Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0310(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0222/2018

Testi mressqa :

A8-0222/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0285

Testi adottati
PDF 121kWORD 49k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 - Strasburgu
Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni UE-Iraq ***
P8_TA(2018)0285A8-0222/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/1/2012 – C8-0038/2018 – 2010/0310(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10209/1/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (5784/2/2011 u 8318/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100, l-Artikolu 207, l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0038/2018),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra l-bidla tal-bażi legali wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta' Ġunju 2014(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2018(3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0222/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Iraq.

(1) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 301.
(2) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Ġunju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, dwar il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Filippini, C-377/12, ECLI: EU:C:2014:1903.
(3) Testi adottati ta’ dik id-data, P8_TA(2018)0286.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza