Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0002(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0313/2017

Testi mressqa :

A8-0313/2017

Dibattiti :

PV 12/09/2018 - 13
CRE 12/09/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2018 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0348

Testi adottati
PDF 133kWORD 57k
Il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data ***I
P8_TA(2018)0348A8-0313/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008 – C8-0008/2017 – 2017/0002(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0008),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0008/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Spanjol u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0313/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE
P8_TC1-COD(2017)0002

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/1725.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tesprimi d-dispjaċir tagħha dwar l-esklużjoni tal-missjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42(1), 43 u 44 tat-TUE mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament u tinnota li, b'riżultat ta' dan, mhux se jkun hemm regoli dwar il-protezzjoni tad-data għal missjonijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni tinnota li deċiżjoni tal-Kunsill li tkun ibbażata fuq l-Artikolu 39 TUE tista' biss tistipula r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta dawn ikunu qed iwettqu attivitajiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. Tali deċiżjoni tal-Kunsill ma tkunx tista' tinkludi regoli li japplikaw għal attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE. Sabiex tirrimedja l-lakuna legali, id-deċiżjoni li jista' jkun jieħu l-Kunsill għaldaqstant tkun trid tiġi akkumpanjata minn strument addizzjonali u komplementari, ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE.

Il-Kummissjoni tinnota li l-paragrafu 3 tal-Artikolu 9 (dak li qabel kien l-Artikolu 70a tal-Approċċ Ġenerali tal-Kunsill) ma joħloqx obbligu ġdid għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-bilanċ li għandu jinstab bejn il-protezzjoni ta' data personali u l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Lulju 2019Avviż legali