Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - StrasburguVerżjoni finali
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: Trademark tal-Unjoni Ewropea
 Perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali *
 Konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja ***
 Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja (Riżoluzzjoni)
 Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu ***
 Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (Protokoll Addizzjonali) ***
 L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ***I
 Vetturi li m’għadhomx jintużaw, skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I
 L-iskart ***I
 Ir-rimi ta' skart f'terraferma ***I
 Regoli ta' proċedura fil-qasam tar-rappurtar dwar l-ambjent ***I
 Il-politika tal-Kummissjoni dwar l-integrità, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea
 Progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari u dwar irrifuġjati
 Implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020
 Rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
 Kwittanza 2016: Rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
 Kwittanza 2016: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2016: Prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji tal-UE
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
 Kwittanza 2016: L-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
 Kwittanza 2016: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
 Kwittanza 2016: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
 Kwittanza 2016: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
 Kwittanza 2016: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
 Kwittanza 2016: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
 Kwittanza 2016: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
 Kwittanza 2016: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
 Kwittanza 2016: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
 Kwittanza 2016: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
 Kwittanza 2016: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)
 Kwittanza 2016: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
 Kwittanza 2016: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
 Kwittanza 2016: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
 Kwittanza 2016: L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)
 Kwittanza 2016: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
 Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)
 Kwittanza 2016: L-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (BBI)
 Kwittanza 2016: L-Impriża Konġunta Clean Sky 2
 Kwittanza 2016: ECSEL Impriża Konġunta
 Kwittanza 2016: Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH2 )
 Kwittanza 2016: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (IMI)
 Kwittanza 2016: l-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Kwittanza 2016: Impriża Konġunta SESAR
 Kwittanza 2016: L-impriża Konġunta Shift2Rail (S2R JU)

L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: Trademark tal-Unjoni Ewropea
PDF 122kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (C(2018)01231 – 2018/2618(DEA))
P8_TA(2018)0106B8-0187/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)01231) (“regolament delegat emendat”),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-27 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja(1), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji)(2) u li ġie kodifikat bħala r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1431 tat-18 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea(4), li fih referenzi aġġornati għar-Regolament (UE) 2017/1001,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta’ April 2018,

A.  billi r-Regolament (KE) Nru 207/2009 ġie kodifikat bħala r-Regolament (UE) Nru 2017/1001;

B.  billi r-referenzi li jinsabu f'regolament delegat għandhom jirriflettu r-rinumerazzjoni tal-Artikoli li jirriżultaw mill-kodifikazzjoni tal-att bażiku;

C.  billi r-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 tat-18 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 u (KE) Nru 216/96(5) għandu għalhekk jiġi revokat u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament Delegat għandhom jiġu stabbiliti , b'referenzi aġġornati mar-Regolament (UE) 2017/1001, fir-Regolament Delegat emendat;

D.  billi r-regolament delegat emendat, għalhekk, ma jinvolvi ebda tibdil fis-sustanza tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430;

E.  billi l-pubblikazzjoni rapida, tar-regolament delegat emendat, fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti data bikrija ta' applikazzjoni u tiżgura l-kontinwità fl-operat tar-reġim transizzjonali previst fid-dispożizzjonijiet finali tar-regolament delegat emendat;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.
(2) ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21.
(3) ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.
(4) ĠU L 205, 8.8.2017, p. 39.
(5) ĠU L 205, 8.8.2017, p. 1.


Perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali *
PDF 248kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (07162/2018 – C8-0128/2018 – 2018/0805(CNS))
P8_TA(2018)0107A8-0145/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07162/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali(1), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0128/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0145/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Ifakkar fil-proposta tiegħu, annessa mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea, li l-Parlament Ewropew ikollu s-setgħa, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, li jiddetermina l-perijodu elettorali;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/Euratom, KEFA, KEE (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).
(2) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 7.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0029.


Konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja ***
PDF 118kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE))
P8_TA(2018)0108A8-0110/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15467/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (09776/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 207, l-Artikolu 212(1), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0327/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ April 2018(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0110/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0109.


Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja (Riżoluzzjoni)
PDF 308kWORD 59k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE)2017/2227(INI))
P8_TA(2018)0109A8-0119/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15467/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas (FA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (09776/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 212(1), u flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0327/2017),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP), kif adottata mill-Assemblea Ġenerali fit-13 ta' Settembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sħubija UE-Awstralja ffirmat f'Ottubru 2008, li għandu jiġi ssostitwit mill-FA,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja adottata fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ġunju 1997,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-ftuħ tan-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) mal-Awstralja u ma' New Zealand(1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 li tinkludi r-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill dwar il-mandat ta' negozjar propost għan-negozjati kummerċjali mal-Awstralja(2),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-15 ta' Novembru 2015 tal-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, u tal-Prim Ministru tal-Awstralja, Malcolm Turnbull,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-22 ta' April 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljan bit-titolu "Lejn sħubija aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Awstralja",

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Awstralja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġjar ta' kriżijiet, iffirmat fl-2015(3),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Amministrattiv bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea, li ntlaħaq ftehim dwaru f'Diċembru 2014 u li jistabbilixxi programm għal relazzjoni diplomatika,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Rikonoxximent Reċiproku dwar iċ-Ċertifikazzjoni tal-Istandards, iffirmat fl-1999(4), u l-Ftehim UE-Awstralja li jemenda l-ftehim imsemmi hawn fuq fl-2012(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) UE-Awstralja ffirmat fid-29 ta' Settembru 2011(6),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni kklassifikata bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea, iffirmat fit-13 ta' Jannar 2010(7),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, iffirmat fl-1994(8),

–  wara li kkunsidra t-38 laqgħa interparlamentari UE-Awstralja (IPM), li saret fi Strasburgu bejn l-4 u l-5 ta' Ottubru 2017,

–   wara li kkunsidra l-ewwel Forum ta' Tmexxija UE-Awstralja li sar f'Sydney f'Ġunju 2017 u li laqqa' flimkien il-mexxejja politiċi u l-kapijiet tan-negozju, l-akkademiċi, il-midja u s-soċjetà ċivili;

–   wara li kkunsidra l-White Paper dwar il-Politika Esterna ppubblikata mill-Gvern Awstraljan f'Novembru 2017 li tiddeskrivi l-prijoritajiet u l-isfidi tal-Awstralja fix-xena esterna u tissottolinja l-importanza primarja tal-hekk imsejjaħ reġjun Indo-Paċifiku għall-Awstralja,

–   wara li kkunsidra l-fatt li l-White Paper dwar il-Politika Esterna tistabbilixxi r-rwoli ewlenin li għandhom l-Istati Uniti u ċ-Ċina fir-reġjun Indo-Paċifiku u fil-politika esterna tal-Awstralja, filwaqt li tagħmel referenza għall-importanza tar-relazzjonijiet tal-Awstralja mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Reviżjoni tal-Politiki dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2017 li l-Gvern Awstraljan ħareġ f'Diċembru 2017,

–   wara li kkunsidra d-dokument tal-Gvern Awstraljan bit-titolu "Australian climate change science: a national framework", ippubblikat fl-2009,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0119/2018),

A.  billi fis-7 ta' Awwissu 2017 l-UE u l-Awstralja kkonkludew FA; billi r-relazzjoni b'saħħitha u mill-qrib bejn l-Awstralja u l-UE u l-Istati Membri tagħha għandha għeruq storiċi li jmorru lura fiż-żmien u hija bbażata fuq valuri u prinċipji komuni, bħar-rispett tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istat tad-dritt, inkluż id-dritt internazzjonali, il-paċi u s-sigurtà; billi r-rabtiet bejn in-nies huma profondi u dejjiema;

B.  billi l-UE u l-Awstralja fl-2017 iċċelebraw 55 sena ta' kooperazzjoni u relazzjonijiet diplomatiċi; billi din ir-relazzjoni kisbet dinamiżmu mġedded fl-aħħar ftit snin; billi l-Istati Membri kollha stabbilew relazzjonijiet diplomatiċi mal-Awstralja u 25 minnhom għandhom ambaxxati f'Canberra;

C.  billi l-White Paper dwar il-Politika Barranija tal-Gvern Awstraljan tgħid li "Unjoni Ewropea b'saħħitha tibqa' vitali għall-interessi tal-Awstralja u se tkun sieħeb dejjem aktar importanti fil-protezzjoni u l-promozzjoni ta' ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli"; billi l-White Paper tissottolinja l-bżonn li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib mal-UE u l-Istati Membri tagħha "dwar sfidi bħat-terroriżmu, il-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda massiva (AQM), l-iżvilupp sostenibbli u d-drittijiet tal-bniedem";

D.  billi l-UE u l-Awstralja huma involuti f'kooperazzjoni u djalogu ma' pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja, inkluż permezz tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), il-Forum Reġjonali tal-ASEAN (ARF), il-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u s-Summit tal-Asja tal-Lvant (EAS); billi l-Awstralja hija membru fundatur tal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku (PIF) u għandha sħubija strateġika mal-ASEAN; billi bejn is-17 u t-18 ta' Marzu 2018, l-Awstralja se tospita Summit Speċjali bejn l-ASEAN u l-Awstralja;

E.  billi l-UE, bħala attur globali, għandha ssaħħaħ aktar il-preżenza tagħha fiż-żona tal-Asja-Paċifiku kbira u dinamika, fejn l-Awstralja hija sieħeb naturali tal-UE kif ukoll attur importanti hi stess; billi reġjun tal-Asja-Paċifiku li jkun stabbli, paċifiku u bbażat fuq ir-regoli, b'konformità mal-prinċipji u l-istandards tagħna, huwa utli għas-sigurtà u l-interessi tal-UE nnifisha;

F.  billi l-UE u l-Awstralja huma allinjati mill-qrib dwar kwistjonijiet relatati mal-politika barranija, bħal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-Ukrajna, ir-Russja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) u l-Lvant Nofsani;

G.  billi l-Awstralja għandha rabtiet politiċi, ta' sigurtà u ta' difiża mill-qrib mal-Istati Uniti li huma kompatibbli mar-rabtiet dejjem jikbru tagħha maċ-Ċina, li magħha tmantni Sħubija Strateġika Komprensiva;

H.  billi fl-2016 l-UE kienet it-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Awstralja – it-tieni sors ta' importazzjonijiet (19,3 %) u t-tielet destinazzjoni għall-esportazzjonijiet (10,3 %) tagħha – u billi ż-żewġ naħat jikkondividu firxa wiesgħa ta' interessi ekonomiċi; billi fl-2015, l-istokk ta' investiment dirett barrani tal-UE fl-Awstralja kien jammonta għal EUR 117.7 biljun u l-istokk ta' investiment dirett Awstraljan fl-UE kien ta' EUR 21.7 biljun;

I.  billi l-Awstralja hija impenjata bis-sħiħ favur il-kummerċ ħieles u kkonkludiet FTAs bilaterali ma' pajjiżi importanti fl-Asja tal-Lvant – iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, Singapore, il-Malasja u t-Tajlandja – (kif ukoll ftehim reġjonali mal-ASEAN) u ma' New Zealand, iċ-Ċilì, l-Istati Uniti u l-Perù, u l-ftehim PACER Plus mal-Gżejjer tal-Paċifiku;

J.  billi fit-23 ta' Jannar 2018, l-Awstralja u 10 pajjiżi oħra li jinsabu fi fruntiera mal-Oċean Paċifiku ħabbru li kienu laħqu ftehim dwar patt kummerċjali trans-Paċifiku, l-hekk imsejjaħ Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP), li ġie ffirmat fiċ-Ċilì fit-8 ta' Marzu 2018; billi attwalment l-Awstralja qed tinnegozja għadd kbir ta' ftehimiet kummerċjali, inkluża s-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP) imnedija f'Summit tal-ASEAN fl-2012;

K.  billi l-Awstralja, pajjiż li huwa impenjat favur il-governanza globali internazzjonali, f'ħames okkażjonijiet kienet membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) u kienet membru attiv tal-G20 mit-twaqqif tiegħu, u fl-2014 ippresediet is-summit tiegħu f'Brisbane f'kooperazzjoni tajba ħafna mal-UE; billi riċentament l-Awstralja ġiet eletta fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

L.  billi l-Awstralja bagħtet truppi biex jingħaqdu fil-Koalizzjoni Globali kontra d-Da'esh fl-Iraq u s-Sirja; billi fl-Afganistan, l-Awstralja kienet l-akbar kontributur mhux membru tan-NATO ta' truppi fil-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF);

M.  billi l-Awstralja kkontribwiet għal bosta missjonijiet taż-żamma tal-paċi appoġġjati min-NU fi tliet kontinenti kif ukoll f'Papua New Guinea u l-Gżejjer Solomon;

N.  billi fl-2014 l-Awstralja kkontribwiet għall-ewwel darba għal missjoni tal-immaniġġjar tal-kriżi mmexxija mill-UE, l-EUCAP Nestor, fil-Qarn tal-Afrika; billi l-flotta Awstraljana qed twettaq operazzjonijiet kontra l-piraterija u kontra t-terroriżmu fi ħdan il-Forzi Marittimi Kombinati fil-Qarn tal-Afrika u fl-Oċean Indjan tal-Punent;

O.  billi ċittadini Awstraljani ġewwa u barra l-fruntieri ta' pajjiżhom sofrew minn għadd ta' attakki terroristiċi ta' oriġini Iżlamista radikali; billi l-UE u l-Awstralja t-tnejn jikkooperaw f'attivitajiet kontra t-terroriżmu, inkluża azzjoni li tiġġieled l-estremiżmu vjolenti, sforzi biex itemmu l-finanzjament tal-organizzazzjonijiet terroristiċi u l-koordinazzjoni ta' proġetti speċifiċi għall-bini tal-kapaċità;

P.  billi ċ-Ċentru ta' Jakarta għal Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (JCLEC), li huwa inizjattiva Awstraljana-Indoneżjana, għandu l-għan li jtejjeb l-għarfien espert tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Asja tax-Xlokk fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata transnazzjonali u rċieva wkoll fondi tal-UE;

Q.  billi f'Ottubru 2017 il-Gvern Awstraljan nieda l-istrateġija internazzjonali ta' impenn ċibernetiku bil-għan li tindirizza kwistjonijiet bħall-kummerċ diġitali, iċ-ċiberkriminalità, is-sigurtà internazzjonali u l-gvern elettroniku;

R.  billi l-Awstralja appoġġat lill-Filippini fil-promozzjoni tas-sigurtà u fil-ġlieda kontra l-ġiħadiżmu;

S.  billi l-UE u l-Awstralja jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni fid-Djalogu annwali tal-Uffiċjali Għoljin UE-Awstralja dwar Kwistjonijiet ta' Migrazzjoni, Asil u Diversità; billi l-Proċess ta' Bali dwar il-Kuntrabbandu tal-Persuni, it-Traffikar tal-Bnedmin u l-Kriminalità Transnazzjonali Relatata huwa kopresedut mill-Awstralja;

T.  billi l-Awstralja għandha introjtu per capita għoli ħafna u hija soċjetà miftuħa, demokratika u multikulturali; billi persuna minn kull erbgħa tal-popolazzjoni tagħha twieldet barra mill-pajjiż u billi, mill-1945, madwar seba' miljun migrant permanenti, inklużi bosta li oriġinaw mill-Ewropa, marru jgħixu fl-Awstralja; billi l-Awstralja tinsab f'sitwazzjoni ġeografika speċjali li tokkupa żona vasta bejn l-Oċean Indjan u n-Nofsinhar tal-Paċifiku;

U.  billi fl-FA l-Awstralja u l-UE jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur il-kooperazzjoni dwar it-tibdil fil-klima; billi r-Reviżjoni tal-Politiki dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2017 tenniet mill-ġdid l-impenn tal-Awstralja li tiġġieled din it-theddida;

V.  billi l-Awstralja tħabbat wiċċha ma' impatti ekonomiċi u ambjentali sinifikanti li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima f'għadd ta' setturi, inklużi s-sigurtà tal-ilma, l-agrikoltura, il-komunitajiet ta' max-xtut u l-infrastruttura;

W.  billi l-Awstralja, bħala membru tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, hija partikolarment impenjata li tappoġġja l-governanza tajba u t-tkabbir ekonomiku f'Papua New Guinea, fl-Indoneżja, f'Timor-Leste u fi gżejjer Paċifiċi u f'pajjiżi Asjatiċi oħrajn, fejn l-UE u l-Istati Membri tagħha huma wkoll donaturi ewlenin;

X.  billi l-Gvern Awstraljan qed jinvesti fi programmi bħalma huma l-Programm ta' Xjenza Awstraljan għat-Tibdil fil-Klima (Australian Climate Change Science Programme) u l-Programm ta' Riċerka dwar l-Impatti tat-Tibdil fil-Klima u l-Adattament għaliha (Climate Change Impacts and Adaptation Research Programme) tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali (Natural Resource Management), biex jgħin lil min jieħu d-deċiżjonijiet jifhem u jimmaniġġja l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima;

Y.  billi l-Awstralja stabbiliet qafas nazzjonali u Grupp ta' Koordinazzjoni ta' Livell Għoli biex tiżviluppa pjan ta' implimentazzjoni għax-xjenza dwar il-bidla fil-klima, li jipprovdu approċċ ikkoordinat sabiex tindirizza l-kwistjoni fil-komunitajiet madwar il-pajjiż;

Z.  billi fl-10 ta' Novembru 2016, l-Awstralja rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi u l-emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto, u b'hekk saħħet l-impenn tagħha li tieħu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima, u żviluppat sensiela ta' politiki biex tnaqqas l-emissjonijiet domestiċi u tappoġġa l-azzjoni globali;

AA.  billi l-pjan dwar it-tibdil tal-klima tal-Gvern Awstraljan jinkludi li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'5 % mil-livelli tal-2000 sal-2020 u b'26-28 % mil-livelli tal-2005 sal-2030, kif ukoll li tirdoppja l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli tal-pajjiż sal-2020;

AB.  billi l-Gvern Awstraljan kellu rwol ewlieni fl-appoġġ tas-servizzi meteoroloġiċi nazzjonali tal-Paċifiku u l-organizzazzjonijiet reġjonali biex iwaqqfu sistemi ta' twissija bikrija dwar il-klima u t-temp;

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-abbozz tal-FA, li se jipprovdi strument legalment vinkolanti sabiex ir-relazzjonijiet bilaterali UE-Awstralja jitjiebu u jissaħħew u sabiex tiżdied il-kooperazzjoni f'oqsma bħall-politika esterna u l-kwistjonijiet ta' sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-iżvilupp globali u l-għajnuna umanitarja, il-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, il-ġustizzja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, l-agrikoltura, l-affarijiet marittimi u s-sajd, fid-dawl tal-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, is-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva (AQM);

2.  Jenfasizza li l-UE u l-Awstralja huma sħab b'saħħithom u li jaħsbuha l-istess b'relazzjoni bilaterali profonda u li t-tnejn jikkondividu l-valuri u l-prinċipji tad-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, iżommu rabtiet politiċi u ekonomiċi dejjem aktar b'saħħithom u jgawdu konnessjonijiet kulturali, akkademiċi u bejn in-nies li huma mill-qrib u attivi;

3.  Jissottolinja l-valur speċjali għall-UE u l-Awstralja, bħala sħab bl-istess viżjoni dinjija, li jikkooperaw fuq livell bilaterali u multilaterli dwar kwistjonijiet reġjonali u globali; jenfasizza l-vantaġġ li l-UE u l-Awstralja jaġixxu flimkien fin-NU u fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), kif ukoll f'entitajiet bħall-G20, sabiex jippreservaw u jsaħħu ordni globali bbażat fuq il-kooperazzjoni u r-regoli f'dinja kumplessa u li qed tinbidel li qed tiffaċċja inċertezza kbira;

4.  Jilqa' t-twaqqif ta' kumitat konġunt fil-qafas tal-FA sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim u jżomm il-koerenza ġenerali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Awstralja;

