettqa bħala parti mill-Qafas Strateġiku Komuni tal-Unjoni permezz ta' tagħlim bejn il-pari, attivitajiet ta' netwerking u assistenza teknika;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kienet iffokata fuq is-snin 2014 u 2015, u li ż-żieda tal-prefinanzjament għal EUR 1 biljun kellha l-għan li tiżgura l-mobilizzazzjoni rapida ta' riżorsi;

14.  Jilqa' l-fatt li l-miżuri tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdew appoġġ lil aktar minn 1,4 miljun żagħżugħ u wasslu biex l-Istati Membri ikkonsolidaw operazzjonijiet li kienu jammontaw għal aktar minn EUR 4 biljun;

15.  Ifakkar li s-suċċess tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwa marbut ma' governanza ekonomika tajba fl-Istati Membri peress li, mingħajr ambjent kummerċjali favorevoli li jinkoraġġixxi lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u mingħajr sistema edukattiva u xjentifika adattata għar-rekwiżiti tal-ekonomija, ma jistax ikun hemm ħolqien tax-xogħol u lanqas ma tista' tinstab soluzzjoni fit-tul għall-problema tal-livelli ta' qgħad ogħli fost iż-żgħażagħ;

16.  Jirrikonoxxi r-Rapport Speċjali tal-QEA dwar l-impatt tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ rigward l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u jinnota li, tliet snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ għad trid tilħaq l-aspettattivi tagħha; jinnota l-kumment tal-QEA dwar l-impossibbiltà li jintlaħqu n-NEETs kollha bl-użu biss tar-riżorsi tal-baġit tal-UE; jinnota li s-sitwazzjoni attwali ma tirriflettix l-aspettattivi ġġenerati bl-introduzzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, jiġifieri li jiġi żgurat li n-NEETs kollha jirċievu, fi żmien erba' xhur, offerta ta' taħriġ jew impjieg ta' kwalità tajba;

17.  Ifakkar fl-isfidi u fl-opportunitajiet biex in-NEETs jiġu attirati lejn is-suq tax-xogħol; jirrakkomanda li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-PES nazzjonali jwettqu sforzi addizzjonali sabiex aktar żgħażagħ inattivi jipparteċipaw fl-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u biex dawn jinżammu fis-suq tax-xogħol wara l-iskadenza tal-miżuri ta' appoġġ rilevanti;

18.  Jinnota li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha l-għan li tappoġġa n-NEETs żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena li normalment ma jirċevux appoġġ għall-impjieg jew għall-edukazzjoni; jiddispjaċih għall-fatt li l-adozzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ taffettwa l-allokazzjoni tal-impenji tal-FSE fi programmi oħrajn u jenfasizza li r-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tal-inqas għandhom jiġu akkumpanjati mill-istess ammont ta' fondi tal-FSE;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-fondi tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ/FSE disponibbli ma jissostitwixxux in-nefqa pubblika tal-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 95 u l-premessa 87 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u bi qbil mal-prinċipju ta' addizzjonalità; jenfasizza li programmi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma għandhomx jissostitwixxu l-isforzi proprji tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol;

20.  Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, bħas-servizzi pubbliċi u, fejn rilevanti, is-servizzi privati tal-impjiegi, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, dawk li jimpjegaw, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-NGOs li jaħdmu maż-żgħażagħ sabiex tintlaħaq il-popolazzjoni tan-NEETs kollha; iħeġġeġ integrazzjoni aktar qawwija tal-partijiet interessati permezz ta' approċċ ta' sħubija fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jitlob kooperazzjoni msaħħa bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-intraprendituri biex jiġi indirizzat in-nuqqas tat-tlaqqigħ tal-ħiliet; itenni l-idea li approċċ ta' sħubija jiġi mmirat biex jilħaq aħjar il-popolazzjoni fil-mira u jiżgura l-provvista ta' offerti ta' kwalità;

21.  Ifakkar li, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), Garanzija għaż-Żgħażagħ effiċjenti tirrikjedi finanzjament annwali ta' madwar EUR 45 biljun għall-UE 28; iqis xieraq li dan il-finanzjament jiġi kkunsidrat bħala investiment, fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti li se jipproduċi, f'każ li jkun effikaċi, fl-ispejjeż relatati mal-impjieg taż-żgħażagħ;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi partizzjoni tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li kull Stat Membru jeħtieġ li jagħmel sabiex jimplimenta l-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'effikaċja, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-estimi tal-ILO;

23.  Jinnota li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kien kaġun tal-ħatra tardiva tal-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti, u jqis li dan hu nuqqas tal-bażi ġuridika tal-Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ li xekklet l-isforzi inizjali għal implimentazzjoni mħaffa permezz ta' finanzjament antiċipat;

24.  Jemmen li hemm bżonn li tiġi ffaċilitata d-diversità u l-aċċessibbiltà tal-finanzjament u li l-fokus għandu jkun fuq l-effikaċja tal-infiq, filwaqt li jiġu implimentati riformi ulterjuri fl-oqsma tal-politika u s-servizzi;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mfassla miżuri apposta għall-ħtiġijiet tal-kuntest lokali sabiex jiżdied l-impatt tagħhom, pereżempju permezz ta' involviment aktar mill-qrib tar-rappreżentanti lokali ta' min, jimpjega, il-fornituri tat-taħriġ lokali u l-awtoritajiet lokali; jappella għal diversifikazzjoni tal-kanali ta' finanzjament li jinvolvu l-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex jintlaħqu aħjar in-NEETs kollha;

26.  Ifakkar li, fil-qafas tal-QFP attwali, ikun xieraq li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiġi ffinanzjata b'approprjazzjonijiet ġodda, u mhux minn riallokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti; jistenna impenn politiku ambizzjuż fil-QFP li jmiss;

27.  Huwa tal-fehma li biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tiffunzjona tajjeb, anke l-PES lokali għandhom ukoll jiffunzjonaw tajjeb;

28.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' għarfien u kapaċità speċifika fl-Istati Membri fi ħdan il-PES, sabiex jingħata appoġġ lil dawk in-nies li ma jirnexxilhomx isibu impjieg fi żmien erba' xhur wara li jispiċċaw qiegħda jew wara li jħallu l-edukazzjoni formali; iħeġġeġ parteċipazzjoni akbar tal-assoċjazzjonijiet kummerċjali u industrijali fl-implimentazzjoni tal-programm;

29.  Jiddeplora l-fatt li l-parti l-kbira tan-NEETs fl-UE għad ma għandhomx aċċess għal kwalunkwe skema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, inter alia, għaliex dawn ġeneralment mhumiex reġistrati mal-PES; jitlob lill-Kunsill iqis li jkompli l-iskambju ta' tagħlim man-netwerk eżistenti tal-PES, bil-għan li jiġu żviluppati strateġiji bbażati fuq l-aħjar prattiki sabiex jintlaħqu jiġu appoġġati ż-żgħażagħ NEETs;

30.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex tiżdied il-kopertura u l-effikaċja tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ;

31.  Jenfasizza li l-iżvilupp ta' one-stop-shops għandu jiġi appoġġat sabiex tingħata spinta lill-impatt pożittiv tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jiġi żgurat li s-servizzi u l-gwida kollha jkunu disponibbli għaż-żgħażagħ f'post wieħed;

32.  Jinnota li n-nuqqas ta' viżibbiltà tal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ jaf jagħmilha diffiċli li jintlaħqu ż-żgħażagħ kollha; jirrakkomanda li tiżdied il-possibbiltà li jiġu ffinanzjati l-kampanji lokali organizzati b'mod konġunt mas-sieħba soċjali lokali kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u li jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta' pjattaformi għaż-żgħażagħ biex jirreġistraw fl-iskema; jirrakkomanda li l-informazzjoni relatata mal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tkun aċċessibbli u faċli biex tinftiehem minn kulħadd;

33.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li dak li qed joffru jkun ta' kwalità tajba; jisħaq, pereżempju, fuq il-fatt li l-proposti magħmula għandhom jaqblu mal-profili tal-parteċipanti u jissodisfaw id-domanda tal-impjiegi sabiex jippermettu l-integrazzjoni sostenibbli u potenzjalment fit-tul fis-suq tax-xogħol innifsu;

34.  Jinnota b'dispjaċir li bosta Stati Membri għadhom ma stabbilixxewx definizzjoni għal "offerta ta' kwalità"; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) tal-Unjoni Ewropea, sabiex jużaw in-netwerks eżistenti biex jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' karatteristiċi maqbula b'mod komuni ta' dan il-kunċett, billi jikkunsidraw il-Qafas Ewropew ta' Kwalità għall-Apprendistati, id-dikjarazzjoni konġunta tas-sħab soċjali Ewropej bit-titlu "Lejn Viżjoni Komuni għall-Apprendistati" u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-impjieg prekarju; iħeġġeġ, barra minn hekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, biex jiżguraw li dawn il-karatteristiċi jissejsu fuq offerta li taqbel mal-livell tal-kwalifiki, il-profil u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-parteċipanti, u dan joffri opportunitajiet għal xogħol li jippermettulhom li jaqilgħu introjtu li jiggarantixxi l-għajxien, sabiex igawdu minn protezzjonijiet soċjali u biex jiġu offruti prospettivi għall-iżvilupp, li jwassluhom għal tkabbir sostenibbli, u għal integrazzjoni mqabbla tajjeb fis-suq tax-xogħol; jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-QEA fir-rapport speċjali tagħha Nru 5/2017 li tgħid li għandha tingħata aktar attenzjoni sabiex titjieb il-kwalità tal-offerti;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mal-Kumitat EMCO, tipproponi standards għal kriterji tal-kwalità għal offerti prospettivi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi definit qafas ta' kwalità bi standards ta' kwalità għal tali offerti;

36.  Jinnota li sabiex jinkiseb il-għan li tkun żgurata offerta ta' kwalità u impjieg kontinwu għaż-żgħażagħ kollha fl-età ta' 24 sena jew iżgħar, hemm bżonn ta' numru konsiderevoli ta' aktar riżorsi fil-livell uman, tekniku u finanzjarju; jilqa' l-fatt li bosta Stati Membri żiedu l-età massima ta' eliġibbiltà għaż-żgħażagħ riċevituri ta' appoġġ mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ għal 30 sena;

37.  Jippromwovi li jkun żgurat li ż-żgħażagħ koperti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ ikomplu jikkontribwixxu u jkollhom aċċess għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u tax-xogħol li huma fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom, biex b'hekk tissaħħaħ ir-responsabbiltà kondiviża ta' dawk kollha involuti u b'mod partikolari taż-żgħażagħ u ta' dawk li jimpjegaw;

38.  Jenfasizza li l-miżuri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ x'aktarx ikunu aktar effiċjenti u kosteffikaċi meta ż-żgħażagħ jiġu megħjuna jidħlu fis-suq tax-xogħol b'mod li jkunu jistgħu jingħataw opportunitajiet ta' impjieg sostenibbli u progressjoni salarjali;

39.  Jenfasizza li n-NEETs huma grupp eteroġenju u varjat u li l-iskemi jkunu aktar effiċjenti u kosteffikaċi meta jiġu ffokati biex jindirizzaw l-isfidi identifikati; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu stabbiliti strateġiji komprensivi b'objettivi ċari bl-għan li jintlaħqu l-kategoriji kollha ta' NEETs; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet magħmula apposta b'kunsiderazzjoni tal-kuntest lokali u reġjonali, pereżempju billi tiġi żgurata l-parteċipazzjoni mill-qrib tar-rappreżentanti lokali ta' dawk li jimpjegaw, il-fornituri ta' taħriġ lokali u l-awtoritajiet lokali; jistieden lill-Istati Membri jfasslu perkorsi individwali għal kull kandidat, filwaqt li jagħtu lill-PES nazzjonali l-flessibbiltà li jeħtieġu sabiex jadattaw il-mudelli tal-profili;

40.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġiji ta' komunikazzjoni xierqa u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jidentifikaw il-popolazzjoni tan-NEETs, speċjalment NEETs inattivi li mhumiex koperti mis-sistemi eżistenti, bil-għan dawn jiġu reġistrati u li s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ li jitilqu l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tiġi monitorjata f'intervalli speċifiċi (wara sitt xhur, 12-il xahar u 18-il xahar) sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa għal soluzzjonijiet magħmula apposta għal grupp varjat ta' żgħażagħ u biex dawk mhux reġistrati jiġu kkunsidrati bħala grupp destinatarju ewlieni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-fondi tal-FSE disponibbli ma jissostitwixxux in-nefqa pubblika u jinnota li tkabbir ekonomiku suffiċjenti huwa prerekwiżit għall-integrazzjoni effikaċi tan-NEETs fis-suq tax-xogħol;

41.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jivvalutaw kwalunkwe nuqqas u jwettqu analiżijiet tas-suq qabel l-introduzzjoni tas-sistemi previsti taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u b'hekk jevitaw korsijiet ta' taħriġ bla valur u l-isfruttament ta' trainees fuq traineeships li ma jwasslu mkien;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkunsidraw inizjattivi tranżizzjonali proattivi, bħall-orjentament vokazzjonali, gwida dwar il-karrieri u informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, kif ukoll servizzi ta' appoġġ fl-iskejjel u servizzi dwar il-karrieri fl-universitajiet sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol u biex jingħataw ħiliet ta' tranżizzjoni u ta' ġestjoni tal-karriera;

43.  Jinnota li n-nuqqas ta' viżibbiltà tal-iskema jaf jagħmilha diffiċli li jintlaħqu ż-żgħażagħ kollha; jirrakkomanda li tittieħed azzjoni biex tittejjeb il-possibbiltà li jiġu ffinanzjati kampanji lokali organizzati mas-sħab lokali rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u biex jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta' pjattaformi għaż-żgħażagħ biex jirreġistraw fl-iskema; jirrakkomanda li l-informazzjoni relatata mal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tkun aċċessibbli u tinftiehem faċilment minn kulħadd;

44.  Jinnota l-isfida persistenti ta' nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet li jissodisfaw id-domandi tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tal-Kumitat EMCO, tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti fihom sabiex jindirizza din il-kwistjoni;

45.  Huwa tal-fehma li l-problemi relatati man-nuqqas tat-tlaqqigħ tal-ħiliet jista' jissolva billi jiġu identifikati aħjar il-kompetenzi tal-individwi u billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-sistemi nazzjonali ta' taħriġ; jenfasizza li ż-żieda fil-mobilità taż-żgħażagħ tista' ttejjeb is-settijiet ta' ħiliet tagħhom, u, flimkien mar-rikonoxximent tal-kwalifiki, tista' tgħin biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ ġeografiku eżistenti tal-ħiliet; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, f'dan ir-rigward, jagħmlu aktar użu mill-EURES.

46.  Jenfasizza li l-ħiliet fl-ICT jistgħu joffru potenzjal kbir għall-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jinkludu miżuri effettivi għat-tisħiħ tal-ħiliet fl-ICT/ħiliet diġitali fil-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom;

47.  Jinnota li jinħtieġ approċċ aktar diversifikat u magħmul apposta fil-provvista ta' servizzi lil gruppi differenti fi ħdan il-parti żagħżugħa tal-popolazzjoni sabiex tiġi evitata għażla selettiva u għażla diskriminatorja; jappella għal divulgazzjoni aktar b'saħħitha, aktar mingħajr ostakli u dedikata biex jintlaħqu ż-żgħażagħ li qed jiffaċċjaw bosta ostakli u dawk l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tkun ikkoordinata ma' politiki oħra, bħalma huma l-politiki kontra d-diskriminazzjoni, b'mod effikaċi, u li titwessa' l-firxa ta' interventi proposti fl-offerti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

48.  Iqis li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandu jiġi indirizzat bħala prijorità sa mill-bidu nett tal-programmi operazzjonali futuri tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE);

Implimentazzjoni u monitoraġġ

49.  Jinnota li l-implimentazjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hi monitorjata permezz tas-Semestru Ewropew, ir-rieżamijiet tal-Kumitat EMCO u permezz ta' qafas ta' indikaturi speċifiku żviluppat mill-Kumitat EMCO flimkien mal-Kummissjoni; jappella lill-Kunsill jappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu r-rapportar tad-data;

50.  Jinnota li nuqqas ta' informazzjoni dwar l-ispiża potenzjali tal-implimentazzjoni ta' skema fi Stat Membru jista' jirriżulta f'finanzjament inadegwat biex tiġi implimentata l-iskema u biex jintlaħqu l-objettivi tagħha; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ħarsa ġenerali tal-ispejjeż ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ kif rakkomandat fir-rapport speċjali tal-QEA Nru 5/2017;

51.  Jissottolinja l-fatt li l-allokazzjoni tar-riżorsi meħtieġa u l-valutazzjoni tal-finanzjament globali huma parti importanti mill-implimentazzjoni b'suċċess tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-evalwazzjoni tal-finanzjament globali tista' tiġi mxekkla minn diffikultajiet biex issir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' miżuri mmirati lejn iż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni iktar preċiża dwar il-kosteffikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u dwar kif l-implimentazzjoni tal-programm tiġi mmonitorjata fl-Istati Membri u biex tipprovdi rappurtar annwali komprensiv dwar dan;

53.  Jenfasizza li huma bżonn ta' mekkaniżmi effikaċi biex jiġu diskussi u riżolti diffikultajiet esperjenzati waqt l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa għal impenn politiku u finanzjarju qawwi, iżda li jkun realistiku u li jista' jintlaħaq, mill-Istati Membri sabiex jiġi implimentat l-għan tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod sħiħ, inkluż billi jiġu żgurati mekkaniżmi ta' intervent bikri, il-kwalità tal-impjiegi, offerti ulterjuri ta' edukazzjoni u taħriġ, kriterji ta' eliġibbiltà ċari u bil-bini ta' sħubijiet mal-partijiet interessati rilevanti; jisħaq li dan għandu jsir billi tiġi żgurata il-komunikazzjoni effikaċi, it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fejn meħtieġ, il-kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet lokali, l-iffaċilitar tat-tisħiħ tal-ħiliet u l-istabbiliment ta' strutturi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa matul u wara l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri;

54.  Jitlob li jkun hemm sorveljanza multilaterali effikaċi ta' konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ fi ħdan is-Semestru Ewropew u biex jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fejn meħtieġ;

55.  Itenni l-impenn tiegħu għall-monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet kollha tal-Istati Membri sabiex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ issir realtà u jistieden lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ iżommu lill-Parlament aġġornat dwar l-analiżi tagħhom tal-azzjoni tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvolvu lill-partijiet interessati taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika; ifakkar li l-involviment ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-komunikazzjoni, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali għas-suċċess tagħha;

56.  Jinnota l-eżistenza ta' xi dewmien fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri, prinċipalment għal raġunijiet strutturali u proċedurali; jesprimi tħassib dwar il-livell ta' użu mill-Istati Membri tal-prefinanzjament minn allokat għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jinsisti, għalhekk, li għandhom jittieħdu azzjonijiet urġenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jużaw, kemm b'mod sħiħ u f'waqtu, ir-riżorsi disponibbli għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jieħdu impenji finanzjarji addizzjonali fil-baġits nazzjonali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi strutturali;

57.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-Istati Membri biex jiġu identifikati u distribwiti prattiki tajba fil-monitoraġġ u r-rappurtar ibbażati fuq is-sistemi eżistenti fost l-Istati Membri; ifakkar lill-Kummissjoni li l-komparabbiltà tad-data tibqa' fundamentali għal dawn il-finijiet;

58.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tidentifika u xxerred prattiki ta' monitoraġġ u rapportar tajba, biex b'hekk ir-riżultati mill-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu kkomunikati b'mod konsistenti u affidabbli, u valutati mingħajr xkiel, inkluż fir-rigward tal-kwalità; b'mod partikolari, jinħtieġ li tiġi pprovduta statistika ta' kwalità regolari li tippermetti lill-Istati Membri jfasslu politiki dwar iż-żgħażagħ aktar realistiċi u effikaċi, inkluż permezz tal-monitoraġġ tal-parteċipanti li jħallu lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, dan sabiex in-numru ta' parteċipanti li jitilqu mill-programm u li ma jgawdux minnu f'livell minimu;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mod li bih l-Istati Membri jimplimentaw skemi approvati fl-ambitu tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ trasparenti, komprensiva u b'data miftuħa li tkopri l-kosteffikaċja u r-riformi strutturali u l-miżuri iffokati fuq l-individwi;

60.  Jissuġġerixxi analiżi ex-ante f'kull Stat Membru biex jiġu stabbiliti objettivi miri u skedi ta' żmien konkreti skont ir-riżultati mistennija mill-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u jissuġġerixxi li jiġi evitat il-finanzjament doppju;

61.  Iħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki permezz tal-Kumitat EMCO u l-Kumitat tal-Programm ta' Tagħlim Reċiproku skont l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi; jinnota, f'dan ir-rigward, l-importanza tat-tagħlim reċiproku mmirat lejn l-attivazzjoni tal-gruppi l-aktar vulnerabbli;

62.  Jinsab imħasseb li d-data dwar il-benefiċjarji, ir-realizzazzjonijiet u r-riżultati tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hi skarsa u spiss hi inkonsistenti; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ anqas burokratiċi u aktar aġġornati għall-bqija tal-finanzjament tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

63.  Jitlob li jkun hemm enfasi fuq ir-riżultati miksuba mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, permezz tad-definizzjoni ta' indikaturi konkreti fil-forma ta' riformi mwettqa fl-Istati Membri, l-għarfien u l-ħiliet miksuba mill-programm, u n-numru ta' kuntratti permanenti offruti; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-esperjenza ta' mentors fil-professjoni magħżula jitqabblu mal-ħiliet meħtieġa mill-applikanti rispettivi;

64.  Jistieden lill-Istati Membri biex ikabbru l-effikaċja tas-sistemi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar sabiex l-għanijiet tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ isiru aktar kwantifikabbli u biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' politiki ta' attivazzjoni bbażati fuq l-evidenza mmirati lejn iż-żgħażagħ, u, b'mod partikolari, biex titjieb il-kapaċità ta' segwitu tal-parteċipanti li jitilqu mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun in-numru tat-tluq mhux magħruf u biex ikun hemm data dwar is-sitwazzjonijiet attwali tal-parteċipanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-dokumenti ta' gwida tagħha dwar il-ġbir ta' data u biex l-Istati Membri jirrevedu l-linji bażi u l-miri tagħhom b'tali mod li jimminimizzaw ir-riskju ta' riżultati sopravvalutati;

65.  Jirrikonoxxi li għal xi Stati Membri, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tat spinta lit-tibdiliet fil-politika u għal koordinament aħjar fl-oqsma tal-impjiegi u l-edukazzjoni; jenfasizza l-importanza ta': l-istabbiliment ta' miri realistiċi u li jistgħu jitkejlu fil-promozzjoni ta' politiki u oqfsa bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-identifikazzjoni tal-isfidi ewlenin u għandha tittieħed azzjoni xierqa biex dawn jingħelbu u l-valutazzjoni ta' dawk l-isfidi b'kunsiderazzjoni xierqa għat-titjib tal-impjegabbiltà; jinnota li f'ċerti ċirkostanzi kien diffiċli li jiġi identifikat u valutat il-kontribut mogħti s'issa mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li l-istatistika ta' kwalità għandha tgħin lill-Istati Membri jfasslu politiki taż-żgħażagħ aktar realistiċi u effikaċi mingħajr ma jagħtu lok għal aspettattivi foloz;

66.  Jirrikonoxxi l-isforzi sinifikanti magħmula minn bosta Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; josserva madankollu, li bosta riformi għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ, partikolarment fil-ħolqien ta' sħubijiet ġodda mas-sħab soċjali u maż-żgħażagħ għad-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri fi ħdan il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u biex dawk li jiffaċċjaw ostakoli multipli jingħataw appoġġ; jikkonkludi li jinħtieġu sforzi fit-tul konsiderevoli u riżorsi finanzjarji sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

67.  Huwa tal-fehma li kwalunkwe użu ripetut tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma jridx imur kontra l-ispirtu tal-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol kif ukoll tal-għan tat-tranżizzjoni f'impjieg permanenti; jistieden lill-Kunsill jisfrutta l-analiżi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) biex jalloka riżorsi xierqa lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ż-żgħażagħ, inkluż dawk sal-età ta' 30 sena, jirċievu offerti ta' kwalità tajba konformi mal-profili u l-livell l-kwalifiki tagħhom, kif ukoll mad-domanda tas-suq tax-xogħol, sabiex jinħolqu impjiegi sostenibbli u biex jiġi evitat l-użu ripetut tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

68.  Jemmen li, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-iskemi, għandhom jiġu evalwati l-aspetti kollha inkluż il-valur għall-flus ta' dawn l-iskemi; jinnota l-estimi preċedenti pprovduti mill-ILO u mill-Eurofound, u jitlob lill-Kummissjoni tikkonferma jew taġġorna dawn il-projezzjonijiet;

69.  Jitlob li ssir valutazzjoni tal-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li għandha titwettaq f'kull Stat Membru parteċipanti sabiex jiġi evitat l-isfruttament taż-żgħażagħ minn ċerti kumpaniji li qed jużaw skemi ta' taħriġ fittizji biex jibbenefikaw minn xogħol iffinanzjat mill-istat; jipproponi, għal dan il-għan, li jsir monitoraġġ tal-prospetti tal-impjieg taż-żgħażagħ li kienu benefiċjarji tal-programm u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jeħtieġu parteċipazzjoni minn dawk li jimpjegaw, kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk privati, sabiex perċentwal minimu ta' traineeships jiġu kkonvertiti f'kuntratti ta' impjieg bħala kundizzjoni biex ikomplu jibbenefikaw mill-programm;

70.  Jinnota li, sa tmiem l-2017, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi evalwazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u jistenna li l-aġġustamenti neċessarji jiġu inkorporati malajr biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tagħha tkun suċċess; jisħaq fuq l-importanza li titkompla l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż mill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

71.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' indikaturi u miżuri li għandhom l-għan li jivvalutaw u jimmonitorjaw l-effikaċja taż-żewġ skemi pubbliċi għall-impjieg u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, peress li għalkemm sar provvediment, mill-bidu għal sistema bħal din, għad fadal ħafna nuqqasijiet;

72.  Jitlob li l-parteċipanti tal-programm jiġu debitament informati dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każ ta' abbuż ta' dan l-istrument u li għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li huma jirċievu l-protezzjoni meħtieġa, kif ippjanat;

73.  Jappella għal skrutinju, rappurtar u monitoraġġ effiċjenti u trasparenti dwar kif il-fondi allokati jintefqu fil-livelli Ewropej u nazzjonali, dan sabiex jiġu pprevenuti l-abbużi u l-ħela tar-riżorsi;

Titjib li jrid isir

74.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi ggarantit impenn fit-tul, permezz ta' programmazzjoni ambizzjuża u ta' finanzjament stabbli kemm mill-baġit tal-UE u wkoll mill-baġits nazzjonali, biex iż-żgħażagħ NEETs kollha fl-UE jingħataw aċċess sħiħ;

75.  Ifakkar fl-importanza ta' kooperazzjoni bejn il-livelli kollha ta' governanza (l-UE, l-Istati Membri u l-entitajiet lokali) u l-assistenza teknika tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni effikaċi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq u tiġi żviluppata gwida għall-karrieri tul il-ħajja ta' livell ta' kwalità għoli bil-parteċipazzjoni attiva tal-familji sabiex iż-żgħażagħ jingħataw l-għajnuna biex jagħmlu għażliet aħjar dwar l-edukazzjoni u l-karrieri professjonali tagħhom;

77.  Jinnota li fil-Komunikazzjoni tagħha ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm bżonn li titjieb l-effikaċja tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jemmen li dan għandu jinkiseb billi jkun żgurat li n-NEETs jiġu integrati b'mod sostenibbli fis-suq tax-xogħol u bit-tfassil ta' objettivi li jirriflettu d-diversità tal-għamla tan-NEETs, b'interventi speċifiċi, u loġiċi għal kull wieħed mis-sottogruppi fil-mira; jinnota li l-użu addizzjonali ta' programmi oħra tal-FSE biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-integrazzjoni tan-NEETs jistgħu jtejbu l-effiċjenza;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimmaniġġjaw l-aspettattivi billi jistabbilixxu għanijiet u miri realistiċi u li jistgħu jinkisbu, biex jivvalutaw id-differenzi, janalizzaw is-suq qabel l-implimentazzjoni tal-iskemi, biex jtejbu s-sistemi ta' superviżjoni u ta' notifika, u biex jtejbu l-kwalità tad-data sabiex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu mkejla b'mod effettiv;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta' finanzjament suffiċjenti sabiex jiżguraw l-integrazzjoni b'suċċess tal-ħaddiema żgħażagħ kollha li huma qiegħda jew li m'għandhomx aċċess għal taħriġ jew għal offerta edukattiva adegwata; jenfasizza li sabiex jiġu żgurati riżultati sostenibbli, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ jinħtieġ li tibni fuq l-evidenza u l-esperjenzi eżistenti u li titkompla fit-tul; jenfasizza l-fatt li dan jirrikjedi żieda fil-fondi pubbliċi disponibbli għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri;

80.  Jappella lill-Istati Membri biex jivvalutaw kif xieraq l-ispejjeż tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom, biex jimmaniġġjaw l-aspettattivi billi jistabbilixxu objettivi u miri realistiċi u li jistgħu jintlaħqu, biex jallokaw riżorsi addizzjonali mill-baġits nazzjonali tagħhom u biex isaħħu l-finanzjament tal-PES tagħhom b'mod li jippermettilhom jissodisfaw id-doveri addizzjonali marbuta mal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

81.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-provvista ta' data ta' segwitu biex tiġi valutata s-sostenibbiltà fuq terminu twil tal-eżiti minn perspettiva ta' kwalità u ta' kwantità, u biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' politiki taż-żgħażagħ ibbażati aktar fuq l-evidenza; jitlob li jkun hemm trasparenza u konsistenza akbar fil-ġbir ta' data, inkluż ġbir ta' data diżaggregata fir-rigward tas-sessi, fl-Istati Membri kollha; jinnota bi tħassib li s-sostenibbiltà tal-"ħruġ pożittiv" fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ sejra lura(9);

82.  Jappella lill-Kummissjoni twettaq analiżi dettaljata tal-effetti tal-miżuri implimentati fl-Istati Membri, biex tindividwa s-soluzzjonijiet l-aktar effiċjenti u, abbażi ta' dawn, tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jistgħu jiksbu l-aħjar riżultati bi grad ogħla ta' effiċjenza;

o
o   o

83.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

(1) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(3) ĠU L 126, 21.5.2015, p. 1.
(4) Miżuri oħra kienu jinkludu, l-inizjattiva "Żgħażagħ Attivi", imnedija f'Settembru 2010, l-"Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ", imndija f'Diċembru 2011 u l-"-Gruppi ta' Azzjoni taż-Żgħażagħ" imnedija f'Jannar 2012.
(5) Is-sitwazzjoni f'Marzu 2017: http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/8002525/3-02052017-AP-MT.pdf/94b69232-83a9-4011-8c85-1d4311215619
(6) L-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (Eurofound 2015).
(7) NEETs – Żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ: Karatteristiċi, spejjeż u risponsi politiċi fl-Ewropa (Eurofound 2012).
(8) White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, p. 13.
(9) Paragrafu 164 tar-Rapport Speċjali tal-QEA Nru 5/2017.


Atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***II
PDF 328kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI biex id-definizzjoni ta' droga tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (10537/1/2017 – C8-0325/2017 – 2013/0304(COD))
P8_TA(2017)0391A8-0317/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10537/1/2017 – C8-0325/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0618),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69(f)(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0317/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 52.
(2) Test adottat, 17.4.2014, P7_TA(2014)0454.


Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE ***I
PDF 1251kWORD 180k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 (COM(2016)0157 – C8-0123/2016 – 2016/0084(COD))(1)
P8_TA(2017)0392A8-0270/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti ta' nutriment għall-pjanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009
(Din l-emenda minn "prodotti fertilizzanti" għal "prodotti ta' nutriment għall-pjanti" tapplika għat-test kollu. Jekk jiġi miftiehem mill-koleġiżlaturi, il-bidliet korrispondenti se japplikaw fit-test kollu, inklużi dawk il-partijiet riflessi fl-emendi ta’ hawn taħt.)
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-kundizzjonijiet sabiex il-fertilizzanti jsiru disponibbli fis-suq intern ġew parzjalment armonizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, li jkopri kważi esklussivament il-fertilizzanti miksubin mill-minjieri jew minn materjali inorganiċi prodotti b'mezzi kimiċi. Jeżisti wkoll il-bżonn li jintużaw materjali rriċiklati jew organiċi biex jintużaw bħala fertilizzanti. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għall-fertilizzanti prodotti minn materjali rriċiklati jew organiċi biex isiru disponibbli fis-suq intern kollu sabiex ikun hemm inċentiv importanti għall-użu ulterjuri tagħhom. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-armonizzazzjoni għandu, għaldaqstant, jiġi estiż sabiex jiġu inklużi materjali rriċiklati u organiċi.
(1)  Il-kundizzjonijiet sabiex il-fertilizzanti jsiru disponibbli fis-suq intern ġew parzjalment armonizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, li jkopri kważi esklussivament il-fertilizzanti miksubin mill-minjieri jew minn materjali minerali prodotti b'mezzi kimiċi. Jeżisti wkoll il-bżonn li jintużaw materjali rriċiklati jew organiċi biex jintużaw bħala fertilizzanti. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għall-fertilizzanti prodotti minn materjali rriċiklati jew organiċi biex isiru disponibbli fis-suq intern kollu sabiex ikun hemm inċentiv importanti għall-użu ulterjuri tagħhom. Il-promozzjoni ta' aktar użu ta' nutrijenti riċiklati tkun tkompli tgħin fl-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari u tippermetti użu ġenerali tan-nutrijenti aktar effiċjenti mil-lat tar-riżorsi, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tal-UE min-nutrijenti minn pajjiżi terzi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-armonizzazzjoni għandu, għaldaqstant, jiġi estiż sabiex jiġu inklużi materjali rriċiklati u organiċi.
_________________
_________________
15 Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003. p. 1).
15 Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).
(Din l-emenda tkopri wkoll emenda teknika orizzontali dwar it-terminu “inorganiku”, li jinbidel f' “minerali”; l-adozzjoni tagħha se tirrikjedi t-tibdil korrispondenti ta' dan it-terminu fit-test kollu kemm hu u, konsegwentement, fl-emendi adottati.)
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdid)
(2a)  In-nutrijenti fl-ikel joriġinaw mill-ħamrija; ħamrija fi stat tajjeb ta' saħħa u rikk fin-nutrijenti twssal għal għelejjel u ikel tajjeb għas-saħħa u nutrijenti. Il-bdiewa jeħtieġu firxa wiesgħa ta' fertilizzanti, kemm organiċi kif ukoll sintetiċi għad-dispożizzjoni tagħhom, bl-għan li jtejbu l-ħamrija tagħhom. Ħamrija mingħajr jew bi ftit nutrijenti tikkawża nuqqas ta' nutrijenti fil-pjanti u b'hekk jieqfu jikbru jew ma jkunx fihom valur nutrizzjonali għall-konsum mill-bniedem.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdid)
(5a)   Biex jiġi żgurat l-użu effettiv ta' demel tal-annimali u kompost fuq l-azjenda agrikola, il-bdiewa jenħtieġ li jużaw dawk il-prodotti li jsegwu l-ispirtu ta' "agrikoltura responsabbli", filwaqt li jiffavorixxu l-mezzi ta' distribuzzjoni lokali, prattika agronomika u ambjentali tajba u f'konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, bħad-Direttiva dwar in-Nitrati jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Jenħtieġ li jkun inkoraġġit l-użu preferenzjali tal-fertilizzanti prodotti fuq il-post u f'impriżi agrikoli ġirien.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdid)
(6a)  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu aktar minn funzjoni waħda minn dawk deskritti fil-kategoriji funzjonali tal-prodott ta' dan ir-Regolament. Meta ssir dikjarazzjoni fir-rigward ta' waħda biss minn dawk il-funzjonijiet, jenħtieġ li jkun biżżejjed li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija funzjonali tal-prodott li tiddeskrivi dik il-funzjoni dikjarata. Għall-kuntrarju, meta ssir dikjarazzjoni fir-rigward ta' aktar minn waħda minn dawk il-funzjonijiet, jenħtieġ li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jitqies bħala kombinazzjoni ta' żewġ prodotti fertilizzanti komponenti jew aktar, u jenħtieġ li tkun rikjesta l-konformità għal kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti fir-rigward tal-funzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun hemm kategorija funzjonali speċifika tal-prodott sabiex tkopri tali kombinazzjonijiet.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdid)
(6b)  Manifattur li juża prodott fertilizzanti bit-tikketta CE wieħed jew aktar li diġà kienu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità, imwettqa minn dak il-manifattur jew manifattur ieħor, jista' jagħżel li joqgħod fuq dik il-valutazzjoni tal-konformità. Bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għal livell minimu, jenħtieġ li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jirriżulta jitqies ukoll bħala kombinazzjoni ta' żewġ prodotti fertilizzanti komponenti jew aktar, u r-rekwiżiti ta' konformità addizzjonali għall-kombinazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu għall-aspetti ġġustifikati mit-taħlita.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Kontaminanti fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, bħall-kadmju, jistgħu potenzjalment jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent, billi dawn jakkumulaw fl-ambjent u jidħlu fil-katina alimentari. Il-kontenut tagħhom fi prodotti bħal dawn għandu għalhekk ikun limitat. Barra minn hekk, l-impuritajiet fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jirriżultaw mill-bijoskart, partikolarment il-polimeri, iżda wkoll il-metall u l-ħġieġ, jenħtieġ li jiġu evitati jew limitati sakemm dan ikun teknikament fattibbli permezz tad-ditezzjoni ta' impuritajiet bħal dawn fil-bijoskart li jinġabar b'mod separat qabel l-ipproċessar.
(8)  Kontaminanti fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, bħall-kadmju, jekk ma jintużawx b'mod korrett, jistgħu potenzjalment jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent, billi dawn jakkumulaw fl-ambjent u jidħlu fil-katina alimentari. Il-kontenut tagħhom fi prodotti bħal dawn għandu għalhekk ikun limitat. Barra minn hekk, l-impuritajiet fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jirriżultaw mill-bijoskart, partikolarment il-polimeri, iżda wkoll il-metall u l-ħġieġ, jenħtieġ li jiġu evitati jew limitati sakemm dan ikun teknikament fattibbli permezz tad-ditezzjoni ta' impuritajiet bħal dawn fil-bijoskart li jinġabar b'mod separat qabel l-ipproċessar.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdid)
(8a)  L-Istati Membri li diġà għandhom valuri ta' limitu nazzjonali aktar rigorużi għall-kadmju fil-fertilizzanti jenħtieġ li jitħallew iżommu dawk il-valuri ta' limitu, sakemm il-bqija tal-Unjoni tilħaq livell ta' ambizzjoni ekwivalenti.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-fosfat mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, jeħtieġ li jingħataw biżżejjed inċentivi għall-iżvilupp ta' teknoloġiji rilevanti, partikolarment dekadmjazzjoni tat-teknoloġija, u għall-ġestjoni ta' skart perikoluż li fih ħafna kadmju permezz tar-riżorsi finanzjarji disponibbli fl-ambitu ta' Orizzont 2020, il-programmi LIFE, il-Pjattaforma ta' Appoġġ tal-Finanzi tal-Ekonomija Ċirkolari, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u strumenti finanzjarji oħra fejn ikun rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-inċentivi u l-finanzjament mill-UE previst għad-dekadmjazzjoni.
Emenda 395
Proposta għal regolament
Premessa 8c (ġdida)
(8c)  Minn [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni jenħtieġ tistabbilixxi mekkaniżmu li jiffaċilita aktar l-aċċess għal finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji tad-dekadmjazzjoni u l-implimentazzjoni fil-proċess ta' produzzjoni għall-fertilizzanti fostfati kollha fl-Unjoni, u wkoll f'soluzzjonijiet possibbli ta' tneħħija tal-kadmju li huma ekonomikament vijabbli fuq skala industrijali u li jippermettu t-trattament tal-iskart iġġenerat.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallew jiċċaqilqu b'mod liberu fis-suq intern. Jekk wieħed jew aktar mill-materjali komponenti fi prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, iżda jilħaq punt fil-katina tal-manifattura li lil hinn minnu ma jibqax jippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali (il-"punt aħħari fil-katina tal-manifattura"), dan jirrappreżenta piż amministrattiv mhux neċessarju biex il-prodott jibqa' jiġi soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Fertilizzanti bħal dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jiġi emendat skont dan.
(9)  Il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitħallew jiċċaqilqu b'mod liberu fis-suq intern. Jekk wieħed jew aktar mill-materjali komponenti jkun prodott derivat fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, iżda jkun laħaq punt fil-katina tal-manifattura li lil hinn minnu ma jibqax jippreżenta riskju għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali (il-"punt aħħari fil-katina tal-manifattura"), dan jirrappreżenta piż amministrattiv mhux neċessarju biex il-prodott jibqa' jiġi soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Fertilizzanti bħal dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jiġi emendat skont dan.
_________________
_________________
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
18 Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura għandu jiġi determinat għal kull materjal komponenti rilevanti li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali f'konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament(KE) Nru 1069/2009. Meta proċess ta' manifattura ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE irregolat skont dan ir-Regolament jibda qabel jintlaħaq dak il-punt aħħari, ir-rekwiżiti tal-proċessi kemm tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif ukoll ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw b'mod kumulattiv għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, li jfisser l-applikazzjoni tar-rekwiżit iktar strett f'każ li ż-żewġ Regolamenti jirregolaw l-istess parametru.
(10)  Għal kull kategorija ta' materjal komponent li tinkludi prodotti derivati skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jenħtieġ jiġi determinat għal kull materjal komponenti rilevanti li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali f'konformità mal-proċeduri stipulati f'dak ir-Regolament. Biex jittieħed vantaġġ tal-iżviluppi tekniċi, jinħolqu aktar opportunitajiet għall-produtturi u għall-impriżi, u jiġi sfruttat il-potenzjal biex isir aktar użu min-nutrijenti minn prodotti sekondarji tal-annimali bħad-demel tal-annimali, l-istabbiliment ta' metodi ta' pproċessar u regoli ta' rkupru għall-prodotti sekondarji tal-annimali li għalihom ikun ġie determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura jenħtieġ li jibda immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Meta tikkonċerna prodotti fertilizzanti li fihom jew jikkonsistu minn demel tal-annimali pproċessati, il-kriterji għall-punti aħħarin tad-demel jenħtieġ jiġu ddefiniti. Sabiex jiġu estiżi jew miżjuda kategoriji ta' materjali komponenti biex jiġu inklużi aktar prodotti sekondarji tal-annimali, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Meta dak il-punt aħħari jintlaħaq qabel ma l-prodott fertilizzant bit-tikketta CE jitqiegħed fis-suq iżda wara li jkun beda l-proċess ta' manifattura ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE irregolat skont dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti tal-proċessi kemm tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif ukoll ta' dan ir-Regolament jenħtieġ japplikaw b'mod kumulattiv għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, li jfisser l-applikazzjoni tar-rekwiżit iktar strett f'każ li ż-żewġ Regolamenti jirregolaw l-istess parametru.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdid)
(10a)   Għall-prodotti sekondarji tal-annimali diġà użati b'mod mifrux fl-Istati Membri għall-produzzjoni tal-fertilizzanti, il-punt aħħari jenħtieġ jiġi ddeterminat mingħajr dewmien bla bżonn, u mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Meta wieħed jew aktar mill-materjali komponenti ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, iżda ma jkunx laħaq il-punt aħħari fil-katina ta' manifattura, ikun qarrieqi li jkun hemm dispożizzjonijiet għat-tikketta CE tal-prodott f'dan ir-Regolament, billi t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodott bħal dan huwa suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Għalhekk, prodotti bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(12)  It-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodott sekondarju tal-annimali jew prodott derivat li għalih ma jkun ġie ddefinit l-ebda punt aħħari ma jkunx intlaħaq fil-mument meta jsir disponibbli fis-suq, huwa soġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Għalhekk, ikun qarrieqi li jkun hemm dispożizzjonijiet għat-tikketta CE tal-prodott f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe prodott li fih jew jikkonsisti minn tali prodott sekondarju tal-annimali jew prodott derivat jenħtieġ li għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Għal ċertu skart irkuprat fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ġiet identifikata domanda tas-suq biex jintużaw bħala prodotti fertilizzanti. Barra minn hekk, ċerti rekwiżiti għall-iskart użat bħala input fl-operazzjoni ta' rkupru u għall-proċessi u t-tekniki ta' trattament, kif ukoll għall-prodotti fertilizzanti li jirriżultaw mill-operazzjoni ta' rkupru, sabiex ikun żgurat li l-użu ta' dawk il-prodotti ma jwassalx għal impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew ambjentali, b'mod ġenerali. Għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, mill-mument li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament, prodotti bħal dawn ma għandhomx jibqgħu jitqiesu bħala skart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE.
(13)  Għal ċertu skart irkuprat, bħal struvite, faħam bijoloġiku u prodotti bbażati fuq l-irmied, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, ġiet identifikata domanda tas-suq biex jintużaw bħala prodotti fertilizzanti. Barra minn hekk, ċerti rekwiżiti għall-iskart użat bħala input fl-operazzjoni ta' rkupru u għall-proċessi u t-tekniki ta' trattament, kif ukoll għall-prodotti fertilizzanti li jirriżultaw mill-operazzjoni ta' rkupru, sabiex ikun żgurat li l-użu ta' dawk il-prodotti ma jwassalx għal impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew ambjentali, b'mod ġenerali. Għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, mill-mument li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament, prodotti bħal dawn jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala skart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, u għaldaqstant jenħtieġ li jkun possibbli għall-prodotti li fihom jew huma magħmula minn tali materjali ta' skart irkuprat li jaċċedu għas-suq intern. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza tad-dritt, jittieħed vantaġġ minn żviluppi tekniċi, u jiġi stimolat aktar l-inċentiv fost il-produtturi biex jagħmlu aktar użu mill-flussi ta' skart ta' valur, l-analiżijiet xjentifiċi u l-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-proċess fil-livell tal-Unjoni għal tali prodotti jenħtieġ li jibdew immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, ta' kategoriji akbar jew addizzjonali tal-materjali komponenti eleġibbli għall-użu fil-produzzjoni ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
_________________
_________________
20 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
20 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdid)
(13a)  Ċerti prodotti industrijali sekondarji, koprodotti jew prodotti riċiklati li ġejjin minn proċessi industrijali speċifiċi attwalment jintużaw minn manifatturi bħala komponent ta' prodott fertilizzant bit-tikketta CE. Għall-komponenti ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, ir-rekwiżiti li huma relatati ma' kategoriji tal-materjal komponent jenħtieġ li jkunu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jekk ikun applikabbli, mill-mument li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament, prodotti bħal dawn jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Ċerti sustanzi u taħlitiet, li b'mod komuni jissejħu addittivi agronomiċi, itejbu r-ritmu tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' nutrijent f'fertilizzant. Is-sustanzi u t-taħlitiet li jsiru disponibbli fis-suq bl-intenzjoni li jiġu miżjuda mal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għal dak il-għan għandhom jissodisfaw ċerti kriterji ta' effikaċja bir-responsabbiltà taqa' f'idejn il-manifattur ta' dawk is-sustanzi jew it-taħlitiet, u għandhom għalhekk jitqiesu bħala prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet bħal dawn għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kriterji ta' effikaċja u sikurezza. Sustanzi u taħlitiet bħal dawn għandhom għalhekk jiġu rregolati bħala materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
(14)  Ċerti sustanzi u taħlitiet, li jissejħu addittivi agronomiċi, itejbu r-ritmu tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' nutrijent f'fertilizzant. Is-sustanzi u t-taħlitiet li jsiru disponibbli fis-suq bl-intenzjoni li jiġu miżjuda mal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għal dak il-għan għandhom jissodisfaw ċerti kriterji ta' effikaċja, sikurezza u dawk ambjentali bir-responsabbiltà taqa' f'idejn il-manifattur ta' dawk is-sustanzi jew it-taħlitiet, u għandhom għalhekk jitqiesu bħala prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ċerti kriterji ta' effikaċja, sikurezza u dawk ambjentali. Sustanzi u taħlitiet bħal dawn jenħtieġ li għalhekk jiġu rregolati bħala materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdid)
(14a)   Billi prodotti magħmula minn sustanzi u taħlitiet flimkien mal-elementi fertilizzanti huma maħsuba biex jiżdiedu mal-ħamrija u jiġu rilaxxati fl-ambjent, jenħtieġ li l-kriterji ta' konformità japplikaw għall-materjali kollha fil-prodott, b'mod partikolari meta jkunu żgħar jew jinqasmu fi frammenti żgħar li jistgħu jinxterdu fil-ħamrija kollha u fis-sistemi tal-ilma u jinġarru fl-ambjent kollu. Għalhekk, il-kriterji ta' bijodegradabbiltà u l-ittestjar tal-konformità jenħtieġ li jkunu wkoll skont kundizzjonijiet realistiċi in-vivo li jqisu rati differenzjali ta' dekompożizzjoni f'kundizzjonijiet anaerobiċi, f'ħabitats akkwatiċi jew taħt l-ilma, f'kundizzjonijiet mifqugħa bl-ilma jew f'ħamrija ffriżata.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Ċerti sustanzi, taħlitiet u mikroorganiżmi, li b'mod komuni jissejħu bijostimulanti tal-pjanti, mhumiex fil-fatt nutrijenti, iżda madankollu jistimulaw il-proċessi ta' nutrizzjoni tal-pjanti. Meta prodotti bħal dawn ikunu mmirati biss lejn it-titjib tal-użu tan-nutrijenti tal-pjanti, it-tolleranza għall-istress abijotiku jew karatteristiċi ta' kwalità tal-għelejjel, min-natura tagħhom ikunu aktar simili għall-prodotti fertilizzanti milli għal ħafna mill-kategoriji ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti. Prodotti bħal dawn għandhom għalhekk ikunu eliġibbli għat-tikketta CE skont dan ir-Regolament u jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiġi emendat skont dan.
(15)  Ċerti sustanzi, taħlitiet u mikroorganiżmi, li jissejħu bijostimulanti tal-pjanti, mhumiex fil-fatt inputs ta' nutrijenti, iżda madankollu jistimulaw il-proċessi naturali ta' nutrizzjoni tal-pjanti. Meta prodotti bħal dawn ikunu mmirati biss lejn it-titjib tal-użu tan-nutrijenti tal-pjanti, it-tolleranza għall-istress abijotiku, jew il-karatteristiċi ta' kwalità tal-għelejjel, id-degradazzjoni tal-komposti organiċi tal-ħamrija, jew iż-żieda tad-disponibbiltà ta' nutrijenti fir-riżosfera, min-natura tagħhom ikunu aktar simili għall-prodotti fertilizzanti milli għal ħafna mill-kategoriji ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti. Għalhekk, jaħdmu flimkien ma' fertilizzanti, bil-għan li jottimizzaw l-effiċjenza tagħhom u jnaqqsu d-dożi tan-nutrijenti tagħhom. Prodotti bħal dawn jenħtieġ li għalhekk ikunu eliġibbli għat-tikketta CE skont dan ir-Regolament u jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
_________________
_________________
21 Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
21 Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdid)
(15a)  Għall-mikroorganiżmi, jenħtieġ li l-kategoriji ta' materjal komponent jitwessgħu jew jiżdiedu sabiex jiggarantixxu u jsaħħu l-potenzjal innovattiv li jikkonċerna l-iżvilupp u l-iskoperta ta' prodotti ġodda ta' bijostimulant mikrobiku tal-pjanti. Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni u tinħoloq ċertezza tad-dritt għall-produtturi dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti għall-użu ta' mikroorganiżmi bħala materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, il-metodi armonizzati għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' mikroorganiżmi għandhom jiġu identifikati b'mod ċar. Il-ħidma preparatorja għad-definizzjoni ta' dawn il-metodi ta' evalwazzjoni ta' sigurtà jenħtieġ li tibda immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi, mingħajr ebda dewmien bla bżonn, ir-rekwiżiti li l-produtturi għandhom ikunu konformi magħhom meta juru s-sigurtà tal-mikroorganiżmi sabiex ikunu rreġistrati għall-użu fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Prodotti li jkollhom funzjoni waħda jew aktar, li waħda minnhom tkun koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll imfassal apposta għal prodotti bħal dawn u previst f'dak ir-Regolament. Meta prodotti bħal dawn ikollhom ukoll il-funzjoni ta' prodott fertilizzanti, ikun qarrieqi li t-tikketta CE tagħhom tiġi prevista f'dan ir-Regolament, billi t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodott ta' protezzjoni tal-pjanti jiddependi fuq awtorizzazzjoni tal-prodott valida fl-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, prodotti bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(16)  Prodotti li jkollhom funzjoni waħda jew aktar, li waħda minnhom tkun koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, huma prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Dawk il-prodotti jenħtieġ li jibqgħu taħt il-kontroll imfassal apposta għal prodotti bħal dawn u previst f'dak ir-Regolament. Meta prodotti bħal dawn ikollhom ukoll il-funzjoni jew l-azzjoni ta' prodott fertilizzanti, ikun qarrieqi li t-tikketta CE tagħhom tiġi prevista f'dan ir-Regolament, billi t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodott ta' protezzjoni tal-pjanti jiddependi fuq awtorizzazzjoni tal-prodott valida fl-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, prodotti bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni relatata ma' aspetti ta' protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent li mhumiex koperti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE22, id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE23, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/200626, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE27, ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.
(17)  Indipendentement mit-tip tal-prodott ta' nutriment għall-pjanti bit-tikketta CE, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jipprevjenix l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni relatata ma' aspetti ta' protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent li mhumiex koperti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE22, id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE23, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/200626, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE27, ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE29a, u d-Direttiva  2000/60/KE29b.
_________________
_________________
22 Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
22 Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
25 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
25 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
26 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
26 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
28 Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).
28 Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).
29 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
29 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
29a Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
29b Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdid)
(17a)   It-traċċabbiltà tal-prodotti li huma vulnerabbli għat-tniġġis organiku minn ċerti sorsi potenzjalment problematiċi (jew perċepiti bħala tali) jenħtieġ li tiġi żgurata lura għas-sors tal-materjal organiku. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumatur u biex tiġi limitata l-ħsara f'każ li sseħħ kontaminazzjoni lokali. B'riżultat ta' dan, l-impriżi li jużaw prodotti fertilizzanti li fihom materjal organiku minn dawn is-sorsi jkunu jistgħu jiġu identifikati. Dan jenħtieġ li jkun obbligatorju għall-prodotti li fihom materjal minn skart jew minn prodotti sekondarji li ma jkunux għaddew minn xi proċessar li jeqred is-sustanzi niġġiesa organiċi, patoġeni u l-materjal ġenetiku. L-għan mhuwiex biss li jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa u l-ambjent, iżda huwa wkoll li tiġi assigurata l-opinjoni pubblika u li jittieħed kont tat-tħassib tal-bdiewa fir-rigward tal-patoġeni, is-sustanzi organiċi li jniġġsu u l-materjal ġenetiku. Sabiex is-sidien tal-art jiġu protetti kontra t-tniġġis li tiegħu huma stess ma għandhomx tort, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu regoli xierqa ta' responsabbiltà.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdid)
(17b)   Il-prodotti sekondarji mhux trattati ġejjin mill-produzzjoni tal-annimali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19 a (ġdid)
(19a)   F'konformità mal-ekonomija ċirkolari, ċerti prodotti sekondarji jew koprodotti tal-industrija minn proċessi industrijali speċifiċi diġà jintużaw minn manifatturi bħala komponenti ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE. Rekwiżiti relatati ma' dawn il-kategoriji ta' materjal komponenti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Taħlita ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE differenti, li kull wieħed minnhom ikun ġie soġġett għal valutazzjoni ta' konformità pożittiva mar-rekwiżiti applikabbli għal dak il-materjal, tista' tiġi mistennija li tkun adattata biex tintuża bħala prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, suġġetta biss għal ċerti rekwiżiti addizzjonali minħabba t-taħlit. Għaldaqstant, sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mhux neċessarju, taħlitiet bħal dawn għandhom jitqiegħdu f'kategorija separata, li għaliha l-valutazzjoni ta' konformità għandha tkun limitata għar-rekwiżiti addizzjonali ġġustifikati mit-taħlit.
(20)  Kombinazzjoni ta' prodotti minn kategoriji funzjonali ta' prodott differenti, li kull wieħed minnhom ikun ġie soġġett għal valutazzjoni ta' konformità pożittiva mar-rekwiżiti applikabbli għal dak il-materjal, tista' tiġi mistennija li tkun adattata biex tintuża bħala prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, suġġetta biss għal ċerti rekwiżiti addizzjonali minħabba t-taħlita. Għaldaqstant, sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mhux neċessarju, kombinazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jitqiegħdu f'kategorija separata, li għaliha l-valutazzjoni ta' konformità jenħtieġ li tkun limitata għar-rekwiżiti addizzjonali ġġustifikati mit-taħlit.
(Din l-emenda tkopri wkoll emenda orizzontali dwar it-terminu "taħlita/taħlitiet" (fil-plural jew fis-singular) li qed jinbidel għal "kombinazzjoni/jiet" (fil-plural jew fis-singular); jekk jiġi miftiehem mill-koleġiżlaturi, il-bidliet korrispondenti se japplikaw fit-test kollu, inklużi dawk il-partijiet riflessi fl-emendi ta’ hawn taħt).
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Meta jkun qed iqiegħed prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, l-importatur għandu jindika fuq l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti ismu, l-isem ta' kummerċjalizzazzjoni rreġistrat u l-marka ta' kummerċjalizzazzjoni rreġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista' jiġi kkuntattjat, sabiex jiffaċilita s-sorveljanza tas-suq.
(25)  Meta jkun qed iqiegħed prodott bit-tikketta CE fis-suq, l-importatur jenħtieġ li jindika fuq l-imballaġġ tal-prodott ismu, l-isem ta' kummerċjalizzazzjoni rreġistrat u l-marka ta' kummerċjalizzazzjoni rreġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista' jiġi kkuntattjat, kif ukoll il-manifattur tal-pajjiż terz, sabiex jiffaċilita s-sorveljanza tas-suq.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Fejn ma jkunux ġew adottati standards armonizzati, jew ma jagħmlux dan f'biżżejjed dettall li jkopri l-elementi kollha tar-rekwiżiti tal-kwalità u tas-sikurezza stipulati f'dan ir-Regolament, jista' jkun li jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni għalhekk għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw dawk il-kundizzjonijiet fi speċifikazzjonijiet komuni. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li l-prodotti fertilizzati bit-tikketta CE jridu jkunu konformi ma' speċifikazzjonijiet bħal dawn ukoll jekk huma kkunsidrati li jkunu konformi mal-istandards armonizzati.
(31)  Fejn ma jkunux ġew adottati standards armonizzati, jew ma jagħmlux dan f'biżżejjed dettall li jkopri l-elementi kollha tar-rekwiżiti tal-kwalità u tas-sikurezza stipulati f'dan ir-Regolament, u fejn ikun hemm dewmien bla bżonn fil-proċess tal-adozzjoni jew l-aġġornament tal-istandards biex jiġu riflessi dawk ir-rekwiżiti, miżuri intermedji jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni għalhekk ikollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw dawk il-kundizzjonijiet fi speċifikazzjonijiet komuni. Għal raġunijiet ta' ċertezza legalitad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-prodotti fertilizzati bit-tikketta CE jridu jkunu konformi ma' speċifikazzjonijiet bħal dawn ukoll jekk huma kkunsidrati li jkunu konformi mal-istandards armonizzati.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma effettivi b'mod suffiċjenti u ma jippreżentawx riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent meta jinħażnu kif suppost u użati għall-użu intenzjonat tagħhom, u taħt kundizzjonijiet ta' użu li jistgħu jitbassru b'mod raġonevoli, jiġifieri meta użu bħal dan jista' jirriżulta minn aġir uman legali u li jitbassar faċilment. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għas-sikurezza u l-kwalità, kif ukoll mekkaniżmi xierqa ta' kontroll. Barra minn hekk, l-użu intenzjonat ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn l-ikel jew l-għalf ma jibqgħux sikuri.
(47)  Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jenħtieġ li jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma effettivi b'mod suffiċjenti u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent meta jinħażnu kif suppost u użati għall-użu intenzjonat tagħhom, u taħt kundizzjonijiet ta' użu li jistgħu jitbassru b'mod raġonevoli, jiġifieri meta użu bħal dan jista' jirriżulta minn aġir uman legali u li jitbassar faċilment. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għas-sikurezza u l-kwalità, kif ukoll mekkaniżmi xierqa ta' kontroll. Barra minn hekk, l-użu intenzjonat ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jenħtieġ li ma jwassalx għal sitwazzjoni fejn l-ikel jew l-għalf ma jibqgħux sikuri.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  Is-sistema eżistenti għandha tiġi ssupplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu infurmati b'miżuri maħsubin li jittieħdu fir-rigward ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent. Din għandha tippermetti wkoll li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, f'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' prodotti fertilizzanti bħal dawn.
(49)  Jenħtieġ li s-sistema eżistenti tiġi ssupplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati kollha, inklużi partijiet ikkonċernati mis-saħħa u l-konsumaturi, jiġu infurmati b'miżuri maħsubin li jittieħdu fir-rigward ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent. Din jenħtieġ li tippermetti wkoll li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, f'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' prodotti fertilizzanti bħal dawn.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 55
(55)  Qed isir progress tekniku promettenti fil-qasam tar-riċiklaġġ tal-iskart, bħar-riċiklaġġ tal-fosforu mill-ħama tad-dranaġġ u l-produzzjoni tal-prodotti fertilizzanti minn prodotti sekondarji mill-annimali, bħall-faħam bijoloġiku. Għandu jkun possibbli li prodotti li jkun fihom jew li jkunu magħmulin minn materjali bħal dawn ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq intern mingħajr dewmien mhux neċessarju, meta l-proċessi ta' manifattura jkunu ġew analizzati xjentifikament u r-rekwiżiti tal-proċess ikunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Għal dik il-fini, is-setgħa li l-atti jiġu adattati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' definizzjoni ta' kategoriji akbar jew addizzjonali ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jew materjali komponenti eliġibbli għall-użu fil-produzzjoni ta' prodotti bħal dawn. Għall-prodotti sekondarji mill-annimali, il-kategoriji ta' komponenti materjali għandhom jitwessgħu jew jiżdiedu biss sakemm jiġi determinat punt aħħari fil-katina ta' manifattura f'konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għaliex prodotti sekondarji mill-annimali li għalihom ma jkunx ġie determinat punt aħħari bħal dan, fi kwalunkwe każ, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(55)  Qed isir progress tekniku promettenti fil-qasam tar-riċiklaġġ tal-iskart, bħar-riċiklaġġ tal-fosforu mill-ħama tad-dranaġġ, bħall-istruvite, il-produzzjoni tal-prodotti fertilizzanti minn prodotti sekondarji mill-annimali, bħall-faħam bijoloġiku, u l-irkupru tal-fosforu wara l-inċinerazzjoni, bħall-prodotti bbażati fuq l-irmied. Jenħtieġ li jkun possibbli li prodotti li jkun fihom jew li jkunu magħmulin minn materjali bħal dawn ikunu jistgħu jaċċedu għas-suq intern mingħajr dewmien mhux neċessarju, meta l-proċessi ta' manifattura jkunu ġew analizzati xjentifikament u r-rekwiżiti tal-proċess ikunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Għal dik il-fini, jenħtieġ li s-setgħa li l-atti jiġu adattati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-eleġibbiltà ta' materjali bħal dawn għall-użu fil-produzzjoni. Għall-prodotti dderivati minn prodotti sekondarji mill-annimali, il-kategoriji ta' komponenti materjali jenħtieġ li jitwessgħu jew jiżdiedu biss sakemm jiġi determinat punt aħħari fil-katina ta' manifattura f'konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 55a (ġdid)
(55a)  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih polimeri differenti minn polimeri nutrijenti, madankollu dan jenħtieġ li jiġi limitat għal każijiet fejn l-iskop tal-polimeru huwa li jikkontrolla r-rilaxx ta' nutrijenti jew iżid il-kapaċitajiet ta' żamma tal-ilma tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE. Jenħtieġ li jkun possibbli għal prodotti innovattivi li fihom tali polimeri li jkollhom aċċess għas-suq intern. Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-sikurezza jew għall-ambjent li jistgħu jiġu kkawżati minn polimeri oħrajn minbarra polimeri nutrijenti, il-kriterji għal bijodegradazzjoni tagħhom sabiex ikunu kapaċi jgħaddu minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika jenħtieġ li jiġu stabbiliti. Għal dik il-fini, is-setgħa li l-atti jiġu adattati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-kriterji tal-konverżjoni ta' karbonju polimeriku għal diossidu tal-karbonju (CO2) u metodu ta' ttestjar rispettiv għall-bijodegradazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 56
(56)  Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li jkun hemm reazzjoni immedjata għal sejbiet ġodda fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE biex ikunu effettivi b'mod suffiċjenti u għal valutazzjonijiet tar-riskju ġodda fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, tas-sikurezza jew tal-ambjent. Għal dik il-fini, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti applikabbli għal diversi kategoriji ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
(56)  Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun hemm reazzjoni immedjata għal sejbiet ġodda fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE biex ikunu effettivi b'mod suffiċjenti u għal valutazzjonijiet tar-riskju ġodda fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, tas-sikurezza jew tal-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-valutazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet jew f'kooperazzjoni magħhom fl-Istati Membri. Għal dik il-fini, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti applikabbli għal diversi kategoriji ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 57
(57)  Fl-eżerċitar ta' dawk is-setgħat, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adattata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(57)  Meta tadotta atti delegati previsti f'dan ir-Regolament, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 59a (ġdid)
(59a)  Minħabba l-livell għoli ta' dipendenza mill-importazzjonijiet ta' blat fosfatiku fl-Unjoni, il-Kummissjoni kklassifikat tali materja bħala materja prima kritika. Huwa għaldaqstant neċessarju li jsir monitoraġġ tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-aċċess għall-provvisti tal-materja prima b'mod ġenerali, fuq id-disponibbiltà tal-blat fosfatiku b'mod partikolari u, fiż-żewġ każijiet, fuq il-prezzijiet. Wara tali evalwazzjoni, u fil-każ ta' impatt negattiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri li tqis xierqa biex issewwi tali tfixkil lill-kummerċ.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,
(a)  prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jsiru disponibbli fis-suq soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)
(ba)   Id-Direttiva 91/676/KEE;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
(bb)  Id-Direttiva 2000/60/KE;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  'prodott fertilizzanti' tfisser sustanza, taħlita, mikroorganiżmu jew kwalunkwe materjal ieħor, applikat jew intenzjonat li jiġi applikat, waħdu jew imħallat ma' materjal ieħor, fuq pjanti jew fuq ir-riżosfera tagħhom għal fini li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti jew itejjeb l-effiċjenza nutrittiva tagħhom;
(1)  'prodott ta' nutriment tal-pjanti' tfisser sustanza, taħlita, mikroorganiżmu jew kwalunkwe materjal ieħor, applikati jew intenzjonati li jiġu applikati, waħidhom jew imħallta ma' materjal ieħor, fuq il-faqqiegħ jew il-mikosfera tagħhom jew fuq il-pjanti fi kwalunkwe stadju tat-tkabbir, inklużi ż-żrieragħ, u/jew ir-riżosfera, għal fini li jipprovdu n-nutrijenti lill-pjanti jew lill-faqqiegħ jew li jtejbu l-kondizzjonijiet ta' tkabbir bijoloġiċi jew fiżiċi tagħhom jew il-vitalità ġenerali, ir-rendimenti u l-kwalità tagħhom, inkluż billi jżidu l-kapaċità tal-pjanti li jieħdu n-nutrijenti (bl-eċċezzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009);
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  'sustanza' tfisser sustanza fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(3)  'sustanza' tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksuba bi kwalunkwe proċess ta' manifattura, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ sabiex jippreserva l-istabbiltà tagħha u kwalunkwe impurità dderivata mill-proċess użat, iżda eskluż kwalunkwe solvent li jista' jiġi sseparat mingħajr ma jaffettwa l-istabbilità tas-sustanza jew ibiddel il-kompożizzjoni tagħha;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
(13)  'speċifikazzjoni teknika' tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;
(13)  'speċifikazzjoni teknika' tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew mill-proċess tal-produzzjoni tiegħu;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
L-Istati Membri ma għandhomx ixekklu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jikkonformaw mar-Regolament.
L-Istati Membri ma għandhomx ixekklu, għall-aspetti u r-riskji koperti minn dan ir-Regolament, it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jikkonformaw mar-Regolament.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
Dan ir-Regolament m'għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet, li huma f'konformità mat-Trattati, dwar l-użu tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE bil-għan li jiġu protetti s-saħħa pubblika u l-ambjent, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux modifika tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma f'konformità ma' dan ir-Regolament u sakemm dawk ma jinfluwenzawx il-kundizzjonijiet biex isiru disponibbli fis-suq.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha simultanjament mal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tippubblika dokument ta' gwida li jipprovdi informazzjoni ċara u eżempji għall-manifatturi u l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq dwar kif jenħtieġ li tidher it-tikketta. Dan id-dokument ta' gwida għandu jispeċifika wkoll informazzjoni rilevanti oħra kif imsemmi fil-paragrafu 2(d) tal-Parti I tal-Anness III.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal 10-il sena wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kopert minn dawk id-dokumenti jkun tqiegħed fis-suq.
3.  Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal ħames snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kopert minn dawk id-dokumenti jkun tqiegħed fis-suq.
(Din hija emenda orizzontali dwar it-terminu biex iżommu d-dokumentazzjoni teknika kollha; jekk jiġi miftiehem mill-koleġiżlaturi, il-bidliet korrispondenti se japplikaw fit-test kollu, inklużi dawk il-partijiet riflessi fl-emendi ta’ hawn taħt)
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 - paragrafu 4 - subparagrafu 1
Il-manifatturi għandhom li jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma parti minn serje ta' produzzjoni jibqgħu konformi ma' dan ir-Regolament. Bidliet fil-metodu ta' produzzjoni jew fil-karatteristiċi ta' dawk il-prodotti fertilizzanti u bidliet fl-istandards ta' armonizzazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13 jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq.
Il-manifatturi għandhom li jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma parti minn serje ta' produzzjoni jibqgħu konformi ma' dan ir-Regolament. Bidliet fil-karatteristiċi ta' dawk il-prodotti fertilizzanti u bidliet fl-istandards ta' armonizzazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13 jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 - paragrafu 4 - subparagrafu 2
Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta', jew tar-riskji ppreżentati minn, prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' prodotti fertilizzanti bħal dawn li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mhux konfomri u ta' sejħiet lura ta' prodotti bħal dawn, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati b’monitoraġġ bħal dan.
Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta', jew tar-riskji ppreżentati minn, prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, il-manifatturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-ambjent, iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' prodotti fertilizzanti bħal dawn għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw u jżommu reġistru tal-ilmenti ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mhux konfomri u ta' sejħiet lura ta' prodotti bħal dawn, u għandhom iżommu lid-distributuri u lill-awtoritajiet li jissorveljaw is-suq infurmati b'monitoraġġ ta' dan it-tip.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 6
6.  Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġstrata tagħhom u l-indirizz postali li fih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
6.  Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġstrata tagħhom u l-indirizz postali li fih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattat il-manifattur. Din l-informazzjoni għandha tkun b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 7
7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi ttikkettat f'konformità mal-Anness III, jew fejn il-prodott fertilizzanti jiġi fornut mingħajr imballaġġ, li d-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar jingħataw f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti u jkunu aċċessibbli għal finijiet ta' spezzjoni meta l-prodott jitqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni fuq it-tikketta għandha tkun b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli.
7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi ttikkettat f'konformità mal-Anness III, jew fejn il-pakkett ikun żgħir wisq biex it-tikketta tinkludi l-informazzjoni kollha, jew meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, li l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE. L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III għandha tkun b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 10 – parti introduttorja
10.  Il-manifattur għandu jissottometti rapport dwar t-test ta' reżistenza għad-detonazzjoni, previst fl-Anness IV, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju, għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li ġejjin:
10.  Il-manifattur għandu jissottometti rapport dwar it-test ta' reżistenza għad-detonazzjoni, preskritt fl-Anness IV, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju, u jiggarantixxi li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li ġejjin ikunu kapaċi jgħaddu minn dak it-test:
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 10 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  taħlitiet ta' prodotti fertilizzanti, kif speċifikat fil-kategorija ta' funzjoni tal-prodott 7 fl-Anness I, li fihom fertilizzant kif jissemma fil-punt (a).
(b)  taħlit minn kategoriji funzjonali ta' prodotti differenti, kif speċifikat fil-kategorija funzjonali ta' prodotti 7 fl-Anness I, li jkun fih fertilizzant imsemmi fil-punt (a).
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 10 – subparagrafu 2
Ir-rapport għandu jiġi sottomess mill-inqas ħamest ijiem qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti.
Ir-rapport għandu jiġi sottomess mill-inqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fis-sit tagħha fuq l-internet.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma konformi biss.
1.  Il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu konformi biss jistgħu jiġu importati fl-Unjoni u jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa msemmija fl-Artikolu 14 tkun twettqet mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun mexa b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6). Meta importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fertilizzanti fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għas-sikurezza jew għall-ambjent, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq b'dan.
2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa msemmija fl-Artikolu 14 tkun twettqet mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun mexa b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6). Meta importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fertilizzanti fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għas-sikurezza jew għall-ambjent, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq b'dan.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
3.  L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, flimkien mal-manifatturi minn pajjiżi terzi, fuq l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu tikketta f'konformità mal-Anness III b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-utent aħħari, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
4.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkollu tikketta f'konformità mal-Anness III jew, meta l-pakkett ikun żgħir wisq biex it-tikketta tinkludi l-informazzjoni kollha, jew meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, li l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE. L-informazzjoni rikjesta skont l-Anness III għandha tkun b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-utent aħħari, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Fejn ikun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni jew tar-riskji ppreżentati mill-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, l-importaturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni tal-prodotti fertilizzanti li jkunu disponibbli fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti ta' prodotti fertilizzanti li juru nuqqas ta' konformità u sejħiet lura ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'monitoraġġ bħal dan.
6.  Fejn ikun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew tar-riskji li jippreżenta, l-importaturi għandhom, biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-ambjent, iwettqu testijiet ta' kampjuni tal-prodotti fertilizzanti li jkunu tqiegħdu fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti fir-rigward tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li juru nuqqas ta' konformità u s-sejħiet lura ta' prodotti ta' dan it-tip, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8
8.  L-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba min-naħa tagħhom.
8.  L-importaturi għandhom, għal ħames snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun ġie introdott fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dawk l-awtoritajiet, fuq talba min-naħa tagħhom. Fuq talba, l-importaturi għandhom iqiegħdu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi l-oħra kkonċernati.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Qabel iqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li dan ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u mid-dokumenti meħtieġa, li jkollu tikketta f'konformità mal-Anness III b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru li fih il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun se jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3) rispettivament.
Qabel iqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li dan ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, li jkollu tikketta f'konformità mal-Anness III b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru li fih il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun se jitqiegħed fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3) rispettivament. Meta l-pakkett ikun żgħir wisq biex it-tikketta tinkludi l-informazzjoni kollha, jew meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, id-distributuri tas-suq għandhom jivverifikaw li l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 9 - paragrafu 2 - subparagrafu 2
Meta distributur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fertilizzanti għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm dan ma jkunx inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għas-sikurezza jew għall-ambjent, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b'dan, kif ukoll lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
Meta distributur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fertilizzanti fis-suq qabel jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għas-sikurezza jew għall-ambjent, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b'dan, kif ukoll lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
Mingħajr ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13, prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, II u III koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
Il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu konformi jew li jkunu ġew ittestjati f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li jkunu konformi mar-rekwiżiti rispettivi stipulati fl-Anness I, II u III koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 13 - paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni, li l-konformità magħhom għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jew partijiet minnhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 41(3).
Meta rekwiżit stabbilit fl-Annessi I, II jew III ma jkunx kopert minn standards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u meta, b'segwitu għal talba lil organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jabbozzaw standards armonizzati għal dak ir-rekwiżit, il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni ta' dak l-istandard, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dak ir-rekwiżit. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 41(3).
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  It-tikketta CE għandha titwaħħal b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx mad-dokumenti akkumpanjanti u, fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut f'forma ta' pakkett, mal-imballaġġ.
1.  It-tikketta CE għandha titwaħħal b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx mal-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
It-tikketta CE għandha tiġi segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat involut fil-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness IV, il-Modulu D1.
It-tikketta CE għandha tiġi segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat, meta dan ikun rikjest mill-Anness IV.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u għandu, għalhekk, jitqies li ma għadux skart.
Meta materjal li kien skart ikun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun konformi ma' dan ir-Regolament ikun fih jew ikun magħmul minn dak il-materjal, il-materjal għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u għandu, għalhekk, jitqies li ma għadux skart mill-mument meta titfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat ikkonċernat.
2.  L-awtoritajiet notifikanti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat ikkonċernat.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
3.  Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, l-Anness II, jew l-Anness III, jew standards armonizzati korrispondenti, speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn, ma jkunux intlaħqu minn manifattur, dan għandu jitlob lill-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat.
3.  Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, l-Anness II, jew l-Anness III, jew l-istandards armonizzati korrispondenti, jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13, ma jkunux intlaħqu minn manifattur, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat ta' konformità jew deċiżjoni ta' approvazzjoni.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 4
4.  Fejn, waqt il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp innotifikat isib li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx għadu konformi, għandu jitlob lill-manifattur biex jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jekk dan ikun neċessarju.
4.  Fejn, waqt il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni, korp innotifikat isib li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx għadu konformi, għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta' approvazzjoni jekk dan ikun neċessarju.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 5
5.  Fejn ma jittiħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.
5.  Fejn ma jittiħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ u għaldaqstant prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jibqa' mhux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni, kif xieraq.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt a
(a)  kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat;
(a)  kwalunkwe rifjut, limitazzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – titolu
Proċedura għat-trattament tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali
Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jippreżentaw riskju
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott fertilizzanti ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stipulati f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.
Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent jew għall-aspetti l-oħra relatati mal-protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott fertilizzanti ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stipulati f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.
(Din l-emenda tkopri wkoll emenda orizzontali dwar it-terminu "riskju inaċċettabbli" (fis-singular) li qed jinbidel għal "riskju" (fis-singular); jekk jiġi miftiehem mill-koleġiżlaturi, il-bidliet korrispondenti se japplikaw fit-test kollu, inklużi dawk il-partijiet riflessi fl-emendi ta’ hawn taħt).
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Fejn, matul l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott fertilizzanti immarkat CE ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, mingħajr dewmien għandhom jitolbu lill-operatur ekonomiku jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fi żmien perjodu raġonevoli sabiex iġib il-prodott fertilizzanti f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, biex jirtira l-prodott fertilizzanti mis-suq, biex isejħu lura, jew ineħħi t-tikketta CE.
Fejn, matul l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott fertilizzanti mmarkat CE ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, mingħajr dewmien għandhom jitolbu lill-operatur ekonomiku jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha biex iġib il-prodott fertilizzanti konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, biex jirtira l-prodott fertilizzanti mis-suq jew biex isejħu lura sa żmien raġonevoli li huma jistgħu jippreskrivu b'mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, u biex ineħħi t-tikketta CE.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fi żmien il-perjodu msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE milli jsir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott fertilizzanti minn dak is-suq jew biex isejħuh lura.
Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fi żmien il-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE milli jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott fertilizzanti minn dak is-suq jew biex isejħuh lura. L-obbligi tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq f'dan ir-rigward għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-Istati Membri jirregolaw il-prodotti fertilizzanti li ma jkollhomx it-tikketta CE meta jitqiegħdu fis-suq.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 5 – punt b
(b)  nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.
(b)  nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba)   nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta jiġi kkunsidrat li l-miżura nazzjonali hija ġġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-punt (ba) tal-Artikolu 37(5), il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jemendaw jew iħassru l-ispeċifikazzjoni komuni kkonċernata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 41(3).
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1
1.  Fejn, wara li tkun saret evalwazzjoni skont l-Artikolu 37(1), Stat Membru jsib li għalkemm prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun konformi ma' dan ir-Regolamemt xorta jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dan għandu jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu l-miżuri xierqa kollha fi żmien perjodu raġonevoli sabiex jiżgura li l-prodott fertilizzanti konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtira l-prodott fertilizzanti mis-suq jew biex isejħu lura.
1.  Fejn, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 37(1), Stat Membru jsib li għalkemm prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun konformi ma' dan ir-Regolament, xorta jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, jew għall-aspetti l-oħra relatati mal-protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, dan għandu mingħajr dewmien jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha fi żmien raġonevoli li tippreskrivi l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u li jkun proporzjonat għan-natura tar-riskju sabiex jiżgura li l-prodott fertilizzanti konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtira l-prodott fertilizzanti mis-suq jew biex isejħu lura.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt c
(c)  id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma takkumpanjax il-prodott fertlizzant bit-tikketta CE;
(c)  id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx tfasslet;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 43 biex temenda l-Annessi I sa IV għall-finijiet li jiġu adattati għall-progress tekniku u jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq intern u l-moviment liberu għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 biex temenda l-Annessi I sa IV bl-għan li tadattahom għall-progress tekniku, filwaqt li tqis il-prodotti u l-materjali li diġà jkunu ġew awtorizzati fl-Istati Membri, u b'mod partikolari fl-oqsma tal-produzzjoni ta' prodotti fertilizzanti minn prodotti sekondarji mill-annimali u mill-irkupru ta' skart u bl-għan li tiffaċilita l-aċċess għas-suq intern u l-moviment liberu għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE:
(a)  li għandhom il-probabbiltà li jkunu suġġetti għal kummerċ sinifikanti fis-suq intern, u
(a)  li jkollhom il-potenzjal li jkunu suġġetti għal kummerċ sinifikanti fis-suq intern, u
(b)  li għalihom hemm evidenza xjentifika li ma jippreżentawx xi riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, u li huma effettivi b'mod suffiċjenti.
(b)  li għalihom hemm evidenza xjentifika li ma jippreżentawx riskju għas-saħħa tal-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, u li huma effettivi biżżejjed.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Mingħajr dewmien indebitu wara... [data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont il-paragrafu 1 sabiex temenda l-kategoriji tal-materjali komponenti stipulati fl-Anness II biex iżżid, b'mod partikolari, il-prodotti sekondarji mill-annimali li fir-rigward tagħhom ikun ġie stabbilit il-punt aħħari, l-istruvite, il-faħam bijoloġiku u l-prodotti derivati mill-irmied f'dawk il-kategoriji tal-materjali komponenti, kif ukoll sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-inklużjoni ta' dawk il-prodotti f'dawk il-kategoriji. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis speċifikament il-progress teknoloġiku li jkun sar fl-irkupru tan-nutrijenti.
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 43 sabiex tiġi estiża d-data tad-dħul fis-seħħ tal-limitu ta' 20mg/kg msemmi fl-Anness I, parti II, PFC1(B), punt 3, punt (a), punt 2 u l-Anness I, parti II, PFC1(C)I, punt 2, punt (a), punt 2, jekk, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt dettaljata, jkollha evidenza li tqis li l-introduzzjoni ta' limitu aktar strett tipperikolu b'mod gravi l-provvista ta' prodotti fertilizzanti lill-Unjoni.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 42 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  Fejn il-Kummissjoni temenda l-Anness II sabiex iżżid mikroorganiżmi ġodda fil-kategorija ta' materjali komponenti għal organiżmi bħal dawn skont il-paragrafu 1, għandha tagħmel dan abbażi tad-dejta li ġejja:
2.  Fejn il-Kummissjoni temenda l-Anness II sabiex iżżid mikroorganiżmi ġodda fil-kategorija tal-materjal komponent għall-organiżmi bħal dawn, għandha tagħmel dan wara li tivverifika li r-razez kollha tal-mikroorganiżmu addizzjonali jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, abbażi tad-data li ġejja:
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt a
(a)  isem tal-mikroorganiżmu;
(a)  l-isem tal-mikroorganiżmu fil-livell tar-razza;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt c
(c)  dejta storika tal-produzzjoni u l-użu sikuri tal-mikroorganiżmu;
(c)  il-letteratura xjentifika li tirrapporta dwar il-produzzjoni u l-użu sikuri tal-mikroorganiżmu;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt d
(d)  relazzjoni tassonomika ma' speċijiet ta' mikroorganiżmi li jissodisfaw ir-rewkiżiti għal Preżunzjoni Kwalifikata tas-Sikurezza kif inhu stabbilit mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel;
(d)  ir-relazzjoni tassonomika mal-ispeċijiet ta' mikroorganiżmi li jissodisfaw ir-rewkiżiti għal Preżunzjoni ta' Sikurezza Kwalifikata kif tkun ġiet stabbilita mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, jew riferiment ta' konformità ddikjarata mal-istandards armonizzati rilevanti dwar is-sikurezza tal-mikroorganiżmi użati li jkunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew il-konformità mar-rekwiżiti għall-evalwazzjoni ta' sikurezza tal-mikroorganiżmi kif ikunu ġew adottati mill-Kummissjoni, jekk ma jkunux ġew stabbiliti standards armonizzati ta' dan it-tip;
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Biex jiġi rifless il-progress teknoloġiku rapidu f'dak il-qasam, il-Kummissjoni għandha sa... [sena wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 43 biex tiddefinixxi l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-mikroorganiżmi li jistgħu jintużaw fil-prodotti għan-nutrizzjoni tal-pjanti mingħajr ma jiġu iskritti nominalment f'lista pożittiva.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Sa.... [sitt xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 43 sabiex temenda l-Anness II sabiex iddaħħal il-punti aħħarin fil-katina tal-manifattura li jkunu ġew iddeterminati bi qbil mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fir-rigward tal-prodotti sekondarji mill-annimali elenkati fil-kategorija tal-materjal komponent 11 tal-Anness II.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta tkun qed tadotta atti delegati msemmija f’paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda l-kategorija tal-materjal komponent li tistabbilixxi r-rekwiżit għall-polimeri minbarra l-polimeri nutrijenti fl-Anness II b'mod li tirrifletti l-aktar evidenza xjentifika u żviluppi teknoloġiċi riċenti, u għanda sa... [tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] tiddefinixxi l-kriterji għall-konverżjoni tal-karbonju polimeriku li jkun irid jiġi ttrasformat f'diossidu tal-karbonju (CO2) u metodu ta' ttestjar rispettiv għall-bijodegradazzjoni.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Meta tkun qed tadotta atti delegati msemmija f’paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda l-kategorija tal-materjal komponent li tistabbilixxi r-rekwiżit għall-prodotti sekondarji tal-industrija fl-Anness II b'mod li tirrifletti l-prattiki għall-manifattura tal-prodotti u l-iżvilupp teknoloġiku attwali kif ukoll l-aktar evidenza xjentifika riċenti, u għanda sa... [sena wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] tiddefinixxi l-kriterji biex il-prodotti sekondarji industrijali jiġu inklużi fil-kategorija tal-materjal komponent.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti ddeżinjati minn kull Stat Membru bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli tagħhom dwar il-penali jiġu infurzati.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1069/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
(1a)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:
"Għall-prodotti derivati li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 32 u li diġà jintużaw b'mod estensiv fl-Istati Membri għall-produzzjoni ta' fertilizzanti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tali punt aħħari sa... [sitt xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti]".
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 3 – punt 34 – parti introduttorja
(3)   "34. "bijostimulant tal-pjanti" tfisser prodott li jistimola l-proċess ta' nutrizzjoni ta' pjanta independentament mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan esklużiv li titjieb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta:
“34. "bijostimulant tal-pjanti" tfisser prodott li jkun fih kwalunkwe sustanza jew mikroorganiżmu li jistimolaw il-proċess ta' nutrizzjoni ta' pjanta independentament mill-kontenut tan-nutrijenti tagħha, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' tali sustanzi u/jew mikroorganiżmi, bl-għan esklużiv li titjieb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta jew tar-riżosfera tal-pjanta:
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 3 – punt 34 – punt c
(c)  xejriet tal-kwalità tal-għelejjel.
(c)  il-kwalità tal-għelejjel.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 3 – punt 34 – punt ca (ġdid)
(ca)   id-disponibbiltà tan-nutrijenti maqbuda fil-ħamrija jew fir-riżosfera;
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 3 – punt 34 – punt cb (ġdid)
(cb)   id-degradazzjoni tal-kompożizzjonijiet organiċi fil-ħamrija;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 3 – punt 34 – punt cc (ġdid)
(cc)  l-umifikazzjoni
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – titolu
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Dispożizzjonijiet tranżitorji, rapportar u rieżami
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti li tqiegħdu fis-suq bħala fertilizzanti deżinjati "fertilizzant tal-KE" f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 qabel [Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Madankollu, il-Kapitolu 5 għandu japplika mutatis mutandis għal prodotti bħal dawn.
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq bħala fertilizzanti ddeżinjati "fertilizzant tal-KE" f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 qabel [tnax-il xhar wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Madankollu, il-Kapitolu 5 għandu japplika mutatis mutandis għal prodotti bħal dawn.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri li diġà implimentaw limitu aktar baxx għall-kontenut ta' kadmju (Cd) fil-fertilizzanti organominerali u fil-fertilizzanti inorganiċi stabbilit fil-kategoriji funzjonali tal-prodotti 1 (B)(3)(a), u  1 (C)(I)(2)(a) tal-Parti II tal-Anness I jistgħu jżommu dak il-limitu aktar strett sakemm il-limitu stabbilit skont dan ir-Regolament ikun indaqs jew iktar baxx. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri nazzjonali eżistenti lill-Kummissjoni sa ... [sitt xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Sa... [42 xahar wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-impatt kumplessiv tiegħu fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-impatt fuq l-impriżi ta' daqs żgħir u medju. Dak ir-rapport għandu b'mod partikolari jinkludi:
(a)  valutazzjoni tal-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti fertilizzanti, inklużi l-valutazzjoni tal-konformità u l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq, analiżi tal-effetti ta' armonizzazzjoni parzjali fuq il-produzzjoni, it-tendenzi tal-użu u l-flussi kummerċjali tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u l-prodotti fertilizzanti li jitqiegħdu fis-suq skont ir-regoli nazzjonali;
(b)  valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-livelli tal-kontaminanti kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, kull informazzjoni xjentifika rilevanti ġdida rigward it-tossiċità u l-karċinoġeniċità tal-kontaminanti jekk issir disponibbli, inklużi r-riskji ta' kontaminazzjoni mill-uranju fil-prodott fertilizzanti;
(c)  valutazzjoni tal-iżviluppi fit-teknoloġiji ta' dekadmjazzjoni u l-impatt, l-iskala u l-ispejjeż tagħhom tul il-katina tal-valur, kif ukoll il-ġestjoni tal-iskart tal-kadmju relatat; u
(d)  valutazzjoni tal-impatti fuq il-kummerċ fil-ksib ta' materja prima, inkluża d-disponibbiltà ta' blat fosfatiku.
Ir-rapport għandu jqis kif dovut il-progress u l-innovazzjoni teknoloġiċi kif ukoll il-proċessi ta' standardizzazzjoni li jaffettwaw il-produzzjoni u l-użu tal-prodotti fertilizzanti. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jiġi akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva sa... [ħames snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].
Sa... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni tad-data xjentifika biex tistabbilixxi l-kriterji agronomiċi u ambjentali għad-definizzjoni ta' kriterji għall-punti aħħarin tad-demel tal-irziezet b'mod li tiġi kkwalifikata l-prestazzjoni tal-prodotti li jinkludu jew jikkonsistu f'demel tal-irziezet proċessat.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Sa... [ħames snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tal-mikroorganiżmi.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2
Japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Huwa għandu japplika minn… [sentejn wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 19 sa 35, li għandhom japplikaw minn... [sena wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u l-Artikoli 13, 41, 42, 43 u 45 li għandhom japplikaw minn... [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness I – parti I – punt 1 – punt Ca (ġdid)
Ca.  Fertilizzant b'livell baxx ta' karbonju
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness I – parti I – punt 5 – punt A – punt Ia (ġdid)
Ia.  Inibitur tad-denitrifikazzjoni
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness I - parti II – punt 4
4.  Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fih sustanza li għaliha jkunu ġew stabbiliti limiti massimi ta' residwi għall-ikel u għall-għalf f'konformità ma'
imħassar
(a)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/9332,
(b)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33,
(c)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 jew
(d)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35,
l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-użu ma għandux iwassal għal qbiż ta' dawk il-limiti fl-ikel jew l-għalf.
__________________
32 Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta' Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).
33 Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
34 Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
35 Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – punt 4a (ġdid)
4a.  L-ingredjenti sottomessi għall-approvazzjoni jew għall-approvazzjoni mill-ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 iżda li ma jkunux inklużi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ma għandhomx jintużaw fi prodotti fertilizzanti meta n-nuqqas ta' inklużjoni jkun dovut għall-paragrafu 4 tal-Artikolu 1, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) – punt 1
1.  Fertilizzant organiku għandu jkollu
1.  Fertilizzant organiku għandu jkollu
—  karbonju (C) u
—  karbonju organiku (Corg) u
—  nutrijenti
—  nutrijenti
ta' oriġini unikament bijoloġika, li jeskludu materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
ta' oriġini unikament bijoloġika, bħall-pit, inklużi l-leonardit, il-linjite u s-sustanzi miksuba minn dawn il-materjali, iżda li jeskludu materjali oħra li jkunu fossilizzati jew inkorporati f'formazzjonijiet ġeoloġiċi.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) – punt 2 – inċiż 1
—  Kadmju (Cd) 1,5 mg/kg materja niexfa,
—  Kadmju (Cd) 1,0 mg/kg materja niexfa,
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) – punt 2 – inċiż 6
—  Bjuret (C2H5N3O2) 12 g/kg materja niexfa.
—  Bjuret (C2H5N3O2) taħt il-limitu ta' detezzjoni.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

