Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0223(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0053/2018

Testi mressqa :

A8-0053/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2018 - 6.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0093

Testi adottati
PDF 328kWORD 48k
It-Tlieta, 17 ta' April 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mauritius: l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***
P8_TA(2018)0093A8-0053/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (12476/2017– C8-0445/2017 – 2017/0223(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12476/2017),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (12479/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0053/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Mauritius.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Diċembru 2018Avviż legali