5.  Jappoġġja t-tnedija li ġejja tan-negozjati għall-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Awstralja, li jridu jitwettqu fi spirtu ta' reċiproċità, trasparenza, responsabilità u benefiċċju reċiproku, filwaqt li titqies ukoll is-sensittività ta' ċerti prodotti, bħal dawk agrikoli, minħabba l-fatt li l-Awstralja hija esportatur agrikolu ewlieni; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikollhom livell għoli ta' ambizzjoni fil-qasam tas-servizzi; jenfasizza li fin-negozjati l-UE għandha tqis il-ħtiġijiet u t-talbiet tal-SMEs, u mhux tbaxxi l-istandards ambjentali, soċjali u tax-xogħol; jirrimarka dwar it-tnedija f'waqtha ta' dawn in-negozjati, peress li l-Awstralja diġà kkonkludiet bosta FTAs ma' pajjiżi importanti fl-Asja tal-Lvant u l-Paċifiku u waslet biex tikkonkludi ftehimiet bħal dawn ma' pajjiżi rilevanti oħra;

6.  Jissottolinja r-rwol attiv tal-Awstralja fil-programmi ta' kooperazzjoni għal edukazzjoni għolja tal-UE permezz tal-programm Edukazzjoni Bilaterali UE-Awstralja u jinnota b'mod pożittiv li mill-2015 l-universitajiet Awstraljani jistgħu jidħlu fi ftehimiet ta' mobilità Erasmus+; jinnota li din il-kooperazzjoni għandha tissaħħaħ aktar biex tippromovi benefiċċji reċiproki għall-istudenti u r-riċerkaturi u tpoġġihom f'pożizzjoni li jakkwistaw ħiliet multikulturali u innovattivi;

7.  Ifakkar li l-UE u l-Awstralja huma sħab importanti fil-kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li jikkontribwixxu għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u bħala mezz biex tkompli tinbena soċjetà bbażata fuq l-għarfien;

8.  Ifaħħar lill-Awstralja għall-appoġġ tagħha u talli allinjat ir-reġim tas-sanzjonijiet tagħha mal-UE wara l-annessjoni illegali tal-Krimea u l-interventi militari fil-Lvant tal-Ukrajna mir-Russja;

9.  Jilqa' l-appoġġ tal-Awstralja għas-sanzjonijiet internazzjonali mmirati kontra individwi u entitajiet responsabbli għall-aggressjoni militari, it-terroriżmu u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż bi tweġiba għall-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u fil-Krimea okkupata;

10.  Ifaħħar lill-Uffiċċju tal-Valutazzjonijiet Nazzjonali tal-Awstralja għall-appoġġ tiegħu fl-għoti ta' analiżi internazzjonali, politika, strateġika u ekonomika u għall-koordinazzjoni tiegħu mas-sħab internazzjonali sabiex jiżgura tweġibiet għall-kwistjonijiet ta' interess komuni;

11.  Jirrikonoxxi r-rwol kritiku tal-Awstralja fil-Komunità tal-Intelligence "Five Eyes" u l-appoġġ tagħha għas-sigurtà kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tas-sħab transatlantiċi, u jfaħħar il-ftehim operazzjonali tal-Awstralja mal-Europol u jenfasizza l-potenzjal ta' espansjoni akbar tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni operattiva mal-Gvern Awstraljan;

12.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Awstralja fil-ko-sponserizzazzjoni fl-2014 tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU dwar il-kundanna tat-twaqqigħ tat-titjira MH17 u dwar l-eliminazzjoni tal-armi kimiċi tas-Sirja; ifaħħar il-kontribut ewlieni tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà fejn fittxet li ttejjeb is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja, immaniġġjat it-tranżizzjoni ta' sigurtà fl-Afganistan u indirizzat is-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK;

13.  Jilqa' l-impenn b'saħħtu taż-żewġ sħab dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu kif stabbilit fl-FA; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bilaterali dejjem eqreb b'rabta mal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-ġellieda barranin u r-ritorn tagħhom; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikomplu jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-erba' pilastri tal-Istrateġija tan-NU Kontra t-Terroriżmu; ifaħħar ir-rwol Awstraljan fil-Koalizzjoni Globali kontra d-Da'esh u l-ħidma sinifikanti tagħha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali fix-Xlokk tal-Asja;

14.  Jenfasizza l-inizjattivi tal-ispazju ċibernetiku internazzjonali tal-Awstralja u jfaħħar il-fatt li, skont l-FA, iż-żewġ sħab se jikkooperaw f'materji tas-sigurtà ċibernetika, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;

15.  Jitlob li jittieħdu passi biex issaħħu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu permezz ta' eżerċizzji konġunti ta' taħriġ bejn timijiet ta' rispons ta' emerġenza tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE bħall-Europol u ċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) tiegħu, minn naħa, u elementi ewlenin tal-arkitettura tas-sigurtà nazzjonali Awstraljana, bħall-Organizzazzjoni Awstraljana tal-Intelligence dwar is-Sigurtà (Australian Security Intelligence Organisation (ASIO)), il-Forzi tad-Difiża Awstraljan (ADF) u l-Pulizija Federali Awstraljana, min-naħa l-oħra;

16.  Jilqa' l-impenn mill-UE u l-Awstralja previst fl-FA għall-intensifikazzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom dwar il-migrazzjoni u l-asil; jissottolinja li l-livell għoli ta' mobilità globali jirrikjedi approċċ olistiku u multilaterali bbażat fuq il-kooperazzjoni internazzjonali u fuq responsabbiltajiet kondiviżi; jilqa' l-fatt li ż-żewġ sħab qed jikkontribwixxu b'mod proattiv għan-negozjati li għaddejjin dwar kemm il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari tan-NU kif ukoll il-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati;

17.  Jissottolinja l-importanza ta' oqfsa reġjonali ta' kooperazzjoni – bħall-Proċess ta' Bali – ma' pajjiżi tal-oriġini, tranżitu u destinazzjoni sabiex jiġu salvati l-ħajjiet, jitkissru n-netwerks tat-traffikanti u sabiex jiġu mmaniġġjati l-flussi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati; jilqa' l-impenn b'saħħtu tal-Awstralja fir-rigward tal-UNHCR għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati u biex jiżdied il-finanzjament umanitarju globali tagħha; iħeġġeġ lill-Awstralja tkompli tikkontribwixxi sabiex tinstab soluzzjoni pożittiva għas-sitwazzjoni tal-persuni li jfittxu l-asil u l-migranti miżmuma f'Papua New Guinea u Nauru;

18.  Jilqa' l-impenn taż-żewġ partijiet għat-tmexxija 'l quddiem tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, inkluż f'fora multilaterali u ma' sħab terzi, kif previst fil-Ftehim Qafas; jilqa' l-elezzjoni tal-Awstralja għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-perjodu 2018-2020; jenfasizza li fl-2008 l-Awstralja nediet l-istrateġija Closing the Gap dwar l-indirizzar tal-iżvantaġġi tal-popli indiġeni, bħad-differenza fl-istennija tal-ħajja u inugwaljanzi oħrajn; jenfasizza li din l-istrateġija għandha l-appoġġ miż-żewġ partiti u li l-Prim Ministru jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Awstraljan; jenfasizza l-fatt li l-Gvern Awstraljan qed jaħdem mal-istati u t-territorji u mal-popli Aboriġinali u mal-popli tal-Gżejjer tal-Istrett ta' Torres biex jagħti spinta lill-istrateġija Closing the Gap;

19.  Itenni mill-ġdid li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tirrikjedi l-appoġġ tal-komunità internazzjonali fis-sħuħija tagħha; jilqa' r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-Awstralja u l-impenn stabbilit fl-FA li ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-isforzi tal-politika esterna biex tiġġieled it-tibdil fil-klima; jinnota l-objettiv tal-Awstralja li sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet b'26 sa 28 % taħt il-livelli tal-2005, u li dan ġie affermat mill-ġdid fir-Reviżjoni tal-Politiki dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2017; jissottolinja l-fatt li din ir-reviżjoni żżomm l-impenn li tgħin lil pajjiżi oħrajn permezz ta' inizjattivi bilaterali u multilaterali; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Awstralja biex tagħti appoġġ finanzjarju bis-saħħa ta' programmi ta' għajnuna lir-reġjun tal-Paċifiku u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma vulnerabbli sabiex dawn ikunu jistgħu jkabbru l-ekonomiji tagħhom b'mod sostenibbli u jnaqqsu l-emissjonijiet u biex jiġu megħjuna jadattaw għat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-kopresidenza u l-finanzjament tal-Awstralja tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima;

20.  Ifakkar li l-Awstralja, l-UE u l-Istati Membri tagħha huma atturi importanti fil-kooperazzjoni ta' żvilupp u assistenza umanitarja fir-reġjun tal-Paċifiku; jenfasizza l-fatt li ż-żewġ naħat jiffukaw il-kooperazzjoni tagħhom fuq oqsma bħat-tkabbir ekonomiku, il-governanza tajba u r-reżiljenza ambjentali;

21.  Ifakkar it-tħassib tiegħu dwar it-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikomplu jippromwovu l-istabbiltà u l-libertà tan-navigazzjoni f'dan il-passaġġ tal-ilma internazzjonali kruċjali; ifaħħar il-pożizzjoni tal-Awstralja favur soluzzjoni paċifika tat-tilwim ibbażata fuq il-liġi internazzjonali;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tal-Awstralja.

(1) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 136.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0419.
(3) ĠU L 149, 16.6.2015, p. 3.
(4) ĠU L 229, 17.8.1998, p. 1.
(5) ĠU L 359, 29.12.2012, p. 2.
(6) ĠU L 186, 14.7.2012, p. 4.
(7) ĠU L 26, 30.1.2010, p. 31.
(8) ĠU L 188, 22.7.1994, p. 18.
(9) Testi adottati, P8_TA(2018)0108.


Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu ***
PDF 249kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14494/2017 – C8-0450/2017 – 2017/0265(NLE))
P8_TA(2018)0110A8-0131/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14494/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 83 (1) u 218 (6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0450/2017),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14445/2017),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0131/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.
(2) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.
(3) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(4) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (Protokoll Addizzjonali) ***
PDF 249kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali li jissupplimenta l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14498/2017 – C8-0451/2017 – 2017/0266(NLE))
P8_TA(2018)0111A8-0132/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14498/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 83 (1) u 218 (6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0451/2017),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14447/2017),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0132/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.
(2) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89
(3) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(4) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ***I
PDF 338kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))
P8_TA(2018)0112A8-0029/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0596),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0385/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0029/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/852.)

(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.
(2) ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0072).


Vetturi li m’għadhomx jintużaw, skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I
PDF 341kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))
P8_TA(2018)0113A8-0013/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0593),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0013/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/849.)

(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.
(2) ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0069).


L-iskart ***I
PDF 142kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))
P8_TA(2018)0114A8-0034/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0595),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0382/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Franċiż u l-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0034/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/851.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR QAFAS TA' POLITIKA GĦALL-EKONOMIJA ĊIRKOLARI

Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari(4). Biex jinżamm rekord tal-progress lejn l-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni adottat qafas ta' monitoraġġ(5) li jibni fuq il-Valutazzjoni tal-Effiċjenza tar-Riżorsi u tal-Materja Prima eżistenti. Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll lejn il-ħidma tagħha li għaddejja dwar indikatur tal-impatt għall-prodotti u l-organizzazzjonijiet.

L-azzjonijiet meħuda skont il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari jikkontribwixxu wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, fil-kuntest tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 12. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-istrateġija dwar il-plastik(6) jew tal-proposta reċentement emendata dwar il-garanzija legali għal prodotti tal-konsumatur(7).

F'dak li jirrigwarda l-konsistenza bejn l-oqfsa regolatorji tal-Unjoni, il-Kummissjoni dan l-aħħar adottat ukoll Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-għażliet biex tiġi indirizzata l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni tas-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart(8). Fl-2018, il-Kummissjoni se teżamina wkoll għażliet u azzjonijiet għal qafas ta' politika aktar koerenti għal-linji ta' ħidma differenti dwar il-politika tal-prodotti tal-UE fil-kontribut tagħhom lejn l-ekonomija ċirkolari. L-interazzjonijiet bejn il-leġiżlazzjoni u l-kooperazzjoni tal-industrija dwar l-użu ta' prodotti sekondarji u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart se jiġu wkoll ikkunsidrati fil-qafas ta' dawn l-inizjattivi u s-segwitu tagħhom.

Fir-rigward tal-ekodisinn, il-Kummissjoni, skont il-Pjan ta' Ħidma tal-Ekodisinn għas-snin 2016–2019(9), tikkonferma l-impenn qawwi tagħha biex jiġi żgurat li l-ekodisinn joffri kontribut aktar sinifikanti lill-ekonomija ċirkolari, pereżempju billi jindirizza b'mod aktar sistematiku l-kwistjonijiet tal-effiċjenza tal-materjali bħad-durabbiltà u r-riċiklabbiltà.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR L-INIZJATTIVI GĦALL-EKONOMIJA KOLLABORATTIVA

Skont il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari(10), il-Kummissjoni nediet għadd ta' inizjattivi dwar l-ekonomija kollaborattiva. Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva(11) f'Ġunju 2016, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-iżviluppi ekonomiċi u regolatorji tal-ekonomija kollaborattiva, bil-ħsieb li tħeġġeġ l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda u innovattivi, filwaqt li tiżgura protezzjoni tal-konsumatur u soċjali adegwata.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-MIKROPLASTIK

Fil-kuntest tal-istrateġija Ewropea għall-Plastiks adottata reċentement fl-Ekonomija Ċirkolari(12), il-Kummissjoni ressqet approċċ ta' strateġija integrata biex tindirizza tħassib dwar il-mikroplastik, inkluż ingredjenti tal-mikrożibeġ. Dan jiffoka fuq azzjonijiet preventivi u għandu l-għan li jnaqqas ir-rilaxx tal-mikroplastik minn sorsi ewlenin kollha – kemm jekk minn prodotti li fihom huma intenzjonalment miżjuda (bħal prodotti għall-kura personali u ż-żebgħat) jew minn dawk li joriġinaw mill-produzzjoni jew użu ta' prodotti oħrajn (bħall-plastik osso, it-tajers, il-gerbub tal-plastik, u t-tessuti).

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR ir-rapportar tad-data dwar l-iskart fl-2020

Bil-ħsieb li jkun monitorat il-progress lejn il-miri ġodda għall-iskart muniċipali u l-iskart mill-imballaġġ, u fid-dawl tal-klawsoli ta' reviżjoni rilevanti, b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti miri għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u r-riċiklaġġ ta' żjut ta' skart, il-Kummissjoni tissottolinja l-importanza ta' fehim komuni li ntlaħaq bejn il-koleġiżlaturi li l-Istati Membri ser jiżguraw li r-rapportar ta' data taħt id-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ u 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma kif emendat, ser ikopri s-sena 2020.

(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.
(2) ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0070).
(4) COM(2015)0614
(5) COM(2018)0029
(6) COM (2018)0028
(7) COM(2017)0637
(8) COM (2018)0032
(9) COM(2016)0773
(10) COM(2015)0614
(11) COM(2016)0356
(12) COM (2018)0028


Ir-rimi ta' skart f'terraferma ***I
PDF 337kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))
P8_TA(2018)0115A8-0031/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0594),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0031/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'landfills

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/850.)

(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.
(2) ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0071).


Regoli ta' proċedura fil-qasam tar-rappurtar dwar l-ambjent ***I
PDF 340kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 87/217/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (COM(2016)0789 – C8-0526/2016 – 2016/0394(COD))
P8_TA(2018)0116A8-0253/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0789),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0526/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2017(1),

–  wara li kkonsulta mall-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0253/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 ▌ u d-Direttivi 94/63/KE u 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE u 87/217/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2018/853.)

(1) ĠU C 173, 31.5.2017, p. 82.


Il-politika tal-Kummissjoni dwar l-integrità, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea
PDF 366kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624(RSP))
P8_TA(2018)0117B8-0214/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-12 ta' Marzu 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni fit-25 ta' Marzu 2018 għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmula minn membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u fl-okkażjoni tas-seduta ta' smigħ li saret minn dak il-Kumitat fis-27 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 7 u 29 ta' dawn ir-Regolamenti,

–  wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi huwa fundamentali li l-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Gwardjana tat-Trattati, taġixxi f'konformità mal-forma u s-sustanza tar-regoli,

B.  billi l-fiduċja fil-proġett Ewropew u fl-Unjoni Ewropea se tinżamm biss jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jaġixxu bħala mudelli tar-rwol tal-istat tad-dritt, tat-trasparenza u tal-amministrazzjoni tajba, u jagħtu prova li jkollhom sistema ta' kontrokontrolli biżżejjed biex jirreaġixxu b'mod xieraq kulmeta dawn il-prinċipji fundamentali jiġu mhedda,

C.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, skont it-Trattati, għandhom awtonomija fi kwistjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni tagħhom u mal-politika tagħhom tal-persunal, inkluż fl-għażla tal-ogħla uffiċjali tagħhom fuq il-bażi tal-mertu, l-esperjenza u l-fiduċja, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' proċedura rispettivi tagħhom,

D.  billi l-pożizzjonijiet ippubblikati esternament ta' spiss jirriżultaw fl-għażla ta' kandidati interni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex japplikaw taħt ir-regoli interni u b'hekk jevitaw il-progressjoni regolari tal-karriera;

E.  billi l-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' livell għoli bħalma hi dik ta' Segretarju Ġenerali għandhom isiru b'mod indipendenti minn ħatriet oħra, biex b'hekk jiġi evitat kwalunkwe suspett ta' ftehimiet mhux trasparenti jew kompromessi bbażati fuq informazzjoni privileġġjata;

F.  billi l-Ombudsman Ewropew bħalissa qed tmexxi inkjesta dwar il-proċedura tal-ħatra kkonċernata; jinsab kunfidenti li l-Ombudsman se tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Parlament bil-fehmiet tagħha u bi kwalunkwe każ ta' amministrazzjoni ħażina possibbli li hija tkun skopriet, li jkun jeħtieġ jiġi segwit;

G.  billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet nuqqasijiet fil-komunikazzjoni tagħha marbuta mal-ħatra u għarfet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-isforzi tal-komunikazzjoni tagħha;

H.  billi l-kumitati tal-persunal, bħala rappreżentanti eletti tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, talbu proċeduri trasparenti għall-ħatra għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha;

1.  Jiddispjaċih li l-proċedura għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta' Frar 2018 tmexxiet b'mod li pprovoka irritazzjoni u diżapprovazzjoni mifruxa ħafna fl-opinjoni pubblika, fost il-Membri tal-Parlament Ewropew u fi ħdan is-servizz pubbliku Ewropew; jinnota li r-riżultat ta' din il-proċedura jikkostitwixxi riskju tar-reputazzjoni mhux biss għall-Kummissjoni Ewropea iżda għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li din il-proċedura u l-komunikazzjoni dwarha indirizzata lill-midja, lill-Parlament u lill-pubbliku ġenerali influwenzaw b'mod negattiv ir-reputazzjoni tagħha stess;

