Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0312(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0258/2018

Testi mressqa :

A8-0258/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/09/2018 - 6.13
CRE 11/09/2018 - 6.13

Testi adottati :

P8_TA(2018)0330

Testi adottati
PDF 190kWORD 62k
It-Tlieta, 11 ta' Settembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-Programm Euratom li jikkumplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 *
P8_TA(2018)0330A8-0258/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (COM(2017)0698 – C8-0009/2018 – 2017/0312(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0698),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0258/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 (il-"Programm Euratom"). Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkollu l-istess objettivi bħall-Programm 2014-2018, jappoġġa l-istess attivitajiet u juża l-istess mod ta' implimentazzjoni li ta prova li huwa effiċjenti u xieraq għall-fini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.
(4)  Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità u jintlaħqu l-objettivi f'dan il-qasam, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 (il-"Programm Euratom"). Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkollu l-istess objettivi bħall-Programm 2014-2018, jappoġġa l-istess attivitajiet u juża l-istess mod ta' implimentazzjoni li ta prova li huwa effiċjenti u xieraq għall-fini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari serji jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-"JRC") jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm Euratom.
(6)  Minkejja l-impatt potenzjali tal-enerġija nukleari fuq il-provvista tal-enerġija u l-iżvilupp ekonomiku, aċċidenti nukleari serji jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem, kif ukoll lill-ambjent, fit-terminu medju u fit-tul. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-"JRC") jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm Euratom.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-"Pjan SET"), stabbilit fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2008 fi Brussell, qed jaċċellera l-iżvilupp ta' portafoll ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kunsill Ewropew qabel, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Frar 2011, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se jippromwovu l-investiment fis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u f'teknoloġiji sikuri u sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u se jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-teknoloġija stabbiliti fil-Pjan SET. Kull Stat Membru jibqa' ħieles li jagħżel it-tip ta' teknoloġiji li jappoġġa.
(7)  Il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (il-"Pjan SET"), stabbilit fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2008 fi Brussell, qed jaċċellera l-proċess tal-innovazzjoni fil-qasam ta' teknoloġiji Ewropej avvanzati b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kunsill Ewropew qabel, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Frar 2011, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha se jippromwovu l-investiment fis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u f'teknoloġiji sikuri u sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju inkluża l-enerġija nukleari u se jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-teknoloġija stabbiliti fil-Pjan SET. L-Azzjoni 10 (nukleari) tal-Pjan SET għandha l-għan li: Iżżomm livell għoli ta' sikurezza tar-reatturi nukleari u taċ-ċikli tal-fjuwil assoċjati waqt l-operazzjoni u d-dekummissjonar, filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza tagħhom. Kull Stat Membru huwa liberu li jagħżel it-tip ta' teknoloġiji li jappoġġa.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b'mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Diċembru 2008, irrikonoxxa l-ħtieġa kontinwa għall-ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jixirqu marbutin mar-riċerka u koordinati fil-livell tal-Komunità.
(8)  Peress li l-Istati Membri kollha għandhom installazzjonijiet nukleari jew jagħmlu użu minn materjali radjuattivi b'mod partikolari għal skopijiet mediċi, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Diċembru 2008, irrikonoxxa l-ħtieġa kontinwa għal ħiliet fil-qasam nukleari, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ adatti fil-livelli kollha u koordinazzjoni xierqa ma' proġetti ta' riċerka fil-livell Ewropew.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu mill-enerġija nukleari jew le, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti.
(9)  Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu mill-enerġija nukleari jew le, huwa rikonoxxut ukoll li r-riċerka nukleari taqdi rwol importanti fl-Istati Membri kollha, mhux l-inqas fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Biex il-fużjoni ssir opzjoni kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett hemm bżonn li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b'suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu. It-tieni nett hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex jintlaħqu dawk il-miri hemm bżonn li l-programm Ewropew tal-fużjoni jiġi dirett lejn programm konġunt ta' attivitajiet li jimplimentaw dan il-pjan direzzjonali. Sabiex jiġu żgurati l-kisbiet ta' attivitajiet li għaddejjin fir-riċerka dwar il-fużjoni, kif ukoll l-impenn fit-tul tal-partijiet ikkonċernati fil-fużjoni kif ukoll il-kollaborazzjoni bejniethom, jenħtieġ li jkun żgurat l-appoġġ kontinwu tal-Komunità. Jenħtieġ li jkun hemm fokus aktar b'saħħtu primarjament fuq l-attivitajiet b'appoġġ għall-ITER, iżda wkoll fuq l-iżviluppi lejn ir-reattur ta' dimostrazzjoni, inkluż l-involviment aktar b'saħħtu, kif jixraq, mis-settur privat. Tali razzjonalizzazzjoni u ffukar mill-ġdid jenħtieġ li jinkisbu mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.
