Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0152(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0172/2017

Testi mressqa :

A8-0172/2017

Dibattiti :

PV 05/02/2018 - 20
CRE 05/02/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 06/02/2018 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0023

Testi adottati
PDF 351kWORD 55k
It-Tlieta, 6 ta' Frar 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
L-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi ***I
P8_TA(2018)0023A8-0172/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0289),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak , fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0172/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 93.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Frar 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE
P8_TC1-COD(2016)0152

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/302).


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tieħu nota tat-test tal-Artikolu 9 maqbul bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tagħha skont it-Trattat, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq tafferma li, f'konformità mal-Artikolu 9, l-ewwel evalwazzjoni tagħha ta' dan ir-Regolament, li għandha ssir fi żmien sentejn wara d-data li fiha r-Regolament jidħol fis-seħħ, sejra tevalwa bir-reqqa l-mod kif ir-Regolament ikun ġie implimentat u kif ikun ikkontribwixxa għall-funzjonament effikaċi tas-suq intern. Waqt li tagħmel dan, sejra tqis l-aspettativi dejjem jikbru tal-konsumaturi, speċjalment ta' dawk li m'għandhomx aċċess għal servizzi protetti mid-drittijiet tal-awtur.

Bħala parti mill-evalwazzjoni, sejra twettaq ukoll analiżi sostantiva dwar il-fattibilità u l-kosti u l-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw minn kwalunkwe tibdil fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, b'mod partikolari rigward it-tħassir possibbli mill-Artikolu 4(1)(b) tal-esklużjoni ta' servizzi forniti b'mod elettroniku li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li jipprovdu aċċess għal, jew l-użu ta', xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor fejn in-negozjant għandu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti, filwaqt li tikkunsidra debitament l-impatti probabbli ta' kwalunkwe estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament fuq il-konsumaturi u n-negozji, u fuq is-setturi kkonċernati, madwar l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Il-Kummissjoni sejra wkoll tanalizza bir-reqqa jekk f'setturi oħra, inklużi dawk li mhumiex koperti mid-Direttiva 2006/123/KE u li huma wkoll esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament skont l-Artikolu 1(3) tiegħu, bħalam huma servizzi fil-qasam tat-trasport u servizzi awdjoviżivi, għandhiex tiġi eliminata kwalunkwe restrizzjoni mhux ġustifikata abbażi tan-nazzjonalità, il-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment.

Jekk il-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tagħha tikkonkludi li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġi emendat, il-Kummissjoni sejra takkumpanja l-evalwazzjoni bi proposta leġiżlattiva.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Settembru 2018Avviż legali