Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0810(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0219/2018

Testi mressqa :

A8-0219/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.8
CRE 04/07/2018 - 6.8

Testi adottati :

P8_TA(2018)0288

Testi adottati
PDF 169kWORD 55k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
L-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ***I
P8_TA(2018)0288A8-0219/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (10850/2017 – ECB/2017/18 – C8-0228/2017 – 2017/0810(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Abbozz mill-Bank Ċentrali Ewropew   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta’ deċiżjoni
Premessa 1
(1)  Il-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) jinkludu d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas. Infrastrutturi tas-suq finanzjarju siguri u effiċjenti, b'mod partikolari sistemi tal-ikklerjar, huma essenzjali għat-twettiq ta' dawn il-kompiti bażiċi.
(1)  Il-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) jinkludu d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas, li hija fundamentali għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja. Infrastrutturi tas-suq finanzjarju siguri u effiċjenti, b'mod partikolari sistemi tal-ikklerjar, huma essenzjali għat-twettiq ta' dawn il-kompiti bażiċi.
Emenda 2
Abbozz ta’ deċiżjoni
Premessa 3
(3)  Fl-4 ta' Marzu 2015, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza tagħha f'Ir-Renju Unit vs il-BĊE, Kawża T-496/117, li qalet li l-BĊE m'għandux il-kompetenza meħtieġa biex jirregola l-attività ta' sistemi tal-ikklerjar. Il-Qorti Ġenerali stqarret li l-Artikolu 129(3) tat-Trattat jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill, hekk kif jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE, biex jemendaw l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali (iktar 'il quddiem l-"Istatut tas-SEBĊ"). Il-Qorti kkonkludiet li "huwa l-kompitu tal-BĊE, fil-każ li jqis li r-rikonoxximent favur tiegħu ta' setgħa regolatorja tal-infrastrutturi li jwettqu clearing ta' operazzjonijiet fuq titoli huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-ħidma prevista fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, li jitlob lil-leġiżlatur tal-Unjoni emenda għall-Artikolu 22 tal-Istatuti, billi jiżdied riferiment espliċitu għas-sistemi ta' clearing ta' titoli".
(3)  Fl-4 ta' Marzu 2015, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza tagħha f'Ir-Renju Unit vs il-BĊE, Kawża T-496/1177, li qalet li "l-BĊE ma għandux il-kompetenza neċessarja sabiex jirregola l-attività tas-sistemi ta' clearing ta' titoli, b'tali mod li l-qafas ta' sorveljanza, sa fejn jimponi fuq il-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta' titoli finanzjarji rekwiżit ta' lokalizzazzjoni fi ħdan iż-żona euro, għandu jiġi annullat minħabba nuqqas ta' kompetenza". Il-Qorti Ġenerali stqarret li l-Artikolu 129(3) tat-Trattat jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill, hekk kif jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE, biex jemendaw l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali (iktar 'il quddiem l-"Istatut tas-SEBĊ"). Għaldaqstant, il-Qorti kkonkludiet li "huwa l-kompitu tal-BĊE, fil-każ li jqis li r-rikonoxximent favur tiegħu ta' setgħa regolatorja tal-infrastrutturi li jwettqu clearing ta' operazzjonijiet fuq titoli huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-ħidma prevista fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, li jitlob lil-leġiżlatur tal-Unjoni emenda għall-Artikolu 22 tal-Istatut, billi jiżdied riferiment espliċitu għas-sistemi ta' clearing ta' titoli".
_________________
_________________
7 ECLI:
7 ECLI: EU:T:2015:133.
Emenda 3
Abbozz ta’ deċiżjoni
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Minkejja li s-sistemi tal-ikklerjar ta' titoli huma tipoloġija ta' sistemi ta' ħlas, jeħtieġ li tiżdied iċ-ċarezza dwar il-kwistjoni, fid-dawl tas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-496/11, u għalhekk, permezz ta' rieżami tal-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-kwistjoni tal-kompetenza fir-rigward ta' tali sistemi jeħtieġ li tiġi ċċarata.
Emenda 4
Abbozz ta’ deċiżjoni
Premessa 4
(4)  Żviluppi sinifikanti fuq livell kemm globali kif ukoll Ewropew huma mistennija li jżidu r-riskji li disturbi li jaffettwaw is-sistemi tal-ikklerjar, b'mod partikolari kontropartijiet ċentrali (CCPs), jheddu t-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika, li finalment jaffettwaw l-objettiv ewlieni tal-Eurosistema li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet.
