Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0251(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0280/2018

Testi mressqa :

A8-0280/2018

Dibattiti :

PV 02/10/2018 - 16
CRE 02/10/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0366

Testi adottati
PDF 217kWORD 68k
L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
L-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tal-VAT *
P8_TA(2018)0366A8-0280/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 – C8-0363/2017 – 2017/0251(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0569),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0363/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0280/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Fl-1967, meta l-Kunsill adotta s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 67/227/KEE42 u 67/228/KEE43, sar impenn sabiex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li topera fi ħdan il-Komunità Ewropea bl-istess mod li kieku topera bih fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kondizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji b'rabta mal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE44, li bħalissa tinsab fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji għandhom jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi.
(1)  Fl-1967, meta l-Kunsill adotta s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 67/227/KEE42 u 67/228/KEE43, sar impenn sabiex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li topera fi ħdan il-Komunità Ewropea bl-istess mod li kieku topera bih fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji b'rabta mal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE44, li bħalissa tinsab fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji għandhom jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi. Madankollu, dawk ir-regoli ilhom fis-seħħ għal diversi għexieren ta' snin u wasslu għal sistema ta' VAT kumplessa u tranżitorja suxxettibbli għal frodi tal-VAT transfruntiera intra-Unjoni. Dawk ir-regoli tranżitorji fihom bosta nuqqasijiet, u jwasslu biex is-sistema tal-VAT la tkun kompletament effiċjenti u lanqas kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq uniku veru.
_________________
_________________
42 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
42 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
43 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul minn negozju - L-istruttura u l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
43 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul minn negozju - L-istruttura u l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
44 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
44 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji", il-Kummissjoni identifikat il-kumplessità tar-regolamenti kurrenti dwar il-VAT bħala wieħed mill-ostakli maġġuri għat-tlestija tas-suq uniku. Fl-istess ħin, id-diskrepanza fil-VAT, iddefinita bħala d-differenza bejn l-ammont ta' dħul mill-VAT attwalment miġbur u l-ammont teoretiku li huwa mistenni li jinġabar, kienet qed tiżdied, u fl-2015 laħqet EUR 151,5 biljun fl-UE-28. Din turi l-bżonn ta' riforma urġenti u komprensiva tas-sistema tal-VAT li twassal għal sistema definittiva tal-VAT li tiffaċilita u tissimplifika l-kummerċ intra-Unjoni transfruntier u tagħmel is-sistema aktar reżiljenti għall-frodi.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)   Il-ħolqien ta' żona unika tal-VAT fl-UE huwa kruċjali biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, biex jitnaqqsu r-riskji ta' frodi transfruntiera tal-VAT u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri relatati mal-VAT. Is-sistema definittiva tal-VAT se ssaħħaħ is-Suq Uniku u toħloq kundizzjonijiet kummerċjali aħjar għall-kummerċ transfruntier. Jenħtieġ li tinkludi l-bidliet meħtieġa minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni, il-bidliet fil-mudelli kummerċjali u l-globalizzazzjoni tal-ekonomija.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT45, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntiera minn negozju għal negozju (B2B) li tkun ibbażata fuq it-tassazzjoni ta' provvista transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
(2)  Is-sistema tal-VAT tal-UE li ġiet introdotta fl-1993 hija simili għas-sistema doganali Ewropea. Madankollu, il-kontrolli ekwivalenti għadhom lura, fatt li jagħmilha mira ta' frodi transfruntiera. Is-sistema attwali tal-VAT jenħtieġ li tinbidel fundamentalment fil-mod kif tiġi ntaxxata l-provvista ta' merkanzija minn Stat Membru għal ieħor bħallikieku kienu pprovduti u akkwistati fi Stat Membru wieħed. Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT45, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntiera minn negozju għal negozju (B2B) li tkun ibbażata fuq it-tassazzjoni ta' provvista transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Huwa mistenni li dik il-bidla tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-frodi transfruntiera relatati mal-VAT b'EUR 40 biljun fis-sena.
_________________
_________________
45 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7.4.2016).