3.  Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

Emenda

3.  Il-patoġeni ma jridux ikunu preżenti fil-fertilizzant organiku f'konċentrazzjoni ta' aktar mil-limiti rispettivi indikati fit-tabella ta' hawn taħt:

Il-mikroorganiżmu li se jiġi ttestjat

Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni

Il-limiti

 

n

c

m

M

Salmonella spp

5

0

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 fi 1 g jew 1 ml

fejn n = l-għadd ta' kampjuni għall-ittestjar

c = l-għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU (unitajiet li jistgħu jifformaw kolonja) jista' jkun bejn m u M

m = il-valur ta' limitu minimu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti

M = il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU

Il-parassiti Ascaris spp. u Toxocara spp., fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom, ma jridux ikunu preżenti f'100 g jew 100 ml tal-fertilizzant organiku.

Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A)(I) – punt 1a (ġdid)
1a.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih tal-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) (I) - punt 2a (ġdid)
2a.  Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih aktar minn nutrijent wieħed, il-prodott għandu jkun fih in-nutrijenti dikjarati primarji fil-kwantitajiet minimi stipulati hawn taħt: □
2,5 % tal-massa ta’ nitroġenu (N) totali, jew 2 % tal-massa ta’ pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew 2% tal-massa ta’ ossidu tal-potassju (K2O) totali, u
6,5 % tal-massa tas-somma totali tan-nutrijenti.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A)(II) – punt 1a (ġdid)
1a.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih tal-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) (II) – punt 2 – parti introduttorja
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet primarji dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi stipulati:
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) (II) – punt 2 – inċiż 1
—  2% skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
—  % tal-massa ta' nitroġenu (N) totali, u/jew
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A) (II) – punt 2 – inċiż 2
–  1% skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
–  % tal-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
Emenda 120
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A)(II) – punt 2 – inċiż 3
–  2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
–  % tal-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali. u
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A)(II) – punt 2 – inċiż 3a (ġdid)
–  6,5 % tal-massa tas-somma totali tan-nutrijenti.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(A)(II) – punt 2a (ġdid)
2a.  Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih aktar minn nutrijent wieħed, il-prodott għandu jkun fih in-nutrijenti primarji dikjarati fil-kwantitajiet minimi stipulati hawn taħt: □
2% tal-massa ta’ nitroġenu (N) totali, jew 1% tal-massa ta’ pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew 2% tal-massa ta’ ossidu tal-potassju (K2O) totali, u
5 % tal-massa tas-somma totali tan-nutrijenti.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B) – punt 1
1.  Fertilizzant organominerali għandu jkun koformolazzjoni ta'
1.  Fertilizzant organominerali għandu jkun koformolazzjoni ta'
–  Fertilizzant inorganiku wieħed jew iktar, kif speċifikat fil-PFC 1(C) hawn taħt, u
–  fertilizzant minerali wieħed jew iktar, kif speċifikat fil-PFC 1(C) hawn taħt, u
–  materjal li jkun fih karbonju organiku (C) u
–  materjal wieħed jew aktar li jkun fihom karbonju organiku (Corg) u
–  nutrijenti ta' oriġini unikament bijoloġika, li jeskludu materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
–  nutrijenti ta' oriġini unikament bijoloġika, bħall-pit, inklużi l-leonardit, il-linjite u s-sustanzi miksuba minn dawn il-materjali, iżda li jeskludu materjali oħra li jkunu fossilizzati jew inkorporati f'formazzjonijiet ġeoloġiċi.
Emenda 343
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B) – punt 3 – punt a – punt  2 – inċiżi 2 u 3
–  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5), u
–  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri sitt snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5), u
–  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tnax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
–  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri sittax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
Emenda 126
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B) – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

4.  Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

Emenda

4.  Il-patoġeni ma jridux ikunu preżenti fil-fertilizzanti organominerali f'konċentrazzjoni ta' aktar mil-limiti rispettivi indikati fit-tabella ta' hawn taħt:

Il-mikroorganiżmu li se jiġi ttestjat

Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni

Il-limiti

 

n

c

m

M

Salmonella spp

5

0

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 fi 1 g jew 1 ml

fejn n = għadd ta' kampjuni għall-ittestjar

c = għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU (unitajiet li jistgħu jifformaw kolonja) jista' jkun bejn m u M

m = il-valur ta' limitu minimu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti

M = il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU

Il-parassiti Ascaris spp. u Toxocara spp., fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom, ma jridux ikunu preżenti f'100 g jew 100 ml tal-fertilizzant organominerali.

Emenda 127
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B)(I) – punt 2 – inċiż 2
—  2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
—  % tal-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u l-ilma, jew
Emenda 128
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B) (I) - punt 2a (ġdid)
2a.  Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih aktar minn nutrijent wieħed, il-prodott għandu jkun fih in-nutrijenti primarji dikjarati fil-kwantitajiet minimi stipulati hawn taħt:
2,5% tal-massa ta’ nitroġenu (N) totali, li 1 % tal-massa ta' dak il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun nitroġenu organiku (N), jew 2% tal-massa ta’ pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew 2% tal-massa ta’ ossidu tal-potassju (K2O) totali, u
6,5 % tal-massa tas-somma totali tan-nutrijenti.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B)(I) – punt 4
4.  Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, kull unità għandu jkollha l-materja organika u n-nutrijenti fil-kontenut dikjarat tagħhom.
4.  Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, kull unità għandu jkun fiha l-karbonju organiku u n-nutrijenti kollha fil-kontenut dikjarat tagħhom. Unità tirreferi għal wieħed mill-elementi komponenti tal-prodott bħalma huma l-bċejjeċ żgħar, il-gerbub, eċċ.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B)(II) – punt 2a (ġdid)
2a.  Meta l-prodott ikun fih aktar minn nutrijent wieħed, għandhom ikunu preżenti l-kwantitajiet minimi li ġejjin:
–  1 % tal-massa ta' nitroġenu (N) totali, jew
–  1 % tal-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
–  1 % tal-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
u meta s-somma tan-nutrijenti tkun minn tal-inqas 4 %.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(B)(II) – punt 3
3.  Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 3% skont il-massa.
3.  Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas % tal-massa.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C) – punt 1
1.   Fertilizzant inorganiku għandu jkun fertilizzanti barra minn fertilizzant organiku jew organominerali.
1.   Fertilizzant minerali għandu jkun fertilizzant li jkun fih nutrijenti f'forma minerali jew ipproċessati f'forma minerali li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti. Il-karbonju organiku (Corg) fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandux jaqbeż il-1 % tal-massa. Dan jeskludi l-karbonju li joriġina minn kisjiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kategoriji tal-materjali komponenti 9 u 10 u l-addittivi agronomiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kategorija funzjonali tal-prodott 5 u l-kategorija tal-materjal komponent 8.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C) – punt 1a (ġdid)
1a.  Il-fertilizzanti fosforiċi jridu jissodisfaw tal-inqas wieħed mil-livelli ta' solubbiltà minimu li ġejjin biex ikunu disponibbli għall-pjanti, inkella ma jistax jiġi ddikjarat li huma fertilizzanti fosforiċi:
–  Solubbiltà fl-ilma: livell minimu ta' 40 % tal-P totali, jew
–  Solubbiltà fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali: livell minimu ta' 75 % tal-P totali, jew
–  Solubbiltà fl-aċidu formiku (għall-fosfat mill-blat artab biss): livell minimu ta' 55 % tal-P totali.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C) – punt 1b (ġdid)
1b.  Il-kontenut tan-nitroġenu totali li jrid jiġi ddikjarat jinstab bis-somma tan-N ammonijaku, in-N nitriku, in-N ureiku, in-N mill-urea tal-metilin, in-N mill-isobutilidendjurea, in-N mill-krotonilidendjurea. Il-kontenut tal-fosfru li jrid jiġi ddikjarat jinstab mill-forma tal-P fosfatiku. Bi qbil mal-Artikolu 42(1), jistgħu jiżdiedu forom ġodda wara eżaminazzjoni xjentifika.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I) – punt 1
1.  Fertilizzant inorganiku bil-makronutrijenti għandu jkun immirat li jipprovdi l-pjanti b'wieħed jew iktar mill-makronutrijenti li ġejjin: nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na).
1.  Fertilizzant minerali bil-makronutrijenti għandu jkun immirat biex jipprovdi lill-pjanti b'wieħed jew iktar mill-makronutrijenti li ġejjin:
(a)  Primarji: nitroġenu (N), fosforu (P) u potassju (K).
(b)  Sekondarji: manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na).
Emenda 344
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I) – punt 2 – punt a – punt 2 – inċiżi 2 u 3
–  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
–  Minn [sitt snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
–  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tnax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
–  Minn [sittax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 1
1.  Fertlizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.
1.  Fertilizzant minerali ta' makronutrijenti solidi sempliċi għandu jkollu kontenut ta':
(a)   mhux aktar minn nutrijent primarju wieħed (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)), jew
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 1 – punt b (ġdid)
(b)   mhux aktar minn nutrijent sekondarju wieħed (manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) u sodju (Na)).
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 1a (ġdid)
1a.   Fertilizzant minerali ta' makronutrijenti solidu sempliċi b'kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent primarju wieħed, jista' jkun fih nutrijent sekondarju wieħed jew aktar.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 2 – parti introduttorja
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantità minima mistqarra:
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih nutrijenti dikjarati primarji u/jew sekondarji fil-kwantità minima mistqarra:
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 2 – inċiż 2
–  12% skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
–  12 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma,
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 2 – inċiż 7
–  1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
–  3 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 1
1.  Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent wieħed.
1.  Fertilizzant minerali ta' makronutrijenti solidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent primarju u/jew sekondarju wieħed.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i) – punt 2 – parti introduttorja
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti primarji u/jew sekondarji dikjarati fil-kwantitajiet minimi stipulati:
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(ii) – punt 2 – inċiż 2
–  3% skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
–  % tal-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma,
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(ii) – punt 2 – inċiż 3
–  3% tal-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
–  % tal-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(ii) – punt 2 – inċiż 4
–  1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
–  2 % tal-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(ii) – punt 2 – inċiż 5
–  1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
–  2 % tal-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(ii) – punt 2 – inċiż 6
–  1,5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
–  5 % tal-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(ii) – punt 2 – inċiż 7
–  1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
–  3 % tal-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) – punt 5 – inċiż 1
—  wara ħames ċikli termali kif deskritt taħt l-Intestatura 4.2 fil-Modulu A1 fl-Anness IV,
—  wara ħames ċikli termali kif deskritt taħt l-Intestatura 4.2 fil-Modulu A1 fl-Anness IV, għall-ittestjar qabel it-tqegħid fis-suq,
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(i) – punt 1
1.  Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.
1.  Fertilizzant minerali ta' makronutrijenti likwidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta':
(a)   mhux iktar minn nutrijent primarju wieħed,
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(i) – punt 1 – punt b (ġdid)
(b)   mhux iktar minn nutrijent sekondarju wieħed.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C) (I)(b)(i) – punt 1a (ġdid)
1a.   Fertilizzant minerali ta' makronutrijenti likwidi sempliċi b'kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent primarju wieħed, jista' jkun fih nutrijent sekondarju wieħed jew aktar.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(i) – punt 2 – parti introduttorja
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantità minima mistqarra:
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih nutrijenti primarji u/jew sekondarji dikjarati fil-kwantità minima mistqarra:
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(i) – punt 2 – inċiż 2
–  5% skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
–  5% tal-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma,
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(i) – punt 2 – inċiż 6
–  5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
–  5 % tal-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali,
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(i) – punt 2 – inċiż 7
–  1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
–  minn 0,5 % sa 5 % tal-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 1
1.  Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent wieħed.
1.  Fertilizzant minerali ta' makronutrijenti likwidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent primarju u/jew sekondarju wieħed.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – parti introduttorja
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti primarji u/jew sekondarji dikjarati fil-kwantitajiet minimi stipulati:
Emenda 163
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – inċiż 1
—  1,5% skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
—  % tal-massa ta' nitroġenu (N) totali, jew
Emenda 164
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – inċiż 2
–  1,5% skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
–  1,5% tal-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma,
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – inċiż 3
–  1,5% tal-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,
–  % tal-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali, jew
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – inċiż 4
–  0,75% skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
–  1,% tal-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali, jew
Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – inċiż 5
–  0,75% skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
–  1,% tal-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali, jew
Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(I)(b)(ii) – punt 2 – inċiż 6
–  0,75 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
–  1,5 % tal-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)(II) – punt 1
1.  Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti għandu jkun fertilizzant inorganiku barra minn fertilizzant ta' makronutrijenti mmirat li jipprovdi wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) jew żingu (Zn).
1.  Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti għandu jkun fertilizzant inorganiku barra minn fertilizzant ta' makronutrijenti mmirat li jipprovdi wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo), selenju (Se), siliċju (Si) jew żingu (Zn).
Emenda 170
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 1(C)a (ġdid)
PFC 1(C)a: FERTILIZZANT B'LIVELL BAXX TA' KARBONJU
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih aktar minn 1 % ta' karbonju organiku (Corg) u sa 15 % ta' karbonju organiku (Corg).
2.  Il-karbonju preżenti fiċ-ċjanammid tal-kalċju u fl-urea u l-kondensazzjoni tagħha u prodotti assoċjati mhux se jiġi inkluż fil-karbonju organiku għall-fini ta' dik id-definizzjoni.
3.  L-ispeċifikazzjonijiet ta' fertilizzanti solidi/likwidi, sempliċi/komposti, makronutrijenti/mikronutrijenti ta' PFC 1(C) japplikaw għall-finijiet ta' din il-kategorija.
4.  Prodotti mibjugħa taħt PFC 1(C)a għandhom jikkonformaw mal-livelli ta' kontaminanti kif speċifikat fl-Anness I għal fertilizzanti organiċi jew organominerali fi kwalunkwe każ meta PFC 1(C) ma jkun fiha l-ebda valur ta' limitu għal dawk il-kontaminanti.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 2 – punt 1
1.  Materjal għat-trattament bil-ġir għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE immirat sabiex jikkoreġi l-aċidità tal-ħamrija, u li jkollu fih l-ossidi, l-idrossidi, il-karbonati jew is-silikati tan-nutrijenti kalċju (Ca) jew manjeżju (Mg).
1.  Materjal għat-trattament bil-ġir għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mmirat sabiex jikkoreġi l-aċidità tal-ħamrija, u li jkollu fih l-ossidi, l-idrossidi, il-karbonati jew/u s-silikati tan-nutrijenti kalċju (Ca) jew manjeżju (Mg).
Emenda 398
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 2 – punt 3
3.  Il-parametri li ġejjin li huma ddeterminati fuq il-materja niexfa għandhom jiġu ssodisfati:
3.  Il-parametri li ġejjin li huma ddeterminati fuq il-materja niexfa għandhom jiġu ssodisfati:
—  Valur newtralizzanti minimu: 15 (ekwivalenti CaO) jew 9 (ekwivalenti HO-), u
—  Valur newtralizzanti minimu: 15 (ekwivalenti CaO) jew 9 (ekwivalenti HO-), u
—  Reattività minima: 10% jew 50% wara 6 xhur (test ta' inkubazzjoni).
—  Reattività minima: 10 % jew 50 % wara 6 xhur (test ta' inkubazzjoni), u
—  Daqs minimu tal-granuli 70 % < 1 mm, minbarra ġir maħruq, materjal tal-ġir granulat u ġibs, (=70 % tad-daqs tal-granuli għandu jgħaddi minn għarbiel ta' 1 mm)
Emenda 175
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 3 - punt 1
Tejjieb tal-ħamrija għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub biex jiżdied mal-ħamrija sabiex iżomm, itejjeb jew jipproteġi l-karatteristiċi fiżiċi jew kimiċi, l-istruttura jew l-attività bijoloġika tal-ħamrija.
Tejjieb tal-ħamrija għandu jkun materjal, inkluż il-mulch, miżjud fil-ħamrija in situ primarjament biex iżomm jew itejjeb il-karatteristiċi fiżiċi tagħha, u li jista' jtejjeb il-proprjetajiet jew l-attività kimika u/jew bijoloġika tagħha.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 3(C) – punt 1a (ġdid)
1a.  Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih 15 % jew iktar ta' materjal ta' oriġini bijoloġika.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 3(A) – paragrafu 1
1.  Tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jikkonsisti esklussivament minn materjal ta' oriġini unikament bijoloġika, bl-esklużjoni ta' materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
1.  Tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jikkonsisti esklussivament minn materjal ta' oriġini unikament bijoloġika, bl-inklużjoni tal-pit, il-leonardite, il-linjite u sustanzi umiċi miksuba minnhom, iżda bl-esklużjoni ta' materjali oħra li huma fossilizzati jew inkorporati fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 3(A) – punt 2 – inċiż 2
—  Kromu eżavalenti (Cr VI) 2 mg/kg materja niexfa,
—  Kromu eżavalenti (Cr VI) 1 mg/kg materja niexfa,
Emenda 181
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 3(a) – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

(a)  Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

Emenda

(a)  Il-patoġeni ma jridux ikunu preżenti fit-tejjieb organiku tal-ħamrija f'konċentrazzjoni ta' aktar mil-limiti rispettivi indikati fit-tabella ta' hawn taħt:

Il-mikroorganiżmu li se jiġi ttestjat

Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni

Limitu

 

n

c

m

M

Salmonella spp

5

0

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 fi 1 g jew 1 ml

fejn n = in-numru ta' kampjuni għall-ittestjar

c = in-numru ta' kampjuni fejn in-numru ta' batterji espress f'CFU (unitajiet li jistgħu jifformaw kolonja) jista' jkun bejn m u M

m = il-valur ta' limitu minimu għan-numru ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti

M = il-valur massimu tan-numru ta' batterji espress f'CFU

Il-parassiti Ascaris spp. u Toxocara spp., fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom, ma jridux ikunu preżenti f'100 g jew 100 ml tat-tejjieb organiku tal-ħamrija.

Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 3(B) – punt 1
1.  Tejjieb inorganiku tal-ħamrija għandu jkun tejjieb tal-ħamrija barra minn tejjieb organiku tal-ħamrija.
1.  Tejjieb inorganiku tal-ħamrija għandu jkun tejjieb tal-ħamrija barra minn tejjieb organiku tal-ħamrija, u għandu jinkludi riti tal-mulch. Rita tal-mulch bijodegradabbli għandha tkun rita ta' polimeru bijodegradabbli f'konformità mar-rekwiżiti tal-punti 2a u 3 ta' CMC 10 fl-Anness II u maħsuba biex titqiegħed fil-ħamrija in situ sabiex tipproteġi l-istruttura tagħha, trażżan it-tkabbir tal-ħaxix ħażin, tnaqqas it-telf tal-indewwa tal-ħamrija jew tevita l-erożjoni.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 4 – punt 1
1.  Materjal għat-tkabbir għandu jkun materjal barra minn ħamrija maħsuba għall-użu bħala substrat għall-iżvilupp tal-għeruq.
1.  Materjal għat-tkabbir għandu jkun materjal barra minn ħamrija in situ li fih jitkabbru l-pjanti u l-faqqiegħ.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 4 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

3.  Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

Emenda

3.  Il-patoġeni ma jridux ikunu preżenti fil-materjal għat-tkabbir f'konċentrazzjoni ta' aktar mil-limiti rispettivi indikati fit-tabella ta' hawn taħt:

Mikroorganiżmu li se jiġi ttestjat

Pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni

Limitu

 

n

c

m

M

Salmonella spp

5

0

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 fi 1 g jew 1 ml

fejn n = in-numru ta' kampjuni għall-ittestjar

c = in-numru ta' kampjuni fejn in-numru ta' batterji espress f'CFU jista' jkun bejn m u M

m = il-valur ta' limitu minimu għan-numru ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti

M = il-valur massimu tan-numru ta' batterji espress f'CFU

Il-parassiti Ascaris spp. u Toxocara spp., fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom, ma għandhomx ikunu preżenti f'100 g jew 100 ml tal-materjal għat-tkabbir.

Emenda 188
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 5 – punt 1
Addittiv agronomiku għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub li jiżdied ma' prodott li jipprovdi lill-pjanti bin-nutrijenti, bil-ħsieb li jtejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti tal-prodott.
Addittiv agronomiku għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub li jiżdied ma' prodott, li għandu effett ippruvat fuq it-trasformazzjoni jew id-disponibbiltà tal-pjanta ta' forom differenti ta' nutrijenti minerali jew mineralizzati, jew it-tnejn li huma, li għandu jiġi miżjud mal-ħamrija bil-ħsieb li jtejjeb l-assorbiment mill-pjanti tan-nutrijenti jew li jnaqqas it-telf tan-nutrijenti.
Emenda 193
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 5(A)(Ia) (ġdid)
PFC 5(A)(Ia): Inibitur tad-denitrifikazzjoni
1.  Inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu jkun inibitur li jnaqqas il-formazzjoni ta' ossidu nitruż (N2O) billi jirrallenta jew iwaqqaf il-konverżjoni tan-nitrat (NO3-) f'dinitroġenu (N2) mingħajr ma jinfluwenza l-proċess ta' nitrifikazzjoni kif deskritt f'PFC 5(A)(I). Dan għandu jikkontribwixxi biex tiżdied id-disponibbiltà ta' nitrat għall-pjanta u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-N2O.
2.  L-effikaċja ta' dan il-metodu tista' tiġi vvalutata billi jitkejlu l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu f'kampjuni tal-gass miġbura f'apparat tal-kejl xieraq u billi jitkejjel l-ammont ta' N2O ta' dak il-kampjun f'kromatografu b'fażi gassuża. Il-valutazzjoni għandha tirreġistra wkoll il-kontenut ta' ilma tal-ħamrija.
Emenda 202
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6 – punt 1 – parti introduttorja
1.  Bijostimulant tal-pjanti għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jistimula l-proċessi ta' nutrizzjoni tal-pjanti indipendentament mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan uniku li jtejjeb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta li ġejjin:
1.  Bijostimulant tal-pjanti għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jistimula l-proċessi ta' nutrizzjoni tal-pjanti indipendentement mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan uniku li jtejjeb karatteristika waħda jew aktar mill-karatteristiċi li ġejjin tal-pjanta u r-riżosfera jew il-fillosfera tal-pjanta:
Emenda 203
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6 – punt 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  disponibbiltà ta' nutrijenti konfinati fil-ħamrija u fir-riżosfera.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6 – punt 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  umifikazzjoni,
Emenda 205
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6 – punt 1 – punt cc (ġdid)
(cc)  id-degradazzjoni tal-komposti organiċi fil-ħamrija.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6 – punt 2 – inċiż 1
—  Kadmju (Cd) 3 mg/kg materja niexfa,
—  Kadmju (Cd) 1,5 mg/kg materja niexfa,
Emenda 208
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 1
1.  Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti għandu jikkonsisti biss minn mikroorganiżmu jew konsorzju ta' mikroorganiżmi msemmija fil-Kategorija tal-Materjal Komponent 7 tal-Anness II.
1.  Bijostimulant mikrobiku tal-pjanti għandu jikkonsisti:
(a)   minn mikroorganiżmu jew konsorzju ta' mikroorganiżmi msemmija fil-Kategorija tal-Materjali Komponenti (CMC) 7 tal-Anness II;
(b)  minn mikroorganiżmi jew konsorzju ta' mikroorganiżmi differenti minn dawk previsti taħt il-punt (a) ta’ dan il-punt.. Jistgħu jintużaw bħala kategoriji ta' materjali komponenti dment li jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-Kategorija tal-Materjali Komponenti 7 tal-Anness II.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

3.   Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

Emenda

3.   Il-patoġeni ma jridux ikunu preżenti fil-bijostimulant mikrobiku tal-pjanti f'konċentrazzjoni ta' aktar mil-limiti rispettivi indikati fit-tabella ta' hawn taħt:

Mikroorganiżmi/it-tossini tagħhom, metaboliti

Pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni

Limitu

 

n

c

 

Salmonella spp

5

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli

5

0

Assenti fi 1 g jew 1 ml

Listeria monocytogenes

5

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Vibrio spp

5

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Shigella spp

5

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Staphylococcus aureus

5

0

Assenti f'25 g jew 25 ml

Enterococcaceae

5

2

10 CFU/g

L-għadd tal-kolonji anaerobiċi sakemm il-bijostimulant mikrobiku ma jkunx batterju aerobiku

5

2

105 CFU/g jew ml

L-għadd ta' ħmira u moffa sakemm il-bijostimulant mikrobiku ma jkunx fungus

5

2

1000 CFU/g jew ml

fejn n= in-numru ta' unitajiet li jagħmlu l-kampjun; c= in-numru ta' unitajiet ta' kampjuni li jagħtu valuri ikbar mil-limitu definit.