(4)  Żviluppi sinifikanti fuq livell kemm globali kif ukoll Ewropew huma mistennija li jżidu r-riskji li disturbi li jaffettwaw is-sistemi tal-ikklerjar, b'mod partikolari kontropartijiet ċentrali (CCPs), jheddu t-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika, li finalment jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja, inkluż l-objettiv ewlieni tal-Eurosistema li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet.
Emenda 5
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 5
(5)  Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-Intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-ħruġ tar-Renju Unit ser iwassal għal bidla fundamentali fil-mod kif ċerti attivitajiet ta' kklerjar ddenominati f'euro li huma sistemikament importanti huma rregolati, issorveljati u miżmuma taħt superviżjoni, biex b'hekk tiġi affetwata b'mod avvers l-abbiltà tal-Eurosistema li timmonitorja u tiġġestixxi r-riskji għat-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas, u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema.
imħassar
Emenda 6
Abbozz ta’ deċiżjoni
Premessa 6
(6)  L-ikklerjar ċentrali qiegħed isir dejjem aktar ta' natura transkonfinali u sistemikament importanti. Minħabba s-sħubija diversa tagħhom u n-natura pan-Ewropea tas-servizzi finanzjarji li jipprovdu, is-CCPs huma ta' importanza kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi, u b'mod partikolari għaż-żona tal-euro. Dan huwa rifless fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, li jistabbilixxi arranġamenti superviżorji kollettivi fil-forma ta' kulleġġi, komposti mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni relevanti, inkluża l-Eurosistema fir-rwol tagħha bħala l-bank ċentrali emittenti tal-euro.
(6)  L-ikklerjar ċentrali qiegħed isir dejjem aktar ta' natura transkonfinali u sistemikament importanti. Minħabba s-sħubija diversa tagħhom u n-natura pan-Ewropea tas-servizzi finanzjarji li jipprovdu, is-CCPs huma ta' importanza kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi, u b'mod partikolari għaż-żona tal-euro. Dan huwa rifless fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi arranġamenti superviżorji kollettivi fil-forma ta' kulleġġi, komposti mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni relevanti, inkluża l-Eurosistema fir-rwol tagħha bħala l-bank ċentrali emittenti tal-euro, il-munita tal-Unjoni.
_________________
8Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
Emenda 7
Abbozz ta’ deċiżjoni
Premessa 7
(7)  Sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, fit-13 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta leġiżlattiva tagħha sabiex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u s-sigurezza u s-sodezza ta' CCPs li huma ta' relevanza sistemika għal swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Eurosistema bħala bank ċentrali ta' ħruġ għall-euro jista' jaqdi r-rwol previst fil-proposta leġiżlattiva, huwa ta' importanza primarja li jkollha s-setgħat rilevanti skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. B'mod partikolari, l-Eurosistema għandu jkollha setgħat regolatorji biex tadotta valutazzjonijiet vinkolanti u biex teħtieġ azzjoni korrettiva, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet oħrajn tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jkun neċessarju biex tiġi protetta l-istabbiltà tal-euro, il-BĊE għandu jkollu wkoll is-setgħat regolatorji biex jadotta rekwiżiti addizzjonali għal CCPs involuti fl-ikklerjar ta' ammonti sinifikanti ta' tranżazzjonijiet iddenominati f'euro.
(7)  Sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, fit-13 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta leġiżlattiva tagħha sabiex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u s-sigurezza u s-sodezza ta' CCPs li huma ta' relevanza sistemika għal swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Eurosistema, bħala bank ċentrali ta' ħruġ għall-euro, tista' taqdi r-rwol previst fil-proposta leġiżlattiva, huwa ta' importanza primarja li jkollha s-setgħat rilevanti skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. B'mod partikolari, l-Eurosistema għandu jkollha setgħat regolatorji biex tadotta valutazzjonijiet vinkolanti u biex teħtieġ azzjoni korrettiva, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet oħrajn tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jkun neċessarju biex tiġi protetta l-istabbiltà tal-euro, il-BĊE għandu jkollu wkoll is-setgħat regolatorji biex jadotta rekwiżiti addizzjonali għal CCPs involuti fl-ikklerjar ta' ammonti sinifikanti ta' tranżazzjonijiet iddenominati f'euro. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jipproteġu l-integrità tas-Suq Uniku u jiżguraw li fis-superviżjoni tas-CCPs ta' pajjiżi terzi, id-dritt tal-Unjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jingħataw preċedenza.
Emenda 8
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8
(8)  L-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa parti mill-Kapitolu IV "Funzjonijiet u operazzjonijiet monetarji tas-SEBĊ". Il-kompiti mogħtijin minnu għandhom għalhekk jintużaw biss għall-finijiet tal-politika monetarja.
