Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0238(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0263/2017

Testi mressqa :

A8-0263/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 20
CRE 13/09/2017 - 20
PV 28/05/2018 - 23
CRE 28/05/2018 - 23

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.11
CRE 14/09/2017 - 8.11
PV 29/05/2018 - 7.9
CRE 29/05/2018 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0357
P8_TA(2018)0212

Testi adottati
PDF 144kWORD 53k
It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
P8_TA(2018)0212A8-0263/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (COM(2016)0493 – C8-0336/2016 – 2016/0238(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0493),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0336/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra n-notifika uffiċjali tad-29 ta' Marzu 2017 mill-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0263/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-Parlament u l-Kunsill mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 109.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Settembru 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0357).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Mejju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008
P8_TC1-COD(2016)0238

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/973.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar speċijiet ipprojbiti

Ir-Regolament li għandu jiġi adottat abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi (2016/0074 (COD)) għandu jinkludi dispożizzjonijiet, fost affarijiet oħra, dwar l-ispeċijiet li għalihom is-sajd huwa pprojbit. Għal dik ir-raġuni, iż-żewġ istituzzjonijiet qablu li ma jinkludux lista għall-Baħar tat-Tramuntana f'dan ir-Regolament (2016/0238 (COD)).

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kontroll

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jinkludu d-dispożizzjonijiet ta' kontroll li ġejjin fir-rieżami li jmiss tar-Regolament dwar il-Kontroll (ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009), fejn rilevanti għall-Baħar tat-Tramuntana: notifiki minn qabel, rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord, portijiet magħżula u dispożizzjonijiet oħra ta' kontroll.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Lulju 2019Avviż legali