Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0382(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0392/2017

Testi mressqa :

A8-0392/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 12
CRE 15/01/2018 - 12
PV 12/11/2018 - 14
CRE 12/11/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2018 - 10.4
CRE 17/01/2018 - 10.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/11/2018 - 4.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0009
P8_TA(2018)0444

Testi adottati
PDF 1248kWORD 142k
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ***I
P8_TA(2018)0009A8-0392/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (COM(2016)0767 – C8-0500/2016 – 2016/0382(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-promozzjoni tal-forom tal-enerġija rinovabbli hija waħda mill-miri tal-politika tal-Unjoni dwar il-enerġija. Iż-żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, flimkien ma' ffrankar ta' enerġija u żieda fl-effiċjenza tal-enerġija, tikkostitwixxi parti impotanti mill-pakkett ta' miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra u jkun hemm konformità mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar il-Bidla fil-Klima, u il-qafas tal-enerġija u l-klima tal-2030 tal-Unjoni, inkluż il-mira vinkolanti li l-emissjonijiet fl-Unjoni jitnaqqsu b'tal-anqas 40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Għandha wkoll rwol importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija, fl-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika u fl-għoti ta' opportunitajiet għall-impjieg u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f'żoni rurali u iżolati jew ir-reġjuni b'densità tal-popolazzjoni baxxa.
(2)  Il-promozzjoni tal-forom tal-enerġija rinnovabbli hija waħda mill-miri tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija skont l-Artikolu 194(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Iż-żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, flimkien ma' ffrankar ta' enerġija u żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tikkostitwixxi parti essenzjali mill-pakkett ta' miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u jkun hemm konformità mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima, wara l-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) (il-‘Ftehim ta' Pariġi’), u l-ħtieġa li jinkisbu emissjonijiet netti żero fil-livell domestiku sa mhux aktar tard mill-2050. Għandha wkoll rwol fundamentali fil-promozzjoni tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija, fl-enerġija sostenibbli bi prezzijiet affordabbli, fl-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġiċi kif ukoll fit-tmexxija teknoloġika u industrijali filwaqt li tipprovdi benefiċċji ambjentali, soċjali u għas-saħħa kif ukoll opportunitajiet kbar għall-impjieg u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f'żoni rurali u iżolati, f'reġjuni b'densità tal-popolazzjoni baxxa u f'territorji li għaddejjin minn deindustrijalizzazzjoni parzjali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Il-Ftehim ta' Pariġi żied sostanzjalment il-livell ta' ambizzjoni globali dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u l-firmatarji impenjaw ruħhom li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2° C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. L-Unjoni teħtieġ tħejji għal tnaqqis ferm aktar profond u rapidu fl-emissjonijiet milli previst qabel, sabiex timxi għal sistema effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq sorsi rinnovabbli sa mhux aktar tard mill-2050. Fl-istess waqt, tali tnaqqis huwa fattibbli bi spiża aktar baxxa minn dik stmata qabel, meta wieħed iqis ir-ritmu tal-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli bħall-enerġija mir-riħ u mix-xemx.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  B'mod partikolari, iż-żieda fit-titjib teknoloġiku, l-inċentivi għall-użu u l-espansjoni tat-trasport pubbliku, l-użu ta' teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija u l-promozzjoni tal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-setturi tal-elettriċità, it-tisħin u t-tkessiħ kif ukoll fis-settur tat-trasport huma aktar għodod effettivi, flimkien mal-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gasssijiet b'effett serra fl-Unjoni u id-dipendenza tal-Unjoni fuq iż-żejt u l-gass importat.
(3)  B'mod partikolari, it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, iż-żieda fit-titjib teknoloġiku, l-espansjoni tat-trasport pubbliku, l-użu ta' teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-promozzjoni tal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-setturi tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ kif ukoll fis-settur tat-trasport huma għodod effettivi ħafna, flimkien mal-miżuri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni u d-dipendenza enerġetika tal-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Id-Direttiva 2009/28/KE stabbiliet qafas regolatorju għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli li jiffissa miri nazzjonali vinkolanti fuq is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinovabbli fil-konsum tal-enerġija u t-trasport li għandhom jiġu ssodisfati sal-2020. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 201412 stabbiliet qafas għall-politiki futuri tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima u ħeġġet fehim komuni ta' kif tiġi żviluppata din il-politika wara l-2020. Il-Kummissjoni pproponiet li l-mira tal-2030 tal-Unjoni għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-Unjoni għandha tkun mill-inqas ta' 27 %.
(4)  Id-Direttiva 2009/28/KE stabbiliet qafas regolatorju għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li jiffissa miri nazzjonali vinkolanti dwar is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija u t-trasport li għandhom jiġu ssodisfati sal-2020.
__________________
12 "Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030" (COM/2014/015 final).
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approva dik il-mira, biex indika li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri nazzjonali aktar ambizzjużi tagħhom stess.
imħassar
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-"Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perijodu ta' bejn l-2020 u l-2030" u dwar "Ir-Rapport dwar il-Progress tal-Enerġija Rinnovabbli", iffavorixxa mira tal-Unjoni vinkolanti għall-2030 ta' mill-inqas 30 % tal-konsum tal-enerġija finali totali minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, filwaqt li enfasizza li din il-mira għandha tiġi implimentata permezz ta' miri nazzjonali individwali li jqisu s-sitwazzjoni individwali u l-potenzjal ta' kull Stat Membru.
(6)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-"Qafas għall-politika tal-klima u tal-enerġija fl-2030", iffavorixxa mira tal-Unjoni vinkolanti għall-2030 ta' mill-inqas 30 % tal-konsum tal-enerġija finali totali minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, filwaqt li enfasizza li din il-mira għandha tiġi implimentata permezz ta' miri nazzjonali individwali li jqisu s-sitwazzjoni individwali u l-potenzjal ta' kull Stat Membru. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar "Ir-Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli", il-Parlament Ewropew għamel aktar, u nnota l-pożizzjoni preċedenti tiegħu rigward il-mira tal-Unjoni ta' mill-anqas 30 % filwaqt li enfasizza li, fid-dawl tal-Ftehim ta' Pariġi u t-tnaqqis riċenti fl-ispejjeż tat-teknoloġiji rinnovabbli, ikun tajjeb li l-mira tkun aktar ambizzjuża b'mod sinifikanti.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Għalhekk jenħtieġ li jitqiesu l-mira stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi u l-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż it-tnaqqis fl-ispejjeż għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli.
Emenda 324
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Għaldaqstant jixraq li tiġi stabbilita mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-anqas 27 % ta' enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-ilħuq ta' din il-mira fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom permezz ta' proċess ta' governanza stabbiliti fir-Regolament [Governance].
(7)  Għaldaqstant jixraq li tiġi stabbilita mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-anqas 35 % ta' enerġija rinnovabbli, li tkun akkumpanjata minn miri nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, b'eċċezzjoni biss, jitħallew jiddevjaw mil-livell previst tal-mira tagħhom b'massimu ta' 10 % f'ċirkustanzi sostanzjati, miżurabbli u verifikabbli, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Il-miri tal-Istati Membri dwar l-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'tali mod li jitqiesu l-obbligi stipulati fil-Ftehim ta' Pariġi, il-potenzjal kbir li għadu jeżisti għall-enerġija rinnovabbli u l-investimenti meħtieġa biex titwettaq it-tranżizzjoni tal-enerġija.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  It-tqassim tal-mira tal-Unjoni ta' 35 % f'miri individwali għal kull Stat Membru jenħtieġ li jsir b'kunsiderazzjoni debita għal allokazzjoni ġusta u adegwata li tqis il-PDG tal-Istati Membri u l-punti ta' tluq u l-potenzjali differenti, inkluż il-livell ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandu jintlaħaq sal-2020.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  L-istabbiliment ta' mira vinkolanti tal-Unjoni dwar l-enerġija għall-2030 tkompli tħeġġeġ l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija rinovabbli u tipprovdi ċ-ċertezza għall-investituri. Mira definita fil-livell tal-Unjoni tħalli flessibilità akbar għall-Istati Membri li jilħqu l-miri tat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett serra b'mod mill-aktar kosteffettiv u b'konformità maċ-ċirkostanzi speċifiċi, it-taħlit tal-enerġija u l-kapaċitajiet tagħhom biex tiġi prodotta l-enerġija rinnovabbli.
(8)  L-istabbiliment ta' mira vinkolanti tal-Unjoni dwar l-enerġija għall-2030 tkompli tħeġġeġ l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli u tipprovdi ċ-ċertezza għall-investituri.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw il-punt sa fejn l-użu ta' tipi differenti ta' sorsi ta' enerġija huwa kompatibbli mal-mira li t-tisħin jiġi limitat għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u kompatibbli mal-għan ta' ekonomija ħielsa mill-karburanti fossili u fl-istess waqt ekonomija bbażata fuq użu baxx tal-karbonju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kontribut għal dawk l-għanijiet ta' tipi differenti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli abbażi tal-perjodu ta' ħlas lura u riżultati mqabbla mal-karburanti fossili u tikkunsidra tipproponi perjodu massimu ta' ħlas lura permess bħala kriterju ta' sostenibbiltà, b'mod partikolari għall-bijomassa linjoċellulożika.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri addizzjonali f'każ li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-livell tal-Unjoni ma jissodisfax il-perkors tal-Unjoni lejn il-mira ta' mill-anqas 27 % ta' enerġija rinnovabbli. Kif stabbilit fir-Regolament [Governance], fil-każ li jiġi identifikat ta' nuqqas ta' ambizzjoni mill-Kummissjoni matul il-valutazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar il-Klima u l-Enerġija, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-mira. Jekk il-Kummissjoni tidentifika nuqqas fil-livell tal-kunsinna matul il-valutazzjoni tar-Rapporti Integrati dwar il-Progress Nazzjonali fl-Enerġija u l-Klima, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fir-Regolament [Governance], li jagħtuhom biżżejjed flessibbiltà f'dik li hija għażla.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  L-iskemi ta' appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli wrew li huma mod effettiv biex jitrawwem l-użu tal-elettriku rinnovabbli. Jekk u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskemi ta' appoġġ, dan l-appoġġ għandu jkun ipprovdut f'forma li tkun mhux ta' tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. Għal dan l-għan, għadd dejjem jiżdied ta' Stati Membri jallokaw l-appoġġ f'forma fejn l-appoġġ jingħata flimkien ma' dħul finanzjarju fis-suq.
(15)  L-iskemi ta' sostenn għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli wrew li huma mod effettiv biex jitrawwem l-użu tal-elettriku rinnovabbli. Jekk u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskemi ta' appoġġ, dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun ipprovdut f'forma li tkun mhux ta' tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. Għal dan l-għan, għadd dejjem jiżdied ta' Stati Membri jallokaw l-appoġġ f'forma fejn l-appoġġ jingħata flimkien ma' dħul finanzjarju fis-suq filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tat-teknoloġiji differenti u l-kapaċitajiet differenti ta' produtturi żgħar u kbar li jirrispondu għas-sinjali tas-suq.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandha tiġi eżerċitata bl-inqas spiża possibbli għall-konsumaturi u l-kontribwenti. Meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ u meta tiġi allokata l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-kost globali tas-sistema ta' skjerament, b'qies bis-sħiħ tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-grid u tas-sistema, it-taħlita tal-enerġija li tirriżulta, u l-potenzjal fit-tul tat-teknoloġiji.
(16)  Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, inkluż il-ħżin tal-enerġija, jenħtieġ li tiġi implimentata sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż fit-tul tat-tranżizzjoni tal-enerġija għall-konsumaturi u l-kontribwenti. Meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ u meta tiġi allokata l-għajnuna, l-Istati Membri jenħtieġ li ifittxu li jimminimizzaw il-kost globali tas-sistema ta' implimentazzjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-grilja u tas-sistema, it-taħlita tal-enerġija li tirriżulta, u l-potenzjal fit-tul tat-teknoloġiji. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħtu l-appoġġ lil installazzjonijiet li jużaw l-offerti, li jistgħu jkunu kemm speċifiċi kif ukoll newtrali f'dak li jirrigwarda t-teknoloġija.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2014 dwar il-"Qafas ta' Politika dwar il-Klima u l-Enerġija għall-2030" , il-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza ta' suq intern tal-enerġija aktar interkonness u l-ħtieġa ta' appoġġ biżżejjed biex jiġu integrati livelli dejjem akbar ta' enerġija rinnovabbli varjabbli u b'hekk l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-ambizzjonijiet tagħha li jkollha rwol ta' tmexxija fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Għalhekk huwa importanti li, b'mod urġenti, jiżdied il-livell ta' interkonnessjoni u jsir progress lejn l-objettivi li qabel dwarhom il-Kunsill Ewropew, sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-Unjoni tal-Enerġija.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 16b (ġdida)
(16b)  Fl-iżvilupp ta' skemi ta' appoġġ għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart jenħtieġ li jkunu l-għażla prijoritarja. L-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li joħolqu skemi ta' appoġġ bħal dawn, li jmorru kontra l-miri dwar it-trattament tal-iskart u jwasslu għal użu ineffiċjenti tal-iskart riċiklabbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-miżuri introdotti skont din id-Direttiva ma jmorrux kontra l-objettivi tad-Direttiva 2008/98/KE.
__________________________________
1a Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 16c (ġdida)
(16c)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-użu ta' sorsi bijotiċi ta' enerġija, l-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu salvagwardji biex jipproteġu l-bijodiversità u jimpedixxu t-tnaqqis jew it-telf tal-ekosistemi u kwalunkwe devjazzjoni mill-użi eżistenti li tħalli impatt negattiv indirett jew dirett fuq il-bijodiversità, il-ħamrija jew il-bilanċ globali tal-gassijiet b'effett ta' serra.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 16d (ġdida)
(16d)  L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu u jippreferu l-użu ta' riżorsi rinnovabbli indiġeni, kemm jista' jkun, u jevitaw is-sitwazzjonijiet distorsivi li jirriżultaw mill-importazzjoni estensiva ta' riżorsi minn pajjiżi terzi. F'dan ir-rigward jenħtieġ li jiġi kkunsidrat u jitrawwem l-approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 16e (ġdida)
(16e)  Il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-bliet u l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li ikunu intitolati jipparteċipaw fi skemi ta' appoġġ disponibbli fuq livell ugwali ma' parteċipanti kbar oħra. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu miżuri, inkluż l-għoti ta' informazzjoni, appoġġ tekniku u finanzjarju permezz tal-punti ta' kuntatt amministrattiv uniku, inaqqsu r-rekwiżiti amministrattivi, jinkludu kriterji għall-offerti ffukati fuq il-komunità, joħolqu perjodi għall-offerti mfassla apposta għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, jew jippermettulhom jitħallsu permezz ta' appoġġ dirett.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 16f (ġdida)
(16f)  Jenħtieġ li l-ippjanar tal-infrastruttura meħtieġa għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli jenħtieġ li jqies il-politiki relatati mal-parteċipazzjoni ta' dawk affettwati mill-proġetti, inkluża kwalunkwe popolazzjoni indiġena, filwaqt li jirrispetta kif xieraq id-drittijiet tal-art tagħhom.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 16g (ġdida)
(16g)  Il-konsumaturi jenħtieġ li jingħataw informazzjoni komprensiva, inkluża informazzjoni dwar iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ u l-ispejjeż aktar baxxi għat-tħaddim ta' vetturi elettriċi, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet individwali fir-rigward tal-enerġiji rinnovabbli u jiġi evitat lock-in teknoloġiku.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 16h (ġdida)
(16h)   Fit-trawwim tal-iżvilupp tas-suq għal riżorsi ta' enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li jitqies l-impatt negattiv fuq parteċipanti oħra fis-suq. Għalhekk, l-iskemi ta' appoġġ jenħtieġ li jnaqqsu r-riskju ta' distorsjoni tas-suq u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jiftħu l-appoġġ, b'mod progressiv u parzjali, għal proġetti li jinsabu fi Stati Membri oħra sa livell li jirrifletti l-flussi fiżiċi bejn Stat Membru u ieħor, il-ftuħ ta' skemi ta' appoġġ jenħtieġ li jibqa' fakultattiv lil hinn minn dan is-sehem mandatorju. L-Istati Membri għandhom livelli differenti ta' potenzjal f'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija rinnovabbli u joperaw skemi differenti ta' appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell nazzjonali. Il-maġġoranza tal-Istati Membri japplikaw skemi ta' appoġġ li jagħtu benefiċċji biss lill-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tiġi prodotta fit-territorju tagħhom. Biex l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali jaħdmu tajjeb, huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw l-effett u l-ispejjeż tal-iskemi ta' appoġġ nazzjonali tagħhom skont il-livelli ta' potenzjal differenti tagħhom. Mezz importanti li permezz tiegħu jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġi ggarantit il-funzjonament tajjeb tal-iskemi ta' appoġġ nazzjonali, kif previst fid-Direttivi 2001/77/KE u 2009/28/KE, sabiex tinżamm il-fiduċja tal-investitur u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jfasslu miżuri nazzjonali effikaċi biex tintlaħaq il-mira. Din id-Direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-appoġġ transkonfinali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli mingħajr ma teffettwa l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali b'mod sproporzjonat. Għaldaqstant, minbarra l-ftuħ mandatorju parzjali ta' skemi ta' appoġġ, din tintroduċi mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fakultattivi bejn l-Istati Membri li jippermettulhom jaqblu dwar il-livell li fih Stat Membru jappoġġja l-produzzjoni tal-enerġija fi Stat Membru ieħor u dwar il-livell li fih il-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandha tgħodd għall-mira globali nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed minnhom. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja taż-żewġ miżuri ta' konformità tal-mira, i.e. l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeterminaw, lil hinn mis-sehem inizjali mandatorju minimu, jekk u sa liema livell l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali tagħhom japplikaw għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fi Stati Membri oħra u jkunu jistgħu jaqblu dwar dan billi japplikaw il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni previsti f'din id-Direttiva.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Mingħajr preġudizzju għal adattamenti tal-iskemi ta' appoġġ sabiex dawn jinġiebu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-politiki ta' appoġġ għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandhom ikunu stabbli u jiġu evitati bidliet frekwenti. Dawn il-bidliet għandhom impatt dirett fuq il-kostijiet tal-finanzjament tal-kapital, il-kostijiet tal-iżvilupp tal-proġetti u għalhekk fuq il-kostijiet ġenerali marbutin mal-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipprevenu li r-reviżjoni ta' kwalunkwe appoġġ mogħti għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli jkollha impatt negattiv fuq il-vijabilità ekonomika tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jippromwovu politiki ta' appoġġ kosteffettivi u jiżguraw is-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom.
(18)  Skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-politiki ta' appoġġ għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jenħtieġ li iikunuj prevedibbli, stabbli u jevitaw bidliet frekwenti jew retroattivi. L-imprevedibbiltà u l-instabbiltà tal-politiki għandhom impatt dirett fuq il-kostijiet tal-finanzjament tal-kapital, il-kostijiet tal-iżvilupp tal-proġetti u għalhekk fuq il-kostijiet ġenerali marbutin mal-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jħabbru kwalunkwe bidla fil-politika ta’appoġġ fi żmien xieraq qabel il-bidla maħsuba u jenħtieġ li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati b'mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprevjenu li r-reviżjoni ta' kwalunkwe appoġġ mogħti għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli jkollha impatt negattiv fuq il-vijabilità ekonomika tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu politiki ta' appoġġ kosteffettivi u jiżguraw is-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  L-obbligi tal-Istati Membri li jabbozzaw pjanijiet ta' azzjoni għall-enerġija rinnovabbli u r-rapporti ta' progress u l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar il-progress tal-Istati Membri huma essenzjali sabiex tiżdied it-trasparenza, tiġi pprovduta ċ-ċarezza lill-investituri u l-konsumaturi u jkun possibbli monitoraġġ effettiv. Ir-Regolament [Governance] tintegra dawk l-obbli fis-sistema tal-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, fejn l-obbligi tal-ippjanar, ir-rappurtar u l-monitoraġġ fl-oqsma tal-enerġija u l-klima jiġu standardizzati. Il-pjattaforma ta' trasparenza dwar l-enerġija rinnovabbli hija integrata wkoll fil-pjattaforma elettronika usa' ta' governanza stabbilita fir-Regolament [Governance].
(19)  L-obbligi tal-Istati Membri li jabbozzaw pjanijiet ta' azzjoni għall-enerġija rinnovabbli u r-rapporti ta' progress u l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar il-progress tal-Istati Membri huma essenzjali sabiex tiżdied it-trasparenza, tiġi pprovduta ċ-ċarezza lill-investituri u l-konsumaturi u jkun possibbli monitoraġġ effettiv. Sabiex jiġiżgurat li ċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tat-tranżizzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri, fil-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li jiżviluppaw strateġiji fit-tul li jiffaċilitaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli mill-bliet, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-awtokonsumaturi. Ir-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)] jintegra dawk l-obbligi fis-sistema tal-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, fejn l-istrateġiji fit-tul, l-obbligi tal-ippjanar, ir-rappurtar u l-monitoraġġ fl-oqsma tal-enerġija u l-klima jiġu standardizzati. Il-pjattaforma ta' trasparenza dwar l-enerġija rinnovabbli hija integrata wkoll fil-pjattaforma elettronika usa' ta' governanza stabbilita fir-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)].
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  L-enerġiji rinnovabbli mill-baħar jippreżentaw opportunità unika għall-Unjoni li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili, li tilħaq il-miri tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, u li toħloq fergħa ġdida ta' attività ekonomika li tiġġenera l-impjiegi f'parti sostanzjali mit-territorju tagħha, fosthom fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. L-Unjoni għalhekk trid tagħmel ħilitha biex toħloq kundizzjonijiet ekonomiċi u regolatorji favorevoli għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 bit-titolu "Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi" għamlet enfasi fuq l-importanza partikolari, fuq perjodu medju ta' żmien, tal-bijokarburanti avvanzati għall-avjazzjoni. L-avjazzjoni kummerċjali tiddependi għalkollox fuq il-karburanti likwidi peress li m'hemm l-ebda alternattiva sigura jew iċċertifikata għall-industrija tal-avjazzjoni ċivili.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Biex jiġi żgurat li l-Anness IX iqis il-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, il-kriterji tas-sostennibbiltà tal-Unjoni, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Anness ma joħloqx domanda addizzjonali għall-art filwaqt li jippromwovi l-użu tal-iskart u r-residwi, il-Kummissjoni, meta b'mod regolari tivvaluta l-Anness, għandha tqis l-inklużjoni ta' materja prima addizzjonali ma tikkawżax effetti distortivi sinifikanti fuq is-swieq tal-prodotti (sekondarji), l-iskart jew ir-residwi.
(25)  Biex jiġi żgurat li l-Anness IX jqis il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, il-kriterji tas-sostenibbiltà tal-Unjoni, valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Anness ma joħloqx domanda addizzjonali għall-art filwaqt li jippromwovi l-użu tal-iskart u r-residwi, il-Kummissjoni jenħtieġ li b'mod regolari tevalwa l-Anness u tqis l-effetti fuq is-swieq tal-prodotti (sekondarji), l-iskart jew ir-residwi fi kwalunkwe emenda li tipproponi.
__________________
__________________
17 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
17 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 dwar iż-żejt tal-palm u d-deforestazzjoni tal-foresti pluvjali talbet lill-Kummissjoni tieħu miżuri sabiex, preferibbilment sal-2020, telimina gradwalment l-użu taż-żjut veġetali li jixprunaw id-deforestazzjoni, inkluż iż-żejt tal-palm, bħala komponent tal-bijkarburanti.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Għandu jkun possibbli li l-elettriku impurtat, prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli barra mill-Unjoni jgħodd mas-sehem tal-enerġija rinovabbli tal-Istati Memrbi Sabiex ikun garantit effett xieraq tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tieħu post l-enerġija konvenzjonali fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi, huwa xieraq li jkun żgurat li dawn l-importazzjonijiet jistħu jkunu sorveljati u li jingħata kont tagħhom b'mod affidabbli. Ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta' tali negozju fl-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli ser jiġu kkunsidrati. Jekk, bis-saħħa ta' deċiżjoni meħuda skont it-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija18 għal dak l-effett, il-partijiet kontraenti għal dak it-Trattat jintrabtu mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, il-miżuri ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri previsti f'din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli għalihom.
(28)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-elettriku impurtat, prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli barra mill-Unjoni jgħodd mas-sehem tal-enerġija rinovabbli tal-Istati Memrbi. Sabiex ikun garantit effett xieraq tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tieħu post l-enerġija konvenzjonali fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi, huwa xieraq li jkun żgurat li dawn l-importazzjonijiet jistħu jkunu sorveljati u li jingħata kont tagħhom b'mod affidabbli u li jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt internazzjonali. Ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta' tali negozju fl-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli ser jiġu kkunsidrati. Jekk, bis-saħħa ta' deċiżjoni meħuda skont it-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija18 għal dak l-effett, il-partijiet kontraenti għal dak it-Trattat jintrabtu mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, il-miżuri ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri previsti f'din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli għalihom.
__________________
__________________
18 ĠU L 198, 20.7.2006, p. 18.
18 ĠU L 198, 20.7.2006, p. 18.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Meta Stati Membri jwettqu proġetti konġunti ma' pajjiż terz wieħed jew aktar fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, huwa xieraq li dawn il-proġetti konġunti jkunu relatati biss ma' installazzjonijiet li nbnew ġodda jew ma' installazzjonijiet b'kapaċità li żdiedet mill-ġdid. Dan għandu jgħin biex jiżgura li l-proporzjon ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum totali ta' enerġija ta' pajjiż terz ma jitnaqqasx minħabba l-importazzjoni ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jiffaċilitaw l-użu domestiku mill-pajjiż terz ikkonċernat ta' parti tal-produzzjoni ta' elettriku mill-installazzjonijiet koperti mill-proġett konġunt. Barra minn dan, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiġi inkuraġġit mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżviluppa politika tal-enerġija rinnovabbli li tinkludi miri ambizzjużi.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 28b (ġdida)
(28b)   Filwaqt li din id-Direttiva tistabbilixxi qafas tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, tikkontribwixxi wkoll għall-impatt potenzjali pożittiv li l-Unjoni u l-Istati Membri jista' jkollhom biex tingħata spinta lill-iżvilupp tas-settur tal-enerġija rinnovabbli f'pajjiżi terzi. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu r-riċerka, l-iżvilupp u l-investiment fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u pajjiżi sħab oħra, u b'hekk tissaħħaħ is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika u l-kapaċità ta' esportazzjoni tagħhom ta' enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, l-importazzjoni tal-enerġija rinnovabbli minn pajjiżi sħab tista' tgħin lill-Unjoni u lill-Istati Membri jilħqu miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 28c (ġdida)
(28c)   Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw adottaw dejjem aktar politiki dwar l-enerġija rinnovabbli fil-livell nazzjonali, peress li għandhom l-għan li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli sabiex jissodisfaw id-domanda għall-enerġija li kulma jmur qiegħda tiżdied. Aktar minn 173 pajjiż, inklużi 117-il pajjiż b'ekonomija fil-fażi tal-iżvilupp jew emerġenti, kienu stabbilew miri ta' enerġija rinnovabbli sal-aħħar tal-2015.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 28d (ġdida)
(28d)   L-użu tal-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa marbut mill-qrib ma' firxa ta' kwistjonijiet soċjali: it-tnaqqis tal-faqar, l-edukazzjoni, is-saħħa, it-tkabbir fil-popolazzjoni, l-impjiegi, l-intraprenditorija, il-komunikazzjoni, l-urbanizzazzjoni u n-nuqqas ta' opportunitajiet għan-nisa. L-enerġiji rinnovabbli għandhom il-potenzjal kbir li jippermettu li l-isfidi tal-iżvilupp u dawk ambjentali jiġu ttrattati b'mod konġunt. F'dawn l-aħħar snin, kien hemm żvilupp sinifikanti ta' teknoloġiji tal-enerġija alternattiva, kemm f'termini ta' prestazzjoni kif ukoll f'termini ta' tnaqqis fl-ispejjeż. Barra minn hekk, ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw jinsabu f'pożizzjoni partikolarment tajba fejn jidħol l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni ġdida ta' teknoloġiji tal-enerġija. Minbarra l-benefiċċji tal-iżvilupp u dawk ambjentali, l-enerġiji rinnovabbli għandhom il-potenzjal li jipprovdu aktar sigurtà u stabbiltà ekonomika. Użu akbar ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli jnaqqas d-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-karburanti fossili għaljin u jgħin lil ħafna pajjiżi jtejbu l-bilanċ tal-pagamenti tagħhom.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 31a (ġdida)
(31a)  Skont il-karatteristiċi ġeoloġiċi ta' żona, il-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali tista' tirrilaxxa gassijiet b'effett ta' serra u sustanzi oħra minn fluwidi taħt l-art u minn formazzjonijiet ġeoloġiċi oħra tas-sottoswol. L-investiment għandu jsir biss fil-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali b'impatt ambjentali baxx u li tirriżulta fi tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbel mas-sorsi konvenzjonali. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta, sa Diċembru 2018, jekk hemmx il-ħtieġa ta' proposta leġiżlattiva bl-għan li tirregola l-emissjonijiet mill-impjanti ġeotermali tas-sustanzi kollha, inkluż is-CO2, li jikkaġunaw ħsara lis-saħħa u lill-ambjent, kemm waqt il-fażi tal-esplorazzjoni kif ukoll waqt dik operattiva.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 33
(33)  Fil-livell nazzjonali u reġjonali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri għandhom jiġu inkoraġġiti f'kuntest tal-Unjoni usa', filwaqt li jkun promoss l-użu ta' applikazzjonijiet ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli b'aktar effiċjenza tal-enerġija f'regolamenti u kodiċijiet tal-bini.
(33)  Fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu inkoraġġiti f'kuntest tal-Unjoni usa', filwaqt li jkun promoss l-użu ta' applikazzjonijiet ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli b'aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija flimkien ma' miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija permezz ta' regolamenti u kodiċijiet tal-bini.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 35
(35)  Biex jiġi żgurat li miżuri nazzjonali għall-iżvilupp tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli huma bbażati fuq ippjanar u analiżi komprensivi nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u tal-enerġija moħlija potenzjali u jipprovdu għal aktar integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli ta' enerġija u ta' sorsi ta' tisħin u tkessiħ moħlija, huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tal-potenzjal nazzjonali tagħhom ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-użu ta' tisħin u tkessiħ moħlija fit-tisħin u t-tkessiħ, partikolarment biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ effiċjenti u kompetittiv u l-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali kif definit mill-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' rekwiżiti ta' effiċjenza enerġetika għat-tisħin u t-tkessiħ u jitnaqqas il-piż amministrattiv ta' din il-valutazzjoni għandhom jiġu inklużi fin-netwerk valutazzjonijiet li jsiru u jiġu notifikati b'konformità mal-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva.
(35)  Biex jiġi żgurat li miżuri nazzjonali għall-iżvilupp tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli huma bbażati fuq ippjanar u analiżi komprensivi nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u tal-enerġija mill-iskart potenzjali u jipprovdu għal aktar integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli ta' enerġija, b'mod partikolari billi jiġu appoġġjati teknoloġiji innovattivi bħal pompi tas-sħana u teknoloġiji ġeotermali u solari termali, u ta' sorsi ta' sħana u kesħa mormija, huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tal-potenzjal nazzjonali tagħhom ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-użu ta' sħana u kesħa mormija għat-tisħin u t-tkessiħ, partikolarment biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ effiċjenti u kompetittiv u l-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali kif definit mill-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' rekwiżiti ta' effiċjenza enerġetika għat-tisħin u t-tkessiħ u jitnaqqas il-piż amministrattiv ta' din il-valutazzjoni jenħtieġ li jiġu inklużi fin-netwerk valutazzjonijiet li jsiru u jiġu notifikati b'konformità mal-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva.
__________________
__________________
21 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
21 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 36
(36)  In-nuqqas ta' regoli trasparenti u ta' koordinazzjoni bejn il-korpi ta' awtorizzazzjoni differenti deher li fixkel l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. L-istabbiliment ta' punt ta' kuntatt amministrattiv uniku li jintegra jew jikkoordina l-proċessi kollha għall-għoti tal-permessi għandu jnaqqas il-kumplessità u jżid l-effiċjenza u t-transparenza. Il-proċeduri ta' approvazzjoni amministrattiva għandhom ikunu semplifikati bi skedi ta' żmien għall-impjanti li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli. Ir-regoli u l-linji gwida għall-ippjanar għandhom ikunu adattati biex jikkunsidraw tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ u l-elettriku rinnovabbli li huwa ta' nfiq effettiv u ta' benefiċċju għall-ambjent. Din id-Direttiva, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u t-tul ta' żmien tal-proċess tal-għoti tal-permessi, għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dritt internazzjonali u għal-liġi tal-Unjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u ta' saħħet il-bniedem.
(36)  In-nuqqas ta' regoli trasparenti u ta' koordinazzjoni bejn il-korpi ta' awtorizzazzjoni differenti deher li fixkel l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. L-istabbiliment ta' punt ta' kuntatt amministrattiv uniku li jintegra jew jikkoordina l-proċessi kollha għall-għoti tal-permessi jenħtieġ li jnaqqas il-kumplessità u jżid l-effiċjenza u t-transparenza, anke għall-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Il-proċeduri ta' approvazzjoni amministrattiva jenħtieġ li ikunu semplifikati bi skedi ta' żmien għall-impjanti li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli. Ir-regoli u l-linji gwida għall-ippjanar jenħtieġ li ikunu adattati biex jikkunsidraw tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ u l-elettriku rinnovabbli li huwa ta' nfiq effettiv u ta' benefiċċju għall-ambjent. Din id-Direttiva, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u t-tul ta' żmien tal-proċess tal-għoti tal-permessi, jenħtieġ li tapplika mingħajr preġudizzju għad-dritt internazzjonali u għad-dritt tal-Unjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u ta' saħħet il-bniedem.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 43
(43)  Il-garanziji tal-oriġini, maħruġa għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom il-funzjoni unika li juru lill-konsumatur finali li sehem jew kwantità speċifika ta' enerġija ġiet prodotta minn sorsi rinnovabbli. Garanzija tal-oriġini tista' tiġi trasferita, indipendentement mill-enerġija li tirrelata magħha, minn detentur għall-ieħor. Madankollu, bil-ħsieb li jiġi żgurat li unità tal-enerġija rinnovabbli tiġi rilaxxata darba biss lil klijent, il-kalkolar doppju u r-rilaxx doppju tal-garanziji tal-oriġini għandhom jiġu evitati. L-enerġija rinnovabbli li fir-rigward tagħha l-garanzija tal-oriġini li takkumpanjaha ġiet mibjugħa separatament mill-produttur m'għandhiex tiġi rilaxxata jew mibjugħa lill-klijent finali bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli.
(43)  Il-garanziji tal-oriġini, maħruġa għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom il-funzjoni unika li juru lill-konsumatur finali li sehem jew kwantità speċifika ta' enerġija ġiet prodotta minn sorsi rinnovabbli. Garanzija tal-oriġini tista' tiġi trasferita, indipendentement mill-enerġija li tirrelata magħha, minn detentur għall-ieħor. Madankollu, bil-ħsieb li jiġi żgurat li unità tal-enerġija rinnovabbli tiġi rilaxxata darba biss lil klijent, il-kalkolar doppju u r-rilaxx doppju tal-garanziji tal-oriġini għandhom jiġu evitati. L-enerġija rinnovabbli li fir-rigward tagħha l-garanzija tal-oriġini li takkumpanjaha ġiet mibjugħa separatament mill-produttur jenħtieġ li ma tiġix rilaxxata jew mibjugħa lill-klijent finali bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn ċertifikati ħodor użati għal skemi ta' appoġġ u garanziji tal-oriġini.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 45
(45)  Huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif l-elettriku sostnut hu allokat lill-klijenti aħħarin. Sabiex il-kwalità ta' dik l-informazzjoni għall-konsumaturi tittejjeb, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini jinħarġu għall-unitajiet kollha tal-enerġija rinovabbli li tiġi prodotta. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jiġi evitat kumpens doppju, il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli li jkunu diġà qed jirċievu appoġġ finanzjarju m'għandhomx jirċievu garanziji tal-oriġini. Madankollu, dawn il-garanziji tal-oriġini għandhom jintużaw għad-divulgazzjoni sabiex il-konsumaturi finali jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni ċara, affidabbli u evidenza adegwata dwar l-oriġini rinnovabbli tal-unitajiet rilevanti tal-enerġija. Barra minn hekk, għall-elettriku li rċieva appoġġ, il-garanziji tal-oriġini għandhom ikunu rkantati fis-suq u d-dħul għandu jintuża biex jitnaqqsu s-sussidji pubbliċi għall-enerġija rinnovabbli.
(45)  Huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif l-elettriku sostnut jiġi allokat lill-klijenti aħħarin. Sabiex il-kwalità ta' dik l-informazzjoni għall-konsumaturi tittejjeb, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini jinħarġu għall-unitajiet kollha tal-enerġija rinnovabbli li tiġi prodotta.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Premessa 49
(49)  Ġew rikonoxxuti l-opportunitajiet li jkun stabbilit it-tkabbir ekonomiku permezz tal-innovazzjoni u politika sostenibbli dwar l-enerġija kompetittiva. ll-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli spiss tiddependi minn SMEs lokali jew reġjonali. L-opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjiegi li jġibu l-investimenti reġjonali u lokali fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom huma importanti. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw miżuri ta' żvilupp reġjonali u nazzjonali f'dawk l-oqsma, jinkoraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn inizjattivi ta' żvilupp lokali u reġjonali u jippromwovu l-użu tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni f'dan il-qasam.
(49)  Ġew rikonoxxuti l-opportunitajiet biex ikun stabbilit it-tkabbir ekonomiku permezz tal-innovazzjoni u politika sostenibbli dwar l-enerġija kompetittiva. Il-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli spiss tiddependi minn SMEs lokali jew reġjonali. L-opportunitajiet għall-iżvilupp kummerċjali lokali, għat-tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi ta' kwalità għolja li jġibu l-investimenti reġjonali u lokali fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom huma importanti. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu u jappoġġaw miżuri ta' żvilupp reġjonali u nazzjonali f'dawk l-oqsma, jinkoraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn inizjattivi ta' żvilupp lokali u reġjonali u jtejbu l-għoti ta' assistenza teknika u ta' programmi ta' taħriġ, sabiex isaħħu l-għarfien espert regolatorju, tekniku u finanzjarju fil-prattika u jħeġġu l-għarfien dwar possibilitajiet disponibbli ta' finanzjament, anke permezz ta' użu aktar immirat tal-fondi tal-Unjoni, bħall-użu tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni f'dan il-qasam.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Premessa 49a (ġdida)
(49a)  L-awtoritajiet lokali u reġjonali spiss jistabbilixxu miri aktar ambizzjużi dwar l-enerġija rinnovabbli mill-miri nazzjonali. L-impenji reġjonali u lokali favur l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-preżent huma appoġġjati permezz ta' netwerks, bħall-inizjattivi tal-Patt tas-Sindki, il-Bliet Intelliġenti jew il-Komunitajiet Intelliġenti, u l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni dwar l-enerġija sostenibbli. Tali netwerks huma indispensabbli u jenħtieġ li jiġu estiżi, peress li jkattru s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-iskambji tal-aħjar prattiki u tal-appoġġ finanzjarju sostenibbli. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja wkoll lir-reġjuni interessati minn ta' quddiem u lill-awtoritajiet lokali biex jaħdmu bejn il-fruntieri billi tassisti fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, bħar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi ta' diversi Stati Membri jingħaqdu ma' u jipprovdu servizzi u proġetti konġunti, mingħajr ma jkunu meħtieġa l-iffirmar u r-ratifika ta' ftehim internazzjonali preċedenti min-naħa tal-parlamenti nazzjonali.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Premessa 49b (ġdida)
(49b)  L-awtoritajiet lokali u l-bliet huma minn ta' quddiem fit-tranżizzjoni tal-enerġija u fiż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli. Bħala l-eqreb livell ta' governzanza għaċ-ċittadini, il-gvernijiet lokali jiżvolġu rwol kruċjali fil-bini tal-appoġġ pubbliku għall-miri tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, filwaqt li jimplimentaw sistemi tal-enerġija aktar deċentralizzati u integrati. Huwa importanti li jiġi żgurat aċċess aħjar għall-fondi għall-bliet u r-reġjuni biex jitħeġġeġ l-investiment fl-enerġija rinnovabbli lokali.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Premessa 49c (ġdida)
(49c)  Jenħtieġ li jitqiesu wkoll miżuri innovattivi oħra biex jiġi attirat aktar investiment f'teknoloġiji ġodda, bħall-kuntratti għall-prestazzjoni tal-enerġija u proċessi ta' standardizzazzjoni fil-finanzjament pubbliku.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Premessa 50
(50)  Fl-aġevolment tal-iżvilupp tas-suq għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jeħtieġ li jitqies l-impatt pożittiv fuq l-opportunitajiet ta' żvilupp reġjonali u lokali, il-prospetti għall-esportazzjoni, il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet ta' impjieg, b'mod parikolari fir-rigward ta' SMEs kif ukoll produtturi indipendenti tal-enerġija.
(50)  Fl-aġevolament tal-iżvilupp tas-suq għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jeħtieġ li jitqies l-impatt pożittiv fuq l-opportunitajiet ta' żvilupp reġjonali u lokali, il-prospetti għall-esportazzjoni, il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet ta' impjieg, b'mod parikolari fir-rigward tal-SMEs kif ukoll tal-produtturi indipendenti tal-enerġija, inklużi l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Premessa 51
(51)  Is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda hija rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Is-settur tal-enerġija fir-reġjuni l-aktar imbiegħda huwa ħafna drabi kkaratterizzat minn iżolament, provvista limitata u d-dipendenza fuq il-karburanti fossili filwaqt li dawn ir-reġjuni jibbenefikaw minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli lokali importanti. Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda jistgħu għalhekk iservu bħala eżempji tal-applikazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi tal-enerġija għall-Unjoni. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi promoss l-użu tal-enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħaq livell ogħla ta' awtonomija tal-enerġija għal dawk ir-reġjuni u tiġi rikonoxxuta s-sitwazzjoni speċifika tagħhom f'termini tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli u l-ħtiġijiet ta' appoġġ pubbliku.
(51)  Is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda hija rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE. Is-settur tal-enerġija fir-reġjuni l-aktar imbiegħda huwa ħafna drabi kkaratterizzat minn iżolament, provvista limitata u aktar għalja u d-dipendenza fuq il-karburanti fossili filwaqt li dawn ir-reġjuni jibbenefikaw minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli lokali importanti, b'mod partikolari l-enerġiji mill-bijomassa u mill-baħar. Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda jistgħu għalhekk iservu bħala eżempji tal-applikazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi tal-enerġija għall-Unjoni u jistgħu jsiru territorji b'enerġija 100 % rinnovabbli. Huwa għalhekk neċessarju li l-istrateġija dwar l-enerġija rinnovabbli tiġi adattata sabiex jintlaħaq livell ogħla ta' awtonomija tal-enerġija għal dawk ir-reġjuni, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, u tiġi rikonoxxuta s-sitwazzjoni speċifika tagħhom f'termini tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli u l-ħtiġijiet ta' appoġġ pubbliku. Barra minn hekk, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jkunu jistgħu jisfruttaw ir-riżorsi tagħhom, f'konformità ma' kriterji ta' sostenibbiltà stretti u skont il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali, sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u tissaħħaħ l-indipendenza enerġetika tagħhom.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Premessa 52
(52)  Hu xieraq li jitħalla jsir l-iżvilupp ta' teknoloġiji deċentralizzati ta' enerġija rinnovabbli taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u bla xkiel għall-finanzjament tal-investimenti fl-infrastruttura. Il-bidla għall-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija għandha ħafna benefiċċji inkluż l-utilizzazzjoni tas-sorsi tal-enerġija lokali, iż-żieda fis-sigurtà lokali tal-provvista tal-enerġija, distanzi iqsar ta' trasport u tnaqqis fit-telf tal-enerġija trażmessa. Din id-deċentralizzazzjoni tiffavorixxi wkoll żvilupp u koeżjoni Komunitarja billi tipprovdi sorsi ta' dħul u toħloq impjiegi lokalment.
(52)  Hu xieraq li jitħalla jsir l-iżvilupp ta' teknoloġiji deċentralizzati ta' enerġija rinnovabbli u l-ħżin taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u bla xkiel għall-finanzjament tal-investimenti fl-infrastruttura. Il-bidla għall-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija għandha ħafna benefiċċji inkluż l-utilizzazzjoni tas-sorsi tal-enerġija lokali, iż-żieda fis-sigurtà lokali tal-provvista tal-enerġija, distanzi iqsar ta' trasport u tnaqqis fit-telf tal-enerġija trażmessa. Din id-deċentralizzazzjoni tiffavorixxi wkoll żvilupp u koeżjoni Komunitarja billi tipprovdi sorsi ta' dħul u toħloq impjiegi lokalment.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Premessa 53
(53)  Bl-importanza li qed tikber tal-awtokonsum tal-elettriku rinnovabbli, jinħtieġu definizzjoni ta' awtokonsumatur rinnovabbli u qafas regolatorju li jagħti s-setgħa lill-awtokonsumaturi li jiġġeneraw, jaħżnu, jużaw u jbiegħu l-elettriku mingħajr ma jiffaċċjaw piżijiet sproporzjonati. L-awtokonsum kollettiv għandu jkun permess f'ċerti każijiet sabiex iċ-ċittadini li jgħixu f'appartamenti jkunu jistgħu, pereżempju, jibbenefikaw mis-setgħa tal-konsumaturi bl-istess mod bħal unitajiet domestiċi f'dar ta' familja waħda.
(53)  Bl-importanza li qed tikber tal-awtokonsum tal-elettriku rinnovabbli, jinħtieġu definizzjoni ta' awtokonsumatur rinnovabbli u qafas regolatorju li jagħti s-setgħa lill-awtokonsumaturi li jiġġeneraw, jaħżnu, jużaw u jbigħu l-elettriku mingħajr ma jiffaċċjaw piżijiet sproporzjonati. It-tariffi u r-remunerazzjoni għall-awtokonsum jenħtieġ li jipprovdu inċentivi għal-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar intelliġenti għall-integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli u jimmotivaw lill-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli biex jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment li l-konsumatur u l-grilja jibbenefikaw minnhom b'mod reċiproku. Biex dan il-bilanċ ikun jista' jinkiseb, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jirċievu remunerazzjoni li tirrifletti l-valur fis-suq tal-elettriku trażmess – kif ukoll il-valur fit-tul għall-grilja, għall-ambjent u għas-soċjetà – għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jittrażmettu lill-grilja. Dan irid jinkludi kemm il-kostijiet kif ukoll il-benefiċċji tal-awtokonsum fuq perjodu twil f'termini ta' kostijiet evitati għall-grilja, għas-soċjetà u għall-ambjent, speċjalment meta jkunu f'taħlita ma' riżorsi tal-enerġija distribwiti oħra bħalma huma l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u n-netwerks komunitarji. Tali remunerazzjoni jenħtieġ li tiġi ddeterminata abbażi tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riżorsi tal-enerġija distribwiti skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni), 2016/0380(COD)].
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Premessa 53a (ġdida)
(53a)  L-awtokonsum kollettiv jenħtieġ li jkun permess f'ċerti każijiet sabiex iċ-ċittadini li jgħixu f'appartamenti jkunu jistgħu, pereżempju, jibbenefikaw mis-setgħa tal-konsumaturi bl-istess mod bħal unitajiet domestiċi f'dar ta' familja waħda. L-abilitazzjoni tal-awtokonsum kollettiv toffri wkoll opportunitajiet biex il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-unitajiet domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz tat-tnaqqis fil-konsum u tariffi tal-provvista iktar baxxi. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu vantaġġ minn din l-opportunità, inter alia, billi jivvalutaw il-possibbiltà biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-unitajiet domestiċi li inkella jista' ma jkunux jistgħu jipparteċipaw, inklużi l-konsumaturi u l-inkwilini vulnerabbli.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Premessa 53b (ġdida)
(53b)  L-Istati Membri jridu jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-konsum u dwar l-introduzzjoni jew it-tisħiħ ta' miżuri biex jiġi miġġieled il-bejgħ furzat, il-bejgħ inġust u l-asserzjonijiet qarrieqa fir-rigward tal-installazzjoni ta' tagħmir tal-enerġija rinnovabbli li jaffettwaw l-aktar lill-gruppi vulnerabbli ((bħal anzjani u persuni li jgħixu f'żoni rurali).
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Premessa 54
(54)  Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini lokali fi proġetti ta'enerġija rinnovabbli permezz ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli rriżultat f'valur miżjud sostanzjali f'termini ta' aċċettazzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u aċċess għal kapital privat addizzjonali. Dan l-involviment lokali se jkunu dejjem aktar importanti f'kuntest ta' żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fil-futur.
(54)  Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini lokali u tal-awtoritajiet lokali fi proġetti ta' enerġija rinnovabbli permezz ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli rriżultat f'valur miżjud sostanzjali f'termini ta' aċċettazzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u aċċess għal kapital privat addizzjonali li jwassal għal investiment lokali, aktar għażla għall-konsumaturi u parteċipazzjoni akbar miċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija, b'mod partikolari bl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tal-unitajiet domestiċi li inkella ma jkunux jistgħu jipparteċipaw, bl-avvanz tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell domestiku, u bl-għajnuna fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta' tnaqqis fil-konsum u tariffi tal-provvista orħos. Dan l-involviment lokali se jkun dejjem aktar importanti f'kuntest ta' żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fil-futur.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Premessa 55a (ġdida)
(55a)  Huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw allokazzjoni ġusta u mhux diskriminatorja tal-ispejjeż u l-imposti tan-netwerks bejn l-utenti kollha tas-sistema tal-elettriku. It-tariffi tan-netwerk jenħtieġ li jirriflettu l-ispejjeż.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Premessa 57
(57)  Diversi Stati Membri implimentaw miżuri fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ li jilħqu mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2020. Madankollu, fin-nuqqas ta' miri nazzjonali vinkolanti għall-perjodu wara l-2020, il-bqija tal-inċentivi nazzjonali jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dekarbonizzazzjoni fuq perjodu twil ta' żmien għall-2030 u l-2050. Sabiex ikun hemm konformità ma' dawn l-għanijiet, tissaħħaħ iċ-ċertezza għall-investituri u jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' suq tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, filwaqt li jiġi rrispettat l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza tal-enerġija, huwa xieraq li jiġu nkoraġġuti l-isforzi tal-Istati Membri fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli ħalli jikkontribwixxu għal żieda progressiva fl-enerġija rinnovabbli. Minħabba n-natura frammentata ta' xi swieq tat-tisħin u t-tkessiħ, huwa ta' importanza kbira li tiġi żgurata flessibilità fit-tfassil ta' sforzi bħal dawn. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-użu potenzjali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli ma jkollux effetti sekondarji ta' ħsara ambjentali.
(57)  Diversi Stati Membri implimentaw miżuri fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ li jilħqu l-mira tagħhom tal-enerġija rinnovabbli għall-2020. Sabiex ikun hemm konformità ma' dawn l-għanijiet, tissaħħaħ iċ-ċertezza għall-investituri u jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' suq tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", huwa xieraq li jiġu inkoraġġuti l-isforzi tal-Istati Membri fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli ħalli jikkontribwixxu għal żieda progressiva fl-enerġija rinnovabbli. Minħabba n-natura frammentata ta' xi swieq tat-tisħin u t-tkessiħ, huwa ta' importanza kbira li tiġi żgurata flessibilità fit-tfassil ta' sforzi bħal dawn. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-użu potenzjali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli ma jkollux effetti sekondarji ta' ħsara fuq l-ambjent u fuq is-saħħa pubblika.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Premessa 59a (ġdida)
(59a)  Il-konsumaturi domestiċi u l-komunitajiet involuti fil-kummerċ tal-flessibbiltà, l-awtokonsum jew il-bejgħ tal-elettriku awtoġenerat tagħhom, għandhom iżommu d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi, inklużi d-drittijiet li jkollhom kuntratt ma' fornitur tal-għażla tagħhom u li jibdlu l-fornitur.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Premessa 60
(60)  Is-sinerġiji potenzjali bejn sforz biex jiżdied l-użu ta' tisħin u tkessiħ rinnovabbli u l-iskemi eżistenti fid-Direttivi 2010/31/UE u 2012/27/UE għandhom jiġu enfasizzati. L-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-istrutturi amministrattivi eżistenti biex jiġi implimentat dan l-isforz, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv.
(60)  L-użu tat-tisħin jew tat-tkessiħ effiċjenti bbażat fuq l-enerġija rinnovabbli għandu jimxi id f'id ma' ristrutturar fil-fond tal-bini, biex b'hekk jitnaqqsu d-domanda għall-enerġija u l-ispejjeż għall-konsumaturi u jingħata kontribut biex jittaffa l-faqar enerġetiku kif ukoll biex jinħolqu impjiegi lokali kwalifikati. Għal dak il-għan, is-sinerġiji potenzjali bejn il-ħtieġa li jiżdied l-użu ta' tisħin u tkessiħ rinnovabbli u l-iskemi eżistenti fid-Direttivi 2010/31/UE u 2012/27/UE jenħtieġ li jiġu enfasizzati. L-Istati Membri, sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-istrutturi amministrattivi eżistenti biex jiġi implimentat dan l-isforz, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Premessa 61a (ġdida)
(61a)  Fil-qasam tat-Trasport Intelliġenti huwa importanti li jiżdiedu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-mobbiltà elettrika fit-toroq, kif ukoll li titħaffef l-integrazzjoni tat-teknoloġiji avvanzati fil-ferroviji innovattivi billi tingħata spinta lill-inizjattiva Shift2Rail li hija ta' benefiċċju għal trasport pubbliku nadif.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Premessa 62
(62)  L-Istrateġija Ewropea għal mobilità b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju ta' Lulju 2016 ġibdet l-attenzjoni li l-bijokarburanti magħmula mill-ikel għandhom rwol limitat fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali u sostitwiti minn bijokarburanti avanzati. Bi tħejjija għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti avanzati u li jimminimizzaw l-impatti indiretti kumplessivi tat-tibdil fl-użu tal-art, ikun jixraq li jitnaqqas l-ammont ta' bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf li jista' jingħadd lejn il-mira tal-Unjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.
(62)  Fejn il-bur jew l-art agrikola li qabel kienet iddestinata għall-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf tinbidel għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, id-domanda li ma tkunx għall-karburanti xorta waħda trid tiġi ssodisfata jew bl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni attwali jew billi art mhux agrikola tinbidel għall-produzzjoni band'oħra. Dan tal-aħħar jikkostitwixxi tibdil indirett fl-użu tal-art u meta jinvolvi l-bidla ta' art b'ħażna kbira ta' karbonju dan jista' jwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra. L-Istrateġija Ewropea għal mobilità b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju ta' Lulju 2016 ġibdet l-attenzjoni li l-bijokarburanti magħmula mill-ikel għandhom rwol limitat fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali u sostitwiti minn bijokarburanti avanzati. Bi tħejjija għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti avanzati u li jimminimizzaw l-impatti indiretti kumplessivi tat-tibdil fl-użu tal-art, ikun jixraq li jitnaqqas l-ammont ta' bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf li jista' jingħadd lejn il-mira tal-Unjoni stabbiliti f'din id-Direttiva filwaqt li ssir distinzjoni bejn bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel b'effiċjenza għolja fir-rigward tal-gassijiet b'effett ta' serra u riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art. L-implimentazzjoni tal-bijokarburanti u tal-mobbiltà elettrika jenħtieġ li titħaffef.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Premessa 63a (ġdida)
(63a)  L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għan li jżidu t-taħlita tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inaqqsu l-konsum totali ta' enerġija fit-trasport u jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-setturi kollha tat-trasport. Il-miżuri biex jagħmlu dan jistgħu jiġu promossi kemm fl-ippjanar tat-trasport, kif ukoll fil-produzzjoni ta' karozzi b'aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Premessa 63b (ġdida)
(63b)  L-istandards dwar l-effiċjenza tal-karburanti għat-trasport bit-triq jipprovdu mod effettiv sabiex fil-futur jiġi promoss l-użu ta' alternattivi għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport u jinkiseb aktar tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. L-istandards dwar l-effiċjenza tal-karburanti jenħtieġ li jkunu konformi mal-iżviluppi fit-teknoloġija u fil-miri klimatiċi u tal-enerġija.
Emenda 286
Proposta għal direttiva
Premessa 63c (ġdida)
(63c)  Il-bijokarburanti avvanzati mistennija jkollhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-avjazzjoni, u għalhekk l-obbligu ta' inkorporazzjoni jenħtieġ li jitwettaq ukoll speċifikament fir-rigward tal-karburanti fornuti lis-settur tal-avjazzjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati politiki fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex jitħeġġu miżuri operattivi biex jiġu ffrankati l-karburanti fit-tbaħħir, flimkien ma' sforzi ta' riċerka u żvilupp biex jiżdied it-trasport bil-baħar li jaħdem bl-enerġija tar-riħ u dik solari.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Premessa 65a (ġdida)
(65a)  Sabiex ikun hemm kunsiderazzjoni aktar preċiża tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli fit-trasport, jenħtieġ li tiġi żviluppata metodoloġija adatta u jenħtieġ li jiġu esplorati soluzzjonijiet tekniċi u teknoloġiċi differenti għal dak l-għan.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Premessa 66
(66)  Materja prima għall-ipproċessar industrijali u produttiv li għandha impatti baxxi fuq it-tibdil indirett fl-użu tal-art meta tkun użata għall-bijokarburanti, għandha tiġi promossa sabiex tagħti kontribut għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija. B'mod partikolari materja prima għal bijokarburanti avvanzati, li tapplika teknoloġija aktar innovattiva u anqas matura u li għalhekk jeħtieġ livell ogħla ta' appoġġ, għandha tiġi inkluża f'Anness ma' din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat li dan l-Anness jiġi aġġornat mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġu evitati l-effetti negattivi mhux intenzjonati, għandha ssir evalwazzjoni wara l-adozzjoni tad-Direttiva sabiex tivvaluta l-possibbiltà li l-Anness jiġi estiż għal materja prima ġdida.
(66)  Materja prima għall-ipproċessar industrijali u produttiv li jenħtieġ li impatti baxxi fuq it-tibdil indirett fl-użu tal-art meta tkun użata għall-bijokarburanti, għandha tiġi promossa sabiex tagħti kontribut għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija. B'mod partikolari materja prima għal bijokarburanti avvanzati, li tapplika teknoloġija aktar innovattiva u anqas matura u li għalhekk jeħtieġ livell ogħla ta' appoġġ, jenħtieġ li tiġi inkluża f'Anness ma' din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat li dan l-Anness jiġi aġġornat mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġu evitati l-effetti negattivi mhux intenzjonati, jenħtieġ li jiġi evalwat b'mod regolari.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Premessa 68
(68)  Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-bijomassa bħala kontribut għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija permezz tal-użi tagħha għall-materjali u l-enerġija, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu mobilizzazzjoni sostenibbli akbar tal-injam eżistenti u tar-riżorsi agrikoli u l-iżvilupp ta' sistemi ġodda ta' silvikultura u produzzjoni agrikola.
(68)  Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-bijomassa bħala kontribut għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija permezz tal-użi tagħha għall-materjali u l-enerġija, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu użi tal-enerġija biss minn mobilizzazzjoni sostenibbli akbar tal-injam eżistenti u tar-riżorsi agrikoli u l-iżvilupp ta' sistemi ġodda ta' silvikultura u produzzjoni agrikola sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji ta' sostenibbiltà u ta' ffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.
Emenda 287
Proposta għal direttiva
Premessa 68a (ġdida)
(68a)  Is-sinerġija bejn l-ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija u l-promozzjoni ta' enerġija rinnovabbli jenħtieġ li tkun enfasizzata aktar sabiex jiġi żgurat l-aqwa użu tal-materja prima u l-aqwa eżitu ambjentali. Il-miżuri ta' politika adottati mill-Unjoni u l-Istati Membri bħala appoġġ fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jqisu dejjem il-prinċipju tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-użu mtejjeb tal-bijomassa.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Premessa 69
(69)  Biokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa għandhom dejjem jiġu prodotti b'manjiera sostenibbli. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa użati għall-konformità mal-mira tal-Unjoni stabbiliti f'din id-Direttiva, li jibbenefikaw minn skemi ta' sostenn, għandhom għalhekk jiġu meħtieġa jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.
(69)  L-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li dejjem tiġi prodotta b'manjiera sostenibbli. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa użati għall-konformità mal-miri stabbiliti f'din id-Direttiva, u dawk il-forom ta' enerġija rinnovabbli li jibbenefikaw minn skemi ta' sostenn, jenħtieġ li għalhekk jiġu meħtieġa jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Premessa 71
(71)  Il-produzzjoni ta' materja prima agrikola għall-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa, u l-inċentivi għall-użu tagħhom previst f'din id-Direttiva, m'għandhomx ikollhom l-effett li jinkoraġġixxu l-qerda ta' artijiet bijodiversi. It-tali riżorsi limitati, rikonoxxuti f'diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta' valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreservati. Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprovduti kriterji ta' sostenibbiltà u għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li jiżguraw li l-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa jikkwalifikaw għall-inċentivi biss meta jkun ggarantit li il-materja prima agrikola ma toriġinax f'żoni bijodiversi jew, fil-każ ta' żoni ddedikati għal skopijiet ta' protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu, l-awtorità kompetenti rilevanti turi li jintwera li l-produzzjoni tal-materja prima agrikola ma tinterferix mat-tali skopijiet. Il-foresti għandhom jitqiesu bħala bijodiversi skont il-kriterji tas-sostennibbiltà, meta jkunu foresti primarji kont id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-evalwazzjoni tagħha dwar ir-Riżorsi Globali tal-Foresti, jew fejn huma protetti mil-liġijiet nazzjonali għall-protezzjoni tan-natura. Żoni fejn isir il-ġbir ta' prodotti forestali minbarra l-injam għandhom jiġu meqjusa bħala foresti bijodiversi, bil-kondizzjoni li l-impatt tal-bniedem ikun żgħir. Tipi oħra ta' foresti kif definiti mill-FAO, bħal foresti naturali modifikati, foresti semi-naturali u pjantaġġuni, m'għandhomx jitqiesu bħala foresti primarji. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b'bijodiversità għolja ta' ċerti artijiet bil-ħaxix, kemm moderati u kemm tropikali, inklużi savani, steppi, artijiet neqsin mix-xita u prateriji b'bijodiversità għolja, lill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa magħmulin minn materja prima agrikola li toriġina minn artijiet bħal dawn m'għandhomx jikkwalifikaw għall-inċentivi previsti f'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanddom bijodiversità għolja skont l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u l-istandards internazzjonali rilevanti.
(71)  Il-produzzjoni ta' materja prima agrikola għall-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa, u l-inċentivi għall-użu tagħhom previst f'din id-Direttiva, m'għandux ikollhom, jew iħeġġu, effett detrimentali fuq il-bijodiversità fi ħdan l-Unjoni jew barra minnha. It-tali riżorsi limitati, rikonoxxuti f'diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta' valur għall-bnedmin kollha, jenħtieġ li jkunu ppreservati. Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprovduti kriterji ta' sostenibbiltà u għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li jiżguraw li l-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa jikkwalifikaw għall-inċentivi biss meta jkun ggarantit li il-materja prima agrikola ma toriġinax f'żoni bijodiversi jew, fil-każ ta' żoni ddedikati għal skopijiet ta' protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu, l-awtorità kompetenti rilevanti turi li jintwera li l-produzzjoni tal-materja prima agrikola ma tinterferix mat-tali skopijiet. Il-foresti jenħtieġ li jitqiesu bħala bijodiversi skont il-kriterji tas-sostennibbiltà, meta jkunu foresti primarji kont id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-evalwazzjoni tagħha dwar ir-Riżorsi Globali tal-Foresti, jew fejn huma protetti mil-liġijiet nazzjonali għall-protezzjoni tan-natura. Żoni fejn isir il-ġbir ta' prodotti forestali minbarra l-injam jenħtieġ li jiġu meqjusa bħala foresti bijodiversi, bil-kondizzjoni li l-impatt tal-bniedem ikun żgħir. Tipi oħra ta' foresti kif definiti mill-FAO, bħal foresti naturali modifikati, foresti semi-naturali u pjantaġġuni, jenħtieġ li ma jitqisux bħala foresti primarji. Madankollu, il-bijodiversità, kif ukoll il-kwalità, is-saħħa, il-vijabbiltà u l-vitalità ta' tali foresti jenħtieġ li jiġu żgurati. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b'bijodiversità għolja ta' ċerti artijiet bil-ħaxix, kemm moderati u kemm tropikali, inklużi savani, steppi, artijiet neqsin mix-xita u prateriji b'bijodiversità għolja, lill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa magħmulin minn materja prima agrikola li toriġina minn artijiet bħal dawn jenħtieġ li ma jikkwalifikawx għall-inċentivi previsti f'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi kriterji xierqa biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanddom bijodiversità għolja skont l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u l-istandards internazzjonali rilevanti.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Premessa 72a (ġdida)
(72a)  Il-kriterji tas-sostenibbiltà tal-UE għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jenħtieġ li jiżguraw li t-tranżizzjoni għall-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju tappoġġja l-objettivi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu ‘L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari’ u tkun iggwidata bis-sħiħ mill-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Premessa 73
(73)  Il-materja prima agrikola mill-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa ma għandhiex tiġi prodotta minn art tal-pit peress li l-kultivazzjoni tal-materja prima fuq art tal-pit tirriżulta f'telf sinifikanti tal-istokk tal-karbonju jekk l-art tkompli tiġi iddrejnjata għal dak il-għan filwaqt li n-nuqqas tat-tali drenaġġ ma jkunx jista' jiġi vverifikat faċilment.
(73)  Il-materja prima agrikola mill-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa ma għandhiex tiġi prodotta minn art tal-pit jew minn art mistagħdra fejn dan ikun jinvolvi drenaġġ tal-ħamrija peress li l-kultivazzjoni tal-materja prima fuq art tal-pit jew fuq art mistagħdra tirriżulta f'telf sinifikanti tal-istokk tal-karbonju jekk l-art tkompli tiġi iddrejnjata għal dak il-għan.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Premessa 74a (ġdida)
(74a)  Il-materja prima agrikola għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jenħtieġ li tiġi prodotta permezz ta' prattiki konsistenti mal-protezzjoni tal-kwalità tal-ħamrija u tal-karbonju organiku fil-ħamrija.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Premessa 75
(75)  Jixraq li jiddaħħlu kriterji madwar l-Unjoni kollha dwar is-sostennibbiltà u l-emissjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-karburanti mill-bijomassa użati fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u tat-tisħin u t-tkessiħ, ħalli jitkompla jiġi żgurat l-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra bi tqabbil mal-karburanti fossoli, biex b'hekk jiġu evitati impatti mhux intenzjonati fuq is-sostennibbiltà, u jitħeġġeġ is-suq intern.
(75)  Jixraq li jiddaħħlu kriterji madwar l-Unjoni kollha dwar is-sostennibbiltà u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-karburanti mill-bijomassa użati fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u tat-tisħin u t-tkessiħ, ħalli jitkompla jiġi żgurat l-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra bi tqabbil mal-karburanti fossili, biex b'hekk jiġu evitati impatti mhux intenzjonati fuq is-sostennibbiltà, u jitħeġġeġ is-suq intern. Mingħajr preġudizzju għar-rispett strett tar-riżorsi primarji b'valur ambjentali għoli, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jkunu kapaċi jużaw il-potenzjal tar-riżorsi tagħhom sabiex iżidu l-produzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u l-indipendenza enerġetika tagħhom.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Premessa 76
(76)  Biex jiġi żgurat dan, minkejja d-domanda kull ma jmur qed tikber għall-bijomassa mill-foresti, il-ħsad isir b'mod sostenibbli fil-foresti fejn ir-riġenerazzjoni hija żgurata, tingħata attenzjoni speċjali lil dawk iż-żoni li huma espliċitament magħżula għall-protezzjoni tal-bijodiversità, lil pajsaġġi u elementi naturali speċifiċi, jiġu kkonservati r-riżorsi tal-bijodiversità u jiġu ttraċċati l-istokkijiet tal-karbonju, bil-materja prima tal-injam tiġi biss minn foresti li huma maħsuda skont il-prinċipji tal-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti skont proċessi forestarji internazzjonali bħal Forest Europe u bl-implimentazzjoni permezz tal-liġijiet nazzjonali jew l-aħjar prattiċi ta' mmaniġġjar fil-livell tal-azjendi forestali. L-operaturi għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jimminimizzaw ir-risju li jużaw bijomassa mill-foresti mhux sostenibbli għall-produzzjoni tal-bijoenerġija. Għal dan il-għan, l-operaturi għandhom iqiegħdu fis-seħħ approċċ imsejjes fuq ir-riskju. F'dan il-kuntest, jixraq li l-Kummissjoni tiżviluppa gwida operattiva dwar il-verifikazzjoni tal-konformità mal-approċċ imsejjes fuq ir-riskju, wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, u l-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE24.
(76)  Biex jiġi żgurat dan, minkejja d-domanda kull ma jmur qed tikber għall-bijomassa mill-foresti, il-ħsad isir b'mod sostenibbli fil-foresti fejn ir-riġenerazzjoni hija żgurata, tingħata attenzjoni speċjali lil dawk iż-żoni li huma espliċitament magħżula għall-protezzjoni tal-bijodiversità, lil pajsaġġi u elementi naturali speċifiċi, jiġu kkonservati r-riżorsi tal-bijodiversità u jiġu ttraċċati l-istokkijiet tal-karbonju, bil-materja prima tal-injam tiġi biss minn foresti li huma maħsuda skont il-prinċipji tal-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti skont proċessi forestarji internazzjonali bħal Forest Europe u bl-implimentazzjoni permezz tal-liġijiet nazzjonali jew l-aħjar prattiċi ta' mmaniġġjar fil-livell tal-bażi tal-provvista. L-operaturi jenħtieġ li jiżguraw li jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati u limitati l-konsegwenzi negattivi tal-ħsad fl-ambjent. Għal dan il-għan, l-operaturi jenħtieġ li jqiegħdu fis-seħħ approċċ imsejjes fuq ir-riskju. F'dan il-kuntest, jixraq li l-Kummissjoni tiżviluppa arranġamenti għall-implementazzjoni tar-rekwiżiti bbażati fuq l-aħjar prattiki tal-Istati Membri kif ukoll gwida operattiva dwar il-verifikazzjoni tal-konformità mal-approċċ imsejjes fuq ir-riskju, wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, u l-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE24.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Premessa 76a (ġdida)
(76a)  Jekk kriterju wieħed relatat mas-sostenibbiltà tal-bijomassa tal-foresti mhix previst fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali, jenħtieġ li tiġi pprovduta aktar informazzjoni li tikkorrispondi għal dak il-kriterju fil-livell ta' bażi tal-provvista mingħajr il-ħtieġa li tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar il-kriterji diġà ssodisfati fil-livell tal-Istat Membru.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Premessa 76b (ġdida)
(76b)  Jenħtieġ li jiġi adottat approċċ ibbażat fuq ir-riskju, qabel kollox fil-livell nazzjonali. Jekk ir-rekwiżiti ta' kriterju wieħed mhumiex previsti fil-liġi nazzjonali jew il-monitoraġġ, l-informazzjoni rigward dik il-parti jenħtieġ li tingħata fil-livell ta' bażi tal-provvista sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' produzzjoni tal-bijomassa tal-foresti mhux sostenibbli.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Premessa 76c (ġdida)
(76c)  Il-ħsad għall-għanijiet ta' enerġija żdied u huwa mistenni li jkompli jikber, u dan jirriżulta f'aktar importazzjonijiet ta' materja prima minn pajjiżi terzi kif ukoll f'żieda fil-produzzjoni ta' dawk il-materjali fi ħdan l-Unjoni. L-operaturi jenħtieġ li jiżguraw li l-ħżin isir skont il-kriterji tas-sostenibbiltà.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Premessa 78
(78)  Il-karburanti mill-bijomassa għandhom jiġu konvertiti f'elettriku u sħana b'mod effiċjenti ħalli jiġu masimizzati s-sigurtà tal-enerġija u l-iffrankar fil-gassijiet b'effett ta' serra, kif ukoll biex jitrażżnu l-emissjonijiet tal-pollutanti tal-arja u tiġi minimizzata l-pressjoni fuq ir-riżorsi limitati tal-bijomassa. Għal dan il-għan, l-appoġġ pubbliku għal stallazzjonijiet b'kapaċità ta' karburant ta' 20 MW jew aktar, jekk ikun meħtieġ, għandu jingħata biss lil stallazzjonijiet effiċjenti ħafna li jikkombinaw il-produzzjoni tal-qawwa elettrika u s-sħana kif definit fl-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE. L-iskemi ta' appoġġ eżistenti għall-elettriku msejjes fuq il-bijomassa għandhom madankollu jitħallew sakemm jaslu fi tmiemhom għall-istallazzjonijiet kollha tal-bijomassa. Barra minn hekk, l-elettriku prodott mill-bijomassa f'stallazzjonijiet ġodda b'kapaċità ta' karburant ta' 20 MW jew aktar għandu jgħodd biss bħala parti mill-miri u l-obbligi dwar l-enerġija rinnovabbli fil-każijiet ta' stallazzjonijiet effiċjenti ħafna li jikkumbinaw il-ġenerazzjoni tal-qawwa elettrika u s-sħana. Skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom madankollu jitħallew jagħtu appoġġ pubbliku għall-produzzjoni tas-sorsi rinnovabbli lill-istallazzjonijiet, u jgħoddu l-elettriku li jipproduċu mal-miri u l-obbligi dwar l-enerġija rinnovabbli, ħalli tiġi evitata dipendenza akbar fuq il-karburanti fossili b'impatti ambjentali u klimatiċi akbar f'każijiet fejn, wara li ġew eżawsti l-possibiltajiet tekniċi u ekonomiċi kollha biex jiġu stallati stallazzjonijiet tal-bijomassa effiċjenti ħafna li jikkombinaw is-sħana mal-qawwa elettrika, l-Istati Membri jisfaw iħabbtu wiċċhom ma' riskju sostanzjat ta' skarsezza tal-provvista tal-elettriku.
(78)  Il-karburanti mill-bijomassa għandhom jiġu konvertiti f'elettriku u sħana b'mod effiċjenti ħalli jiġu masimizzati s-sigurtà tal-enerġija u l-iffrankar fil-gassijiet b'effett ta' serra, kif ukoll biex jitrażżnu l-emissjonijiet tal-pollutanti tal-arja u tiġi minimizzata l-pressjoni fuq ir-riżorsi limitati tal-bijomassa. Għal dan il-għan, l-appoġġ pubbliku għal stallazzjonijiet b'kapaċità ta' karburant ta' 20 MW jew aktar, jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li jingħata biss lil stallazzjonijiet effiċjenti ħafna li jikkombinaw il-produzzjoni tal-qawwa elettrika u s-sħana kif definit fl-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE. L-iskemi ta' appoġġ eżistenti għall-elettriku msejjes fuq il-bijomassa jenħtieġ li madankollu jitħallew sakemm jaslu fi tmiemhom għall-istallazzjonijiet kollha tal-bijomassa. Barra minn hekk, l-elettriku prodott mill-bijomassa f'installazzjonijiet ġodda b'kapaċità ta' karburant ta' 20 MW jew aktar jenħtieġ li jgħodd biss bħala parti mill-miri u l-obbligi dwar l-enerġija rinnovabbli fil-każijiet ta' stallazzjonijiet effiċjenti ħafna li jikkumbinaw il-ġenerazzjoni tal-qawwa elettrika u s-sħana. Skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jenħtieġ li madankollu jitħallew jagħtu appoġġ pubbliku għall-produzzjoni tas-sorsi rinnovabbli lill-istallazzjonijiet, u jgħoddu l-elettriku li jipproduċu mal-miri u l-obbligi dwar l-enerġija rinnovabbli, ħalli tiġi evitata dipendenza akbar fuq il-karburanti fossili b'impatti ambjentali u klimatiċi akbar f'każijiet fejn, wara li ġew eżawsti l-possibiltajiet tekniċi u ekonomiċi kollha biex jiġu stallati stallazzjonijiet tal-bijomassa effiċjenti ħafna li jikkombinaw is-sħana mal-qawwa elettrika, l-Istati Membri jisfaw iħabbtu wiċċhom ma' riskju sostanzjat ta' skarsezza tal-provvista tal-elettriku. B'mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ għal installazzjonijiet effiċjenti ħafna ta' enerġiji rinnovabbli mill-bijomassa fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-effiċjenza ta' dawn l-enerġiji rinnovabbli, adattati għall-karatteristiċi ta' dawn ir-reġjuni.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Premessa 80
(80)  Abbażi tal-esperjenza fl-implimentazzjoni prattika tal-kriterji tas-sostennibbiltà tal-Unjoni, jixraq li jissaħħaħ ir-rwol tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni nazzjonali u internazzjonali volontraji għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostennibbiltà b'mod armonizzat.
(80)  Abbażi tal-esperjenza fl-implimentazzjoni prattika tal-kriterji tas-sostennibbiltà tal-Unjoni, jixraq li jitqies ir-rwol tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni nazzjonali u internazzjonali volontraji għall-verifika tal-konformità mal-kriterji tas-sostennibbiltà b'mod armonizzat.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Premessa 82
(82)  L-iskemi volontarji jilgħabu parti kull ma jmur dejjem aktar importanti fil-provvediment ta' evidenza ta' konformità mal-kriterji tas-sostennibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra fil-każijiet tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa. Jixraq għaldaqstant li l-Kummissjoni tirrikjedi li l-iskemi volontarji, inklużi dawk li diġà huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni, jirrapportaw regolarment dwar l-attività tagħhom. It-tali rapporti għandhom isiru pubbliċi ħalli tiżdied it-trasparenza u tittejjeb is-superviżjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, it-tali rappurtar ikun jipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-operat tal-iskemi volontarji bil-ħsieb li tiġi identifikata l-aħjar prattika u biex tiġi ppreżentata proposta, jekk dan ikun jixraq, ħalli t-tali prattika tajba tiġi promossa aktar.
(82)  L-iskemi volontarji jista' jkollhom rwol importanti fil-provvediment ta' evidenza ta' konformità mal-kriterji minimi tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fil-każ tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa. Jixraq għaldaqstant li l-Kummissjoni tirrikjedi li l-iskemi volontarji, inklużi dawk li diġà huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni, jirrapportaw regolarment dwar l-attività tagħhom. It-tali rapporti jenħtieġ li jsiru pubbliċi ħalli tiżdied it-trasparenza u tittejjeb is-superviżjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, it-tali rappurtar ikun jipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-operat tal-iskemi volontarji bil-ħsieb li tiġi identifikata l-aħjar prattika u biex tiġi ppreżentata proposta, jekk dan ikun jixraq, ħalli t-tali prattika tajba tiġi promossa aktar.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Premessa 84
(84)  Bil-għan li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat, għandha tiġi stabbilita lista ta' valuri awtomatiċi għal mogħdijiet komuni ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa u dik il-lista għandha tiġi aġġornata u għandha titwessa' meta jkun hemm disponibbli aktar data affidabbli. L-operaturi ekonomiċi għandhom dejjem ikunu intitolati li jikklejmjaw il-livell ta' ffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fir-rigward tal-bijokarburanti bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa stabbiliti minn dik il-lista. Fejn il-valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra minn mogħdija tal-produzzjoni huwa taħt il-livell minimu meħtieġ tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra, il-produtturi li jixtiequ juru l-konformità tagħhom ma' dan il-livell minimu għandhom jintalbu juru li l-emissjonijiet reali mill-proċess tagħhom ta' produzzjoni huma iktar baxxi minn dawk li kienu maħsuba fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi.
(84)  Bil-għan li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' valuri awtomatiċi għal mogħdijiet komuni ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa u dik il-lista għandha tiġi aġġornata u għandha titwessa' meta jkun hemm disponibbli aktar data affidabbli. L-operaturi ekonomiċi dejjem għandhom ikunu intitolati li jikklejmjaw il-livell dirett ta' ffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra fir-rigward tal-bijokarburanti bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa stabbiliti minn dik il-lista. Fejn il-valur awtomatiku għall-iffrankar dirett tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra minn mogħdija tal-produzzjoni huwa taħt il-livell minimu meħtieġ tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra, il-produtturi li jixtiequ juru l-konformità tagħhom ma' dan il-livell minimu għandhom jintalbu juru li l-emissjonijiet reali mill-proċess tagħhom ta' produzzjoni huma iktar baxxi minn dawk li kienu maħsuba fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi.
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Premessa 85
(85)  Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli ċari għall-kalkolu tal-emissjoni ta' gass b'effett serra mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa u l-karburanti fossili ta' riferiment tagħhom.
(85)  Jeħtieġ li jkunu stabbiliti regoli ċari abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa u l-karburanti fossili ta' riferiment tagħhom.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Premessa 99
(99)   Biex jiġu emendati jew issupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista tal-materji prima għall-produzzjoni tal-bijokarburanti avvanzati, li l-kontribut tagħhom lejn l-obbligu tal-fornituri tal-karburant fit-trasport huwa limitat. l-adattament tal-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport għall-progress xjentifiku u tekniku; il-metodoloġija biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-bijokarburant li jirriżulta mill-ipproċessar tal-bijomassa bil-karburanti fossili f’proċess komuni; l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar l-għarfien reċiproku tal-garanziji tal-oriġini; l-istabbiliment ta’ regoli għall-monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini; u r-regoli għall-kalkolu tal-impatt tal-gass b’effett serra tal-bijokarburanti, bijolikwidi u tal-karburant fossili ta’ referenza għat-tqabbil magħhom Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(99)   Biex jiġu emendati jew issupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista tal-materji prima għall-produzzjoni tal-bijokarburanti avvanzati, li l-kontribut tagħhom lejn l-obbligu tal-fornituri tal-karburant fit-trasport huwa limitat. l-adattament tal-kontenut tal-enerġija tal-karburanti tat-trasport għall-progress xjentifiku u tekniku; il-metodoloġija biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-bijokarburant li jirriżulta mill-ipproċessar tal-bijomassa bil-karburanti fossili f’proċess komuni; l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar l-għarfien reċiproku tal-garanziji tal-oriġini; l-istabbiliment ta’ regoli għall-monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini; r-regoli għall-kalkolu tal-impatt tal-gass b’effett serra tal-bijokarburanti, bijolikwidi u tal-karburant fossili ta’ referenza għat-tqabbil magħhom; l-istabbiliment tal-perjodu massimu ta' ħlas lura permess bħala kriterju ta' sostenibbiltà, b'mod partikolari għall-bijomassa linjoċellulożika; u sabiex tkun żgurata trasparenza sħiħa fis-setturi kollha tal-produzzjoni tal-enerġija, il-Kummissjoni, l-istabbiliment sal-31 ta' Diċembru 2018 tal-kriterji tal-produzzjoni għall-karburanti fossili u għall-enerġiji fossili. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 288
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
(a)  "enerġija minn sorsi rinnovabbli" tfisser l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b'mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx (solari termiċi u solari fotovoltajċi) u, enerġija ġeotermika, sħana ambjentali, marea, mewġ u enerġija oħraï oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u bijogassijiet;
a)  "enerġija minn sorsi rinnovabbli" tfisser l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b'mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx (solari termiċi u solari fotovoltajċi) u, enerġija ġeotermika, enerġija ambjentali, marea, mewġ u enerġija oħra oċeanika, idroenerġija, bijomassa, bijometan, gass mill-miżbla, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u bijogassijiet;
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b)  "sħana ambjentali" tfisser enerġija mis-sħana f'livell ta' temperatura siewi li hija estratta jew maqbuda permezz ta' pompi tas-sħana li jeħtieġu l-elettriku jew xi enerġija awżiljarja oħra biex jaħdmu, u li tista' tinħażen fl-arja ambjentali, taħt wiċċ art solida jew f'wiċċ l-ilma. Il-valuri rappurtati għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-istess metodoloġija użata għar-rappurtar tal-enerġija tas-sħana estratta jew maqbuda mill-pompi tas-sħana;
(b)  "enerġija ambjentali" tfisser enerġija termali f'livell ta' temperatura siewi li tista' tinħażen fl-arja ambjentali, minbarra l-arja tal-egżost, fl-ilma tal-wiċċ jew fid-dranaġġ. Il-valuri rappurtati għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-istess metodoloġija użata għar-rappurtar tal-enerġija tas-sħana estratta jew maqbuda mill-pompi tas-sħana;
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  "enerġija ġeotermali" tfisser enerġija maħżuna fil-forma ta' sħana taħt il-wiċċ ta' art solida;
Emenda 289
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c)  "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta' prodotti, skart u residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inklużi sustanzi veġetali u mill-annimali, l-industriji forestali u industriji relatati inkluż is-sajd u l-akwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta' skart, inkluż skart industrijali u muniċipali ta' oriġini bijoloġika;
(c)  "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta' prodotti, skart u residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikoltura inklużi sustanzi veġetali u mill-annimali, l-industriji forestali u industriji relatati inkluż is-sajd u l-akwakultura iżda esklużi l-pit u l-materjal inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi u/jew ittrasformat f'fossili – kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta' skart, inkluż skart industrijali, kummerċjali u muniċipali ta' oriġini bijoloġika u l-batterji;
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
(d)  "konsum finali gross tal-enerġija" tfisser il-prodotti tal-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi inklużi s-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta' elettriku u sħana mill-fergħa tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana u inkluż it-telf ta' elettriku u sħana fid-distribuzzjoni u t-trasmissjoni;
(d)  "konsum finali gross tal-enerġija" tfisser il-prodotti tal-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi inklużi s-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta' elettriku u sħana mill-fergħa tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku, is-sħana u l-karburanti għat-trasport u inkluż it-telf ta' elettriku u sħana fid-distribuzzjoni u t-trażmissjoni;
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
(e)  "tisħin distrettwali" jew "tkessiħ distrettwali" tfisser id-distribuzzjoni ta' enerġija termali f'forma ta' fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta' produzzjoni ċentrali permezz ta' network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta' tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew proċess;
(e)  "tisħin distrettwali" jew "tkessiħ distrettwali" tfisser id-distribuzzjoni ta' enerġija termali f'forma ta' fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sorsi ta' produzzjoni ċentrali jew deċentralizzati permezz ta' network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta' tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew proċess;
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
(f)  "bijolikwidi" tfisser karburant likwidu għal għanijiet ta' enerġija minbarra għat-trasport, inklużi l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott mill-bijomassa;
(f)  "bijolikwidi" tfisser karburant likwidu għal għanijiet ta' enerġija minbarra għat-trasport, inklużi l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott mill-bijomassa jew bil-bijomassa;
Emenda 290
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g
(g)  "bijokarburanti" tfisser karburant likwidu għat-trasport prodott mill-bijomassa;
(g)  "bijokarburanti" tfisser karburant likwidu jew gassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa jew permezz tagħha;
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt i
(i)  "skema ta' sostenn" tfisser kull strument, skema jew mekkaniżmu applikat minn Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri, li jippromwovu l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta' dik l-enerġija, b'żieda tal-prezz li bih tista' tinbiegħ, jew b'żieda, permezz ta' obbligu ta' enerġija rinnovabbli jew b'mod ieħor, tal-volum ta' din l-enerġija mixtrija.Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, l-għajnuna għall-investiment, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mit-taxxi, ir-rifużzjonijiet tat-taxxa, l-iskemi ta' sostenn għall-obbligu ta' enerġija rinnovabbli, u l-iskemi ta' sostenn, inklużi dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi, iżda wkoll l-iskemi diretti ta' sostenn għall-prezzijiet, inklużi tariffi "feed-in" u ħlasijiet ta' primjums;
(i)  "skema ta' sostenn" tfisser kull strument, skema jew mekkaniżmu applikati minn Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri, li jippromwovu l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta' dik l-enerġija, b'żieda tal-prezz li tista' tinbiegħ bih, jew b'żieda, permezz ta' obbligu ta' enerġija rinnovabbli jew b'mod ieħor, tal-volum ta' din l-enerġija mixtrija. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, l-għajnuna għar-riċerka u għall-investiment, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mit-taxxi, ir-rifużjonijiet tat-taxxa, l-iskemi ta' sostenn għall-obbligu ta' enerġija rinnovabbli, inklużi dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi, iżda wkoll l-iskemi diretti ta' sostenn għall-prezzijiet, inklużi tariffi "feed-in" u ħlasijiet ta' primjums;
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt q
(q)  "materjal ċellulożiku mhux tal-ikel" tfisser materja prima prinċipalment magħmula minn ċelluloża u emiċelluloża, u b'kontenut aktar baxx ta' linjin minn materjal linjoċellulożiku; hija tinkludi residwi tal-ikel u tal-għalla tal-ikel (bħal tiben, magħlef, ħlief u qxur), għelejjel tal-enerġija ta' ħaxix b'kontenut baxx ta' lamtu (bħal sikrana, switchgrass, miscanthus, kannamieli kbira u, għelejjel ta' kopertura qabel u wara l-għelejjel ewlenin), residwi industrijali (inklużi minn għelejjel għall-ikel u l-għalf wara li żjut veġetali, zokkrijiet, lamti u proteini jkunu ġew estratti), u materjal mill-bijoskart;
(q)  "materjal ċellulożiku mhux tal-ikel" tfisser materja prima prinċipalment magħmula minn ċelluloża u emiċelluloża, u b'kontenut aktar baxx ta' linjin minn materjal linjoċellulożiku; hija tinkludi residwi tal-ikel u tal-għalla tal-ikel (bħal tiben, magħlef, ħlief u qxur), għelejjel tal-enerġija ta' ħaxix b'kontenut baxx ta' lamtu (bħal sikrana, switchgrass, miscanthus, kannamieli kbira u, għelejjel ta' kopertura qabel u wara l-għelejjel ewlenin u għelejjel tal-art bħall-ħaxix, ix-xnien u l-alfalfa), residwi industrijali (inklużi minn għelejjel għall-ikel u l-għalf wara li żjut veġetali, zokkrijiet, lamti u proteini jkunu ġew estratti), u materjal mill-bijoskart;
Emenda 291
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt s
(s)  "karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika" tfisser karburanti likwidi jew gassużi, għajr il-bijokarburanti, li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, u li jintużaw fit-trasport;
(s)  "karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika" tfisser karburanti likwidi jew gassużi li jintużaw fit-trasport, għajr il-bijokarburanti, li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, fejn kwalunkwe materja prima tal-karbonju tinqabad mill-arja ambjentali;
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt z
(z)  "repowering" tfisser it-tiġdid ta' impjanti tal-qawwa elettrika li jipproduċu l-enerġija rinnovabbli, inkluż is-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tal-istallazzjonijiet jew is-sistemi u t-tagħmir tal-operazzjoni, sabiex tinbidel il-kapaċità jew tiżdied l-effiċjenza;
(z)  "repowering" tfisser it-tiġdid ta' impjanti tal-qawwa elettrika li jipproduċu l-enerġija rinnovabbli, inkluż is-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tal-istallazzjonijiet, is-sistemi u t-tagħmir tal-operazzjoni, sabiex tiżdied jew tinbidel il-kapaċità jew tiżdied l-effiċjenza;
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt y
(y)  "sħana jew kesħa mormija" tfisser sħana jew kesħa li hija ġġenerata bħala prodott sekondarju fi stallazzjonijiet industrijali jew tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u li tiġi dissipata bla ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali;
(y)  "sħana jew kesħa mormija" tfisser sħana jew kesħa inevitabbli li hija ġġenerata bħala prodott sekondarju fi stallazzjonijiet industrijali jew installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku (wara l-użu ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jew meta l-koġenerazzjoni ma tkunx fattibbli), jew fis-settur terzjarju,u li tiġi dissipata bla ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali;
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt aa
(aa)  "awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli" tfisser konsumatur kif tiddefinixxih id-Direttiva [MDI Directive] li jikkonsma u jista' jaħżen u jbiegħ l-elettriku minn sorsi rinnovabbli li jiġġenera fil-bini tiegħu, inkluż blokka ta' għadd ta' appartamenti, sit kondiviż jew kummerċjali jew sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, sakemm, fil-każ ta' awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli li mhumiex unitajiet domestiċi, dawk l-attivitajiet ma jikkostitwixxux l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom.
(aa)  "awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli" tfisser konsumatur attiv jew grupp ta' konsumaturi li jaġixxu flimkien kif definiti fid-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (riformulazzjoni), 2016/0380(COD)] li jikkonsmaw u jistgħu' jaħżnu u jbigħu l-elettriku minn sorsi rinnovabbli li jiġġeneraw fil-bini tagħhom, inkluż blokka ta' għadd ta' appartamenti, żona residenzjali, sit ta' servizzi kummerċjali, industrijali jew kondiviż jew fl-istess sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, sakemm, fil-każ ta' awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli li mhumiex unitajiet domestiċi, dawk l-attivitajiet ma jikkostitwixxux l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom;
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt aaa(ġdid)
(aaa)  "komunità tal-enerġija rinnovabbli" tfisser komunità tal-enerġija lokali kif definita fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (riformulazzjoni), 2016/0380(COD)] li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(1) ta' din id-Direttiva;
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt bb
(bb)  "awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli" tfisser il-ġenerazzjoni u l-konsum, u, fejn applikabbli, il-ħażna, ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli minn konsumaturi ta' sorsi rinnovabbli;
(bb)  "awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli" tfisser il-ġenerazzjoni u l-konsum, u, fejn applikabbli, il-ħażna, ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli minn awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli;
Emenda 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt cc
(cc)  "ftehim dwar ix-xiri tal-qawwa elettrika" tfisser kuntratt li bih persuna ġuridika taqbel li tixtri l-elettriku minn sorsi rinnovabbli direttament minn ġeneratur tal-enerġija;
(cc)  "ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija elettrika rinnovabbli" tfisser kuntratt li bih persuna ġuridika jew fiżika taqbel li tixtri l-elettriku minn sorsi rinnovabbli direttament minn ġeneratur tal-enerġija;
Emenda 305
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ee
(ee)  "bijokarburanti avvanzati" tfisser biokarburanti li huma prodotti mill-materji prima elenkati fil-Parti A tal-Anness IX;
(ee)  "bijokarburanti avvanzati" tfisser bijokarburanti li huma prodotti mill-materja prima elenkati fil-Parti A tal-Anness IX u mill-iskart u mill-bijomassa residwa li ma joriġinawx mill-għelejjel tal-ikel jew tal-għalf li fihom il-bijomassa tissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà msemmijin fl-Artikolu 26;
Emenda 103
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ff
(ff)  (ff) "karburanti fossili bbażati fuq l-ilma" tfiser karburanti likwidi u gassużi prodotti minn flussi tal-iskart ta' oriġini mhix rinnovabbli, inklużi gassijiet mill-ipproċessar tal-iskart u gassijiet tal-egżost;
imħassar
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ffa (ġdid)
(ffa)  ‘karburanti tal-karbonju riċiklat’ tfisser karburanti likwidi u gassużi prodotti minn flussi tal-iskart inevitabbli ta' oriġini mhix rinnovabbli, inklużi gassijiet mill-ipproċessar tal-iskart u gassijiet tal-egżost, b'iffrankar sostanzjali tal-gassijiet b'effett ta' serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom; jekk prodotti minn flussi ta' skart solidu, skart li ma jistax jerġa' jintuża u li ma jkunx riċiklabbli mekkanikament biss għandu jintuża, b'rispett sħiħ għall-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE; jekk prodotti minn emissjonijiet ta' proċessi gassużi, dawn iridu jiġu emessi bħala konsegwenza mhux intenzjonata u inevitabbli tal-proċess ta' manifattura; il-proporzjon ta' skart gassuż użat għall-produzzjoni ta' dawn il-karburanti tal-karbonju riċiklat, ma jistax jiġi kkreditat taħt skemi oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, bħall-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet;
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jj
(jj)  "permess tal-ħsad" tfisser dokument uffiċjali li jagħti d-dritt li tinħasad il-bijomassa tal-foresta;
(jj)  "permess tal-ħsad" tfisser permess legali jew dritt simili skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew reġjonali biex tinħasad il-bijomassa tal-foresta;
Emenda 106
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt mm
(mm)  "azjenda forestarja" tfisser medda jew aktar ta' foresta u art imsaġġra oħra li tikkostitwixxi unità waħdanija mill-punt di vista ta' mmaniġġjar jew utilizzazzjoni;
(mm)  "bażi tal-provvista" tfisser ir-reġjun ġeografiku li minnu toriġina l-materja prima tal-bijomassa;
Emenda 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt nn
(nn)  "bijoskart" tfisser skart tal-ġonna jew il-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mill-unitajiet domestiċi, ir-ristoranti, il-caterers u l-postijiet tal-bejgħ, u skart simili mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel;
(nn)  "bijoskart" tfisser bijoskart kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – titolu
Mira kumplessiva vinkolanti tal-Unjoni għall-2030
Mira kumplessiva vinkolanti tal-Unjoni u miri nazzjonali għall-2030
Emenda 109
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-parti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 tkun ta' mill-inqas 27 %.
1.  L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-parti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 tkun ta' mill-inqas 35 %.
Emenda 306
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-forom kollha ta' trasport fl-2030 ikun ta' mill-inqas 12 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru. Sabiex tinkiseb il-mira ta' 12 % tal-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, il-fornituri tal-karburanti jinkludu sehem minimu ta' enerġija rinnovabbli msemmi fl-Artikolu 25.
Sabiex jgħodd għal din il-mira, l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta' bijokarburanti u bijogass għandu jkun f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 26(7) meta mqabbel mal-karburanti fossili, skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 28(1).
Meta l-kontribut mill-bijokarburanti prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf fi Stat Membru huwa inqas minn 2 % u b'hekk mhux biżżejjed biex ikopri d-differenza bejn l-obbligu tal-fornitur tal-karburant u l-mira ta' 12 % għat-trasport, dak l-Istat Membru jista' għaldaqstant jaġġusta l-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 7(1) sa massimu ta' 2 %.
Emenda 111
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Il-kontributi rispettivi tal-Istati Membri lejn din il-mira kumplessiva tal-2030 għandhom jiġu ffissati u nnotifikati lill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjanijiet Integrati Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikoli minn 3 sa 5 u mill-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament [Governance].
2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri biex tintlaħaq din il-mira kumplessiva tal-2030 bħala parti mill-Pjanijiet Integrati Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikoli minn 3 sa 5 u l-Artikoli minn 9 sa 13 tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)]. Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tal-pjanijiet integrati nazzjonali finali dwar l-enerġija u l-klima, imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)], il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri tal-Istati Membri mhumiex biżżejjed biex b'mod kollettiv tintlaħaq il-mira kumplessiva vinkolanti tal-Unjoni, l-Istati Membri b'mira aktar baxxa minn dak li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula stabbilita fl-Anness Ia għandhom jgħollu l-mira tagħhom kif xieraq.
Fejn Stat Membru ma jistax jilħaq il-mira tiegħu minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u ġustifikati debitament, dan jista' jiddevja mill-mira tiegħu b’massimu ta' 10 %, u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-2025. Jekk dan jippreġudika l-ilħuq tal-mira kumplessiva vinkolanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri korrettivi bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)], biex ikopru d-diskrepanza b'mod effettiv.
Emenda 321
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom, inklużi skemi ta' appoġġ, huma mfassla b'mod li jikkonformaw mal-ġerarkija tal-iskart, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u jevitaw effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti sekondarji, l-iskart u r-residwi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-politiki nazzjonali tagħhom u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni fir-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 18(c) tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)].
Emenda 113
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ambizzjoni għolja tal-Istati Membri permezz ta' qafas abilitanti li jikkonsisti fl-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-istrumenti finanzjarji, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kapital għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
4.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ambizzjoni għolja tal-Istati Membri permezz ta' qafas abilitanti li jikkonsisti fl-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-istrumenti finanzjarji, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kapital għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-appoġġ ta' proġetti dwar l-enerġija rinnovabbli b'dimensjoni transkonfinali.
Emenda 114
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – titolu
Appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
Appoġġ għal enerġija minn sorsi rinnovabbli
Emenda 322/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Suġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ffissata fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal skemi ta’ appoġġ. L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jitfasslu b’mod li jevita distorzjonijiet bla bżonn tas-swieq tal-elettriku u li jiżgura li l-produtturi jqisu l-provvista u d-domand tal-elettriku kif ukoll il-limiti possibbli tal-grilja.
1.  Skont l-Artikolu 195 tat-TFUE u suġġett għall-Artikoli 107 u 108 tiegħu, biex jintlaħqu jew jinqabżu l-miri tal-Unjoni u dawk nazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu japplikaw skemi ta' appoġġ. Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn fis-swieq tal-materja prima, l-iskemi ta' appoġġ għall-enerġija rinnovabbli mill-bijomassa għandhom ikunu mfassla biex jevitaw li jinkoraġġixxu l-użu mhux xieraq ta' bijomassa primarjament għall-produzzjoni tal-enerġija jekk ikun hemm użi industrijali jew materjali li jipprovdu aktar valur miżjud, li jista' jinkludi li tingħata prijorità lill-użu ta' skart u ta' residwi. L-Istati Membri għandhom iqisu l-provvista disponibbli ta' bijomassa sostenibbli. L-iskemi ta' appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom ikunu bbażati fuq is-suq, sabiex tkun evitata d-distorsjoni tas-swieq tal-elettriku, u għandhom jiżguraw li l-produtturi jqisu l-provvista u d-domanda tal-elettriku kif ukoll il-kostijiet possibbli tal-integrazzjoni tas-sistema jew il-limiti possibbli tal-grilja.
Emenda 116
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw skemi ta' appoġġ teknoloġikament newtrali jew teknoloġikament speċifiċi. L-iskemi ta' appoġġ teknoloġikament speċifiċi jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)  il-potenzjal fit-tul ta' teknoloġija partikolari;
(b)  il-ħtieġa li tinkiseb diversifikazzjoni teknoloġika jew reġjonali tat-taħlita tal-enerġija;
(c)  l-ippjanar tas-sistema u l-integrazzjoni tal-grilja effiċjenti;
(d)  il-limitazzjonijiet tan-netwerk u l-istabbiltà tal-grilja;
(e)  il-limitazzjonijiet ambjentali.
Emenda 117
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b'mod li jintegra l-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq.
2.  L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b'mod li jimmassimizza l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq, filwaqt li joffru kumpens lil sorsi tal-enerġija rinnovabbli għal distorsjonijiet tas-suq.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżenzjonijiet li jibbenefikaw l-installazzjonijiet fuq skala żgħira ta' anqas minn 500 kW u proġetti ta' dimostrazzjoni. Madankollu, l-elettriku mill-enerġija tar-riħ għandu jkun soġġett għal limitu minimu ta' kapaċità installata tal-elettriku ta' 3 MW jew ta' 3 unitajiet ta' ġenerazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi msemmija fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jappoġġjaw il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli permezz ta' mekkaniżmi u proċeduri oħra.
Emenda 118
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fejn l-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli jingħata permezz ta' proċedura ta’ sejħa għall-offerti, għandu japplika il-paragrafu 3a sakemm l-appoġġ ma jkunx maħsub għal installazzjonijiet fuq skala żgħira ta' inqas minn 1 MW, proġetti ta' enerġija mir-riħ sa massimu ta' 6 unitajiet ta' ġenerazzjoni jew 6 MW, jew proġetti ta' dimostrazzjoni.
Emenda 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta l-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli jingħata permezz ta' proċedura ta’ sejħa għall-offerti, sabiex tiġi żgurata rata għolja ta' twettiq tal-proġetti, l-Istati Membri għandhom:
(a)  jistabbilixxu kriterji u regoli ta' prekwalifikazzjoni mhux diskriminatorji u trasparenti dwar il-perjodu għat-twettiq tal-proġett;
(b)  jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati biex jirrieżaminaw l-abbozz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta;
(c)  jippubblikaw informazzjoni dwar offerti preċedenti inklużi r-rati ta' twettiq tal-proġetti.
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw skeda fit-tul b'rabta mal-allokazzjoni mistennija ta' appoġġ, li tkopri tal-anqas il-ħames snin li ġejjin u li tinkludi t-twaqqit indikattiv, inklużi l-frekwenza tal-offerti meta jkun xieraq, il-kapaċità, il-baġit jew l-appoġġ unitarju massimu mistenni li jiġi allokat u t-teknoloġiji eliġibbli.
Emenda 121
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.  L-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-awtokonsumaturi meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell.
Emenda 122
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3d (ġdid)
3d.  Sabiex tiżdied il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fil-gżejjer iż-żgħar, l-Istati Membri jistgħu jadattaw l-appoġġ finanzjarju għal proġetti li jinsabu f'dawk ir-reġjuni sabiex iqisu l-ispejjeż tal-produzzjoni assoċjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom ta' iżolament u dipendenza esterna.
Emenda 123
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tal-anqas darba kull erba' snin. Id-deċiżjonijiet dwar il-kontinwazzjoni jew il-prolongazzjoni tal-appoġġ u t-tfassil ta' appoġġ ġdid għandhom jissejsu fuq ir-riżultati tal-valutazzjonijiet.
4.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-effetti distributtivi tiegħu fuq gruppi ta' konsumaturi differenti, fosthom fuq il-kompetittività industrijali, tal-anqas darba kull erba' snin.
Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-effett fuq l-investimenti ta' bidliet possibbli fl-iskemi ta' appoġġ. L-Istati Membri għandhom jinkludu il-valutazzjoni fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti ta' dawk il-pjanijiet f'konformità mar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)].
L-ippjanar fit-tul li jirregola d-deċiżjonijiet tal-appoġġ u t-tfassil ta' appoġġ ġdid għandhom jissejsu fuq ir-riżultati tal-valutazzjonijiet, fid-dawl tal-effikaċja ġenerali tagħhom biex jilħqu miri u għanijiet oħra, bħall-affordabbiltà u l-iżvilupp ta' komunitajiet tal-enerġija, u fid-dawl tal-effetti distributtivi tiegħu fuq gruppi ta' konsumaturi differenti, fosthom fuq il-kompetittività industrijali.
Emenda 124
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Sa ... [2021] u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rendiment ta' appoġġ mogħti permezz ta' proċeduri ta’ sejħa għall-offerti fl-Unjoni, filwaqt li tanalizza, b'mod partikolari, l-abbiltà tal-offerti li:
(a)  jiksbu tnaqqis fl-ispejjeż;
(b)  jiksbu titjib teknoloġiku;
(c)  jiksbu rati għolja ta' twettiq;
(d)  jipprovdu l-parteċipazzjoni mhux diskriminatorja ta' atturi żgħar u tal-awtoritajiet lokali.
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  Sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (2014/C 200/01) sabiex jiġu inkorporati bis-sħiħ il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 126
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4c (ġdid)
4c.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi pprovduta l-ebda skema ta' appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għal skart muniċipali li ma jikkonformax mal-obbligi tal-ġbir separat stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 127
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiftħu l-appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli lil ġeneraturi li jinsabu fi Stati Membri oħra taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
1.  L-Istati Membri għandhom jiftħu l-appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli lil ġeneraturi li jinsabu fi Stati Membri oħra taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-appoġġ tagħhom għal installazzjonijiet fi Stati Membri li magħhom hemm konnessjoni diretta permezz ta' interkonnetturi.
Emenda 128
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għal tal-anqas 10 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f'kull sena mill-2021 sal-2025 u tal-anqas 15 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f'kull sena mill-2026 sal-2030 jkun miftuħ għal stallazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għal tal-anqas 8 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f'kull sena mill-2021 sal-2025 u tal-anqas 13 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f'kull sena mill-2026 sal-2030 jkun miftuħ għal stallazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Lil hinn minn dawk il-livelli minimi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu, skont l-Artikoli 7 sa 13 ta' din id-Direttiva, sa liema punt jappoġġjaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tkun prodotta fi Stat Membru differenti.
Emenda 129
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex teżentahom mill-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu, inkluża d-deċiżjoni li ma jippermettux installazzjonijiet li jinsabu fit-territorju tagħhom li jipparteċipaw fl-iskemi ta' appoġġ organizzati fi Stati Membri oħra għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)  kapaċità ta' interkonnessjoni insuffiċjenti;
(b)  riżorsi naturali insuffiċjenti;
(c)  effetti detrimentali fuq is-sigurtà tal-enerġija jew il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-enerġija tal-Istat Membru li jitlob l-eżenzjoni.
Kwalunkwe tali eżenzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tkun rieżaminata sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Emenda 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  L-iskemi ta' appoġġ jistgħu jinfetħu għall-parteċipazzjoni transkonfinali permezz, fost oħrajn, ta' offerti miftuħa, offerti konġunti, skemi ta' ċertifikati miftuħa jew skemi ta' appoġġ konġunt. L-allokazzjoni tal-elettriku rinnovabbli li jibbenefika minn appoġġ taħt offerti miftuħa, offerti konġunti jew skemi ta' ċertifikati miftuħa lejn kontribuzzjonijiet rispettivi tal-Istati Membri għandha tkun suġġetta għal ftehim ta' kooperazzjoni li jiffissa r-regoli għar-rimborż tal-fondi transkonfinali, b'segwiment tal-prinċipju li l-enerġija jeħtieġ li tingħadd lejn l-istallazzjoni tal-fondi tal-Istat Membru.
3.  L-iskemi ta' appoġġ jistgħu jinfetħu għall-parteċipazzjoni transkonfinali permezz, fost oħrajn, ta' offerti miftuħa, offerti konġunti, skemi ta' ċertifikati miftuħa jew skemi ta' appoġġ konġunt. L-allokazzjoni tal-elettriku rinnovabbli li jibbenefika minn appoġġ taħt offerti miftuħa, offerti konġunti jew skemi ta' ċertifikati miftuħa lejn kontribuzzjonijiet rispettivi tal-Istati Membri għandha tkun suġġetta għal ftehim ta' kooperazzjoni li jiffissa r-regoli għall-iskema transkonfinali, inklużi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għar-rimborż tal-fondi b'kunsiderazzjoni tat-taxxi u t-tariffi differenti, skont il-prinċipju li l-enerġija jeħtieġ li tingħadd favur l-Istat Membru li jiffinanzja l-istallazzjoni. Il-ftehim ta' kooperazzjoni għandu jkollu l-għan li jarmonizza l-kundizzjonijiet qafas amministrattivi fil-pajjiżi ta' kooperazzjoni biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi.
Emenda 131
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni, fl-2025, għandha tivvaluta l-benefiċċji għall-iskjerament kosteffiċjenti tal-elettriku rinnovabbli fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. Abbazi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi li żżid il-perċentwali ffissati fil-paragrafu 2.
4.  Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri matul il-proċess ta' negozjar u l-istabbiliment tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni billi tipprovdi informazzjoni u analiżi, inkluża data kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-ispiża u l-benefiċċji diretti u indiretti tal-kooperazzjoni, kif ukoll gwida u għarfien espert tekniku matul il-proċess kollu. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattika u tiżviluppa mudelli għal ftehimiet ta' kooperazzjoni li jiffaċilitaw il-proċess.
Il-Kummissjoni, sal-2025, għandha tivvaluta l-benefiċċji għall-implimentazzjoni kosteffiċjenti tal-elettriku rinnovabbli fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. Abbazi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi modifika tal-perċentwali ffissati fil-paragrafu 2.
Emenda 132
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
Bla ħsara għall-adattamenti neċessarji għall-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-appoġġ mogħti lill-proġetti tal-enerġija rinovabbli, u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu, ma jiġux riveduti b'xi mod li jħalli impatti negattivi fuq id-drittijiet mogħtija hemmekk u fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-appoġġ mogħti lill-proġetti ġodda jew eżistenti tal-enerġija rinnovabbli, u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu, ma jiġux riveduti b'xi mod li jħalli impatti negattivi fuq id-drittijiet mogħtija skonthom u fuq l-ekonomija tagħhom.
Meta strumenti regolatorji oħra jinbidlu u dawk il-bidliet jaffettwaw proġetti tal-enerġija rinnovabbli appoġġjati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidliet regolatorji ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġjati.
Emenda 133
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe modifika tal-iskemi ta' appoġġ issir fuq il-bażi ta' ppjanar fit-tul skont l-Artikolu 4(4), titħabbar pubblikament mill-inqas disa' xhur qabel ma tidħol fis-seħħ u hija soġġetta għal proċess ta' konsultazzjoni pubblika trasparenti u inklużiva. Kwalunkwe tibdil sostanzjali fi skema ta' appoġġ eżistenti għandu jinkludi perjodu ta' tranżizzjoni xieraq qabel l-iskema ta' appoġġ il-ġdida tidħol fis-seħħ.
Meta bidliet regolatorji jew tat-tħaddim tal-grilja jkollhom impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġjati b'mod sinifikanti jew diskriminatorju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-proġetti appoġġjati jingħataw kumpens.
Emenda 307
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta' Stat Membru tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkonsmati fit-trasport, jekk prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, m'għandux jaqbeż is-7% tal-konsum finali tal-enerġija għat-trasport fit-toroq u l-ferroviji f'dak l-Istat Membru. Dan il-limiti għandu jitnaqqas għal 3.8% fl-2030 b'segwiment tal-perkors stipulat fil-parti A tal-Anness X. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, pereżempju billi jiffissaw limitu aktar baxx għall-kontribut mill-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel mill-ikel u l-għalf, b'qies indirett tal-bidla indiretta fl-użu tal-art.
Għall-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija ta' Stat Membru minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkonsmati fit-trasport, jekk prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, m'għandux jaqbeż il-kontribut minn dawk għall-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-2017 f'dan l-Istat Membru, b'massimu ta' 7 % tal-konsum finali gross għat-trasport fit-toroq u l-ferroviji.
Il-kontribut mill-bijokarburanti u mill-bijolikwidi prodotti miż-żejt tal-palm għandu jkun 0 % mill-2021. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, pereżempju billi jiffissaw limitu aktar baxx għall-kontribut mill-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel mill-ikel u l-għalf prodotti mill-għelejjel taż-żejt, b'qies indirett tal-bidla indiretta fl-użu tal-art u impatti ta' sostenibbiltà oħrajn mhux intenzjonati.
Emenda 136
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali gross ta' elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta' elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, inkluż il-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi u komunitajiet tal-enerġija tas-sorsi rinnovabbli u bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta' elettriku f'unitajiet ta' ppumpjar tal-ħażniet minn ilma li qabel kien ippumpjat 'il fuq.
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali gross ta' elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta' elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, inkluż il-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija tas-sorsi rinnovabbli u bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta' elettriku f'unitajiet ta' ppumpjar tal-ħażniet minn ilma li qabel kien ippumpjat 'il fuq.
Emenda 137
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
L-enerġija termali ambjentali maqbuda minn pompi tas-sħana għandha titqies għall-iskopijiet tal-pargrafu 1(b) bil-kondizzjoni li l-output finali tal-enerġija jisboq sew l-input ta' energija primarja meħtieġ biex jitħaddmu l-pompi tat-tisħin. Il-kwantita' ta' sħana li għandha tiġi meqjusa bħala enerġija minn sorsi rinovabbli għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi kkalkulat skont il-metodoloġija stabblilita fl-Anness VII.
L-enerġija ambjentali u l-enerġija ġeotermali trasferita minn pompi tas-sħana għall-produzzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ għandha titqies għall-iskopijiet tal-pargrafu 1(b) bil-kondizzjoni li l-output finali tal-enerġija jisboq sew l-input ta' energija primarja meħtieġ biex jitħaddmu l-pompi tat-tisħin. Il-kwantita' ta' sħana li għandha tiġi meqjusa bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII.
Emenda 138
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 4a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità ta' enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin u għat-tkessiħ u t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u biex tirrevedi l-Anness VII dwar il-kalkolu tal-energija mill-pompi tas-sħana.
Emenda 139
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)
(ba)  Għall-finijiet tal-konformità mal-mira stabbilita fl-Artikolu 3(1)(a), il-kontribut tal-karburanti fornuti fis-settur tal-avjazzjoni u f'dak marittimu għandu jitqies li huwa darbtejn u 1,2 darbiet il-kontenut enerġetiku rispettiv tagħhom, u l-kontribut tal-elettriku rinnovabbli fornut lill-vetturi tat-triq għandu jitqies li huwa 2,5 darbiet il-kontenut enerġetiku tiegħu.
Emendi 140 u 308
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta' materja prima fil-partijiet A u B tal-Anness IX sabiex iżżid materja prima, iżda mhux biex tneħħiha. Kull att delegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-progress xjentifiku u tekniku l-aktar reċenti, b'kont debitu meħud tal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE, b'mod konformi mal-kriterji tas-sostennibilità tal-Unjoni, u li jappoġġa l-konklużjoni li l-materja prima inkwistjoni ma toħloqx domanda addizzjonali għall-art u tħeġġeġ l-użu tal-iskart u r-residwi filwaqt li tevita effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi, li tipprovdi tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbla ma' karburanti fossili, u li ma toħloqx impatti negattivi fuq l-ambjent u l-bijodiversità.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex temenda l-lista ta' materja prima fil-partijiet A u B tal-Anness IX. Kull att delegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-progress xjentifiku u tekniku l-aktar reċenti, b'kont debitu meħud tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE, b'mod konformi mal-kriterji tas-sostenibbilità tal-Unjoni, u li jappoġġa l-konklużjoni li l-materja prima inkwistjoni ma toħloqx domanda addizzjonali għall-art u tħeġġeġ l-użu tal-iskart u r-residwi filwaqt li tevita effetti distorsivi sinifikanti fuq is-swieq għal prodotti (sekondarji), skart jew residwi, li tipprovdi tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbla ma' karburanti fossili abbażi ta' ċiklu ta' valutazzjoni tal-emissjonijiet, u li ma toħloqx riskju ta' impatti negattivi fuq l-ambjent u l-bijodiversità.
Emenda 309
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
Kull sentejn (2), il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-lista ta' materji prima fil-partijiet A u B tal-Anness IX ħalli żżid, il-materji prima, b'konformità mal-prinċipji ffissati f'dan il-paragrafu. L-ewwel valutazzjoni għandha sseħħ mhux aktar tard minn sitt (6) xhur wara [date of entry into force of this Directive]. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati biex temenda l-lista ta' materji prima fil-partiijet A u B tal-Anness IX sabiex iżżid materji prima, iżda mhux biex tneħħihom.
Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-lista ta' materja prima fil-partijiet A u B tal-Anness IX ħalli żżid il-materja prima, b'konformità mal-prinċipji ffissati f'dan il-paragrafu. L-ewwel valutazzjoni għandha sseħħ mhux aktar tard minn sitt xhur wara [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex temenda l-lista ta' materja prima fil-partijiet A u B tal-Anness IX sabiex iżżid il-materja prima. Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni speċjali fl-2025 bl-iskop li tħassar il-materja prima msemmija fl-Anness IX, u kwalunkwe att delegat li jirriżulta għandu jkun adottat fi żmien sena minn tali evalwazzjoni.
Emenda 310
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 3a (ġdid)
Il-materja prima għandha titħassar mill-Anness IX biss wara konsultazzjoni pubblika u skont il-prinċipji ta' stabbiltà tal-appoġġ finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, meta titħassar il-materja prima, l-impjanti eżistenti li jipproduċu l-bijokarburanti minn tali materja prima għandhom jitħallew jgħoddu tali enerġija bħala enerġija rinnovabbli u jgħodduha fl-obbligu tal-fornitur tal-karburant imsemmi fl-Artikolu 25 sal-livelli storiċi tal-produzzjoni iżda mhux oltre.
Emenda 143
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Meta jistabbilixxu politiki għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta' karburanti minn materja prima elenkata fl-Anness IX ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha rigward il-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta' flussi ta' skart differenti.
Emenda 144
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-istabbiliment ta' proġetti konġunti bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz ta' assistenza teknika dedikata u assistenza fl-iżvilupp tal-proġetti.
Emenda 145
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma' pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta' proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista' tinvolvi operaturi privati.
1.  Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma' pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta' proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista' tinvolvi operaturi privati u għandha isseħħ b'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali.
Emenda 146
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-elettriku jkun ġie prodott f'konformità mad-dritt internazzjonali, b'enfasi partikolari fuq id-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 147
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt e
(e)  l-applikazzjoni tirrigwarda proġett konġunt li jissodisfa l-kriterji fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 u li ser juża l-interkonnettur wara li jibda jaħdem, u kwantità ta' elettriku li ma tkunx aktar mill-kwantità li ser tiġi esportata lejn l-Unjoni wara li l-interkonnettur jibda jaħdem.
(e)  l-applikazzjoni tirrigwarda proġett konġunt li jissodisfa l-kriterji fil-punti (b), (c) u (ca) tal-paragrafu 2 u li ser juża l-interkonnettur wara li jibda jaħdem, u kwantità ta' elettriku li ma tkunx aktar mill-kwantità li ser tiġi esportata lejn l-Unjoni wara li l-interkonnettur jibda jaħdem.
Emenda 148
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt d
(d)  tinkludi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-għarfien tal-punti (b) u (c) minn pajjiż terz li fit-territorju tiegħu għandu jibda' jaħdem l-impjant u l-proporzjoni jew ammont ta' elettriku prodott mill-impjant li ser ikun għall-użu domestiku minn dak il-pajjiż terz.
(d)  tinkludi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-għarfien tal-punti (b), (c) u (ca) tal-paragrafu 2 mill-pajjiż terz li fit-territorju tiegħu għandu jibda' jaħdem l-impjant u l-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku prodott mill-impjant li ser ikun għall-użu domestiku minn dak il-pajjiż terz.
Emenda 149
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-istabbiliment ta' skemi ta' appoġġ konġunti bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tat-tixrid tal-linji gwida u l-aħjar prattiki.
Emenda 150
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u trasmissjoni assoċjata u infrastrutturi tan-netwerk tad-distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u għall-proċess ta' trasformazzjoni tal-bijomassa f'bijokarburanti jew prodotti tal-enerġija oħra, jkunu proporzjonati u meħtieġa.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u netwerks assoċjati ta' trażmissjoni u distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u għall-proċess ta' trasformazzjoni tal-bijomassa f'bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa jew prodotti tal-enerġija oħra, u għal karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika jkunu proporzjonati u meħtieġa u jikkonformaw mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel".
Emenda 151
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq;
(a)  il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq u perjodi ta' żmien prevedibbli għall-ħruġ tal-permessi u l-liċenzji meħtieġa huma stabbiliti;
Emenda 152
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d
(d)  jiġu stabbiliti proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati u inqas impenjattivi, anke permezz ta' notifikazzjoni ssempliċi jekk tiġi permessa mill-qafas regolatorju applikabbli, għal strumenti deċentralizzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
(d)  jiġu stabbiliti proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati u inqas impenjattivi, anke permezz ta' notifika sempliċi għal proġetti żgħar u għal strumenti deċentralizzati għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inklużi l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
Emenda 153
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri għandhom biżżejjed previdibbiltà tal-appoġġ ippjanat għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw skeda fuq medda twila ta' żmien b'relazzjoni mal-allokkazzjoni mistennija tal-appoġġ, li tkoprai tal-anqas it-tliet snin li jkun imiss u li tinkludi għal kull skema t-tqassim taż-żmien indikattiv, il-kapaċità, il-baġit li mistenni li jiġi allokat, kif ukoll konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar it-tfassil tal-appoġġ.
imħassar
Emenda 154
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinkludu dispożizzjonijiet għall-integrazzjoni u l-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli u l-użu ta' sħana u kesħa mormija li ma jistgħux jiġu evitati fl-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta' infrastrutturi urbani, żoni industrijali jew residenzjali u fl-infrastruttura tal-enerġija, inklużi n-netwerks tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, tal-gass naturali u tal-karburanti alternattivi.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinkludu dispożizzjonijiet għall-integrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, fosthom għall-ippjanar spazjali bikri, il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet u l-adegwatezza li jqisu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-rispons għad-domanda, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u l-użu ta' sħana u kesħa mormija li ma jistgħux jiġu evitati fl-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta' infrastrutturi urbani, żoni industrijali, kummerċjali jew residenzjali u fl-infrastruttura tal-enerġija, inklużi n-netwerks tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, tal-gass naturali u tal-karburanti alternattivi. L-Istati Membri, b'mod partikolari, għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi amministrattivi lokali u reġjonali biex jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-ippjanar tal-infrastruttura tal-bliet, meta jkun xieraq.
Emenda 155
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Fl-istabbiliment ta' dawn il-miżuri, jew fl-skemi tal-appoġġ tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw miżuri nazzjonali relatati ma żidiet sostanzjali fl-effiċjenza tal-enerġija u relatati mal-koġenerazzjoni u ma' bini b'enerġija passiva, b'ammont ta' enerġija baxxa jew dawk b'ammont ta' enerġija żero.
Fl-istabbiliment ta' dawn il-miżuri, jew fl-iskemi ta' sostenn tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw miżuri nazzjonali relatati ma' żidiet sostanzjali fl-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli, fil-ħżin tal-enerġija lokali, fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u relatati mal-koġenerazzjoni u ma' bini b'enerġija passiva, b'ammont ta' enerġija baxxa jew dawk b'ammont ta' enerġija żero.
Emenda 156
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
l-Istati Membri għandhom, fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom jew b'mezzi oħra b'effett ekwivalenti, eħtieġu l-użu ta' livelli minimi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini ġdid u fil-bini eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva, b'riflessjoni tar-riżultati tal-kalkolu kostottimali li sar skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfatti inter alia, bl-użu ta' proporzjon sinifikani ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
l-Istati Membri għandhom, fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom jew b'mezzi oħra b'effett ekwivalenti, jeħtieġu l-użu ta' livelli minimi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli jew ta' installazzjonjiet ta' ġenerazzjoni rinnovabbli fil-bini ġdid u fil-bini eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva, b'riflessjoni tar-riżultati tal-kalkolu kostottimali li sar skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, inter alia, permezz ta' tisħin u tkessiħ distrettwali prodotti bl-użu ta' proporzjon sinifikani ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, permezz ta' awtokonsum individwali jew kollettiv ta' enerġija rinnovabbli, skont l-Artikolu 21, jew permezz ta' koġenerazzjoni abbażi ta' sorsi rinnovabbli u s-sħana u l-kesħa mormija.
Emenda 157
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini pubbliku ġdid, u l-bini pubbliku eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokal jiżvolġu rwol eżemplari fil-kuntest ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem. L-Istati Membri jistgħu, inter alia, jagħtu permess li dan l-obbligu jiġi ssodisfatt billi jipprovdu li l-bjut ta' bini pubbliku jew bini kemm tal-pubbliku kif ukoll privat jiġu użati minn partijiet terzi għall-impjanti li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.
