Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0344(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0134/2018

Testi mressqa :

A8-0134/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/05/2018 - 7.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0194

Testi adottati
PDF 264kWORD 49k
Il-Ħamis, 3 ta' Mejju 2018 - Brussell Verżjoni finali
Is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida CUMYL-4CN-BINACA għal miżuri ta' kontroll *
P8_TA(2018)0194A8-0134/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida 1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossammid (CUMYL-4CN-BINACA) għal miżuri ta' kontroll (05392/2018 – C8-0025/2018 – 2017/0344(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05392/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0025/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0134/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Novembru 2018Avviż legali