45 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7.4.2016).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Dan jeħtieġ li s-sistema attwali, li tikkonsisti minn provvista eżentata fl-Istat Membru tat-tluq tal-merkanzija u minn akkwist intra-Komunitarju ntaxxat ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tiġi sostitwita b'sistema ta' provvista unika ntaxxata skont ir-rati tal-VAT tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Bħala regola, il-VAT tiġi imposta mill-fornitur, li se jkun jista' jivverifika r-rata applikabbli tal-VAT ta' kull Stat Membru onlajn permezz ta' portal tal-internet. Madankollu, meta x-xerrej tal-merkanzija jkun persuna taxxabbli ċertifikata (kontribwent affidabbli rikonoxxut bħala tali mill-Istati Membri), għandu japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge u l-persuna taxxabbli ċertifikata għandha tkun soġġetta għall-ħlas tal-VAT fuq il-provvista intra-Unjoni. Is-sistema definittiva tal-VAT se tkun ibbażata wkoll fuq il-kunċett ta' skema ta' reġistrazzjoni unika (Punt Uniku ta' Servizz) għan-negozji, li permezz tagħha jistgħu jsiru l-ħlas u t-tnaqqis tal-VAT dovuta.
(3)  Dan jeħtieġ li s-sistema attwali, li tikkonsisti minn provvista eżentata fl-Istat Membru tat-tluq tal-merkanzija u minn akkwist intra-Komunitarju ntaxxat ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tiġi sostitwita b'sistema ta' provvista unika ntaxxata skont ir-rati tal-VAT tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Bħala regola, il-VAT tiġi imposta mill-fornitur, li se jkun jista' jivverifika r-rata applikabbli tal-VAT ta' kull Stat Membru onlajn permezz ta' portal tal-internet. Is-sistema definittiva tal-VAT se tkun ibbażata wkoll fuq il-kunċett ta' skema ta' reġistrazzjoni unika (Punt Uniku ta' Servizz) għan-negozji, li permezz tagħha jistgħu jsiru l-ħlas u t-tnaqqis tal-VAT dovuta. Il-Punt Uniku ta' Servizz huwa l-qalba tas-sistema l-ġdida bbażata fuq id-destinazzjoni li mingħajrha l-kumplessità u l-piż amministrattiv tas-sistema tal-VAT jiżdiedu b'mod sinifikanti. Għalhekk, l-estensjoni tal-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir (MOSS) biex ikopri s-servizzi B2B u l-bejgħ ta' oġġetti kollha jenħtieġ li sseħħ fil-limiti tat-titjib propost fis-sistema attwali.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, il-faċilità tal-użu u l-prevenzjoni futura tal-frodi, il-Punt Uniku ta' Servizz għan-negozji jenħtieġ li jopera b'sistema transfruntiera u armonizzata tal-IT ibbażata fuq standards komuni u li tippermetti l-irkupru u l-input awtomatiċi ta' data, pereżempju permezz tal-użu ta' formoli standard unifikati.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Dawn il-prinċipji għandhom jiġu stabbiliti f'din id-Direttiva u għandhom jieħu post il-kunċett attwali li skontu l-arranġamenti definittivi għandhom ikunu bbażati fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini.
(4)  Dawn il-prinċipji jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'din id-Direttiva u jenħtieġ li jieħdu post il-kunċett attwali li skontu l-arranġamenti definittivi għandhom ikunu bbażati fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini b'sistema definittiva tal-VAT. Dawk il-prinċipji l-ġodda jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu aħjar il-frodi tal-VAT, speċjalment il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), li huwa stmat li tammonta għal tal-anqas EUR 50 biljun fis-sena.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 201646, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni ttejjeb ċerti regoli tal-Unjoni dwar il-VAT b'rabta ma' tranżazzjonijiet transfruntiera, fir-rigward tar-rwol tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fil-kuntest tal-eżenzjoni għal provvisti intra-Komunitarji, arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat, tranżazzjonijiet f'serje u l-prova ta' trasport għall-finijiet tal-eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.
(5)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 201646, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni ttejjeb ċerti regoli tal-Unjoni dwar il-VAT b'rabta ma' tranżazzjonijiet transfruntiera, fir-rigward ta' erba' oqsma: ir-rwol tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fil-kuntest tal-eżenzjoni għal provvisti intra-Komunitarji, l-arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat, it-tranżazzjonijiet f'serje u l-prova ta' trasport għall-finijiet tal-eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.
_________________
_________________
46 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2016 "Dwar Titjib fir-regoli attwali tal-UE dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera" (Nru 14257/16 FISC 190 ECOFIN 1023 tad-9 ta' Novembru 2016).
46 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2016 "Dwar Titjib fir-regoli attwali tal-UE dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera" (Nru 14257/16 FISC 190 ECOFIN 1023 tad-9 ta' Novembru 2016).
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Minħabba din id-domanda, u billi għad iridu jgħaddu diversi snin qabel tiġi implimentata s-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Unjoni, dawn il-miżuri speċifiċi, li huma maħsuba biex jarmonizzaw u jissimplifikaw ċerti arranġamenti għan-negozji, huma xierqa.
(6)  Minħabba din id-domanda u l-fatt li għad trid tiġi implimentata kif suppost is-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Unjoni, dawn il-miżuri speċifiċi, li huma maħsuba biex jarmonizzaw u jissimplifikaw ċerti arranġamenti għan-negozji, huma xierqa biss b'mod tranżitorju.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Il-ħolqien tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata huwa meħtieġ għall-applikazzjoni b'mod effiċjenti tat-titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera, kif ukoll għat-tranżizzjoni gradwali lejn is-sistema definittiva għall-kummerċ intra-Unjoni.
(7)  Il-ħolqien tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata huwa meħtieġ għall-applikazzjoni b'mod effiċjenti tat-titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera, kif ukoll għat-tranżizzjoni gradwali lejn is-sistema definittiva għall-kummerċ intra-Unjoni. Madankollu, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji stretti, applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri kollha, biex jiġi ddeterminat liema intrapriżi jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata u jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u dispożizzjonijiet komuni li jwasslu għal multi u penali għal dawk li ma jikkonformawx magħhom.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Fis-sistema attwali ma ssir l-ebda distinzjoni bejn persuni taxxabbli affidabbli u inqas affidabbli fir-rigward tar-regoli dwar il-VAT li għandhom jiġu applikati. L-għoti ta' status ta' persuna taxxabbli ċertifikata abbażi ta' ċerti kriterji oġġettivi għandu jippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk il-persuni taxxabbli affidabbli. Dan l-istatus jagħtihom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta' ċerti regoli li huma sensittivi għall-frodi li mhumiex applikabbli għal persuni taxxabbli oħrajn.
(8)  Fis-sistema attwali ma ssir l-ebda distinzjoni bejn persuni taxxabbli affidabbli u inqas affidabbli fir-rigward tar-regoli dwar il-VAT li għandhom jiġu applikati. L-għoti ta' status ta' persuna taxxabbli ċertifikata abbażi ta' ċerti kriterji oġġettivi, li għandhom jiġu applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri, jenħtieġ li jippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk il-persuni taxxabbli affidabbli u dawk li ma jikkonformawx għalkollox mal-kriterji. Dan l-istatus jagħtihom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta' ċerti regoli ssimplifikati u faċli biex jintużaw li mhumiex applikabbli għal persuni taxxabbli oħrajn.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  L-aċċess għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandu jkun ibbażat fuq kriterji armonaizzati fil-livell tal-Unjoni, u għalhekk, ċertifikazzjoni mogħtija minn Stat Membru wieħed għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.
(9)  L-aċċess għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata jenħtieġ li jkun ibbażat fuq kriterji definiti b'mod ċar u jkun disponibbli għan-negozji, inklużi l-SMEs. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni u, għalhekk, ċertifikazzjoni mogħtija minn Stat Membru wieħed jenħtieġ li tkun valida fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta atti ta' implimentazzjoni u linji gwida komprensivi u faċli biex jintużaw, li jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri filwaqt li jivverifikaw l-applikazzjoni xierqa mill-Istati Membri ta' tali kriterji armonizzati madwar l-Unjoni. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib mal-kriterji tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu żgurati implimentazzjoni u konformità uniformi fl-Istati Membri kollha.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   B'enfasi partikolari fuq l-ispejjeż ogħla ta' konformità għall-SMEs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proċeduri amministrattivi simplifikati biex l-SMEs jiksbu l-istatus ta' persuni taxxabbli ċertifikata.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 9b (ġdida)
(9b)   L-informazzjoni dwar jekk operatur ekonomiku huwiex persuna taxxabbli ċertifikata jenħtieġ li tkun aċċessibbli permezz tas-sistema VIES.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Ċerti persuni taxxabbli koperti minn arranġamenti partikolari li jeskluduhom mir-regoli ġenerali dwar il-VAT, jew li jwettqu attivitajiet ekonomiċi biss fuq bażi okkażjonali, ma għandhomx jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata sa fejn huma kkonċernati dawk l-arranġamenti partikolari jew attivitajiet ta' natura okkażjonali. Jekk isir mod ieħor, l-applikazzjoni bla xkiel tal-bidliet proposti tista' tiġi mfixkla.
(10)  Ċerti persuni taxxabbli koperti minn arranġamenti partikolari li jeskluduhom mir-regoli ġenerali dwar il-VAT jenħtieġ li ma jingħatawx l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata sa fejn huma kkonċernati dawk l-arranġamenti partikolari jew attivitajiet ta' natura okkażjonali. Jekk isir mod ieħor, l-applikazzjoni bla xkiel tal-bidliet proposti tista' tiġi mfixkla. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-SMEs ma jitqegħdux fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-intrapriżi l-kbar fir-rigward tal-kisba tal-istatus ta' persuni taxxabbli ċertifikati.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-proġett pilota tal-UE rigward id-deċiżjoni transfruntiera tal-VAT jenħtieġ li jkun il-bażi għal għodda tal-Unjoni żviluppata b'mod sħiħ biex ma jkunx hemm kunflitti bejn ir-regoli tal-VAT f'tilwim dwar it-taxxa u biex jiġu solvuti każijiet ta' tilwim transfruntier u intra-Unjoni f'każijiet relatati mal-VAT. Il-mekkaniżmi nazzjonali ser ikomplu japplikaw għal tilwim tat-taxxa intern relatat mal-VAT bejn il-kontribwent ikkonċernat u l-awtorità nazzjonali tat-taxxa.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Din id-Direttiva tipprevedi arranġamenti proviżorji qabel ma l-Istati Membri jadottaw sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, u jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn regolamenti ta' implimentazzjoni u linji gwida korrispondenti. Din id-Direttiva, l-atti ta' implimentazzjoni u l-linji gwida jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura sistema ta' informazzjoni trasparenti u diretta li tinnotifika awtomatikament lill-kontribwenti dwar aġġornamenti u bidliet fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali mekkaniżmu jenħtieġ li jkun ibbażat fuq standards armonizzati u formoli ta' rappurtar, u b'hekk jiżgura rappurtar uniformi u rkupru tad-data fost l-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jiżguraw li l-informazzjoni kollha rigward ir-rati tal-VAT nazzjonali tagħhom tkun korretta u aġġornata. L-Istati Membri jenħtieġ li, barra minn hekk, jiżguraw li kwalunkwe bidla fir-rati nazzjonali tal-VAT tkun notifikata permezz ta' sistema bħal din fi żmien raġonevoli minn meta jiġu adottati u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bidliet isiru applikabbli.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   Fid-dawl tal-interess ġenerali taċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-informaturi jenħtieġ li jgawdu minn protezzjoni legali effikaċi sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta' kull tip ta' frodi.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Kwalunkwe persuna taxxabbli li għandha post tan-negozju jew stabbiliment fiss fil-Komunità jew, fin-nuqqas ta' post ta' negozju u stabbiliment fiss, ikollha l-indirizz permanenti jew ir-residenza abitwali tagħha fil-Komunità u li, bħala parti mit-twettiq tal-attività ekonomika tagħha twettaq, jew tkun beħsiebha li twettaq, kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17a, 20 u 21, jew tranżazzjonijiet skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138, tista' tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata mal-awtoritajiet tat-taxxa.
