Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2618(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0187/2018

Testi mressqa :

B8-0187/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2018)0106

Testi adottati
PDF 122kWORD 49k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - Strasburgu
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: Trademark tal-Unjoni Ewropea
P8_TA(2018)0106B8-0187/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (C(2018)01231 – 2018/2618(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)01231) (“regolament delegat emendat”),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-27 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja(1), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji)(2) u li ġie kodifikat bħala r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1431 tat-18 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea(4), li fih referenzi aġġornati għar-Regolament (UE) 2017/1001,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta’ April 2018,

A.  billi r-Regolament (KE) Nru 207/2009 ġie kodifikat bħala r-Regolament (UE) Nru 2017/1001;

B.  billi r-referenzi li jinsabu f'regolament delegat għandhom jirriflettu r-rinumerazzjoni tal-Artikoli li jirriżultaw mill-kodifikazzjoni tal-att bażiku;

C.  billi r-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 tat-18 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 u (KE) Nru 216/96(5) għandu għalhekk jiġi revokat u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament Delegat għandhom jiġu stabbiliti , b'referenzi aġġornati mar-Regolament (UE) 2017/1001, fir-Regolament Delegat emendat;

D.  billi r-regolament delegat emendat, għalhekk, ma jinvolvi ebda tibdil fis-sustanza tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430;

E.  billi l-pubblikazzjoni rapida, tar-regolament delegat emendat, fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti data bikrija ta' applikazzjoni u tiżgura l-kontinwità fl-operat tar-reġim transizzjonali previst fid-dispożizzjonijiet finali tar-regolament delegat emendat;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.
(2) ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21.
(3) ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.
(4) ĠU L 205, 8.8.2017, p. 39.
(5) ĠU L 205, 8.8.2017, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza