Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (COM(2018)0021 – C8-0022/2018 – 2018/0006(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0022/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0260/2018),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE21 tippermetti li l-Istati Membri jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom għall-impriżi ż-żgħar skont id-disposizzjonijiet komuni u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni aktar mill-qrib. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex aġġornati u ma jnaqqsux il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar peress li kienu mfassla għal sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ibbażata fuq l-Istat Membru tal-oriġini.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE21 tippermetti li l-Istati Membri jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom għall-impriżi ż-żgħar skont id-dispożizzjonijiet komuni u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni aktar mill-qrib. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex aġġornati u ma jissodisfawx l-objettiv tagħhom li jnaqqsu l-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar peress li kienu mfassla għal sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ibbażata fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru tal-oriġini.
_________________
_________________
21 ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
21 ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT tagħha22, il-Kummissjoni ħabbret pakkett komprensiv ta' simplifikazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom u jgħin biex jinħoloq ambjent tat-taxxa li jiffaċilita t-tkabbir tagħhom u l-iżvilupp tal-kummerċ transfruntier. Dan se jinkludi rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT23. Għalhekk, ir-rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar jinvolvi element importanti tal-pakkett ta' riforma stabbilit fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT.
(2) Fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT22 tagħha, il-Kummissjoni ħabbret pakkett komprensiv ta' simplifikazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom u jgħin biex jinħoloq ambjent tat-taxxa li jiffaċilita t-tkabbir tagħhom u l-iżvilupp tal-kummerċ transfruntier, kif ukoll biex tiżdied il-konformità tal-VAT. L-impriżi ż-żgħar fl-Unjoni huma partikolarment attivi f'ċerti setturi li joperaw bejn il-fruntieri, bħalma huma dawk tal-kostruzzjoni, tal-komunikazzjoni, tas-servizz tal-ikel u tal-kummerċ bl-imnut, u jistgħu jikkostitwixxu sors importanti ta' impjiegi.Biex jinkisbu l-objettivi tal-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, huwa meħtieġ rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT23. Għalhekk, ir-rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar jinvolvi element importanti tal-pakkett ta' riforma stabbilit fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT.
_________________
_________________
22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).
22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017)0566 tal-4 ta' Ottubru 2017).
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017)0566 tal-4 ta' Ottubru 2017).
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Ir-rieżami ta' din l-iskema speċjali huwa marbut mill-qrib mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema tal-VAT definittiva għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni24. Il-bidla tas-sistema tal-VAT lejn tassazzjoni bbażata fuq id-destinazzjoni identifikat li wħud mir-regoli attwali mhumiex adattati għal sistema tat-taxxa bbażata fuq id-destinazzjoni.
(3) Ir-rieżami ta' din l-iskema speċjali huwa marbut mill-qrib mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema tal-VAT definittiva għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni24. Il-bidla tas-sistema tal-VAT lejn tassazzjoni bbażata fuq id-destinazzjoni identifikat li wħud mir-regoli attwali mhumiex adattati għal sistema tat-taxxa bbażata fuq id-destinazzjoni. Id-diffikultajiet prinċipali rigward il-kummerċ transfruntier imsaħħaħ għall-impriżi ż-żgħar jinqalgħu minħabba r-regoli diversi u kumplessi madwar l-Unjoni relatati mal-VAT, kif ukoll minħabba l-fatt li l-eżenzjoni nazzjonali għall-impriżi ż-żgħar jibbenefikaw minnha biss l-impriżi ż-żgħar fl-Istati Membri fejn huma stabbiliti.
_________________
_________________
24 Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 tal-4 ta' Ottubru 2017).
24 Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 tal-4 ta' Ottubru 2017).
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-piż ta' konformità sproporzjonat li jaffaċċjaw l-impriżi ż-żgħar, jenħtieġ li l-miżuri ta' simplifikazzjoni jkunu disponibbli mhux biss għall-impriżi li huma eżentati skont ir-regoli attwali, iżda wkoll għal dawk meqjusa bħala żgħar f'termini ekonomiċi. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni tar-regoli tal-VAT, l-impriżi jitqiesu "żgħar" jekk il-fatturat tagħhom jikkwalifikahom bħala mikroimpriżi skont id-definizzjoni ġenerali prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25.