(11)  Biex il-fużjoni ssir opzjoni kredibbli għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, l-ewwel nett hemm bżonn li l-kostruzzjoni tal-ITER titlesta b'suċċess u fil-ħin u jibda l-operat tiegħu u l-Programm EURATOM jista' jagħti kontribut sinifikanti. It-tieni hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku lejn il-produzzjoni tal-elettriku sal-2050. Biex jintlaħqu dawk il-miri hemm bżonn li l-programm Ewropew tal-fużjoni jiġi dirett lejn programm konġunt ta' attivitajiet li jimplimentaw dan il-pjan direzzjonali. Sabiex jiġu żgurati l-kisbiet ta' attivitajiet li għaddejjin fir-riċerka dwar il-fużjoni, kif ukoll l-impenn fit-tul tal-partijiet ikkonċernati fil-fużjoni kif ukoll il-kollaborazzjoni bejniethom, jenħtieġ li jkun żgurat l-appoġġ kontinwu u fit-tul tal-Komunità. Jenħtieġ li jkun hemm fokus aktar b'saħħtu primarjament fuq l-attivitajiet b'appoġġ għall-ITER, iżda wkoll fuq l-iżviluppi lejn ir-reattur ta' dimostrazzjoni, inkluż l-involviment aktar b'saħħtu, kif jixraq, mis-settur privat. Tali razzjonalizzazzjoni u ffukar mill-ġdid jenħtieġ li jinkisbu mingħajr ma jkun hemm tfixkil fit-tmexxija Ewropea tal-komunità xjentifika tal-fużjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-JRC jenħtieġ li jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u tat-taħriġ fis-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u jiġi żgurat li ma jkunx hemm duplikazzjoni tar-riċerka fl-Unjoni, kwalunkwe attività ġdida mwettqa mill-JRC jenħtieġ li tkun analizzata sabiex tiġi kkontrollata l-konsistenza tagħha ma' attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri. L-aspetti tas-sigurtà tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jenħtieġ li jkunu limitati għall-azzjonijiet diretti tal-JRC.
(12)  Il-JRC jenħtieġ li jkompli jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku indipendenti xprunat mill-konsumatur għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Komunità, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u tat-taħriġ fis-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari. Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u jiġi żgurat li ma jkunx hemm duplikazzjoni tar-riċerka fl-Unjoni, kwalunkwe attività ġdida mwettqa mill-JRC jenħtieġ li tkun analizzata sabiex tiġi kkontrollata l-konsistenza tagħha ma' attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri. L-aspetti tas-sigurtà tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jenħtieġ li jkunu limitati għall-azzjonijiet diretti tal-JRC.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Fl-interess tal-Istati Membri kollha tagħha r-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa qafas biex tappoġġa riċerka konġunta mill-aktar avvanzata, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista' jagħti kontribut ewlieni. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, datata s-6 ta' Ottubru 2010, intitolata "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni", li fiha l-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.
(14)  Fl-interess tal-Istati Membri kollha tagħha r-rwol tal-Unjoni huwa li tiżviluppa qafas biex tappoġġa riċerka mill-aktar avvanzata konġunta, il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-fissjoni nukleari, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza, is-sigurtà, l-ipproċessar tal-iskart nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u n-nonproliferazzjoni. Dak jirrikjedi evidenza xjentifika indipendenti, li għaliha l-JRC jista' jagħti kontribut ewlieni. Dak ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, datata s-6 ta' Ottubru 2010, intitolata "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni", li fiha l-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ l-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika permezz tal-JRC. Il-JRC jipproponi li jwieġeb għal dik l-isfida billi jiffoka r-riċerka tiegħu dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, il-Programm Euratom jenħtieġ li jiffavorixxi involviment infurmat taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Programm Euratom.
(15)  Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, il-Programm Euratom jenħtieġ li jiżgura provvista aħjar tal-informazzjoni biex jippermetti involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tax-xjenza, billi l-għarfien xjentifiku ikun iktar aċċessibbli, bl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jissodisfaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, u bl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Programm Euratom.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  L-eżiti tad-dibattiti li saru fis-Simpożju dwar "Il-Vantaġġi u l-Limitazzjonijiet tar-Riċerka dwar il-Fissjoni Nukleari għal Ekonomija b'Livell Baxx ta' Emissjoni ta' Karbonju" mħejji matul studju interdixxiplinarju li kien jinvolvi, fost l-oħrajn, esperti mill-oqsma tal-enerġija, l-ekonomija u x-xjenzi soċjali, organizzat flimkien mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell fis-26 u s-27 ta' Frar 2013, irrikonoxxew il-ħtieġa li titkompla r-riċerka nukleari fil-livell Ewropew.