Kwalunkwe persuna taxxabbli li għandha post tan-negozju jew stabbiliment fiss fil-Komunità u li, bħala parti mit-twettiq tal-attività ekonomika tagħha twettaq, jew tkun beħsiebha li twettaq, kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17a, 20 u 21, jew tranżazzjonijiet skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 138 u 138a, tista' tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata mal-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.
Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali biss, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala ssodisfati.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt a
(a)  in-nuqqas ta' kwalunkwe ksur serju jew ta' ksur ripetut tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-leġiżlazzjoni doganali, u n-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant;
(a)  in-nuqqas ta' kwalunkwe ksur serju jew ta' ksur ripetut tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-leġiżlazzjoni doganali fl-aħħar 3 snin ta' attività ekonomika, in-nuqqas ta' kwalunkwe aġġustament serju tat-taxxa mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa, jew l-ebda rekord ta' reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tiegħu jew tagħha, irrispettivament minn jekk l-attività tkunx saret fl-Unjoni jew xi mkien ieħor;
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  in-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tal-applikant, bħal, iżda mhux limitati għal:
(i)  ħasil tal-flus;
(ii)  evażjoni u frodi tat-taxxa;
(iii)  abbuż tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni;
(iv)  falliment jew insolvenza frawdolenti;
(v)  frodi tal-assigurazzjoni jew frodi finanzjarju ieħor;
(vi)  tixħim u/jew korruzzjoni;
(vii)  ċiberkriminalità;
(viii)  parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;
(ix)  reati fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni;
(x)  involviment dirett jew indirett f'attivitajiet terroristiċi;
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-wiri min-naħa tal-applikant, ta' livell għoli ta' kontroll fuq l-operazzjonijiet tiegħu u fuq il-fluss tal-merkanzija, jew permezz ta' sistema ta' ġestjoni ta' rekords kummerċjali u, fejn xieraq, ta' rekords tat-trasport, li jippermetti li jsiru kontrolli xierqa tat-taxxa, jew permezz ta' rekord intern tal-verifika li jkun affidabbli jew ċertifikat;
(b)  il-wiri min-naħa tal-applikant ta' livell għoli ta' kontroll fuq l-operazzjonijiet tiegħu u fuq il-fluss tal-merkanzija, jew permezz ta' sistema ta' ġestjoni ta' rekords kummerċjali u, fejn xieraq, ta' rekords tat-trasport, li tippermetti li jsiru kontrolli xierqa tat-taxxa, jew permezz ta' rekord intern tal-verifika li jkun affidabbli jew ċertifikat, skont ir-regolamenti ta' implimentazzjoni u l-linji gwida li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni;
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt c
(c)  prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli.
(c)  prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, matul l-aħħar tliet snin, li għandha titqies bħala li ġiet ippruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu li jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli. L-applikant għandu jkollu fil-pussess tiegħu kont bankarju f'istituzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a - paragrafu 2 - subparagrafu 1a (ġdid)
Jekk l-applikant ikun ġie miċħud l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat f'konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni matul l-aħħar tliet snin, huwa ma għandux jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata fl-għoti tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, aktar linji gwida għall-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni ta' dawk il-kriterji, li għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-ewwel att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni u linji gwida b'konnessjoni mill-qrib mal-atti ta' implimentazzjoni u mal-linji gwida għall-operatur ekonomiku awtorizzat għal skopijiet doganali.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 2c (ġdid)
2c.   Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu applikati b'mod komuni mill-Istati Membri kollha abbażi ta' regoli u proċeduri definiti b'mod ċar u preċiż f’att ta' implimentazzjoni.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   persuni taxxabbli li ma għandhomx, jew ma jibqax ikollhom, numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT validu;
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Madankollu, il-persuni taxxabbli msemmija fil-punti (a) sa (d) jistgħu jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għall-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn li jwettqu.
Madankollu, il-persuni taxxabbli msemmija fil-punti (a) sa (d) jistgħu jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għall-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn li jwettqu, bil-prekundizzjoni li r-riżultati ta' dawk l-attivitajiet ma jinterferux mal-attivitajiet li jkunu eskludew lil dawk il-persuni taxxabbli milli jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fl-ewwel lok.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni.
Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri amministrattivi simplifikati biex l-SMEs jiksbu l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 4 – punt a
(a)  l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu;
(a)  l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK)* u fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)**, kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti*** u fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali****;
_________________
* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2016/0337 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2016/0336 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
*** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2018/0072 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
**** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2018/0073 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c
(c)   l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti, fejn huwa la jkollu post ta' negozju u lanqas stabbiliment fiss.
imħassar
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Meta jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tas-sistema VIES. Bidliet f'dak l-istatus għandhom jiġu aġġornati fis-sistema mingħajr dewmien.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 5
5.  Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.
5.  Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni. Permezz ta' att ta' implimentazzjoni, sal-1 ta' Ġunju 2020 għandha tiġi stabbilita proċedura ta' appell armonizzata fil-livell tal-Unjoni li tinkludi l-obbligu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra b'dak ir-rifjut u r-raġunijiet li jakkumpanjaw dik id-deċiżjoni permezz tal-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom. Il-proċedura ta' appell għandha tinbeda fi żmien raġonevoli wara li titħabbar id-deċiżjoni lill-applikant, li għandha tiġi determinata mill-att ta' implimentazzjoni, u għandha tqis kwalunkwe proċedura ta' rimedju implimentata.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6
6.  Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr dewmien, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
6.  Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, fi żmien xahar, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus tat-taxxa meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jkunu taw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jirrieżaminaw dik id-deċiżjoni, tal-anqas kull sentejn, biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet ikunu għadhom issodisfati. Jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx infurmat lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar xi fattur li possibbilment jaffettwa l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata kif stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni jew tkun ħbietu apposta, hi għandha tkun soġġetta għal sanzjonijiet proporzjonati, effiċjenti u dissważivi, inkluż it-telf tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Persuna taxxabbli li tkun ġiet irrifjutata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, jew li tkun infurmat lill-awtorità tat-taxxa, fuq l-inizjattiva tagħha stess, li hi ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, tista' terġa' tapplika għal status ta' persuna taxxabbli ċertifikata, mhux aktar kmieni minn sitt xhur mid-data tar-rifjut jew l-irtirar ta' dak l-istatus, dment li jkunu ssodisfati l-kriterji rilevanti kollha.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 6b (ġdid)
6b.  Persuna taxxabbli ċertifikata li ma jibqax ikollha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għandu jkollha l-istatus tagħha bħala persuna taxxabbli ċertifikata rtirat awtomatikament.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 13a – paragrafu 7a (ġdid)
7 a.   Proċeduri li jirrigwardaw applikazzjonijiet irrifjutati, bidliet fis-sitwazzjoni tal-persuna taxxabbli, proċeduri ta' appell u proċeduri ta' applikazzjoni mill-ġdid għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jiġu definiti f’att ta' implimentazzjoni u għandhom jiġu applikati b'mod komuni fl-Istati Membri kollha.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 138 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-persuna taxxabbli jew il-persuna ġuridika mhux taxxabbli li għaliha ssir il-provvista hija identifikata għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru differenti minn dak li minnu tkun intbagħtet il-merkanzija jew li minnu jkun beda t-trasport tal-merkanzija;
(b)  il-persuna taxxabbli jew il-persuna ġuridika mhux taxxabbli li għaliha ssir il-provvista hija identifikata għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru differenti minn dak li minnu tkun intbagħtet il-merkanzija jew li minnu jkun beda t-trasport tal-merkanzija u li tippossjedi numru ta' identifikazzjoni tal-VAT aċċessibbli permezz tal-VIES;
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 138a – paragrafu 3 – punt b
(b)  "operatur intermedjarju" tfisser fornitur fil-katina li mhuwiex l-ewwel fornitur, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija huwa stess jew permezz ta' parti terza li taġixxi f'ismu;
(b)  ‘operatur intermedjarju’ tfisser fornitur fil-katina li mhuwiex l-ewwel fornitur jew l-aħħar riċevitur/konsumatur, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija huwa stess jew permezz ta' parti terza li taġixxi f'ismu;
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 243 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Kull persuna taxxabbli ċertifikata li tirċievi provvisti ta' merkanzija bħala parti mill-arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru ta' dik il-merkanzija.