(4) Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-piż ta' konformità sproporzjonat li jaffaċċjaw l-impriżi ż-żgħar, jenħtieġ li l-miżuri ta' simplifikazzjoni jkunu disponibbli mhux biss għall-impriżi li huma eżentati skont ir-regoli attwali, iżda wkoll għal dawk meqjusa bħala żgħar f'termini ekonomiċi. Id-disponibbiltà ta' tali miżuri hija partikolarment rilevanti, peress li l-maġġoranza tal-impriżi ż-żgħar, kemm jekk eżenti jew mhux, fir-realtà huma obbligati jużaw is-servizzi ta' konsulenti jew konsulenti esterni sabiex jgħinuhom jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT tagħhom, u dan iqiegħed piż finanzjarju addizzjonali fuq dawk l-impriżi. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni tar-regoli tal-VAT, l-impriżi jitqiesu "żgħar" jekk il-fatturat tagħhom jikkwalifikahom bħala mikroimpriżi skont id-definizzjoni ġenerali prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25.
_________________
_________________
25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) L-impriżi ż-żgħar jistgħu jibbenefikaw biss mill-eżenzjoni jekk il-fatturat annwali tagħhom ikun inqas mil-limitu applikat mill-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Waqt l-istabbiliment tal-limitu tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli dwar il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/112/KE. Dawk ir-regoli, li l-biċċa l-kbira tagħhom ġew stabbiliti fl-1977, ma għadhomx adattati.
(6) L-impriżi ż-żgħar jistgħu jibbenefikaw biss mill-eżenzjoni jekk il-fatturat annwali tagħhom ikun inqas mil-limitu applikat mill-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Waqt l-istabbiliment tal-limitu tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli dwar il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/112/KE. Dawk ir-regoli, li l-biċċa l-kbira tagħhom ġew stabbiliti fl-1977, ma għadhomx adattati. Għal raġunijiet ta' flessibbiltà u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu limiti xierqa aktar baxxi proporzjonali għad-daqs u l-ħtiġijiet tal-ekonomija tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti biss limiti massimi fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom għall-eżenzjoni fil-livell l-aktar adattat għall-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom, skont il-limitu massimu previst f'din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta l-Istati Membri japplikaw limiti differenti, dawn iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi.
(8) Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom għall-eżenzjoni fil-livell l-aktar adattat għall-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom, skont il-limitu massimu previst f'din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta l-Istati Membri japplikaw limiti differenti, dawn iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi. Sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier, il-lista ta' limiti nazzjonali għall-eżenzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli għall-impriżi ż-żgħar kollha li jixtiequ joperaw f'diversi Stati Membri.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Meta tapplika eżenzjoni, l-impriżi ż-żgħar li jibbenefikaw mill-eżenzjoni jenħtieġ li, bħala minimu, ikollhom aċċess għal obbligi ta' reġistrazzjoni, fatturazzjoni, kontabbiltà u rappurtar issimplifikati tal-VAT.
(12) Meta tapplika eżenzjoni, l-impriżi ż-żgħar li jibbenefikaw mill-eżenzjoni jenħtieġ li, bħala minimu, ikollhom aċċess għal obbligi ta' reġistrazzjoni, fatturazzjoni, kontabbiltà u rappurtar issimplifikati tal-VAT. Sabiex jiġu evitati l-konfużjoni u l-inċertezza legali fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi linji gwida dwar reġistrazzjoni u kontabbiltà simplifikati, filwaqt li tispjega f'aktar dettall il-proċeduri li għandhom jiġu ssimplifikati u sa liema punt.Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], dik is-simplifikazzjoni jenħtieġ li tiġi soġġetta għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jivvalutaw jekk għandhiex valur miżjud u impatt pożittiv reali fuq l-impriżi u l-konsumaturi.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lil impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, jeħtieġ li tintalab notifika minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Jenħtieġ li din in-notifika ssir mill-impriża ż-żgħira lill-Istat Membru fejn hi stabbilita. Wara, abbażi tal-informazzjoni ddikjarata fuq il-fatturat ta' dik l-impriża, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
(13) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lil impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, jeħtieġ li tintalab notifika minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Jenħtieġ li din in-notifika ssir permezz ta' portal online li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni. Wara, jenħtieġ li l-Istat Membru tal-istabbiliment, abbażi tal-informazzjoni ddikjarata fuq il-fatturat ta' dik l-impriża, jinforma lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. L-impriżi ż-żgħar jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jinnotifikaw lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni tagħhom dwar ix-xewqa tagħhom li jerġgħu lura għas-sistema tal-VAT ġenerali.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Biex jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar li mhumiex eżentati, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jissimplifikaw ir-reġistrazzjoni tal-VAT u ż-żamma ta' rekords, u li jtawlu l-perjodi tat-taxxa biex ikun hemm inqas preżentazzjonijiet frekwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT.
