Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0801(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0027/2018

Testi mressqa :

A8-0027/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/03/2018 - 8.4
CRE 01/03/2018 - 8.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0046

Testi adottati
PDF 238kWORD 47k
Il-Ħamis, 1 ta' Marzu 2018 - Brussell Verżjoni finali
Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri ‒ Annemie Turtelboom
P8_TA(2018)0046A8-0027/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-ħatra proposta ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0008/2018 – 2018/0801(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0008/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0027/2018),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Frar 2018, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Ottubru 2018Avviż legali