Emenda 210
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 4
4.  Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 1 g jew 1 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
imħassar
Emenda 211
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 5
5.  Enterococcaceae ma tridx tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'iktar minn 10 CFU/g ta' massa friska.
imħassar
Emenda 212
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 6
6.  Listeria monocytogenes ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
imħassar
Emenda 213
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 7
7.  Vibrio spp ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
imħassar
Emenda 214
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 8
8.  Shigella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
imħassar
Emenda 215
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 9
9.  Staphylococcus aureus ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 1 g jew 1 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
imħassar
Emenda 216
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 10
10.  L-għadd tal-kolonji aerobiċi ma għandux ikun iktar minn 5 CFU/g jew ml mill-kampjun ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, sakemm il-bijostimulant mikrobjali ma jkunx batterja aerobika.
imħassar
Emenda 217
Proposta għal regolament
Anness I – part II – PFC 6(A) – punt 12 – subparagrafu 2
il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu pH ogħla minn jew daqs 4.
imħassar
Emenda 218
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 6(A) – punt 13
13.  Iż-żmien tal-ħżin tal-bijostimulant mikrobjali tal-pjanti għandu jkun tal-inqas 6 xhur skont il-kundizzjonijiet tal-ħżin speċifikati fuq it-tikketta.
imħassar
Emenda 219
Proposta għal regolament
Anness I – parti II – PFC 7 – punt 3 – parti introduttorja
3.  It-taħlit ma għandux jibdel in-natura ta' kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti
3.  It-taħlit ma għandux jibdel il-funzjoni ta' kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti
Emenda 220
Proposta għal regolament
Anness II - parti I – CMC 11a (ġdid)
CMC 11a: Prodotti sekondarji industrijali oħrajn
Emenda 221
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 1 – punt 1 – parti introduttorja
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanzi u taħlitiet, barra minn8
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanzi u taħlitiet, inklużi addittivi tekniċi, barra minn8
__________________
__________________
8 L-esklużjoni ta' materjal minn CMC 1 ma jtelfux milli jkun materjal komponent eliġibbli minħabba CMC oħra li tistipula rekwiżiti differenti. Ara, pereżempju, CMC 11 dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, CMC 9 u CMC 10 dwar il-polimeri, u CMC 8 dwar l-adittivi agronomiċi.
8 L-esklużjoni ta' materjal minn CMC 1 ma jtelfux milli jkun materjal komponent eliġibbli minħabba CMC oħra li tistipula rekwiżiti differenti. Ara, pereżempju, CMC 11 dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, CMC 9 u CMC 10 dwar il-polimeri, u CMC 8 dwar l-adittivi agronomiċi.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 1 – punt 1 – punt b
(b)  prodotti sekondarji fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,
(b)  prodotti sekondarji fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, minbarra prodotti sekondarji reġistrati skont ir-Regolament(KE) Nru 1907/2006 minbarra dawk koperti minn waħda mill-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fil-punt 5 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament,
Emenda 223
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 1 – punt 1 – punt e
(e)  polimeri, jew
(e)  polimeri, bl-eċċezzjoni ta' dawk użati f'materjal għat-tkabbir li mhuwiex f'kuntatt mal-ħamrija, jew
Emenda 228
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 2 – punt 1
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, il-lijofilizzazzjoni jew l-estrazzjoni bl-ilma.
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, iċ-ċentrifugazzjoni, it-tgħarbil, il-maċinazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, il-lijofilizzazzjoni, il-buffering, l-estrużjoni, ir-radjazzjoni, it-trattament bl-iffriżar, is-sanifikazzjoni bl-użu tas-sħana, l-estrazzjoni bl-ilma jew kwalunkwe preparazzjoni/pproċessar ieħor li ma jrendix is-sustanza finali suġġetta għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 2 – punt 2
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-pjanti huma mifhuma li jinkludu l-alga u jeskludu ċ-ċjanobatterji.
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-pjanti huma mifhuma li jinkludu l-alga ħlief fir-rigward taċ-ċjanobatterji li jipproduċu ċjanotossini klassifikati bħala perikolużi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 1 - parti introduttorja
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu kompost miksub mill-kompostjar aerobiku ta' esklussivament wieħed jew aktar mill-materjali ta' input li ġejjin:
1.  Prodott għan-nutrizzjoni tal-pjanti bit-tikketta CE jista' jkollu kompost, estratt likwidu jew mhux likwidu mikrobiku jew mhux mikrobiku magħmul minn kompost, miksub mill-kompostjar aerobiku, u l-multiplikazzjoni possibbli li tirriżulta tal-mikrobiċi li jeżistu fin-natura ta' esklussivament wieħed jew aktar mill-materjali ta' input li ġejjin:
Emenda 231
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 1 – punt b
(b)  Prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji 2 u 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(b)  Prodotti dderivati minn prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li għalihom ikun intlaħaq il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura f'konformità mal-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament;
Emenda 232
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  Organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief
(c)  Organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, ħlief
Emenda 233
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 1 – punt c – inċiż 2
–  ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u
–  ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali (ħlief għal residwi tal-ikel li ma jittieklux, magħlef u pjantaġġjuni marbuta mal-agrokarburanti) jew ħama mit-tħammil, u
Emenda 238
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  Residwi mhux ipproċessati u pproċessati mekkanikament mill-industriji tal-produzzjoni tal-ikel, ħlief mill-industriji li jużaw prodotti sekondarji mill-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Emenda 239
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  Materjali konformi ma' CMC 2, CMC 3, CMC 4, CMC 5, CMC 6 u CMC 11.
Emenda 240
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 2 – inċiż 1
–  li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u
–  li fiha l-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input imsemmija f’punt1 hawn fuq huma separati b'mod ċar mil-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input minbarra dawk imsemmija f’punt 1, u
Emenda 241
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 3 – punt 6 – punt a – inċiż 2
—  Kriterju: massimu ta' 25 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
—  Kriterju: massimu ta' 50 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
Emenda 242
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 4 – titlu
CMC 4: Diġestat tal-għelejjel għall-enerġija
CMC 4: Diġestat tal-għelejjel għall-enerġija u bijoskart abbażi tal-pjanti
Emenda 247
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 4 – punt 1 – punt c
(c)  Kwalunkwe materjal imsemmi fil-punti (a)-(b) li jkun ġie diġerit qabel.
(c)  Kwalunkwe materjal imsemmi fil-punti (a)-(b) li jkun ġie diġerit qabel mingħajr ebda traċċa ta' aflatossini.
Emenda 248
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 4 – punt 2 – inċiż 1
–  li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u
–  li fiha l-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input imsemmija fil-punt 1 hawn fuq huma separati b'mod ċar mil-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input minbarra dawk imsemmija fil-punt 1, u
Emenda 249
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 4 – punt 3 – punt b
(b)  Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluż stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa);
(b)  Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluża l-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/20111a;
_________________
1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
Emenda 250
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 4 – punt 3 – punt d
(d)  Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa); jew
(d)  Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi l-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; jew
Emenda 251
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 1 – punt c – inċiż 2
–  ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil,
–  ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali għajr dawk speċifikati fil-punt (ea) jew ħama mit-tħammil, u
Emenda 255
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 1 – punt e – parti introduttorja
(e)  Kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a)-(d) li
(e)  Kwalunkwe materjal mingħajr aflatossini elenkat fil-punti (a)-(d) li
Emenda 256
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  Residwi mhux ipproċessati u pproċessati mekkanikament mill-industriji tal-produzzjoni tal-ikel, ħlief mill-industriji li jużaw prodotti sekondarji mill-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  Materjali konformi ma' CMC 2, CMC 3, CMC 4, CMC 5, CMC 6 u CMC 11.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 2 – inċiż 1
–  li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u
–  li fiha l-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input imsemmija fil-punt 1 hawn fuq huma separati b'mod ċar mil-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input minbarra dawk imsemmija fil-punt 1, u
Emenda 259
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 3 – punt a
(a)  Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C tal-anqas waqt 24 siegħa u żmien ta' żamma idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;
(a)  Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C tal-anqas waqt 24 siegħa u żmien ta' żamma idrawlika ta' mill-anqas 20 jum, segwita minn analiżi biex tivverifika li l-proċess ta' diġestjoni jkun qered b'suċċess il-patoġeni;
Emenda 260
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 3 – punt b
(b)  Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluż stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa);
(b)  Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluża l-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;
Emenda 261
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 5 – punt 3 – punt d
(d)  Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa); jew
(d)  Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi l-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; jew
Emenda 262
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 6 – punt 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  residwi taż-żebbuġ, jiġifieri prodott sekondarju viskuż tal-għasir taż-żebbuġ miksub billi r-residwi nidjin taż-żebbuġ jiġu ttrattati b'solventi organiċi f'żewġ fażijiet (residwu ta' 2 fażijiet) jew fi tlieta (residwu ta' 3 fażijiet);
Emenda 263
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 6 – punt 1 – punt cb (ġdid)
(cb)   prodotti sekondarji tal-industrija tal-għalf, li huma elenkati fil-katalgu tal-materjali tal-għalf individwali fir-Regolament (UE) Nru 68/2013;
Emenda 264
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 6 – punt 1 – punt cc (ġdid)
(cc)  kwalunkwe materjal ieħor jew sustanza oħra li ġie(t) approvat(a) għall-inkorporazzjoni fl-ikel jew fl-għalf.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 6 – punt 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
Is-sustanzi kollha għandu jkun fihom l-aflotossini taħt il-limitu ta' detezzjoni.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 7 – punt 1 – inċiż 1
–  ma jkunux għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief it-tnixxif jew il-lijofilizzazjoni u
imħassar
Emenda 271
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 8 – punt 1
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanza jew taħlita maħsuba biex tittejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' prodott, biss jekk il-konformità ta' dik is-sustanza jew it-taħlita mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal prodott f'PFC 5 tal-Anness I tkun intweriet f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal addittiv agronomiku bħal dan.
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanza jew taħlita (inklużi l-addittivi teknoloġiċi, pereżempju: antiagglomeranti, aġenti kontra r-ragħwa, aġenti kontra t-trab, koloranti u aġenti reoloġiċi) maħsuba biex tittejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' prodott, biss jekk il-konformità ta' dik is-sustanza jew it-taħlita mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal prodott f'PFC 5 tal-Anness I tkun intweriet f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal addittiv agronomiku bħal dan.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 8 – punt 3a (ġdid)
3a.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tad-denitrifikazzjoni konformi, kif imsemmi f'PFC 5(A)(Ia) tal-Anness I, biss jekk ikun fih in-nitroġenu fi kwalunkwe forma.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 8 – punt 4
4.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tal-ureażi konformi, kif jissemma f'PFC 5(A)(II) tal-Anness I, biss jekk tal-anqas 50% tal-kontenut tan-nitroġenu (N) totali tal-prodott fertilizzanti jikkonsisti minn nitroġenu (N) mill-urea (CH4N2O).
4.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tal-ureażi konformi, kif jissemma f'PFC 5(A)(II) tal-Anness I, biss jekk tal-anqas 50 % tal-kontenut totali ta' nitroġenu (N) tal-prodott fertilizzanti jikkonsisti minn forma ta' ammonju (NH4+) jew ta' ammonju (NH4+) u ta' urea (CH4N2O).
Emenda 274
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 9 – punt 3
3.  Il-polimeri ma għandux ikollhom il-formaldeid.
3.  Il-polimeri għandu jkollhom massimu ta' 600 ppm ta' formaldeid liberu.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 10 – punt 1
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih polimeri differenti minn polimeri nutrijenti biss fil-każijiet fejn l-iskop tal-polimeru huwa li
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih polimeri differenti minn polimeri nutrijenti biss fil-każijiet fejn l-iskop tal-polimeru huwa li
(a)  jikkontrolla l-penetrazzjoni tal-ilma fil-partiċelli tan-nutrijenti u b'hekk jiġu rilaxxati n-nutrijenti (f'liema każ il-polimeru huwa magħruf bħala 'aġent tal-kisi'), jew
(a)  jikkontrolla l-penetrazzjoni tal-ilma fil-partiċelli tan-nutrijenti u b'hekk jiġu rilaxxati n-nutrijenti (f'liema każ il-polimeru huwa magħruf bħala 'aġent tal-kisi'), jew
(b)  jżid il-kapaċitajiet ta' żamma tal-ilma tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
(b)  iżid il-kapaċitajiet ta' żamma tal-ilma tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, jew
(ba)  itejjeb il-ħamrija bħala rita tal-mulch bijodegradabbli, konformi, b'mod partikolari, mar-rekwiżiti tal-punti 2a u 3 ta' CMC 10, jew
(bb)  jillega l-komponenti tal-prodott fertilizzanti, mingħajr l-ebda kuntatt mal-ħamrija, jew
(bc)  itejjeb l-istabbiltà tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, jew
(bd)   itejjeb il-penetrazzjoni tal-ilma fil-ħamrija.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 10 – punt 2
2.  Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandu jkun hemm konformità mal-kriterju li ġej: Il-polimeru għandu jkun jista' jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li ħafna minnu finalment jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma. Għandu jkollu tal-anqas 90 % tal-karbonju organiku kkonvertit f'CO2 f'massimu ta' 24 xahar, f'test tal-bijodegradibbiltà kif speċifikat fil-punti (a)-(c) hawn taħt.
2.  Minn ... [ħames snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandu jkun hemm konformità mal-kriterju li ġej: Il-polimeru għandu jkun jista' jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li ħafna minnu finalment jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma. Għandu jkollu tal-anqas 90 % tal-karbonju organiku kkonvertit f'CO2 f'massimu ta' 48 xahar wara t-tmiem tal-perjodu tal-funzjonalità kkonċernat tal-prodott fertilizzanti indikat fuq it-tikketta, meta mqabbel ma' standard xieraq waqt it-test tal-bijodegradibbiltà. Il-kriterji ta' bijodegradabbiltà u l-iżvilupp ta' metodu xieraq tal-ittestjar għall-bijodegradazzjoni għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-aktar provi xjentifiċi reċenti u stabbiliti f'atti delegati msemmija fl-Artikolu 42 ta' dan ir-Regolament.
(a)  It-test għandu jsir f'25°C ± 2°C.
(b)  It-test għandu jsir f'konformità mal-metodu għad-determinazzjoni tal-bijodegradabbiltà aerobika finali tal-materjali tal-plastik fil-ħamrija billi titkejjel id-domanda għall-ossiġenu jew l-ammont ta' diossidu tal-karbonju prodott.
(c)  Għandu jintuża trab taċ-ċelluloża mikrokristallina bl-istess dimensjoni bħall-materjal tat-test bħala materjal ta' referenza fit-test.
(d)  Qabel it-test, il-materjal tat-test ma għandux ikun soġġett għal kundizzjonijiet jew proċeduri mfasslin sabiex iħaffu d-degradazzjoni tar-rita, bħall-esponiment għas-sħana jew għad-dawl.
Emenda 277
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 10 – punt 2a (ġdid)
2a.  Ir-riti tal-mulch bijodegradabbli msemmija f'PFC 3(B) għandhom ikunu konformi mal-kriterju li ġej:
Il-polimeru għandu jkun jista' jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li finalment jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma u għandu jkollu tal-inqas 90 % tal-karbonju organiku, b'mod assolut jew relattiv għall-materjal ta' referenza, ikkonvertit f'CO2 f'massimu ta' 24 xahar, f'test tal-bijodegradabbiltà skont l-istandards tal-Unjoni għal bijodegradazzjoni ta' polimeri fil-ħamrija.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 10 – punt 3a (ġdid)
3a.  Peress li l-prodott huwa maħsub biex jiġi miżjud mal-ħamrija u rilaxxat fl-ambjent, dawn il-kriterji għandhom japplikaw għall-materjali kollha li jinsabu fil-prodott.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 10 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   Prodott bit-tikketta CE li jkun fih polimeri minbarra polimeri nutrijenti għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 bil-kundizzjoni li l-polimeri jintużaw biss bħala materjal leganti għall-prodott fertilizzanti u li ma jkunux f'kuntatt mal-ħamrija.
Emenda 280
Proposta għal regolament
Anness II – parti II – CMC 11

Test propost mill-Kummissjoni

Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jilħaq il-punt finali fil-katina ta' manifattura kif iddeterminat skont dak ir-Regolament, li huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt u kif inhu speċifikat fiha:

Emenda

Suġġett għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti delegati skont l-Artikolu 42, prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jilħaq il-punt finali fil-katina ta' manifattura kif iddeterminat skont dak ir-Regolament, li huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt u kif inhu speċifikat fiha

 

Prodott derivat

Standards ta' pproċessar sabiex jintlaħaq il-punt finali fil-katina ta' manifattura

1

Dqiq mil-laħam

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

2

Dqiq mill-għadam mitħun

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

3

Dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

4

Demm tal-annimali

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

5

Proteini idrolizzati tal-Kategorija III – skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

6

Demel ipproċessat

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

7

Kompost (1)

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

8

Residwi tad-diġestjoni tal-bijogass (1)

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

9

Dqiq mir-rix

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

10

Ġlud

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

11

Qwieqeb u qrun

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

12

Gwanu tal-friefet il-lejl

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

13

Suf u pil

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

14

Rix u rix fin (downs)

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

15

Lanżit tal-ħanżir

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

16

Gliċerina u prodotti oħrajn ta' materjali tal-Kategoriji 2 u 3 derivati mill-produzzjoni tal-bijodiżil u ta' fjuwils rinnovabbli

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

17

Ikel għall-annimali domestiċi u oġġetti li jgerrmu l-klieb li ġew miċħuda għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba fallimenti tekniċi

Determinat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

(1)   derivati minn materjali tal-Kategoriji 2 u 3 għajr minn dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u minn proteini tal-annimali pproċessati

Emenda 281
Proposta għal regolament
Anness II - parti II – CMC 11a (ġdid)
CMC 11a: Prodotti sekondarji industrijali oħrajn
1.  Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih prodotti sekondarji industrijali oħrajn, bħal sulfat tal-ammonju mill-produzzjoni tal-kaprolattam, aċidu sulfuriku mir-raffinar tal-gass naturali u taż-żejt kif ukoll materjali oħrajn li ġejjin minn proċessi industrijali speċifiċi, li huma esklużi mis-CMC 1 u huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, fil-kundizzjonijiet speċifikati fiha:
2.  Minn ... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-kriterji applikabbli għall-prodotti sekondarji industrijali li ntużaw skont ir-Regolament (KE) 2003/2003 bħala komponenti ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, bil-għan li jkunu inklużi fil-kategorija ta' materjal komponenti, għandhom ikunu stabbiliti fid-dawl tal-aktar provi xjentifiċi reċenti u stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 42 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Anness III – parti 1 – punt 2 – punt e
(e)  Deskrizzjoni tal-komponenti kollha ta' aktar minn 5% skont il-piż tal-prodott f'ordni dixxendenti ta' kobor skont il-piż niexef, inkluża indikazzjoni tal-kategoriji tal-materjal komponent ("CMC") rilevanti kif inhu msemmi fl-Anness II.
(e)  Deskrizzjoni tal-komponenti kollha ta' aktar minn 1 % skont il-piż tal-prodott f'ordni dixxendenti ta' kobor skont il-piż niexef, inkluża indikazzjoni tal-kategoriji tal-materjal komponent ("CMC") rilevanti kif inhu msemmi fl-Anness II u inkluż il-kontenut bħala perċentwal tal-materja niexfa;
Emenda 283
Proposta għal regolament
Anness III – parti 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)
(ea)  Fil-każ ta' kwalunkwe prodott li jkun fih materjal li joriġina minn skart organiku jew prodotti sekondarji, li ma jkunx għadda minn proċess li jkun qered il-materjali organiċi kollha, it-tikketta għandha tispeċifika liema skart u prodotti sekondarji ntużaw u n-numru tal-lott jew in-numru tas-serje taż-żmien tal-produzzjoni. Dak in-numru għandu jirreferi għad-data tat-traċċabbiltà miżmuma mill-produttur li tidentifika s-sorsi individwali (irziezet, fabbriki, eċċ.) ta' kull prodott tal-iskart organiku/sekondarju użat fil-lott/fis-serje taż-żmien. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, wara konsultazzjoni pubblika u wara ... [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ispeċifikazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, li se tidħol fis-seħħ [3 snin wara l-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet]. Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom iqisu kemm ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5 sa 7 tal-Artikolu 6 u l-Artikolu 11 u s-sistemi eżistenti tat-traċċabbiltà (pereżempju għal prodotti sekondarji mill-annimali jew sistemi industrijali) kif ukoll il-kodiċijiet ta' klassifikazzjoni tal-iskart tal-Unjoni.
Emenda 284
Proposta għal regolament
Anness III – parti 1 – punt 2a (ġdid)
2a.  Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli istruzzjonijiet qosra għall-użu previst, inklużi d-doża u l-mument tal-applikazzjoni previsti u l-pjanti destinatarji u l-ħżin previsti.
Emenda 285
Proposta għal regolament
Anness III – parti 1 – punt 7a (ġdid)
7a.  L-ebda prodott ma jista' jagħmel dikjarazzjonijiet relatati ma' PFC oħra mingħajr ma jissodisfa r-rekwiżiti sħaħ ta' dik il-PFC addizzjonali, u lanqas ma huma permessi dikjarazzjonijiet diretti jew impliċiti ta' effetti ta' protezzjoni tal-pjanti.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1 – punt 2 – punt b
(b)  Il-kontenut tal-inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jkun espress bħala perċentwal skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju (NH4+) u nitroġenu tal-urea (CH4N2O).
(b)  Il-kontenut tal-inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jkun espress bħala perċentwal skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju (NH4+) jew nitroġenu tal-ammonju (NH4+) u nitroġenu tal-urea (CH4N2O).
Emenda 287
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(A) – punt 1 – punt a
(a)  in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;
(a)  in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K; il-kontenut tan-nitroġenu dikjarat huwa mogħti bis-somma ta' N ammonjakali, N nitriku, N ureiku, N mill-urea-formaldeid, N mill-isobutildendiurea, N mill-krotonilidendiurea u N miċ-ċjanammid.
Il-fertilizzanti fosforiċi jridu jissodisfaw il-livelli minimi ta' solubbiltà li ġejjin biex ikunu disponibbli għall-pjanti, inkella dawn ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala fertilizzanti fosforiċi:
–  solubbiltà fl-ilma: livell minimu ta' 25 % tal-P totali,
–  solubbiltà fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali: livell minimu ta' 30 % tal-P totali,
–  solubbiltà fl-aċidu formiku (għall-fosfat naturali artab biss): livell minimu ta' 35 % tal-P totali.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(A) – punt 1 – punt b
(b)  in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;
(b)  in-nutrijenti dikjarati kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na) jew kubrit (S) bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Ca-Mg-Na-S;
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. Jekk jiġi miftiehem mill-koleġiżlaturi, il-bidliet korrispondenti se japplikaw fit-test kollu, inklużi dawk il-partijiet riflessi fl-emendi ta’ hawn taħt.)
Emenda 289
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(A) – punt 1 – punt c
(c)  in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti ddikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentisi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na),
(c)  in-numri li jindikaw il-kontenut medju tan-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na),
Emenda 290
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(A) – punt 1 – punt d – inċiż 6
–  Karbonju organiku (C); u
–  Karbonju (C) organiku u proprozjon C/N;
Emenda 291
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(A) – punt 1 – punt d – inċiż 7a (ġdid)
–  F'forma bħal trab jew gerbub.
Emenda 292
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(B) – punt 1 – punt d – inċiż 2
–  Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma;
Emenda 293
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(B) – punt 1 – punt d – inċiż 2 – subinċiż 3
–   fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
–   Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli biss fl-aċidiiminerali;
Emenda 294
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(B) – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Il-kontenut tan-nitroġenu totali dikjarat huwa mogħti bis-somma ta' N ammonjakali, N nitriku, N ureiku, N mill-metilen-urea, N mill-isobutildendiurea, N mill-krotonilidendiurea u N miċ-ċjanammid.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I) – punt 1 – punt d – inċiż 2
–  Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
–  Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma;
Emenda 296
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I) – punt 1 – punt d – inċiż 2 – subinċiż 3
–  fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
–  Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli biss fl-aċidi minerali;
Emenda 297
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I) – punt 1 – punt d – inċiż 4 – subinċiż 1a (ġdid)
–  f'forma bħal trab jew gerbub;
Emenda 298
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I) – punt 1 – punt da (ġdid)
(da)  pH
Emenda 299
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I) – punt 1a (ġdid)
1a.  Il-prodotti fertilizzanti li fihom inqas minn 5 ppm ta' kadmju, arseniku, ċomb, kromju VI u merkurju, rispettivament, għandhom ikunu eleġibbli li jużaw "Tikketta Ħadra" viżibbli fl-imballaġġ u t-tikketta tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43, li jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' tali tikketti.
Emenda 300
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I)(a) –punt 3 – punt c
(c)  trab, fejn tal-anqas 90% tal-prodott ikun jista' jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 10 mm, jew
(c)  trab, fejn tal-anqas 90 % tal-prodott ikun jista' jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 1 mm, jew
Emenda 301
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(I)(a) – punt 4a (ġdid)
4a.   Għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE msemmija fil-punt (bb) tal-punt 1 ta' CMC 10 tal-Anness II, meta l-polimeri jintużaw unikament bħala materjal leganti, għandha tkun preżenti d-dikjarazzjoni li ġejja: "Dan il-prodott fertilizzanti mhuwiex maħsub biex jiġi f'kuntatt mal-ħamrija."
Emenda 302
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)(II) – punt 1
1.  Il-mikronutrijenti dikjarati fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom ikunu elenkati skont l-ismijiet u s-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
1.  Il-mikronutrijenti dikjarati fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom ikunu elenkati skont l-ismijiet u s-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni li ġej: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo), selenju (Se), siliċju (Si) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
Emenda 303
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 1(C)a (ġdid)
PFC 1(C)a: Fertilizzant b'livell baxx ta' karbonju
1.  Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin relatati mal-makronutrijenti:
(a)  in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;
(b)  in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;
(c)  in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na);
(d)  il-kontenut tan-nutrijenti dikjarati li ġejjin, fl-ordni li ġej u bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa:
▪  Nitroġenu (N) totali
l-ammont minimu ta' nitroġenu (N) organiku, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;
Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu nitriku;
Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;
▪  Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;
pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;
fejn ikun preżenti fosfat naturali artab, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
▪  Ossidu tal-potassju (K2O) totali;
ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;
▪  ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi
–  fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–  fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma;
–  f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.
(e)  fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonju mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.
2.  L-elementi l-oħrajn li ġejjin għandhom jiġu indikati bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE:
–  Kontenut tal-karbonju (C) organiku; u
–  Kontenut ta' materja niexfa.
3.  Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat bħala perċentwal skont il-massa fit-tabella hawn taħt, għandhom
–  jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u
–  jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:
Mikronutrijent
Perċentwal skont il-massa

Boron (B)
0,01

Kobalt (Co)
0,002

Ram (Cu)
0,002

Manganiż (Mn)
0,01

Molibdenu (Mo)
0,001

Żingu
0,002

Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)  indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġej: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
(b)  il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(c)  fejn il-mikronutrijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;
(d)  fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutrijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:
il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u
l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu;
(e)  id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx id-doża xierqa'.
Emenda 399
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 2 – inċiż 2
—   Granulometrija, espressa bħala perċentwal tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel magħżul minn qabel;
—  Granulometrija, espressa bħala l-perċentwal tal-prodott li jgħaddi minn għeriebel ta' 1,0 mm u 3,15 mm;
Emenda 304
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 –PFC 3 – punt 1 – inċiż 3
–   Kontenut totali ta' nitroġenu (N);
imħassar
Emenda 305
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 –PFC 3 – punt 1 – inċiż 4
–   Kontenut totali ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5);
imħassar
Emenda 306
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 –PFC 3 – punt 1 – inċiż 5
–   Kontenut totali ta' ossidu tal-potassju (K2O);
imħassar
Emenda 307
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 6 – punt e
(e)  id-doża, iż-żmien (stadju tal-iżvilupp tal-pjanti) u l-frekwenza tal-applikazzjoni;
(e)  id-doża, iż-żmien (stadju tal-iżvilupp tal-pjanti), il-lokalizzazzjoni u l-frekwenza tal-applikazzjoni, (f'konformità mal-provi empiriċi li jiġġustifikaw id-dikjarazzjoni(jiet) rigward il-bijostimulanti);
Emenda 308
Proposta għal regolament
Anness III – parti 2 – PFC 6 – punt fa (ġdid)
(fa)  l-indikazzjoni li l-prodott mhuwiex prodott għall-protezzjoni tal-pjanti;
Emenda 309
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3 – PFC 1(A)

Tolleranza permissibbli għall-kontenut tan-nutrijenti ddikjarat u parametru ddikjarat ieħor


Tolleranza permissibbli għall-kontenut tan-nutrijenti dikjarat u parametru ddikjarat ieħor

Karbonju organiku (C)
± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Karbonju (C) organiku
± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa
± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa
± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali
± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) organiku
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) organiku
± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali
± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali
± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju, ossidu tal-kalċju, triossidu tal-kubrit jew ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma
± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.

Ossidu tal-manjeżju, ossidu tal-kalċju, triossidu tal-kubrit jew ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma
± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punt perċentwali f'termini assoluti.

Ram (Cu) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti

Ram (Cu) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti

Żingu (Zn) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Żingu (Zn) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità
—  5 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat

Kwantità
—  5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat




Forom dikjarati ta' nitroġenu, fosforu u potassju
Binarji: tolleranza massima, f'termini assoluti, ta' 1,1 N u 0,5 N organiku, 1,1 P2O5, 2 K2O u 1,5 għas-somma taż-żewġ nutrijenti.





Ternarji: tolleranza massima, f'termini assoluti, ta' 1,1 N u 0,5 N organiku, 1,1 P2O5, 1,1 K2O u 1,9 għas-somma taż-żewġ nutrijenti.





± 10 % tal-kontenut dikjarat totali ta' kull nutrijent sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti.

Emenda 310
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3 – PFC 1(B) – tabella 1

Test propost mill-Kummissjoni

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-mikronutrijent inorganiku

N

P2O5

K2O

MgO

CaO

SO3

Na2O

± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.

± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti

Emenda

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-mikronutrijent inorganiku

N

P2O5

K2O

MgO

CaO

SO3

Na2O

± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti għal kull nutrijent għalih waħdu u għas-somma tan-nutrijenti

—  50 % u + 100 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' -2 u +4 punti perċentwali f'termini assoluti

± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti

It-tolleranzi P2O5 jirreferu għall-pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma.

 

 

Emenda 311
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3 – PFC 1(B)
Karbonju organiku: ± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Karbonju organiku: ± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Nitroġenu organiku: ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
Nitroġenu organiku: ± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
Ram (Cu) totali ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti
Ram (Cu) totali: ± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti
Żingu (Zn) totali ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Żingu (Zn) totali: ± 15 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Emenda 312
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3– PFC 1(C)(I)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-mikronutrijent

 

N

P2O5

K2O

MgO

CaO

SO3

Na2O

 

± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punt perċentwali f'termini assoluti.

± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti

 

Granulometrija: ± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku

 

Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

 

Emenda

 

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-mikronutrijent

 

N

P2O5

K2O

MgO

CaO

SO3

Na2O

 

± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti għal kull nutrijent għalih waħdu u għas-somma tan-nutrijenti

—  50 % u + 100 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' -2 u +4 punti perċentwali f'termini assoluti

—  50 % u + 100 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' -2 u +4 punti perċentwali f'termini assoluti

 

Il-valuri ta' tolleranza ta' hawn fuq japplikaw ukoll għall-forom N u għas-solubbiltajiet.

 

Granulometrija: ± 20 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku

 

Kwantità: ± 3 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Emenda 313
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3 – PFC 3

Test propost mill-Kummissjoni

Forom tan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

pH

± 0,7 fil-ħin tal-manifattura

 

± 1,0 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Karbonju organiku (C)

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali;

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Materja niexfa

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Kwantità

—  5 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fil-ħin tal-manifattura

 

—  25 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Karbonju (C) org / Nitroġenu (N) org

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Granulometrija

± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.

Emenda

Forom tan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

pH

± 0,7 fil-ħin tal-manifattura

 

± 0,9 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Karbonju (C) organiku

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali;

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Materja niexfa

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Kwantità

—  5 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fil-ħin tal-manifattura

 

—  15 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Karbonju (C) org / Nitroġenu (N) org

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Granulometrija

± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.

Emenda 314
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3 – PFC 4

Test propost mill-Kummissjoni

Forom għan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Konduttività elettrika

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

pH

± 0,7 fil-ħin tal-manifattura

 

± 1,0 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Kwantità skont il-volum (litri jew m³)

—  5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

—  25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) tal-materjali b'daqs tal-partiċella akbar minn 60 mm

—  5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

—  25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) ta' GM ifformati minn qabel

—  5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

—  25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Nitroġenu (N) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Emenda

Forom tan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Konduttività elettrika

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 60 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

pH

± 0,7 fil-ħin tal-manifattura

 

± 0,9 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Kwantità skont il-volum (litri jew m³)

—  5 % devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 15 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) tal-materjali b'daqs tal-partiċella akbar minn 60 mm

—  5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 15 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) ta' GM ifformati minn qabel

—  5 % devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 15 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Nitroġenu (N) solubbli fl-ilma

± 50 % devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 60 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 60 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma

± 50 % devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

 

± 60 % devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Emenda 315
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 1 – punt 1 – punt 1 – punt b
(b)  diġestati tal-għelejjel tal-enerġija kif inhu speċifikat f'CMC 4,
(b)  diġestati tal-għelejjel tal-enerġija u bijoskart abbażi tal-pjanti kif inhu speċifikat f'CMC 4,
Emenda 316
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 1 – punt 1 – punt 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux ipproċessati jew ipproċessati mekkanikament kif inhu speċifikat f'CMC 2.
Emenda 317
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 1 – punt 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
(ba)  inibitur tad-denitrifikazzjoni kif speċifikat f'PFC 5(A)(Ia),
Emenda 318
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 1 – punt 3 – punt 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  inibitur tad-denitrifikazzjoni kif speċifikat f'PFC (A)(Ia),
Emenda 319
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 2 – modulu A – punt 2.2 – punt b
(b)  disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura,
imħassar
Emenda 320
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 2 – modulu A – punt 2.2 – punt c
(c)  deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
imħassar
Emenda 321
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 2 – modulu A1 – punt 4 – paragrafu 1
Iċ-ċikli u t-testijiet msemmija taħt l-Intestaturi 4.1-4.3 hawn taħt għandhom jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott tal-inqas kull 3 xhur f'isem il-manifattur, sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma'
Iċ-ċikli u t-testijiet msemmija taħt l-Intestaturi 4.1-4.3 hawn taħt għandhom jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott tal-inqas kull 6 xhur fil-każ ta' operazzjoni kontinwa tal-impjant jew kull sena għal produzzjoni perjodika f'isem il-manifattur, sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma'
Emenda 322
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 2 – modulu A1 – punt 4.3.5a (ġdid)
4.3.5a.  Il-manifattur għandu jżomm ir-rapporti tat-test flimkien mad-dokumentazzjoni teknika.
Emenda 323
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 2 – modulu B – punt 3.2 – punt c – inċiż 6
–  rapporti tat-testijiet, u
–  rapporti tat-testijiet, inklużi studji dwar l-effiċjenza agronomika, u
Emenda 324
Proposta għal regolament
Anness IV – parti 2 – modulu D1 – punt 2 – punt b
(b)  disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura, inklużi deskrizzjoni bil-miktub u dijagramma tal-proċess ta' produzzjoni, fejn kull trattament, kontenitur ta' ħażna u żona jiġu identifikati b'mod ċar,
(b)  deskrizzjoni bil-miktub u dijagramma tal-proċess ta' produzzjoni,

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba subparagrafu (A7-0270/2017).


L-iskambju ta’ informazzjoni dwar, u sistema ta’ twissija bikrija u l-proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju għal, sustanzi psikoattivi ġodda ***I
PDF 333kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni, sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta' valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda (COM(2016)0547 – C8-0351/2016 – 2016/0261(COD))
P8_TA(2017)0393A8-0359/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0547),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0351/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-31 ta' Mejju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0359/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Ottubru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni dwar, u sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta' valutazzjoni tar-riskju għal, sustanzi psikoattivi ġodda

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2101.)

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 182.


Il-Politika Komuni tas-Sajd: implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art ***I
PDF 334kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD))
P8_TA(2017)0394A8-0285/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0424),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0239/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Settembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0285/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal- 24 ta’ Ottubru 2017 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2092.)


Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat
PDF 284kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (D053565-01 – 2017/2904(RSP))
P8_TA(2017)0395B8-0567/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (D053565-01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(3),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva glifosat(4),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar il-proposta għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati tal-glifosat fil-livell tal-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-abbozz tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011(6),

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi"(7),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-għan tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 "huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent u li jtejjeb it-tħaddim tas-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jtejjeb il-produzzjoni agrikola"; billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma msejsa fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni;

B.  billi fost l-erbiċidi sistematiċi, il-glifosat attwalment huwa dak bl-ogħla volum ta' produzzjoni globali; billi 76 % tal-glifosat fid-dinja kollha jintuża fl-agrikoltura; billi l-glifosat jintuża ħafna wkoll f'applikazzjonijiet urbani, tal-forestrija u tal-ġonna; billi 72 % tal-volum totali ta' glifosat applikat globalment bejn l-1974 u l-2014 tbexx f'dawn l-aħħar 10 snin biss;

C.  billi l-popolazzjoni ġenerali hi esposta primarjament minħabba residenzi qrib żoni mbexxa, minħabba l-użu fid-dar u minħabba d-dieti; billi l-esponiment għall-glifosat qed jiżdied minħabba żieda fil-volum totali ta' glifosat użat; billi l-impatt tal-glifosat u tal-koformulanti l-iktar komuni tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem irid jiġi mmonitorjat regolarment; billi l-glifosat u/jew ir-residwi tiegħu nstabu fl-ilma, fil-ħamrija, fl-ikel u fix-xorb u f'oġġetti li ma jittiklux, kif ukoll fil-ġisem tal-bniedem (pereżempju fl-urina);

D.  billi, fir-rapport tal-2014 tal-Unjoni Ewropea dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi fl-Ikel li ġie ppubblikat fis-26 ta' Ottubru 2016, l-EFSA nnutat li l-Istati Membri ħadu numru limitat ta' kampjuni ta' kolza u fażola tas-sojja, minkejja li dawn l-għelejjel x'aktarx jiġu ttrattati bil-glisofat u għalhekk jista' jkun mistenni li jkun fihom residwi; billi, skont l-EFSA, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar ir-residwi tal-glisofat fil-prodotti li ġejjin mill-annimali; billi l-EFSA qieset li r-riżultati mhumiex robusti ħafna mil-lat ta' statistika;

E.  billi l-EFSA, fl-2015, irrakkomandat li l-Istati Membri jenħtieġ li jżidu l-għadd ta' analiżi tal-glifosat u tar-residwi relatati (eż. it-trimetilsulfonju) fi prodotti li għalihom l-użu tal-glifosat ikun ġie approvat u meta jkun mistenni li jkun hemm residwi miżurabbli; billi, b'mod partikolari, l-għadd ta' kampjuni ta' fażola tas-sojja, qamħirrum u kolza jenħtieġ li jiżdiedu; billi l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jiżviluppaw u/jew jimplimentaw metodi analitiċi eżistenti sabiex jikkontrollaw il‑metaboliti relatati mal-glifosat u jikkondividu r-riżultati mal-EFSA;

F.  billi l-glifosat huwa erbiċida nonselettiv li joqtol il-ħxejjex kollha; billi hu jaġixxi permezz ta' interferenza fl-hekk imsejħa rotta shikimate, rotta li hi preżenti wkoll fl-algi, fil-batterji u fil-fungi; billi l-esponiment subletali ta' Escherichia coli u Salmonella enterica serovar Typhimurium għall-formulazzjonijiet kummerċjali tal-glifosat instab li jwassal biex tinbidel ir-reazzjoni għall-antibijotiċi;

G.  billi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanza attiva tista' tkun approvata biss jekk ma tkunx ikklassifikata jew m'għandhiex tiġi kklassifikata bħala karċinoġenu kategorija 1A jew 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, sakemm l-esponiment tal-persuni għal dik is-sustanza attiva jkun negliġibbli jew ikun hemm periklu serju għas-saħħa tal-pjanti li ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mezzi disponibbli oħra;

H.  billi f'Marzu 2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) ikklassifikat il-glifosat bħala "aktarx karċinoġenu għall-bnedmin" (Grupp 2A) abbażi ta' "evidenza limitata" ta' kanċer fil-bnedmin (minn każijiet ta' esponimenti f'kundizzjonijiet reali), "evidenza suffiċjenti" ta' kanċer f'annimali tal-laboratorju (minn studji fuq glifosat "pur") kif ukoll "evidenza b'saħħitha" ta' informazzjoni mekkanistika relatata mal-karċinoġenità (għall-ġenotossiċità u stress ossidattiv) kemm għall-glifosat "pur" kif ukoll għall-formulazzjonijiet li jkun fihom il-glifosat; billi l-kriterji użati mill-IARC għall-Grupp 2A huma kumparabbli ma' dawk għall-Kategorija 1B fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

I.  billi f'Novembru 2015, l-EFSA ffinalizzat evalwazzjoni bejn il-pari tal-glifosat u kkonkludiet li "l-glifosat aktarx ma joħloqx periklu karċinoġenu għall-bnedmin u l-evidenza ma tappoġġax il-klassifikazzjoni fir-rigward tal-potenzjal karċinoġenu tiegħu skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008"; billi f'Marzu 2017 il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkluda b'kunsens li ma hemm l-ebda evidenza li torbot il-glisofat mal-kanċer fil-bniedem abbażi tal-informazzjoni disponibbli, u li l-glifosat jenħtieġ li ma jiġix ikklassifikat bħala sustanza li tikkawża ħsara ġenetika (sustanza mutaġena) jew li tfixkel ir-riproduzzjoni;

J.  billi waqt il-Laqgħa Konġunta dwar ir-Residwi tal-Pestiċidji (JMPR) li saret mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) f'Mejju 2016, il-Panel ta' Esperti tal-FAO dwar Residwi Pestiċidi fl-Ikel u l-Ambjent u l-Grupp Ewlieni ta' Valutazzjoni tal-WHO dwar ir-Residwi Pestiċidi, ikkonkludew li "l-glifosat x'aktarx mhuwiex ġenotossiku f'esponimenti ta' djarju antiċipat" u "mhux probabli li joħloq riskju karċinoġeniku għall-bnedmin mill-esponiment permezz tad-dieta";

K.  billi fil-kuntest tal-litigazzjoni fl-Istati Uniti mressqa minn kwerelanti li qalu li żviluppaw linfoma mhux ta' Hodgkin b'riżultat ta' esponiment għall-glifosat, il-qorti żvelat id-dokumenti interni ta' Monsanto, is-sid u l-produttur tal-prodott Roundup, li s-sustanza attiva tiegħu hija l-glifosat; billi l-korrispondenza li ġiet rilaxxata titfa' dubji fuq il-kredibbiltà ta' wħud mill-istudji, kemm dawk sponsorjati minn Monsanto kif ukoll dawk preżumibbilment indipendenti, li kienu fost l-evidenza użata mill-EFSA u l-ECHA għall-evalwazzjoni tagħhom dwar is-sikurezza tal-glifosat; billi, f'dan ir-rigward, it-trasparenza u d-disponibilità pubblika tal-istudji xjentifiċi, kif ukoll tad-data mhux ipproċessata li fuqha huma bbażati dawn l-istudji, huma tal-ogħla importanza;

L.  billi, apparti l-konklużjoni tagħha dwar il-karċinoġenità tal-glifosat, l-ECHA tikkonkludi li l-glifosat jikkawża ħsara serja lill-għajnejn u huwa tossiku għall‑organiżmi akkwatiċi, b'effetti dejjiema;

M.  billi, qabel ma ngħatat estensjoni teknika ta' 18‑il xahar għall-glifosat fid-29 ta' Ġunju 2016, il-Parlament adotta riżoluzzjoni fit-13 ta' April 2016 fejn talab lill-Kummissjoni ġġedded l-approvazzjoni tal-glifosat għal seba' snin, iżda enfasizza wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tapprovax il-glifosat għal użu mhux professjonali, għal użu f'parkijiet pubbliċi jew qribhom, għal grawnds tal-logħob pubbliċi u għal ġonna pubbliċi, jew għal kwalunkwe użu agrikolu meta s-sistemi ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara jkunu suffiċjenti għall-kontroll meħtieġ tal-ħaxix ħażin; billi fl-istess riżoluzzjoni, talab ukoll lill-Kummissjoni biex tiżviluppa taħriġ u awtorizzazzjoni tal-utenti għall-professjonisti, biex tingħata informazzjoni aħjar dwar l-użu tal-glifosat u biex jitqiegħdu limiti stretti fuq l-użu ta' qabel il-ħsad ta' prodotti li fihom is-sustanza attiva glifosat, sabiex jiġi evitat l-użu inkorrett ta' din is-sustanza u biex ikunu limitati r-riskji potenzjali assoċjati magħha;

N.  billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' April 2016 talbet ukoll lill-Kummissjoni u lill-EFSA jiżvelaw immedjatament l-evidenza xjentifika kollha li kienet il-bażi li wasslet għall-klassifikazzjoni pożittiva tal-glisofat u għall-proposta ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid tiegħu, fid-dawl tal-interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar; billi dan, sal-lum, għadu ma sarx;

O.  billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), li hemm referenza għaliha fil-premessa 13 tal-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni, li ġabret aktar minn miljun firma ta' ċittadini Ewropej f'inqas minn sena, mhux biss tirreferi b'mod speċifiku għall-glifosat f'wieħed mit-tliet għanijiet tagħha, iżda fit-titolu tagħha titlob espliċitament ukoll il-projbizzjoni tal-glifosat u l-protezzjoni tan-nies u tal-ambjent mill-pestiċidi tossiċi; billi l-Kummissjoni rċeviet din is-sottomissjoni fis-6 ta' Ottubru 2017 u meħtieġa twieġeb sat-8 ta' Jannar 2018;

P.  billi skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kwalunkwe deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' sustanza attiva jeħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-rapport ta' rieżami mill-EFSA, fuq fatturi oħra li huma leġittimi għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata u fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni;

Q.  billi l-abbozz ta' Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażat fuq evalwazzjoni xjentifika mmexxija mill-Istitut Federali Ġermaniż għall-Valutazzjoni tar-Riskji (BfR), l-EFSA u l-ECHA jipproponi li l-awtorizzazzjoni tal-glisofat sal-15 ta' Diċembru 2027, jiġifieri għal 10 snin; billi dan ikun japplika mis-16 ta' Diċembru 2017;

R.  billi d-dispożizzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Anness I tal-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat mhumiex vinkolanti fil-livell tal-Unjoni, iżda jgħaddu r-responsabbiltà lill-Istati Membri;

S.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika(8), il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li ssir reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 sabiex jitrawmu l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika, u talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta, qabel tmiem l-2018, proposta leġiżlattiva speċifika li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, barra mir-reviżjoni ġenerali b'rabta mal-inizjattiva REFIT, bl-għan li jiġi stabbilit proċess mgħaġġel ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni għal pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika;

T.  billi tħabbar li se tiġi ppubblikata komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-politika agrikola komuni (PAK) qabel tmiem l-2017 u l-proposti tal-baġit għal Mejju 2018;

1.  Iqis li l-abbozz ta' Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jonqos milli jiżgura livell għoli ta' protezzjoni kemm għas-saħħa tal-bnedmin kif ukoll għas-saħħa tal-annimali u l-ambjent, jonqos milli japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, u jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' Regolament ta' implimentazzjoni u tippreżenta abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni ġdid f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, i.e. bl-inklużjoni mhux biss tal-opinjoni tal-EFSA, iżda wkoll ta' fatturi leġittimi oħra u l-prinċipju ta' prekawzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma japprovaw l-ebda użu mhux professjonali tal-glifosat, u ma japprovaw l-ebda użu tal-glifosat ġewwa jew qrib parkijiet pubbliċi, grawnds tal-logħob pubbliċi jew ġonna pubbliċi wara l-15 ta' Diċembru 2017;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'mod partikolari biex ma japprovaw l-ebda użu agrikolu tal-glifosat wara l-15 ta' Diċembru 2017 meta s-sistemi ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara jkunu suffiċjenti għall-kontroll meħtieġ tal-ħaxix ħażin;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ma japprovawx l-użu tal-glisofat għat-tnixxif ta' qabel il-ħsad b'effett mis-16 ta' Diċembru 2017;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-miżuri neċessarji sabiex is-sustanza attiva glifosat tinqata' gradwalment fl-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2022, filwaqt li tiżgura li l-ebda l-użu tal-glifosat ma jiġi awtorizzat wara dik id-data, u dan jinkludi kwlaunkwe perjodu eventwali ta' estensjoni jew perjodu msemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

7.  Jilqa' l-esklużjoni proposta tal-POE-tallowamine mill-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-glifosat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-ħidma tagħhom dwar il-lista ta' koformulanti li mhumiex aċċettati biex ikunu inklużi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-evalwazzjoni xjentifika tal-pestiċidi għall-approvazzjoni regolatorja tal-UE tkun ibbażata biss fuq studji ppubblikati indipendenti u evalwati bejn il-pari kkummissjonati minn awtoritajiet pubbliċi kompetenti; iqis li l-proċedura REFIT tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 potenzjalment tista' tintuża għal dak l-iskop; iqis, barra minn hekk, li l-EFSA u l-ECHA jenħtieġ li jingħataw riżorsi suffiċjenti biex iżidu l-kapaċità tagħhom, biex ikunu jistgħu jiġu kkummissjonati studji xjentifiċi indipendenti u biex ikompli jiġi żgurat li jitħarsu l-ogħla standards xjentifiċi u li s-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-UE jkunu protetti;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ittestjar u monitoraġġ suffiċjenti tar-residwi tal-glisofat fl-għalf, fl-ikel u fix-xorb prodotti fl-Unjoni, kif ukoll f'dawk importati fl-Unjoni, sabiex tiġi indirizzata l-lakuna fid-data attwali li ġibdet l-attenzjoni għaliha l-EFSA;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward ta' soluzzjonijiet sostenibbli u kosteffiċjenti għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u tal-ambjent;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri ta' tranżizzjoni adegwati għas-settur agrikolu u jippubblikaw dokument ta' gwida li jiddeskrivi l-alternattivi aktar sikuri u ta' riskju baxx kollha possibbli bħala għajnuna għas-settur agrikolu waqt il-perjodu ta' eliminazzjoni gradwali tas-sustanza attiva glifosat u r-riżorsi kollha diġà disponibbli għas-settur agrikolu fil-kuntest tal-PAK attwali;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(4) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302
(5) https://echa.europa.eu/documents/10162/2d3a87cc-5ca1-31d6-8967-9f124f1ab7ae
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0119.
(7) ECI(2017)000002.
(8) Testi adottati, P8_TA(2017)0042.


Qamħirrum ġenetikament modifikat 1507
PDF 304kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D052754 – 2017/2905(RSP))
P8_TA(2017)0396B8-0568/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D052754),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-14 ta' Settembru 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-19 ta' Jannar 2005, u ppubblikata fit-3 ta' Marzu 2005(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-30 ta' Novembru 2016, u ppubblikata fit-12 ta' Jannar 2017(4),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta'organiżmi ġenetikament modifikati(5), b'kunsiderazzjoni partikolari tar-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar "L-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507" tas-6 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-27 ta' Frar 2015 Pioneer Overseas Corporation u Dow AgroSciences Ltd. flimkien ressqu applikazzjoni quddiem il-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507; billi l-kamp ta' applikazzjoni tat-tiġdid ikopri wkoll prodotti oħra għajr ikel u għalf li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum 1507;

B.  billi fit-30 ta' Novembru 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fit-12 ta' Jannar 2017;

C.  billi r-Regolament (UE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 jesprimi l-proteina Cry1F, li hija proteina Bt (derivata mill-Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki) li tagħti reżistenza għall-European corn borer (Ostrinia nubilalis) u għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani, bħall-pink borer (Sesamia spp.), l-armyworm tal-ħarifa (Spodoptera frugiperda), ix-xagħat iswed (Agrotis ipsilon) u s-south-western corn borer (Diatraea grandiosella), u l-proteina Pat, li tagħti tolleranza għall-erbiċida glufosinat tal-ammonju;

E.  billi l-pjanti ġenetikament modifikati Bt jesprimu t-tossina insettiċida f'kull ċellola tul ħajjithom, anke fil-partijiet li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali; billi l-esperimenti fl-għalf tal-annimali juru li l-pjanti ġenetikament modifikati Bt jista' jkollhom effetti tossiċi(6); billi ntwera li t-tossina Bt fi pjanti ġenetikament modifikati hija differenti ħafna mit-tossina Bt li teżisti b'mod naturali(7);

F.  billi l-awtorizzazzjoni għall-kultivazzjoni tal-qamħirrum 1507 fl-Unjoni hija pendenti; billi l-Parlament oġġezzjona għal din l-awtorizzazzjoni minħabba tħassib dwar, fost oħrajn, possibbiltà ta' evoluzzjoni ta' reżistenza għall-proteina Cry1F fl-organiżmi ta' ħsara lepidopteri fil-mira li tista' twassal għal prattiki mibdula għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara(8);

G.  billi l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur għall-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA dwar l-awtorizzazzjoni inizjali; billi l-biċċa l-kbira tal-kummenti kritiċi jirrigwardaw l-osservazzjonijiet li d-dokumentazzjoni mhijiex biżżejjed biex titwettaq valutazzjoni tar-riskju, li l-pjan ta' monitoraġġ mhuwiex konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE, u li d-data u l-valutazzjonijiet tar-riskju pprovduti mill-applikant mhumiex adegwati(9);

H.  billi l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur għall-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni(10); billi l-biċċa l-kbira tal-kummenti kritiċi jirrigwardaw l-osservazzjonijiet li l-pjan ta' monitoraġġ mhuwiex meqjus xieraq biex jindirizza l-kwistjonijiet rilevanti tal-monitoraġġ ambjentali ta' wara l-introduzzjoni fis-suq tal-qamħirrum ĠM 1057 u ma jistax jitqies bħala elaborat biżżejjed għall-monitoraġġ ta' esponiment ambjentali mill-qamħirrum ĠM 1057, li l-monitoraġġ kif imwettaq min-notifikatur ma ġġenerax data affidabbli li tikkonferma l-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskju li l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jkunu negliġibbli, u li l-evidenza li turi storja ta' użu sikur tal-proteina Pat, kif mitlub mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013, mhijiex dokumentata kif xieraq min-notifikatur;

I.  billi l-persistenza tal-proteini Cry rilaxxati fl-ambjent minħabba l-użu tal-qamħirrum ĠM 1507 fl-għalf ma ġietx immonitorjata, minkejja li l-proteini Cry jistgħu jippersistu fil-ħamrija għal xhur sħaħ mingħajr ma jitilfu l-attività insettiċida tagħhom, kif muri fit-tossina Cry1Ab(11);

J.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-"kriterji ta' tneħħija" stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018;

K.  billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mit-tbexxix dejjem se jkun preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli; billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' erbiċidi komplementari minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom(12);

L.  billi r-residwi mill-bexx bil-glufosinat ma ġewx ivvalutati; billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 huwa sikur għall-użu fl-ikel u fl-għalf;

M.  billi l-qamħirrum 1507 huwa awtorizzat għall-kultivazzjoni fl-Arġentina, il-Brażil, il-Kanada, il-Kolombja, il-Honduras, il-Ġappun, il-Panama, il-Paragwaj, il-Filippini, l-Afrika t'Isfel, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Urugwaj; billi studju rieżaminat bejn il-pari riċenti jsib li l-fatt li insetti fil-mira li jiżviluppaw reżistenza għall-proteini Cry huwa theddida maġġuri għas-sostenibbiltà tat-teknoloġija Bt(13); billi tipi ta' ħaxix selvaġġ reżistenti għall-glufosinat ġew osservati mill-2009;

N.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fl-14 ta' Settembru 2017 ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 12-il Stat Membru vvutaw kontra, 12-il Stat Membru, li jirrappreżentaw 38,75 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, ivvutaw favur, u erba' Stati Membri astjenew;

O.  billi f'diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kellhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi anke l-President Juncker iddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(14);

P.  billi l-Parlament ċaħad l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fit-28 ta’ Ottubru 2015 fl-ewwel qari(15) u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

Q.  billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tgħid li l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tqum fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

R.  billi l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 mhijiex biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' demokrazija fil-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-OĠM;

S.  billi l-leġittimità demokratika tista' tiġi żgurata biss billi jiġi previst, tal-inqas, li meta l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi rtirata; billi din il-proċedura diġà teżisti għal xi kumitati permanenti oħrajn;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jmur lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.  Jistieden lil-leġiżlaturi responsabbli jkomplu b'urġenza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jiżguraw li, fost l-oħrajn, jekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni fir-rigward ta' approvazzjonijiet ta' OĠM, sew għall-kultivazzjoni u sew għall-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni tirtira l-proposta;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax xi pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċida (HT GMP) mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn tbexxix b'erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u t-tossikoloġija, kif ukoll għal sorveljanza ta' wara l-introduzzjoni fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha kemm hi;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskji tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskji tal-HT GMP, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għall-ikel u l-għalf;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/182
(4) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4659
(5)————————————————— - Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati, P8_TA(2015)0456).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0039).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (Testi adottati, P8_TA(2016)0038).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (Testi adottati, P8_TA(2016)0271).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0388).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati, P8_TA(2016)0387).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390).Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 ×  1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2017)0123).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0215).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0214).Ir-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0377).Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0378).
(6) Ara, pereżempju, El-Shamei ZS, Gab-Alla AA, Shatta AA, Moussa EA, Rayan AM, Histopathological Changes in Some Organs of Male Rats Fed on Genetically Modified Corn (Ajeeb YG). J Am Sci. 2012; 8(9):1127-1123. https://www.researchgate.net/publication/235256452_Histopathological_Changes_in_Some_Organs_of_Male_Rats_Fed_on_Genetically_Modified_Corn_Ajeeb_YG
(7) Székács A, Darvas B. Comparative aspects of Cry toxin usage in insect control. In: Ishaaya I, Palli SR, Horowitz AR, eds. Advanced Technologies for Managing Insect Pests. Dordrecht, Netherlands: Springer; 2012:195-230. https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-4497-4_10
(8)Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati, P8_TA(2016)0387).
(9) http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2004-08
(10) Anness F – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2015-00342
(11) Anness F – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2015-00342 p7
(12) https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
(13) https://drive.google.com/file/d/0B7H5dHXeodSCc2RjYmwzaUIyZWs/view
(14) Pereżempju, fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(15) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(16) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2
PDF 309kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D052752 – 2017/2906(RSP))
P8_TA(2017)0397B8-0570/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D052752),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-14 ta' Settembru 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-14 ta' Lulju 2016, u ppubblikata fit-18 ta' Awwissu 2016(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-20 ta' Settembru 2007, Pioneer Overseas Corporation ressqet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 fi prodotti li jkunu jikkonsistu jew li jkun fihom minn din il-fażola tas-sojja għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' fażola tas-sojja oħra, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi fl-14 ta' Lulju 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fit-18 ta' Awwissu 2016;

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jeħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fit-tfassil tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi waħda mill-pjanti ġenituri, il-fażola tas-sojja 305423, ġiet ġenetikament modifikata bl-intenzjoni li tinbidel il-kompożizzjoni taż-żejt fil-pjanti u biex tkun reżistenti għall-erbiċidi li jinibixxu s-sintażi aċetolattat (ALS), li jinkludu l-erbiċidi tal-familji kimiċi tal-imidażolinon, tas-sulfonilurea, tat-triazolopirimidina, tat-(tio)benżoat tal-primidinil u tas-sulfonilaminokarboniltrijażolinonu; filwaqt li l-pjanta ġenitur l-oħra, il-fażola tas-sojja 40-3-2, tinkorpora l-ġene ESPS li jagħmilha reżistenti għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat; billi dawn il-varjetajiet ta' fażola tas-sojja ġenetikament modifikati ġew ikkombinati biex jinħoloq l-hekk imsejjaħ event multiplu li huwa reżistenti għal żewġ erbiċidi u li jinbidel f'kompożizzjoni taż-żejt;

E.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi(5); billi l-aktar kummenti kritiċi huma marbuta mal-osservazzjonijiet li mhuwiex possibbli li tingħata sentenza favorevoli, mill-perspettiva tan-nutrizzjoni tal-bniedem jew tal-annimal, dwar is-sikurezza tal-profil tal-prodotti li joħorġu mill-varjetajiet tas-sojja li għandhom eventi ta' trasformazzjoni 305423 u 40-3-2, li mhuwiex possibbli li jsiru konklużjonijiet dwar l-allerġeniċità ta' din il-fażola tas-sojja multipla, li ""m'hemmx biżżejjed data u komparaturi xierqa għall-valutazzjoni tal-interazzjonijiet potenzjali bejn linji parentali u għall-identifikazzjoni ta' effetti mhux intenzjonati f'eventi multipli meta mqabbla mal-linja parentali" u li "l-valutazzjoni tar-riskju tal-fażola tas-sojja 305423 x 40-3-2 ma tistax tiġi ffinalizzata abbażi tad-data pprovduta";

F.  billi l-applikant ipprovda studju tossikoloġiku dwar l-għalf ta' 90 ġurnata li ġie miċħud mill-EFSA minħabba l-kwalità insuffiċjenti tiegħu; billi, b'riżultat ta' dan, il-valutazzjoni tar-riskju ma fihiex tali studju, fatt li ġie kkritikat minn għadd ta' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; billi din il-lakuna fid-data mhix aċċettabbli, speċjalment meta wieħed iqis li l-linji gwida tal-EFSA tal-2006 jeħtieġu tali studju(6);

G.  billi, abbażi ta' għadd ta' lakuni fid-data (inkluż in-nuqqas ta' valutazzjoni ta' effetti mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-modifika ġenetika inkwistjoni, in-nuqqas ta' valutazzjoni tal-effetti tossiċi u n-nuqqas ta' valutazzjoni ta' residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari), studju indipendenti jikkonkludi li l-valutazzjoni tar-riskju ma tistax tiġi konkluża u li l-applikazzjoni għandha, għalhekk, tiġi miċħuda(7);

H.  billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mill-bexx dejjem se jkunu preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli; billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' erbiċidi komplementari meta mqabbel mal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom(8);

I.  billi l-awtorizzazzjoni attwali tal-glifosat tiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017; billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġenità tal-glifosat; billi f'Novembru 2015 l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku filwaqt li f'Marzu 2017 l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tad-WHO kklassifikat il-glifosat bħala aktarx karċinoġeniku għall-bnedmin;

J.  billi, skont il-panel tal-EFSA dwar il-pestiċidi, abbażi tad-data pprovduta sa issa, ma jistgħux isiru konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-pestiċidi tar-residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formulazzjonijiet tal-glifosat(9); billi l-addittivi u t-taħlit tagħhom użat f'formulazzjonijiet kummerċjali għall-bexx tal-glisofat jistgħu juru tossiċità ogħla mill-ingredjent attiv waħdu(10); billi għadd ta' studji juru li l-formulazzjonijiet tal-glifosat jistgħu jaġixxu bħala sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali(11);

K.  billi l-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata importata tintuża ħafna għall-għalf tal-annimali fl-Unjoni; billi studju xjentifiku evalwat bejn il-pari sab possibbiltà ta' korrelazzjoni bejn il-glifosat fl-għalf mogħti lill-majjali waqt it-tqala u żieda fl-inċidenza ta' anomaliji konġenitali serji fil-frieħ tagħhom(12);

L.  billi m'hemm l-ebda valutazzjoni tar-riskji komprensiva dwar ir-residwi mill-bexx ta' inibituri tal-ALS bħala erbiċidi komplementari fuq il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata; billi, għall-kuntrarju, il-panel tal-EFSA dwar il-pestiċidji identifika lakuni kbar fid-data fil-każ tat-thifensulfuron, li huwa wieħed mill-ingredjenti attivi li jaġixxi bħala inibitur tal-ALS(13);

M.  billi r-residwi mill-bexx tal-erbiċidi komplementari ma ġewx ivvalutati; billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-fażola tas-sojja 305423 x 40-3-2 ġenetikament modifikata u mbexxa bil-glifosat u b'erbiċidi inibituri tal-ALS hija sikura għall-użu fl-ikel u fl-għalf;

N.  billi m'hemmx dubju li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja 305423 x 40-3-2 fl-Unjoni ser twassal għal żieda fil-kultivazzjoni tagħha f'pajjiżi terzi u għal żieda korrispondenti fl-użu tal-erbiċidi komplementari;

O.  billi fażola tas-sojja 305423 x 40-3-2 hija kkultivata fl-Arġentina, fil-Kanada u fil-Ġappun; billi l-impatt devastanti tal-użu tal-glifosat fuq is-saħħa fl-Arġentina ġie ddokumentat b'mod wiesa';

P.  billi l-Unjoni ntrabtet li tilħaq l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, li jinkludu impenn biex sal-2030 jitnaqqas sostanzjalment l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis u l-kontaminazzjoni fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija (SDG 3, il-mira 3.9)(14); billi l-Unjoni hija impenjata favur il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), li għandha l-għan li timinimizza l-kontradizzjonijiet u tibni sinerġiji bejn il-politiki differenti tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kummerċ, l-ambjent u l-agrikoltura, għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u żżid l-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

Q.  billi l-iżvilupp ta' għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni mgħaġġla tar-reżistenza tal-ħaxix ħażin għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna fuq għelejjel ġenetikament modifikati; billi f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi ġew dokumentati aktar minn 20 varjetà differenti ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glifosat(15);

R.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fl-14 ta' Settembru 2017 ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra, 10 Stati Membri biss – li jirrappreżentaw 38.43 % biss tal-popolazzjoni tal-Unjoni – ivvutaw favur, u erba' Stati Membri astjenew;

S.  billi f'diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kellhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi anke l-President tal-Kummissjoni Juncker iddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(16);

T.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003(17) u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

U.  billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tgħid li l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tqum fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

V.  billi l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 mhix biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' demokrazija fil-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-OĠM;

W.  billi l-leġittimità demokratika tista' tiġi żgurata biss billi jiġi previst, tal-inqas, li meta l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi rtirata; billi din il-proċedura diġà teżisti għal xi kumitati permanenti oħrajn;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jmur lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.  Jistieden lil-leġiżlaturi responsabbli jkomplu b'urġenza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jiżguraw li, fost l-oħrajn, jekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni fir-rigward ta' approvazzjonijiet ta' OĠM, sew għall-kultivazzjoni u sew għall-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni tirtira l-proposta;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċida ("HT GMP") mingħajr valutazzjoni sħiħa tal-effetti kumulattivi speċifiċi tar-residwi mill-bexx b'taħlita tal-erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi tal-kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob testijiet ħafna aktar dettaljati dwar ir-riskji għas-saħħa b'rabta ma' eventi ta' trasformazzjoni multipli bħall-fażola tas-sojja 305423 x 40-3-2;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u t-tossikoloġija, kif ukoll għal sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha kemm hi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskji tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskji tal-HT GMP, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għall-ikel u l-għalf;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4566
(4)————————————————— .- Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati, P8_TA(2015)0456).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0039).Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (Testi adottati, P8_TA(2016)0038).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (Testi adottati, P8_TA(2016)0271).Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0388).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati, P8_TA(2016)0387).Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390).Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2017)0123).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0215).Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0214).Ir-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0377).Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0378).
(5) Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2007-175
(6) Idem.
(7) https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT%20Background%20Soybean%20305423%20x%2040-3-2.pdf
(8) https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
(9) Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva glifosat bħala pestiċida. EFSA Journal 2015, 13 (11):4302 http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf
(10) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666
(11) https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT%20Background%20Soybean%20305423%20x%2040-3-2.pdf
(12) https://www.omicsonline.org/open-access/detection-of-glyphosate-in-malformed-piglets-2161-0525.1000230.php?aid=27562
(13) "Il-potenzjal ta' interferenza endokrinali tat-thifensulfuron-methyl ġie identifikat bħala kwistjoni li ma setgħetx tiġi ffinalizzata u materja ta' tħassib importanti". Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari rigward is-sustanza attiva thifensulfuron-methyl. EFSA journal 13(7):4201, p. 2 http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4201/epdf
(14) https://sustainabledevelopment.un.org/sdg3
(15).https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-7796-5_12
(16) Pereżempju fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(17) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(18) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Kolza modifikata ġenetikament MON 88302 × Ms8 × Rf3
PDF 313kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (D052753 – 2017/2907(RSP))
P8_TA(2017)0398B8-0569/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (D052753),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-14 ta' Settembru 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-1 ta' Marzu 2017, u ppubblikata fl-10 ta' April 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fit-3 ta' Diċembru 2013, Monsanto Europe S.A. u Bayer Crop Science LP ressqu applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 fi prodotti li jikkonsistu minn jew li fihom il-kolza għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' kolza oħra, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; billi l-applikazzjoni kopriet, għal dawk l-użi, is-sottokumbinazzjonijiet kollha tal-avvenimenti ta' modifikazzjoni ġenetika unika li jikkostitwixxu l-kolza MON 88302 x Ms8 x Rf3;

B.  billi fl-1 ta' Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fl-10 ta' April 2017;

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi l-kolza (OSR) bi tliet events ta' trasformazzjoni multipli ġiet prodotta b'inkroċjar konvenzjonali biex jiġu mħallta tliet avvenimenti OSR uniċi: MON 88302, li jesprimi l-proteina 5-enolpyruvylshikimate-3-phosphate synthase (CP4 EPSPS) għal tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosat, MS8, li jesprimi l-proteini Barnase u phosphinothricin acetyltransferase (PAT), u RF3, li jesprimi l-proteini Barstar u PAT, għat-tolleranza għal erbiċidi li fihom il-glufosinat-ammonju u biex tinkiseb l-eterożi (hybrid vigour);

E.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi; billi l-aktar kummenti ġenerali kritiċi jinkludu l-osservazzjoni li d-data ppreżentata ma tappoġġax il-valutazzjoni komprensiva u robusta tal-interazzjonijiet potenzjali bejn l-events uniċi inkorporati fil-GM OSR MON 88302 x Ms8 x Rf3, li hija meħtieġa skont il-gwida tal-EFSA, li meta wieħed iqis is-serje u d-disinji ta' studji, m'hemm l-ebda evidenza finali possibbli b'referenza għal effetti riproduttivi jew tal-iżvilupp fuq perjodu twil ta' żmien (speċjalment fir-rigward ta' ikel), li l-informazzjoni (data u analiżi tad-data) ipprovduta dwar l-evalwazzjoni, il-kompożizzjoni u t-tossikoloġija fenotipika hija insuffiċjenti u li "għandhom isiru aktar studji biex tintwera s-sikurezza tal-OSR MON 88302 x Ms8 x Rf3"(5);

F.  billi oqsma speċifiċi ta' tħassib huma relatati man-nuqqas ta' studju ta' alimentazzjoni ta' 90 jum fuq il-firien, in-nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi komplementari fuq l-ikel u l-għalf importat, il-konsegwenzi possibbli negattivi fuq is-saħħa ta' dan, u n-nuqqas ta' adegwatezza tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali;

G.  billi, abbażi tan-nuqqas ta' rapport ta' tossiċità sub-kroniku ta' 90 jum fuq il-firien, l-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u s-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali debitament ċaħdet l-applikazzjoni biex l-OSR MON 88302 x Ms8 x Rf3 jitqiegħed fis-suq(6);

H.  billi studju indipendenti jikkonkludi li l-opinjoni tal-EFSA għandha tiġi miċħuda minħabba nuqqasijiet kbar u lakuni sostanzjali u, għaldaqstant, l-importazzjoni ta' żrieragħ vijabbli tal-event ta' trasformazzjoni multiplu MON 88302 x MS8 x RF3 fl-Unjoni m'għandhiex tkun awtorizzata(7);

I.  billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mill-bexx dejjem se jkunu preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli; billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' erbiċidi komplementari minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom(8);

J.  billi l-awtorizzazzjoni attwali tal-glifosat tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017 l-aktar tard; billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġenità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet f'Novembru 2015 li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet f'Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tad-WHO kklassifikat il-glifosat bħala aktarx karċinoġenu għall-bnedmin;

K.  billi, skont il-bord dwar il-pestiċidi tal-EFSA, abbażi tad-data pprovduta s'issa, ma jistgħux jinġibdu konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat(9); billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glisofat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom(10); billi għadd ta' studji juru li l-formulazzjonijiet tal-glifosat jistgħu jaġixxu bħala sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali(11);

L.  billi l-kolza impurtata u ġenetikament modifikata (ĠM) tintuża ħafna għall-għalf tal-annimali fl-Unjoni; billi studju xjentifiku evalwat bejn il-pari sab korrelazzjoni possibbli bejn il-glifosat f'għalf mogħti lill-majjali nisa tqal u żieda fl-inċidenza ta' anomaliji konġenitali severi fil-qżieqeż żgħar tagħhom(12);

M.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt l-hekk imsejħa kriterji ta' limitu stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(13); billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018(14);

N.  billi awtorità kompetenti ta' Stat Membru enfasizzat l-inkonsistenza ta' awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' din l-OSR ĠM tolleranti għall-glufosinat peress li huwa improbabbli li ser tiġġedded l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni minħabba t-tossiċità tiegħu għar-riproduzzjoni(15);

O.  billi r-residwi mill-bexx tal-erbiċidi komplementari ma ġewx ivvalutati; billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-OSR ġenetikament modifikata u mbexxa bil-glifosat u l-glufosinat hija sikura għall-użu fl-ikel u fl-għalf;

P.  billi, barra minn hekk, awtoritajiet kompetenti ta' ħafna Stati Membri wrew tħassib dwar il-potenzjal ta' din l-OSR ĠM li tiġi stabbilita bħala parti mill-għelejjel mhux kultivati fl-Unjoni, partikolarment matul ir-rotot ta' trasport, u wrew kemm ikun insuffiċjenti pjan ta' sorveljanza f'dan ir-rigward;

Q.  billi Stat Membru wieħed ikkummenta li l-"glifosat huwa komunement użat biex ikun ikkontrollat il-ħaxix ħażin tul il-binarji ferrovjarji u mal-ġenb tat-toroq fl-Unjoni. It-tolleranza għolja ta' MON88302 x Ms8 x Rf3 għall-glifosat tista' twassal għal vantaġġ selettiv f'ċerti ċirkostanzi. L-effetti ta' dan il-vantaġġ selettiv fuq il-persistenza u l-invażività għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-probabbiltà tal-linja biex issir permanenti fl-Ewropa, speċjalment meta wieħed iqis il-kapaċità tal-kolza biex tkampa fil-bank taż-żrieragħ";

R.  billi, skont studju Awstrijak tal-2011, "Diversi studji internazzjonali identifikaw tixrid involontarju taż-żerriegħa waqt it-trasport bħala komponent ewlieni għall-istabbiliment ta' popolazzjonijiet OSR mhux kultivati fil-ħabitats f'ġenb it-triq", li "hija problema magħrufa sew li popolazzjonijiet OSR huma mifruxa f'pajjiżi fejn l-OSR hija mkabbra, iżda anke f'pajjiżi fejn iż-żrieragħ OSR jiġu biss importati u sussegwentement ittrasportati lejn impjanti tal-ipproċessar taż-żejt" u li "barra minn hekk, l-importazzjoni ta' tipi differenti ta' linji ta' OSR tolleranti għall-erbiċidi (HT) tista' tirriżulta f'popolazzjonijiet mhux kultivati multireżistenti ("l-istivar tal-ġeni") li jikkawżaw jew jaggravaw problemi ta' trattament bl-erbiċida tal-ħabitats fil-ġenb tat-triq"(16);

S.  billi l-iżvilupp ta' għelejjel ĠM tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni mgħaġġla ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna fuq għelejjel ĠM; billi f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi ġew dokumentati aktar minn 20 varjetà differenti ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glifosat(17); billi tipi ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glufosinat ġew osservati sa mill-2009;

T.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fl-14 ta' Settembru 2017 ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, 9 Stati Membri biss – li jirrappreżentaw 36,48 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni – ivvutaw favur, u 5 Stati Membri astjenew;

U.  billi f'bosta okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 hi adottat deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi anke l-President Juncker iddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(18);

V.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003(19) u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

W.  billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara li l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tqum fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

X.  billi l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 mhix biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' demokrazija fil-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-OĠM;

Y.  billi l-leġittimità demokratika tista' tiġi żgurata biss billi jiġi previst, tal-inqas, li meta l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi rtirata; billi din il-proċedura diġà teżisti għal xi kumitati permanenti oħrajn;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi din mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.  Jistieden lil-leġiżlaturi responsabbli jkomplu b'urġenza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jiżguraw li, fost l-oħrajn, jekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni fir-rigward ta' approvazzjonijiet ta' OĠM, sew għall-kultivazzjoni u sew għall-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni tirtira l-proposta;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza ebda pjanta ġenetikament modifikata tolleranti għall-erbiċida (HT GMP) magħmula biex tkun reżistenti għal taħlita ta' erbiċidi, kif inhu l-każ tal-kolza MON 88302 x Ms8 x Rf3, mingħajr ma ssir valutazzjoni sħiħa tal-effetti kumulattivi speċifiċi ta' residwi minn bexx b'taħlita ta' erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob testijiet ħafna aktar dettaljati dwar ir-riskji għas-saħħa b'rabta ma' events ta' trasformazzjoni multipli bħall-kolza MON 88302 x Ms8 x Rf3;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, it-tossikoloġija, u s-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha kemm hi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskji tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskji tal-HT GMP, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għall-ikel u l-għalf;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4767
(4)————————————————— - Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati, P8_TA(2015)0456).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0039).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (Testi adottati, P8_TA(2016)0038).Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (Testi adottati, P8_TA(2016)0271).Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (P8_TA(2016)0388),Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati, P8_TA(2016)0387).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390).Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2017)0123).Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0215).Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0214).Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0377).Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0378).
(5) Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01002
(6) Idem.
(7) https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT%20comment%20MON80332%20x%20MS8%20x%20RF3_v2.pdf
(8) https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
(9) Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva glifosat bħala pestiċida. Ġurnal EFSA 2015, 13 (11):4302: http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf
(10) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666
(11) https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT%20Background%20Soybean%20305423%20x%2040-3-2.pdf
(12) https://www.omicsonline.org/open-access/detection-of-glyphosate-in-malformed-piglets-2161-0525.1000230.php?aid=27562
(13) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(14) ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6.
(15) Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01002
(16) https://www.bmgf.gv.at/cms/home/attachments/3/0/9/CH1060/CMS1215778250501/osrimportban_gt73,ms8xrf3_2011_(nicht_zu_versenden_).pdf, p. 4.
(17) https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-7796-5_12
(18) Pereżempju, fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(19) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(20) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2017: finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u żieda tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza
PDF 337kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u li jżid ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) wara r-reviżjoni tar-regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (12441/2017 – C8-0351/2017 – 2017/2135(BUD))
P8_TA(2017)0399A8-0301/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat fl-1 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2017/1123 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 5/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Lulju 2017 (COM(2017)0485),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017, adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Ottubru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament fil-11 ta’ Ottubru 2017 (12441/2017 – C8-0351/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0301/2017),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 għandu l-għan li jipprovdi finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) wara l-adozzjoni tal-bażi ġuridika relatata, u li jirrifletti fil-baġit ġenerali 2017 l-eżitu tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP fir-rigward taż-żieda fl-ammont annwali tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) minn EUR 280 miljun għal EUR 300 miljun fil-prezzijiet tal-2011;

B.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 jipprevedi EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-EFSD, li għandhom ikunu koperti bis-sħiħ permezz ta' mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà, minħabba n-nuqqas ta' marġini taħt il-limitu massimu ta' impenn fl-Intestatura 4 (Ewropa Globali);

C.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 jipprevedi, fl-istess ħin, tnaqqis bl-ammont ta' EUR 275 miljun tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) taħt l-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza), hekk kif mistennija sottoimplimentazzjoni kkawżata mid-dewmien fl-adozzjoni tal-bażijiet ġuridiċi u dewmien fl-ipprogrammar;

D.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 jipprevedi wkoll ammont addizzjonali ta' EUR 22,8 miljun (fi prezzijiet attwali) f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-EAR, li jirrifletti r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP;

E.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 hu akkumpanjat minn proposta għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-EFSD (COM(2017)0480) għal ammont ta' EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament taħt Intestatura 4;

F.  billi, fi ħdan il-proċedura baġitarja 2017, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni titlob l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament tal-EFSD f'baġit emendatorju hekk kif tiġi adottata l-bażi ġuridika, u impenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr l-abbozz ta' baġit emendatorju għall-2017 imressaq mill-Kummissjoni;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.  Jilqa' l-adozzjoni f'waqtha u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/1601 tal-EFSD(7) u jappella għall-implimentazzjoni rapida tiegħu, b'rispett sħiħ tar-regoli u l-prijoritajiet stabbiliti mil-leġiżlatur u b'attenzjoni partikolari għad-dispożizzjonijiet ta' responsabbiltà tiegħu;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tippermetti l-finanzjament tal-EFSD permezz ta' Strument ta' Flessibbiltà akbar, filwaqt li jiżdied ukoll id-daqs tal-EAR;

4.  Jiddispjaċih dwar ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-AMIF u tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) mill-Istati Membri; ifakkar li trasferiment baġitarju (DEC 18/2017) diġà jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) b'EUR 284 miljun, billi juża l-AMIF u l-ISF bħala sors ta' żidiet taħt intestatura oħra; jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw il-ftehimiet politiċi tagħhom u biex jagħmlu l-almu kollu tagħhom fi ħdan il-kompetenzi tagħhom biex jirriflettu l-importanza ta' din il-prijorità tal-Unjoni;

5.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 28.2.2017.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU L 163, 24.6.2017, p. 1.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(7) ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli
PDF 415kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (COM(2017)0480 – C8-0235/2017 – 2017/2134(BUD))
P8_TA(2017)0400A8-0298/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0480 – C8-0235/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) (ir-Regolament dwar il-QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat fl-1 ta' Diċembru 2016(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0298/2017),

A.  billi, wara r-reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP, hemm disponibbli ammont annwali ta' EUR 676 miljun fi prezzijiet kurrenti skont l-Istrument ta' Flessibbiltà, li żdied b'ammonti li skadew mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'mod speċifiku EUR 646 miljun sa tmiem l-2016; billi ammont ta' EUR 530 miljun fl-ambitu tal-Istrument ta' Flessibbiltà fil-baġit tal-2017, diġà ġie mobilizzat, b'hekk hemm EUR 792 miljun disponibbli għal aktar mobilizzazzjoni;

B.  billi r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) daħal fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2017;

C.  billi wara li l-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltajiet kollha ta' allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet ta' impenn skont l-Intestatura 4 (Ewropa Globali), ipproponiet li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 275 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 4 biex tipprovdi l-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD);

1.  Jinnota li l-limitu massimu tal-2017 għall-Intestatura 4 ma jippermettix finanzjament adegwat tal-EFSD; itenni l-pożizzjoni stabbilita tiegħu li r-riżorsi finanzjarji għal azzjoni esterna tal-Unjoni ma jippermettux li jiġu koperti l-ħtiġijiet ta' politika esterna proattiva u sostenibbli;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament;

3.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibbiltà fil-baġit tal-Unjoni;

4.  Itenni l-opinjoni stabbilita tiegħu li l-pagamenti minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi tal-QFP;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/51.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 51, 28.2.2017.
(4) Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1).


Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE
PDF 277kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar id-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE (2017/2742(RSP))
P8_TA(2017)0401B8-0565/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(3),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE tat-28 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2017 dwar id-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jinsab konvint li ma jistax ikun hemm dibattitu dwar il-finanzjament futur tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jitqiesu t-tagħlimiet misluta mill-oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP) preċedenti u b'mod partikolari dak tal-2014-2020; jindika n-nuqqasijiet gravi tal-QFP attwali li kellu jiġġebbed sal-limiti tiegħu biex jipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex l-Unjoni setgħet tikkonfronta għadd ta' kriżijiet serji u sfidi ġodda, kif ukoll tiffinanzja l-prijoritajiet politiċi ġodda tagħha; jisħaq fuq il-konvinzjoni tiegħu li l-livell baxx tal-QFP attwali ma rriżultax biżżejjed biex jissodisfa l-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet politiċi reali tal-Unjoni;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni tal-Kummissjoni tad-Dokument ta' Riflessjoni tagħha dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE; jinnota li l-Kummissjoni ssarraf f'termini baġitarji l-ħames xenarji għall-mudell ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, hekk kif ġew ippreżentati fil-White Paper tagħha dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ta' Marzu 2017, filwaqt li tindirizza għadd ta' karatteristiċi u prinċipji bażiċi tal-baġit tal-UE; jaqbel mal-metodoloġija proposta u jieħu pożizzjoni pożittiva fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-QFP tal-futur irid jissejjes fuq viżjoni ċara tal-prijoritajiet tal-Ewropa; jafda li dan id-dokument jistabbilixxi struttura ċara għad-diskussjonijiet u jiftaħ dibattitu politiku meħtieġ ferm dwar l-orjentament, l-iskop u l-livell tal-baġit tal-UE fid-dawl tal-objettivi fundamentali u l-isfidi ġejjiena tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkonsultaw liċ-ċittadini u jassumu rwol attiv u kostruttiv huma u jippjanaw il-viżjoni tagħhom għall-futur tal-baġit tal-UE;

3.  Jiddispjaċih bil-fatt, madankollu, li erbgħa mill-ħames xenarji li ġew ippreżentati ("Inkomplu kif aħna", "Nagħmlu anqas flimkien", "Uħud jagħmlu iżjed" u "Tfassil radikali mill-ġdid") ifissru li effettivament kien hemm tnaqqis fl-ambizzjonijiet tal-Unjoni u jipprevedu r-riduzzjoni ta' żewġ politiki ewlenin tal-UE, u pedamenti tal-proġett Ewropew, li ilhom li ġew stabbiliti permezz tat-Trattati, jiġifieri l-politika agrikola komuni u l-politika ta' koeżjoni; jisħaq fuq il-pożizzjoni li ilu li adotta dwar il-fatt li jkun xieraq li l-prijoritajiet politiċi addizzjonali jiġu abbinati ma' mezzi finanzjarji addizzjonali u ma jiġux iffinanzjati b'detriment għall-politiki eżistenti tal-UE; jikkunsidra li l-ħames xenarju ("Flimkien isir ferm aktar") huwa punt ta' tluq pożittiv u kostruttiv għad-diskussjoni li qed issir bħalissa rigward il-futur tal-finanzi tal-UE u, konsegwentement, il-mudell ġejjieni tal-Unjoni Ewropea; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa xenarju li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament bil-għan li tingħata tweġiba lill-isfidi attwali u futuri kif ukoll tiġi definita ġabra ġdida ta' prijoritajiet;

4.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 311 TFUE, l-Unjoni għandha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet tagħha; jemmen li n-nuqqasijiet tal-QFP attwali u l-kobor tal-prijoritajiet il-ġodda, kif ukoll l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit kollha jindikaw l-istess konklużjoni: hemm bżonn li jinqabeż il-limitu massimu għall-infiq ta' 1 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-UE u, għaldaqstant, li l-baġit tal-Unjoni jiżdied b'mod sinifikanti bil-għan li tingħata tweġiba lill-isfidi li għandna quddiemna; jopponi, f'dan il-kuntest, kwalunkwe tnaqqis nominali fil-volum tal-baġit tal-UE fil-QFP li jmiss, u jemmen għaldaqstant li l-QFP li jmiss jenħtieġ li jiffissa l-livell ta', almenu, 1,23 % tal-ING tal-UE; huwa favur diskussjoni fost l-Istati Membri dwar il-kwistjoni;

5.  Jiddispjaċih bil-fatt li l-finanzjament predominanti tal-baġit tal-UE joriġina mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING minflok minn riżorsi proprji ġenwini, kif previst fit-Trattati tal-UE; itenni l-impenn tiegħu favur riforma vera u proprja tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-UE, bil-prinċipji tas-sempliċità, tal-ekwità u tat-trasparenza bħala prinċipji gwida, u bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji; jisħaq li kwalunkwe sistema ta' dan it-tip imissha tinkludi pakkett ibbilanċjat ta' riżorsi proprji ġodda għall-UE maħsub li jirfed l-objettivi strateġiċi tal-UE u li jkun tajjeb li jiġi introdott progressivament biex jipprovdi finanzi aktar ġusti u stabbli lill-UE; jirrileva barra minn hekk li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jipprovdi opportunità biex jintemmu l-mekkaniżmi ta' korrezzjoni kollha; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta proposti leġiżlattivi ambizzjużi għal dan l-iskop u jirrimarka li kemm in-naħa tal-infiq kif ukoll in-naħa tad-dħul tal-QFP li jmiss se jiġu ttrattati bħala pakkett wieħed fin-negozjati ġejjiena;

6.  Jinsab konvint li, sakemm il-Kunsill ma jaqbilx li jżid b'mod sinifikanti l-livell tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tiegħu għall-baġit tal-UE, l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda tal-UE tibqa' l-unika alternattiva biex il-QFP li jmiss jiġi ffinanzjat b'mod adegwat sa livell li jikkorrispondi għall-bżonnijiet u l-ambizzjonijiet politiċi reali tal-Unjoni; jistenna għaldaqstant li l-Kunsill jieħu pożizzjoni politika rigward din il-kwistjoni, fid-dawl tal-fatt li m'għadux konċepibbli li riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE tista' de facto tiġi mblukkata; ifakkar li, f'dan ir-rigward, ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji ġie adottat b'unanimità mill-membri kollha tiegħu, fosthom minn dawk il-membri maħtura mill-Kunsill;

7.  Jilqa' pożittivament l-intenzjoni tal-Kummissjoni li telabora l-baġit futur tal-UE abbażi tal-prinċipji ta' valur miżjud għall-UE, b'enfasi fuq il-prestazzjoni, l-obbligu ta' rendikont, aktar flessibilità fi ħdan qafas stabbli u regoli ssemplifikati, kif inhuma ppreżentati fid-dokument ta' riflessjoni;

8.  Jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza ta' evalwazzjoni bir-reqqa tal-effiċjenza u tal-effikaċja tal-politiki, tal-programmi u tal-istrumenti attwali tal-UE; jistenna b'interess, f'dan ir-rigward, ir-riżultati tar-rieżami tal-infiq li għaddejja bħalissa u jistenna li jitqiesu fit-tfassil tal-QFP ta' wara l-2020; jissottolinja, b'mod partikolari, il-bżonn li tiġi żgurata r-rata ta' suċċess tal-programmi tal-UE b'eċċess imdaqqas tad-domanda minn naħa, u jiġu ddeterminati r-raġunijiet għall-implimentazzjoni mhux biżżejjed, min-naħa l-oħra; iqis li huwa importanti li jinkisbu sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u dawk nazzjonali, u li jkunu previsti l-mezzi għall-monitoraġġ tal-livell u tal-prestezzjoni tal-infiq fil-livelli nazzjonali u tal-UE;

9.  Jirrikonoxxi li r-riċerka għal valur miżjud Ewropew hija kwistjoni fundamentali li trid tiġi indirizzata, u jaqbel li l-baġit tal-Unjoni jmissu jservi, fost affarijiet oħra, ta' għodda biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattati u jkunu pprovduti beni pubbliċi Ewropej; jindika madankollu l-fatt li l-kunċett ta' valur miżjud Ewropew intrinsikament jinkludi diversi aspetti u huwa miftuħ għal bosta interpretazzjonijiet, u jwissi kontra kwalunkwe tentattiv li din id-definizzjoni tintuża biex tiġi kkontestata r-rilevanza tal-politiki u tal-programmi tal-UE fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi purament kwantitattivi jew għal terminu qasir; jemmen li hemm valur miżjud ċar meta azzjoni fil-livell Ewropew:

   tmur oltre minn dak possibbli bl-isforzi nazzjonali, reġjonali jew lokali (effett konsegwenzjali),
   tinċentiva azzjonijiet fil-livel nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jinkisbu l-objettivi tat-Trattat tal-UE li nkella ma jkunux jinkisbu,
   issostni l-azzjonijiet li jistgħu jkunu ffinanzjati biss bis-saħħa ta' akkomunament ta' riżorsi fil-livell tal-UE minħabba r-rekwiżiti ta' finanzjament ferm għoljin tagħhom, jew
   tikkontribwixxi għall-istabbiliment u għas-sostenn tal-paċi u tal-istabilità fil-viċinat tal-UE u lil hinn;

jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa ulterjorment il-kunċett tal-valur miżjud Ewropew filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi indikaturi tal-prestazzjoni għal dan il-għan;

10.  Jikkunsidra li jkun tajjeb li l-istruttura tal-QFP li jmiss trendi l-baġit tal-UE aktar faċli biex jinqara miċ-ċittadini tal-UE u aktar komprensibbli għalihom, u tippermetti preżentazzjoni aktar ċara tal-oqsma kollha tal-infiq tal-UE; ifakkar, fl-istess ħin, fil-ħtieġa li jiġu ffaċilitati kemm il-kontinwità tal-ippjanar kif ukoll il-flessibilità fi ħdan l-intestaturi; jemmen li jkun xieraq li l-istruttura kumplessiva tal-QFP tirrifletti d-dibattiti politiċi dwar il-pilastri u l-orjentament ewlenin tal-infiq tal-UE, inklużi l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir u l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima, is-solidarjetà, is-sigurtà u d-difiża; jinsab konvint għaldaqstant li hemm bżonn ta' aġġustament għall-intestaturi attwali tal-QFP;

11.  Jemmen li l-baġit tal-UE jrid ikun trasparenti u demokratiku; ifakkar fl-impenn sod tiegħu favur il-kunċett tal-unità tal-baġit tal-UE u jikkontesta l-ħtieġa u l-valur miżjud li jinħolqu strumenti addizzjonali barra mill-QFP; itenni l-pożizzjoni li ilu li adotta dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, flimkien mal-istrumenti l-oħra barra mill-QFP, imissu jiġi integrat fil-baġit tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li tali integrazzjoni jenħtieġ li tinvolvi ż-żieda tal-pakketti finanzjarji rispettivi ta' dawk l-istrumenti mal-limiti massimi tal-QFP attwali, bil-għan li ma jkunx kompromess il-finanzjament tal-politiki u tal-programmi l-oħrajn tal-UE;

12.  Jirrimarka li, wara li ġew eżawriti l-marġnijiet disponibbli kollha, l-awtorità baġitarja approvat il-mobilizzazzjoni sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta' flessibilità u l-istrumenti speċjali inklużi fir-regolament dwar il-QFP biex tiggarantixxi l-approprjazzjonijiet addizzjonali meħtieġa bħala reazzjoni għall-kriżijiet jew għall-finanzjament ta' prijoritajiet politiċi ġodda matul il-QFP attwali; jissottolinja l-fatt li waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, tneħħew diversi ostakli għall-mekkaniżmi ta' flessibilità tal-QFP, b'mod li jippermetti aktar flessibilità taħt il-qafas finanzjarju attwali;

13.  Jissottolinja f'dan il-kuntest il-fatt li jkun xieraq li l-QFP li jmiss jiddisponi direttament għal-livell adegwat ta' flessibilità li jippermetti li l-Unjoni tirreaġixxi għaċ-ċirkostanzi imprevisti u tiffinanzja l-prijoritajiet politiċi tagħha huma u jevolvu; jemmen għalhekk li d-dispożizzjonijiet dwar il-flessibilità tal-QFP imisshom jippermettu li l-marġnijiet mhux allokati kollha, flimkien mal-approprjazzjonijiet diżimpenjati, jiġu riportati mingħajr ebda restrizzjoni għas-snin finanzjarji sussegwenti u jiġu mobilizzati mill-awtorità baġitarja, għal kwalunkwe skop li tqis li jkun hemm bżonn, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali; jappella barra minn hekk favur it-tqawwija sinifikanti tal-istrumenti speċjali tal-QFP, li suppost jingħaddu oltre l-limitu massimu tal-QFP kemm għall-impenji u kemm għall-pagamenti, kif ukoll favur il-ħolqien ta' riżerva għall-kriżijiet separata li suppost tippermetti l-mobilizzazzjoni immedjata tar-riżorsi fil-każ ta' emerġenza;

14.  Huwa favur semplifikazzjoni reali u konkreta tar-regoli ta' implimentazzjoni għall-benefiċjarji kif ukoll tnaqqis tal-piż amministrattiv; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tidentifika u telimina sovrappożizzjonijiet bejn l-istrumenti offruti mill-baġit tal-UE li jimmiraw lejn objettivi simili u jservu tipi simili ta' azzjonijiet; huwa tal-opinjoni, madankollu, li jkun tajjeb li tali semplifikazzjoni ma tissarrafx fis-sostituzzjoni tal-għotjiet bi strumenti finanzjarji u ma għandhiex twassal għas-settorjalizzazzjoni tal-programmi u tal-politiki tal-UE, iżda jmissha tiggarantixxi approċċ trasversali bil-komplementarjetà fil-qalba tagħha; jitlob armonizzazzjoni wiesgħa tar-regoli, bil-għan li tinħoloq ġabra unika tar-regoli għall-istrumenti kollha tal-UE;

15.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-istrumenti finanzjarji bħala forma komplementari ta' finanzjament għas-sussidji u għall-għotjiet; javża, madankollu, li dawn mhumiex xierqa għal kull tip ta' azzjoni u qasam politiku, billi mhux il-politiki kollha huma totalment immexxija mis-suq; jappella lill-Kummissjoni tissemplifika r-regoli li jirregolaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji u tinkoraġġixxi l-possibilità li diversi riżorsi tal-UE jingħaqdu taħt regoli armonizzati billi toħloq sinerġiji u tevita kwalunkwe kompetizzjoni bejn forom ta' finanzjament differenti; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-alternattiva li jkun hemm fond uniku li jintegra l-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE u jipprovdi self, garanziji u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju fl-ambiti ta' politiki differenti, kif inhuma ppreżentati fid-dokument ta' riflessjoni f'dan il-kuntest, u se jeżamina din il-proposta bir-reqqa;

16.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li jkun xieraq li t-tul tal-QFP jiġi allinjat kemm maċ-ċiklu politiku tal-Parlament kif ukoll ma' dak tal-Kummissjoni, u li jiggarantixxi l-programmazzjoni fuq żmien twil; jisħaq li, f'dan il-kuntest, it-tul ta' żmien tal-QFP jmissu jqis b'mod adegwat il-bżonn ta' prevedibilità f'terminu itwal f'dik li hi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FEIS) taħt ġestjoni kondiviża, li ma jistgħux joperaw mingħajr l-istabilità ta' tal-anqas impenn għal seba' snin; jipproponi, għaldaqstant, li jkun xieraq li l-qbil dwar il-QFP li jmiss ikun għal perjodu ta' 5+5 snin b'reviżjoni obbligatorja f'nofs it-terminu;

17.  Josserva t-tħabbira tal-President tal-Kummissjoni, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, ta' proposta imminenti ta' linja baġitarja ddedikata għaż-żona tal-euro; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni addizzjonali u f'aktar dettall f'dan ir-rigward; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Frar 2017 titlob kapaċità baġitarja speċifika għaż-żona tal-euro li jmissha tkun parti mill-baġit tal-UE oltre l-limiti massimi tal-QFP attwali u ffinanzjata miż-żona tal-euro u mill-membri parteċipanti l-oħrajn permezz ta' sors ta' dħul, li għandu jkun, min-naħa tiegħu, maqbul bejn l-Istati Membri parteċipanti u kkunsidrat bħala dħul assenjat u garanziji;

18.  Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha kemm dwar il-QFP tal-futur kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji sa Mejju 2018; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta fi żmien debitu l-pożizzjoni tiegħu dwar l-aspetti relatati kollha u jistenna li l-fehmiet tal-Parlament jiġu kompletament inkorporati fil-proposti ġejjiena tal-Kummissjoni;

19.  Jesprimi r-rieda tiegħu li jinvolvi ruħu fi djalogu strutturat mal-Kummissjoni u mal-Kunsill, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil finali dwar il-QFP li jmiss qabel ma tintemm il-leġiżlatura attwali; jinsab konvint li adozzjoni bikrija tar-Regolament dwar il-QFP se tippermetti l-adozzjoni sussegwenti tal-atti leġiżlattivi settorjali kollha f'ħin utli biex il-programmi l-ġodda jkunu fis-seħħ fil-bidu tal-perjodu li jmiss; jisħaq fuq l-effetti detrimentali li jkollha t-tnedija tard tal-programmi taħt il-QFP attwali; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew, f'dan il-kuntest, jirrikorri għall-klawsola "passerelle" tal-Artikolu 312(2) tat-TFUE, li tippermetti l-vot b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill rigward il-QFP;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kkonċernati l-oħrajn, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0309.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0050.


Miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku
PDF 422kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi (2016/2224(INI))
P8_TA(2017)0402A8-0295/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

–  wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1729(2010) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-informaturi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2060(2015) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-titjib tal-protezzjoni tal-informaturi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea (COM(2011)0308),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 dwar miżuri ulterjuri biex jittejbu t-trasparenza u l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa (COM(2016)0451),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Kontra l-Korruzzjoni tal-G20 u, b'mod partikolari, il-gwida tiegħu dwar leġiżlazzjoni li tipproteġi l-informaturi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD ta' Marzu 2016 bit-titolu “Sforzi għal protezzjoni effikaċi tal-informaturi",

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2014)7 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tat-30 ta' April 2014 dwar il-protezzjoni tal-informaturi, kif ukoll il-linji gwida konċiżi tiegħu dwar l-implimentazzjoni ta' qafas nazzjonali ta' Jannar 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2171(2017) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-27 ta' Ġunju 2017 fejn il-parlamenti nazzjonali ntalbu jirrikonoxxu dritt għal sinjalazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-prinċipju nru 4 tar-rakkomandazzjoni tal-OECD dwar it-titjib tal-kondotta etika fis-servizz pubbliku,

–  wara li kkunsidra l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali pubbliċi barranin fl-operazzjonijiet kummerċjali internazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0295/2017),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet bħala għan tagħha r-rispett għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u, b'hekk tiggarantixxi l-libertà ta' espressjoni taċ-ċittadini tagħha; billi l-iżvelar ta' informazzjoni huwa aspett fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, it-tnejn minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-konformità magħhom u l-applikazzjoni tagħhom hija garantita mill-UE; billi l-UE tippromwovi l-protezzjoni tal-ħaddiema u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

B.  billi l-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif ukoll tas-sovranità ta' kull pajjiż;

C.  billi, skont l-Artikolu 67(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza f'dak li jirrigwarda l-politika Ewropea komuni dwar l-asil;

D.  billi t-trasparenza u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini jagħmlu parti mill-iżviluppi u l-isfidi li għandhom jiġu indirizzati mid-demokraziji tas-seklu XXI;

E.  billi sa mill-kriżi ekonomika, tad-dejn u finanzjarja, rajna mewġa ta' azzjoni kontra l-evitar u l-evażjoni internazzjonali tat-taxxa; billi hemm bżonn ta' aktar trasparenza fl-isfera tas-servizzi finanzjarji sabiex il-prattika ħażina tiġi skoraġġita, u xi Stati Membri diġà għandhom esperjenza ma' repożitorji ċentrali għar-rappurtar ta' ksur reali jew possibbli tar-regoli prudenzjali fis-settur finanzjarju; billi n-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Konvenzjoni tagħha kontra l-Korruzzjoni fl-2003(6); billi wara dawn ir-rivelazzjonijiet, il-Parlament Ewropew stabbilixxa żewġ kumitati speċjali u kumitat ta' inkjesta; billi diġà talab għall-ħarsien tal-informaturi f'diversi riżoluzzjonijiet(7); billi l-inizjattivi diġà maqbula sabiex isaħħu l-iskambju ta' informazzjoni internazzjonali fi kwistjonijiet ta' taxxa kienu tassew utli u billi l-informazzjoni żvelata differenti relatata mat-taxxa kixfet ammonti kbar ta' informazzjoni importanti dwar prattiki ħżiena li kieku ma kinux jiġu skoperti;

F.  billi l-informaturi għandhom rwol importanti fir-rappurtar ta' imġiba illegali jew mhux xierqa li ddgħajjef l-interess pubbliku u l-funzjonament tas-soċjetajiet tagħna, u li sabiex dan isir, huma jesponu lil min iħaddimhom, lill-awtoritajiet pubbliċi jew lil entitajiet pubbliċi, informazzjoni dwar tali aġir li jimmina l-interess pubbliku;

G.  Iqis li bhekk l-informaturi jgħinu lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet ewlenin kif ukoll lill-korpi tal-Unjoni biex dawn jevitaw u jiġġieldu b'mod partikolari kull tentattiv ta' ksur tal-prinċipju ta' integrità u kull abbuż ta' poter li jhedded jew jikser is-saħħa u s-sikurezza pubblika, l-integrità finanzjarja, l-ekonomija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent jew l-istat tad-dritt, jew li jżid il-qgħad, jirrestrinġi jew ixekkel il-kompetizzjoni ġusta u jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi fuq skala nazzjonali u Ewropea;

H.  billi l-korruzzjoni hija problema serja li qed tħabbat wiċċha magħha llum l-Unjoni Ewropea, peress li tista' twassal li l-gvernijiet jonqsu milli jipproteġu l-popolazzjoni, il-ħaddiema, l-istat tad-dritt u l-ekonomija, f'deterjorament tal-istituzzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi, tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività f'diversi oqsma, u għal telf tal-fiduċja fit-trasparenza u r-responsabilità demokratika tal-istituzzjonijiet pubbliċi u privati u tal-industriji; billi huwa stmat li l-korruzzjoni tiswa EUR 120 biljun lill-ekonomija tal-UE kull sena jew 1 % tal-PDG tal-UE;

I.  billi l-fokus tal-isforzi globali kontra l-korruzzjoni s'issa kien ikkonċentrat prinċipalment fuq imġiba ħażina tas-settur pubbliku, iżda informazzjoni żvelata riċentement enfasizzat ir-rwol tal-istituzzjonijiet finanzjarji, il-konsulenti u kumpaniji privati oħra fil-faċilitazzjoni tal-korruzzjoni;

J.  billi għadd ta' każijiet tal-infurmar reklamati wrew li l-iżvelar ta' informazzjoni jwassal informazzjoni ta' interess pubbliku, bħalma huma imġiba illegali jew mhux xierqa jew imġiba ħażina serja oħra fis-setturi privati u pubbliċi għall-attenzjoni tal-pubbliku u tal-awtoritajiet lokali; billi xi wħud minn dawn in-nuqqasijiet b'hekk kienu s-suġġett ta' miżuri korrettivi;

K.  billi s-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' mezzi aktar effettivi għar-rapportar ta' frodi, il-korruzzjoni jew ksur ieħor, u billi, minħabba s-sensittività tal-informazzjoni, ġestjoni ħażina tal-kunfidenzjalità tista' twassal għal tixrid mhux awtorizzat ta' informazzjoni u ksur tal-interess pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

L.  billi l-introduzzjoni ta' reġistri pubbliċi ta' sjieda benefiċjarja għat-trusts tal-kumpanija u arranġamenti legali simili u miżuri oħra tat-trasparenza għall-istrumenti ta' investiment tista' taġixxi bħala kontro-deterrent kontra l-imġiba ħażina li l-informaturi ġeneralment jindirizzaw;

M.  billi s-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-identitajiet tal-infurmaturi u l-informazzjoni li jiżvelaw tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' aktar mezzi effettivi għar-rapportar ta' frodi, korruzzjoni, għemil ħażin, imġiba ħażina jew ksur ieħor serju, u billi, minħabba s-sensittività tal-informazzjoni, ġestjoni ħażina ta' kunfidenzjalità tista' twassal għal żvelar mhux mixtieq ta' informazzjoni u ksur tal-interess pubbliku fl-Unjoni; billi fis-settur pubbliku, il-protezzjoni tal-informaturi tista' tagħmilha eħfef biex jiġi skopert l-użu ħażin ta' fondi pubbliċi, frodi u forom oħra ta' korruzzjoni transkonfinali relatati mal-interessi nazzjonali jew tal-Unjoni;

N.  billi huwa ta' dispjaċir li l-mezzi eżistenti sabiex isiru lmenti formali dwar il-kondotta ħażina ta' kumpaniji multinazzjonali rarament jirriżultaw f'xi kastigi konkreti għal imġiba ħażina;

O.  billi l-azzjoni tal-informaturi rriżulta utli f'ħafna oqsma, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fosthom is-saħħa pubblika, it-tassazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-rispett tad-drittijiet soċjali;

P.  billi l-każijiet għandhom jiġu definiti tajjeb, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet eżerċitati, is-serjetà tal-fatti jew ir-riskji identifikati;

Q.  billi huwa essenzjali li wieħed ma tinqabisx il-linja bejn tagħrif malizzjuż u provvista ta' informazzjoni; li ma jkunx każ li wieħed ikun jaf kollox dwar kulħadd, iżda li jiġi identifikat dak li jaqa' taħt in-nuqqas ta' assistenza lil demokrazija f'periklu;

R.  billi f'ħafna każijiet, l-informaturi jkunu assuġġettati għal miżuri ta' rappreżalji, ta' intimidazzjoni, ta' tentattivi ta' pressjoni, bil-ħsieb li dawn jiġu impediti jew skoraġġuti milli jiżvelaw jew bil-ħsieb li jiġu sanzjonati minħabba l-iżvelar tagħhom; billi pressjoni bħal din hija saħansitra iktar spiss frekwenti fuq il-post tax-xogħol billi informaturi li jkunu żvelaw informazzjoni fl-interess tal-pubbliku, fil-kuntest tar-relazzjoni ta' xogħol tagħhom, jistgħu jsibu ruħhom f'pożizzjoni dgħajfa fil-konfront ta' min iħaddimhom;

S.  billi sikwit tqajjem tħassib serju li l-informaturi li jaġixxu fl-interess pubbliku jistgħu jiffaċċjaw ostilità, fastidju, intimidazzjoni u l-esklużjoni fil-post tax-xogħol tagħhom, ostakli għall-impjieg fil-futur, telf tal-mezzi tal-għajxien u ta' sikwit anki theddidiet serji lill-membri tal-familja u l-kollegi tagħhom; billi l-biża' ta' ritaljazzjoni tista' tħalli effett ta' deterrent fuq l-informaturi, u b'hekk hija ta' periklu għall-interess pubbliku;

T.  billi l-protezzjoni tal-informaturi għandha tiġi garantita mil-liġi u msaħħa madwar l-UE kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, sakemm ikunu qed jaġixxu fuq bażi raġonevoli; billi dawn il-mekkaniżmi ta' protezzjoni għandhom ikunu bbilanċjat u għandhom jiggarantixxu rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet legali ta' persuni li kontrihom ikunu qed isiru rapporti; billi tali mekkaniżmi ta' protezzjoni għandhom japplikaw għal ġurnalisti investigattivi, li għadhom vulnerabbli fil-kuntest ta' żvelar ta' informazzjoni sensittiva u jipproteġu lill-informaturi f'isem tas-sigriet tas-sorsi tagħhom;

U.  billi l-protezzjoni tal-informaturi mhijiex iggarantita b'mod adegwat f'bosta Stati Membri, filwaqt li ħafna oħrajn introduċew programmi avvanzati għall-protezzjoni tagħhom li, madankollu, ħafna drabi, ikollhom nuqqas ta' konsistenza u għalhekk joffru grad insuffiċjenti ta' protezzjoni; billi dan wassal għal frammentazzjoni tal-protezzjoni tal-informaturi fl-Ewropa li tagħmilha diffiċli għal dawn tal-aħħar li jkunu jafu dwar id-drittijiet tagħhom u l-modalitajiet tar-rapportar, u toħloq ukoll inċertezza legali speċjalment f'sitwazzjonijiet transkonfinali;

V.  billi l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew għandu kompetenza ċara biex jinvestiga lmenti minn ċittadini tal-UE dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet tal-UE, iżda fih innifsu ma għandu l-ebda rwol fil-protezzjoni tal-informaturi;

W.  billi l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ħafna drabi mhuwiex ristrett għal kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji; billi n-nuqqas ta' ħarsien adegwat jista' jiskoraġġixxi lill-informaturi potenzjali milli jirrappurtaw kondotta ħażina sabiex jevitaw ir-riskju ta' rappreżalja u/jew ritaljazzjoni; billi l-OECD rappurtat li fl-2015, 86 % tal-kumpaniji kellhom mekkaniżmu biex jirrappurtaw każijiet suspettati ta' kondotta ħażina korporattiva serja, iżda li aktar minn terz minnhom ma kellhomx politika miktuba dwar il-ħarsien tal-informaturi minn rappreżalja, jew ma kinux jafu jekk tali politika kinitx teżisti; billi diversi informaturi li żvelaw imġiba ħażina, kondotta ħażina jew attivitajiet illegali fil-qasam ekonomiku u finanzjarju kienu soġġetti għal prosekuzzjoni; billi l-persuni li jirrappurtaw jew jiżvelaw informazzjoni fl-interess pubbliku, kif ukoll il-membri tal-familja u l-kollegi, ħafna drabi jsofru rappreżalji, li jirriżultaw, pereżempju, fit-telf tal-karrieri tagħhom; billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għandha ġurisprudenza stabbilita sew dwar l-informaturi, iżda l-ħarsien tal-informaturi jenħtieġ li jiġi garantit mil-liġi; billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tiżgura l-libertà ta' espressjoni u d-dritt għal amministrazzjoni tajba;

X.  billi l-protezzjoni tal-informaturi fl-Unjoni Ewropea m'għandhiex tkun limitata għal każijiet Ewropej biss, iżda għandha tapplika wkoll għal każijiet internazzjonali;

Y.  billi l-postijiet tax-xogħol jinħtieġ li jikkultivaw ambjent tax-xogħol li fih il-persuni jħossuhom kunfidenti jqajmu kwistjonijiet dwar għemil ħażin potenzjali, bħal nuqqasijiet, kondotta ħażina, ġestjoni ħażina, frodi jew azzjonijiet illegali; billi huwa estremament importanti li titrawwem il-kultura ideali li tippermetti li l-persuni jħossuhom li jistgħu jqajmu kwistjonijiet mingħajr biża' ta' ritaljazzjoni li tista' taffettwa s-sitwazzjoni tal-impjiegi attwali u futura tagħhom;

Z.  billi f'ħafna ġurisdizzjonijiet, u b'mod partikolari fis-settur privat, l-impjegati huma marbuta b'ġurament għal kunfidenzjalità fir-rigward ta' ċerta informazzjoni, bir-riżultat li l-informaturi jistgħu jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja minħabba r-rappurtar barra l-qafas tar-relazzjoni professjonali tagħhom;

AA.  billi skont l-OECD aktar minn terz tal-organizzazzjonijiet b'mekkaniżmu ta' rappurtar ma kellhomx jew ma kinux jafu b'politika bil-miktub dwar il-protezzjoni tal-informaturi minn kwalunkwe ritaljazzjoni;

AB.  billi l-liġi tal-UE diġà tipprovdi għal ċerti regoli li jipproteġu l-informaturi minn ċerti forom ta' ritaljazzjoni f’oqsma differenti, il-Kummissjoni għadha ma pproponietx miżuri leġiżlattivi adegwati għall-protezzjoni effettiva u uniformi tal-informaturi u tad-drittijiet tagħhom fl-UE;

AC.  billi mill-1 ta' Jannar 2014, l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jintroduċu regoli interni dwar il-protezzjoni tal-informaturi li huma uffiċjali tal-Unjoni, bi qbil mal-Artikoli 22a, 22b u 22c tar-Regolamenti tal-Persunal;

AD.  billi l-Parlament Ewropew talab ripetutament miżuri orizzontali dwar il-protezzjoni tal-informaturi fl-Unjoni;

AE.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni favur it-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza tal-politiki dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji fi ħdan l-Unjoni, u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi programm Ewropew effettiv u komprensiv dwar il-protezzjoni tal-informaturi, li jipproteġi lil dawk li jirrappurtaw każijiet suspetti ta' frodi jew attivitajiet illegali li jaffettwaw l-interess pubbliku jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea;

AF.  billi kull persuna f'pajjiż terz, li ġiet rikonoxxuta bħala informatur mill-Unjoni Ewropea jew minn wieħed mill-Istati Membri tagħha, jeħtieġ li tibbenefikaw mill-miżuri kollha ta' protezzjoni applikabbli jekk, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha jew le, hija jew huwa kienu jafu — u żvelaw —informazzjoni dwar aġir illegali jew ta' fatti ta' spjunaġġ, imwettqa minn pajjiż terz jew minn kumpannija nazzjonali jew multinazzjonali u li jaffettwaw lil Stat, nazzjon jew liċ-ċittadini tal-Unjoni, u jipperikolaw mingħajr l-għarfien tagħhom l-integrità ta' gvern, is-sigurtà nazzjonali jew il-libertajiet kollettivi jew individwali;

AG.  billi mill-1 ta' Lulju 2014 'l hawn, kważi l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Ewropej kollha inkorporaw fir-regoli ta' proċedura interni tagħhom, kif inhu obbligatorju, miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi, skont l-Artikoli 22(b) u (c) tar-Regolamenti tal-Persunal;

AH.  billi diġà jeżistu prinċipji stabbiliti sew ma' korpi internazzjonali bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa u l-OECD, kif ukoll ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

AI.  billi l-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi ġiet rikonoxxuta mill-istrumenti internazzjonali ewlenin kollha dwar il-korruzzjoni filwaqt li l-istandards tal-informaturi ġew stabbiliti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa CM/Rec(2014)7 u r-Rakkomandazzjoni tal-OECD tal-2009 kontra t-Tixħim;

AJ.  billi hemm bżonn li jitwaqqaf b'urġenza qafas orizzontali ġenerali li, filwaqt li jistabbilixxi drittijiet u obbligi, effettivament jipproteġi l-informaturi fl-Istati Membri tal-Unjoni, kif ukoll fi ħdan l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u l-korpi tal-Unjoni;

Ir-rwol tal-informaturi u l-ħtieġa li jkunu protetti

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, wara li twettaq valutazzjoni tal-bażi legali xierqa li tippermetti lill-UE tieħu azzjoni ulterjuri, tippreżenta qabel tmiem is-sena proposta leġiżlattiva orizzontali li tistabbilixxi qafas regolatorju komuni komprensiv li se jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni kullimkien, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat kif ukoll fl-istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej, inkluż il-korpi rilevanti nazzjonali u Ewropej, l-uffiċċji u l-aġenziji, għall-informaturi fl-UE, filwaqt li jqisu l-kuntest nazzjonali u mingħajr ma jillimitaw il-possibbiltà għall-Istati Membri biex jieħdu miżuri ulterjuri; jissottolinja li s'issa hemm diversi possibbiltajiet ta' bażijiet ġuridiċi li jippermettu li l-UE taġixxi f'dan il-qasam; jitlob lill-Kummissjoni tqishom biex tipproponi mekkaniżmu wiesa', koerenti u effikaċi; ifakkar lill-Kummissjoni fid-duttrina elaborata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-ġurisprudenza li ilha teżisti, fuq il-kunċett ta' kompetenzi implikati tal-Unjoni, li jippermetti l-użu ta' diversi bażijiet legali;

2.  Jenfasizza l-fatt mhux raġonevoli u inkwetanti li ċ-ċittadini u l-ġurnalisti qed ikunu soġġetti għal prosekuzzjoni pjuttost milli ħarsien legali meta jkunu qed jiżvelaw informazzjoni fl-interess pubbliku, inkluża informazzjoni dwar suspetti ta' kondotta ħażina, imġiba ħażina, frodi jew attività illegali, b'mod partikolari fir-rigward ta' kondotta li tikser il-prinċipji fundamentali tal-UE, bħall-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus;

3.  jissuġġerixxi li l-ftehimiet internazzjonali li jirrigwardaw is-servizzi finanzjarji, it-tassazzjoni u l-kompetizzjoni jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tal-informaturi;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa għal ċertezza tad-dritt rigward id-dispożizzjonijiet protettivi mogħtija lill-informaturi, għaliex in-nuqqas kontinwu ta' ċarezza u approċċ frammentat jiskoraġġixxu lill-informaturi potenzjali milli jersqu 'l quddiem; jindika għalhekk li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE għandha tistabbilixxi proċedura ċara biex id-divulgazzjonijiet jiġu trattati kif xieraq u biex l-informaturi jiġu protetti b'mod effettiv;

5.  Ifakkar li kwalunkwe qafas normattiv futur għandu jikkunsidra r-regoli, id-drittijiet u d-dmirijiet li jmexxu u jħallu effett fuq l-impjiegi; jenfasizza wkoll li dan għandu jsir f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali u f'konformità mal-ftehimiet ta' negozjar kollettiv;

6.  jitlob li din il-leġiżlazzjoni tiżgura li l-kumpaniji li jagħmlu azzjonijiet ta' ritaljazzjoni vverifikati bis-sħiħ kontra l-informaturi la jkunu jistgħu jirċievu fondi tal-UE u lanqas jagħmlu kuntratti ma' korpi pubbliċi;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw data, parametri ta' riferiment u indikaturi dwar il-politiki tal-informaturi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat;

8.  Jitlob lill-Istati Membri jqisu l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-korruzzjoni, li jqiegħed enfasi fuq ir-rwol tal-informaturi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

9.  jiddeplora li kienu biss ftit l-Istati Membri li introduċew sistemi avvanzati biżżejjed ta' protezzjoni tal-informaturi; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx sistemi bħal dawn jew prinċipji konnessi fil-leġiżlazzjoni tagħhom biex jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun;

10.  Jenfasizza l-bżonn li tingħata aktar attenzjoni fir-rigward tal-etika tan-negozju fil-kurrikuli edukattivi ta' studji tan-negozju u dixxiplini relatati;

11.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jippromwovu kultura ta' rikonoxximent tar-rwol importanti li jaqdu l-informaturi fis-soċjetà, inkluż bl-użu ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, toħroġ bi pjan komprensiv dwar din il-kwistjoni; iqis li huwa meħtieġ li titrawwem kultura etika fis-settur pubbliku u fuq il-postijiet tax-xogħol, sabiex tkun enfasizzata l-importanza li titqajjem kuxjenza fost l-impjegati dwar oqfsa legali eżistenti rigward l-iżvelar ta' informazzjoni, b'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tat-trade unions;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-informaturi bil-għan li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, li se jgħin fl-iżgurar ta' ħarsien aktar effiċjenti għall-informaturi fuq livell nazzjonali;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi pjan komprensiv sabiex tiskoraġġixxi t-trasferimenti tal-assi lejn pajjiżi barra l-UE li jservu bħala protetturi tal-anonimità għal persuni korrotti;

14.  Jifhem b' "informatur" kwalunkwe persuna li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar fatt illegali, illeċitu jew li jagħmel ħsara lill-interess pubbliku, fil-kuntest tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, kemm jekk ikun fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fil-kuntest ta' relazzjoni kuntrattwali jew f'dak tal-attività sindakali jew assoċjattiva tagħhom; jenfasizza li dan jinkludi individwi li huma barra r-relazzjoni tradizzjonali bejn l-impjegat u min iħaddmu, bħall-konsulenti, kuntratturi, apprentisti, voluntiera, studenti, ħaddiema temporanji, ħaddiema impjegati preċedenti li jkollhom evidenza ta' tali atti b'raġunijiet raġonevoli li jemmen li l-informazzjoni rrappurtata hija vera;

15.  huwa tal-fehma li persuni li mhumiex parti minn relazzjoni tradizzjonali bejn min iħaddem u l-impjegat, bħal konsulenti, kuntratturi, apprendisti, voluntiera, studenti, ħaddiema temporanji, ħaddiema preċedenti kif ukoll ċittadini, għandhom jingħataw ukoll aċċess għal mezzi ta' għoti ta' informazzjoni u jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata meta jiżvelaw informazzjoni dwar aġir illegali jew illeċitu, jew dwar att li jippreġudika l-interess pubbliku;

16.  Jiddikjara li hija meħtieġa soluzzjoni ċara għall-informaturi li jaħdmu f'kumpaniji rreġistrati fl-UE iżda li huma bbażati barra mill-UE;

17.  Jikkunsidra li ksur kontra l-interess pubbliku jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, atti ta' korruzzjoni, reati kriminali, il-ksur ta' obbligi legali, żbalji ġudizzjarji, abbuż tal-awtorità, kunflitti ta' interess, l-użu illegali ta' fondi pubbliċi, abbuż ta' poter, flussi finanzjarji illegali, it-theddid għall-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sikurezza pubblika, nazzjonali u globali, is-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, l-evitar tat-taxxa, id-drittijiet tal-konsumaturi, id-drittijiet tal-ħaddiema u drittijiet soċjali oħra u attakki fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll fuq l-istat tad-dritt, u atti maħsubin biex jgħattu xi waħda minn dawn il-vjolazzjonijiet;

18.  Iqis li l-interess tal-pubbliku ġenerali għandu jieħu preċedenza fuq il-valur privat jew ekonomiku tal-informazzjoni żvelata, u li għandu jkun possibbli li tiġi żvelata informazzjoni dwar theddid serju għall-interess pubbliku anke meta huwa legalment protett; huwa, madankollu, tal-fehma li proċeduri speċjali għandhom japplikaw għal informazzjoni rigward l-etika professjonali u informazzjoni klassifikata relatata mas-sigurtà nazzjonali u d-difiża; iqis li f'dawn il-każijiet, ir-rapport għandu jkun disponibbli lil awtorità kompetenti;

19.  jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwament il-protezzjoni effettiva tal-informaturi, anke jekk ir-rivelazzjonijiet tagħhom ma jikkonċernawx aġir illeċitu, sakemm ir-rivelazzjonijiet għandhom bħala għan li jiġi evitat riskju possibbli għall-interess pubbliku ġenerali;

20.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi;

21.  Jenfasizza li r-rwol tal-informaturi li jikxfu attakki serji fuq l-interess pubbliku wera l-importanza tiegħu f'diversi okkażjonijiet matul numru ta' snin u l-informaturi jikkontribwixxu għad-demokrazija, it-trasparenza fil-politika u l-ekonomija u l-informazzjoni pubblika, u huma għandhom jiġu rikonoxxuti bħala neċessarji biex jipprevjenu l-aġir illeġittimu; jenfasizza li l-informaturi wrew li jikkostitwixxu riżors kruċjali għall-ġurnaliżmu investigattiv u għal midja indipendenti; jirrimarka li l-garanzija tal-kunfidenzjalità tas-sorsi hija fundamentali għal-libertà tal-istampa; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-dritt tal-ġurnalisti li ma jiżvelawx l-identità ta' sors ikun protett b'mod effikaċi; huwa tal-fehma li l-ġurnalisti huma wkoll vulnerabbli u għalhekk għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni legali;

22.  Jinnota l-fatt li, f'dawn l-aħħar snin, xi Stati Membri ħadu passi biex issaħħu d-drittijiet tal-informaturi; jiddeplora madankollu l-fatt li l-informaturi għadhom jiġu assuġġettati għal proċeduri ċivili u kriminali f'diversi Stati Membri, speċjalment fejn il-mezzi eżistenti għad-difiża, l-appoġġ u l-protezzjoni tagħhom huma neqsin jew mhux effikaċi; josserva barra minn hekk li d-differenzi bejn l-Istati Membri jwasslu għal inċertezza legali, forum shopping u riskji ta' trattament inġust;

23.  Jemmen li n-nuqqas ta' protezzjoni adegwata tal-informaturi għandu impatt negattiv fuq il-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-UE;

24.  Iqis li l-implimentazzjoni ta' regolamenti legali komprensivi dwar il-protezzjoni tal-informaturi tinkoraġġixxi kultura li fiha n-nies jitkellmu u li l-informaturi għandhom jiġu promossi bħala att ta' ċittadinanza tajba; iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jippromwovu r-rwol pożittiv li għandhom l-informaturi, kif ukoll it-tħassib serju meta titqies il-pożizzjoni tagħhom li spiss hija vulnerabbli u mingħajr difiża, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' protezzjoni, komunikazzjoni u sforzi ta' taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, toħroġ bi pjan komprensiv dwar din il-kwistjoni; jitlob f'dan il-kuntest li jitnieda sit web fejn għandha tiġi pprovduta informazzjoni utli dwar il-protezzjoni tal-informaturi, kif ukoll fejn jistgħu jitressqu l-ilmenti; jenfasizza li dan is-sit web għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod faċli u għandu jaħżen id-data tagħhom b'mod anonimu;

25.  Jitlob li tittieħed azzjoni biex tinbidel il-perċezzjoni pubblika tal-informaturi, b'mod partikolari mill-politiċi, l-impjegaturi u l-midja, billi jiġi enfasizzat ir-rwol pożittiv tagħhom bħala mekkaniżmu ta' twissija bikrija u bħala deterrent li jidentifikaw u jimpedixxu l-abbużi u l-korruzzjoni, u bħala mekkaniżmu ta' responsabilità li jippermetti l-iskrutinju pubbliku tal-gvernijiet u tal-kumpaniji;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkunu proattivi fil-promozzjoni ta' kultura miftuħa fil-post tax-xogħol, kemm jekk ikun pubbliku kif ukoll jekk ikun privat, u dan jippermetti lill-organizzazzjonijiet joperaw bi standards etiċi għoljin, jagħti lill-impjegati l-fiduċja biex jitkellmu u għalhekk jippermetti li tittieħed azzjoni sabiex tiġi evitata jew rimedjata kwalunkwe theddida jew ħsara;

27.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jevalwaw regolarment l-effettività tal-miżuri li jimplimentaw, b'kont meħud tal-opinjoni pubblika dwar l-attitudnijiet lejn l-att ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u lejn l-informaturi, l-istħarriġiet transsettorjali tal-maniġers superjuri maħtura biex jirċievu u jipproċessaw ir-rapporti u studji ta' riċerka indipendenti dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fil-postijiet tax-xogħol;

28.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx il-leġiżlazzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta biex jagħmlu dan fil-futur qrib u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ħolqien ta' pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam bejn l-Istati Membri, iżda wkoll bl-inklużjoni ta' pajjiżi terzi;

29.  jenfasizza l-importanza tar-riċerka u l-iskambju ta' prattiki tajba sabiex jinkoraġġixxu protezzjoni aħjar tal-informaturi fil-livell Ewropew;

30.  Iħeġġeġ lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew biex jippubblikaw, it-tnejn li huma, sa tmiem l-2017: 1) rapporti speċjali li fihom statistika u rekords ċari ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta identifikati fl-istituzzjonijiet Ewropej, in-negozji, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u korpi oħra rreġistrati fl-Unjoni; 2) is-segwitu tal-istituzzjonijiet ikkonċernati b'rabta mal-każijiet żvelati, abbażi tal-linjigwida attwali u r-regoli tal-Kummissjoni; 3) ir-riżultat ta' kull investigazzjoni miftuħa bħala riżultat tal-informazzjoni li tasal mingħand informaturi; 4) il-miżuri previsti f'kull każ għall-protezzjoni tal-informaturi;

Mekkaniżmu ta' rapportar

31.  Jinnota li n-nuqqas ta' mezzi identifikati b'mod ċar u ta' rapportar sikur kif ukoll in-nuqqas potenzjali ta' segwitu jikkostitwixxu ostakolu għall-attivitajiet tal-informaturi, jista' jiddisswadihom milli jiżvelaw informazzjoni protetta u jwassal biex għadd ta' informaturi li jibqgħu siekta; jinsab imħasseb dwar ritaljazzjoni u pressjonijiet fuq l-informaturi meta dawn jaffaċjaw lill-persuna jew l-entità żbaljata fi ħdan l-organizzazzjoni tagħhom;

32.  Iqis li hu meħtieġ li tiġi stabbilita sistema koerenti, kredibbli u affidabbli li tippermetti li r-rapporti jiġu kkunsinnati ġewwa l-organizzazzjoni, lill-awtoritajiet kompetenti u barra mill-organizzazzjoni; hu tal-fehma li sistema bħal din tiffaċilita l-evalwazzjoni tal-kredibbiltà u l-validità ta' rapport li sar fi ħdan dan il-qafas;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra sistema li tippermetti r-rapportar ġewwa u barra l-organizzazzjoni; jenfasizza li, biex isir dan, proċeduri ċari, ġusti u ekwi għandhom jiġu stabbiliti li jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u ġuridiċi tal-informatur u tal-ħati allegat; jemmen li min iħaddem għandu jitħeġġeġ jintroduċi proċeduri għar-rappurtar intern, u li fi ħdan kull organizzazzjoni għandha tinħatar persuna jew entità waħda indipendenti u imparzjali li tkun responsabbli milli tiġbor ir-rapporti; iqis li r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom ikunu involuti fil-ħatra ta' din il-persuna; jenfasizza li dak li jirċievi twissija għandu jagħti segwitu xieraq għal kull rapport riċevut u jżomm lill-informatur informat bis-segwitu fi żmien raġonevoli;

34.  Jemmen li kull organizzazzjoni għandha tistabbilixxi mezzi ta' rappurtar ċari li jippermettu li informaturi jinforma ġewwa l-organizzazzjoni tiegħu jew tagħha; jenfasizza li kull impjegat għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura ta' rapportar rilevanti, li għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità u trattament tat-twissija fi żmien raġonevoli; jenfasizza li l-informatur għandu jibqa' jkollu l-fakultà li jdur lejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi xierqa jew il-midja, b'mod partikolari fin-nuqqas ta' risposta favorevoli mill-organizzazzjoni, jew jekk ir-rappurtar intern jew lill-awtoritajiet kompetenti jdgħajjef b'mod ovvju l-effiċjenza tat-twissija, jekk l-informatur ikun f'riskju jew jeħtieġ b'mod urġenti li jirrapporta l-informazzjoni;

35.  ifakkar fid-dritt li l-pubbliku jkun infurmat bi kwalunkwe mġiba li tista' tippreġudika l-interess pubbliku, u jenfasizza, f'dan ir-rigward, li għandu jibqa' possibbli li informatur jippubblika informazzjoni dwar att illegali jew illeċitu jew att li jippreġudika l-interess pubbliku;

36.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, il-Parlament jitlob ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha, jintroduċu u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex iħarsu l-kunfidenzjalità tas-sorsi ta' informazzjoni, u jitlob għalhekk li jinħoloq sit web ikkontrollat fejn jistgħu jitressqu l-ilmenti b'mod purament kunfidenzjali;

37.  Iqis li r-rapportar barra l-organizzazzjoni, inkluż direttament lill-pubbliku mingħajr ma jgħaddi minn fażi interna, ma jistax jikkostitwixxi raġuni għal invalidazzjoni tar-rapportar, għal prosekuzzjoni jew għal rifjut tal-benefiċċju tal-protezzjoni; jemmen li din il-protezzjoni għandha tingħata b'mod indipendenti mill-kanal magħżul ta' rappurtaġġ u abbażi tal-informazzjoni żvelata u l-fatt li l-informatur kellu raġunijiet raġonevoli biex jitwemmen li kien minnu;

Protezzjoni mogħtija f'każ ta' rapportar

38.  Jinsab imħasseb dwar ir-riskji għall-informaturi fuq il-post tax-xogħol tagħhom, u b'mod partikolari r-riskju ta' rappreżalji diretti jew indiretti min-naħa tal-impjegatur tagħhom u minn persuni li jaħdmu f'isem jew għan-nom ta' dan tal-aħħar; jenfasizza li tali rappreżalji jwasslu ħafna drabi għal esklużjoni, għal tnaqqis jew waqfien tal-progress fil-karriera, u saħansitra tkeċċija, kif ukoll għal sitwazzjonijiet ta' fastidju psikoloġiku; jenfasizza li tali rappreżalji huma ostakli għall-azzjoni tal-informaturi; iqis li huwa neċessarju li jiġu żviluppati miżuri ta' protezzjoni kontra tali tpattija; huwa tal-fehma li r-rappreżalji għandhom jiġu sanzjonati u jkunu s-suġġett ta' sanzjonijiet effettivi; jenfasizza li, meta xi ħadd ikun rikonoxxut bħala informatur, għandhom jittieħdu miżuri biex jipproteġu lilu jew lilha, li jtemmu kwalunkwe miżuri ta' ritaljazzjoni meħuda kontrih jew kontriha kif ukoll jagħtu lil-informatur kumpens sħiħ għall-preġudizzju u d-danni mġarrba; huwa tal-fehma li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva orizzontali dwar il-protezzjoni tal-informatur;

39.  iqis li l-informaturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni għal miżuri provviżorji bl-għan li tipprevjeni atti ta' intimidazzjoni bħal sensji, u dan sakemm tintemm il-proċedura amministrattiva ġudizzjarja jew oħra kollha kemm hi;

40.  Jenfasizza li l-ebda relazzjoni ta' impjieg m'għandha tillimita d-dritt ta' persuna għal-libertà tal-espressjoni u ħadd m'għandu jiġi diskriminat f'każijiet tal-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

41.  Ifakkar li kwalunkwe qafas normattiv futur jenħtieġ li jikkunsidra r-regoli, id-drittijiet u d-dmirijiet li jirregolaw u jħallu effett fuq l-impjiegi; jenfasizza wkoll li dan jenħtieġ li jsir bl-involviment tas-sħab soċjali u f'konformità mal-ftehimiet ta' negozjar kollettiv;

42.  Jenfasizza li l-informaturi u l-membri tal-familja tagħhom kif ukoll kull min jassistihom u li ħajjithom jew is-sigurtà tagħhom ikunu f'periklu għandhom ikunu intitolati għal protezzjoni xierqa u effettiva, l-integrità fiżika, morali u soċjali u l-għajxien tagħhom billi jingħataw l-ogħla livell possibbli ta' kunfidenzjalità;

43.  Jenfasizza li dawn il-miżuri ta' protezzjoni għandhom japplikaw ukoll meta informatur jirrapporta attivitajiet li jinvolvu Stati Membri;

44.  Jinnota li l-ġurnalisti investigattivi u l-istampa indipendenti jwettqu xogħol solitarju u spiss iħabbtu wiċċhom ma' pressjonijiet multipli li jistgħu jseħħu u li għalhekk huwa ta' importanza vitali li jkunu protetti minn kull forma ta' intimidazzjoni;

45.  Jissuġġerixxi li talba għal miżuri provviżorji fl-istennija tar-riżultat ta' proċedimenti ċivili tkun possibbli għall-persuni li kienu vittmi ta' ritaljazzjoni talli rrapportaw jew żvelaw informazzjoni fl-interess pubbliku, b'mod partikolari f'każ ta' telf ta' impjieg;

46.  Jikkundanna l-prattika ta' azzjonijiet ġudizzjarji bil-ħsieb ta' ċensura, li hija prattika li tinvolvi l-ftuħ jew it-theddida ta' ftuħ ta' proċedimenti ġudizzjarji kontra l-informatur bil-għan mhux li jkun titfittex ġustizzja, iżda bil-għan li tali azzjonijiet ġudizzjarji jwasslu għall-awtoċensura jew l-eżawriment finanzjarju, emozzjonali u psikoloġiku; jemmen li tali abbuż ta' proċedura għandu jkun soġġett għal pieni kriminali u sanzjonijiet;

47.  Ifakkar fir-riskju ta' proċedimenti kriminali u ċivili mġarrba mill-informaturi; jissottolinja li dawn ta' spiss huma l-aktar parti dgħajfa f'kawża; iqis, għalhekk, li f'każ ta' azzjonijiet ta' ritaljazzjoni allegati meħudin kontra informatur, min iħaddem għandu jipprovdi evidenza li dawn l-azzjonijiet mhumiex relatati mar-rapport li sar mill-informatur; iqis li l-protezzjoni tal-informaturi għandha tingħata abbażi tal-informazzjoni żvelata u mhux fuq l-intenzjoni tal-informatur; jenfasizza, madankollu, li l-informatur għandu jkun irrapporta informazzjoni li hu jew hi maħsuba li tkun vera; huwa tal-fehma li l-kunfidenzjalità għandha tkun iggarantita matul il-proċedimenti u li l-identità tal-informatur m'għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens tiegħu jew tagħha; jissottolinja li ksur tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-informatur mingħajr il-kunsens għandu jkun soġġett għal pieni kriminali u sanzjonijiet;

48.  Iqis li l-informaturi m'għandhomx jiġu soġġetti għal prosekuzzjoni penali, ċivili jew għal sanzjonijiet amministrattivi jew dixxiplinarji minħabba sinjalazzjonijiet li jkunu għamlu;

49.   Iqis li l-possibbiltà għal informatur li jirrapporta b'mod anonimu tista' tippermetti t-trażmissjoni ta' informazzjoni li altrimenti l-informatur ma kienx jirrapporta; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li mezzi ta' rapportar anonimu regolati b'mod ċar lill-korp nazzjonali jew Ewropew indipendenti responsabbli mill-ġbir ta' tali rapporti, li jivverifikaw il-kredibbiltà tagħhom, b'segwitu għat-tweġiba li ngħatat u jipprovdu gwida għal informaturi anki fl-ambjent diġitali, għandhom jiġu introdotti, li jistabbilixxu eżattament il-każijiet li fihom mezzi ta' rappurtar japplikaw b'mod anonimu, jenfasizza li l-identità tal-informatur kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tiegħu jew tagħha ma għandhomx jiġu żvelati mingħajr il-kunsens tiegħu jew tagħha; iqis li kwalunkwe ksur tal-anonimat għandu jiġi soġġetti għal sanzjonijiet;

50.  Jenfasizza li persuna ma għandhiex titlef il-benefiċċju tal-protezzjoni tagħha għar-raġuni biss li hija wettqet żball ta' evalwazzjoni tal-fatti jew li t-theddida għall-interess pubbliku ma seħħitx, kemm-il darba li fil-mument tar-rapportar, hija kienet tiddisponi minn motivi raġonevoli biex temmen l-awtentiċità tal-fatti; ifakkar li, fil-każ ta' akkużi foloz, dawk responsabbli għandhom jagħtu kont ta' għemilhom u mgħandhomx jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija lill-informaturi; jenfasizza li kwalunkwe persuna li tiġi preġudikata, kemm direttament kif ukoll indirettament, mill-persuna li qed tirrapporta jew mill-iżvelar ta' informazzjoni ineżatta jew qarrieqa għandu jkollha d-dritt li tfittex rimedji effettivi kontra rappurtar malizzjuż jew abbużiv;

51.  Ifakkar fl-importanza li jitfasslu strumenti li jipprojbixxu kwalunkwe forma ta' ritaljazzjoni, kemm jekk din tkun sensja passiva kif ukoll miżuri passivi; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex ma jibqgħux jikkriminalizzaw bħala reati l-attivitajiet tal-informaturi fil-qasam tal-iżvelar ta' informazzjoni dwar atti illegali jew illeċiti jew dwar atti li jdgħajfu jew jheddu l-interess pubbliku;

52.  Iqis li, sadattant, il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE trid tiġi applikata b'mod xieraq, kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mill-Istati Membri, u li jenħtieġ li tiġi interpretata b'tali mod li toffri l-aħjar protezzjoni lill-informaturi li jaġixxu fl-interess pubbliku; jenfasizza li l-protezzjoni tal-informaturi diġà ġiet rikonoxxuta bħala mekkaniżmu importanti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex joqogħdu lura milli jikkriminalizzaw l-azzjonijiet tal-informaturi li jiżvelaw informazzjoni fl-interess pubbliku;

Sostenn għall-informaturi

53.  Jenfasizza r-rwol li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-appoġġ u fl-għajnuna lill-informaturi fin-negozjar tagħhom fl-organizzazzjoni tagħhom;

54.  Jissottolinja li, minbarra r-riskji professjonali, l-informaturi u l-persuni li jassistuhom jiffaċċaw ukoll riskji personali, psikoloġiċi, soċjali u finanzjarji; jemmen li, fejn ikun applikabbli, għandu jkun ipprovdut appoġġ psikoloġiku speċjalizzat, għandha tingħata għajnuna legali lill-informaturi li jitolbuha u li m'għandhomx biżżejjed riżorsi, li għajnuna soċjali u finanzjarja għandha tingħata lil dawk li jesprimu l-ħtieġa għaliha b'mod debitament ġustifikat, u bħala miżura protettiva jekk proċedimenti ċivili jew ġudizzjarji jkunu mressqa kontra informatur, f’konformità mal-liġi u l-prassi nazzjonali; iżid li għandu jingħata kumpens, tkun xi tkun in-natura tad-dannu subit mill-informatur, bħala riżultat tal-fatt li jagħmlu rapport;

55.  Jirreferi, f'dan ir-rigward, għall-fatt li l-Ombudsman Ewropew indikat fil-Parlament li hija lesta li teżamina l-possibbiltà li toħloq korp bħal dan fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà li tafda lill-Ombudsman Ewropew, li diġà għandha kompetenza biex tinvestiga lmenti ta' abbużi fl-istituzzjonijiet tal-UE, b'dawn il-kompiti;

56.  jistieden lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej biex, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti kollha, jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tas-sorsi ta' informazzjoni sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew theddida, kif ukoll biex iwaqqfu mezzi trasparenti ta' żvelar tal-informazzjoni, biex jiġu stabbiliti awtoritajiet nazzjonali u Ewropej indipendenti għall-protezzjoni tal-informaturi, kif ukoll biex iqisu li jagħtu lil dawn l-awtoritajiet fondi ta' appoġġ speċifiċi; jitlob, barra minn hekk, il-ħolqien ta' awtorità Ewropea ċentralizzata għall-protezzjoni effettiva tal-informaturi u tal-persuni li jgħinuhom fl-isforzi tagħhom, abbażi tal-mudell li diġà jeżisti bis-sistema tal-awtoritajiet inkarigati mill-protezzjoni tad-data;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex dawn il-miżuri jkunu effettivi, biex tiżviluppa strumenti li jiffokaw fuq il-provvista ta' protezzjoni kontra proċedimenti ġudizzjarji inġustifikati, sanzjonijiet ta' natura ekonomika u diskriminazzjoni;

58.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu korpi indipendenti, b'biżżejjed riżorsi baġitarji, kompetenza adegwata u speċjalisti xierqa, responsabbli li jiġbru r-rapporti, jivverifikaw il-kredibilità tagħhom, jagħtu segwitu għat-tweġiba li ngħatat u jipprovdu gwida lill-informaturi, partikolarment fin-nuqqas ta' reazzjoni pożittiva min-naħa tal-organizzazzjoni tagħhom, kif ukoll jorjentawhom lejn l-għajnuna finanzjarja xierqa, speċjalment f'sitwazzjonijiet transfruntiera jew f'każijiet li jinvolvu b'mod dirett l-Istati Membri jew l-Istituzzjonijiet tal-UE; jissuġġerixxi li din tippubblika rapport annwali dwar twissijiet riċevuti u t-trattament tagħhom, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżit tal-kunfidenzjalità ta' investigazzjonijiet li potenzjalment għadhom għaddejjin;

59.  Jenfasizza l-fatt li għandu jiġi permess l-aċċess għal informazzjoni u pariri kunfidenzjali mingħajr ħlas għal persuni li jixtiequ jagħmlu rapport fl-interess pubbliku jew jikxfu azzjonijiet illegali jew illeċiti li jippreġudikaw jew jheddu l-interess pubbliku; josserva li strutturi li jkunu kapaċi jipprovdu din l-informazzjoni u dawn i-pariri għandhom ikunu identifikati u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali;

60.  Jenfasizza li, minbarra l-benefiċċju tal-miżuri kollha ta' protezzjoni mogħtija lill-informaturi, huwa indispensabbli li jiġu garantiti b'mod speċifiku lil dawn l-informaturi l-akkoljenza, l-akkomodazzjoni u s-sigurtà tagħhom fi Stat Membru li ma jkollu l-ebda ftehim ta' estradizzjoni mal-pajjiż li jkun ikkommetta l-aġir; jitlob lill-Kummissjoni biex, f'każijiet ta' ftehimiet ta' estradizzjoni eżistenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż terz inkriminat, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 67(2) tat-Trattat FUE dwar il-politika Ewropea dwar l-asil, taġixxi fil-qafas tal-kompetenzi tagħha u tieħu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa fir-rigward ta' dawn l-informaturi partikolarment vulnerabbli għal rappreżalji kbar fil-pajjiżi li huma jkunu żvelaw prattiki illeċiti jew frawdolenti tagħhom;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-istabbiliment ta' korp simili fil-livell tal-UE, b'riżorsi baġitarji xierqa, kompetenza adegwata u speċjalisti xierqa, inkarigat mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet transfruntiera; iqis li dan il-korp Ewropew għandu wkoll ikun jista' jirċievi r-rapporti, jivverifika l-kredibbiltà tagħhom, joħroġ rakkomandazzjonijiet vinkolanti u jiggwida lill-informaturi meta r-risposta mogħtija mill-Istat Membru jew mill-korpi nazzjonali lill-informatur ma tkunx xierqa b'mod manifest; jissuġġerixxi li din tippubblika rapport annwali dwar twissijiet riċevuti u t-trattament tagħhom, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżit tal-kunfidenzjalità ta' investigazzjonijiet li potenzjalment għadhom għaddejjin; iqis li l-mandat tal-Ombudsman Ewropew jista' jiġi estiż biex iwettaq din il-funzjoni;

62.  Jemmen li, ladarba twissija tiġi rikonoxxuta bħala serja, dan għandu jwassal għal investigazzjoni xierqa u għandha tiġi segwita minn miżuri xierqa; jenfasizza li, matul l-investigazzjoni, l-informatur għandu jkun jista' jiċċara l-ilment tiegħu jew tagħha u jipprovdi informazzjoni jew evidenza addizzjonali;

63.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw data, parametri ta' riferiment u indikaturi dwar il-politiki tal-informaturi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat;

64.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jindirizzaw l-inizjattiva proprja tal-Ombudsman tal-24 ta' Lulju 2014, f'konformità mal-Artikolu 22(c) tar-Regolament tal-Persunal il-ġdid, filwaqt li jistieden lill-korpi kollha tal-UE biex jadottaw mekkaniżmi ta' twissija etiċi u oqfsa legali dwar l-informaturi direttament ibbażati fuq ir-regoli interni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman; itenni d-determinazzjoni tiegħu li dan iseħħ;

65.  Iqis li l-informaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jistudjaw u jikkummentaw dwar ir-riżultati tal-istħarriġ imwettaq fuq il-bażi tal-iżvelar tagħhom;

66.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE jagħtu eżempju billi japplikaw, mingħajr dewmien, il-linji gwida tal-Ombudsman Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ, kemm għaliha kif ukoll għall-aġenziji tal-UE, il-linji gwida tagħha stess dwar il-ħarsien tal-informaturi skont ir-regolamenti tal-persunal tagħha tal-2012; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera u tikkoordina b'mod effettiv l-isforzi ma' istituzzjonijiet oħra, inkluż l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sabiex tipproteġi lill-informaturi;

67.  Jirrimarka l-bżonn li tinkiseb sistema li taħdem aħjar għar-rappurtar tal-prattiki ħżiena korporattivi li tikkomplementa u tfittex li ttejjeb l-effiċjenza tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali attwali għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

68.  Jenfasizza li investigazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet imqajma minn informaturi għandhom isiru b'mod indipendenti u fl-iqsar żmien possibbli, filwaqt li jiġu protetti wkoll id-drittijiet ta' individwi li jistgħu jiġu implikati minn tali żvelar. jenfasizza li kemm l-informatur kif ukoll kull persuna implikata mill-iżvelar għandhom ikunu kapaċi jipprovdu argumenti addizzjonali u evidenza matul l-investigazzjoni, u għandhom jinżammu infurmati dwar l-ipproċessar tal-iżvelar.

69.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar introduċiet mezz għall-informaturi sabiex jirrappurtaw jew jiżvelaw informazzjoni dwar il-kompetizzjoni u l-akkordji, iżda jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu semplifikati l-proċeduri u li m'għandux ikun hemm għadd eċċessiv ta' mezzi;

o
o   o

70.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0408.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2016)0310.
(3) ĠU C 208, 10.6.2016, p. 89.
(4) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0457.
(5) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0022
(6) https://www.unodc.org/documents/treaties/UNCAC/Publications/Convention/08-50027_F.pdf
(7) Ara pereżempju r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni.


Politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar
PDF 431kWORD 72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar (2016/2270(INI))
P8_TA(2017)0403A8-0292/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(3) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 9, 14, 19, 151 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, li ġiet ikkonfermata mill-ġdid mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1993, u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 23 u 25 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fosthom id-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali, b'mod partikolari, l-Artikoli 34, 35 u 36 li jiddefinixxu b'mod speċifiku d-dritt għall-assistenza soċjali u għall-akkomodazzjoni, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u d-dritt għal aċċess għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Karta Soċjali Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 4, 6, 12, 14, 17, 19, 30 u 31 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet Nri 29 u 150 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-abolizzjoni tax-xogħol furzat, il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 102 dwar is-Sigurtà Soċjali u r-Rakkomandazzjoni tal-ILO Nru 202 tal-ILO dwar pjattaformi ta' protezzjoni soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti u l-Patt Globali għall-Impjiegi tal-ILO, kif adottati b'kunsens dinji waqt il-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fid-19 ta' Ġunju 2009,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO ta' Ġunju 2013 "Towards social investment for growth and jobs" (Lejn investiment soċjali għat-tkabbir u l-impjiegi),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992, dwar kriterji komuni relatati mar-riżorsi u l-assistenza soċjali suffiċjenti fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali(1)(rakkomandazzjoni dwar l-introjtu minimu),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta' Lulju 1992, dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/EU tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-Investiment fit-Tfal: jinkiser iċ-ċiklu tal-iżvantaġġ"(3);

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013)0083) u d-dokument li jakkumpanjah (SWD(2013)0038),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies li huma esklużi mis-suq tax-xogħol(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu"Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2015 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida tal-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2015)0098),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-aġenda soċjali mġedda(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 bit-titolu "Il-Patt dwar l-Investiment Soċjali – bħala reazzjoni għall-kriżi"(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar l-ilħuq tal-mira tal-ġlieda kontra l-faqar fid-dawl tal-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-familji(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 bit-titolu "Il-Faqar: perspettiva tas-sessi"(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(12),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-15 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali – Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar "Introjtu minimu Ewropew u indikaturi tal-faqar",

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu "Towards adequate and accessible minimum income schemes in Europe" (Lejn skemi ta' introjtu mimimu adegwati u aċċessibbli fl-Ewropa), ippubblikat fl-2015 min-Netwerk Ewropew dwar l-Introjtu Miminu (EMIN),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2015 bit-titolu "Access to social benefits: reducing non-take-up" (Aċċess għall-benefiċċji soċjali: jitnaqqas l-għadd ta' dawk li ma jieħdux benefiċċji),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2017 dwar "Income inequalities and employment patterns in Europe before and after the great Recession" (Inugwaljanzi fl-introjtu u xejriet tal-impjiegi fl-Ewropa qabel u wara r-Reċessjoni l-kbira),

–  wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku A tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Minimum income policies in EU Member States" (Politiki dwar l-introjtu minimu fl-Istati Membri tal-UE) ippubblikat fil-forma finali f'April 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "Minimum Income Schemes in Europe - A study of national policies 2015" (Skemi dwar l-Introjtu Minimu fl-Ewropa - Studju dwar il-politiki nazzjonali 2015) imfassal għall-Kummissjoni Ewropea min-Netwerk Ewropew dwar il-Politika Soċjali (ESPN) fl-2016,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali O-000087/2016 – B8-0710/2016 tal-15 ta' Ġunju 2016 imressqa mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba bil-miktub P-001004/2016 tat-2 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2016 dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(13),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Schuman tad-9 ta' Mejju 1950, li sejħet għal "l-ugwalizzazzjoni u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-ħaddiema",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0292/2017),

A.  billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li l-kawżi u d-durata tagħhom ma jiddependux mir-rieda ta' dawk li jġarrbuhom, jikkostitwixxu ksur tad-dinjità tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; billi fl-2010 l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li sal-2020 inaqqsu n-numru ta' persuni f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali b'20 miljun; billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali mhumiex biss kwistjonijiet ta' responsabbiltà individwali u jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod kollettiv;

B.  billi l-Ewropa hija wieħed mill-aktar reġjuni sinjuri fid-dinja, għalkemm data reċenti dwar il-faqar abbażi tal-introjtu enfasizzat żieda fil-faqar kif ukoll privazzjoni materjali gravi fl-Ewropa u inugwaljanzi li qed jiżdiedu bejn l-Istati Membri;

C.  billi ekonomija b'saħħitha b'qgħad baxx għadha l-aktar għodda effikaċi għall-ġlieda kontra l-faqar;

D.  billi l-faqar abbażi tal-introjtu huwa biss parti mill-kunċett globali tal-faqar, u għalhekk il-faqar ma jirreferix biss għal riżorsi materjali, iżda wkoll għal riżorsi soċjali, b'mod partikolari l-edukazzjoni, is-saħħa u l-aċċess għas-servizzi;

E.  billi t-terminu "faqar relattiv" mhuwiex indikattiv tal-ħtiġijiet reali, iżda, minflok, sempliċement jiddeskrivi l-introjtu ta' persuna meta mqabbel ma' dak ta' oħrajn;

F.  billi, skont il-metodoloġija żviluppata mill-Eurostat, il-limitu minimu ta' riskju ta' faqar huwa stabbilit għal 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat tal-medjan nazzjonali (għal kull entità domestika wara trasferimenti soċjali); billi, minħabba d-diverġenzi eżistenti bejn l-Istati Membri u l-politiki soċjali nazzjonali differenti, dan il-perċentwal għandu jitqies flimkien ma' indikaturi oħrajn bħalma huma baġits ta' referenza; billi l-introjtu huwa indikatur indirett tal-istandard tal-għajxien filwaqt li baġit ta' referenza jirrifletti d-diversità ta' xejriet ta' konsum u l-għoli tal-ħajja fl-Istati Membri;

G.  billi ma għandux ikun hemm ebda konfużjoni bejn "differenzi tal-introjtu" u "faqar";

H.  billi skont il-Kummissjoni(14), 119-il miljun persuna fl-UE – madwar 25 % tat-total tal-popolazzjoni – jinsabu f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali minkejja l-benefiċċji soċjali; billi, f'xi Stati Membri, dan il-fatt hu akkumpanjat minn rati għolja u persistenti ta' qgħad u billi din is-sitwazzjoni taffettwa b'mod partikolari liż-żgħażagħ, li għalihom iċ-ċifri huma saħansitra aktar allarmanti; billi, minkejja li n-numri juru tnaqqis żgħir, għad hemm iktar persuni f'riskju ta' faqar milli fl-2008; billi l-UE u l-Istati Membri għadhom 'il bogħod milli jilħqu l-mira tal-Ewropa 2020 dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali peress li l-livell għadu ogħla minn dik il-mira;

I.  billi d-data disponibbli tissuġġerixxi li ċerti gruppi ta' persuni, bħat-tfal, in-nisa, dawk li huma qiegħda, il-familji b'ġenitur wieħed u persuni b'diżabilità, huma partikolarment vulnerabbli għall-faqar, il-privazzjoni u l-esklużjoni soċjali;

J.  billi l-faqar jolqot b'mod partikolari lill-familji;

K.  billi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u tax-xogħol, speċjalment għall-ġenituri waħedhom, hija ta' importanza assoluta sabiex wieħed joħroġ mill-faqar;

L.  billi għandha tittieħed konsiderazzjoni tal-bżonn li tiġi inkorporata l-azzjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'kull qasam ta' politika rilevanti, b'hekk jiġi żgurat aċċess universali għas-servizzi pubbliċi, għal impjiegi deċenti u introjtu li jippermettu lin-nies jgħixu b'dinjità;

M.  billi, skont il-Kummissjoni, ir-rati għoljin tal-qgħad, il-faqar u l-inugwaljanza jibqgħu tħassib ewlieni f'uħud mill-Istati Membri; billi l-inugwaljanzi fl-introjtu mhux biss huma ta' detriment għall-koeżjoni soċjali, iżda jfixklu wkoll it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, kif ġie nnutat mill-Kummissarju Thyssen; billi, skont il-Eurofound, l-impatt tal-kriżi kien ġeneralment aktar qawwi fost individwi b'introjtu aktar baxx, u dan żied l-inugwaljanzi fl-introjtu fost is-soċjetajiet Ewropej(15);

N.  billi l-persuni mingħajr dar jirrappreżentaw l-aktar forma estrema ta' faqar u privazzjoni u fis-snin reċenti dawn żdiedu prattikament fl-Istati Membri kollha, partikolarment f'dawk l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika u finanzjarja; billi, skont il-Federazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali li jaħdmu mal-persuni mingħajr dar (FEANTSA), kull sena ikun hemm madwar 4 miljun persuna fl-UE li jgħaddu minn esperjenza ta' mingħajr dar, aktar minn 10,5 miljun unità domestika jsofru minn privazzjoni gravi ta' akkomodazzjoni u 22,3 miljun unità domestika jiffaċċjaw piż eċċessiv fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, li jindika li dawn jonfqu aktar minn 40 % tal-introjtu disponibbli fuq l-akkomodazzjoni;

O.  billi s-sitwazzjoni attwali titlob miżuri li jippromwovu skemi nazzjonali ta' introjtu minimu, sabiex dawk kollha mingħajr introjtu suffiċjenti u dawk il-persuni kollha li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-eliġibbiltà jkunu assigurati kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti, filwaqt li jittejbu l-inklużjoni soċjali u dik fis-suq tax-xogħol u jiġu ggarantiti opportunitajiet indaqs fit-tgawdija tad-drittijiet fundamentali; billi l-edukazzjoni, it-trasferimenti u l-benefiċċji soċjali ridistributtivi, il-politika fiskali ġusta u politika tal-impjieg soda huma fatturi importanti biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-introjtu, titnaqqas ir-rata tal-qgħad u jonqos il-faqar; billi l-fatt li wieħed ikollu impjieg deċenti jipproteġi lil dak l-individwu mir-riskju ta' faqar u jista' jitqies bħala mezz ewlieni u indispensabbli ta' integrazzjoni soċjali;

P.  billi skont ħarsa ġenerali mwettqa mill-Eurofound, ħafna persuni fl-UE ma jirċevux il-benefiċċji li huma intitolati għalihom, inklużi l-benefiċċji fuq ix-xogħol, pereżempju minħabba l-kumplessità tas-sistemi tal-benefiċċji jew il-proċeduri ta' applikazzjoni, jew minħabba li ma jkunux konxji mid-drittijiet ta' intitolamenti tagħhom;

Q.  billi l-kunċett ta' "introjtu minimu" ma jridx jitħallat ma' dak ta' "paga minima", li hija stabbilita permezz ta' ftehim kollettiv jew permess tal-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali;

R.  billi l-iffissar tal-pagi huwa kompetenza tal-Istat Membru;

S.  billi l-introduzzjoni u t-tisħiħ tal-iskemi tal-introjtu minimu adegwat fl-Istati Membri kollha, b'biżżejjed riżorsi baġitarji, umani u materjali, flimkien ma' politiki attivi fis-suq tal-impjieg għal nies li jistgħu jaħdmu, hija miżura importanti u effikaċi fil-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza, li tiżgura koeżjoni ekonomika u territorjali, tipproteġi d-drittijiet fundamentali tal-individwi, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn l-objettivi ekonomiċi u soċjali u appoġġ favur integrazzjoni soċjali u aċċess għas-suq tax-xogħol;

T.  billi l-provvista u l-ġestjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali hija kompetenza tal-Istat Membri li l-Unjoni tikkoordina iżda ma tarmonizzax;

U.  billi skont l-Osservatorju Soċjali Ewropew (OSE), diġà jeżistu xi forom ta' appoġġ għall-introjtu f'26 Stat Membru(16);

V.  billi hemm bosta differenzi bejn l-Istati Membri fit-trattament tal-politiki dwar l-introjtu minimu, peress li d-dritt għal ħajja dinjituża ma jitqiesx bħala dritt universali u soġġettiv fl-Istati Membri kollha; billi jeżistu livelli għoljin ta' persuni li ma jirċevux benefiċċji, kif ukoll nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-appoġġ għall-introjtu, politiki attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi soċjali; billi fi ftit każijiet biss, l-iskemi ta' introjtu minimu huma kapaċi joħorġu lill-persuni mill-faqar;

W.  billi xi wħud mill-persuni l-aktar vulnerabbli huma persuni mingħajr dar li jesperjenzaw diffikultajiet biex jaċċessaw l-iskemi ta' introjtu minimu;

X.  billi l-garanzija ta' forniment ta' introjtu minimu adegwat għal dawk li għandhom nuqqas tar-riżorsi meħtieġa sabiex jiksbu standard ta' għajxien deċenti, kif ukoll miżuri ta' (ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol li jissalvagwardjaw l-aċċess għall-impjiegi u l-motivazzjoni sabiex wieħed ifittex xogħol huma dispożizzjonijiet li huma inklużi fl-ewwel pilastru Ewropew dwar id-drittijiet soċjali(17); billi, matul il-konferenza ta' livell għoli li saret fi Brussell fit-23 ta' Jannar 2017, wara konsultazzjoni pubblika dwar din il-kwistjoni, il-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, tenna li dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri kollha;

Y.  billi, skont il-Eurostat, fl-2015 ir-rata tal-qgħad taċ-ċittadini tal-UE li għandhom bejn l-20 u l-64 sena kienet ta' 70,1 % u kienet ferm 'il bogħod mill-għan tal-istrateġija UE 2020 stabbilit għal 75 %;

Z.  billi l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi ttenni l-importanza ta' appoġġ għall-introjtu biex jiġi miġġieled il-faqar (linja gwida 8);

AA.  billi sistemi ta' appoġġ għall-introjtu mfassla tajjeb, xierqa u disponibbli b'mod wiesa' m'għandhomx jipprevjenu jew jiskoraġġixxu ritorn għas-suq tax-xogħol u jgħinu wkoll biex tingħata spinta lid-domanda interna;

