Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0334(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0227/2018

Testi mressqa :

A8-0227/2018

Dibattiti :

PV 10/09/2018 - 20
CRE 10/09/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.1
CRE 04/07/2018 - 6.1
PV 11/09/2018 - 6.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0281
P8_TA(2018)0329

Testi adottati
PDF 534kWORD 55k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali: pakkett finanzjarju u objettiv ġenerali ***I
P8_TA-PROV(2018)0281A8-0227/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (COM(2017)0825 – C8-0433/2017 – 2017/0334(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa -1 (ġdida)
(-1)  L-Unjoni hija rikjesta tappoġġja lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex ittejjeb il-kapaċità amministrattiva tagħhom għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista' jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika. L-iżvilupp ta' ekonomiji reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri biex jassorbu x-xokkijiet b'mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali. L-implimentazzjoni ta' riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jiffavorixxu t-tkabbir hija strument adegwat biex jinkiseb żvilupp bħal dan.
(1)  Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir b'valur miżjud Ewropew, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista' jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika. L-iżvilupp ta' ekonomiji reżiljenti u soċjetà reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi, soċjali u territorjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri jassorbu x-xokkijiet b'mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Ir-riformi appoġġjati mill-Programm jirrikjedu amministrazzjoni pubblika nazzjonali u reġjonali effiċjenti u effettiva kif ukoll sjieda u parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati kollha. L-implimentazzjoni ta' riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jiffavorixxu t-tkabbir, li huma speċifiċi għall-pajjiż, u s-sjieda fil-post ta' riformi strutturali li huma ta' interess għall-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab soċjali, huma għodod adegwati biex jinkiseb żvilupp bħal dan.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa -1a (ġdida)
(1a)  Twassil u komunikazzjoni effiċjenti tar-riżultati tal-Programm fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-viżibbiltà tar-riżultati tar-riformi implimentati bbażati fuq it-talba ta' kull Stat Membru. Dak jiżgura l-iskambju tal-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattiki, li huwa wieħed mill-miri ewlenin tal-Programm.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  Huwa mistenni li d-domanda għal appoġġ taħt il-Programm se tibqa' għolja, li jfisser li ċerti talbiet se jkollhom bżonn jingħataw prijorità. Jenħtieġ li tingħata preferenza, fejn ikun xieraq, lil talbiet li jkunu mmirati biex imexxu t-tassazzjoni minn fuq ix-xogħol għal fuq il-ġid u t-tniġġis, li jħeġġu politiki aktar b'saħħithom tal-impjiegi u dawk soċjali u b'hekk l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa permezz ta' trasparenza mtejba, li tistabbilixxi strateġiji innovattivi u riindustrijalizzazzjoni sostenibbli u titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għal talbiet għal appoġġ li jkollhom livell għoli ta' appoġġ demokratiku u involviment tas-sħab u li jkollhom effetti konsegwenzjali fuq setturi oħra. Il-programm jenħtieġ li jikkumplimenta strumenti oħra sabiex jiġi evitat xogħol doppju.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 1c (ġdid)
(1 c)   Fil-ħidma tiegħu biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri sabiex iħejju u jimplimentaw ir-riformi strutturali li jsostnu t-tkabbir, il-Programm jenħtieġ li ma jiħux post jew ma jissostitwixxix il-finanzjament mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri, jew jintuża biex ikopri l-infiq kurrenti;
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3:
(3)  It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali bit-tisħiħ ta' riformi strutturali hija kruċjali għal parteċipazzjoni b'suċċess fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan hu ta' importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhux l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.
(3)  It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta' riformi strutturali li jibbenefikaw lill-Unjoni u huma bi qbil mal-prinċipji u l-valuri tagħha huwa kruċjali għal parteċipazzjoni b'suċċess u konverġenza reali msaħħa fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, li tiżgura l-istabbiltà u l-prosperità fuq perjodu twil. Dan hu ta' importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi enfasizzat fl-objettiv ġenerali tal-Programm – fi ħdan il-kontribut tiegħu lejn ir-rispons għall-isfidi ekonomiċi u soċjali – li jenħtieġ li t-titjib tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, u l-ħolqien tal-impjiegi jikkontribwixxu wkoll għat-tħejjijiet għall-parteċipazzjoni futura fiż-żona tal-euro minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro.
(4)  Għalhekk huwa xieraq li jiġi enfasizzat fl-objettiv ġenerali tal-Programm – fi ħdan il-kontribut tiegħu lejn ir-rispons għall-isfidi ekonomiċi u soċjali – li jenħtieġ li t-titjib tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tad-disparitajiet bejn Stati Membri u reġjuni, jikkontribwixxu wkoll għat-tħejjijiet għall-parteċipazzjoni futura fiż-żona tal-euro minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom għadha mhix l-euro.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat li l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm jistgħu jkunu ta' appoġġ għal riformi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri li jixtiequ jadottaw l-euro biex iħejju rwieħhom għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.
