Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2162(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0079/2018

Testi mressqa :

A8-0079/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.49

Testi adottati :

P8_TA(2018)0154

Testi adottati
PDF 459kWORD 58k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)
P8_TA(2018)0154A8-0079/2018
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0072/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(4) (ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0079/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0072/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(4) (ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0079/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 166.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0079/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

B.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq(1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 27 545 879, li jirrappreżenta żieda ta' 4,56 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2014 u 2015

1.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ma għandhiex is-setgħa tiddeċiedi li tiċċentralizza l-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija f'post wieħed; ifakkar li, meta nħolqot fl-2004, iż-żewġ sedi tal-Aġenzija (Lille/Valenciennes) kienu deċiżi mill-Kunsill; jieħu nota tar-rimarka tal-Qorti dwar l-iffrankar possibbli li jista' jinkiseb permezz tas-soluzzjoni ta' sede waħda; jieħu nota tal-analiżi li saret mill-Aġenzija fuq l-impatt baġitarju bl-eżistenza ta' żewġ sedi u tar-rakkomandazzjoni tagħha li jinżammu dawk iż-żewġ sedi; jenfasizza li probabbli l-ispejjeż jitnaqqsu jekk l-operat kollu jiġi ċċentralizzat f'sede waħda; jindika li t-tnaqqis tal-ispejjeż jista' wkoll jiġi ffaċilitat bi ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti - li jkollu wkoll l-effett li jikkjarifika l-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha - li jtemm sitwazzjoni li fiha l-ispejjeż tal-operazzjonijiet x'aktarx se jkunu ogħla milli meħtieġ; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni preċedenti tiegħu u minflok jagħżel li l-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija jiġu ċċentralizzati f'sede waħda;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,20 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,10 % meta mqabbel mal-2015, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 91,57 %, li tfisser żieda ta' 1,79 % meta mqabbel mal-2015;

3.  Jilqa' l-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament il-ġdid tal-Aġenzija li daħal fis-seħħ f'Ġunju 2016, l-Aġenzija awtorizzata li timponi tariffi għal uħud mill-kompetenzi ġodda tagħha;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li skont l-livell ta' riporti tal-Aġenzija kienu taħt il-limiti indikattivi użati mill-Qorti biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit (jiġifieri 10 % għat-Titolu I, 20 % għat-Titolu II u 30 % għat-Titolu III) għat-titoli baġitarji kollha; jinnota wkoll li l-approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għall-2017 (7,52 %) jikkonċernaw prinċipalment l-infiq operattiv u li 95,4 % tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2015 ġew implimentati;

5.  Jirrimarka li r-riporti spiss ikunu parzjalment jew kompletament ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas m'huma dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Politika tal-persunal

6.  Jinnota li, fi tmiem l-2016, l-Aġenzija impjegat 165 membru tal-persunal, li minnhom 133 aġent temporanju, 29 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati, meta mqabbel mal-154 membru tal-persunal permanenti fi tmiem l-2015;

7.  Jinnota bi tħassib li 62 % tal-persunal tagħha huma rġiel u 38 % nisa, jiġifieri żbilanċ ta' mara waħda għal kull żewġt irġiel; jiddispjaċih li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi fil-livell ta' maniġment superjuri u fil-bord amministrattiv tal-aġenzija; ifakkar madankollu li rigward il-bilanċ bejn is-sessi fil-Bordijiet Amministrattivi u Eżekuttivi, il-membri huma proposti u maħtura mill-Istati Membri iżda jirrakkomanda li din il-kwistjoni madankollu għandha tiġi indirizzata bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-perċentwal tal-persunal assenjat għal kompiti operattivi żdied minn 65 % fl-2015 għal 70 % fl-2016 u li l-perċentwal tal-persunal assenjat għal kompiti amministrattivi naqas minn 23 % għal 18 %; jiddispjaċih, madankollu, li l-evoluzzjoni ta' dan il-perċentwal hija dovuta prinċipalment minħabba l-korrezzjoni fl-assenjazzjoni tal-persunal fid-diversi kategoriji; jindika li tnaqqis bħal dan mhuwiex konformi mat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal ikkomunikat mill-Kummissjoni dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi għall-aġenziji deċentralizzati;

9.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-baġit li ntefaq fuq l-attivitajiet ta' benesseri ammonta għal EUR 228,7 għal kull membru tal-persunal u li fl-2016 ġiet organizzata away day għall-persunal; josserva li l-ammont medju ta' liv minħabba mard għal kull membru tal-persunal huwa ta' 3,2 ġranet, sew anqas mill-medja tal-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra;

10.  Japprezza l-fatt li l-ebda każ ta' fastidju ma ġie rrappurtat fl-2016; jappoġġa s-sessjoni ta' taħriġ organizzata biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda lment, azzjoni legali jew każijiet irrapportati marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

12.  Jilqa' l-fatt li l-bord amministrattiv tal-Aġenzija adotta politika dwar il-kunflitti ta' interess għall-membri tagħha; jinnota li l-Aġenzija konsegwentement ippubblikat l-biċċa l-kbira tad-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess kif ukoll is-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tad-dokumenti neqsin;

13.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet timplimenta l-pjan ta' azzjoni definit fl-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija; jinnota b'mod partikolari li l-Aġenzija organizzat żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-frodi u żewġ sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-etika u l-integrità;

14.  Jinnota li l-Aġenzija inkludiet il-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi fil-valutazzjoni tar-riskju regolari tal-Aġenzija, u li r-reġistru tar-riskju ta' frodi tal-Aġenzija ġie rieżaminat matul l-2016; jieħu nota li r-riskji vvalutati mill-ġdid kienu medji sa baxxi u li ebda riskji addizzjonali ma ġew identifikati;

15.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija qed tistenna d-deċiżjoni mudell mill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni tagħha stess dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota madankollu li, sakemm id-deċiżjoni mudell ma tiġix proposta, id-deċiżjoni kurrenti tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta hija applikabbli; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida;

16.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

17.  Jieħu nota tar-raġunijiet għar-rifjut ta' aċċess għad-dokument (każ wieħed minn 44); jistieden lill-Aġenzija tuża bl-aktar mod regolari u legali l-possibbiltà li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti bil-għan li tipproteġi d-data personali;

Kisbiet ewlenin

18.  Jilqa' favorevolment it-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Aġenzija fl-2016, prinċipalment:

   il-pubblikazzjoni ta' viżjoni strateġika riveduta, inkluża t-tħejjija għal strateġija għar-relazzjonijiet internazzjonali u l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni;
   l-implimentazzjoni ta' struttura ta' governanza aġġornata u l-aġġustament tal-organizzazzjoni tal-Aġenzija fid-dawl tar-regolament il-ġdid tal-Aġenzija; l-Aġenzija implimentat ukoll is-Sistema Integrata ta' Ġestjoni (IMS) tagħha biex tikseb iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001 matul l-2017;
   l-introduzzjoni b'mod effiċjenti tal-isem u l-mandat il-ġdid skont sistema legali ġdida (ir-4 Pakkett Ferrovjarju, fis-seħħ mill-15 ta' Ġunju 2016) u għamlet progress sinifikanti fit-tħejjija tar-rwol il-ġdid tagħha;

19.  Madankollu, jiddispjaċih li l-Aġenzija ma tużax indikaturi tal-input biex ittejjeb aktar l-użu tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) u jirrakkomanda li dan jinbidel;

Awditu intern

20.  Jirrikonoxxi li ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna ma ġew mgħoddija lill-Aġenzija mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS); jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju li jkopri l-proċessi ta' appoġġ u operattivi kollha;

21.  Jinnota li fir-rigward tal-awditjar preċedenti dwar il-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati u l-Komunikazzjoni Esterna, l-IAS għalaq tliet rakkomandazzjonijiet importanti, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni importantissima dwar it-tisħiħ tal-proċedura ta' reklutaġġ, u kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha, barra waħda, ġew implimentati mill-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tal-unika rakkomandazzjoni li tinsab miftuħa hija mmarkata bħala "importanti" fuq "il-qafas proċedurali eżistenti applikabbli għall-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati u l-Komunikazzjoni Esterna”, din kienet fil-proċess li tiġi implimentata fi żmien l-iskadenza ta' Settembru 2017;

Kontrolli interni

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija issa konformi mal-ISO 9001;

23.  Jinnota li f'April 2016, il-bord amministrattiv tal-Aġenzija adotta l-istandards ta' ġestjoni tagħha; jinnota, barra minn hekk, li f'konformità mal-istandard ta' ġestjoni Nru 16 tal-Aġenzija, il-maniġment ivvaluta l-adegwatezza tat-tfassil u tal-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' ġestjoni tagħha bħala parti mir-reviżjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-Aġenzija; jirrikonoxxi lill-Aġenzija li, anki jekk kellhom jiġu identifikati xi oqsma fejn jista' jsir xi titjib (ERA MS 3 -Valuri etiċi u organizzattivi, ERA MS 4 - Objettivi, ippjanar strateġiku u rappurtar, ERA MS 5 - Kontinwità tan-Negozju, ERA MS 8 - Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati, ERA MS 9 - Ġestjoni tal-Proċess - ERA MS 10 - Ġestjoni tar-Riżorsi Umani, ERA MS 13 - Ġestjoni tad-data u tal-informazzjoni), jista' jiġi kkunsidrat li s-sistema ta' kontroll tal-Aġenzija kollha taħdem kif maħsub u ttaffi b'mod adegwat ir-riskji prinċipali għall-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenzija;

24.  Jinnota li l-Aġenzija kompliet tiżviluppa s-Sistema Integrata ta' Ġestjoni tagħha abbażi tar-rekwiżiti speċifikati fl-Istandards ta' Kontroll Intern u l-istandards tas-serje ISO 9001 bil-għan li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-Aġenzija jirnexxielha tieħu f'idejha responsabbiltajiet ġodda u tikseb effiċjenza; jilqa' l-analiżi mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fil-qafas tas-Sistema Integrata ta' Ġestjoni rigward l-eċċezzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità mar-regoli u l-azzjonijiet ta' taħriġ li għandhom jiġu organizzati fl-2017 rigward l-akkwist pubbliku u l-ġestjoni tal-kuntratti bil-għan li jsir rimedju għal dawn il-każijiet;