(8)  L-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa parti mill-Kapitolu IV "Funzjonijiet u operazzjonijiet monetarji tas-SEBĊ". Il-kompiti mogħtijin minnu għandhom għalhekk jintużaw biss għall-finijiet tal-politika monetarja. Fir-rigward tas-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji, ir-rekwiżiti li jistgħu jiġu applikati abbażi ta' dak l-Artikolu għandhom jinkludu r-rekwiżiti ta' rappurtar u r-rekwiżiti imposti fuq is-sistema tal-ikklerjar biex tikkoopera mal-BĊE u mal-banek ċentrali nazzjonali fil-valutazzjoni tagħhom tar-reżiljenza tas-sistema għall-iżviluppi sfavorevoli tas-suq. Tali rekwiżiti għandhom jinkludu wkoll il-ftuħ mis-sistema ta' kont ta' depożitu mal-lejl mas-SEBĊ b'konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti ta' aċċess rilevanti tas-SEBĊ. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu r-rekwiżiti meħtieġa biex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn sistema tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji toħloq riskju imminenti ta' dannu sostanzjali għas-swieq jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew għal wieħed mill-Istati Membri tagħha, bħal rekwiżiti relatati mal-kontrolli tar-riskju tal-likwidità, arranġamenti ta' saldu, marġni, kollateral jew arranġamenti ta' interoperabilità. Fir-rigward tas-sistemi tal-ikklerjar ta' pajjiżi terzi għal strumenti finanzjarji ta' importanza sistemika, ir-Regolament (UE) Nru ... /... [Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi] jipprevedi l-possibbiltà li l-BĊE jipproponi rekwiżiti addizzjonali għal tali sistemi.
Emenda 9
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Is-setgħat il-ġodda tal-BĊE rigward is-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji abbażi tal-Artikolu 22 emendat tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE se jiġu eżerċitati flimkien mas-setgħat eżerċitati minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni abbażi tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern previsti fil-Parti III tat-TFUE, inklużi dawk li jinsabu f'atti adottati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill skont is-setgħat mogħtija lilhom. F'dak il-kuntest, sabiex jiġi żgurat li s-setgħat rispettivi ta' kull entità jkunu rispettati u biex jiġi evitat li jkun hemm inkonsistenzi u regoli konfliġġenti bejn id-deċiżjonijiet meħuda minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi differenti tal-Unjoni, is-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 22 emendat tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE għandhom jiġu eżerċitati bil-konsiderazzjoni dovuta għall-qafas ġenerali għas-suq intern stabbilit mill-koleġiżlaturi u b'mod li jkun konsistenti bis-sħiħ kemm mal-atti legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll mal-miżuri adottati skont tali atti.
Emenda 10
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8b (ġdida)
(8b)  Il-BĊE għandu jiżgura trasparenza sħiħa u obbligu ta' rendikont sħiħ lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat u l-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tiegħu. B'mod partikolari, għandu jżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment dwar id-deċiżjonijiet meħuda kollha u dwar ir-regolamenti adottati kollha abbażi ta' dak l-Artikolu. Għal dak il-għan, għandu jiddedika kapitolu speċifiku tar-rapport annwali tiegħu għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tiegħu u għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet kollha relatati ma' regolamenti li jadotta abbażi ta' dak l-Artikolu.
Emenda 11
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 1
L-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
Artikolu 22
Artikolu 22
Artikolu 22
Sistemi tal-ikklerjar u sistemi ta' ħlas
Sistemi tal-ikklerjar u sistemi ta' ħlas
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, biex jiżgura sistemi tal-ikklerjar u tal-ħlas effiċjenti u sodi, u sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji, fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi oħrajn.
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, biex jiġu żgurati sistemi tal-ikklerjar u tal-ħlas effiċjenti u sodi fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi.
Sabiex jilħaq l-objettivi tas-SEBĊ u jwettaq il-kompiti tiegħu, il-BĊE jista' jagħmel regolamenti rigward is-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-atti legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-miżuri adottati skont tali atti, u b'mod li jkun konsistenti bis-sħiħ ma' dawk l-atti u l-miżuri.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat/kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0219/2018).

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Novembru 2019Avviż legali