Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0115(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0200/2018

Testi mressqa :

A8-0200/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.9

Testi adottati :

P8_TA(2018)0289

Testi adottati
PDF 164kWORD 51k
L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Tassazzjoni fuq il-vetturi: ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi *
P8_TA(2018)0289A8-0200/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi (COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0276),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0196/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0200/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  L-applikazzjoni ta' taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija se jkollha ġġarrab fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' pedaġġi.
(4)  L-applikazzjoni ta' taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija, u b'mod partikolari l-SMEs, se jkollhom iġarrbu fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' pedaġġi.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li dan it-tnaqqis ikun wieħed gradwali.
(5)  B'kont meħud tal-forma ta' tariffa għall-użu tat-triq relatata mad-distanza vvjaġġata, u sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti u piż amministrattiv possibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw marġni ta' diskrezzjoni akbar biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE.
Emendi 3 u 17
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu inkoraġġiti jabolixxu kwalunkwe inċentiv fiskali kontradittorju li jiskoraġġixxi l-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u li jissussidja vetturi ineffiċjenti u li jniġġsu, bħal vetturi diesel tal-kumpaniji.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  Sabiex tingħata diskrezzjoni ikbar lill-Istati Membri ħalli jkunu jistgħu jnaqqsu r-rati tagħhom tat-taxxa fuq il-vetturi sabiex tiġi appoġġjata l-introduzzjoni ta' pedaġġi abbażi tad-distanza u sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv potenzjali, ir-rati minimi ta' tassazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024, biex b'hekk l-Istati Membri jingħataw l-akbar flessibbiltà meta jkunu qed jiddeċiedu dwar ir-rata u l-veloċità tat-tnaqqis.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 1999/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
(2a)   Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4a. It-tnaqqis gradwali tat-taxxa fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija applikat minn Stat Membru għandu jkun totalment ikkompensat mid-dħul addizzjonali ġġenerat mis-sistema ta' pedaġġ tiegħu. Sal-1 ta' Jannar 2024, l-Istati Membri kollha għandhom jimplimentaw is-sistema ta' pedaġġ skont din id-Direttiva."
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Anness I – paragrafu 1 – punt a
Direttiva 1999/62/KE
Anness I - titolu
Tabella A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU [...]” [għandha tiddaħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva];
Tabella A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2023
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt b
Direttiva 1999/62/KE
Anness I – tabella B
“Tabella B: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR [...] [għandha tiddaħħal is-sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt b
Direttiva 1999/62/KE
Anness I – tabella C
Tabella C: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tieni sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt b
Direttiva 1999/62/KE
Anness I – tabella D
Tabella D: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tielet sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt b
Direttiva 1999/62/KE
Anness I – tabella E
Tabella E: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal ir-raba' sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt b
Direttiva 1999/62/KE
Anness I – tabella F – titolu
Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal il-ħames sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR 2024
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Novembru 2019Avviż legali