(17)  L-eżiti tad-dibattiti li saru fis-Simpożju dwar "Il-Vantaġġi u l-Limitazzjonijiet tar-Riċerka dwar il-Fissjoni Nukleari għal Ekonomija b'Livell Baxx ta' Emissjoni ta' Karbonju" mħejji matul studju interdixxiplinarju li kien jinvolvi, fost l-oħrajn, esperti mill-oqsma tal-enerġija, l-ekonomija u x-xjenzi soċjali, koorganizzat mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell fis-26 u s-27 ta' Frar 2013, irrikonoxxew il-ħtieġa li titkompla r-riċerka nukleari, inkluża r-riċerka dwar il-fissjoni, fil-livell Ewropew.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-Programm Euratom jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-attraenza tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi17, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispetata n-natura volontarja tagħhom.
(18)  Il-Programm Euratom jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-attraenza tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni u jgħin sabiex iħeġġeġ liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fir-riċerka f'dan il-qasam. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi17, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.
_________________
_________________
17 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
17 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm Euratom jenħtieġ li jimmiraw li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b'mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel u billi jintegraw d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(19)  L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm Euratom iridu jikkonformaw mal-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b'mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel, itejbu l-aċċess tagħhom għall-programmi ta' riċerka sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-enerġija tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka jenħtieġ li jqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha jenħtieġ li jitwettqu bl-iżgurar ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
(20)  L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Programm Euratom jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tal-enerġija tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka jenħtieġ li jqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jissostitwixxu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar mill-aħħar l-użu tal-annimali jiġi pprojbit. L-attivitajiet kollha jenħtieġ li jitwettqu bl-iżgurar tal-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Jenħtieġ li jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-involviment tal-impriżi żgħar u medji.
(21)  Jenħtieġ li jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-Programm Euratom u l-fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-involviment tal-impriżi żgħar u medji, inklużi atturi innovattivi ġodda emerġenti fiż-żona tar-riċerka rilevanti.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati skorrettament u, fejn xieraq, penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, li tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati ta' żball għal kontroll ibbażat fuq ir-riskju u d-detezzjoni tal-frodi, jenħtieġ li tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.
(25)  L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet permezz ta' proċeduri ta' awditu konġunti, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati skorrettament u, fejn xieraq, penali. Strateġija tal-kontroll riveduta, li tibdel il-fokus mill-minimizzazzjoni tar-rati ta' żball għal kontroll ibbażat fuq ir-riskju u d-detezzjoni tal-frodi abbażi ta' prinċipji u kriterji komuni fil-livell tal-UE, jenħtieġ li tnaqqas il-piż tal-kontroll għall-parteċipanti.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Huwa importanti li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm Euratom u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tiegħu għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.
(26)  Huwa importanti li jiġu żgurati amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm Euratom u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u li l-benefiċjarji potenzjali jkunu infurmati kif xieraq, sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament Finanzjarju")19 u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.
_________________
_________________
19 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
19 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Il-kisba tal-objettivi tal-Programm Euratom f'oqsma rilevanti tirrikjedi appoġġ għall-attivitajiet trażversali, kemm fi ħdan il-Programm Euratom u b'mod konġunt mal-attivitajiet tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
(33)  Il-kisba tal-objettivi tal-Programm Euratom f'oqsma rilevanti tirrikjedi appoġġ għall-attivitajiet trażversali, kemm fi ħdan il-Programm Euratom kif ukoll b'mod konġunt mal-attivitajiet tal-Programm Qafas Orizzont 2020, pereżempju fil-każ tal-azzjonijiet Marie Skłodowská Curie li jappoġġaw il-mobbiltà tar-riċerkatur.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b'mod partikolari potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b'mod partikolari jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  jappoġġaw l-operat sikur ta' sistemi nukleari;
(a)  jappoġġaw l-operat sikur ta' sistemi nukleari, fost l-oħrajn permezz ta' spezzjonijiet strutturali transfruntiera f'każ ta' faċilitajiet nukleari fil-viċinanza ta' fruntiera nazzjonali waħda jew aktar ma' Stati Membri oħra;
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b)  jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' sigurtà aktar fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni;
(b)  jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u ma' pajjiżi terzi fl-identifikazzjoni u fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet sikuri fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trasmutazzjoni;
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; id-dekummissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;
(a)  itejbu s-sikurezza nukleari inkluż: is-sikurezza tar-reatturi nukleari u tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart biex jiġi evitat kwalunkwe impatt mhux mixtieq fuq il-bniedem jew l-ambjent, inklużir-rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trasmutazzjoni; id-dekummissjonar, u t-tħejjija għal emerġenza;
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  it-titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari;
(b)  it-titjib tas-sigurtà nukleari inkluż: is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensika nukleari, ir-rimi ta' materjali bażiċi u skart radjuattiv, il-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u t-tnaqqis tar-riskji ta' terroriżmu fuq impjanti għall-enerġija nukleari kif ukoll spezzjonijiet strutturali transfruntiera f'każ ta' faċilitajiet nukleari fil-viċinanza ta' fruntiera nazzjonali waħda jew aktar ma' Stati Membri oħra tal-UE;
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ;
(d)  irawmu l-ġestjoni tal-għarfien, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż taħriġ professjonali fit-tul sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi permanenti li saru possibbli permezz ta' teknoloġiji ġodda;
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.