L-elementi fattwali

2.  Jinnota li:

   fil-31 ta' Jannar 2018, ġiet ippubblikata l-pożizzjoni ta' Viċi Segretarju Ġenerali bl-iskadenza standard ta' għaxart ijiem tax-xogħol għall-applikazzjonijiet (jiġifieri t-13 ta' Frar 2018);
   applikaw żewġ kandidati biss, raġel u mara, li t-tnejn li huma kienu mill-kabinett tal-President tal-KE; is-Segretarju Ġenerali l-ġdid kien wieħed mill-applikanti għall-pożizzjoni; it-tieni kandidata applikat għall-pożizzjoni vakanti fit-8 ta' Frar 2018, issottomettiet ruħha għall-valutazzjoni ta' ġurnata sħiħa fiċ-ċentru tal-valutazzjonijiet fit-12 ta' Frar 2018 u rtirat l-applikazzjoni tagħha qabel ma saret l-intervista mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (KKĦ), li kienet skedata għall-20 ta' Frar 2018, u mbagħad ġiet maħtura bħala l-Kap ta' Kabinett il-ġdida tal-President tal-Kummissjoni;
   is-Segretarju Ġenerali l-ġdid issottometta ruħu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li kienet tinkludi:
   a) valutazzjoni ta' ġurnata sħiħa fiċ-ċentru tal-valutazzjonijiet (fil-15 ta' Frar 2018);
   b) intervista (fis-16 ta' Frar 2018), valutazzjoni u opinjoni (fl-20 ta' Frar 2018) mill-KKĦ;
   c) intervista mal-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea (fl-20 ta' Frar 2018);
   ma ġew abbozzati l-ebda minuti għal dawn l-intervisti u lanqas ma ġie reġistrat it-tul tagħhom;
   il-Kulleġġ – b'deċiżjoni unanima – ħatar lill-Kap ta' Kabinett tal-President tal-Kummissjoni bħala Deputat Segretarju Ġenerali fil-21 ta' Frar 2018;
   sussegwentement, waqt l-istess laqgħa, dak li dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali ħabbar l-irtirar tiegħu wara li, dakinhar stess filgħodu, kien bagħat ittra formali lill-President fejn iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jirtira fil-31 ta' Marzu 2018;
   il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kap ta' Kabinett tiegħu kienu ilhom mill-2015 jafu li dak li dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali kellu l-ħsieb li jirtira ftit wara Marzu 2018, intenzjoni li ġiet ikkonfermata mill-ġdid kmieni fl-2018; madankollu, il-President ma kienx żvela din l-informazzjoni sabiex ma jimminax l-awtorità ta' dak li dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali iżda kien ikkomunika mal-Kap ta' Kabinett tiegħu;
   meta l-isforzi tiegħu biex jikkonvinċi lis-Segretarju Ġenerali jestendi l-mandat tiegħu fallew ripetutament, il-President tal-Kummissjoni Ewropea kellu, talanqas, jallerta lill-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani dwar il-fatt li l-pożizzjoni vakanti kienet imminenti, ħalli l-passi li kellhom jittieħdu biex timtela' dik il-pożizzjoni vakanti setgħu jinbdew bil-manjiera n-normali, tal-aħjar prattika u f'waqtha;
   filwaqt li aġixxa fuq proposta mill-President, bi qbil mal-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, u mingħajr ma kienet fuq l-aġenda tal-laqgħa l-ħatra ta' Segretarju Ġenerali ġdid, il-Kulleġġ iddeċieda li jittrasferixxi l-Viċi Segretarju Ġenerali li kien għadu kif inħatar fil-pożizzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (assenjazzjoni mill-ġdid mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni);

L-evoluzzjoni tal-karriera tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid

3.  Jinnota li:

   is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ngħaqad mal-Kummissjoni Ewropea bħala uffiċjali fil-grad AD6 f'Novembru 2004, wara li għadda mill-kompetizzjoni miftuħa tal-AD COM/A/10/01; ġie promoss għall-grad AD7 fl-2007, għall-grad AD8 f'2009, għall-grad AD9 fl-2011 u għall-grad AD10 fl-2013;
   mill-10 ta' Frar 2010, u filwaqt li kien għadu fil-grad AD8 fil-karriera bażika tiegħu, ġie sekondat bħala Kap ta' Kabinett tal-Viċi President Reding, fejn okkupa l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett fil-grad ta' AD14, fil-livell ta' Direttur, skont ir-Regoli dwar il-Kompożizzjoni tal-Kabinetti fis-seħħ f'dak iż-żmien (SEC(2010)0104);
   is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ħa leave għal raġunijiet personali (CCP) mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Mejju 2014 sabiex ikun jista' jaġixxi bħala l-maniġer tal-kampanja għall-kandidat ewlieni tal-PPE li ħareġ għal President tal-Kummissjoni Ewropea;
   wara l-integrazzjoni tiegħu mill-ġdid fl-1 ta' Ġunju 2014, ġie assenjat bħala uffiċjal fil-grad ta' AD14 bħala Konsulent Prinċipali tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;
   wara li kien temm b'suċċess proċedura tal-għażla, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie maħtur Konsulent Prinċipali tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp b'effett mill-1 ta' Lulju 2014; b'din il-ħatra huwa sar uffiċjal fil-grad ta' AD14 fil-karriera bażika tiegħu;
   mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Ottubru 2014, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie sekondat fil-grad ta' AD14 bħala l-kap tat-tim ta' tranżizzjoni tal-President elett tal-Kummissjoni Ewropea;
   fit-1 ta' Novembru 2014, ġie sekondat bħala Kap ta' Kabinett tal-President fil-grad ta' AD15 skont ir-Regoli dwar il-Kompożizzjoni tal-Kabinetti fis-seħħ mill-2004 (ara d-deċiżjonijiet SEC(2004)0185, SEC(2010)0104 u C(2014)9002);
   fl-1 ta' Jannar 2017, huwa ġie promoss għall-grad ta' AD15 fil-karriera bażika (mhux ta' sekondar) tiegħu bħala uffiċjal fil-qafas tal-10 Eżerċizzju ta' Promozzjoni tal-Uffiċjali Għolja, deċiżjoni meħuda mill-Kulleġġ tal-Kummissarji (PV(2017)2221); għaldaqstant, qabel il-laqgħa tal-21 ta' Frar 2018, huwa kien, fil-karriera bażika tiegħu, uffiċjal tal-Kummissjoni fil-grad ta' AD15, Konsulent Prinċipali fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

4.  Jisħaq fuq il-karriera estremament rapida tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid li f'perjodu ta' ftit iktar minn 13-il sena, avvanza mill-grad ta' AD6 għall-grad ta' AD15, li minnhom huwa qatta' 8 snin f'kabinetti differenti (wara l-ewwel kabinett huwa ġie promoss mill-grad ta' AD10 għall-grad ta' AD14; wara t-tieni tal-kabinett ġie promoss mill-grad ta' AD14 għall-grad ta' AD15);

L-evoluzzjoni tal-karriera tas-Segretarji Ġenerali preċedenti

5.  Jenfasizza li, skont il-Kummissjoni, it-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti saru Direttur, Direttur Ġenerali u Kap ta' Kabinett qabel ma ġew ittrasferiti għall-funzjoni ta' Segretarju Ġenerali, filwaqt li s-Segretarju Ġenerali l-ġdid ma wettaq l-ebda kompitu maniġerjali fis-servizzi tal-Kummissjoni; jirrimarka, b'mod partikolari, li fil-21 ta' Frar 2018 ma kienx qed iwettaq il-funzjoni ta' Deputat Segretarju Ġenerali; u serva inqas minn 14-il xahar fil-grad bażiku ta' AD15;

Il-proċedura ta' ħatra

6.  Jinnota li skont il-Kummissjoni, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie trasferit fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal u li dik il-pożizzjoni ma ġietx ippubblikata minħabba li l-pożizzjoni ma kenitx meqjusa vakanti; għalhekk, l-ebda uffiċjal ma seta' japplika peress li l-proċedura kienet organizzata permezz ta' assenjazzjoni mill-ġdid mal-pożizzjoni aktar milli bħala trasferiment fis-sens strett b'pubblikazzjoni xierqa tal-pożizzjoni vakanti;

7.  Jinnota li l-Kummissjoni użat l-istess proċedura ta' trasferiment skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti (trasferiment mal-pożizzjoni u mhux trasferiment fis-sens strett); madankollu jenfasizza li l-ebda wieħed mis-Segretarji Ġenerali preċedenti ma nħatru Viċi Segretarju Ġenerali u Segretarju Ġenerali suċċessivament waqt l-istess laqgħa tal-Kulleġġ; jenfasizza wkoll li t-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti ġew proposti lill-Kulleġġ fl-istess laqgħa tal-Kulleġġ li fiha l-predeċessuri rispettivi tagħhom ġew trasferiti għal pożizzjoni differenti jew ħabbru l-irtirar tagħhom;

8.  Jenfasizza li l-ħatra permezz ta' trasferiment ġiet mibdija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea bi qbil mal-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani u wara konsultazzjoni mal-Ewwel Viċi President (li ġie kkonsultat dwar l-isem tal-kandidat iżda definittivament mhux dwar il-proċedura);

9.  Jirrikonoxxi li mhijiex il-prattika tal-Kummissjoni li tittrasferixxi diretturi li huma fil-grad ta' AD15 għal pożizzjonijiet ta' Direttur Ġenerali iżda jinnota li l-Kummissjoni tqis li, legalment, il-Kulleġġ seta' jiddeċiedi li jittrasferixxi konsulent prinċipali għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali;

10.  Jistaqsi għaliex il-Kummissjoni użat proċeduri differenti biex taħtar Viċi Segretarju Ġenerali u Segretarju Ġenerali għall-istess kandidat u waqt l-istess laqgħa tal-Kulleġġ;

Is-sejbiet

11.  Jenfasizza li t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni juru li l-President u l-Kap ta' Kabinett tiegħu kien ilhom mill-2015 jafu bl-intenzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali li jirtira ftit wara l-1 ta' Marzu 2018, li hu kkonferma mill-ġdid kmieni fl-2018; jissottolinja li dan l-għarfien kien jippermetti proċedura regolari għall-ħatra tas-suċċessur tiegħu permezz ta' waħda miż-żewġ proċeduri pubbliċi previsti mir-Regolamenti tal-Persunal: (1) ħatra mill-Kulleġġ wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni u proċedura tal-għażla skont l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal; jew, (2) trasferiment fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, bl-istess mod wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni sabiex tippermetti lil kwalunkwe uffiċjal interessat japplika għal dan it-trasferiment;

12.  Jieħu nota tal-fehma tal-Kummissjoni li l-pubblikazzjoni ta' pożizzjoni ma għandhiex titqies li hija r-regola skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali li tirrikjedi mhux biss esperjenza speċjali iżda wkoll livell partikolari ta' fiduċja mill-President u mill-Kulleġġ tal-Kummissarji;

13.  Jissottolinja li bl-għażla tal-proċedura ta' trasferiment skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal f'forma ta' assenjament mill-ġdid tad-Deputat Segretarju Ġenerali li kien għadu kif inħatar mill-pożizzjoni tiegħu għal dik ta' Segretarju Ġenerali, ma kienx meħtieġ li tiġi ppubblikata l-pożizzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali li rtira; jinnota li l-istess proċedura intużat għall-ħatriet ta' Segretarji Ġenerali preċedenti li qabel kienu jokkupaw pożizzjonijiet ta' Diretturi Ġenerali b'responsabilità baġitarja u ta' maniġment ta' livell għoli; jenfasizza, madankollu, li din it-tradizzjoni li ma jkunx hemm pubblikazzjoni laħqet il-limiti tagħha peress li din ma tikkorrispondix għall-istandards moderni tat-trasparenza, li l-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE għandhom jirrispettaw;

14.  Jinnota l-prattika mifruxa ħafna tal-Kummissjoni li timla l-pożizzjonijiet permezz ta' trasferimenti interni fil-forma ta' assenjament mill-ġdid mal-pożizzjoni, anke fir-rigward ta' pożizzjonijiet ta' livell għoli; filwaqt li jirrikonoxxi l-marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istituzzjonijiet f'dan ir-rigward, jinsab imħasseb li din tista' timmina l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-għażla tal-aktar kandidati kwalifikati; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jimlew il-pożizzjonijiet permezz ta' trasferimenti bħal dawn unikament wara notifika xierqa lill-persunal, f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u jagħtu preferenza lil proċeduri miftuħa u trasparenti li għandhom l-għan li jagħżlu l-aħjar kandidati kwalifikati;

15.  Jissottolinja li kienu biss il-President, il-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, l-Ewwel Viċi President u s-Segretarju Ġenerali preċedenti kif ukoll dak ġdid li kienu jafu minn qabel li waqt il-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-21 ta' Frar 2018 kienet se ssir il-proposta għall-ħatra immedjata tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid;

16.  Jiddikjara li din il-proċedura tidher li kienet ta' sorpriża għall-membri l-oħra kollha tal-Kulleġġ u ġie evitat li jsir dibattitu fost il-Kummissarji, peress li l-ħatra ta' Segretarju Ġenerali ġdid ma kinetx fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-21 ta' Frar 2018;

17.  Jinsab imħasseb bil-kbir dwar il-fatt li l-mod ta' kif saret il-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid jista' jixħet dubju fuq il-proċedura preċedenti tal-ħatra ta' Deputat Segretarju Ġenerali peress li din mill-bidu setgħet ma kellhiex l-għan li timla l-post vakanti, iżda aktar kellha l-għan li tippermetti t-trasferiment ta' din il-pożizzjoni għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni; iqis li, għalkemm dan il-mod ta' kif tmexxiet il-proċedura jista' jissodisfa rekwiżiti purament formali, huwa jmur kontra l-ispirtu tar-Regolamenti tal-Persunal u jimpedixxi kwalunkwe kompetizzjoni għall-pożizzjoni minn persunal ieħor eliġibbli;

Il-konklużjonijiet

18.  Jinsab diżappuntat dwar il-fatt li lanqas biss Kummissarju wieħed ma jidher li qajjem dubji dwar din il-ħatra ta' sorpriża, talab għall-posponiment ta' din id-deċiżjoni ta' ħatra jew talab diskussjoni ta' prinċipju dwar ir-rwol ta' Segretarju Ġenerali futur fil-Kummissjoni, u dwar il-fehim ta' dak ir-rwol, filwaqt li jirrimarka li l-punt ma kienx fuq l-aġenda;

19.  Ifakkar li d-Diretturi Ġenerali tal-istituzzjonijiet Ewropej huma responsabbli għal mijiet ta' membri tal-persunal u għall-implimentazzjoni ta' baġits sostanzjali bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, kif ukoll għandhom l-obbligu li jiffirmaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni fir-rapport annwali tal-attività tagħhom fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja; iqajjem dubji, għalhekk, dwar l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-Kapijiet ta' Kabinett tal-President jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali, f'dawk li huma responsabilitajiet ta' ġestjoni u baġitarji, mingħajr qatt ma jkunu okkupaw tali pożizzjoni, kif kien il-każ fir-rigward tas-Segretarji Ġenerali preċedenti tal-Kummissjoni; jirrimarka li l-Komunikazzjoni interna tal-President lill-Kummissjoni, tal-1 ta' Novembru 2014, li tirregola l-kompożizzjoni tal-uffiċċji privati tal-Membri tal-Kummissjoni u tas-servizz tal-Kelliem ma tissostitwix jew timmodifa r-Regolamenti tal-Persunal;

20.  Jiddikjara li n-nomina f'żewġ stadji tas-Segretarju Ġenerali tista' titqies bħala azzjoni simili għal kolp li ġebbdet u possibilment anke qabżet il-limiti tal-liġi;

21.  Jenfasizza li l-Parlament ma jistax isib "sitwazzjoni serja u urġenti", kif ġie spjegat mis-servizz legali tal-Parlament, li tiġġustifika l-użu tal-proċedura ta' assenjament mill-ġdid skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni;

L-azzjoni meħtieġa

22.  Jinsab konxju tal-fatt li revoka ta' att amministrattiv favorevoli ġeneralment mhijiex possibbli minħabba restrizzjonijiet legali, madankollu jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-proċedura tal-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid sabiex tagħti l-possibilità lil kandidati oħra possibbli fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika Ewropea li japplikaw, u b'hekk, li jkun jista' jkun hemm għażla usa' fost kandidati potenzjali għall-istess grupp ta' funzjonijiet u grad; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur tmexxi proċeduri ta' applikazzjoni miftuħa u trasparenti;

23.  Jirrimarka li sabiex jinżamm servizz pubbliku Ewropew eċċellenti u indipendenti, leali u motivat, ir-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li jiġu applikati b'rispett għall-forma u s-sustanza: b'mod partikolari dan jirrikjedi li l-Artikoli 4, 7 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li jiġu rispettati kompletament sabiex "postijiet vojta [kollha] f'istituzzjoni għandhom ikunu notifikati lill-persunal ta' dik l-istituzzjoni hekk kif l-awtorità tal-ħatra tiddeċiedi li l-post għandu jimtela" u li dan l-obbligu ta' trasparenza jeħtieġ ukoll li jiġi rrispettat fir-rigward tat-trasferimenti skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, minbarra każijiet tassew eċċezzjonali u debitament motivati, kif rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja;

24.  Ifakkar li huwa biss permezz ta'l-pubblikazzjoni xierqa tal-pożizzjonijiet vakanti li huwa possibbli li tiġi żgurata għażla wiesgħa tal-kandidati l-aktar kwalifikati, ibbilanċjata bejn is-sessi u li tippermetti deċiżjonijiet infurmati u tal-aħjar ħatra; jenfasizza li proċeduri ta' pubblikazzjoni li għandhom l-unika fini li jissodisfaw ir-rekwiżit formali ta' pubblikazzjoni, għandhom jiġu evitati mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha;

25.  Jirrakkomanda li l-proċessi u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ tal-Kummissarji jeħtieġ li jissaħħu sabiex tiġi evitata kwalunkwe approvazzjoni indiskriminata ta' ħatriet jew deċiżjoni importanti oħra u li għalhekk huwa meħtieġ li dawn il-punti kollha jiġu inklużi fl-abbozz ta' aġenda;

26.  Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-Unjoni Ewropea jtemmu wkoll il-prattika ta' "tfigħ f'pożizzjoni preċiża" (parachuting), li tirriskja li tikkomprometti l-proċeduri u b'hekk il-kredibilità tal-UE; jenfasizza li l-influwenza politika ma tridx timmina l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa tal-fehma li l-pożizzjonijiet vakanti kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-interess tat-trasparenza, l-integrità u l-opportunitajiet indaqs; madankollu, f'każ li l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li għandhom jiddevjaw minn dan il-prinċipju, huma għandhom jagħmlu dan biss fi ħdan marġini limitati ħafna stabbiliti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

27.  Jipproponi li uffiċjali minn korpi rappreżentanti tal-persunal ikunu fuq il-kumitati tal-għażla tal-maniġment superjuri tal-Parlament;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-UE kkonċernati jirrevokaw deċiżjonijiet li permezz tagħhom huma jqisu l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett tal-President bħala ekwivalenti għall-funzjoni ta' Direttur Ġenerali u l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett ta' Kummissarju bħala ekwivalenti għall-funzjoni ta' Direttur; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li r-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tiddisponi għal għażliet ta' karriera siewja, kemm għall-uffiċjali li jkunu segwew il-perkors ta' karriera tradizzjonali u kemm għall-membri tal-kabinetti:

   fir-rigward tal-Artikolu 7, billi tiġi kkjarifikata l-proċedura ta' assenjament mill-ġdid bil-pożizzjoni tal-uffiċjal li ġiet żviluppata biss mill-każistika,
   billi jiġu integrati r-regoli interni rilevanti għall-membri tal-uffiċċji/kabinetti privati, u
   billi jiġu stabbiliti proċeduri kompletament trasparenti għall-ħatra tas-Segretarji Ġenerali

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami, qabel tmiem l-2018, tal-proċedura amministrattiva tagħha għall-ħatra ta’ uffiċjali għolja bl-objettiv li jiġi żgurat għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f’qafas ta’ trasparenza massima u opportunitajiet indaqs, u b’hekk anke tkun ta’ eżempju għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra;

30.  Jirrikonoxxi li l-Artikolu 17 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni jattribwixxi responsabilitajiet ta’ ġestjoni partikolari lis-Segretarju Ġenerali li għandu jkollu firxa wiesgħa ta’ esperjenza maniġerjali u l-fiduċja tal-President; jara l-ħtieġa li dawn ir-Regoli jiġu aġġornati u ċċarati sabiex jiggarantixxu rwol newtrali tas-Segretarju Ġenerali f’ambjent politiku (tal-partiti); jistenna li jkun informat dwar tali aġġornament sa Settembru 2018.

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha.s


Progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari u dwar irrifuġjati
PDF 471kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati (2018/2642(RSP))
P8_TA(2018)0118B8-0184/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-aġenda tax-xogħol deċenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u b'mod partikolari l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189 (2011) dwar xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/71/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta' Settembru 2016, "Id-dikjarazzjoni ta' New York għar-Refuġjati u l-Migranti"(1),

–  wara li kkunsidra l-Anness I tad-Dikjarazzjoni ta' New York, il-Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati,

–  wara li kkunsidra l-Anness II tad-Dikjarazzjoni ta' New York, "Lejn patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari",

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE tas-6 ta’ Marzu 2017 għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti (COM(2017)0211),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/71/280 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-6 ta' April 2017 dwar "Modalitajiet għan-negozjati intergovernattivi tal-patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-28 ta' April 2017 bl-isem "Report of the Special Rapporteur on the human rights of migrants on a 2035 agenda for facilitating human mobility" (Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti dwar aġenda 2035 għall-iffaċilitar tal-mobilità tal-bniedem)(3),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-UNHCR tas-17 ta' Mejju 2017 bit-titolu "Towards a global compact on refugees: a roadmap" (Lejn patt globali dwar ir-rifuġjati: pjan direzzjonali)(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, António Guterres, tal-11 ta' Jannar 2018, bit-titolu"Making migration work for all" (Nagħmlu l-migrazzjoni vantaġġjuza għal kulħadd)(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz żero tal-patt globali UNHCR dwar ir-rifuġjati fil-31 ta' Jannar 2018(6),

–  wara li kkunsidra l-abbozz żero u l-abbozz żero plus tal-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, tal-5 ta' Frar 2018(7) u l-5 ta' Marzu 2018(8) rispettivament,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Abidjan tal-Ħames Summit UE-UA ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/70/1 tan-NU bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"), adottata fil-25 ta' Settembru 2015 waqt is-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York(9),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom, adottata fit-18 ta' Diċembru 1990 permezz tar-Riżoluzzjoni A/RES/45/158 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU(10),

–  wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Konġunt tal-Kumitat dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji Tagħhom u l-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni internazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-indirizzar tal-movimenti tar-rifuġjati u tal-migranti: ir-rwol tal-azzjoni esterna tal-UE(14) u tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni(15);

–  wara li kkunsidra r-rapport adottat fit-12 ta’ Ottubru 2017 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (A8-0316/2017), u l-ħtieġa li l-UE toffri risistemazzjoni lil mill-inqas 20 % tal-Ħtiġijiet Proġettati Annwali Dinjija ta' Risistemazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, f'konformità mal-Artikolu 13(2) tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kulħadd għandu l-jedd li jħalli kwalunkwe pajjiż, inkluż dak tiegħu, u li jerġa' lura f'pajjiżu; billi fl-1999, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, fil-Kumment Ġenerali Nru 273 (Punt 8) tiegħu, iċċara li dan id-dritt "ma jistax isir dipendenti fuq xi skop speċifiku jew fuq il-perjodu ta' żmien li l-individwu jagħżel li jibqa' barra mill-pajjiż";

B.  billi fis-Summit tan-NU għar-Rifuġjati u l-Migranti, ospitat mill-Assemblea Ġenerali fi New York fid-19 ta' Settembru 2016, l-istati membri tan-NU unanimament adottaw "Id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti", li abbażi tagħha tnedew żewġ proċessi separati, distinti u indipendenti, għalkemm fis-sustanza huma, bil-ħsieb li fl-2018 jiġi adottat Patt Globali dwar ir-Rifuġjati, u Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, li se jiġi ffirmat f'konferenza fil-Marokk f'Diċembru 2018;

C.  billi l-Anness I tad-Dikjarazzjoni ta' New York jistabbilixxi Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati (CRRF), li huwa msejjes fuq il-prinċipju tal-kondiviżjoni internazzjonali tar-responsabbiltà u d-determinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tan-NU li jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-ispostament furzat; billi l-Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati jippreżenta azzjonijiet speċifiċi mfassla sabiex inaqqsu l-pressjoni fuq il-pajjiżi ospitanti, biex tissaħħaħ l-awtonomija tar-rifuġjati, biex jikber l-aċċess għal soluzzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi, u biex jappoġġaw il-kundizzjonijiet fil-pajjiżi ta' oriġini għal ritorn sikur u dinjituż;

D.  billi l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati ntalab iwettaq konsultazzjonijiet dwar Programm ta' Azzjoni biex jikkomplementa l-CRRF u biex tipproponi Patt Globali dwar ir-Rifuġjati fir-rapport annwali tiegħu lill-Assemblea Ġenerali fl-2018;

E.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu involuti fil-proċess ta' tħejjija u d-diskussjonijiet li wasslu għall-preżentazzjoni tal-abbozzi żero; billi mal-bidu tal-fażi aktar kritika tal-proċess, u bħala konsegwenza tad-deċiżjoni tal-Istati Uniti li toħroġ min-negozjati, sar saħansitra aktar importanti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu rwol ewlieni sabiex jiżguraw test iffukat fuq il-persuni u msejjes fuq id-drittijiet tal-bniedem;

F.  billi l-migrazzjoni hija fenomenu uman kumpless; billi filwaqt li r-rifuġjati huma definiti speċifikament u protetti fid-dritt internazzjonali bħala persuni li jirrisjedu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom minħabba biża' ta' persekuzzjoni, kunflitt, vjolenza, jew ċirkostanzi oħra, u li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali bħala riżultat, kemm ir-rifuġjati kif ukoll il-migranti huma detenturi ta' drittijiet tal-bniedem u sikwit iħabbtu wiċċhom ma' aktar vulnerabbiltà, vjolenza u abbuż matul il-proċess tal-migrazzjoni; billi kemm il-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati u l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Regolari u Ordnata huma proċessi komplementari li se jeħtieġu azzjonijiet konġunti għall-implimentazzjoni tagħhom;

G.  billi l-mobilità umana u l-migrazzjoni huma realtà li qed tikber, b'madwar 258 miljun migrant internazzjonali madwar id-dinja; billi l-għadd tal-migranti bħala proporzjon tal-popolazzjoni globali żdied minn 2.8 % fl-2000 għal 3.4 % fl-2017; billi 48 % tal-migranti huma nisa; billi l-parti l-kbira tal-migranti jivvjaġġaw b'mod sikur u ordnat; billi 85 % tal-migrazzjoni ssir bejn pajjiżi tal-istess livell ta' żvilupp; billi fl-2017, l-Ewropa kienet is-sors tat-tieni l-akbar għadd ta' migranti internazzjonali (61 miljun)(16);

H.  billi skont data tal-UNHCR, madwar 65 miljun ruħ kienu qed jgħixu fi spostament furzat fi tmiem 2015, li 12-il miljun minnhom kienu Sirjani; billi skont il-Bank Dinji, madwar 9 miljun persuna ġew spustati bejn l-2012 u l-2015, u dan jirrappreżenta sfida serja għas-sistema tal-għajnuna umanitarja dinjija; billi 84 % tar-rifuġjati fid-dinja u 99 % tal-persuni spustati internament huma ospitati minn pajjiżi jew reġjuni li qed jiżviluppaw: il-kontinent Afrikan jospita l-parti l-kbira minnhom, filwaqt li 10 % biss tar-rifuġjati huma ospitati minn pajjiżi Ewropej, apparti t-Turkija; billi skont il-Ħtiġijiet proġettati Dinjija ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR għall-2018, kważi 1.2 miljun persuna huma stmati li jirrikjedu risistemazzjoni; billi mis-sena 2000 sal-lum, aktar minn 46 000 migrant u rifuġjat mietu madwar id-dinja jfittxu s-sikurezza u d-dinjità barra minn pajjiżhom, fosthom mill-inqas 14 500 persuna li mietu fil-Mediterran Ċentrali mill-2014(17);

I.  billi l-Ewropa storikament kienet kemm reġjun ta' destinazzjoni kif ukoll reġjun ta' oriġini tal-migranti; billi l-Ewropej ukoll emigraw barra minn pajjiżhom minħabba diffikultajiet ekonomiċi, kunflitti jew persekuzzjoni politika; billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali wasslet biex għadd kbir ta' Ewropej emigraw, fosthom lejn l-ekonomiji emerġenti tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tad-dinja;

J.  billi ħafna tfal migranti jesperjenzaw vjolenza, abbuż u sfruttament; billi aktar minn 100 pajjiż iżommu t-tfal detenuti għal raġunijiet relatati mal-migrazzjoni(18); billi t-tfal rifuġjati huma ħames darbiet aktar suxxettibbli li jkunu barra mill-iskola minn tfal oħra, u inqas minn kwart tar-rifuġjati adolexxenti huma rreġistrati fi skola sekondarja;

K.  billi l-ħaddiema migranti sikwit jiġu esposti għal diskriminazzjoni, sfruttament u ksur tad-drittijiet; billi 23 % tal-24.9 miljun persuna li jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol furzat fid-dinja huma migranti internazzjonali;

L.   billi l-esperjenza wriet li l-migranti jagħtu kontributi pożittivi lill-pajjiżi li jgħixu fihom, kif ukoll lill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; billi l-migranti jikkontribwixxu fil-pajjiżi fejn jgħixu billi jħallsu t-taxxi u jħallu madwar 85 % tad-dħul finanzjarju tagħhom fl-ekonomiji ta' dawk il-pajjiżi; billi fl-2017 madwar USD 596 biljun ġew trasferiti f'rimessi globalment, u USD 450 biljun minnhom intbagħtu lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġifieri sa tliet darbiet tat-total tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp;

1.  Jappoġġja ħafna l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti u l-proċess korrispondenti għall-iżvilupp ta' sistema ta' governanza dinjija, għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni internazzjonali dwar il-migrazzjoni internazzjonali, il-mobilità tal-persuni, movimenti kbar ta' rifuġjati u s-sitwazzjonijiet imtawla ta' rifuġjati, u biex jiġu stabbiliti soluzzjonijiet durabbli u approċċi biex jenfasizzaw b'mod ċar l-importanza li jiġu protetti d-drittijiet tar-rifuġjati u l-migranti;

2.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jingħaqdu wara pożizzjoni unika tal-UE u biex jiddefendu u jippromwovu b'mod attiv in-negozjati dwar il-kwistjoni importanti tal-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati;

3.  Jinsab konvint li f'dinja interdipendenti ħafna, l-isfidi relatati mal-mobbiltà tal-bniedem jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effettiv mill-komunità internazzjonali kollha kemm hi; jilqa', għaldaqstant, il-ftuħ tan-negozjati intergovernattivi dwar il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u l-bidu tal-konsultazzjonijiet formali għall-Patt Global dwar ir-Rifuġjati abbażi tal-abbozzi żero, li għandhom jitlestew sa Lulju 2018;

4.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-Rappreżentant Għoli tagħha għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni, biex tuża l-piż diplomatiku kollha u timmobilizza d-delegazzjonijiet tal-UE, mhux biss fi New York u f'Ġinevra, iżda wkoll f'pajjiżi ewlenin oħra, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-proċess huwa ta' importanza kritika bħala pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, iżda wkoll ta' destinazzjoni, u jenħtieġ li jiġi ffaċilitat mill-UE, sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-proċess;

5.  Jenfasizza li t-trattati internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem jirrikonoxxu d-drittijiet tal-bnedmin kollha, inklużi l-migranti u r-rifuġjati, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, u jobbligaw lill-istati josservawhom, inkluż il-prinċipju fundamentali ta' non-refoulement; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lil persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u fil-bżonn ta' appoġġ medika jew psikoloġika speċjali, fosthom minħabba vjolenza fiżika sesswali, sessista jew minħabba preġudizzji, jew tortura; jiffavorixxi d-dħul ta' miżuri konkreti tal-Patti Globali f'dan ir-rigward; ifakkar, barra minn hekk, li vulnerabbiltajiet jinħolqu bħala riżultat ta' ċirkostanzi fil-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' akkoljenza jew ta' destinazzjoni, bħala konsegwenza mhux biss tal-identità tal-persuna, imma wkoll tal-għażliet tal-politika, l-inugwaljanza, u d-dinamiki strutturali u soċjetali;

6.  Ifakkar li l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li jinsabu fl-Aġenda 2030 jirrikonoxxu li politiki tal-migrazzjoni ppjanati u amministrati tajjeb jistgħu jgħinu biex jinkiseb żvilupp sostenibbli u tkabbir inklużiv, kif ukoll biex inaqqsu l-inugwaljanzi fi ħdan l-istati u bejniethom; iħeġġeġ li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lill-aspetti relatati mal-migrazzjoni tal-SDGs u l-Patti Globali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jwettqu l-impenn tagħhom biex jintlaħqu l-SDGs relatati mat-tfal, filwaqt li jiġu implimentati l-Linji Gwida tal-UE tas-6 ta' Marzu 2017 għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal;

7.  Jistieden lill-istati membri tan-NU biex jieħdu impenn indipendenti sabiex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala element ċentrali tal-Patt Globali, f'konformità mal-SDG 5; ifakkar, barra minn hekk, li l-migrazzjoni tista'sservi bħala aċċeleratur għall-ugwaljanza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, peress li 48 % tal-migranti huma nisa u żewġ terzi minnhom jaħdmu;

8.  Jistieden lill-istati membri tan-NU jieħdu impenn indipendenti biex jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal migranti; jenfasizza li t-tfal kollha, irrispettivament mill-istatus tagħhom ta' migranti jew ta' rifuġjati, l-ewwel u qabel kollox huma tfal, li huma intitolati għad-drittijiet kollha minquxa fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u li l-aħjar interessi tagħhom jeħtieġ li jkunu l-kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li jolqtuhom; iqis il-Patti Globali bħala opportunità biex jissaħħu l-punti ta' riferiment għall-protezzjoni tat-tfal milquta mill-migrazzjoni u l-ispostament furzat; jilqa' l-inklużjoni fl-abbozz zero ta' impenji ċari dwar kwistjoni speċifiċi urġenti, bħalma hi s-sejħa biex tintemm id-detenzjoni tat-tfal, titjib tal-azzjoni dwar migranti nieqsa, appoġġ qawwi għar-riunifikazzjoni tal-familja u toroq regolari oħra, il-prevenzjoni tal-apolidija fit-tfulija, u l-inklużjoni ta' tfal rifuġjati u li qed ifittxu asil fis-sistemi nazzjonali għall-ħarsien tat-tfal, l-edukazzjoni u s-saħħa; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw b'qawwa dawn il-proposti sabiex jiġi żgurat li jibqgħu fit-test finali għall-adozzjoni f'Diċembru;

9.  Jenfasizza li għandha tinżamm l-attenzjoni fuq l-indirizzar ta' diversi xpruni tal-migrazzjoni irregolari u l-ispustament sfurzat (il-kunflitt, il-persekuzzjoni, it-tindif etniku, il-vjolenza ġeneralizzata u fatturi oħra bħall-faqar estrem, it-tibdil fil-klima jew id-diżastri naturali);

10.  Jiddeplora l-fenomenu persistenti u mifrux tal-apolidija, li toħloq sfidi akuti tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li din il-kwistjoni tiġi indirizzata b'mod adegwat fin-negozjati attwali dwar il-Patti Globali;

11.  Jenfasizza li l-konsultazzjonijiet u n-negozjati jeħtieġ li jkunu trasparenti u inklużivi, u jeħtieġ jinvolvu l-partijiet interessati, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet kollha, kif ukoll is-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-migranti, kemm jista' jkun, minkejja n-natura intergovernattiva tan-negozjati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi sfruttat ir-rwol tal-parlamenti fl-aħħar fażi tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Patti, u jindika b'mod partikolari l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tal-pożizzjoni tal-UE;

12.  Jemmen li jenħtieġ li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-komplementarjetà bejn iż-żewġ Patti u l-koerenza dwar kwistjonijiet trasversali;

13.  Jenfasizza l-importanza tal-kollezzjoni u l-monitoraġġ u data diżaggregata dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati, li għandha tkun akkumpanjata minn indikaturi speċifika għall-migranti - li huma vitali għat-tfassil tal-politika - ibbażati fuq statistika realistika u mhux fuq miti jew perċezzjonijiet foloz, filwaqt li jiġu żgurati l-istandards tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza, u l-istandards tal-protezzjoni tad-data, u jkun prevenut li s-suġġetti tad-data jkunu esposti għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni ta' segwitu tal-implimentazzjoni taż-żewġ Patti Globali fil-futur qrib, b'mod partikolari minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, sabiex jiġu evitati approċċi à la carte min-naħa tal-istati differenti involuti; jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm monitoraġġ mill-qrib permezz tal-istabbiliment ta' punti ta' riferiment u indikaturi, fejn xieraq; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-arkitettura tan-NU u l-aġenziji rilevanti tagħha jingħataw ir-riżorsi meħtieġa għal kwalunkwe kompitu li l-istati jiddeċiedu li jiddelegaw lilhom fl-implimentazzjoni u s-segwitu tal-Patti;

15.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni tal-migrazzjoni teħtieġ investimenti kbar, riżorsi adegwati u strumenti flessibbli u trasparenti, u li strumenti mfassla tajjeb, flessibbli u razzjonalizzati biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' migrazzjoni se jkunu meħtieġa fis-snin li ġejjin; jitlob li l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE jkollhom rwol akbar fl-implimentazzjoni tal-Patti Globali; jitlob li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss jinkludi l-konsistenza finanzjarja u jagħmel rieżami tal-appoġġ baġitarju fit-tul għall-politiki tal-migrazzjoni u l-asil u l-azzjonijiet li jirriżultaw mill-Patti Globali; iqis li l-baġits għall-iżvilupp jeħtieġ li jibqgħu ffukati fuq il-qerda sostenibbli tal-faqar;

Il-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozz tal-Patt dwar ir-rifuġjati, u l-approċċ tiegħu ffukat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni; ifaħħar lill-UNHCR għall-ħidma u l-impenn tagħha għall-aktar implimentazzjoni komprensiva tal-mandat tagħha; jistieden lill-pajjiżi kollha biex jieħdu impenji lejn kondiviżjoni aktar ekwa tar-responsabbiltà għall-ospitar u l-appoġġ tar-rifuġjati fid-dinja, u jħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu u jonoraw s-sehem ta' responsabilità tagħhom stess; jitlob li jiġi adottat mekkaniżmu dinji ta' kondiviżjoni tar-responsabbiltà, li jappoġġa approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-Patt propost;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata għajnuna robusta u sostnuta lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jospitaw għadd kbir ta' rifuġjati, u li jiġi żgurat li r-rifuġjati jiġu offruti soluzzjonijiet durabbli, fosthom billi jsiru awtosostenibbli u jiġu integrati fil-komunitajiet fejn jgħixu; ifakkar li l-Patt jipprovdi opportunità unika biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-politiki għall-iżvilupp u biex jittejbu l-effikaċja, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-ħarsien u s-sejbien ta' soluzzjonijiet għar-rifuġjati, filwaqt li jinbena rispons komprensiv u li jlaqqa' flimkien lill-partijiet interessati kollha;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-rifuġjati jiġu inklużi bħala partijiet interessati attivi fit-tfassil tal-Patt u reazzjonijiet internazzjonali oħra għas-sitwazzjonijiet tar-rifuġjati;

19.  Jitlob li l-għajnuna umanitarja tiġi nonkriminalizzata; jitlob li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' tiftix u salvataġġ għall-persuni f'diffikultà, għal biex l-istati kollha jħejju aktar kapaċitajiet għall-użu, u li jiġi rikonoxxut l-appoġġ mogħti mill-atturi privati u l-NGOs fit-twettiq ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar u fuq l-art;

20.  Jitlob l-iżvilupp robust u t-tisħiħ tas-soluzzjoni ta' risistemazzjoni fil-Patt negozjat, bħala element ewlieni għal kondiviżjoni ekwa tar-responsabilità, permezz ta' impenji speċifiċi u koordinati li se jistabbilixxu jew iżidu l-ambitu, id-daqs u l-kwalità tal-programmi ta' risistemazzjoni, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet annwali dinjija ta' risistemazzjoni identifikati mill-UNHCR; jistieden lill-Istati Membri tal-UE b'mod partikolari biex jagħmlu l-parti tagħhom u biex iżidu l-impenn tagħhom lejn din il-kwistjoni;

21.  Iħeġġeġ li jiġi rispettat għalkollox id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, u jinsisti fuq l-iżvilupp ta' rotot sikuri u legali għar-rifuġjati, flimkien ma' risistemazzjoni, inklużi kurituri umanitarji, viżi umanitarji internazzjonali, sistemi ta' risistemazzjoni reġjonali u toroq legali oħra komplementari (bħal l-isponsorizzazzjoni privata, viżi għall-istudju, skemi ta' boroż ta' studju għar-rifuġjati u arranġamenti tal-viża flessibbli), ħalli r-rifuġjati jkunu jistgħu jilħqu destinazzjonijiet b'kundizzjonijiet ospitanti xierqa u dinjitużi;

22.  Jistieden lill-pajjiżi kollha jiffirmaw, jirratifikaw u jikkonformaw mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra);

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li nieħdu vantaġġ minn din l-opportunità biex tiġi żviluppata għalkollox perspettiva tal-ġeneru mġedda u orizzontali għal rispons internazzjonali kollettiv għar-rifuġjati li jindirizza l-ħtiġijiet ta' protezzjoni speċifiċi tan-nisa, inkluża l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, u li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kapaċitajiet tan-nisa fir-rikostruzzjoni u r-reżiljenza tas-soċjetajiet kollha, biex b'hekk tingħeleb l-immaġni tan-nisa bħala vittmi u xejn aktar; jitlob, f'dan il-kuntest, l-involviment sħiħ tan-nisa, sa mit-tfulija, b'aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni, anke f'emerġenzi u f'żoni ta' kunflitt, filwaqt li jinstema' leħinhom u jitqiesu l-ħtiġijiet u r-realtajiet tagħhom permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil ta' politiki u soluzzjonijiet għall-kriżi tar-rifuġjati, sabiex dawn isiru aktar effettivi, responsivi u sostenibbli;

Il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari

24.  Jinsisti li l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari jenħtieġ li jkun iffukat fuq il-persuni u msejjes fuq id-drittijiet tal-bniedem, u jenħtieġ li jipprevedimiżuri fit-tul, sostenibbli u komprensivi, għall-benefiċċju tal-partijiet kollha involuti, filwaqt li jibni fuq il-prinċipju ta' sħubija u kooperazzjoni msaħħa bejn il-pajjiżi ta' oriġini, transitu u destinazzjoni;

25.  Iqis il-Patt bħala opportunità unika biex tiġi stabbilita rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni fuq l-aġenda politika dinjija; jemmen bis-sħiħ li l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jipprovdu qafas komprensiv u olistiku biex fih nissolidifikaw ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp;

26.  Ifakkar li r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu "Making migration work for all" (Nagħmlu l-migrazzjoni vantaġġjuża għal kulħadd) jenfasizza li hemm evidenza ċara li turi li minkejja l-isfidi reali, il-migrazzjoni hija ta' benefiċċju kemm għall-migranti kif ukoll għall-komunitajiet ospitanti, f'termini ekonomiċi u soċjali, u tista' tkun mutur għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni; jappoġġa ħafna l-kontinwazzjoni ta' narrattiva pożittiva dwar il-migrazzjoni u jappella li jkun hemm kampanji ta' informazzjoni tal-UE u internazzjonali li jiġbdu l-attenzjoni fuq l-evidenza u jiġġieldu t-tendenzi razzisti u ksenofobiċi fis-soċjetajiet tagħna;

27.  Jistieden lill-istati membri tan-NU biex jimminimizzaw l-ispejjeż tat-trasferiment tar-rimessi u biex jindirizzaw din il-kwistjoni fin-negozjati attwali tal-Patt;

28.  Jenfasizza li l-migrazzjoni ġiet rikonoxxuta bħala strateġija proattiva ta' adattament, skema tal-għajxien kontra l-faqar, fattur li jikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli;

29.  Jemmen bis-sħiħ li issa huwa ż-żmien biex jitlaqqgħu flimkien l-elementi kollha tal-arkitettura tan-NU, inkluża l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), biex jiġu appoġġjati l-isforzi internazzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-kooperazzjoni; jiddispjaċih profondament, għalhekk, dwar id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li ttemm il-parteċipazzjoni tagħha fin-negozjati għal Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari; jistieden lill-UE turi sens ta' tmexxija f'dan il-proċess u tikkundanna lil pajjiżi oħra li joħorġu min-negozjati jew li jirnexxilhom idgħajfu l-kontenut finali; jitlob lill-UE taqdi r-responsabilità tagħha bħala attur globali u taħdem biex tiżgura t-tlestija b'suċċess tan-negozjati; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri tal-UE juru għaqda u jitkellmu b'leħen wieħed favur reġim internazzjonali msejjes fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

30.  Iqis li l-ftuħ ta' aktar toroq legali għall-migrazzjoni, fosthomabbażi ta' analiżijiet relaistiċi tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol, jiskoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari u jwassal għal inqas imwiet, inqas abbuż tal-migranti irregolari min-naħa tat-traffikanti u inqas sfruttament tal-migranti irregolari minn impjegaturi bla skruplu;

31.  Jistieden lill-pajjiżi kollha jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u l-isfruttament tal-migranti fit-territorji tagħhom stess, fosthom mill-impjegaturi; jistieden lill-istati membri tan-NU, għal dan l-għan, jiffirmaw, jirratifikaw u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom, adottata bir-riżoluzzjoni 45/158 tat-18 ta' Diċembru 1990 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jenfasizza li l-Patt jenħtieġ li josserva u jkun konformi mal-istandards internazzjonali tax-xogħol, b'mod partikolari l-prinċipji fundamentali u d-drittijiet fil-post tax-xogħol u l-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO u tan-NU dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom;

32.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat appoġġ adegwat għar-ritorn volontarju u għar-riintegrazzjoni ta' persuni li jirritornaw lejn pajjiżhom; jenfasizza li t-tfal għandhom jiġu rritornati biss meta dan ikun fl-aħjar interess tagħhom, u b'mod sikur, megħjun u volontarju, bl-użu ta' rapporti ta' informazzjoni speċifiċi għat-tfal dwar il-pajjiż ta' oriġini u bl-għoti ta' appoġġ fit-tul għar-riintegrazzjoni tagħhom;

33.  Jistieden lill-Istati Membri tan-NU jikkunsidraw l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni dettaljati nazzjonali jew subnazzjonali, li jippromwovu approċċ li jinvolvu l-komponenti kollha tal-gvern għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Patt sabiex jiġu indirizzati d-dimensjonijiet differenti tal-migrazzjoni, inkluż l-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà, l-aspetti soċjali, l-età, u l-ġeneru, u li jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-politika fuq is-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni tat-tfal, l-akkomodazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-ġustizzja, l-impjiegi, u l-protezzjoni soċjali;

34.  Jappoġġja l-appell tad-dikjarazzjoni ta' New York dwar segwitu sistematiku u analiżi tal-impenji tal-Istati Membri dwar il-migrazzjoni; jiddikjara li jinsab lest li jkun assoċjat f'dan il-proċess fil-livell tal-UE u jappoġġja l-inklużjoni tal-migranti u partijiet interessati oħra;

35.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex iżommu lill-Parlament infurmat għalkollox fl-istadji kollha tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Patti Globali;

o
o   o

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Uffiċċju tal-Kummissjarju Għoli għar-Rifuġjati tan-NU, lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) http://www.un.org/en/development/desa/population/migration/generalassembly/docs/A_RES_71_1_E.pdf
(2) https://www.un.org/en/development/desa/population/migration/generalassembly/docs/A_RES_71_280.pdf
(3) A/HRC/35/25 https://daccess-ods.un.org/TMP/8451200.72364807.html
(4) http://www.unhcr.org/58e625aa7.pdf
(5) https://refugeesmigrants.un.org/SGReport
(6) http://www.unhcr.org/Zero-Draft.pdf
(7) https://refugeesmigrants.un.org/sites/default/files/180205_gcm_zero_draft_final.pdf
(8) https://refugeesmigrants.un.org/sites/default/files/2018mar05_zerodraft.pdf
(9) Riżoluzzjoni 70/1 tan-NU http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E
(10) http://www.un.org/documents/ga/res/45/a45r158.htm
(11) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 109..
(12) Testi adottati, P8_TA(2016)0404.
(13) Testi adottati, P8_TA(2017)0242.
(14) Testi adottati, P8_TA(2017)0124.
(15) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 9..
(16) In-Nazzjonijiet Uniti, id-Dipartiment tal-Ekonomija u l-Affarijiet Soċjali, id-Diviżjoni tal-Popolazzjoni (2017). Trends in International Migrant Stock: The 2017 revision (United Nations database, POP/DB/MIG/Stock/Rev.2017).
(17) https://missingmigrants.iom.int/latest-global-figures
(18) Rapport tal-UNICEF, Uprooted: the growing crisis for refugee and migrant children, Settembru 2016, p. 39, https://www.unicef.org/videoaudio/PDFs/Uprooted.pdf


Implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020
PDF 220kWORD 81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020 (2017/2280(INI))
P8_TA(2018)0119A8-0112/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ENI)(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (IcSP)(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2306 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020(7) (Regolament tad-DCI),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna(8),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11) (ir-‘Regolament Finanzjarju’),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tat-18 ta' April 2017 lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 u r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0605 – C8-0372/2016 – 2016/0282(COD))(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(13)("Regolament dwar il-Komitoloġija"),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)9615 tal-10 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea bħala risposta għall-kriżi Sirjana, il-"Fond Madad", u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9691 tal-21 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni C(2014)9615,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)7293 tal-20 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment ta' Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabilità u għall-ġlieda kontra l-kawżi profondi tal-migrazzjoni irregolari u tal-fenomenu tal-persuni spostati fl-Afrika, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)0772 tal-8 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)7293,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9500 tal-24 ta' Novembru 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni – il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija(14), u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2016)0855 tal-10 ta' Frar 2016(15) u C(2017)2293 tat-18 ta' April 2017(16) dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9500,

–  wara li kkunsidra diversi rapporti tal-Qorti Ewropew tal-Awdituri dwar il-finanzjament estern tal-UE, b'mod partikolari r-Rapport Speċjali Nru 18/2014 dwar is-Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir‑riżultati, tal‑EuropeAid,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2017 intitolat "Rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern" (COM(2017)0720) u d-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjawh dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni (SWD(2017)0606), tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (SWD(2017)0602), tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (SWD(2017)0463), tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (SWD(2017)0607), tal-Istrument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (SWD(2017)0608) tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) (SWD(2017)0604),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjonijiet esterni tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern(17),

–  wara li kkunsidra l-proċeduri attwali tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) futur wara l-2020,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livell Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) intitolata "L-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE u l-arkitettura wara l-2020",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2015 intitolat "Rapport Annwali tal-2015 dwar il-politiki ta' żvilupp u għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2014" (COM(2015)0578),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 intitolat "Rapport Annwali tal-2016 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tal-azzjoni esterna fl-2015" (COM(2016)0810),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2017 intitolata ''Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE" (JOIN(2017)0021),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-reviżjoni tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 intitolata "L-UE f'ambjent globali jinbidel – dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa"(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(22),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2016 dwar it-Turkija(24),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Albanija(25) u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina(26),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Montenegro(27),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Kosovo(28), dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(29) u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar is-Serbja(30),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2018 intitolata "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili: l-involviment tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli(31),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(32),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata f'Ġunju 2016(33),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni,

–  wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE "Kummerċ għal Kulħadd",

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE (SWD(2017)0364),

–  wara li kkunsidra l-kompetenzi tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu bħala l-kumitat responsabbli għal-leġiżlazzjoni, għall-programmazzjoni u għall-iskrutinju kollha tal-azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-ENI, tal-IPA II, tal-EIDHR, tal-PI u tal-IcSP, kif ukoll il-politiki li jappoġġawhom (Anness V(I) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea annessa mar-Regolamenti li jistabbilixxu l-istrumenti ta' finanzjament estern, li fiha timpenja ruħha li tidħol fi djalogi strateġiċi mal-Parlament dwar il-programmazzjoni tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0112/2018),

A.  billi l-Unjoni Ewropea għadha l-akbar fornitur ta' assistenza esterna tad-dinja;

B.  billi l-istrumenti ta' finanzjament estern jikkostitwixxu l-mekkaniżmu prinċipali biex tkun sostnuta l-azzjoni tal-UE fix-xena globali, u billi l-azzjoni esterna tal-UE hija dejjem aktar importanti għaċ-ċittadini Ewropej;

C.  billi, minħabba riżorsi limitati, l-istrumenti ta' finanzjament estern spiss waslu sal-limitu tagħhom;

D.  billi l-Kummissjoni, fir-rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu tagħha, tqis li l-arkitettura attwali tal-istrument estern ġeneralment hija adatta għall-iskop;

E.  billi l-fużjoni tal-istrumenti ma tistax tkun għan fih innifsu;

F.  billi l-UE qiegħda tħabbat wiċċha ma' bosta sfidi mhux biss fil-viċinat immedjat tagħha iżda wkoll fix-xena globali;

G.  billi l-azzjoni esterna tal-UE għandha tagħti prijorità lis-soluzzjoni tal-isfidi globali prinċipali bħall-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, u tirrikonoxxi li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, b'enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja soċjali, kif ukoll fuq is-sostenn favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, huma fundamentali biex dawn l-għanijiet jintlaħqu;

H.  billi l-assistenza finanzjarja esterna tal-UE hija strument ewlieni biex ikunu sostnuti r-riformi ekonomiċi u l-konsolidament demokratiku, politiku u istituzzjonali fil-pajjiżi sħab;

I.  billi ma jeżistix l-istess skrutinju parlamentari ugwali u sod għall-istrumenti kollha;

J.  billi hemm bżonn urġenti li titjieb il-viżibbiltà tal-assistenza tal-UE fil-konfront kemm taċ-ċittadini tal-pajjiżi sħab kif ukoll taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li l-benefiċċji tas-sostenn tal-UE jkunu kkomunikati aħjar; billi f'dan ir-rigward jista' jkun tassew utli li jsir investiment fi proġetti konkreti u tanġibbli li l-viżibbiltà tagħhom tista' tkun aċċessibbli aktar faċilment għall-pubbliku ġenerali, u fl-istess ħin tkun żviluppata strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva, effikaċi u sistematika fi ħdan kull strument;

K.  billi l-komunikazzjoni strateġika spiss ikollha tħabbat wiċċha ma' sfidi esterni, bħall-kampanji ta' diżinformazzjoni għad-dannu tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, li jirrikjedu aktar sforzi; billi għaldaqstant huwa fundamentali li tkun promossa informazzjoni oġġettiva, indipendenti u imparzjali u jkunu indirizzati l-aspetti ġuridiċi tad-dinja tal-midja li fiha joperaw l-istrumenti u l-azzjonijiet tal-UE;

L.  billi l-kummerċ internazzjonali huwa għodda fundamentali tal-UE biex tgħin lill-pajjiżi fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom, kif ukoll għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-valuri fundamentali u l-istat tad-dritt;

M.  billi, skont it-Trattati, il-politika kummerċjali għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet esterni tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp sostenibbli;

N.  billi l-assistenza kombinata pprogrammata fl-ambitu tal-ENI (EUR 15,4 biljun), tal-IPA II (EUR 11,7 biljun), tal-IcSP (EUR 2,5 biljun), tal-EIDHR (EUR 1,3 biljun) u tal-PI (EUR 1 biljun) tammonta għal EUR 32 biljun għall-perjodu 2014-2020;

O.  billi l-IPA II intuża għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

P.  billi l-EIDHR, u b'mod partikolari l-IcSP, huma suġġetti għall-bażi ġuridika tal-Artikoli 209 u 212 TFUE, li t-tnejn li huma jirreferu għall-Artikolu 208 tat-TFUE, li jgħid li "[l]-objettiv prinċipali tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar";

Q.  billi l-Kummissjoni hija responsabbli għall-identifikazzjoni, għall-formulazzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-assistenza tal-UE fl-ambitu ta' dawn l-istrumenti; billi s-SEAE għandu r-responsabbiltà li jiżgura l-kontinwità u l-koerenza tal-politiki esterni tal-UE, fost oħrajn permezz tal-istrumenti; billi l-Parlament huwa responsabbli mis-sorveljanza u mill-iskrutinju demokratiċi u jiżvolġi r-rwol ta' koleġiżlatur fl-ambitu tal-proċedura ta' kodeċiżjoni;

R.  billi n-natura doppja tal-mandat tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tfisser li min qiegħed fil-kariga għandu jiżvolġi rwol ewlieni fil-koordinament politiku tal-assistenza tal-Unjoni fl-ambitu tal-istrumenti;

S.  billi diversi proġetti u għotjiet fl-ambitu tal-istrumenti attwali ma jistgħux ikunu evalwati bis-sħiħ peress li għadhom fil-fażijiet inizjali tal-implimentazzjoni; billi ċerti objettivi huma ta' natura kwalitattiva u huma marbuta mal-leġiżlazzjoni, mal-prattiki u mal-atteġġjamenti li ma jistgħux jitkejlu faċilment f'termini kwantitattivi;

T.  billi l-Kummissjoni, fl-analiżi ta' nofs it-terminu tagħha, tiddikjara li huwa diffiċli li titkejjel l-effikaċja globali tal-istrumenti sabiex jiksbu l-objettivi tagħhom, parzjalment minħabba l-fatt li huwa diffiċli li jiġu definiti s-sistemi xierqa ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell tal-istrumenti (p. 10); ifakkar fil-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għan-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' evalwazzjoni tal-EuropeAid fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 18/2014;

U.  billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni (RIK) fih dispożizzjonijiet ewlenin dwar il-prinċipji tal-iżvilupp u tal-effikaċja tal-għajnuna bħan-nonkundizzjonalità tal-għajnuna u l-użu tal-istituzzjonijiet, is-sistemi u l-proċeduri proprji tal-pajjiżi sħab;

V.  billi l-proċeduri amministrattivi attwali spiss jinvolvu piżijiet burokratiċi eċċessivi għall-benefiċjarji potenzjali, u b'hekk ikun ostakolat l-involviment tal-organizzazzjonijiet iżgħar tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fid-disinn u fl-implimentazzjoni tal-proġetti, peress li spiss dawn l-organizzazzjonijiet ma għandhomx il-kompetenzi tekniċi u l-kapaċitajiet amministrattivi biex joħorġu bi proposti eleġibbli u ta' suċċess;

W.  billi r-Regolamenti li jistabbilixxu l-istrumenti ta' finanzjament estern (SFE) jipprevedu li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, u li dawn ir-Regolamenti jipprevedu wkoll li l-Kummisjsoni tkun assistita għal dan il-għan mill-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI;

X.  billi l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni jridu jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Parlament fl-istess waqt li jintbagħtu lill-membri tal-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI, u billi r-Regoli ta' Proċedura ta' dawn il-Kumitati jipprevedu li l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni jridu jintbagħtu lill-membri tal-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI tal-inqas 20 jum ta' kalendarju qabel il-laqgħa tal-kumitat rilevanti; billi l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni għandhom għalhekk jintbagħtu lill-Parlament tal-inqas 20 jum ta' kalendarju qabel dawn il-laqgħat, u billi l-proċeduri bil-miktub għall-adozzjoni ta' abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni huma eċċezzjoni għal din ir-regola f'każijiet debitament ġustifikati;

