Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2078(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0272/2018

Testi mressqa :

A8-0272/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/09/2018 - 6.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0321

Testi adottati
PDF 133kWORD 49k
It-Tlieta, 11 ta' Settembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja
P8_TA(2018)0321A8-0272/2018
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja (COM(2018)0360 – C8-0245/2018 – 2018/2078(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0360 – C8-0245/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0272/2018),

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta minn diżastri naturali;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") lir-reġjuni milquta minn diżastri naturali u jiddispjaċih għan-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom f'diżastri naturali fl-Unjoni fl-2017;

3.  Jitlob li l-proċedura tal-mobilizzazzjoni tkompli tiġi ottimizzata b'mod li jwassal biex iż-żmien bejn l-applikazzjoni u l-pagament jiqsar; ifakkar li żborż rapidu lill-benefiċjarji huwa ta' importanza maġġuri għall-komunitajiet lokali, għall-awtoritajiet lokali u għall-fiduċja tagħhom fis-solidarjetà tal-Unjoni;

4.  Jappoġġja lill-Istati Membri li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għal dan il-għan;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b'mod trasparenti, u b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/1505.)

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Settembru 2019Avviż legali