4.  Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika – b'mod partikolari l-politika dwar l-enerġija u dik ambjentali – is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji, biex jinħolqu sinerġiji akbar bejn il-proġetti u l-programmi eżistenti u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1.
2.  Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u s-sigurtà ta' dawk in-netwerks, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c)  pajjiżi jew territorji assoċjati mas-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka ta' Euratom jew mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2014-2018.
(c)  pajjiżi jew territorji assoċjati mas-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka ta' Euratom jew mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2014-2018, jew li jipparteċipaw fih bħala Stat Membru.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq.
3.  Il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti magħmula mill-Gruppi ta' Esperti indipendenti tal-Kummissjoni stabbiliti biex jevalwaw il-Programm EURATOM.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-impatt ta' innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), inklużi atturi innovattivi ġodda emerġenti fil-qasam tar-riċerka rilevanti u l-impatt ta' innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
2.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, tikkomunikahom lill-Parlament u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 2
L-enerġija nukleari tikkostitwixxi element fid-dibattitu dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa' tas-sejba ta' taħlita ta' enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu għad-dibattitu dwar il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tal-enerġija mill-fissjoni nukleari għal ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta' titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta' inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jieħdu l-akbar attenzjoni possibbli.
L-enerġija nukleari tagħmel kontribut importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa' tas-sejba ta' taħlita ta' enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu biex jinżammu l-vantaġġi teknoloġiċi tal-fissjoni nukleari għal ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta' titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta' inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jingħataw l-akbar attenzjoni possibbli.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 6 – punt a – paragrafu 2
F'konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inkluż il-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi li jistgħu jintużaw fil-futur, filwaqt li jiffukaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.
F'konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inklużi l-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi jistgħu jintużaw fil-futur fl-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trasmutazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 9 – punt a – paragrafu 2 – punt 3
(3)  skambju mal-partijiet ikkonċernati biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għall-aċċidenti u l-inċidenti nukleari billi ssir riċerka dwar is-sistemi ta' allert u l-mudelli għat-tixrid radjoloġiku fl-arja, u permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert għall-analiżi u l-immudellar tal-aċċidenti nukleari.
(3)  skambju mal-partijiet ikkonċernati biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għall-aċċidenti u l-inċidenti nukleari billi ssir riċerka dwar is-sistemi ta' allert u l-mudelli għat-tixrid radjoloġiku fl-ambjent (l-arja, l-ilma u l-ħamrija), u permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert għall-analiżi u l-immudellar tal-aċċidenti nukleari.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 11
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom, se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom u sabiex tinħoloq sinerġija bejn l-attivitajiet nukleari u dawk mhux nukleari u t-trasferiment tal-għarfien f'oqsma rilevanti, se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – punt b – parti introduttorja
(b)  Kontribut għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' sikurezza aktar fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari, inkluż rimi ġeoloġiku finali kif ukoll separazzjoni u trażmutazzjoni
(b)  Kontribut għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' sikurezza fit-tul għall-ġestjoni ta' skart nukleari aħħari, inklużi r-rimi ġeoloġiku finali kif ukoll is-separazzjoni u t-trasmutazzjoni
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – punt g – parti introduttorja
(g)  Promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali
(g)  Promozzjoni tal-innovazzjoni
Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Settembru 2019Avviż legali