Y.  billi l-abbozzar tal-atti ta' implimentazzjoni jinkludi fażi preparatorja interna tal-Kummissjoni – inkluża konsultazzjoni bejn is-servizzi – ta' tul sinifikattiv, spiss mifruxa fuq diversi xhur;

Analiżi ta' nofs it-terminu

1.  Josserva li l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni sabet li l-istrumenti attwali huma ġeneralment adatti għall-iskop;

2.  Jiddispjaċih li l-ammont u n-nuqqas ta' flessibbiltà u koerenza tal-finanzjament tal-UE taħt l-Intestatura 4 tal-QFP attwali kienu indikattivi tal-ambizzjoni limitata tal-Unjoni Ewropea biex taġixxi bħala attur globali ġenwin; josserva, madankollu, li ħafna mill-pajjiżi sħab u mit-temi ttrattati mill-SFE tal-UE kellhom andament pożittiv, li huwa konferma tar-rilevanza u l-importanza tal-SFE;

3.  Jinsab, madankollu, imħasseb dwar ċerti sejbiet, fosthom in-nuqqas ta' gwida politika u ta' viżjoni onnikomprensiva, l-implimentazzjoni inkonsistenti tal-valuri tal-UE u tal-prinċipji ta' sħubija, il-progress bil-mod jew ineżistenti fl-objettivi li jirrigwardaw ir-riformi soċjali u marbuta mal-viċinat usa', l-assenza ta' monitoraġġ u evalwazzjoni sodi u l-flessibbiltà limitata;

4.  Jiddispjaċih bl-assenza ta' dokument ta' viżjoni uniku u ċar li jiċċara aħjar is-sinerġiji bejn l-istrumenti u l-kontribut tagħhom għall-istrateġija ġenerali ta' politika estera tal-UE;

5.  Jinsab imħasseb bil-fatt li l-UE u l-istrumenti tagħha jħabbtu wiċċhom ma' sfidi sinifikanti, inklużi kompromessi politiċi bejn il-promozzjoni ta' valuri u drittijiet u interessi ta' sigurtà fit-terminu qasir, it-tinbit ta' atturi ġodda fis-settur tal-governanza globali u tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inkluża l-volatilità fil-viċinat immedjat tal-UE, kemm fil-Lvant kif ukoll fin-Nofsinhar, u politika dejjem aktar aggressiva u assertiva tar-Russja;

6.  Josserva li l-Fondi Fiduċjarji tal-UE nħolqu biex jindirizzaw il-kawżi profondi tal-migrazzjoni; jiddispjaċih li l-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija naqqsu l-koerenza globali, il-viżjoni fit-tul u l-impatt tal-azzjoni tal-Unjoni; jisħaq għal darb'oħra li jridu jiġu ffinanzjati prijoritajiet ġodda b'approprjazzjonijiet ġodda; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Parlament ma ġiex formalment ikkonsultat u mitlub jagħti l-approvazzjoni tiegħu fi kwalunkwe fażi tal-proċess deċiżjonali fir-rigward tad-"dikjarazzjoni dwar it-Turkija";

7.  Itenni l-bżonn li l-istrumenti jkunu komplementari u adattabbli għall-kuntest lokali u li jistgħu jirrispondu għall-isfidi l-ġodda u dawk imprevisti malajr u b'mod effikaċi mingħajr ma jintesew l-objettivi inizjali tagħhom;

8.  Jiddispjaċih li l-istrumenti ma fihom l-ebda riferiment espliċitu għall-possibbiltà ta' sospensjoni tal-assistenza fil-każijiet meta benefiċjarju (partikolarment fil-każ li tintuża l-ġestjoni indiretta min-naħa tal-pajjiżi benefiċjarji – IMBC) jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

9.  Jinnota li għajnuna tal-UE għall-iżvilupp (għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, ODA) ma laħqitx l-objettiv tan-NU ta' 0,7 %; jitlob, għalhekk, li jiżdiedu r-riżorsi disponibbli għall-għajnuna għall-iżvilupp biex ikunu rispettati l-impenji tal-Aġenda 2030;

IPA II

10.  Jinkoraġġixxi l-isforzi biex l-IPA II ikun aktar strateġikament rilevanti fit-tul u jilħaq riżultati konkreti bis-saħħa ta' ppjanar u approċċ settorjali adattati għall-benefiċjarji; jemmen li approċċ ta' dan it-tip jaf ikun jista' jgħin biex jonqos l-akkumulu enormi ta' fondi li ma ntefqux mill-IPA I u II fit-Turkija minħabba l-ineffiċjenzi tal-IMBC u tal-kapaċità skarsa ta' assorbiment;

11.  Jinsab imħasseb ferm bir-rigress li qiegħda turi t-Turkija f'termini tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija, minkejja l-EUR 4,5 biljun previsti skont l-IPA II għall-perjodu tal-QFP attwali; jirrikonoxxi li l-prospettiva attwali ta' adeżjoni għat-Turkija talimenta l-inċertezza mifruxa dwar il-valur tal-IPA II fil-pajjiż; josserva li l-fondi tal-IPA II intużaw biex jiffinanzjaw l-impenji meħuda fl-ambitu tad-"dikjarazzjoni dwar it-Turkija";

12.  Jikkonstata d-diversi stadji ta' progress ta' bosta pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jibbenefikaw mill-għajnuna fit-tul mill-IPA II; josserva li, f'ċerti każijiet, l-assistenza mill-IPA II issarrfet f'riżultati limitati f'termini ta' stimolu għar-riformi, speċjalment fis-setturi tal-istat tad-dritt, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

13.  Josserva l-punti ta' dgħufija li fadal fil-kwalità tal-indikaturi fil-programmi nazzjonali u fid-dokumenti ta' azzjoni;

14.  Jenfasizza l-bżonn li l-fondi tal-IPA II ikunu jistgħu jiġu sospiżi jew indirizzati mill-ġdid fil-każijiet li fihom analiżi bir-reqqa tal-Kummissjoni ssib li l-pajjiżi sħab ma onorawx sistematikament l-impenji tagħhom jew urew deterjoramenti politiċi gravi; jiddispjaċih li dawn il-miżuri fl-imgħoddi ġew imxekkla mill-inkapaċità sistemika u politika ta' azzjoni;

15.  Jikkonstata l-eżistenza tal-qafas ta' prestazzjoni; jiddispjaċih, madankollu, li għadu ma ġiex ikkunsidrat u mogħti l-ippremjar tal-prestazzjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, aktar azzjonijiet bil-għan li jkompli jissaħħaħ il-qafas, anki billi jitqiesu l-każijiet ta' prestazzjoni negattiva u tnaqqis konsegwenti tal-finanzjamenti;

16.  Itenni l-importanza tal-IPA II, inkwantu l-istrument prinċipali ta' finanzjament tal-UE għall-finanzjament ta' qabel l-adeżjoni tar-riformi soċjali, ekonomiċi, politiċi u istituzzjonali f'setturi prijoritarji bil-għan li l-pajjiżi jkunu allinjati mal-acquis tal-UE; josserva li tali riformi jistgħu wkoll jikkontribwixxu għas-sigurtà reġjonali fit-tul; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-attenzjoni strateġika tal-IPA II, iżda jissottolinja li l-finanzjament skont l-IPA II irid ikun ambizzjuż u jħares fil-bogħod kif ukoll iwieġeb il-bżonnijiet, l-obbligi u l-aspirazzjonijiet reali marbuta mal-proċess ta' adeżjoni u l-kundizzjoni ta' Stat Membru tal-UE; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-fondi għandhom jintużaw f'konformità mal-objettivi speċifiċi relatati mal-istrument;

17.  Jirrikonoxxi li l-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili tal-IPA II toffri sostenn kruċjali lill-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili (OSĊ); jenfasizza li l-impenji ma jikkorrispondux għall-bżonnijiet reali fil-post; jitlob, f'dan il-kuntest, aktar komplementarjetà bejn l-IPA II u l-azzjonijiet ta' strumenti oħrajn, primarjament l-EIDHR u l-IcSP; josserva li dan jirrikjedi aktar koordinament, matul il-fażijiet kemm ta' ppjanar kif ukoll ta' programmazzjoni;

18.  Iqis bħala validu l-approċċ settorjali iżda jiddispjaċih bin-nuqqas ta' sjieda ċara tal-proġetti minħabba r-responsabbiltajiet frammentati; jikkonstata li l-ġestjoni indiretta tejbet is-sjieda ġenerali tal-programmi iżda wasslet ukoll għal inqas effiċjenza minħabba żminijiet ta' implimentazzjoni twal;

19.  Jilqa' pożittivament l-inizjattivi biex jinħolqu sistemi għal monitoraġġ aħjar u kejl aqwa tal-prestazzjoni, anki permezz ta' Kumitati ta' Monitoraġġ Settorjali, il-linji gwida interni u l-iżvilupp ta' sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni (OPSYS) ġdida;

ENI

20.  Jilqa' favorevolment l-appoġġ għar-riformi strutturali mogħti fil-forma ta' assistenza pprogrammata u jissottolinja n-natura speċjali tal-ENI, li tippermetti lill-UE tfassal politiki ad hoc li jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiżi sħab;

21.  Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, skont liema l-eżistenza ta' strument ta' finanzjament iddedikat għall-viċinat uriet li kienet prova konkreta tal-importanza politika li l-UE tagħti lir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien u lill-approfondiment tal-kooperazzjoni politika u tal-integrazzjoni ekonomika mar-reġjun u fi ħdan l-istess reġjun;

22.  Jirrikonoxxi li l-isfidi attwali u l-bżonnijiet tal-pajjiżi tal-viċinat, kif ukoll id-diskrepanzi bejn l-objettivi, l-interessi u r-riżorsi finanzjarji, ħolqu diffikultajiet gravi għall-baġit u għar-riżorsi umani tal-ENI, u jissottolinja l-bżonn ta' flessibbiltà akbar;

23.  Jinsab imħasseb bil-fatt li l-finanzjament tal-ENI kien inqas effikaċi fost il-pajjiżi sħab inqas impenjati favur ir-riformi u li jibqa' impenjattiv iżda neċessarju f'sitwazzjonijiet politikament sensittivi u ta' kunflitt, speċjalment f'dik li hija l-promozzjoni tal-valuri kondiviżi tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih li l-approċċ "aktar għal aktar" u l-approċċ ibbażat fuq l-inċentivi ma ntużawx b'mod effikaċi u li l-pajjiżi li qegħdin jitbiegħdu b'mod evidenti mill-impenji ddikjarati tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u r-riformi demokratiċi gawdew, fil-perjodu ta' programmazzjoni l-aktar reċenti, minn assistenza finanzjarja dejjem akbar;

24.  Itenni li mill-2014 il-viċinat qiegħed iħabbat wiċċu ma' sfidi liema bħalhom minħabba l-għadd dejjem ogħla ta' theddid qadim u ġdid bħall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea min-naħa tar-Russja u l-kunflitt fil-Punent tal-Ukrajna, il-kriżi Sirjana, is-sitwazzjoni fil-Libja, ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-isfida tal-migrazzjoni;

25.  Jinsab imħasseb bil-fatt li dawn l-iżviluppi, kif ukoll id-diskrepanzi bejn l-objettivi, l-interessi tal-UE u tal-pajjiżi sħab u r-riżorsi finanzjarji disponibbli, wasslu sal-limitu l-kapaċità finanzjarja ta' dan l-istrument, filwaqt li jevidenzja l-bżonn ta' flessibbiltà akbar;

26.  Jissottolinja li l-valuri u l-prinċipji tal-UE bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti, responsabbli u trasparenti huma fl-interess kemm tas-soċjetajiet ġirien kif ukoll tas-soċjetà tagħna f'termini ta' stabbiltà, sigurtà u prosperità; jilqa' b'sodisfazzjon is-sostenn għar-riformi strutturali mogħti bħala assistenza pprogrammata; iqis li l-implimentazzjoni tal-prinċipju tad-differenzjazzjoni ppermettiet lill-UE tadatta s-sostenn tagħha għall-bżonnijiet u għall-ambizzjonijiet tal-pajjiżi sħab;

27.  Jieħu nota tal-kontribuzzjonijiet, mill-ENI, lill-Fond Madad u lill-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika;

28.  Jissottolinja l-bżonn ta' koordinament akbar bejn il-programmi reġjonali u bilaterali u l-faċilitajiet ta' investiment biex ikun sostnut u promoss b'mod aktar effikaċi l-iżvilupp tas-settur privat; josserva titjib ċkejken tal-lakuni relatati man-nuqqas ta' programmazzjoni konġunta mal-Istati Membri;

29.  Jilqa' pożittivament il-monitoraġġ tal-assistenza mill-ENI permezz tal-monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati (MOR); jiddispjaċih bl-assenza ta' sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni konsistenti fil-livell tal-istrumenti;

30.  Jenfasizza li l-appoġġ tekniku u l-assistenza ekonomika relatati mal-kummerċ mogħtija fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) lill-eqreb pajjiżi sħab tal-Unjoni fuq il-fruntieri tagħha tan-Nofsinhar u tal-Lvant jikkostitwixxu kontribut importanti għall-iżvilupp demokratiku f'dawk ir-reġjuni; josserva li l-fondi fil-qafas tal-ENI jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw il-kummerċ u għalhekk jistgħu jkunu komplementari għall-finanzjament tal-UE eżistenti għall-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, li għandhom jiggarantixxu aħjar l-istabbiltà politika fit-terminu medju u twil;

IcSP

31.  Jirrikonoxxi li l-valur miżjud prinċipali tal-IcSP huwa r-rapidità u l-flessibbiltà tiegħu meta jiġi biex jindirizza l-kunflitti kif ukoll il-firxa wiesgħa ta' atturi ċivili li magħhom l-UE tista' tikkollabora; ifakkar li l-IcSP huwa l-uniku strument tal-UE għall-prevenzjoni ċivili tal-kunflitti, inklużi l-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni;

32.  Jieħu nota tal-kumplikazzjonijiet involuti fil-ġbir tad-data u fil-kejl tar-riżultati tal-azzjonijiet tal-IcSP, it-tnejn li huma wrew li huma impenjattivi minħabba d-diffikultajiet marbuta mal-valutazzjoni tal-eżiti politiċi, mal-attribuzzjoni tar-riżultati għall-azzjonijiet tal-IcSP meta s-segwitu jsir b'azzjonijiet konkomitanti fl-ambitu ta' strumenti oħrajn u minħabba d-diffikultajiet ta' aċċess għaż-żoni milquta minn kunflitti;

33.  Josserva li l-bżonn ta' prevenzjoni tal-kunflitti u tal-indirizzar tal-isfidi fil-qasam tas-sigurtà żdied drastikament dan l-aħħar; jemmen li, f'ħafna pajjiżi bi kriżijiet ta' wara l-gwerer, jeżisti l-bżonn ta' inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni kif ukoll ta' medjazzjoni u djalogu; jissottolinja l-bżonn ta' azzjoni rapida fil-kuntest tal-kriżijiet u tal-kunflitti; jisħaq fuq il-bżonn li jiżdiedu b'mod sinifikanti l-fondi disponibbli għal inizjattivi bħal dawn; josserva li l-emenda tal-IcSP, f'Novembru 2017, timmira li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sigurtà tal-pajjiżi terzi bil-għan li jiġu promossi l-istabbiltà, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli; josserva li l-IcSP jagħmilha ta' miżura bħala l-aħħar riżorsa jew ta' prekursur għall-azzjonijiet f'terminu itwal iffinanzjati minn strumenti oħrajn;

34.  Josserva li l-IcSP huwa fil-fażijiet inizjali tal-ġlieda kontra t-theddid ċibernetiku fil-livell globali; iħeġġeġ li tingħata aktar attenzjoni liċ-ċibersigurtà, anki bis-saħħa ta' strateġija koerenti applikabbli għall-azzjonijiet esterni kollha tal-UE; jitlob żieda parallela tal-fondi allokati għaċ-ċibersigurtà fl-ambitu tal-IcSP bħala strument xieraq biex ikun indirizzat dan it-theddid;

35.  Josserva li żdiedet il-kooperazzjoni mal-interventi fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-operazzjonijiet u l-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) kif ukoll l-għajnuna umanitarja tal-UE;

EIDHR

36.  Jissottolinja l-valur miżjud tal-approċċ olistiku fil-livell dinji tal-EIDHR, minkejja l-baġit relattivament żgħir tiegħu, u l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jilħaq l-objettiv tiegħu, kif ukoll il-karatteristika unika tiegħu li tikkonsisti mill-fatt li huwa l-uniku strument li bis-saħħa tiegħu l-UE tista' ssostni l-azzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendentement mill-indħil tal-awtoritajiet tal-Istat ikkonċernat minn tali azzjonijiet;

37.  Josserva li, fil-perjodu attwali, l-EIDHR intuża f'mod aktar flessibbli u b'aktar komplementarità meta mqabbel mal-perjodu preċedenti, b'reazzjoni aktar rapida għall-kriżijiet emerġenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokrazija; jilqa' pożittivament il-komplementarjetà tiegħu mal-finanzjamenti minn għejun oħra bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija, li żżid l-effikaċja tal-fondi tal-EIDHR f'każijiet urġenti; jilqa' favorevolment l-enfasi akbar fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anki permezz tal-fond ta' emerġenza disponibbli fil-livell tad-delegazzjonijiet tal-UE, kif ukoll it-twaqqif u l-funzjonament b'suċċess tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) ProtectDefenders.eu; jenfasizza li s-sejħa għal proposti hija proċess twil, skomdu u iperkompetittiv;

38.  Josserva, barra minn hekk, il-vantaġġi tal-mekkaniżmu ProtectDefenders.eu, implimentat mis-soċjetà ċivili, li ta appoġġ essenzjali lil għadd kbir ta' DDB; jitlob li l-appoġġ lil tali mekkaniżmi ma jiġix interrott;

39.  Jinsab imħasseb bid-diffikultajiet fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi permezz ta' programmi ġeografiċi u bis-sostenn imnaqqas mogħti mill-UE lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li wasslu għal żieda fil-pressjoni fuq l-EIDHR f'mument li fih l-ispazju għas-soċjetà ċivili qiegħed jiċkien fid-dinja kollha;

40.  Jemmen li l-UE għandha tassumi rwol ta' tmexxija u turi li hija ambizzjuża billi tħaddan politika onnikomprensiva għall-integrazzjoni tas-sostenn tagħha lid-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni kollha tagħha; iqis, għaldaqstant, li l-finanzjamenti allokati lis-sostenn għad-demokrazija jridu jiżdiedu b'konsegwenza ta' dan, partikolarment fid-dawl tal-attakki reċenti fuq id-demokrazija fid-dinja kollha; jinsisti fuq il-bżonn li jkun żgurat li l-infiq għall-Objettiv 1 tal-Iskema ta' Appoġġ għall-Pajjiżi (CBSS) jilħaq b'mod effikaċi u effiċjenti d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma dawk li jinsabu l-aktar f'riskju; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE jużaw is-sostenn kollu neċessarju għal dan il-għan;

41.  Jirrikonoxxi li l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet tal-EIDHR tirriżulta problematika minħabba l-assenza ta' indikaturi strateġiċi u operattivi; josserva li l-isfidi fl-evalwazzjoni ġejjin ukoll mill-fatt li parti sinifikanti tas-sostenn favur l-OSĊ u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tingħata, bir-raġun, b'mod kunfidenzjali biex jitħarsu l-identità u s-sikurezza tal-benefiċjarji;

42.  Itenni l-valur miżjurd tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE, qasam li fih l-UE tiżvolġi rwol ta' tmexxija fil-livell dinji; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-għadd ta' missjonijiet ta' monitoraġġ u segwitu biex jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' monitoraġġ elettorali;

