Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2071(INS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0237/2018

Testi mressqa :

B8-0237/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 31/05/2018 - 7.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0234

Testi adottati
PDF 114kWORD 47k
Il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
In-nomina ta' membru għall-bord tal-għażla tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
P8_TA(2018)0234B8-0237/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Mejju 2018 dwar il-ħatra tas-Sur Antonio Mura fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (2018/2071(INS))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE")(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (B8-0237/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Antonio Mura jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939;

1.  Jipproponi li Antonio Mura jinħatar fil-bord tal-għażla;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Lulju 2019Avviż legali