(5)  Billi wieħed iżomm f'moħħu l-esperjenza pożittiva li kellha l-Unjoni bl-assistenza teknika offruta lil pajjiżi oħrajn li diġà adottaw l-euro, huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat li l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm jistgħu jappoġġjaw riformi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni f'data aktar tard u li jixtiequ jadottaw l-euro biex iħejju għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Seba' Stati Membri huma soġġetti għal obbligu tat-Trattat li jħejju lilhom infushom għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, jiġifieri l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja. Xi wħud minn dawk l-Istati Membri ftit għamlu progress lejn dan l-objettiv f'dawn l-aħħar snin, u dan jagħmel l-appoġġ tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni fl-euro dejjem aktar rilevanti. Id-Danimarka u r-Renju Unit ma huma taħt l-ebda obbligu li jingħaqdu maż-żona tal-euro.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
(5b)   L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x'jiżvolġu fir-riforma strutturali, sa tali punt li jiddependi mill-organizzazzjoni kostituzzjonali u amministrattiva ta' kull Stat Membru. Huwa għalhekk xieraq li jkun previst livell xieraq ta' involviment u konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-riforma strutturali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni li tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba.
(6)  Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem akbar mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li huma fl-interess tal-Unjoni fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied, bl-użu tal-istrument ta' flessibbiltà taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/20131a għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba. Dik iż-żieda jenħtieġ li ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-prijoritajiet l-oħra tal-politika ta' koeżjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jittrasferixxu l-allokazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tagħhom minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) bil-ħsieb li jeliminaw id-differenza fil-finanzjament tal-Programm.
___________
1a Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Sabiex jingħata appoġġ bl-inqas dewmien possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun f'qagħda li tuża parti mill-pakkett finanzjarju anki biex tkopri l-kost ta' attivitajiet li jappoġġjaw il-Programm, bħal spejjeż relatati mal-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post.
(7)  Sabiex jingħata appoġġ ta' kwalità bl-inqas dewmien possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun f'qagħda li tuża parti mill-pakkett finanzjarju anki biex tkopri l-kost ta' attivitajiet li jappoġġjaw il-Programm, bħal spejjeż relatati mal-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni ta' proġetti fuq il-post. Jenħtieġ li dawn l-ispejjeż ikunu proporzjonali għall-valur globali tan-nefqa fil-qafas tal-proġetti ta' appoġġ.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Sabiex ikun żgurat ir-rappurtar bla xkiel tal-implimentazzjoni tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jenħtieġ li jkun speċifikat il-perjodu li fih il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapporti annwali ta' monitoraġġ.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) 2017/825
L-Artikolu 4 – paragrafu 1:
L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-investiment, li jkun ukoll ta' tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.";
L-objettiv ġenerali tal-Programm għandu jkun li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri, billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali fejn ikun xieraq, għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-faqar, l-investiment, u konverġenza reali fl-Unjoni, li jkun ukoll ta' tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) 2017/825
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)
(1a)   fl-Artikolu 5(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
(da)   li jappoġġja l-involviment u l-konsultazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' riforma strutturali b'mod proporzjonat għas-setgħat u r-responsabbiltajiet ta' dawk l-awtoritajiet reġjonali u lokali fi ħdan l-istruttura kostituzzjonali u amministrattiva ta' kull Stat Membru.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (UE) 2017/825
Artikolu 10 - paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa stabbilit għal EUR 222 800 000 fi prezzijiet attwali.;
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa stabbilit għal EUR 222 800 000 fi prezzijiet kurrenti, li minnhom EUR 80 000 000 għandu jiġi pprovdut mill-Istrument ta' Flessibbiltà taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013*.
_________________
* Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) 2017/825
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
(3a)   fl-Artikolu 16(2), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:
"2. Mill-2018 sa u inkluż l-2021 il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:"
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) 2017/825
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(3b)  Fl-Artikolu 16(2), jiddaħħal il-punt da li ġej:
" (da) l-eżiti tal-kontroll tal-kwalità u tal-monitoraġġ ta' proġetti ta' appoġġ fuq il-post; "

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0227/2018).

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Lulju 2018Avviż legali