Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0097(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0255/2018

Testi mressqa :

A8-0255/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2018 - 6.1

Testi adottati :

P8_TA(2018)0334

Testi adottati
PDF 132kWORD 50k
L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu"***I
P8_TA(2018)0334A8-0255/2018
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż (COM(2018)0199 – C8-0156/2018 – 2018/0097(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0199),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0156/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Lulju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0255/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, kif imsejjħa minn hawn 'il quddiem;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward ta' kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' “shochu”, spirtu ddistillat darba biss, li jsir b’lampik tat-tip “pot still” u bbottiljat fil-Ġappun
P8_TC1-COD(2018)0097

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1670.)

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Settembru 2019Avviż legali