PI

43.  Jissottolinja li l-PI huwa speċifikament maħsub biex isegwi interessi speċifiċi tal-UE u interessi komuni mal-pajjiżi terzi biex jinbnew alleanzi u titrawwem il-kooperazzjoni mas-sħab strateġiċi attwali u emerġenti; jikkonstata li, fil-prattika, il-PI jintuża bħala strument fil-każ tal-aħħar riżorsa, jiġifieri meta jitqies l-uniku strument li jista' jiffaċilita s-segwiment tal-aġenda politika tal-UE u jegħleb l-isfidi globali;

44.  Jikkonstata li, meta mqabbel ma' strumenti preċedenti, il-PI kien kapaċi jimpenja ruħu f'aktar modi ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, inklużi s-sħab strateġiċi, il-pajjiżi li ma baqgħux jibbenefikaw mill-għajnuna bilaterali għall-iżvilupp u diversi fora internazzjonali, iżda huwa tal-fehma li ż-żieda fil-forniment ta' riżorsi u kontributi min-naħa tas-servizzi li jfasslu l-politiki hija neċessarja biex ikun żgurat li jkunu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni, fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħaħ ir-rwol attiv li jiżvolġu d-delegazzjonijiet tal-UE fil-formulazzjoni tal-azzjonijiet, u biex tissaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-Istati Membri;

45.  Huwa favur it-titjib tal-viżibbiltà tal-objettivi tal-PI u li dawn isiru magħrufa u mifhuma, speċjalment fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;

46.  Josserva b'dispjaċir li l-evalwazzjoni ġiet ostakolata mill-fatt li ma nħolqitx sistema ta' ġestjoni ċentrali tad-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet minħabba l-adozzjoni tardiva ta' qafas ta' indikaturi tar-riżultati u tan-natura mhux mitmuma tal-biċċa l-kbira tal-proġetti;

RIK

47.  Ifakkar li l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE jikkostitwixxu ġabra kumplessa ta' strumenti tal-UE maħsuba biex issostni u ssaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali u li l-istruttura kumplessa tagħhom hija kkoordinata mir-RIK; itenni li r-RIK għandu jissodisfa l-kriterji ta' skrutinju baġitarju u ta' sorveljanza demokratika; jiddispjaċih bil-fatt li l-kumplessità għolja u n-natura restrittiva tar-RIK ostakolaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni u qegħdin jimpedixxu risposta fil-pront għall-isfidi u għall-bżonnijiet il-ġodda tas-sħab; jiddispjaċih li l-eżistenza ta' regoli komuni ma wasslitx għal programmazzjoni konġunta tal-assistenza fost l-istrumenti;

48.  Josserva li r-RIK ġie stabbilit għal skopijiet ta' armonizzazzjoni, semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni, aktar flessibbiltà, koerenza, konsistenza u effikaċja tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni, u ta' approċċ adegwat u komplementari tal-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha;

49.  Iqis li l-fatt li jkun hemm biżżejjed ħin huwa kruċjali biex il-Parlament ikun jista' jeżerċita tajjeb u kif suppost is-setgħat ta' skrutinju tiegħu fir-rigward ta' abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni; iqis li, minħabba l-ammont ta' żmien li jieħdu l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni biex jitħejjew qabel ma jaslu għand il-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI, in-nuqqas ta' osservanza mal-limitu taż-żmien ta' 20 jum sabiex id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-Parlament u lill-Kunsill fl-aħħar fażi tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni ma jistax ikun iġġustifikat; jiddispjaċih għaldaqstant li l-iskadenza ta' 20 jum ta' kalendarju mhijiex dejjem rispettata, u jqis li d-dritt tiegħu ta' skrutinju huwa mfixkel; jappella għall-preżentazzjoni tal-abbozzi tal-miżuri ta' implimentazzjoni kollha mill-anqas 20 jum minn qabel, u jistieden lill-Kummissjoni temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI sabiex testendi dan il-limitu ta' żmien ta' 20 jum għall-preżentazzjoni, u b'hekk tiffaċilita s-setgħat ta' skrutinju tal-Parlament;

50.  Jiddispjaċih li l-viżibbiltà tal-politika ta' finanzjament estern tal-UE tibqa' limitata f'kuntest li fih il-partijiet terzi jippruvaw jimminaw, b'mod attiv, il-politika estera tal-UE permezz tad-diżinformazzjoni;

Rakkomandazzjonijiet għall-2017/2018-2020

51.  Jitlob li l-valuri u d-drittijiet tal-bniedem universali u tal-UE jibqgħu fil-qalba tal-azzjonijiet esterni kollha tal-UE;

52.  Iħeġġeġ aktar sinerġiji u koerenza bejn l-istrumenti kollha tal-Intestatura 4, kif ukoll koordinament aħjar mal-programmi ta' assistenza bilaterali tal-Istati Membri u, fejn possibbli, tad-donaturi l-oħra; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinament ta' bejniethom, anki mal-OSĊ u mal-atturi lokali, u jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);

53.  Jitlob il-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni sodi, konsistenti u trasparenti; itenni li dawn il-mekkaniżmi jkunu jippermettu li jiġi ttraċċat il-progress tanġibbli rigward l-objettivi kruċjali relatati mar-riformi fil-pajjiżi ġirien, li huwa partikolarment importanti meta dawn ir-riformi jieqfu jew jiddewmu;

54.  Jitlob tisħiħ tal-proċeduri u tas-sistemi ta' kontroll u skrutinju parlamentari li jkunu konsistenti għall-istrumenti kollha; jirrakkomanda li titjieb it-trasparenza permezz tal-ħolqien ta' bażi tad-data unika pubblika komuni u trasparenti tal-proġetti u tal-azzjonijiet;

55.  Jisħaq fuq il-bżonn li jkunu fornuti aktar riżorsi finanzjarji u appoġġ b'taħriġ lill-OSĊ; jinsisti fuq il-bżonn ta' miżuri urġenti biex ikomplu jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi u l-ostakli proċedurali li magħhom ikollhom iħabbtu wiċċhom l-OSĊ, speċjalment l-OSĊ lokali; jitlob li jkunu ddedikati linji baġitarji speċifiċi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-OSĊ biex tiżdied il-kapaċità tagħhom li jaċċedu għall-finanzjamenti; jiddispjaċih li fil-kuntest tar-rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni ma tqajmitx il-kwistjoni tan-nuqqas ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-OSĊ fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti esterni; jistieden lill-Kummissjoni tintegra b'mod aktar strateġiku l-involviment tal-OSĊ fl-istrumenti u fil-programmi esterni kollha, kif talbu kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament;

56.  Huwa favur promozzjoni aktar diretta u attiva tal-politiki tal-UE, tal-assistenza finanzjarja tagħha u tal-viżibbiltà tagħha;

57.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu rigward il-possibbiltà li l-fondi mhux allokati tal-ENI u tal-IPA II ikunu trasferiti, f'limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet inizjali għal kull strument biex tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni għal avvenimenti imprevisti, filwaqt li jinżammu l-objettivi preskritti fir-regolamenti rilevanti tal-ENI u tal-IPA II;

IPA II

58.  Isostni l-prinċipji elenkati fl-Artikolu 21 tat-TUE u jirrakkomanda li ssir enfasi aktar qawwija fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riformi tal-amministrazzjoni pubblika, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-governanza tajba u li jsir titjib fl-implimentazzjoni konsistenti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-minoranzi; jitlob sostenn akbar għar-riformi fis-setturi rilevanti għall-proċess ta' adeżjoni, kif ukoll għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali, biex il-politika tal-UE fil-qasam tat-tkabbir tal-UE tkun integrata;

59.  Jirrakkomanda li jitħalla t-trasferiment ta' fondi lis-soċjetà ċivili meta l-awtoritajiet statali ma jkunux disposti jirrispettaw l-objettivi ddikjarati tal-UE, jew ma jkunux disposti jikkooperaw fuq l-objettivi tal-istrument; jistieden lill-Kummissjoni timmodera jew tissospendi l-finanzjamenti lill-pajjiżi li jiksru b'mod gravi l-valuri fundamentali tal-UE, inklużi l-kriterji bażiċi ta' Copenhagen; jitlob li jitħaffef il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji mill-OSĊ li japplikaw għall-finanzjamenti tal-UE;

60.  Jitlob l-involviment tal-Parlament fil-każ li tkun eżaminata sospensjoni tal-fondi jew bidliet sinifikanti tal-allokazzjonijiet massimi;

61.  Jinsisti fuq is-sjieda soda min-naħa tal-benefiċjarji, mill-programmazzjoni sal-monitoraġġ u l-awditjar; jistieden lill-Kummissjoni toffri assistenza mmirata lill-awtoritajiet ta' awditjar nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodoloġija, mal-ippjanar, mar-reklutaġġ, mat-taħriġ u mas-superviżjoni;

62.  Jirrakkomanda sostenn akbar lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-koordinament tad-donaturi li għandhom kapaċità dgħajfa iżda li juru li għandhom ir-rieda politika biex jilħqu l-objettivi; jiddispjaċih bin-nuqqas ta' trasparenza rigward il-kapaċità ta' assorbiment ta' dawn il-fondi;

63.  Iħeġġeġ li l-fondi jkunu diretti lejn setturi b'riżultati pożittivi murija bil-provi, b'hekk ikun evitat dewmien kroniku li kien fl-ambitu tal-IMBC, speċjalment fit-Turkija;

64.  Jitlob viżibbiltà akbar tal-IPA II fir-reġjun fid-dawl tal-importanza kruċjali tal-politika ta' tkabbir tal-UE, pereżempju permezz ta' kampanji mmirati ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-midja nazzjonali, reġjonali u lokali, jew kwalunkwe mezz ieħor li jitqies xieraq, b'rekwiżiti minimi u l-monitoraġġ tagħhom definiti mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-benefiċjarji; isostni l-isforzi mmirati ta' kontropropaganda u komunikazzjoni strateġika, speċjalment fil-każijiet li fihom l-immaġni u l-interessi tal-UE jinsabu attivament fil-mira u pperikolati;

65.  Jirrakkomanda li jintużaw il-fondi tal-IPA II biex jinħolqu kanali ta' komunikazzjoni għall-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, sabiex jinħolqu rabtiet kummerċjali b'saħħithom bejn l-oqsma rispettivi, li jistgħu jkunu utli ħafna sabiex il-pajjiżi benefiċjarji jkunu preparati għall-adeżjoni fis-suq uniku;

66.  Itenni l-utilità tal-ippremjar tal-prestazzjoni finanzjarja għall-pajjiżi li jagħmlu progress, kif previst mir-Regolament IPA II;

67.  Iqis li l-flessibbiltà u l-użu tal-fondi biex ikunu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' kriżi speċifiċi jridu jkunu konformi mal-prijoritajiet ewlenin tal-istrument u mal-prinċipji fundamentali tal-istrateġija ta' tkabbir u tal-proċess ta' adeżjoni, li jeħtieġ li jibqgħu prijorità prinċipali tal-IPA II;

68.  Jitlob koordinament aqwa u aktar sinerġiji fil-fażijiet ta' ppjanar u programmazzjoni tal-IPA II mal-azzjonijiet ta' strumenti oħrajn, jiġifieri l-EIDHR u l-IcSP, biex b'hekk tkun żgurata l-koerenza u titjieb il-komplementarjetà kemm internament, bejn l-objettivi u l-programmi tiegħu, kif ukoll fir-rigward ta' SFE oħrajn;

ENI

69.  Jenfasizza l-bżonn ta' dokument strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni tal-ENI, li jallinja l-assistenza mal-qafas politiku usa', u għall-koordinament aħjar mal-istrumenti l-oħra; jenfasizza li l-prijoritajiet tal-programmazzjoni tal-ENI għandhom ukoll jinkludu l-iżvilupp soċjoekonomiku, iż-żgħażagħ u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi enerġetiċi;

70.  Jiddispjaċih li l-programmazzjoni pluriennali diġà saret għall-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji matul l-2017, qabel ma tlestiet l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-assistenza f'dawn il-pajjiżi; ifakkar li l-Parlament ħareġ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-programmazzjoni fl-okkażjoni ta' djalogu strateġiku mal-Kummissjoni f'April 2017;

71.  Jisħaq fuq il-viżibbiltà politika u l-effett ta' lieva għall-UE li l-ENI, bħala strument ta' finanzjament għalih waħdu, jiżgura fil-viċinat, kemm tal-Lvant kif ukoll tan-Nofsinhar;

72.  Jitlob li jinżamm il-bilanċ attwali fl-allokazzjoni tal-fondi bejn il-viċinat tan-Nofsinhar u dak tal-Lvant tal-Unjoni;

73.  Jissottolinja l-interkonnessjoni bejn l-istabbilizzazzjoni, is-sostenn għad-demokratizzazzjoni, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-edukazzjoni u l-żvilupp soċjoekonomiku; jisħaq fuq l-importanza tal-proġetti li jsostnu ż-żgħażagħ fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-impjegabbiltà;

74.  Itenni l-importanza tal-kapaċità ta' reazzjoni b'mod aktar rapidu għall-isfidi;

75.  Jenfasizza li l-investimenti favur l-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-pajjiżi tal-viċinat jindirizzaw anki problemi bħall-migrazzjoni, it-terroriżmu, il-kunflitti lokali u l-instabbiltà ekonomika, fatt li, fit-terminu twil, se jkun ta' ġid tal-UE kollha kemm hi;

76.  Jissottolinja li l-ispeċifiċità tal-isfidi fil-viċinat tirrikjedi approċċ integrat u komprensiv ibbażat fuq id-diversi bżonnijiet u sitwazzjonijiet tal-benefiċjarji, anki permezz ta' sinerġiji ma' SFE oħrajn u għall-politiki kollha tal-Unjoni; jissottolinja li wieħed mill-kompiti primarji jikkonsisti fl-implimentazzjoni rapida u effikaċi tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni (AAs) u taż-żoni ta' kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi (DCFTAs) kif ukoll tar-riformi relatati kollha, li jeħtieġ li jkunu sostnuti b'riżorsi finanzjarji adegwati min-naħa tal-UE;

77.  Itenni l-importanza ta' programmazzjoni konġunta aktar approfondita mal-Istati Membri, barra mill-progress pożittiv li jsir fl-analiżijiet konġunti, fil-koordinament u fil-bini tal-kunsens dwar il-prijoritajiet tad-donaturi; iħeġġeġ koordinament aqwa bejn id-donaturi, speċjalment fit-tagħqid mal-fondi minn strumenti oħrajn tal-UE, donaturi oħrajn u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bil-għan li tkun mirfuda t-tranżizzjoni ekonomika u l-istabbiltà fil-pajjiżi sħab;

78.  Jinsab imħasseb bil-fatt li l-kapaċitajiet finanzjarji u ta' reazzjoni tal-istrument waslu sal-limitu tagħhom; jiddispjaċih bil-fatt li, fil-fażi ta' ppjanar, ma tqisux biżżejjed il-kompetenzi interni fil-forma ta' analiżi tar-riskju politiku u ġeopolitiku;

79.  Jikkonkludi li, fid-dawl tal-isfidi attwalment preżenti fil-viċinat, taf tkun neċessarja żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi permezz ta' emendi leġiżlattivi;

80.  Itenni li l-objettivi tal-fondi pprogrammati fl-ambitu tal-ENI għandhom jiġu rispettati meta tali riżorsi jgħaddu għand modalitajiet oħrajn, pereżempju l-Fondi Fiduċjarji, u li l-iskrutinju parlamentari huwa neċessarju u ma għandu qatt jiġi evitat;

81.  Jitlob involviment aktar b'saħħtu tas-soċjetà ċivili fl-identifikazzjoni tal-bżonnijiet;

82.  Jitlob li jiġu sfruttati bis-sħiħ il-kundizzjonalità u l-mekkaniżmi bbażati fuq l-inċentivi li jsostnu r-riformi politiċi u ekonomiċi, meta neċessarju, u li huma relatati mar-riformi u mal-objettivi strateġiċi; jiddispjaċih bil-fatt li l-ENI ma kienx kapaċi joffri biżżejjed inċentivi lill-pajjiżi li jsibuha bi tqila jintrabtu li jwettqu riformi politiċi; jitlob il-monitoraġġ effikaċi tal-ENI fil-livell ta' strument;

83.  Jinsab imħasseb dwar il-qerda u l-konfiska tal-assistenza ffinanzjata mill-UE fil-pajjiżi terzi; jitlob li jsiru aktar sforzi biex titjieb il-komunikazzjoni strateġika u l-viżibbiltà tal-UE fil-pajjiżi tal-viċinat;

IcSP

84.  Jitlob aktar sforzi biex ikun sfruttat il-piż tal-IcSP permezz ta' djalogi strateġiċi regolari mas-sħab u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jitlob, f'dan il-kuntest, li jkun żgurat il-kofinanzjament min-naħa ta' donaturi importanti oħrajn li għandhom interess fl-eżiti tal-azzjonijiet rilevanti;

85.  Jitlob titjib tal-qafas strateġiku u tas-sinerġiji bejn l-IcSP u l-azzjonijiet ta' segwitu minn strumenti u atturi oħra;

86.  Jitlob kooperazzjoni akbar bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra, il-gvernijiet u l-isituzzjonijiet tal-UE biex ikun miġġieled it-theddid emerġenti l-ġdid, bħal fis-settur tal-kunflitti ibridi u taċ-ċibersigurtà, li fihom jistgħu jintużaw il-kompetenzi tekniċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA);

87.  Jirrakkomanda użu aktar strateġiku tal-kapaċità ta' medjazzjoni tal-IcSP mhux biss fir-rigward tal-kunflitti ta' impatt lokalizzat, iżda wkoll bħala sostenn għall-proċess ta' paċi u tad-djalogu fil-kunflitti eżistenti jew emerġenti ta' importanza globali, u jitlob titjib tas-sistemi ta' twissija bikrija u l-istrumenti ta' analiżi tal-kunflitti li tkun tippermetti prevenzjoni u konsolidament tal-paċi aħjar;

88.  Jenfasizza li dan l-istrument lill-Unjoni issa jħalliha tiffinanzja miżuri ta' taħriġ u l-provvista ta' tagħmir mhux letali (bħal sistemi informatiċi, sptarijiet, eċċ.) lill-forzi armati tal-pajjiżi terzi, biex jaqdu l-bżonnijiet urġenti, fit-terminu qasir u medju, bħala parti mill-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli;

EIDHR

89.  Itenni l-importanza fundamentali li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi jkunu sostnuti u promossi, inkluża l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, indipendentement mill-indħil tal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi;

90.  Josserva l-effikaċja u l-importanza tal-EIDHR f'dan ir-rigward, li jopera f'kuntest ta' tiċkin tal-ispazji għas-soċjetà ċivili; itenni l-bżonn kostanti ta' finanzjamenti ad hoc għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija mingħajr l-ebda tnaqqis; jitlob, barra minn hekk, li tkun ikkunsidrata l-possibbiltà li jiżdiedu l-fondi għall-assistenza urġenti lid-DDB, kif ukoll għall-promozzjoni effikaċi tad-disponibbiltà ta' tali fondi;

91.  Itenni li l-EIDHR ma għandux ikun limitat fil-portata tiegħu jew jintuża sempliċement bħala strument biex jimla l-lakuni li jħallu l-istrumenti l-oħra, iżda li l-promozzjoni mmirata tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandha tkun għan ċar u strateġiku fiha nnifisha;

92.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni għall-kwistjonijiet tat-tiċkin tal-ispazji għas-soċjetà ċivili, għall-ksur dejjem akbar tad-drittijiet tal-bniedem u azzjonijiet ta' repressjoni, pereżempju billi jiżdiedu l-fondi disponibbli għall-programmi ta' reazzjoni globali bħall-mekkaniżmu tal-UE għad-DDB ProtectDefenders.eu; jistieden lill-UE tkompli tiffinanzja d-DDB, partikolarment dawk f'riskju, u s-soċjetà ċivili, kif ukoll il-gruppi emarġinati bħan-nisa, il-popolazzjonijiet indiġeni, ir-Rom, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabilità, it-tfal u l-anzjani;

