Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0100(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0311/2015

Testi mressqa :

A8-0311/2015

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 22
CRE 18/04/2018 - 22

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2018 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0180

Testi adottati
PDF 139kWORD 65k
Il-Ħamis, 19 ta' April 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi ***I
P8_TA(2018)0180A8-0311/2015
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (COM(2014)0180 – C7-0109/2014 – 2014/0100(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0180),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0109/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-kamra tad-deputati tal-Lussemburgu u mill-Kunsill Federali Awstrijakk, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Diċembru 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0311/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 75.
(2) ĠU C 19, 21.1.2015, p. 84.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċiu li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007
P8_TC1-COD(2014)0100

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/848.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-esperimenti temporanji għal varjetajiet organiċi

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih il-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika għandhom jiġu żviluppati.

Għall-fini li jiġu stabbiliti kriterji għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ta' "varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika", kif ukoll li jiġu definiti l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih "il-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika" jistgħu jiġu prodotti biex jiġu kkummerċjati, il-Kummissjoni se torganizza esperiment temporanju mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan l-esperiment temporanju se jistabbilixxi kriterji għad-deskrizzjoni tad-distintività, l-uniformità, l-istabbiltà, u, fejn applikabbli, il-valur għall-koltivazzjoni u l-użu tal-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika u jindirizza kondizzjonijiet oħra tal-kummerċ, bħat-tikkettar u l-imballaġġ. Dawn il-kondizzjonijiet u l-kriterji ser jikkunsidraw il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi ta' agrikoltura organika bħat-titjib fid-diversità ġenetika, ir-reżistenza għall-mard u l-adattament għal kondizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima. Ser isiru rapporti annwali sabiex jissorveljaw il-progress tal-esperiment temporanju.

Fil-qafas ta' dan it-tip ta' esperiment, li għandu jkollu mandat ta' seba' snin u jipprevedi kwantitajiet suffiċjenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati minn ċertu obbligi mniżżla fid-Direttiva 66/401/KEE, id-Direttiva 66/402/KEE, id-Direttiva 68/193/KEE, id-Direttiva 2002/53/KE, id-Direttiva 2002/54/KE, id-Direttiva 2002/55/KE, id-Direttiva 2002/56/KE, id-Direttiva 2002/57/KE, id-Direttiva 2008/72/KE u d-Direttiva 2008/90/KE.

 Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-eżitu ta' dan l-esperiment bil-ħsieb li tipproponi l-emenda tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti għall-karatteristiċi tal-"varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika".

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 55

Il-Kummissjoni ssostni li l-invokazzjoni tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5 (4)tiegħu b'mod sistematiku tmur kontra l-kliem u t-tifsira tar-Regolament (UE) Nru182/2011 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). Wieħed għandu jirrikorri għal din id-dispożizzjoni f'każ li jkollu bżonn jiddevja, għal raġuni speċifika, mir-regola ta' prinċipju, li hija li l-Kummissjoni tista' tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni dwar xi ħaġa. Meta wieħed iqis li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita bl-Artikolu 5 (4), ir-rikors għal punt (b) tat-tieni subparagrafu tiegħu ma jistax jidher sempliċiment bħala "setgħa diskrezzjonali" tal-Leġiżlatur, iżda għandu jiġi interpretat b'mod ristrett u għaldaqstant għandu jiġi ġustifikat.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Lulju 2019Avviż legali