AB.  billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva ġustament tirrikonoxxi li minbarra l-iffaċilitar tal-aċċess għall-impjieg ta' kwalità għal dawk li jistgħu jaħdmu, il-politiki ta' inklużjoni attiva jenħtieġ li barra minn hekk "[j]ipprovd[u] riżorsi li huma biżżejjed biex jgħixu b'dinjità, flimkien ma' għajnuna għall-parteċipazzjoni soċjali, għal dawk li ma jistgħux";

AC.  billi fil-5 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pensjonijiet, filwaqt li qies bħala essenzjali l-fatt li l-pensjoni pubblika jew skemi oħra ta' protezzjoni soċjali jinkludu salvagwardji adegwati għall-persuni li l-opportunitajiet ta' xogħol tagħhom ma jħalluhomx jew ma ħallewhomx jakkumulaw biżżejjed intitolamenti għall-pensjoni u li tali salvagwardji jinkludu b'mod partikolari pensjonijiet minimi jew dispożizzjonijiet oħra ta' introjtu minimu għall-persuni anzjani;

AD.  billi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE l-Kunsill talab lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu d-dritt bażiku ta' kull persuna għal assistenza soċjali u għal riżorsi suffiċjenti biex tgħix b'mod dinjituż; billi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta' Lulju 1992, l-Istati Membri huma mħeġġa jibbażaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom fuq dawk il-prinċipji;

AE.  billi fil-konklużjonijiet tas-17 ta' Diċembru 1999 il-Kunsill approva l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali bħala wieħed mill-objettivi lejn il-modernizzazzjoni u t-titjib tal-protezzjoni soċjali;

AF.  billi r-Rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni attiva tidentifika l-appoġġ adegwat għall-introjtu bħala wieħed mit-tliet oqsma ugwalment importanti għal strateġija ta' inklużjoni attiva u tenfasizza li dan irid ikun akkumpanjat minn aċċess għal servizzi ta' kwalità u swieq tax-xogħol inklużivi; billi, bl-istess mod, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali tirrikjedi miżuri kkoordinati li jindirizzaw lill-individwu u d-dipendenti tiegħu jew tagħha, flimkien ma' azzjoni li tippromwovi xogħol stabbli;

AG.  billi f'ħafna pajjiżi, l-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp ta' rabtiet effikaċi bejn l-oqsma differenti ta' inklużjoni attiva jinkludu nuqqas ta' kapaċità, ta' ħiliet u riżorsi fis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u fl-istituzzjonijiet tal-għajnuna soċjali, nuqqas ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn is-servizzi, u tendenza li tingħata prijorità lil gruppi differenti fil-bżonn ta' appoġġ bil-ħsieb li jistgħu jintegraw ruħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol b'mod aktar faċli(18);

AH.  billi l-Pakkett ta' Investiment Soċjali tal-Kummissjoni 2013 tenna mill-ġdid l-importanza ta' approċċ ta' inklużjoni attiva u, fi ħdan dan il-Pakkett, enfasizza l-importanza ta' appoġġ adegwat għal introjtu minimu; billi ġie ddikjarat li l-adegwatezza tal-iskemi nazzjonali eżistenti ta' introjtu minimu tista' tittejjeb sabiex jiġi żgurat li l-livell ikun għoli biżżejjed li jippermetti ħajja deċenti; billi kien stabbilit li "l-Kummissjoni se tissorvelja, bħala parti mis-Semestru Ewropew, l-adegwatezza tal-appoġġ għall-introjtu u se tuża għal dan l-għan il-baġits ta' referenza ġaladarba dawn jiġu żviluppati flimkien mal-Istati Membri",

AI.  billi r-Rakkomandazzjoni Nru 202 tal-ILO dwar il-pjattaformi ta' protezzjoni soċjali tiddikjara li jenħtieġ li l-pajjiżi "jistabbilixxu mill-aktar fis possibbli u jżommu l-pjattaformi ta' protezzjoni soċjali tagħhom li jinkludu garanziji bażiċi tas-sigurtà soċjali" u ddikkjarat wkoll: "Jenħtieġ li l-garanziji tal-inqas jiżguraw li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawk il-persuni kollha fil-bżonn ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa essenzjali u għas-sigurtà bażika tal-introjtu li flimkien jiżguraw aċċess effettiv u sigur għall-prodotti u s-servizzi";

AJ.  billi l-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa għal inklużjoni attiva b'appoġġ adegwat għall-introjtu u l-importanza ta' approċċ integrat taċ-ċiklu tal-ħajja sabiex jiġi indirizzat il-faqar(19);

AK.  billi dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, li fi tmiem l-2015 kienu jammontaw għal 48,1 % tat-total ta' persuni qiegħda fl-UE, ekwivalenti għal 10,9 miljun persuna, isibuha aktar diffiċli li jidħlu fis-suq tax-xogħol;

AL.  billi f'diversi każijiet, bħala riżultat tat-trobbija tat-tfal u ta' perjodi ta' żmien utilizzat għal dan il-għan, hemm ħafna telf ta' introjtu u żvantaġġi finanzjarji kontinwi ("distakk fil-pagi tal-familja");

AM.  billi l-ommijiet u l-missirijiet li jrabbu t-tfal qed jagħmlu xogħol daqs kull xogħol ieħor li jrid jiġi rikonoxxut bħala tali;

AN.  billi, fi tmiem l-2015, 5,1 % tal-persuni inattivi fl-UE kienu persuni skuraġġiti, li xtaqu jaħdmu imma li waqfu jfittxu impjieg, u billi dawn in-nies ma jingħaddux b'mod sistematiku mal-istatistika dwar il-qgħad;

AO.  billi l-qgħad iwassal għal deterjorament rapidu u kostanti tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ħaddiema u tal-istat mentali u emottiv tagħhom, li jxekkel il-prospetti tagħhom li jaġġornaw ħiliethom u konsegwentement, il-possibbiltà ta' (ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

AP.  billi ċerti programmi pubbliċi ta' impjieg jistgħu jkunu għodda effikaċi li tista' tiffunzjona flimkien ma' skemi ta' introjtu minimu bħala mezz ta' inklużjoni soċjali u vokazzjonali ta' kategoriji partikolari, bħal żgħażagħ qiegħda, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil u gruppi vulnerabbli oħra; billi programmi bħal dawn jistgħu jkunu effikaċi f'kuntesti u żoni ġeografiċi depressi fejn hu meħtieġ taħriġ mill-ġdid; billi persuni li jżommu lilhom infushom attivi jaħdmu fi programm pubbliku soċjali tal-impjiegi isibuha eħfef li jsibu impjieg; billi dawn il-programmi jeħtieġ li jipprovdu paga deċenti u jinkludu itinerarju personalizzat, u għandhom iwasslu għal xogħol deċenti;

AQ.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi għall-2017 adottati mill-Kunsill EPSCO fit-3 ta' Marzu 2017(20) it-tnejn li huma jistiednu lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jipprovdu appoġġ adegwat għall-introjtu u li r-riformi jkomplu jiffokaw, fost l-oħrajn, fuq il-provvista ta' appoġġ adegwat għall-introjtu u servizzi ta' abilitazzjoni u attivazzjoni ta' kwalità għolja;

AR.  billi t-taħriġ vokazzjonali, b'mod partikolari permezz ta' skemi ta' taħriġ relatat max-xogħol, jipprovdi l-ħiliet neċessarji sabiex wieħed iwettaq attività professjonali u jibni netwerk professjonali, b'hekk jgħin sabiex tinkiseb integrazzjoni sostenibbli tas-suq tax-xogħol u jitnaqqas ir-riskju ta' faqar;

AS.  billi l-Iskemi ta' introjtu minimu jirrappreżentaw perċentwal żgħir ħafna tal-infiq soċjali tal-Gvern, filwaqt li jipprovdu qligħ kbir fuq l-investiment, u l-konsegwenza tan-nuqqas ta' investiment għandha impatti immedjati kbar ħafna fuq l-individwi kkonċernati u konsegwenzi fit-tul għas-soċjetà;

AT.  billi l-iskemi ta' introjtu minimu huma tajbin għas-soċjetà kollha kemm peress li dawn huma indispensabbli biex jinkisbu soċjetajiet aktar ugwali u soċjetajiet aktar ugwali jiffunzjonaw aħjar fuq bosta indikaturi soċjali u ekonomiċi;

AU.  billi l-iskemi ta' introjtu minimu huma forma effikaċi ta' ġabra ta' stimulu ekonomiku effikaċi, peress li l-flus jintużaw biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti u jerġgħu jidħlu mill-ġdid b'mod immedjat fl-ekonomija reali;

AV.  billi d-dritt għal standard ta' għajxien adegwat huwa rikonoxxut fl-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jirreferi għal-livell limitu li fih il-benefiċċji jipprovdi biżżejjed riżorsi lill-persuni biex jiġi żgurat "standard ta' għajxien adegwat għas-saħħa u l-benesseri tagħhom"; billi l-kopertura tirreferi għal-limitu li permezz tiegħu l-persuni kollha fil-bżonn ta' appoġġ huma koperti mill-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà li għandhom x'jaqsmu ma' skema ta' introjtu minimu; billi t-teħid tal-benefiċċji jirreferi għal-limitu li fih dawk li huma eliġibbli biex jirċievu benefiċċju ta' introjtu minimu, jirċevuh tassew;

AW.  billi n-nuqqas ta' pagamenti adegwati, flimkien ma' kopertura limitata u rikors dgħajjef għall-benefiċċji minħabba fost l-oħrajn amministrazzjoni dgħajfa, aċċess inadegwat għall-informazzjoni, burokrazija żejda u l-istigmatizzazzjoni, ta' spiss ifisser li l-pagamenti kkonċernati għadhom ferm 'il bogħod milli jiżguraw ħajja deċenti għal dawk il-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà(21);

AX.  billi għadd ta' Stati Membri jeħtiġilhom jindirizzaw id-defiċits baġitarji gravi u żieda fil-livelli tad-dejn u konsegwentement qed jissikkaw il-kontroll fuq l-infiq soċjali, u dan affettwa s-saħħa pubblika, l-edukazzjoni, is-sigurtà soċjali u s-sistemi ta' protezzjoni u tad-djar tagħhom, u b'mod partikolari, l-aċċess għas-servizzi relatati u l-adegwatezza, id-disponibbiltà u l-kwalità ta' dawk is-servizzi, li jwassal għal impatt negattiv b'mod speċjali fuq dawk l-aktar fil-bżonn f'dawk l-Istati Membri;

AY.  billi skemi ta' introjtu minimu jistgħu jaġixxu bħala stabbilizzaturi awtomatiċi makroekonomiċi b'rispons għal xokkijiet ekonomiċi;

AZ.  billi l-effikaċja tal-iskemi ta' introjtu minimu b'mod li jtaffu l-faqar, irawmu l-integrità tas-suq tax-xogħol speċjalment għaż-żgħażagħ, u jaġixxu bħala stabbilizzaturi awtomatiċi jvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri;

BA.  billi l-politiki dwar l-introjtu minimu jaġixxu bħala stabbilizzatur awtomatiku; billi r-reċessjoni kienet inqas gravi fil-pajjiżi li għandhom sistemi solidi ta' appoġġ għall-introjtu disponibbli għall-unitajiet domestiċi;

BB.  billi l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi fi ħdan l-UE u qed iċaħħdu lill-Istati Membri minn għadd kbir ta' dħul li jista' kieku jikkontribwixxi bħala finanzjament suffiċjenti għal politiki soċjali b'saħħithom u l-benesseri taċ-ċittadini, kif ukoll inaqqas id-dħul tal-gvern meta tali dħul jista' jiffinanzja kundizzjonijiet aħjar għat-tkabbir ekonomiku, għal introjti ogħla u għall-politiki soċjali; billi dan il-fenomenu għadu problema serja għall-UE;

BC.  billi għadd ta' studji wrew kif il-faqar qed jaffettwa b'mod negattiv it-tkabbir ekonomiku(22);

BD.  billi xi Stati Membri qed iniedu proġetti pilota għall-ittestjar tal-politiki ta' introjtu bażiku, fosthom il-Finlandja, fejn kampjun aleatorju ta' 2 000 persuna qiegħda se jirċievu somma inkondizzjonata ta' EUR 560 fix-xahar, li għandha tipproduċi inċentiv xieraq sabiex jiġi aċċettat xogħol temporanju jew part-time;

BE.  billi l-implimentazzjoni ta' skemi ta' introjtu bażiku qed tiġi diskussa f'diversi Stati Membri;

Skemi ta' introjtu minimu:

1.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jintroduċu skemi adatti ta' introjtu minimu, akkumpanjati minn miżuri ta' appoġġ għad-dħul mill-ġdid għax-xogħol għal dawk li jistgħu jaħdmu kif ukoll programmi ta' edukazzjoni u taħriġ adattati għas-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-benefiċjarju, bil-ħsieb li jgħinu lill-unitajiet domestiċi b'introjtu insuffiċjenti u jippermettulhom li jkollhom livell ta' għajxien deċenti; jisħaq fuq il-fatt li dan l-introjtu minimu għandu jkun l-aħħar netwerk ta' protezzjoni soċjali u għandu jikkonsisti f'appoġġ finanzjarju adegwat flimkien ma' aċċess garantit għal servizzi ta' kwalità u għal politiki attivi tas-suq tax-xogħol, bħala mod effikaċi biex jiġi miġġieled il-faqar u tiġi żgurata eżistenza dinjituża għal dawk kollha li huma neqsin minn riżorsi suffiċjenti; jenfasizza f'dan ir-rigward li d-dritt għal assistenza soċjali huwa dritt fundamentali u li jenħtieġ li introjtu minimu adegwat jgħin lill-persuni jgħixu ħajja dinjituża, jappoġġja l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà u jiżgura l-indipendenza tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

2.  Huwa tal-fehma li l-promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi u ħielsa mill-faqar trid tkun ibbażata fuq it-tisħiħ tal-istatus tax-xogħol bi drittijiet tax-xogħol abbażi ta' negozjar kollettiv u fuq il-provvista ta' servizzi ta' kwalità tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà soċjali u tal-edukazzjoni li jkissru ċ-ċikli ta' esklużjoni u jippromwovu l-iżvilupp;

3.  Jenfasizza l-importanza ta' finanzjament pubbliku adegwat sabiex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta' introjtu minimu; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja speċifikament l-użu ta' 20 % tal-allokazzjoni totali tal-FSE ddedikata għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll biex teżamina, fir-rieżami li jmiss tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-Fondi Strutturali (ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013), u b'mod partikolari fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-possibbiltajiet ta' finanzjament li jgħin lil kull Stat Membru jistabbilixxi skema ta' introjtu minimu fejn ma jeżistix jew itejjeb it-tħaddim u l-effikaċja tas-sistemi eżistenti;

4.  Jirrikonoxxi li huwa diffiċli għall-Istati Membri biex imorru minn ebda skema ta' introjtu minimu jew ta' kwalità baxxa għal skemi ta' livell għoli; jitlob għalhekk li l-Istati Membri jaħdmu għar-realizzazzjoni progressiva ta' skemi adegwati ta' introjtu minimu li jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-adegwatezza, tal-kopertura u tal-użu tal-iskemi;

5.  Jenfasizza li l-istabbiliment ta' skemi ta' introjtu minimu jistgħu jnaqqsu l-inugwaljanzi u l-impatt soċjali tal-kriżi kif ukoll ikollhom impatt kontroċikliku billi jipprovdu riżorsi sabiex tittejjeb id-domanda fis-suq intern;

6.  Jenfasizza li huwa essenzjali għal dawk kollha li jeħtiegu aċċess għal skemi ta' introjtu minimu suffiċjenti li jkunu jistgħu jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi tagħhom, inkluż għal dawk l-aktar esklużi bħalma huma persuni mingħajr dar; iqis li introjtu minimu adegwat huwa introjtu indispensabbli għal dawk fil-bżonn biex jgħixu ħajja dinjituża, u li dan għandu jiġi kkunsidrat flimkien mad-dritt tal-aċċess universali għas-servizzi pubbliċi u soċjali; huwa tal-fehma li l-iskemi ta' introjtu minimu jridu jiżguraw li jispiċċa ċ-ċiklu ta' dipendenza soċjali u jiffaċilitaw l-inklużjoni fis-soċjetà; ifakkar li r-Rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni attiva tirrikonoxxi l-ħtieġa għal strateġija integrata fl-implimentazzjoni tat-tliet oqsma tal-inklużjoni soċjali (appoġġ adegwat għall-introjtu, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità);

7.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni tal-istabbilizzazzjoni awtomatika tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex jiġu ammortizzati l-mewġ ta' xokkijiet soċjali kkawżati minn effetti esterni bħalma huma r-reċessjonijiet; jistieden għalhekk lill-Istati Membri, fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni Nru 202 tal-ILO, jiddefinixxu l-pjattaformi ta' protezzjoni soċjali, biex jiżguraw u jżidu l-investiment fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tiġi ggarantita l-prestazzjoni tagħhom fl-indirizzar u fil-prevenzjoni tal-faqar u tal-inugwaljanzi filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

8.  Jiġbed l-attenzjoni – b'rabta mad-dibattitu dwar l-introjtu minimu – għall-pożizzjoni partikolari tal-familji u tal-ġenituri waħedhom u kemm dawn huma partikolarment affettwati;

9.  Jenfasizza li l-persuni għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija u li dan id-dritt jiġi rikonoxxut bis-sħiħ u jsir viżibbli fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni billi jiġu żgurati sistemi universali ta' protezzjoni soċjali ta' kwalità tajba li jinkludu fihom skemi effikaċi u adegwati ta' introjtu minimu;

10.  Iqis li l-protezzjoni soċjali, inklużi l-pensjonijiet u s-servizzi bħall-kura tas-saħħa, il-kura tat-tfal u l-kura fit-tul, jibqgħu essenzjali għal tkabbir bilanċjat u inklużiv, għaliex dawn jikkontribwixxu wkoll għal ħajja tax-xogħol itwal, joħolqu l-impjiegi u jnaqqsu l-inugwaljanzi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki li jiżguraw is-suffiċjenza, l-adegwatezza, l-effiċjenza kif ukoll il-kwalità tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' persuna, b'hekk jiggarantixxu ħajja deċenti, il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u t-tisħiħ tal-inklużjoni bl-għan li jeqirdu l-faqar, speċjalment għal dawk esklużi mis-suq tax-xogħol u għall-gruppi l-aktar vulnerabbli;

11.  Jenfasizza li introjtu adegwat tul iċ-ċiklu tal-ħajja huwa fundamentali biex jgħin lin-nies li għandhom livelli insuffiċjenti ta' introjtu jiksbu ħajja deċenti;

12.  Jenfasizza li skemi adegwati ta' introjtu minimu bħala għodda ta' inklużjoni attiva jippromwovu l-parteċipazzjoni u l-inklużjoni soċjali;

13.  Ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 huwa t-tnaqqis tal-għadd ta' dawk affettwati mill-faqar u l-esklużjoni soċjali b'tal-inqas 20 miljun u li hemm bżonn ta' aktar sforzi biex jintlaħaq dak l-għan; jemmen li l-iskemi ta' introjtu minimu jistgħu jkunu mod utli biex jintlaħaq dan l-objettiv;

14.  Jenfasizza li l-impjiegi deċenti huma l-aħjar mod biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali; ifakkar f'dan il-kuntest fl-importanza li tingħata spinta lit-tkabbir, l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol;

15.  Jiddispjaċih ħafna li xi Stati Membri jidhru li mhumiex jirrispettaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE li tirrikonoxxi "id-dritt bażiku ta' persuna li jkollha riżorsi adegwati u assistenza soċjali biex tgħix b'mod li jkun kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem";

16.  Jenfasizza li, minkejja li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom skemi nazzjonali ta' introjtu minimu, għadd ta' dawn l-iskemi ma jipprovdux appoġġ adegwat għall-introjtu għall-persuni kollha li jeħtiġuhom(23); jistieden lill-Istati Membri kollha jipprevedu l-introduzzjoni u, jekk meħtieġ, l-aġġornament ta' skemi ta' introjtu minimu garantiti biex jgħinu jimpedixxu l-faqar u jinkoraġġixxu l-inklużjoni soċjali;

17.  Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' skema nazzjonali ta' introjtu minimu jenħtieġ li ma tnaqqasx il-protezzjoni mogħtija minn skemi reġjonali ta' introjtu minimu;

18.  Jenfasizza l-importanza tas-Semestru Ewropew biex dawk l-Istati Membri li s'issa għad m'għandhomx skemi ta' introjtu minimu jiġu mħeġġa jintroduċu sistemi ta' appoġġ għal introjtu adegwat;

19.  Jinnota li f'xi Stati Membri, l-intitolament għall-benefiċċji ta' introjtu minimu huwa soġġett għall-parteċipazzjoni f'miżuri attivi tas-suq tax-xogħol; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol importanti tal-UE bħala mezz li jippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki;

20.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tal-introjtu minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa,

21.  Jieħu nota tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-direttiva qafas dwar introjtu minimu adegwat fl-Unjoni Ewropea li għandha tistabbilixxi regoli u indikaturi komuni, tipprovdi metodi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha u ttejjeb id-djalogu bejn l-individwi kkonċernati, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jivvalutaw il-mod u l-mezzi li bihom jipprovdu introjtu minimu adegwat fl-Istati Membri kollha;

22.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li s-Semestru Ewropew issa qed jitfa' enfasi aktar b'saħħitha fuq l-impjiegi u l-prestazzjoni soċjali iżda jemmen li hemm bżonn aktar sforzi biex jintlaħaq dan l-għan u biex tiġi żgurata koerenza globali, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-investiment soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u tivvaluta b'mod regolari l-progress li sar mill-Istati Membri fir-rigward tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) fl-għoti ta' servizzi aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità, kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' skemi adegwati u effiċjenti ta' introjtu minimu;

23.  Jenfasizza l-importanza tas-Semestru Ewropew fil-monitoraġġ tal-adegwatezza tal-iskemi eżistenti ta' introjtu minimu u l-impatt tagħhom fuq it-tnaqqis tal-faqar, b'mod speċifiku permezz tas-CSRs, iżda jenfasizza wkoll l-importanza tar-rapport konġunt dwar l-impjiegi u tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

24.  Jenfasizza li l-iskemi ta' introjtu minimu għandhom jiżguraw introjtu li huwa ogħla mis-soll tal-faqar, li jimpedixxi privazzjoni materjali severa, u li jerfa' l-familji minn sitwazzjonijiet bħal dawn, u għandu jkun akkumpanjat mill-għoti ta' servizzi pubbliċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-kura tat-tfal;

25.  Iqis li skemi nazzjonali ta' introjtu minimu għandhom ikunu integrati f'approċċ strateġiku dwar l-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali, li jinvolvi kemm il-politiki ġenerali kif ukoll miżuri mmirati – f'dak li jirrigwarda l-akkmodazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi soċjali u servizzi oħra ta' interess ġenerali – u b'hekk jgħin lin-nies joħorġu mill-faqar filwaqt li jipprovdi appoġġ personalizzat, kif ukoll assistenza biex jinkiseb aċċess għas-suq tax-xogħol għal dawk li jistgħu jaħdmu; jemmen li l-objettiv reali tal-iskemi ta' introjtu minimu mhuwiex biss li jgħin lill-benefiċjarji, imma fuq kollox biex jakkumpanjahom ħalli minn sitwazzjonijiet ta' esklużjoni soċjali jgħaddu għal ħajja attiva, b'hekk jevitaw dipendenza fuq terminu twil;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni u l-ippjanar integrat bejn l-amministrazzjonijiet u s-servizzi li jindirizzaw oqsma differenti ta' inklużjoni attiva, billi jiżviluppaw punt uniku ta' kuntatt għall-klijenti u jtejbu l-kapaċità tar-riżorsi u d-disponibbiltà għalihom, sabiex jiżdied l-aċċess għas-servizzi u titjieb il-kwalità tagħhom;

27.  Iqis li huwa kruċjali li jiġi ggarantit introjtu adegwat anki għall-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli li għalihom ritorn lejn ix-xogħol mhuwiex possibbli jew ma għadux għażla, kif rikonoxxut mir-Rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni attiva;

28.  Jitlob li jsir progress sinifikanti u verifikat dwar l-adegwatezza tal-iskemi tal-introjtu minimu sabiex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali partikolarment fost dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà u jgħin biex jiġi garantit id-dritt ta' ħajja dinjituża;

29.  Jinnota bi tħassib li f'ħafna Stati Membri, pereżempju, l-ispejjeż tal-kura fit-tul saħansitra jaqbżu l-introjtu medju tal-pensjonijiet; jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-ispejjeż tal-għajxien tal-gruppi ta' etajiet differenti;

30.  Jenfasizza l-importanza li jiġu definiti kriterji ta' eliġibbiltà xierqa adattati għas-sitwazzjoni soċjoekonomika fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li wieħed jista' jibbenefika minn skema ta' introjtu minimu adegwat; jemmen li dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-fatt li persuna ma tkunx qed tibbenefika minn benefiċċju tal-qgħad, jew il-fatt li tkun benefiċjarju ma jkunx biżżejjed biex jiġu evitati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u għandhom iqisu wkoll l-għadd ta' tfal u dipendenti oħra; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn il-kriterji jenħtieġ li ma joħolqux ostakoli amministrattivi għall-aċċess għall-iskemi ta' introjtu minimu għall-persuni li diġà jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli ħafna, (eż.ma għandux ikun rikjest indirizz fiss għall-persuni mingħajr dar);

31.  Itenni l-importanza ta' aċċess ugwali għall-iskemi ta' introjtu minimu mingħajr ebda diskriminazzjoni fir-rigward tal-etniċità, is-sess, il-livell tal-edukazzjoni, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età, l-opinjoni politika jew l-isfond soċjoekonomiku;

32.  Jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja ta' persuni li ma jeħdux il-benefiċċji fost dawk li huma intitolati għal introjtu minimu; iqis li n-nuqqas ta' teħid tal-benefiċċji huwa wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-inklużjoni soċjali tal-persuni kkonċernati; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jagħmlu aktar riċerka dwar il-problema tan-nuqqas ta' teħid tal-benefiċċji u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet u linji gwida sabiex tiġi indirizzata din il-problema; jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu n-nuqqas ta' teħid ta' benefiċċji, anki billi jżidu l-għarfien pubbliku dwar l-eżistenza ta' skemi ta' introjtu minimu, jipprovdu linji gwida xierqa dwar l-aċċess għal dawk l-iskemi u jtejbu l-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom;

33.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu miżuri li jiddefinixxu l-kriterji ta' introjtu minimu, abbażi ta' indikaturi rilevanti, inklużi baġits ta' referenza, li jiggarantixxu l-koeżjoni ekonomika u soċjali u jnaqqsu r-riskju tal-faqar fl-Istati Membri kollha; huwa tal-fehma li din l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata kull sena fil-Jum Internazzjonali għall-Qerda tal-Faqar (is-17 ta' Ottubru);

34.  Jinnota li ħafna Stati Membri diġà jużaw l-Indikaturi tal-Protezzjoni tal-Introjtu Minimu (MIPI); jitlob l-użu tad-data tal-MIPI mill-Istati Membri kollha, li tippermetti wkoll paragun aħjar bejn is-sistemi nazzjonali;

35.  Jemmen li l-introjtu minimu jenħtieġ li jitqies fuq bażi temporanja u għandu dejjem ikun akkumpanjat b'politiki ta' inklużjoni attiva fis-suq tax-xogħol;

36.  Jargumenta li skemi ta' introjtu minimu huma strumenti tranżitorji biex jitnaqqas u jiġu miġġielda l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza u li dawn għandhom jitqiesu bħala investiment soċjali; jinnota l-effetti kontroċikliċi ta' skemi ta' introjtu minimu;

37.  Jenfasizza l-ħtieġa, meta jiġu determinati l-livelli ta' introjtu minimu, li jittieħed kont xieraq tad-dipendenti, b'mod partikolari t-tfal u persuni b'dipendenza għolja, bil-għan li jinkiser iċ-ċirku vizzjuż tal-faqar, b'mod partikolari tal-faqar fost it-tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni rapida tar-rakkomandazzjoni tal-2013 dwar "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ", barra minn hekk, huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali tal-progress li jkun sar fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni bl-għajnuna tal-indikaturi inklużi fih;

38.  Jirrimarka li l-baġits ta' referenza jistgħu jgħinu jistabbilixxu l-livell tal-introjtu minimu meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fundamentali tal-persuni, inklużi wkoll aspetti mhux monetarji, bħall-aċċess għall-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, akkomodazzjoni deċenti, servizzi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità, attivitajiet soċjali jew parteċipazzjoni ċivika, filwaqt li jqisu l-kompożizzjoni tal-familja u l-etajiet, kif ukoll il-kuntest ekonomiku u soċjali ta' kull Stat Membru; ifakkar li l-Kummissjoni, fil-Pakkett ta' Investiment Soċjali tagħha ta' komunikazzjoni, tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu baġits ta' referenza li jgħinu fit-tfassil ta' appoġġ għal introjtu effiċjenti u xieraq li jqis il-ħtiġijiet soċjali identifikati fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex titjieb il-koeżjoni territorjali; jitlob, barra minn hekk, l-użu tal-baġits ta' referenza bħala għodda biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-iskemi ta' introjtu minimu pprovduti mill-Istati Membri;

39.  Jemmen li l-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-iskemi ta' introjtu minimu adegwati għandhom iqisu il-limitu minimu tar-riskju ta' faqar tal-Eurostat, stabbilit għal 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat tal-medjan nazzjonali (wara t-trasferimenti soċjali), flimkien ma' indikaturi oħra bħal baġits ta' referenza; iqis li l-baġits ta' referenza jistgħu jintużaw biex jindirizzaw aħjar il-faqar u biex jittestjaw ir-robustezza tal-livell tal-introjtu minimu u tal-limitu minimu msemmi hawn fuq, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

40.  Jemmen li n-nuqqas ta' ċifri aġġornati dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien huwa ostakolu għall-implimentazzjoni u l-paragun ta' baġit ta' referenza u ta' introjtu minimu meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki mill-iskemi ta' introjtu minimu;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jiddokumentaw u jxerrdu eżempji ta' strateġiji ta' suċċess u jippromwovu evalwazzjonijiet bejn il-pari u metodi oħra għall-iskambju ta' prattiki tajba dwar skemi ta' introjtu minimu; jirrakkomanda li dawn l-isforzi jiffukaw fuq kwistjonijiet ewlenin bħall-iżgurar ta' rivalutazzjoni regolari, titjib fil-kopertura u t-teħid, l-indirizzar tad-diżinċentivi u t-tisħiħ fir-rabtiet bejn it-taqsimiet differenti ta' inklużjoni attiva;

43.  Jemmen li, minħabba l-ħafna mistoqsijiet li jirriżultaw mill-iskemi ta' introjtu minimu, bħall-aċċessibbiltà, il-kopertura, il-finanzjament, il-kundizzjonijiet tal-intitolament u t-tul ta' żmien, kunċett għall-iskemi nazzjonali ta' introjtu minimu jista' jkun ta' għajnuna fil-kontribut ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt ta' skemi ta' introjtu minimu fl-UE biex titlob sorveljanza u rappurtar regolari u tqis li tieħu azzjoni ulterjuri billi tikkunsidra ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali ta' kull Stat Membru u l-ħtiġijiet tal-gruppi l-aktar affettwati, kif ukoll tivvaluta jekk l-iskemi jippermettux lill-familji jilħqu l-ħtiġijiet personali bażiċi tagħhom u jonqos il-faqar;

44.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fl-ammont u/jew fit-tul tal-benefiċċji tal-qgħad kif ukoll fir-restrizzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà li seħħew f'ħafna Stati Membri fis-snin reċenti, li rriżultaw f'aktar persuni jkollhom jiddependu aktar fuq l-iskemi ta' introjtu minimu u jikkawżaw b'hekk pressjoni żejda fuq dawn l-iskemi(24);(

45.  Jenfasizza li l-inugwaljanzi qegħdin jikbru fi ħdan kull Stat Membru u fi ħdan l-UE;

46.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li f'ħafna Stati Membri l-livell ta' benefiċċji u l-kopertura ta' skemi ta' introjtu minimu jidhru li tnaqqsu fis-snin reċenti; iqis li l-Istati Membri jenħtieġ li jżidu l-kopertura bi skemi ta' introjtu minimu tal-persuni li jeħtieġu l-appoġġ, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ESPN(25):

   (a) jistieden lill-Istati Membri b'sistemi kumplessi u frammentati ħafna, jissimplifikaw dawn is-sistemi u jiżviluppaw oħrajn aktar komprensivi;
   (b) jistieden lill-Istati Membri, li attwalment għandhom livelli baxxi ta' kopertura, jeżaminaw mill-ġdid il-kundizzjonijiet tagħhom sabiex jiżguraw li l-persuni kollha fil-bżonn ikunu koperti;
   (c) jistieden lill-Istati Membri, li attwalment l-iskemi tagħhom ta' introjtu minimu jeskludu gruppi sinifikanti li jesperjenzaw il-faqar, jemendaw l-iskemi tagħhom biex ikopruhom aħjar;
   (d) jistieden lill-Istati Membri, b'livelli għolja ta' diskrezzjoni amministrattiva fis-sistemi ewlenin ta' introjtu tagħhom, jippruvaw jillimitaw din id-diskrezjoni u jiżguraw li jkun hemm kriterji ċari u konsistenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta ma' proċess effikaċi tal-appelli;

47.  Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja tal-ħaddiema, dawk li huma qiegħda u l-gruppi soċjali vulnerabbli kollha kif ukoll il-ħtieġa li jitjieb il-livell tal-kwalifiki professjonali u l-ksib ta' ħiliet ġodda, li huma għodda fundamentali biex titħaffef l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, tiżdied il-produttività u biex in-nies jiġu megħjuna jsibu impjieg;

48.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-iżviluppi demografiċi b'rabta mal-ġlieda kontra l-faqar fl-Ewropa;

49.  Jenfasizza li jeħtieġ jittieħdu passi prattiċi urġenti biex jinqerdu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, jiġu promossi xbieki ta' sikurezza soċjali effikaċi, b'tali mod li jassiguraw koeżjoni ekonomika u territorjali; jenfasizza li dawn il-passi jridu jitwettqu fil-livell xieraq, b'azzjonijiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew skont it-tqassim tal-kompetenzi għall-politiki rilevanti;

50.  Jappoġġja l-approċċ ta' investiment soċjali tal-Kummissjoni li jikkunsidra l-politiki soċjali mfassla sew bħala li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku, filwaqt li jipproteġu l-persuni mill-faqar u jaġixxu bħala stabbilizzaturi ekonomiċi(26);

51.  Jilqa' r-riflessjonijiet u l-istudji dwar kif tista' tinkiseb distribuzzjoni aktar ġusta ta' introjtu u ġid fi ħdan is-soċjetajiet tagħna;

52.  Jenfasizza li fatturi ewlenin li jxekklu l-iżvilupp ta' approċċ ta' investiment soċjali mill-Istati Membri jinkludu l-impatt tal-kriżi ekonomika(27);

53.  Jitlob li tingħata attenzjoni xierqa minn issa, fit-tfassil ta' politiki makroekonomiċi, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali u jiġi garantit aċċess għall-gruppi soċjali kollha b'finanzjament kif xieraq mis-servizzi soċjali pubbliċi, b'hekk jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

54.  Jitlob li tittieħed azzjoni biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, billi l-persuni jitħallew jagħmlu l-aħjar użu mid-doni u l-kapaċitajiet tagħhom; jitlob ukoll appoġġ soċjali li jkun iffokat fuq dawk li huma fqar u ma jkunux jistgħu jaqilgħu biżżejjed flus permezz tal-isforzi proprji tagħhom;

55.  Jinnota li l-esperjenzi reċenti ta' riformi bbażati fuq eżenzjonijiet mit-taxxa juru li jaqbel aktar li l-politiki ta' introjtu minimu jiġu ffinanzjati bl-appoġġ tal-baġit milli b'inċentivi fiskali;

56.  Jissottolinja l-fatt li l-edukazzjoni, it-trasferimenti soċjali u sistemi ta' taxxa progressivi, ġusti u ridistributtivi, flimkien ma' miżuri prattiċi li jsaħħu l-kompetittività u jiġġieldu l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, kollha għandhom il-potenzjal sabiex jikkontribwixxu għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

57.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-adattament tal-iskemi eżistenti ta' introjtu minimu sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-qgħad fost iż-żgħażagħ;

Programmi pubbliċi tal-Impjieg

58.  Jieħu nota ta' ċerti programmi pubbliċi tal-impjieg, li jikkonsistu fl-għażla, għal dawk li jixtiequ u jistgħu jaħdmu, ta' impjieg tranżizzjonali fis-settur pubbliku jew f'entitajiet mingħajr skop ta' qligħ u f'intrapriżi tal-ekonomija soċjali; jenfasizza, madankollu, li huwa importanti li dawn il-programmi jippromwovu xogħol bi drittijiet, abbażi ta' negozjar kollettiv u l-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol;

59.  Huwa tal-fehma li programmi pubbliċi tal-impjieg għandhom jgħinu biex itejbu l-impjegabbiltà tal-ħaddiema u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom fis-suq tax-xogħol regolari; ifakkar li dawn il-programmi għandhom jinkludu itinerarju personalizzat u għandhom jipprovdu pagi deċenti u jwasslu għal xogħol deċenti;

60.  Jemmen li l-ħolqien ta' impjiegi deċenti għandu jkun prijorità għall-UE, bħala pass importanti biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' politiki u programmi dwar l-introjtu minimu;

o
o   o

62.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.
(2) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49.
(3) ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5.
(4)ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
(5) ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 11.
(6) ĠU C 70E, 8.3.2012, p. 8.
(7) ĠU C 419, 16.12.2015, p. 5.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0401.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0136.
(10) Testi adottati, P8_TA(2016)0235.
(11) Testi adottati, P8_TA(2016)0355.
(12) Testi adottati, P8_TA(2017)0010.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0317.
(14) "2017 Semestru Ewropew: Valutazzjoni tal-progress dwar riformi strutturali, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, u riżultati tal-analiżijiet fil-fond skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011" (COM(2017)0090)
(15) https://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2017/income-inequalities-and-employment-patterns-in-europe-before-and-after-the-great-recession
(16) "Towards a European minimum income", Novembru 2013: http://www.eesc.europa.eu/resources/docs/revenu-minimum_-etude-ose_-vfinale_en--2.pdf
(17) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ESPN) u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Tnedija ta' konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2016)0127) – Anness I
(18) Netwerk Ewropew dwar il-Politika Soċjali, "Minimum Income Schemes in Europe: A study of national policies 2015"(Skemi ta' introjtu miminu fl-Ewropa: studju tal-politiki nazzjonali 2015), Jannar 2016
(19) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Combating Poverty and Social Exclusion: An integrated approach" (Il-ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Approċċ integrat), 16 ta' Ġunju 2016
(20) Dokument tal-Kunsill 6885/17: "L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi għall-2017: Gwida politika dwar il-politika tal-impjiegi u dik soċjali - Konklużjonijiet tal-Kunsill (3 ta' Marzu 2017)"; u d-dokument tal-Kunsill 6887/17: ‘Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fuq l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (3 ta' Marzu 2017)’.
(21) ESPN, "Minimum Income Schemes in Europe: A study of national policies 2015"(Skemi ta' introjtu minimu fl-Ewropa: Studju tal-politiki nazzjonali 2015),
(22) Ara: Bank Dinji ,"Poverty Reduction and Growth: The Virtuous and Vicious Circle" (Tnaqqis fil-Faqar u Tkabbir: Iċ-Ċirku Virtuż u Vizzjuż), 2006; OECD, "Trends in Income Inequality and its Impact on Economic Growth" (Xejriet fl-Inugwaljanza fl-Introjtu u l-Impatti tagħha fuq it-Tkabbir Ekonomiku), 2014.
(23) ESPN ‘Minimum Income Schemes in Europe - A study of national policies 2015’ (Skemi ta' Introjtu Minimu fl-Ewropa - Studju dwar il-politiki nazzjonali 2015)
(24) ESPN, "Social Investment in Europe: A study of national policies 2015"(Investiment Soċjali fl-Ewropa: Studju tal-politiki nazzjonali 2015), 2015.
(25) ESPN, "Minimum Income Schemes in Europe: A study of national policies 2015"(Skemi ta' introjtu minimu fl-Ewropa: Studju tal-politiki nazzjonali 2015), Jannar 2016
(26) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013)0083), 20 ta' Frar 2013; u: ESPN, "Social Investment in Europe: A study of national policies 2015"(L-Investiment Soċjali fl-Ewropa: Studju tal-politiki nazzjonali 2015).
(27) ESPN, "Social Investment in Europe: A study of national policies 2015"(L-Investiment Soċjali fl-Ewropa: Studju tal-politiki nazzjonali 2015).

Avviż legali