Kull persuna taxxabbli ċertifikata li tirċievi provvisti ta' merkanzija bħala parti mill-arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru diġitalizzat ta' dik il-merkanzija aċċessibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 262 - paragrafu 1 - parti introduttorja
1.  Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitulattiva ta' dan li ġej:
1.  Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta lill-awtorità tat-taxxa kompetenti dikjarazzjoni rikapitulattiva ta' dan li ġej:
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 262 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa kollha involuti permezz tal-VIES.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Titolu XIV – Kapitolu 2a (ġdid)
(6a)  il-Kapitolu li ġej jiddaħħal fit-Titolu XIV:
‘Kapitolu 2a
Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT
Artikolu 398a
1.  Sal-1 ta' Ġunju 2020 għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT biex isolvi t-tilwim bejn l-Istati Membri rigward pagamenti transfruntiera tal-VAT li jkun ġew iddikjarati jew ikklassifikati jew issuspettati li huma żbaljati, u għandu jiġi applikat meta l-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku ma twassalx għal riżultat fi żmien sentejn.
2.  Il-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
3.  Il-mekkaniżmu ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta jkun neċessarju għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.
4.  Il-mekkaniżmu għandu jinkludi wkoll pjattaforma online għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT bil-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jsolvu tilwim mingħajr l-intervent dirett tal-mekkaniżmu u tal-awtoritajiet kompetenti, billi jistabbilixxi approċċi ċari dwar kif jista' jittaffa t-tilwim meta jseħħ, u proċeduri biex it-tilwim jiġi solvut.’;
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Titolu XIV – Kapitolu 2b (ġdid)
(6b)  il-Kapitolu li ġej jiddaħħal fit-Titolu XIV:
"Kapitolu 2b
Mekkaniżmu għal notifika awtomatizzata
Artikolu 398b
Sal-1 ta' Ġunju 2020 għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu għal notifika awtomatizzata. Dak il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-kontribwenti jirċievu notifiki awtomatiċi dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali notifiki awtomatiċi għandhom jiġu attivati qabel ma l-bidla ssir applikabbli u mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.’;
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2006/112/KE
Artikoli 403 u 404
(9)  L-Artikoli 403 u 404 jitħassru.
(9)  L-Artikolu 403 huwa mħassar.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 404
(9a)  L-Artikolu 404 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 404
‘Artikolu 404
Kull erba' snin li jibdew mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport kull erba' snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tas-sistema komuni tal-VAT fl–Istati Membri u, b'mod partikolari, dwar l-operat ta' l-arranġamenti transitorji għall-intaxxar tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn hu xieraq, bi proposti li jikkonċernaw l-arranġamenti definittivi.
Sa... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-iskema ta' eżenzjonijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi u l-kompatibbiltà tagħha mal-qafas Ewropew u dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati terzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi. Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prattiki nazzjonali dwar l-impożizzjoni ta' penali amministrattivi u kriminali fir-rigward ta' persuni ġuridiċi jew fiżiċi misjuba ħatja ta' frodi tal-VAT. Il-Kummissjoni għandha taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kompetenti biex, jekk ikun xieraq, isegwu r-rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jiżguraw livell minimu ta' armonizzazzjoni.’;
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 404a (ġdid)
(9b)   jiddaħħal l-Artikolu 404a li ġej:
‘Artikolu 404a
Kull tliet snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-effikaċja tas-sistema ta' sorveljanza tal-frodi tal-VAT lill-Kummissjoni, li mbagħad għandha tibagħtu lill-OLAF.’;
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2019.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet, flimkien mal-atti ta' implimentazzjoni u l-linji gwida, mill-1 ta' Jannar 2019.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Sa ... [id-data tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-kriterji biex tiġi definita persuna taxxabbli ċertifikata fl-Istati Membri u, b'mod partikolari, dwar l-impatt li jista' jkollha fuq il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta għal att leġiżlattiv.
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ottubru 2019Avviż legali