(15) Biex jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar li mhumiex eżentati, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jissimplifikaw ir-reġistrazzjoni tal-VAT u ż-żamma ta' rekords. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi punt uniku ta' servizz għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT fi Stati Membri differenti.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar, li ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
(17) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar, li ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Madankollu, il-kontrolli tal-VAT li jirriżultaw minħabba l-proċessi ta' konformità huma strumenti ta’ valur kontra l-frodi tat-taxxaul-iffaċilitar tal-piż tal-konformità għall-impriżi ż-żgħar ma għandux isir għad-detriment tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.
Qabel ma tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra, l-impriża ż-żgħira għandha tinnotifika lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi portal online li permezz tiegħu għandhom jirreġistraw dawk l-impriżi ż-żgħar li jkunu jixtiequ jibbenefikaw mill-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor.
Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista.;
Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża żgħira u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom għarfien suffiċjenti dwar l-istatus tal-impriżi ż-żgħar u tar-relazzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew sjieda tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jikkonfermaw l-istatus tagħhom bħala impriżi żgħar.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 288a – paragrafu 1
Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta' impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal dik is-sena, dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dik is-sena ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b'aktar minn 50 %.;
Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta' impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal sentejn oħra, dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dawk is-sentejn ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b'aktar minn 33 %.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
(17a) fl-Artikolu 293, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:(1) titjib għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar;(2) l-adattament ta' sistemi nazzjonali fir-rigward ta' eżenzjonijiet u ħelsien gradwat mit-taxxa;(3) l-adattament tal-limiti massimi previsti fit-Taqsima 2.
‘Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu inkonsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:
(i) titjib għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar;
(ii) l-adattament ta' sistemi nazzjonali fir-rigward ta' eżenzjonijiet u l-possibbiltà li l-eżenzjonijiet nazzjonali madwar l-Unjoni jiġu armonizzati;
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)
(17b) L-Artikolu 294 huwa mħassar;
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 294e
Artikolu 294e
Artikolu 294e
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi ż-żgħar mill-obbligu li jippreżentaw denunzja tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250.
L-Istati Membri għandhomjew jeżentaw lill-impriżi ż-żgħar mill-obbligu li jippreżentaw denunzja tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250 jew jistgħu jippermettu lil dawn l-impriżi ż-żgħar eżentati jippreżentaw denunzja tal-VAT issimplifikata - li mill-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja: il-VAT imponibbli, il-VAT deduċibbli, l-ammont nett tal-VAT (pagabbli jew riċevibbli), il-valur totali tat-tranżazzjonijiet tal-input u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet tal-output – biex jiġi kopert il-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252.
Jekk din l-għażla ma tkunx eżerċitata, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil dawn l-impriżi ż-żgħar eżentati jippreżentaw denunzja tal-VAT issimplifikata biex tkoperi l-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 294i – paragrafu 1
Artikolu 294i
imħassar
Għall-impriżi ż-żgħar, il-perjodu tat-taxxa li għandu jkun kopert f'denunzja tal-VAT għandu jkun il-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 294ia (ġdid)
Artikolu 294ia
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt uniku ta' servizz li permezz tiegħu l-impriżi ż-żgħar ikunu jistgħu jippreżentaw id-denunzji tal-VAT tal-Istati Membri differenti fejn ikunu qed joperaw. L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 294j
Artikolu 294j
imħassar
Minkejja l-Artikolu 206, l-Istati Membri m'għandhomx jitolbu li jsiru ħlasijiet interim mill-impriżi ż-żgħar.
Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi għad-data msemmija fl-Artikolu 17.
‘1. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi għad-data msemmija fl-Artikolu 17. Is-sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT (VIES) għandha tispeċifika jekk l-impriżi ż-żgħar humiex jew ma humiex eliġibbli jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT għall-impriżi ż-żgħar.’
Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju2022, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru2019, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.