25.  Jinnota li l-valutazzjoni tal-effikaċja tas-Sistema Integrata ta' Ġestjoni indikat xi oqsma fejn jista' jsir titjib rigward il-konformità u l-effikaċja, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-valuri etiċi u organizzattivi, il-kontinwità tal-operat, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet interessati, u l-ġestjoni tar-riżorsi umani, u b'mod partikolari jinnota wkoll li identifikat id-distakk bejn il-kompetenzi disponibbli internament u l-kompetenzi meħtieġa; jistenna li l-Aġenzija tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istandards ta' Ġestjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji sal-2017, kif previst;

26.  Jiddispjaċih li l-objettiv ta' 95 % għall-eżekuzzjoni tal-pagament qabel l-iskadenza stabbilita ta' 30 jum ma ntlaħaqx; jinnota li r-raġunijiet għad-dewmien fil-pagament ma nbiddlux mill-2015 'l hawn, jiġifieri dewmien fl-ipproċessar tal-fatturi mill-persunal tal-Aġenzija, nuqqas ta' flus kontanti u nuqqas ta' qbil mal-fornituri dwar il-kontenut tal-fatturi; jitlob li l-Aġenzija tadotta azzjonijiet ta' rimedju bil-għan li tilħaq l-objettiv ta' 95 % fi żmien raġonevoli;

Kummenti oħra

27.  Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Aġenzija(2), li daħal fis-seħħ fl-15 ta' Ġunju 2016; jinnota b'sodisfazzjon li sa tmiem il-perjodu tranżitorju (16 ta' Ġunju 2019), din il-bidla strateġika mistennija tbiddel l-Aġenzija minn waħda b'sempliċi rwol fit-tħejjija u d-disseminazzjoni tal-politika, f'awtorità li taħdem direttament għall-industrija fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għal ċertifikati ta' sikurezza u vetturi ferrovjarji; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din it-tranżizzjoni mistennija li twassal benefiċċji kbar f'termini ta' tnaqqis fl-ispejjeż;

28.  Jenfasizza r-rwol strateġiku tal-Aġenzija fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' modi oħra ta' trasport u fl-għajnuna biex tiġi żviluppata żona ferrovjarja Ewropea unika mingħajr fruntieri li topera b'mod effiċjenti, billi tnaqqas l-ostakoli amministrattivi u tekniċi, billi tħeġġeġ id-dħul fis-suq u tiżgura n-nondiskriminazzjoni, billi tonfoq il-flejjes pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fis-servizzi pubbliċi tat-trasport bil-ferrovija u billi tiżgura governanza aħjar tal-infrastruttura; jilqa' l-programm iffukat fuq it-tindif tar-regoli nazzjonali bil-għan li jitnaqqas l-impatt jew jiġu eliminati l-ostakoli eżistenti bejn l-Istati Membri;

29.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Ewropea sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv u ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju; jappoġġa l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna r-riżultati fil-qasam tas-sikurezza;

30.  Jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jilqa' l-bidu tan-negozjati bejn l-UE u l-Iżvizzera fil-kuntest tal-Ftehim dwar il-Ġarr ta' Oġġetti u Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq bil-għan li l-Iżvizzera tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji; jisħaq fuq il-punt li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabbiltajiet akbar, hija se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti; jiġbed l-attenzjoni għall-istudju kkummissjonat reċentement mill-Kumitat għall-Baġits dwar l-arranġamenti finanzjarji għall-aġenziji Ewropej, u għall-fatt li l-possibbiltajiet għandhom ikunu żviluppati biex jippermettu awtofinanzjament akbar tal-Aġenzija; jinnota, bi tħassib, il-kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni approvata reċentement li estendiet l-ambitu tal-missjoni tal-Aġenzija, u t-tnaqqis baġitarju relatat mal-Aġenzija li jrid jiġi implimentat fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

31.  Ifakkar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċedura baġitarja għall-irkupru tal-ammonti totali rilokati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; jenfasizza li l-finanzjament għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea għandu jkun salvagwardjat bil-għan li jimmodernizza u jespandi l-infrastrutturi ferrovjarji fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni wkoll; jenfasizza ulterjorment li l-użu tal- ERTMS għandu jitmexxa 'l quddiem sabiex jimplimenta ulterjorment standards tekniċi komuni u biex jiġu massimizzati l-benefiċċji f'termini ta' interoperabilità;

32.  Jinnota li, meta mqabbel mal-2015, l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-2016 enfasizza riskji ġodda relatati mat-traspożizzjoni tardiva u inkonsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar ir-4 Pakkett Ferrovjarju, l-obsolexxenza tal-għodod ta' ġestjoni tat-tibdil tal-ERTMS, it-tnaqqis tal-istorbju mill-ferroviji, id-dewmien fit-tnaqqis tar-regoli nazzjonali u l-ġestjoni tad-data;

o
o   o

33.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018(3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 333, 9.9.2016, p. 19.
(2) Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0133.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Diċembru 2018Avviż legali