Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0334(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0227/2018

Testi mressqa :

A8-0227/2018

Dibattiti :

PV 10/09/2018 - 20
CRE 10/09/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2018 - 6.1
CRE 04/07/2018 - 6.1
PV 11/09/2018 - 6.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0281
P8_TA(2018)0329

Testi adottati
PDF 137kWORD 50k
It-Tlieta, 11 ta' Settembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali: pakkett finanzjarju u objettiv ġenerali ***I
P8_TA(2018)0329A8-0227/2018
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (COM(2017)0825 – C8-0433/2017 – 2017/0334(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0825),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 175 u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0433/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Lulju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0227/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 237, 6.7.2018, p. 53.
(2) ĠU C 247, 13.7.2018, p. 54.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu
P8_TC1-COD(2017)0334

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1671.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMISSJONI

Rigward il-finanzjament taż-żieda tal-pakkett finanzjarju għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu kif ġej:

1.  EUR 40 miljun se jkunu ffinanzjati permezz tal-linja baġitarja SRSP li tinsab fl-Intestatura 1b (13.08.01) tal-QFP (Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) bil-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP (UE, Euratom) Nru 1311/2013 fil-qafas tal-proċedura baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-TFUE;

2.  EUR 40 miljun se jkunu ffinanzjati permezz tal-linja baġitarja SRSP li tinsab fl-Intestatura 2 (13.08.02) tal-QFP (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) permezz ta' riallokazzjonijiet għajr assistenza teknika u l-Iżvilupp Rurali taħt din l-Intestatura u mingħajr rikors għall-marġini. Is-sorsi preċiżi għal tali riallokazzjonijiet sejrin jiġu speċifikati aktar meta jkun il-waqt fid-dawl tan-negozjati tal-proċedura baġitarja għall-baġit 2019.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

(għall-pubblikazzjoni fis-serje C tal-ĠU)

Il-Kummissjoni se tidentifika u tipproponi riallokazzjonijiet ta’ EUR 40 miljun fl-Intestatura 2 tal-MFF (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) f’ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-2019.

Il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-Impenji f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP (UE, Euratom) Nru 1311/2013 fil-qafas tal-proċedura baġitarja għall-2020 skont l-Artikolu 314 TFUE.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Settembru 2019Avviż legali