Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0394(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0253/2017

Testi mressqa :

A8-0253/2017

Dibattiti :

PV 16/04/2018 - 21
CRE 16/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0116

Testi adottati
PDF 340kWORD 49k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Regoli ta' proċedura fil-qasam tar-rappurtar dwar l-ambjent ***I
P8_TA(2018)0116A8-0253/2017
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 87/217/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (COM(2016)0789 – C8-0526/2016 – 2016/0394(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0789),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0526/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2017(1),

–  wara li kkonsulta mall-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0253/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 173, 31.5.2017, p. 82.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 ▌ u d-Direttivi 94/63/KE u 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE u 87/217/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE
P8_TC1-COD(2016)0394

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2018/853.)

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Diċembru 2018Avviż legali