Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2029(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0175/2018

Testi mressqa :

A8-0175/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 30/05/2018 - 13.1
CRE 30/05/2018 - 13.1

Testi adottati :

P8_TA(2018)0217

Testi adottati
PDF 134kWORD 46k
L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall
P8_TA(2018)0217A8-0175/2018
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall (COM(2018)0150 – C8-0039/2018 – 2018/2029(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0150 – C8-0039/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0175/2018),

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta minn diżastri naturali;

2.  Jiddispjaċih dwar l-għadd ta' ħajjiet li ntilfu f'diżastri naturali fl-Unjoni matul l-2017; jappella lill-Istati Membri biex jinvestu fil-prevenzjoni ta' katastrofi permezz tal-mobilizzazzjoni tal-mezzi neċessarji u l-użu tal-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej biex fil-futur jiġi evitat aktar telf ta' ħajjiet;

3.  Jappoġġa lill-Istati Membri li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għal dan il-għan;

4.  Jappella lill-Istati Membri biex jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) b'mod trasparenti u b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta;

5.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Mekkaniżmu ġdid tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili bħala mezz ta' prevenzjoni u azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' diżastri naturali; jemmen li l-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili jirrappreżenta r-realizzazzjoni tas-solidarjetà fl-Unjoni, f'konformità mal-FSUE; ifakkar, f'dan il-kuntest, li huwa importanti li jinżammu l-kundizzjonijiet partikolari ta' aċċess għall-FSUE għar-reġjuni ultraperiferiċi, biex ikunu jistgħu jilqgħu għal-livell għoli ta' espożizzjoni li għandhom għad-diżastri naturali; jappella wkoll biex, f'sitwazzjonijiet fejn il-ġbir tal-informazzjoni jkun diffiċli u skont il-gravità tal-fenomenu klimatiku, ikun hemm aktar flessibbiltà fl-iskadenzi għat-tressiq ta' talbiet għall-mobilizzazzjoni u għall-utilizzazzjoni tal-fondi mill-FSUE;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/846.)

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Lulju 2019Avviż legali