6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini pubbliku ġdid, u l-bini pubbliku eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokal jiżvolġu rwol eżemplari fil-kuntest ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem. L-Istati Membri jistgħu, inter alia, jagħtu permess li dan l-obbligu jiġi ssodisfat billi jikkonformaw mal-istandards ta' bini b'enerġija kważi żero kif meħtieġ mid-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, 2016/0381(COD)], jew billi jipprovdu li l-bjut ta' bini pubbliku jew bini kemm tal-pubbliku kif ukoll privat jiġu użati minn partijiet terzi għall-impjanti li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Emenda 158
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 7
7.  Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b'enerġija rinnovabbli li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta' konsum ta' enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw tikketti tal-enerġija jew eko-tikketti jew ċertifikati jew standards oħra xierqa żviluppati fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni fejn dawn jeżistu, bħala l-bażi biex jinkoraġġixxu dawn is-sistemi u tagħmir.
7.  Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b'enerġija rinnovabbli li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta' konsum ta' enerġija. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw tikketti tal-enerġija jew ekotikketti jew ċertifikati jew standards oħra xierqa żviluppati fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn dawn jeżistu, u jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni u pariri adegwati dwar alternattivi rinnovabbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija kif ukoll strumenti u inċentivi finanzjarji eventwali disponibbli fil-każ ta' bdil, bil-ħsieb li jiġu promossi żieda fir-rata tal-bdil ta' sistemi tat-tisħin qodma u żieda fil-bidla għal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli kif meħtieġ mid-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, 2016/0381(COD).
Emenda 159
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 8
8.  L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzojni tal-potenzjal tagħhom ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija għat-tisħin u t-tkessiħ. Dik il-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tieni valutazzjoni komprensiva meħtieġa skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2020 u fl-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet komprensivi wara dan.
8.  L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzojni tal-potenzjal tagħhom ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija għat-tisħin u t-tkessiħ. Dik il-valutazzjoni għandha tqis speċifikament l-analiżi spazjali ta' żoni adatti għal implimentazzjoni b'riskji ekoloġiċi baxxi u l-potenzjal għal proġetti ta' unitajiet domestiċi fuq skala żgħira. Dik il-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tieni valutazzjoni komprensiva meħtieġa skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2020 u fl-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet komprensivi wara dan.
Emenda 160
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinkludu dispożizzjonijiet, fil-pjanijiet tagħhom għat-trasport u l-mobbiltà, għall-integrazzjoni u l-implimentazzjoni ta' mezzi ta' trasport li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli.
Emenda 161
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 9
9.  L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli amminstrattivi għall-ftehimiet ta' xiri korporattiv fuq medda twila ta' żmien għall-finanzjament tas-sorsi rinnovabbli u jiffaċiltaw l-adozzjoni tagħhom.
9.  L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-ostakli regolatorji u amministrattivi u tal-potenzjal ta' xiri ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli min-naħa ta' klijenti korporattivi fit-territorji tagħhom u għandhom jistabbilixxu qafas regolatorju u amministrattiv abilitanti għat-titjib tal-ftehimiet korporattivi ta' xiri tal-enerġija rinnovabbli fit-tul biex jiffinanzjaw is-sorsi rinnovabbli u jiffaċilitaw l-użu tagħhom, biex ikun żgurat li dawk il-ftehimiet ma jkunux soġġetti għal proċeduri u tariffi sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż. Mal-konklużjoni ta' tali ftehimiet, għandu jiġi kkanċellat l-ammont ekwivalenti ta' garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 19 f'isem il-klijent korporattiv. Il-qafas abilitanti għandu jkun parti mill-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)].
Emenda 162
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Il-punt ta' kuntatt amministrattiv singulari għandu jiggwida lill-applikant tul il-proċess tal-applikazzjoni b'mod trasparenti, jipprovdi lill-applikant bl-informazzjoni neċessarja kollha, jikkoordina u jinvolvi, fejn jixraq, awtoritajiet oħra, u jagħti deċiżjoni vinkolanti bil-liġi ma' tmiem il-proċess.
2.  Il-punt ta' kuntatt amministrattiv uniku għandu jiggwida lill-applikant tul il-proċess tal-applikazzjoni b'mod trasparenti, jipprovdi lill-applikant bl-informazzjoni neċessarja kollha, jikkoordina u jinvolvi, fejn jixraq, awtoritajiet oħra, u jagħti deċiżjoni vinkolanti bil-liġi ma' tmiem il-proċess. L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti rilevanti kollha f'forma diġitali.
Emenda 163
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
3.  Il-punt ta' kuntatt amministrattiv singulari, b'kollaborazzjoni mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, għandu jippubblika manwal tal-proċeduri għall-iżviluppaturi tal-proġetti tar-rinnovabbli, inklużi proġetti fuq skala żgħir u proġetti tar-rinnovabbli minn awtokonsumaturi.
3.  Sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti, il-punt ta' kuntatt amministrattiv uniku jew l-Istat Membru, b'kollaborazzjoni mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, għandu jistabbilixxi pjattaforma unika ta' informazzjoni online li tispjega l-proċeduri għall-iżviluppaturi tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi proġetti fuq skala żgħira, proġetti tal-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u proġetti tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li jkollu aktar minn punt ta' kuntatt amministrattiv uniku wieħed, il-pjattaforma tal-informazzjoni għandha tiggwida lill-applikant lejn il-punt ta' kuntatt rilevanti għall-applikazzjoni tal-applikant.
Emenda 164
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Il-proċess li jagħti l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-tliet snin, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 16(5) u l-Artikolu 17.
4.  Il-proċess li jagħti l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-tliet snin, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 16(4a) u (5) u fl-Artikolu 17.
Emenda 165
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Għal installazzjonijiet b'kapaċità tal-elettriku ta' bejn 50 kW u 1 MW, il-proċess tal-għoti tal-permessi m'għandux jaqbeż sena. F'każ ta' ċirkostanzi straordinarji, li għandhom ikunu ġustifikati debitament, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż għal tliet xhur oħra.
Il-perjodi msemmija fil-paragrafi 4 u 4a għandhom jkunu mingħajr preġudizzju għal appelli u rimedji ġudizzjarji u jistgħu jiġu estiżi sa mhux aktar mid-durata tal-proċeduri tal-appelli u r-rimedji ġudizzjarji.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għal mekkaniżmu straġudizzjarju jew għal proċeduri ġudizzjarji sempliċi u aċċessibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim li jikkonċerna l-proċessi tal-għoti tal-permessi u l-ħruġ tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu impjanti tal-enerġija rinnovabbli.
Emenda 166
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-repowering ta' impjanti tal-enerġija rinnovabbli eżistenti, inter alia, bl-iżgurar ta' proċess tal-għoti tal-permess simplifikat u bla dewmien, li ma għandux jaqbeż is-sena mid-data li fiha r-rikjesta għar-repowering tkun tressqet għand il-punt ta' kuntatt amministrattiv singulari.
5.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-repowering ta' impjanti tal-enerġija rinnovabbli eżistenti, inter alia, bl-iżgurar ta' proċess tal-għoti tal-permess simplifikat u bla dewmien, li ma għandux jaqbeż is-sena mid-data li fiha r-rikjesta għar-repowering tkun tressqet għand il-punt ta' kuntatt amministrattiv uniku. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(4) tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (tfassil mill-ġdid), 2016/0379(COD)], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet ta' aċċess u konnessjoni mal-grilja jinżammu għal proġetti ta' repowering tal-anqas f'każijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda bidla fil-kapaċità.
Emenda 354
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)
5 a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-permess jew il-konċessjoni tagħhom tal-għoti tal-proċessi li sal-31 ta' Diċembru 2022, 90 % tal-istazzjonijiet tal-fjuwil tul it-toroq tan-netwerk ewlieni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 ("Netwerk Ewlieni tat-TEN-T") huma mgħammra b'punti għall-iċċarġjar b'qawwa għolja aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi elettriċi. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għall-karburanti li jaqgħu taħt l-Artikolu 25.
Emenda 167
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Il-proġetti ta' demostrazzjoni u l-istallazzjonijiet b'kapaċità tal-elettriku ta' anqas minn 50 kW għandhom jitħallew jitqabbdu mal-grilja wara notifika lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni.
1.  Il-proġetti ta' demostrazzjoni u l-istallazzjonijiet b'kapaċità tal-elettriku ta' anqas minn 50 kW għandhom jitħallew jitqabbdu mal-grilja wara notifika lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għal proġetti ta' demostrazzjoni u l-istallazzjonijiet b'kapaċità ta' bejn 10,8 kW u 50 kW, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jista' jiddeċiedi li jirrifjuta n-notifika sempliċi għal raġunijiet ġustifikati jew jipproponi soluzzjoni alternattiva. Fejn dan ikun il-każ, għandu jagħmel dan fi żmien ġimagħtejn min-notifika u l-applikant imbagħad jista' jitlob konnessjoni permezz tal-proċeduri standard. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni f'dak il-perjodu ta' żmien, l-istallazzjoni tista' tiġi konnessa.
Emenda 168
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta' sostenn issir disponibbli għall-atturi relevanti kollha, fosthom għall-konsumaturi, il-bennejja, l-installaturi, il-periti u l-fornituri ta' tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għall-vetturi kompatibbli mal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta' sostenn issir disponibbli għall-atturi relevanti kollha, fosthom għall-konsumaturi, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli bi dħul baxx, l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-bennejja, l-installaturi, il-periti u l-fornituri ta' tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għall-vetturi kompatibbli mal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Emenda 169
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-informazzjoni dwar sistemi tat-trasport intelliġenti u vetturi konnessi b'rabta mal-benefiċċji tagħhom rigward is-sikurezza stradali, it-tnaqqis tal-konġestjoni u l-effiċjenza fl-użu tal-karburant.
Emenda 170
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jiżviluppaw tagħrif xieraq, sensibilizzazzjoni, programmi ta' gwida jew ta' taħriġ sabiex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet tal-iżviluppar u tal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli.
6.  L-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jiżviluppaw tagħrif xieraq, sensibilizzazzjoni, programmi ta' gwida jew ta' taħriġ sabiex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar kif jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala klijenti attivi, u dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet, inklużi l-aspetti tekniċi u finanzjarji, tal-iżvilupp u tal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, anke permezz tal-awtokonsum jew fil-qafas tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll dwar il-benefiċċji tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tipi differenti ta' kooperazzjoni transkonfinali.
Emenda 171
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Stat Membru għandu jiżgura li ma jinħarġu l-ebda garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta' appoġġ għall-istess produzzjoni ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Stat Membru għandu joħroġ it-tali garanziji tal-oriġini u jittrasferihom lis-suq billi jirkantahom. L-introjtu mdaħħal permezz tal-irkantar għandu jintuża biex ipatti għall-ispejjeż tal-appoġġ għar-rinnovabbli.
Stat Membru għandu jiżgura li fil-każ ta' installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli kkummissjonati wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] ma jinħarġu l-ebda garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta' sostenn għall-istess produzzjoni ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, sakemm ma jkunx hemm kumpens doppju.
Għandu jiġi preżunt li m'hemmx kumpens doppju meta:
(a)  l-appoġġ finanzjarju jingħata permezz ta' proċedura tal-offerti jew sistema ta' ċertifikati ħodor negozjabbli;
(b)  il-valur tas-suq tal-garanziji tal-oriġini jitqies b'mod amministrattiv fil-livell tal-appoġġ finanzjarju; jew
(c)  il-garanziji tal-oriġini ma jinħarġux direttament lill-produttur imma lil fornitur jew konsumatur li jixtri l-enerġija rinnovabbli jew f'kuntest kompetittiv jew fi Ftehim korporattiv ta' xiri tal-enerġija rinnovabbli.
F'każijiet minbarra dawk imsemmija fir-rabà subparagrafu, l-Istati Membri għandhom joħorġu l-Garanzija tal-Oriġini għal raġunijiet statistiċi u jikkanċellawhom immedjatament.
Emenda 172
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  jekk is-sors ta' enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija ssodisfax il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra msemmija fl-Artikolu 26.
Emenda 173
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii
(ii)  il-gass, jew
(ii)  il-gass, inkluż l-idroġenu, jew
Emenda 174
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 8
8.  Fejn fornitur tal-elettriku huwa meħtieġ jagħti prova tas-sehem jew il-kwantità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita ta' enerġija għall-iskopijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/72/KE, għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini. Bl-istess mod, il-garanziji tal-oriġini maħluqa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/KE għandhom jintużaw biex jissostanzjaw kwalunkwe rekwiżit li jipprova l-kwantità tal-elettriku prodottt minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-telfiet fit-trażmissjoni jitqiesu bis-sħiħ meta l-garanziji tal-oriġini jintużaw biex juru l-konsum tal-enerġiji rinnovabbli jew tal-elettriku minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.
8.  Fejn fornitur tal-elettriku huwa meħtieġ jagħti prova tas-sehem jew il-kwantità ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita ta' enerġija għall-iskopijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/72/KE, għandu jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini. Bl-istess mod, il-garanziji tal-oriġini maħluqa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE għandhom jintużaw biex jissostanzjaw kwalunkwe rekwiżit li jipprova l-kwantità tal-elettriku prodottt minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Fir-rigward tal-paragrafu 2, meta l-elettriku jiġi ġġenerat minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-użu ta' sorsi rinnovabbli, għandha tinħareġ garanzija tal-oriġini waħda biss li tispeċifika ż-żewġ karatteristiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-telfiet fit-trażmissjoni jitqiesu bis-sħiħ meta l-garanziji tal-oriġini jintużaw biex juru l-konsum tal-enerġiji rinnovabbli jew tal-elettriku minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.
Emenda 175
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastuttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.
1.  Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastruttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom ikunu responsabbli biex jiggarantixxu l-funzjonament mingħajr xkiel tal-infrastruttura tan-netwerk tal-gass, inklużi l-manutenzjoni u t-tindif regolari tagħha.
Emenda 176
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 3
3.  Soġġett għal evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skontl-Anness I tar-Regolament [Governance], dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura distrettwali għat-tisħin sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali.
3.  Soġġett għal evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)], dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttival-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura distrettwali għat-tisħin sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet sostenibbli kbar tal-bijomassa, sħana ambjentali f'pompi kbar tas-sħana, solari u ġeotermali kif ukoll bħala sħana żejda mill-industrija u sorsi oħra.
Emenda 177
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli, individwali jew permezz ta' aggregaturi:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu intitolati li jsiru awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, individwali jew permezz ta' aggregaturi:
Emenda 178
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  jkunu intitolati li jipprattikaw l-awtokonsum u jbiegħu, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-qawwa elettrika, il-produzzjoni eċċessiva tagħhom ta' elettriku rinnovabbli bla jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.
(a)  ikunu intitolati li jipprattikaw l-awtokonsum u jbigħu, anke permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-enerġija u ta' arranġamenti ta' negozjar bejn il-pari, il-produzzjoni eċċessiva tagħhom ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli bla ma jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti diskriminatorji u sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.
Emenda 179
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  ikunu intitolati jikkunsmaw l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat tagħhom, li jibqa' fil-proprjetà tagħhom, mingħajr ma jkunu soġġetti għal xi imposta, tariffa jew taxxa;
Emenda 180
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  ikunu intitolati jinstallaw u joperaw sistemi ta' ħżin tal-elettriku kkombinati ma' installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku rinnovabbli għall-awtokonsum mingħajr ebda responsabbiltà għal xi ħlas, inklużi t-tassazzjoni u t-tariffi tal-grilja doppji għal elettriku maħżun li jibqa' fil-proprjetà tagħhom;
Emenda 181
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  ma jitqiesux bħala fornituri tal-enerġija skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni b'relazzjoni mal-elettriku rinnovabbli li jitfgħu fil-grilja li ma jaqbiżx 10 Mwh għall-unitajiet domestiċi u 500 Mwh għall-persuni ġuridiċi fuq bażi annwali; u
(c)  ma jitqisux bħala fornituri tal-enerġija skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni b'relazzjoni għall-elettriku rinnovabbli li jitfgħu fil-grilja li ma jaqbiżx 10 MWh għall-unitajiet domestiċi u 500 MWh għall-persuni ġuridiċi fuq bażi annwali mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti għas-superviżjoni u l-approvazzjoni tal-konnessjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni mal-grilja permezz ta' operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni skont l-Artikoli 15 sa 18;
Emenda 182
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  jirċievu ħlas għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jitfgħu fil-grilja li jirrifletti l-valur tas-suq tal-elettriku mitfugħ.
(d)  jirċievu ħlas għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jitfgħu fil-grilja li jkun ekwivalenti għal mill-inqas il-prezz tas-suq u jista' jitqies il-valur fit-tul għall-grilja, l-ambjent u s-soċjetà f'konformità ma' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riżorsi tal-enerġija distribwiti skont l-[Artikolu 59] tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni), 2016/0380(COD)].
Emenda 183
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-ispejjeż għall-ġestjoni u l-iżvilupp tan-netwerk tkun ġusta u proporzjonata, u tirrifletti l-benefiċċji għas-sistema kollha tal-awtoġenerazzjoni, inkluż il-valur fit-tul għall-grilja, l-ambjent u s-soċjetà.
Emenda 184
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-awtokonsumaturi tar-rinnovabbli li jgħixu fl-istess blokka b'għadd ta' appartamenti, jew li jinsabu fl-istess sistema magħluqa tad-distribuzzjoni jew sit jew servizz kondiviż kummerċjali, jitħallew jidħlu għal awtokonsum konġunt daqslikieku kienu awtokonsumatur tar-rinnovabbli individwali. F'dan il-każ, il-limiti stipulat fil-paragrafu 1(c) għandu japplika għal kull awtokonsumatur tar-rinnovabbli kkonċernat.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli li jgħixu fl-istess blokka b'għadd ta' appartamenti, żona residenzjali jew li jinsabu fl-istess sit kummerċjali, industrijali jew b'servizzi kondiviżi jew fl-istess sistema magħluqa tad-distribuzzjoni, jitħallew jidħlu għal awtokonsum konġunt daqslikieku kienu awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli individwali. F'dan il-każ, il-limitu minimu stipulat fil-paragrafu 1(c) għandu japplika għal kull awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli kkonċernat.
Emenda 185
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-ostakli eżistenti għall-iżvilupp tal-awtokonsum u tal-potenzjal għall-iżvilupp tiegħu fit-territorji tagħhom, sabiex idaħħlu fis-seħħ qafas abilitanti li jippromwovi u jiffaċilita l-iżvilupp tal-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli.
Dak il-qafas abilitanti għandu jinkludi, inter alia:
(a)  miżuri speċifiċi biex jiżguraw li l-awtokonsum ikun aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, fosthom dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli, jew dawk li jgħixu f'akkomodazzjoni mikrija jew soċjali;
(b)  għodda biex tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament;
(c)  inċentivi għas-sidien tal-bini biex joħolqu opportunitajiet ta' awtokonsum għall-inkwilini;
(d)  it-tneħħija tal-ostakli regolatorji mhux ġustifikati għall-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli, anke għall-inkwilini.
Dan il-qafas abilitanti għandu jkun parti mill-pjanijiet nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija skont ir-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)].
Emenda 186
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  L-istallazzjoni rinovabbli tal-awtokonsumatur tista' tiġi mmaniġġjata minn parti terza f'dawk li huma l-istallazzjoni, l-operat, inkluż il-metraġġ, u l-manutenzjoni.
3.  Bil-kunsens tiegħu, l-installazzjoni tal-awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli tista' tkun proprjetà ta' parti terza jew tista' tiġi ġestita minn parti terza għall-installazzjoni, l-operat, inkluż il-kejl tal-konsum, u l-manutenzjoni. Il-parti terza nnifsha m'għandhiex titqies bħala awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli.
Emenda 187
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu -1 (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali, b'mod partikolari l-klijenti domestiċi, ikunu intitolati jipparteċipaw f'komunità tal-enerġija rinnovabbli mingħajr ma jitilfu d-drittijiet tagħhom bħala klijenti finali, u mingħajr ma jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet jew proċeduri mhux ġustifikati li jipprevjenu jew jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom f'komunità tal-enerġija rinnovabbli, sakemm, għall-impriżi privati, il-parteċipazzjoni tagħhom ma tikkostitwix l-attività kummerċjali jew professjonali ewlenija tagħhom.
Emenda 188
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jiġġeneraw, jikkonsmaw, jaħżnu u jbiegħu l-enerġija rinnovabbli, permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-qawwa elettrika, bla jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jiġġeneraw, jikkonsmaw, jaħżnu u jbigħu l-enerġija rinnovabbli, permezz ta' ftehimiet dwar ix-xiri tal-qawwa elettrika, bla ma jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti diskriminatorji jew sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.
Emenda 189
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, komunità tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun SME jew organizzazzjoni mhux intiża għall-profitt, li s-sidien tal-ishma jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-forniment tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, filwaqt li jissodisfaw tal-anqas erba' mill-kriterji li ġejjin:
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, komunità tal-enerġija lokali għandha tkun SME jew organizzazzjoni mhux għall-profitti, li l-azzjonisti jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-provvista tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Biex jibbenefikaw minn trattament bħala komunità tal-enerġija rinnovabbli, tal-anqas 51 % tas-siġġijiet fil-bord tad-diretturi jew il-korpi maniġerjali tal-entità għandhom ikunu riżervati għall-membri lokali, i.e. rappreżentanti ta' interessi soċjoekonomiċi lokali, pubbliċi jew privati jew ċittadini individwali.
Barra minn hekk, komunità tal-enerġija rinnovabbli għandha tissodisfa mill-inqas tlieta mill-kriterji li ġejjin:
Emenda 190
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  is-sidien tal-ishma jew il-membri jkunu persuni ġuridiċi, awtoritajiet lokali, inklużi l-muniċipalitajiet, jew SMEs li joperaw fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli;
(a)  l-azzjonisti jew il-membri jkunu persuni fiżiċi, awtoritajiet lokali, inklużi l-muniċipalitajiet, jew SMEs;
Emenda 191
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  tal-anqas 51 % tas-sidien tal-ishma jew membri bi dritt tal-vot tal-entità jkunu persuni fiżiċi;
(b)  tal-anqas 51 % tal-azzjonisti jew membri bi dritt tal-vot tal-entità jkunu persuni fiżiċi jew korpi pubbliċi;
Emenda 192
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  tal-anqas 51 % tal-ishma jew tad-drittijiet parteċipatorji tal-entità huma posseduti minn membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta' interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliki jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;
(c)  tal-anqas 51 % tal-ishma jew tad-drittijiet parteċipatorji tal-entità jkunu proprjetà ta' membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta' interessi soċjoekonomiċi lokali, pubbliċi jew privati jew ċittadini individwali;
Emenda 193
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d
(d)  tal-anqas 51 % tas-siġġijiet fil-bord tad-diretturi jew il-korpi tal-maniġment tal-entità jkunu riżervati għall-membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta' interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;
imħassar
Emenda 194
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji u jieħdu miżuri biex jevitaw kwalunkwe abbuż jew effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.
Emenda 195
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Bla ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifitajiet tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
2.  Meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet indaqs għall-ġeneraturi tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
Emenda 196
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-ostakli eżistenti u tal-potenzjal għall-iżvilupp tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fit-territorji tagħhom sabiex idaħħlu fis-seħħ qafas abilitanti li jippromwovi u jiffaċilita l-parteċipazzjoni mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli fil-ġenerazzjoni, il-konsum, il-ħżin u l-bejgħ tal-enerġija rinnovabbli.
Dak il-qafas abilitanti għandu jinkludi:
(a)  objettivi u miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi jħeġġu l-iżvilupp ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u jipparteċipaw direttament;
(b)  miżuri speċifiċi biex jiżguraw li l-parteċipazzjoni f'komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli tkun aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, fosthom dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli jew f'akkomodazzjoni soċjali jew li jkunu inkwilini;
(c)  għodda biex tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u l-informazzjoni;
(d)  appoġġ regolatorju u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet lill-awtoritajiet pubbliċi fl-istabbiliment ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
(e)  it-tneħħija tal-ostakli regolatorji u amministrattivi mhux ġustifikati għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
(f)  regoli li jiżguraw it-trattament ugwali u mhux diskriminatorju ta' konsumaturi li jipparteċipaw fil-komunità tal-enerġija, u li jiżguraw protezzjoni tal-konsumatur ekwivalenti għal dik tal-persuni konnessi mal-grilji tad-distribuzzjoni.
Dan il-qafas abilitanti għandu jkun parti mill-pjanijiet integrati nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija skont ir-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)].
Emenda 197
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1
1.  Biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ b'tal-anqas punt (1 pp) perċentwali fis-sena, espress f'termini ta' sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-metodoloġija stipulat fl-Artikolu 7.
1.  Biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ b'tal-anqas żewġ punti perċentwali fis-sena, espress f'termini ta' sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-metodoloġija stipulat fl-Artikolu 7. Meta Stat Membru ma jkunx jista' jilħaq dan il-perċentwal, għandu jikkomunika dan lill-Kummissjoni u jagħtiha ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' konformità. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli.
Emenda 198
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ u ż-żidiet annwali meħtieġa, l-Istati Membri:
(a)  jistgħu jgħoddu kwalunkwe żieda miksuba f'sena speċifika bħal li kieku minflok kienet parzjalment jew kompletament miksuba fi kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti jew sussegwenti, matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2030;
(b)  jistgħu jgħoddu s-sħana u l-kesħa mormija favur iż-żieda annwali fil-paragrafu 1, soġġett għal limitu ta' 50 % taż-żieda annwali;
(c)  meta jkollhom sehem ta' enerġija rinnovabbli u sorsi ta' sħana u kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ ta' bejn 50 % u 80 %, għandhom inaqqsu ż-żieda għal punt perċentwali kull sena;
(d)  jistgħu jiddefinixxu l-livell tagħhom stess ta' żieda annwali, anke l-possibbiltà li japplikaw limitu massimu għas-sħana u l-kesħa mormija fil-punt (b), mis-sena li fiha jilħqu sehem tal-enerġija rinnovabbli u ta' sorsi ta' sħana u kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ 'il fuq minn 80 %.
Emenda 199
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw u jippubblikaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, lista tal-miżuri u tal-entitajiet implimentattivi, bħall-fornituri tal-karburanti, li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda stipulata fil-paragrafu 1.
2.  L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jippubblikaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, lista tal-miżuri u tal-entitajiet implimentattivi, bħall-fornituri tal-karburanti, li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda stipulata fil-paragrafu 1.
Emenda 200
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Iż-żieda stipulata fil-paragrafu 1 tista' tiġi implimentata permezz ta' għażla jew aktar minn fost dawn li ġejjin:
3.  Iż-żieda stipulata fil-paragrafu 1 tista', inter alia, tiġi implimentata permezz ta' għażla jew aktar minn fost dawn li ġejjin:
Emenda 201
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt a
(a)  inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;
(a)  inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;
Emenda 202
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt b
(b)  miżuri ta' mitigazzjoni diretti bħall-istallazzjoni ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna f'bini jew f'użu tal-enerġija rinnovabbli għal proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;
(b)  miżuri ta' mitigazzjoni diretti bħall-istallazzjoni ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna f'bini jew f'użu tal-enerġija rinnovabbli jew l-użu ta' sħana u kesħa mormija għal proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;
Emenda 203
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
(ca)  miżuri ta' politika oħra b'effett ekwivalenti biex tintlaħaq iż-żieda annwali stabbilita fil-paragrafu 1 jew 1a
Emenda 204
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta jimplimentaw il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (d) ta' hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-miżuri jitfasslu b'tali mod li jiżgura li jkunu aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, b'mod partikolari dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli, li jista' ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.
Emenda 205
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-ammont ta' sħana jew kesħa mormija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;
Emenda 206
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt c
(c)  is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-ammont totali tal-enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ; u
(c)  is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u ta' sħana jew kesħa mormija fl-ammont totali tal-enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ; u
Emenda 207
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi aħħarin dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tagħhom. Tali informazzjoni għandha tkun skont l-istandards użati skont id-Direttiva 2010/31/UE.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi finali dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tagħhom. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali jew fuq talba skont l-istandards użati skont id-Direttiva 2010/31/UE.
Emenda 208
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex jippermettu li l-klijenti ta' dawk is-sistemi ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali li mhumiex "tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti" fis-sens tal-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE jiġu skonnettjati mis-sistema sabiex jipproduċu tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli huma stess, jew jaqilbu għal fornitur ieħor tas-sħana jew tal-kesħa li għandu aċċess għas-sistema msemmija fil-paragrafu 4.
2.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex jippermettu li l-klijenti ta' dawk is-sistemi ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali li mhumiex "tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti" fis-sens tal-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE, jew li mhumiex se jsiru tali sistema fi żmien ħames snin skont il-pjanijiet ta' investiment tagħhom, jiġu skonnettjati mis-sistema sabiex jipproduċu tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli huma stess, jew jaqilbu għal fornitur ieħor tas-sħana jew tal-kesħa li għandu aċċess għas-sistema msemmija fil-paragrafu 4.
Emenda 209
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu d-dritt li konsumatur jiskonnettja jew jibdel il-fornitur tiegħu meta dan jista' jagħti prova li s-soluzzjoni ta' provvista alternattiva ppjanata għat-tisħin jew għat-tkessiħ tat riżultati b'mod sinifikanti aħjar f'dik li hi prestazzjoni tal-enerġija. Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-soluzzjoni ta' provvista alternattiva tista' tkun ibbażata fuq Ċertifikat tal-Prestazzjoni tal-Enerġija kif definit fid-Direttiva 2010/31/UE.
3.  L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu d-dritt li konsumatur jiskonnettja meta dan jista' jagħti prova li s-soluzzjoni ta' provvista alternattiva ppjanata għat-tisħin jew għat-tkessiħ tat riżultati b'mod sinifikanti aħjar f'dik li hi prestazzjoni tal-enerġija. Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-soluzzjoni ta' provvista alternattiva tista' tkun ibbażata fuq Ċertifikat tal-Prestazzjoni tal-Enerġija kif definit fid-Direttiva 2010/31/UE.
Emenda 210
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-miżuri neċessarji biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għas-sħana u l-kesħa prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija. Dan l-aċċess mhux diskriminatorju għandu jippermetti forniment dirett ta' tisħin jew tkessiħ minn tali sorsi lill-konsumaturi mqabbdin ma' sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn fornituri oħra għajr l-operatur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.
4.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-miżuri neċessarji biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għas-sħana u l-kesħa prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u għas-sħana u l-kesħa mormija, abbażi ta' kriterji mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Tali kriterji għandhom iqisu l-fattibbiltà ekonomika u teknika għall-operaturi tas-sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali u l-klijenti konnessi.
Emenda 211
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 5
5.  Operatur ta' sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali jista' jirrifjuta aċċess għall-fornituri jekk is-sistema ma jkollhiex il-kapaċità neċessarja minħabba provvisti oħrajn tas-sħana jew il-kesħa mormija, tas-sħana jew il-kesħa minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew tas-sħana jew il-kesħa prodotti minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn dan ir-rifjut iseħħ l-operatur ta' sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali jipprovdi t-tagħrif rilevanti lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 9 fuq miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-infurzar tas-sistemi.
5.  Operatur ta' sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali jista' jirrifjuta aċċess għall-fornituri meta jiġu ssodisfati waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)   is-sistema ma jkollhiex il-kapaċità neċessarja minħabba provvisti oħrajn tas-sħana jew il-kesħa mormija, tas-sħana jew il-kesħa minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew tas-sħana jew il-kesħa prodotti minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew tali aċċess jipperikola l-operat sikur tas-sistema tat-tisħin distrettwali;
(b)   is-sistema tikkostitwixxi "sistema effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali" fis-sens tal-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE;
(c)   l-għoti ta' aċċess iwassal għal żieda eċċessiva fil-prezz tat-tisħin jew tat-tkessiħ għall-klijenti finali meta mqabbel mal-prezz tal-provvista lokali ewlenija ta' tisħin li magħha jikkompetu s-sors ta' enerġija rinnovabbli jew is-sħana jew il-kesħa mormija.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn dan ir-rifjut iseħħ l-operatur ta' sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali jipprovdi t-tagħrif rilevanti lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 9 fuq miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-infurzar tas-sistemi inklużi l-konsegwenzi ekonomiċi tal-miżuri.
Emenda 212
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 6
6.  Sistemi ta' tisħin jew ta' tkessiħ urbani ġodda jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 4 għal perjodu ta' żmien definit. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar tali talbiet ta' eżenzjoni fuq bażi ta' każ b'każ. Eżenzjoni għandha tingħata biss jekk is-sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali ġdida tikkostitwixxi "tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti" fit-tifsira tal-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE u jekk din tisfrutta l-potenzjal għall-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u s-sħana jew il-kesħa mormija identifikata fil-valutazzjoni komprensiva mwettqa skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE.
6.  Sistemi ta' tisħin jew ta' tkessiħ urbani ġodda jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 4 għal perjodu ta' żmien definit. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar tali talbiet ta' eżenzjoni fuq bażi ta' każ b'każ. Eżenzjoni għandha tingħata biss jekk is-sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali ġdida tikkostitwixxi "tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti" fit-tifsira tal-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE u jekk din tisfrutta l-potenzjal għall-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fit-tifsira tal-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE, u s-sħana jew il-kesħa mormija identifikata fil-valutazzjoni komprensiva mwettqa skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE.
Emenda 213
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 7
7.  Id-dritt li jiskonnettja jew jibdel il-fornitur tiegħu jistgħu jiġu eżerċitati mill-konsumaturi individwali, minn impriżi konġunti magħmula minn klijenti jew minn partijiet li jaġixxu f'isem il-klijenti. Għal blokok ta' għadd ta' appartamenti, tali skonnessjoni tista' biss tiġi eżerċitata fuq il-livell tal-bini kollu.
7.  Id-dritt li jiskonnettjaw jista' jiġi eżerċitat minn klijenti individwali, minn impriżi konġunti magħmula minn klijenti jew minn partijiet li jaġixxu f'isem il-klijenti. Għal blokok ta' għadd ta' appartamenti, tali skonnessjoni tista' biss tiġi eżerċitata fuq il-livell tal-bini kollu.
Emenda 214
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 8
8.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jivvalutaw tal-anqas kull sentejn, b'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali fil-qasam rispettiv tagħhom, il-potenzjal tat-tisħin distrettwali u s-sistemi tat-tkessiħ u sistemi oħra li jipprovdu servizzi ta' bbilanċjar, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin ta' eċċessi ta' elettriku prodotti minn sorsi rinnovabbli u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikun aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti minn soluzzjonijiet alternattivi.
8.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jivvalutaw tal-anqas kull erba' snin, b'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali fil-qasam rispettiv tagħhom, il-potenzjal tat-tisħin distrettwali u s-sistemi tat-tkessiħ u sistemi oħra li jipprovdu servizzi ta' bbilanċjar, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin ta' eċċessi ta' elettriku prodotti minn sorsi rinnovabbli u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikun aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti minn soluzzjonijiet alternattivi.
Emenda 215
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 9
9.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità indipendenti waħda jew aktar biex jiżguraw li d-drittijiet tal-konsumaturi u r-regoli għat-tħaddim tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali skont dan l-Artikolu huma definiti b'mod ċar u infurzati.
9.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jiżguraw li d-drittijiet tal-konsumaturi u r-regoli għat-tħaddim tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali skont dan l-Artikolu huma definiti b'mod ċar u infurzati.
Emenda 216
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
B'effett mill-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri tal-karburanti li jinkludu sehem minimu ta' enerġija minn bijokarburanti avvanzati u bijogass u bijokarburanti oħra prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX, minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, minn karburanti fossili bbażati fuq l-iskart u minn elettriku rinnovabbli fl-ammont totali ta' karburanti għat-trasport li huma jfornu għall-konsum jew għall-użu fis-suq matul sena kalendarja.
Sabiex tintlaħaq il-mira ta' 12 % tal-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 3 l-Istati Membri għandhom jeżiġu, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, li l-fornituri tal-karburanti li jinkludu sehem minimu ta' enerġija minn bijokarburanti avvanzati u bijogass u bijokarburanti oħra prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX, minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, minn karburanti tal-karbonju riċiklat u minn elettriku rinnovabbli fl-ammont totali ta' karburanti għat-trasport li huma jfornu għall-konsum jew għall-użu fis-suq matul sena kalendarja.
Emenda 217
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Is-sehem minimu għandu jkun tal-anqas ugwali għal 1,5 % fl-2021, u jiżdied sa mill-inqas 6,8 % fl-2030, b'segwiment tal-perkors stabbilit fil-parti B tal-Anness X. F'dan is-sehem totali, il-kontribuzzjoni tal-bijokarburanti avvanzati u l-bijogass prodott minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX għandha tkun ta' mill-inqas 0,5 % tal-karburanti tat-trasport fornuti għall-konsum jew l-użu fis-suq mill-1 ta' Jannar 2021, u tiżdied sa mill-inqas 3,6 % sal-2030, b'segwiment tal-perkors stipulat fil-Parti C tal-Anness X.
Is-sehem minimu għandu jkun tal-anqas ugwali għal 1,5 % fl-2021, u jiżdied sa mill-inqas 10 % fl-2030, skont il-perkors stabbilit fil-parti B tal-Anness X. F'dan is-sehem totali, il-kontribuzzjoni tal-bijokarburanti avvanzati u l-bijogass prodott minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX għandha tkun ta' mill-inqas 0,5 % tal-karburanti tat-trasport fornuti għall-konsum jew l-użu fis-suq mill-1 ta' Jannar 2021, u tiżdied sa mill-inqas 3,6 % sal-2030, skont il-perkors stipulat fil-Parti C tal-Anness X.
Il-fornituri tal-karburanti li jfornu biss karburanti fil-forma ta' elettriku u karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika m'għandhomx għalfejn jikkonformaw mas-sehem minimu ta' bijokarburanti avvanzati, bijokarburanti oħra u bijogass prodotti minn materja prima elenkata fl-Anness IX.
Emenda 218
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt a
a)  għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija fornuti għal konsum jew użu fis-suq, għandhom jiġu kkunsidrati l-petrol, id-diżil, il-bijokarburanti, il-gass naturali, il-bijogass, il-karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, l-elettriku u l-karburanti fossili bbażati fuq l-iskart;
a)  għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija fornuti għal konsum jew użu fis-suq, għandhom jiġu kkunsidrati l-petrol, id-diżil, il-bijokarburanti, il-gass naturali, il-bijogass, il-karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, l-elettriku u l-karburanti tal-karbonju riċiklat;
Emenda 219
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt b – paragrafu 1
b)  għall-kalkolu tan-numeratur, tal-kontenut ta' enerġija ta' bijokarburanti avvanzati u bijogass u bijokarburanti oħra prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX, għandhom jiġu kkunsidrati l-karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, karburanti fossili bbażati fuq l-iskart fornuti lis-setturi kollha tat-trasport, u l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għall-vetturi tat-triq.
b)  għall-kalkolu tan-numeratur, tal-kontenut ta' enerġija ta' bijokarburanti avvanzati u bijogass u bijokarburanti oħra prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX, għandhom jiġu kkunsidrati l-karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, karburanti tal-karbonju riċiklat fornuti lis-setturi kollha tat-trasport, u l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għall-vetturi tat-triq.
Emenda 220
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt b – paragrafu 2
Għall-kalkolu tan-numeratur, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijogass prodott minn materja prima, inklużi fil-Parti B tal-Anness IX għandu jkun limitat għal 1,7 % tal-kontenut ta' enerġija ta' karburanti tat-trasport fornuti għall-konsum jew l-użu fis-suq u l-kontribut tal-karburanti fornuti fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport bil-baħar għandu jitqies li jkun 1,2 darbiet daqs il-kontenut tal-enerġija tagħhom.
Għall-kalkolu tan-numeratur, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijogass prodott minn materja prima, inklużi fil-Parti B tal-Anness IX għandu jkun limitat għal 1,7 % tal-kontenut ta' enerġija ta' karburanti tat-trasport fornuti għall-konsum jew l-użu fis-suq.
L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw il-limitu stabbilit fuq il-materja prima inkluża fil-parti B tal-Anness IX jekk ikun ġustifikat b'kont meħud tad-disponibbiltà ta' materja prima. Kwalunkwe modifika għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
Il-kontribut tal-karburanti fornuti fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport bil-baħar għandu jitqies li jkun darbtejn u 1,2 darbiet daqs il-kontenut tal-enerġija tagħhom rispettivament, u l-kontribut tal-elettriku rinnovabbli fornut għall-vetturi tat-triq għandu jitqies li jkun 2,5 darbiet daqs il-kontenut tal-enerġija tiegħu..
Emenda 221
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri jistgħu jfasslu l-politiki nazzjonali tagħhom sabiex jissodisfaw l-obbligi skont dan l-Artikolu bħala obbligu għall-iffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u jistgħu japplikaw dawk il-politiki wkoll għall-karburanti fossili bbażati fuq l-iskart, sakemm dan ma jmurx kontra l-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari u li s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli skont il-paragrafu 1 jiġi ssodisfat.
Emenda 223
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem tal-elettriku rinnovabbli għall-finijiet tal-paragrafu 1, jista' jintuża jew is-sehem medju tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni inkella s-sehem tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru fejn jiġi fornut l-elettriku, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni. Fiż-żewġ każijiet, għandu jiġi kkanċellat ammont ekwivalenti ta' garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 19.
3.  Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem tal-elettriku rinnovabbli għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu jintuża s-sehem tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru fejn jiġi fornut l-elettriku, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, sakemm ikun hemm provi biżżejjed li l-elettriku rinnovabbli jkun addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija, inkluża metodoloġija għall-Istati Membri biex jistabbilixxu l-linja ta' bażi tagħhom, sabiex jagħtu prova tal-addizzjonalità.
Emenda 224
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-elettriku għall-finijiet tal-paragrafu 1 fil-każ ta' elettriku miksub minn konnessjoni diretta għal installazzjoni li tiġġenera l-elettriku rinnovabbli u fornut lil vetturi tat-triq, dak l-elettriku għandu jingħadd b'mod sħiħ bħala rinnovabbli. B'mod simili, l-elettriku miksub permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-enerġija fit-tul għal elettriku rinnovabbli għandu jingħadd bis-sħiħ bħala elettriku rinnovabbli. F'kull każ, għandu jiġi kkanċellat ammont ekwivalenti ta' garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 19.
Emenda 225
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – paragrafu 1
Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta' karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, sew direttament jew inkella għall-produzzjoni ta' prodotti intermedji, tista' tintuża, biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli, jew il-medja tas-sehem tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni inkella s-sehem tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli f'pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni. Fiż-żewġ każijiet, għandu jiġi kkanċellat ammont ekwivalenti ta' garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 19.
Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta' karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, sew direttament jew inkella għall-produzzjoni ta' prodotti intermedji, għandu jintuża s-sehem tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni. Għandu jiġi kkanċellat ammont ekwivalenti ta' garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 19.
Emenda 226
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-dejta li tippermetti t-traċċar ta' karburanti tat-trasport li huma eliġibbli għall-għadd biex jintlaħaq in-numeratur stipulat fil-paragrafu 1(b), u jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi rilevanti biex jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u dwar il-karatteristiċi ta' sostenibbiltà għall-karburanti eliġibbli, inklużi l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, li jibda mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-fornitur tal-karburanti li jqiegħed il-karburant fis-suq.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi tad-dejta tal-Unjoni li tippermetti t-traċċar ta' karburanti tat-trasport, inkluż l-elettriku, li huma eliġibbli għall-għadd biex jintlaħaq in-numeratur stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi rilevanti jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u dwar il-karatteristiċi ta' sostenibbiltà għall-karburanti eliġibbli, inklużi l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, li jibda mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-fornitur tal-karburanti li jqiegħed il-karburant fis-suq.
Emenda 227
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Il-bażijiet tad-dejta nazzjonali għandhom ikunu interkonnessi sabiex jippermettu li t-tranżazzjonijiet tal-karburanti bejn l-Istati Membri jiġu ttraċċati. Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-bażjiet tad-dejta nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kontenut u l-użu tagħhom permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kontenut u l-użu tagħhom permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31.
Emenda 228
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar informazzjoni aggregata minn bażijiet tad-dejta nazzjonali, inklużi l-gassijiet b'effett ta' serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburanti, skont l-Anness VII tar-Regolament [Governance].
5.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar informazzjoni aggregata, inklużi l-gassijiet b'effett ta' serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburanti, skont l-Anness VII tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)]. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq bażi annwali, informazzjoni aggregata mill-bażi tad-dejta.
Emenda 229
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 32 biex tispeċifika l-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 3(b) ta' dan l-Artikolu biex ikun determinat is-sehem ta' bijokarburanti li jirriżultaw minn bijomassa li tkun qed tiġi pproċessata b'karburanti fossili bi proċess komuni, biex tkun speċifikata il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika u bbażati fuq l-iskart ta' karburanti fossili u biex jiġi ddeterminat l-iffrankar minimu fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meħtieġ għal dawn il-karburanti għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
6.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 32 biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika aktar il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 3(b) ta' dan l-Artikolu biex ikun determinat is-sehem ta' bijokarburanti li jirriżultaw minn bijomassa li tkun qed tiġi pproċessata b'karburanti fossili bi proċess komuni, biex tkun speċifikata il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika u ta' karburanti fossili b'livell baxx tal-karbonju, li huma ġġenerati minn effluwenti gassużi prodotti bħala konsegwenza li ma tistax tiġi evitata u mhux intenzjonata tal-manifattura jew il-produzzjoni ta' prodotti li l-iskop intenzjonat tagħhom huwa ta' użu u/jew bejgħ kummerċjali, u biex jiġi ddeterminat l-iffrankar minimu fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra meħtieġ għal dawn il-karburanti għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 230
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 7
7.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, fil-kuntest ta' valutazzjoni biennali tal-progress mwettqa skont ir-Regolament [Governance], il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jistimulax b'mod effettiv l-innovazzjoni u jippromwovix l-iffrankar tal-gassijet b'effett ta' serra fis-settur tat-trasport, u jekk applikabbli, jekk ir-rekwiżiti tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-bijokarburanti u l-bijogass humiex xierqa. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex timmodifika l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.
7.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, fil-kuntest ta' valutazzjoni biennali tal-progress mwettqa skont ir-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)], il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jistimulax b'mod effettiv l-innovazzjoni u tiżgura l-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tat-trasport, u jekk applikabbli, jekk ir-rekwiżiti tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-bijokarburanti u l-bijogass humiex xierqa. Il-valutazzjoni għandha tanalizza wkoll jekk id-dispożizzjonijiet f'dan l-artikolu jipprevenux b'mod effettiv il-kontabilità doppja tal-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex timmodifika l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. L-obbligi modifikati għandhom tal-anqas iżżommu livelli li jikkorrispondu għall-kapaċità installata jew li qed tinbena ta' bijokarburanti avanzati fl-2025.
Emenda 231
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu biss jekk tissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 u l-kriterji stipulati fil-paragrafu 7 dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra:
1.  Irrispettivament minn jekk il-materja prima kinitx ikkultivata fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, l-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) biss jekk tissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 u l-kriterji stipulati fil-paragrafu 7 dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra:
Emenda 232
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta' bijokarburanti u bijolikwidi, bijokarburanti u karburanti mill-bijomassa.
(c)  l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju, inklużi l-inċentivi finanzjarji, għall-konsum ta' bijokarburanti u bijolikwidi, bijokarburanti u karburanti mill-bijomassa.
Emenda 323
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterju tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbilit fil-paragrafu 7 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għal skart u residwi li huma l-ewwel ipproċessati fi prodott qabel ma jkomplu jiġuproċessat f'bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa.
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterju tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbilit fil-paragrafu 7 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu. Madankollu, il-produzzjoni tagħhom minn skart u residwi koperti mid-Direttiva 2008/98/KE għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għal skart u residwi li huma l-ewwel ipproċessati fi prodott qabel ma jkomplu jiġu proċessati f'bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa.
Emenda 234
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-iskart u r-residwi minn art agrikola għandhom jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel paragrafu biss jekk il-miżuri ttieħdu mill-operaturi sabiex jiġi mminimizzat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija u l-karbonju fil-ħamrija. Informazzjoni dwar dawk il-miżuri għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 27(3).
Emenda 235
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-karburanti mill-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostebbibilità u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 7 biss jekk ikunu użati fi stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ jew il-karburanti b'kapaċità tal-karburanti ugwali għal jew akbar minn 20 MW f'każ ta' karburant tal-bijomassa solidi u b'kapaċità elettrika ta' 0,5 MW jew aktar fil-każ ta' karburant gassużi mill-bijomassa. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibilità u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kriterji għal stallazzjonijiet b'kapaċità ta' karburant aktar baxxa.
Il-karburanti mill-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostebbibilità u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 7 biss jekk ikunu użati fi stallazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ jew il-karburanti b'input termiku nominali totali ugwali għal jew akbar minn 20 MW f'każ ta' karburant tal-bijomassa solidi u b'kapaċità ta' input termiku nominali totali ta' 2 MW jew aktar fil-każ ta' karburant gassużi mill-bijomassa. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibilità u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kriterji għal stallazzjonijiet b'kapaċità ta' karburant aktar baxxa.
Emenda 236
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  foresta b'bijodiversità għolja u art imsaġġra oħra rikka fl-ispeċijiet u mhux degradata, jew li tkun ġiet identifikata bħala ta' bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta' dik il-materja prima ma interferietx ma' dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura;
Emenda 237
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c – parti introduttorja
(c)  art bil-ħaxix b'bijodiversità għolja ta' aktar minn ettaru li huwa:
(c)  art bil-ħaxix b'bijodiversità għolja, inklużi l-mergħat u l-bwar imsaġġra, li hija:
Emenda 238
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c – punt ii
(ii)  mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax art bil-ħaxix u li hija rikka fl-ispeċijiet u mhijiex degradata u li ġiet identifikata bħala ta' bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti relevanti, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tagħha ta' ta' art bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja.
(ii)  mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax art bil-ħaxix u li hija rikka fl-ispeċijiet u mhijiex degradata jew li ġiet identifikata bħala ta' bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti relevanti, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tagħha ta' ta' art bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja.
Emenda 239
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 4
4.  Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburant mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola ikkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 m'għandhomx isiru minn materia prima miksuba minn art li kienet art tal-peat f'Jannar 2008.
4.  Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburant mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 m'għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li kienet art tal-peat f'Jannar 2008, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza verifikabbli li l-kultivazzjoni u l-ħsad tal-materja prima ma tinvolvix id-drenar ta' ħamrija li ma tkunx ġiet iddrenata.
