Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0804(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0056/2018

Testi mressqa :

A8-0056/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2018 - 8.3

Testi adottati :

P8_TA(2018)0071

Testi adottati
PDF 247kWORD 48k
L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew
P8_TA(2018)0071A8-0056/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (N8-0053/2018 – C8-0040/2018 – 2018/0804(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 (N8-0053/2018)(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C8-0040/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0056/2018),

A.  billi, bl-ittra tat-22 ta' Frar 2018, il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Luis de Guindos għall-kariga ta' Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin li jibda mill-1 ta' Ġunju 2018;

B.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.  billi dan il-Kumitat imbagħad, fis-26 ta' Frar 2018, proċeda b'seduta ta' smigħ ta' siegħa u nofs tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

D.  billi l-Parlament jesprimi tħassib rigward il-bilanċ bejn is-sessi, il-proċedura tal-għażla, iż-żmien magħżul għall-ħatra u l-indipendenza politika, u jitlob li l-Kunsill jibda djalogu mal-Parlament dwar kif il-proċess jista' jittejjeb għall-ħatriet li jmiss;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Luis de Guindos bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 67, 22.2.2018, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza