Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0238(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0177/2018

Testi mressqa :

A8-0177/2018

Dibattiti :

PV 03/07/2018 - 25
CRE 03/07/2018 - 25

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0283

Testi adottati
PDF 121kWORD 48k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-KEEA u l-Armenja ***
P8_TA(2018)0283A8-0177/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra (12543/2017 – C8-0422/2017 – 2017/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12543/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra (12548/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; u bi qbil mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 209, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0422/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2018(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0177/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2018)0284.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Novembru 2019Avviż legali