Emenda 240
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 5
5.  Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' użu mhux sostenibbli tal-produzzjoni tal-bijomassa tal-foresti:
5.  Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' użu mhux sostenibbli tal-produzzjoni tal-bijomassa tal-foresti:
(a)  il-pajjiż li fih tkun inħasdet il-bijomassa forestali għandu liġijiet nazzjonali u/jew sottonazzjonali applikabbli għall-qasam tal-ħsad kif ukoll sistemi ta' monitoraġġ u infurzar fis-seħħ li jiżguraw li:
(a)  il-pajjiż li fih tkun inħasdet il-bijomassa forestali għandu liġijiet nazzjonali u/jew sottonazzjonali applikabbli għall-qasam tal-ħsad kif ukoll sistemi ta' monitoraġġ u infurzar fis-seħħ li jiżguraw li:
i)  il-ħsad isir b'konformità mal-kondizzjonijiet ta' permess tal-ħsad fi ħdan konfini reġistrati legalment;
i)  il-ħsad isir b'konformità mal-kondizzjonijiet ta' permess tal-ħsad jew prova ekwivalenti tad-dritt legali għall-ħsad fi ħdan il-konfini nazzjonali jew reġjonali reġistrati legalment;
ii)  isseħħ ir-riġenerazzjoni tal-foresta fl-erja li fiha jsir il-ħsad;
ii)  isseħħ ir-riġenerazzjoni tal-foresta fl-erja li fiha jsir il-ħsad;
iii)  żoni ta' valur għoli ta' konservazzjoni, inklużi l-artijiet mistagħdra jew tal-pit, ikunu protetti;
iii)  żoni magħżula, mil-liġi nazzjonali jew internazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti, għall-promozzjoni taż-żamma tal-bijodiversità jew għal finijiet ta' konservazzjoni tan-natura, inklużi fl-artijiet mistagħdra jew tal-pit, ikunu protetti;
iv)  l-impatti ta' ħsad tal-foresta fuq il-kwalità tal-ħamrija u l-bijodiversità jiġu minimizzati; u
iv)  il-ħsad isir b'mod li jqis bis-sħiħ iż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u l-bijodiversità bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi; u
v)  tal-ħsad ma jaqbiżx il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta;
v)  tal-ħsad iżomm jew itejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta fil-livell tal-pajjiż jew f'dak reġjonali;
(b)  meta l-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jekk ikunu hemm fis-seħħ sistemi tal-immaniġġar fil-livell ta' azjenda tal-foresta sabiex jiġi żgurat li:
b)  meta l-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali għandhom jitqiesu għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jekk tingħata informazzjoni addizzjonali dwar il-prattiki tal-legalità u tal-immaniġġjar tal-foresti fil-livell tal-bażi tal-provvista sabiex jiġi żgurat li:
i)  il-bijomassa tal-foresti ġiet maħsuda skont permess legali;
i)  il-ħsad isir skont il-kundizzjonijiet tal-proċedura tal-permess tal-ħsad jew prova ekwivalenti nazzjonali jew reġjonali tad-dritt legali għall-ħsad;
ii)  isseħħ ir-riġenerazzjoni tal-foresta fl-erja li fiha jsir il-ħsad;
ii)  isseħħ ir-riġenerazzjoni tal-foresta fl-erja li fiha jsir il-ħsad;
iii)  żoni ta' valur għoli ta' konservazzjoni, inklużi l-artijiet mistagħdra jew tal-pit, ikunu identifikati u protetti;
iii)  żoni magħżula, mid-dritt nazzjonali jew internazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti, għall-promozzjoni taż-żamma tal-bijodiversità jew għal finijiet ta' konservazzjoni tan-natura, inklużi l-artijiet mistagħdra u tal-pit, ikunu protetti;
iv)  l-impatti tal-ħsad tal-foresta fuq il-kwalità tal-ħamrija u l-bijodiversità jiġu minimizzati;
iv)   il-ħsad isir b'mod li jqis bis-sħiħ iż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u l-bijodiversità; inklużi ż-żoni tal-madwar sakemm ikunu affettwati mill-attivitajiet tal-ħsad;
v)  il-ħsad ma jaqbiżx il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta;
v)  il-ħsad iżomm jew itejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta fil-livell tal-pajjiż jew f'dak reġjonali; u
vi)  ir-regolamenti jew il-miżuri ambjentali u tan-natura jkunu fis-seħħ u f'konformità mal-istandards rilevanti tal-Unjoni rigward l-ambjent u n-natura.
Emenda 241
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt ii
(ii)  ippreżentat Kontribut Determinat fil-Livell Nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art bl-iżgurar li kwalunkwe tibdil fil-ħażna tal-karbonju assoċjata ma' ħsad tal-bijomassa hija kontabilizzata lejn l-impenn tal-pajjiż biex inaqqws jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kif speċifikat fin-NDC, jew hemm fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Pariġi, applikabbli fiż-żona tal-ħsad, biex jikkonservaw u jsaħħu l-istokkijiet u l-ħażniet (sinks) tal-karbonju;
(ii)  ippreżentat Kontribut Determinat fil-Livell Nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li jkopri l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, mill-forestrija u mill-użu tal-art, li jiżgura li kwalunkwe tibdil fil-ħażna tal-karbonju assoċjat mal-ħsad tal-bijomassa jitqies bis-sħiħ fir-rigward tal-impenn tal-pajjiż biex inaqqas jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kif speċifikat fin-NDC, jew li jkun hemm fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Pariġi, u li l-emissjonijiet mis-settur tal-art ma jaqbżux l-assorbimenti, applikabbli fiż-żona tal-ħsad, biex jikkonservaw u jsaħħu l-istokkijiet u l-ħażniet tal-karbonju;
Emenda 242
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
Meta l-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jekk ikun hemm fis-seħħ sistemi tal-immaniġġar fil-livell ta' azjenda tal-foresta sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-istokkijiet u l-ħażniet (sinks) tal-karbonju fil-foresta jinżammu.
Meta l-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jekk ikun hemm fis-seħħ sistemi tal-immaniġġar fil-livell tal-bażi tal-provvista sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-istokkijiet u l-ħażniet tal-karbonju fil-foresta jinżammu jew jiżdiedu.
Emenda 243
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-evidenza operattiva li turi l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5 u 6, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).
Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-evidenza operattiva li turi l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5 u 6, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).
Emenda 244
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 4
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 jimminimizzawx b'mod effettiv ir-riskju tal-użu mhux sostenibbli tal-bijomassa forestali u tindirizza l-ħtiġijiet tas-settur tal-LULUCF, abbażi tad-dejta disponibbli. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex timmodifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6.
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha teżamina jekk il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 jimminimizzawx b'mod effettiv ir-riskju tal-użu mhux sostenibbli tal-bijomassa forestali u jindirizzawx ir-rekwiżiti tas-settur tal-LULUCF, abbażi tad-dejta disponibbli. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex timmodifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 għall-perjodu ta' wara l-2030.
Emenda 245
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt a
(a)  mill-anqas ta' 50 % għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti fi stallazzjonijiet li jkunu joperaw fil-5 ta' Ottubru 2015 jew qabel;
(a)  mill-anqas ta' 50 % għal bijokarburanti, karburanti prodotti mill-bijometan għall-użu fit-trasport, u bijolikwidi prodotti fi stallazzjonijiet li jkunu joperaw fil-5 ta' Ottubru 2015 jew qabel;
Emenda 246
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt b
(b)  mill-anqas ta' 60 % għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti fi stallazzjonijiet li jibdew joperaw mill-5 ta' Ottubru 2015;
(b)  mill-anqas ta' 60 % għal bijokarburanti, karburanti prodotti mill-bijometan għall-użu fit-trasport, u bijolikwidi prodotti fi stallazzjonijiet li jibdew joperaw mill-5 ta' Ottubru 2015;
Emenda 247
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt c
(c)  mill-anqas ta' 70 % għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti fi stallazzjonijiet li jibdew joperaw mill-1 ta' Jannar 2021;
(c)  mill-anqas ta' 65 % għal bijokarburanti, karburanti prodotti mill-bijometan għall-użu fit-trasport u bijolikwidi prodotti fi stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2021;
Emenda 248
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt d
(d)  mill-inqas 80 % għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn produzzjoni tal-karburanti mill-bijomassa użati fi stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2021 u 85 % għal stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2026.
(d)  mill-inqas 70 % għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn produzzjoni tal-karburanti mill-bijomassa użati fi stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2021 u 80 % għal stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2026.
Emenda 249
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ffrankar akbar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minn dawk previsti f'dan il-paragrafu.
Emendi 297 u 356
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
L-elettriku mill-karburanti mill-bijomassa prodott fi stallazzjonijiet b'kapaċità ta' 20 MW jew aktar għandu jitqies għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 biss jekk jiġi prodott bl-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita skont l-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għal stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara [3 years from date of adoption of this Directive]. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-appoġġ pubbliku pprovduti taħt skemi approvati sa [3 years after date of adoption of this Directive].
L-elettriku mill-karburanti mill-bijomassa prodott fi stallazzjonijiet b'kapaċità ta' 20 MW jew aktar għandu jitqies għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta dan l-Artikolu biss jekk jiġi prodott bl-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita skont l-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE u jekk jiġi prodott f'installazzjonijiet li jużaw biss l-elettriku li jiksbu effiċjenza elettrika netta ta' mill-inqas 40 % u ma jużawx karburant fossili. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għal stallazzjonijiet li jibdew joperaw wara [3 years from date of adoption of this Directive]. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-appoġġ pubbliku pprovduti taħt skemi approvati sa [Sena wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva].
Emenda 251
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 8 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal elettriku minn installazzjonijiet li mhumiex meħtieġa japplikaw teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, sakemm dawk l-installazzjonijiet jimpjegaw esklussivament karburanti mill-bijomassa prodotti minn residwi taħt kundizzjonijiet normali ta' operat.
____________________
1a Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
Emenda 252
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatti u l-benefiċċji tal-bijokarburanti kkunsmati fl-Unjoni, inkluż dwar il-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf u ta' materjali oħra, dwar is-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali, kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiż terzi.
Emenda 253
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 8b (ġdid)
8b.  B'deroga mill-paragrafi 1 sa 8a ta' dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda kif stabbilit fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-Artikolu 26 ta' din id-Direttiva m'għandux japplika għal dawk ir-reġjuni. Sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva li tistipula l-kriterji għar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jirrelataw mas-sostenibbiltà tal-gassijiet b'effett ta' serra u t-tnaqqis tal-użu tagħhom. Dawk il-kriterji għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi lokali. B'mod partikolari, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom ikunu kapaċi jisfruttaw għalkollox ir-riżorsi tagħhom, b'konformità mal-kriterji stretti tas-sostenibbiltà, sabiex tiżdied il-produzzjoni tagħhom ta' enerġija rinnovabbli u tissaħħaħ l-indipendenza enerġetika tagħhom.
Emenda 255
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tippermetti li kunsinni ta' materja prima jew bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa b'karatteristiċi ta' sostennibiltà u ta' ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra differenti pereżempju f'kontejner, faċilità loġisitika jew tal-ipproċessar, infrastruttura jew sit tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni;
(a)  tippermetti li kunsinni ta' materja prima jew bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa b'karatteristiċi ta' sostennibiltà u ta' ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra differenti pereżempju f'kontejner, faċilità loġisitika jew tal-ipproċessar, infrastruttura jew sit tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, sakemm kull kunsinna tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 fiha nnifisha u li jkun hemm fis-seħħ sistemi adatti sabiex jimmonitorjaw u jkejlu l-konformità tal-kunsinni individwali;
Emenda 256
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali u l-iżvelar lill-konsumaturi, il-garanziji tal-oriġini għall-enerġija rinnovabbli injettati fil-grilja għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-kriterji ta' sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra kif definit fl-Artikolu 26(2) sa (7) u jistgħu jiġu ttrasferiti separatament.
Emenda 257
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a
(a)  meta l-ipproċessar ta' kunsinna ta' materja prima jirriżulta biss f'output waħda li hi maħsuba għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti tal-bijomassa, id-daqs tal-kunsinna u l-kwantitajiet relatati mas-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandhom jiġu aġġustati bl-applikazzjoni ta' fattur ta' konverżjoni li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-massa tal-output li hi maħsuba għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi jew karburant mill-bijomassa u l-massa tal-materja prima li tkun iddaħħlet fil-proċess;
(a)  meta l-ipproċessar ta' kunsinna ta' materja prima jirriżulta biss f'output waħda li hi maħsuba għall-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti tal-bijomassa, id-daqs tal-kunsinna u l-kwantitajiet relatati mas-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandhom jiġu aġġustati bl-applikazzjoni ta' fattur ta' konverżjoni li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-massa tal-output li hi maħsuba għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi jew karburant mill-bijomassa u l-massa tal-materja prima li tkun iddaħħlet fil-proċess, sakemm kull kunsinna li tikkostitwixxi t-taħlita tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26;
Emenda 258
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli dwar il-konformità mal-kriterji tas-sostennibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra kif stipulati fl-Artikoli 26(2) sa (7) u li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fuq talba, id-dejta li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta' verifika indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi. Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni u l-affidabilità tad-dejta.
3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli dwar il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra kif stipulati fl-Artikoli 26(2) sa (7) u li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fuq talba, id-dejta li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta' verifika indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi inkluża verifika li tiżgura li l-materjali mhumiex modifikati jew mormija intenzjonalment sabiex il-kunsinna jew parti minnha tkun tista' ssir skart jew residwu skont l-Artikolu 26(2) sa (7). Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni u l-affidabilità tad-dejta.
Emenda 259
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom japplikaw kemm jekk il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jkunu prodotti fl-Unjoni jew ikunu importati.
L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom japplikaw kemm jekk il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jkunu prodotti fl-Unjoni jew ikunu importati. L-informazzjoni dwar l-oriġini ġeografika tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi.
Emenda 260
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta' prodotti ta' bijomassa jkun fihom dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 26(7), u/jew juru li konsenji ta' bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa jkunu konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 26(2), (3), (4), (5) u (6), u/jew li l-ebda materjal ma ġie mmodifikat jew mormi intenzjonalment sabiex il-konsenja jew parti minnha taqa' taħt l-Anness IX. Meta jintwera li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(5) u (6) għall-bijomassa tal-foresti huma ssodisfati, l-operaturi jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu direttament l-evidenza meħtieġa fil-livell ta' azjenda tal-foresta. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu ta' estinzjoni rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f'listi stabbiliti minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b)(ii).
4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta' prodotti ta' bijomassa jkun fihom dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 26(7), u/jew juru li konsenji ta' bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa jkunu konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 26(2), (3), (4), (5) u (6), u/jew li l-ebda materjal ma ġie mmodifikat jew mormi intenzjonalment sabiex il-konsenja jew parti minnha taqa' taħt l-Anness IX. Meta jintwera li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(5) u (6) għall-bijomassa tal-foresti huma ssodisfati, l-operaturi jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu direttament l-evidenza meħtieġa fil-livell ta' bażi tal-provvista. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu ta' estinzjoni rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f'listi stabbiliti minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b)(ii).
Emenda 261
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
Bl-għan li tiġi żgurata li l-konformità mal-kriterji tas-sostennibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tiġi vverifikata b'mod effiċjenti u armonizzat b'mod partikolari għall-prevenzjoni tal-frodi tispeċifika regoli ta' implimentazzjoni dettaljati inklużi standards adegwati ta' awtditi affidabbli, trasparenti u independenti u tirrikjedi li l-iskemi volontarji kollha japplikaw dawk l-istandards. Meta tispeċifika dawn l-istandards, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż. Dan għandu jsir permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31(3). Tali atti għandhom jistabbilixxu perijodu ta' żmien li fih l-iskemi volontarji jeħtieġ li jimplimentaw l-istandards. Il-Kummissjoni tista' tħassar deċiżjonijiet li jirrikonoxxu l-iskemi volontarji fil-każ li dawk l-iskemi jonqsu milli jimplimentaw tali standards fil-perijodu ta' żmien previst.
Bl-għan li tiġi żgurata li l-konformità mal-kriterji tas-sostennibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tiġi vverifikata b'mod effiċjenti u armonizzat b'mod partikolari għall-prevenzjoni tal-frodi tispeċifika regoli ta' implimentazzjoni dettaljati inklużi standards adegwati ta' awtditi affidabbli, trasparenti u independenti u tirrikjedi li l-iskemi volontarji kollha japplikaw dawk l-istandards. Meta tispeċifika dawn l-istandards, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż. Dan għandu jsir permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31(3). Tali atti għandhom jistabbilixxu perijodu ta' żmien li fih l-iskemi volontarji jeħtieġ li jimplimentaw l-istandards. Il-Kummissjoni tista' tħassar deċiżjonijiet li jirrikonoxxu l-iskemi volontarji fil-każ li dawk l-iskemi jonqsu milli jimplimentaw tali standards fil-perijodu ta' żmien previst. Meta Stat Membru jqajjem tħassib rigward l-operazzjoni ta' skema volontarja, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-kwistjoni u tieħu azzjoni xierqa.
Emenda 262
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  Il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni relatata mal-issodisfar tal-kriterji tas-sostenibbiltà jew l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ppreżentata minn operaturi ekonomiċi li joperaw fis-suq tal-Unjoni jew fuq talba ta' Stat Membru.
Emenda 263
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-materja prima, li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art, jiġifieri tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura tal-art: minn art afforestata, bwar, artijiet mistagħdra, art mibnija, jew art oħra, għal raba' jew raba' perenni u fejn valur ta' emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el) huwa kkalkulat f'konformità mal-punt 7 tal-parti C tal-Anness V, għandha titqies li għandha emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art ta' żero.
Emenda 264
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti li jinkludu tagħrif dwar l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola a' dawk iż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-rapporti għandhom jiġu akkumpanjati minn deskrizzjoni tal-metodu u s-sorsi tad-data użati biex jiġi kkalkulat il-livell tal-emissjonijiet. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta' materja prima.
2.  L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti li jinkludu tagħrif dwar l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola u mill-forestrija ta' dawk iż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-rapporti għandhom jiġu akkumpanjati minn deskrizzjoni tal-metodu u s-sorsi tad-data użati biex jiġi kkalkulat il-livell tal-emissjonijiet. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta' materja prima.
Emenda 265
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jkun fihom dejta preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta' materja prima ta' bijomassa agrikola prodotti f'iż-żoni inklużi fit-tali rapporti għall-finijiet tal-Artikolu 26(7). Din id-dejta tista' għalhekk tintuża minflok valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni stabbilita fil-Parti D jew E tal-Anness V għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi u fil-Parti C tal-Anness VI għall-karburanti mill-bijomassa.
4.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jkun fihom dejta preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta' materja prima ta' bijomassa agrikola u mill-forestrija prodotta fiż-żoni inklużi fit-tali rapporti għall-finijiet tal-Artikolu 26(7). Din id-dejta tista' għalhekk tintuża minflok valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni stabbilita fil-Parti D jew E tal-Anness V għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi u fil-Parti C tal-Anness VI għall-karburanti mill-bijomassa.
Emenda 266
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt analiżi l-Anness V u l-Anness VI bil-ħsieb, fejn iġġustifikat li żżid jew tirrevedi il-valuri għal mogħdijiet tal-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa. Dik l-analiżi għandha tqis ukoll il-modifika tal-metodoloġija stabbilita fil-parti C għall-Anness V, u fil-parti B tal-Anness VI.
Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt analiżi l-Anness V u l-Anness VI bil-ħsieb, fejn iġġustifikat li żżid jew tirrevedi il-valuri għal mogħdijiet tal-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa abbażi tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-evidenza xjentifika l-aktar riċenti. Dik l-analiżi għandha tqis ukoll il-modifika tal-metodoloġija stabbilita fil-parti C tal-Anness V, u fil-parti B tal-Anness VI.
Emenda 267
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa kkunsamati fl-Unjoni u l-impatt tal-produzzjoni tagħhom, inkluż l-impatt li jseħħ bħala riżultat tal-ispustjar, fuq l-użu ta' art fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta' provvista. Dan il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti tal-Istati Membri tal-pjanijiet integrati nazzjonali tal-enerġija u l-lima u l-progress korrispondenti rekwiżit fl-Artikoli 3, 15 u 18 tar-Regolament [Governance], , u dawk ta' pajjiżi terzi rilevanti, organizzazzjonijiet intergovernattivi, studji xjentifiċi u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati mal-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel.
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta' bijokarburanti u bijolikwidi, u karburanti mill-bijomassa kkunsmati fl-Unjoni kif ukoll l-impatt tal-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli minn dawk is-sorsi u minn sorsi oħrajn, inkluż l-impatt li jseħħ bħala riżultat ta' spostament, fuq l-użu ta' art fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi ta' provvista. Dan il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq il-pjanijiet integrati nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-enerġija u l-ilma u r-rapporti ta' progress korrispondenti rikjesti fl-Artikoli 3, 15 u 18 tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, 2016/0375(COD)], u dawk tal-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi, l-istudji xjentifiċi rilevanti, id-dejta bbażata fuq is-satelliti u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati mal-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel u fuq l-użi materjali f'kompetizzjoni.
Emenda 268
Proposta għal direttiva
Artikolu 32 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(5), 7(6); 19(11), 19(14), 25(6) u 28(5) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannnar 2021.
2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(3), 7(5), 7(6); 19(11), 19(14), 25(6) u 28(5) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannnar 2021.
Emenda 269
Proposta għal direttiva
Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 7(5), 7(6); 19(11), 19(14), 25(6) u 28(5) tista' tkun irrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(3), 7(5), 7(6); 19(11), 19(14), 25(6) u 28(5) tista' tkun irrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
.
Emenda 270
Proposta għal direttiva
Anness Ia (ġdid)
Anness Ia
1.   Il-miri ta' Stat Membru għall-2030 għandhom ikunu s-somma tal-komponenti li ġejjin, kull waħda espressa f'punti perċentwali:
(a)   il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-2020 kif stabbilita fl-Anness I;
(b)   kontribut b'rata fissa ("CFlat");
(c)   kontribut abbażi tal-PDG per capita ("CGDP”);
(d)   kontribut abbażi tal-potenzjal ("CPotential");
(e)   kontribut li jirrifletti l-livell ta' interkonnessjoni tal-Istat Membru ("CInterco").
2.   CFlat għandu jkun l-istess għal kull Stat Membru. Is-CFlat tal-Istati Membri kollha flimkien għandhom jikkontribwixxu 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-UE għall-2030 u l-2020.
3.   Is-CGDP għandu jiġi allokat bejn l-Istati Membri abbażi ta' indiċi tal-PDG per capita għall-medja tal-Unjoni, fejn għal kull Stat Membru individwali l-indiċi massimu jkun ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni. Is-CGDP tal-Istati Membri kollha flimkien għandhom jikkontribwixxu 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.
4.   Is-CPotential għandu jiġi allokat bejn l-Istati Membri abbażi tad-differenza bejn RES ta' Stat Membru fl-2030 kif muri fix-xenarju PRIMES EUCO3535 u l-miri nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020. Is-CPotential tal-Istati Membri kollha flimkien għandhom jikkontribwixxu 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.
5.  Is-CInterco għandu jkun allokat bejn l-Istati Membri abbażi ta' indiċi tas-sehem tal-interkonnessjoni elettrika meta mqabbel mal-medja tal-UE, fejn għal kull Stat Membru individwali l-indiċi tas-sehem tal-interkonnessjoni jkun ta' massimu ta' 150 % tal-medja tal-UE. Is-CInterco tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi għal 10 % tad-differenza bejn il-miri tal-UE għall-2030 u l-2020.
Emenda 271
Proposta għal direttiva
Anness V – Parti C – paragrafu 3 – punt a – formula
IFFRANKAR = (E F(t) – E B /E F(t))
IFFRANKAR = (E F(t) – E B) /E F(t)
Emenda 272
Proposta għal direttiva
Anness V – Parti C – paragrafu 15
15.  L-iffrankar ta' emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju, eccr, għandu jkun relatat direttament mal-produzzjoni tal-bijokarburant jew il-bijolikwidu li huma attribwiti lejh, u għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta' CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata fis-settur tal-enerġija jew it-trasport.
15.  L-iffrankar ta' emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju, eccr, għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta' CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li jintuża biex jissostitwixxi s-CO2 li joriġina mill-karburanti fossili użat fil-prodotti u s-servizzi kummerċjali.
Emenda 319
Proposta għal direttiva
Anness VI – Parti B – paragrafu 3 – punt a – formula 1
IFFRANKAR = (E­F(t) – EB(t)/ E­F(t))
IFFRANKAR = (E­F(t) – EB(t))/ E­F (t)
Emenda 273
Proposta għal direttiva
Anness VII – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1
—  Qusable = is-sħana totali utiliżabbli stimata mogħtija mill-pompi ta' sħana li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 7(4), implimentat kif ġej: Il-pompi tas-sħana biss li għalihom jittieħed kont ta' SPF > 1,15 * 1/η;
—  Qusable = is-sħana totali utilizzabbli stimata mogħtija mill-pompi ta' sħana għall-produzzjoni ta' tisħin u tkessiħ li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 7(4), implimentat kif ġej: Il-pompi tas-sħana biss li għalihom jittieħed kont ta' SPF > 1,15 * 1/η;
Emenda 274
Proposta għal direttiva
Anness IX – Parti A – punt b
(b)  Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart muniċipali mħallat, iżda mhux skart domestiku soġġett għal miri ta' riċiklaġġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.
imħassar
Emendi 284 u 311
Proposta għal direttiva
Anness IX – Parti B – punt c
(c)  Molassi li huma prodotti bħala koprodotti mir-raffinar tal-kannamiela jew il-pitravi taz-zokkor sakemm jiġu rrispettati l-aqwa standards tal-industrija għall-estrazzjoni taz-zokkor.  
imħassar
Emenda 312
Proposta għal direttiva
Anness X – parti A
Parti A: [...]
imħassar

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0392/2017).

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Novembru 2018Avviż legali