93.  Jirrakkomanda ppjanar strateġiku akbar f'kollaborazzjoni mal-gwida politika tal-awtoritajiet tal-UE u l-koerenza mal-istrumenti l-oħra, b'mod partikolari fil-pajjiżi li għaddejjin minn deklin tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards demokratiċi, biex tkun miġġielda t-tendenza globali tal-awtoritariżmu;

94.  Jissottolinja l-importanza li tingħata attenzjoni partikolari lil temi ta' rilevanza internazzjonali li fit-terminu qasir, medju u/jew twil jistgħu jsostnu l-globalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, is-saltna tad-dritt internazzjonali u l-ġustizzja; jitlob sostenn akbar mill-EIDHR f'għadd ta' temi emerġenti bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-impriżi, id-drittijiet ambjentali u d-drittijiet tal-migranti;

95.  Jilqa' favorevolment is-sostenn lill-mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali għad-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà bħall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI);

96.  Jirrakkomanda sforzi kostanti għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fid-dinja;

97.  Itenni l-impenji tal-Kummissjoni għas-sostenn ulterjuri tas-soċjetà ċivili u għall-promozzjoni ta' klima favorevoli għall-OSĊ fil-pajjiżi sħab; jinsisti fuq il-bżonn ta' ħidma urġenti biex ikomplu jitnaqqsu l-ostakoli burokratiċi li jsibu quddiemhom l-OSĊ; jinkoraġġixxi lid-delegazzjonijiet tal-UE jfittxu b'mod attiv lid-DDB u lill-OSĊ li jaħdmu fuq temi sensittivi li għalihom jinħtieġu finanzjamenti, jippubblikaw sejħiet għal proposti bil-lingwi lokali u jippermettu lill-applikanti jressqu proposti għal proġetti b'dawn il-lingwi, b'hekk tissaħħaħ ukoll is-sjieda lokali u l-integrazzjoni fit-tul tal-proġetti;

98.  Jitlob li tingħata aktar attenzjoni lis-sostenibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-EIDHR, b'mod partikolari fil-kuntest tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali (MOE) fejn hemm lok mhux ħażin biex jiżdied it-trasferiment tal-għarfien lill-atturi lokali u jitjieb is-segwitu li jingħata lir-rakkomandazzjonijiet; jitlob koordinament aqwa bejn l-ippjanar tal-MOE u l-attivitajiet ta' osservazzjoni elettorali tal-Parlament;

99.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti finanzjamenti speċifiċi lill-proġetti mmirati lejn l-abbuż dejjem akbar tat-teknoloġiji ta' sorveljanza u fuq l-attakki online minn gvernijiet repressivi u minn atturi mhux statali;

100.  Jitlob il-ħolqien ta' sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni li jinvolvu l-kontribut tad-DDB;

101.  Jinkoraġġixxi azzjonijiet ikkoordinati mal-IcSP sabiex jitwettqu l-azzjonijiet li jipprevjenu d-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u l-ġenoċidju;

PI

102.  Jilqa' pożittivament l-attenzjoni lejn l-interessi strateġiċi tal-Unjoni;

103.  Jirrakkomanda użu aktar strateġiku u konsolidat tal-fondi disponibbli skarsi fl-ambitu tal-PI, li jiżgura kontribut inklużiv u l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet min-naħa tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE, b'kooperazzjoni stretta mal-Istati Membri, u jissottolinja l-importanza ta' PI mgħammar b'riżorsi adegwati biex jiddefendi b'mod proattiv il-valuri u l-interessi tal-UE fil-kuntest ta' kunsens trans-Atlantiku f'deklin u ta' għadd dejjem akbar ta' pajjiżi b'introjtu medju, anki fl-Asja u fl-Amerka Latina, li l-importanza strateġika tagħhom qiegħda tikber b'ritmu mgħaġġel;

104.  Jirrakkomanda analiżi tal-allokazzjoni ġeografiċi fil-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) li jmiss biex jadatta ruħu għall-isfidi; jissuġġerixxi, f'dan il-kuntest, kopertura aħjar tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi mhux strateġiċi, pereżempju l-pajjiżi b'introjtu medju, li bħalissa l-kopertura tagħhom mhijiex biżżejjed;

105.  Jirrakkomanda allinjament aqwa mal-objettivi tar-RIK u t-temi trasversali;

106.  Jirrakkomanda t-tlestija tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tiegħu, inklużi l-indikaturi kwalitattivi rilevanti;

107.  Iqis li l-PI jista' jkun għodda importanti biex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, b'mod partikolari bl-appoġġ tal-ħidma tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu valutati l-użu u d-distribuzzjoni tal-fondi, kif ukoll l-effikaċja tal-PI u tal-programmi "Business Avenue" u "EU Gateway", li għandhom jikkomplementaw il-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tal-promozzjoni tal-kummerċ barrani;

108.  Jinnota li wieħed mill-għanijiet tal-PI huwa d-diplomazija pubblika sabiex tinbena l-fiduċja u l-fehim f'pajjiżi li mhumiex fl-UE fir-rigward tal-politiki tal-UE; jenfasizza li l-involviment tas-soċjetà ċivili huwa tal-akbar importanza, u jilqa' l-allokazzjoni ta' EUR 3 miljun biex tiġi sostnuta l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi;

RIK

109.  Jirrakkomanda użu aħjar tar-regoli armonizzati permezz ta', eventwalment, sejħiet konġunti għal proposti u kooperazzjoni aħjar bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE;

110.  Jitlob li d-dispożizzjonijiet tar-RIK jinkludu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

111.  Jitlob li jkunu intensifikati l-isforzi biex titjieb il-viżibbiltà tal-politika ta' finanzjament estern tal-UE permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva u koerenti li tinkludi miżuri li jindirizzaw id-diżinformazzjoni; jitlob l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' kundizzjonalità fil-konfront tas-sħab fl-implimentazzjoni f'każ li ma jiġux rispettati l-miżuri li jtejbu l-viżibbiltà tal-UE;

112.  Ifakkar fl-importanza ewlenija tal-prinċipji tal-iżvilupp u tal-effikaċja tal-għajnuna fl-azzjoni esterna kif enfasizzat fir-RIK, u jitlob lill-Kummissjoni żżomm dawn il-prinċipji kollha fil-miżuri kollha li se tieħu wara r-rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu;

113.  Josserva li l-SMEs tal-UE għandhom jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-aċċess għall-istrumenti ta' finanzjament estern permezz ta' regolamentazzjoni inqas kumplessa u aktar favorevoli li tista' tiffaċilita użu aktar flessibbli tal-fondi u, fl-istess waqt, tgħin lill-SMEs jiksbu esperjenza internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-għodod eżistenti mmirati lejn il-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fir-rigward tal-koerenza tagħhom ma' strumenti oħra ta' sostenn tal-Unjoni għall-SMEs, bħal COSME, kif ukoll fir-rigward tas-sussidjarjetà, in-nonduplikazzjoni u l-komplementarjetà fir-rigward tal-programmi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti f'waqthom għall-analiżi ta' nofs it-terminu ta' dawk il-programmi sabiex jittejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-informazzjoni u l-għarfien fost l-SMEs dwar l-istrumenti eżistenti, b'mod partikolari fil-livell nazzjonali;

L-arkitettura wara l-2020

114.  Jitlob li l-finanzjament ta' strumenti tar-relazzjonijiet esterni jirrifletti azzjonijiet esterni ambizzjużi u ż-żieda tal-baġit tal-UE bħala attur globali, filwaqt li jibqa' jkun ibbażat fuq valuri u drittijiet u prinċipji fundamentali; itenni li l-azzjonijiet esterni tal-UE jaqdu wkoll l-interessi komuni taċ-ċittadini tal-UE;

115.  Jissottolinja li, jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-proporzjon attwali tal-baġit iddestinat għall-azzjoni esterna għandu jiżdied jew, tal-inqas, jinżamm fil-livelli attwali, bl-applikazzjoni tal-istess loġika għall-istrumenti, għall-politiki u għall-prijoritajiet attwali;

116.  Itenni li tinħtieġ riforma tal-arkitettura attwali tal-istrumenti bil-għan li jingħataw aktar obbligu ta' rendikont, trasparenza u kontroll pubbliku li tkun iżżid ukoll l-effiċjenza, il-koerenza u l-kapaċità ta' reazzjoni kif ukoll l-effikaċja u l-flessibbiltà; iqis li r-riforma tkun tista' żżid ukoll l-effikaċja f'termini ta' kostijiet, tnaqqas is-sovrappożizzjonijiet u l-kunflitti ta' interess fost id-diversi atturi u servizzi tal-Kummissjoni u tikkontribwixxi biex jingħelbu l-isfidi attwali marbuta mal-istrateġija, mal-programmazzjoni u mal-implimentazzjoni;

117.  Ifakkar fir-rwol essenzjali ta' koleġiżlatur tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mar-regolament dwar il-QFP li jmiss; itenni d-disponibbiltà tiegħu li jaħdem mal-Kummissjoni, mas-SEAE u mal-Kunsill biex jottimizza l-arkitettura tal-istrumenti ta' finanzjament estern; jenfasizza, madankollu, li l-objettiv ta' kwalunkwe ristrutturar tal-istrumenti għandu jkun dak ta' aktar trasparenza, obbligu ta' rendikont, effiċjenza, koerenza u flessibbiltà; jenfasizza li dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu mingħajr struttura ta' governanza li tippermetti kontroll politiku, li tkun xprunata mill-istrateġija u li tkun inklużiva u responsabbli; jenfasizza li l-Parlament mhu se jaċċetta l-ebda riforma tal-istrumenti mingħajr struttura ta' governanza soda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipproponu pjan għar-riforma tal-istrumenti li jinkludu tali struttura ta' governanza; jissottolinja d-diskrepanzi bejn il-konklużjonijiet tal-analiżi ta' nofs it-terminu u l-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-istruttura attwali; jissottolinja, barra minn hekk, li jeħtieġ li jkun żgurat skrutinju demokratiku u trasparenti sod min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew;

118.  Jappella għal integrazzjoni aħjar tal-Fondi Fiduċjarji u tal-faċilitajiet tal-UE fil-baġit sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-iskrutinju demokratiku tal-SFE; ifakkar fil-ftehim, bħala parti mill-aktar reviżjoni reċenti tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi l-konsultazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill qabel il-ħolqien ta' Fond Fiduċjarju ġdid għal azzjonijiet tematiċi; jappella, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dettaljata lill-Parlament dwar kwalunkwe trasferiment awtonomu jew diżimpenn taħt l-Intestatura 4;

119.  Jenfasizza li d-delegazzjonijiet tal-UE, flimkien mal-Istati Membri, jistgħu jgħinu wkoll lill-SMEs jużaw dawn l-istrumenti finanzjarji bil-għan li jinħolqu relazzjonijiet fit-terminu medju bejn l-impriżi tal-UE u l-ekonomiji tal-pajjiżi benefiċjarji;

120.  Jenfasizza li ma jista' jeżisti l-ebda strument mingħajr l-inklużjoni ta' pakketti finanzjarji u allokazzjonijiet ċari u ddedikati għad-diversi għanijiet, objettivi u prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-UE, fosthom id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, is-sostenn lis-soċjetà ċivili, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-Istati fraġli, il-politika ta' żvilupp u l-qerda tal-faqar, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u s-sostenn lill-pajjiżi fid-diversi fażijiet tal-adeżjoni mal-UE u lill-pajjiż tal-viċinat tal-UE;

121.  Japprezza l-impenn tal-UE favur kwistjonijiet bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, is-sostenn lis-soċjetà ċivili, kif ukoll diversi għanijiet, objettivi u l-valur politiku u strateġiku speċifiku tal-istrumenti attwali; jissottolinja li r-riforma ma għandhiex timmina l-għanijiet politiċi ta' kull strument; jifhem l-ispeċifiċità f'termini ta' objettivi u implimentazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-ENI, l-IPA II u l-EIDHR u jqis, għalhekk, li dawn għandhom jibqgħu indipendenti minħabba kunsiderazzjonijiet strateġiċi u politiċi;

122.  Ifakkar li, mill-2006, l-EIDHR kien l-espressjoni konkreta tal-impenn tal-UE biex issostni u tippromwovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi, u ppermettiet lill-UE tintervjeni mingħajr indħil mill-gvernijiet bħala sostenn lill-NGOs reġistrati u mhux reġistrati f'oqsma mhux dejjem koperti mill-Istati Membri;

123.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu stabbiliti għanijiet komuni, inkluż il-bżonn li jitjieb l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u li jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem, b'hekk jingħata sinifikat lill-Artikolu 21 tat-TUE li jirrikjedi li l-UE tikkonsolida d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt bħala objettiv neċessarju tar-relazzjonijiet esterni;

124.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw komunikazzjonijiet ċari lill-pajjiżi sħab dwar kwalunkwe riforma;

125.  Jitlob it-twaqqif ta' proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ sodi u konsistenti kapaċi li jiżguraw analiżi kwalitattiva u kwantitattiva u jżommu kont tal-progress biex jintlaħqu l-objettivi ffissati permezz tal-finanzjamenti tal-UE permezz ta' diversi strumenti;

126.  Jisħaq fuq il-bżonn tal-prevedibbiltà tal-finanzjamenti fit-tul, filwaqt li jkunu introdotti ammonti fissi li jintużaw b'mod flessibbli; itenni li l-flessibbiltà tirrikjedi l-possibbiltà li jiġu trasferiti fondi bejn id-diversi pakketti finanzjarji; ifakkar li l-fondi ddestinati għall-objettivi tal-azzjoni esterna ma jistgħux jiġu indirizzati mill-ġdid biex jintlaħqu objettivi oħrajn, fosthom il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà interna; jenfasizza li għandha tkun introdotta l-possibbiltà li jiġu trasferiti l-fondi mhux allokati fi ħdan il-baġit totali tal-istrument ta' azzjoni esterna sal-limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet inizjali tal-istrument għall-azzjonijiet flessibbli u/jew urġenti, u xorta waħda jinżammu l-objettivi politiċi tal-istrument;

127.  Jenfasizza li l-allokazzjonijiet tal-għajnuna fil-livell tal-pajjiż ma għandhomx jiddependu minn ftehimiet dwar il-migrazzjoni mal-UE, u ma għandu jkun hemm l-ebda devjazzjoni ta' finanzjament minn pajjiżi u reġjuni fqar għall-pajjiżi ta' oriġini jew ta' tranżitu tal-migranti lejn l-Ewropa għall-uniku fatt li dawn jinsabu fuq ir-rotta migratorja;

128.  Ifakkar fid-diffikultajiet li l-benefiċjarji jsibu quddiemhom attwalment biex jiksbu finanzjamenti fl-ambitu tal-istrumenti; jitlob semplifikazzjoni tal-proċeduri, it-tħaffif tal-piżijiet amministrattivi u, fejn possibbli, l-adozzjoni ta' proċeduri unifikati għad-diversi servizzi tal-Kummissjoni u tas-SEAE involuti u l-ħolqien ta' punt ta' kuntatt uniku għall-organizzazzjonijiet li japplikaw għal finanzjamenti tal-UE u l-użu ta' soluzzjonijiet diġitali, fejn possibbli, biex jitħaffew u jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi, iżda mhux askapitu tal-monitoraġġ, tat-traċċabbiltà u tal-kontroll tal-baġit;

129.  Jissottolinja l-bżonn li s-servizzi kollha tal-Kummissjoni u s-SEAE jikkollaboraw biex il-finanzjament estern tal-UE, pjuttost milli mill-istrumenti, ikun iggwidat mill-politika, bil-għan li jkunu evitati diskrepanzi, inkoerenza, spejjeż bla bżonn, sovrappożizzjonijiet u ħela ta' kompetenzi tekniċi u jinkisbu l-objettivi kondiviżi mill-azzjoni esterna tal-UE fl-intier tagħha;

130.  Jisħaq fuq il-bżonn ta' gwida politika aktar strateġika u ta' strateġija onnikomprensiva u ta' dokumenti ta' akkumpanjament, żviluppati konġuntament u kondiviżi mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u mis-SEAE kif ukoll ġestiti u monitorjati mill-istruttura ta' governanza li għad trid tinħoloq, li jiddefinixxu l-għanijiet u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE għall-perjodu li jmiss u l-mod li bih l-istrument se jintuża biex dawn isiru realtà; jitlob li jintużaw kompetenzi kemm interni kif ukoll esterni meta dawn l-għanijiet u l-objettivi jiġu ffissati; jirrakkomanda l-inklużjoni fil-programmazzjoni kollha tal-analiżi tas-sensittività għall-kunflitti, l-analiżi tal-politika ekonomika kif ukoll miżuri ta' valutazzjoni tar-riskju u ta' mitigazzjoni li jkunu jistgħu jintużaw b'mod flessibbli fejn jokkorru tali riskji;

131.  Jitlob li jiġu eżaminati soluzzjonijiet biex jitjiebu l-koordinament u l-koerenza mal-politiki ta' finanzjament estern min-naħa tal-Istati Membri tal-UE, anki billi titjieb il-programmazzjoni konġunta;

132.  Jitlob tisħiħ tal-opportunitajiet ta' finanzjament għall-NGOs billi jiġu ċċarati u previsti aktar opportunitajiet ta' kofinanzjament, permezz tat-tħejjija ta' sħubijiet pluriennali u tal-garanzija tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet;

133.  Jitlob rekwiżiti aħjar għal proċess deċiżjonali aktar rapidu bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal avvenimenti f'evoluzzjoni rapida;

134.  Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika dwar l-azzjoni esterna tal-UE, inkluż permezz tal-użu tat-Task Force tal-UE għall-Komunikazzjoni Strateġika, kif ukoll l-influwenza tagħha fid-dinja; jitlob li dan jitqies bħala objettiv politiku; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-bżonn urġenti ta' komunikazzjoni strateġika speċifikament nazzjonali u/jew reġjonali fid-delegazzjonijiet tal-UE, kif ukoll titjib konsiderevoli tal-koordinament u tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost id-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri;

135.  Jenfasizza li d-delegazzjonijiet tal-UE jiżvolġu rwol fundamentali fil-programmazzjoni lokali, fis-superviżjoni tal-programmazzjoni, fl-iżborż, eventwalment, ta' fondi u fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarji, b'mod partikolari fil-każ tad-DDB u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f'żoni sensittivi; itenni li d-delegazzjonijiet tal-UE ma jistgħux ikunu huma biss responsabbli għad-deċiżjonijiet ta' finanzjament, minħabba xogħolhom u l-istatus tagħhom fil-pajjiżi terzi;

136.  Jenfasizza li l-programmazzjoni tal-istrumenti trid tinvolvi mill-qrib lis-soċjetà ċivili tal-pajjiżi rispettivi u tissejjes, f'livell akbar, fuq kooperazzjoni deċentrizzata fil-fażijiet ta' tfassil, preżentazzjoni u implimentazzjoni, biex b'hekk ikunu stabbiliti sħubijiet sodi u dejjiema, ikunu sodifatti l-bżonnijiet speċifiċi tal-popolazzjonijiet u jitqiesu r-realtajiet soċjali ta' dawk ikkonċernati;

137.  Ifakkar li f'ċerti ċirkostanzi, l-objettivi politiċi tal-UE bħad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp jistgħu jintlaħqu aħjar permezz tal-iżborż ta' aktar għotjiet ta' daqs iżgħar lill-organizzazzjonijiet tal-bażi, minflok pakkett finanzjarju wieħed akbar lil benefiċjarju uniku;

138.  Jissottolinja l-importanza tal-prinċipji ta' "aktar għal aktar" u tal-kundizzjonalità; iqis li għandhom jinħolqu mekkaniżmi ta' kundizzjonalità aktar rigorużi skont liema l-appoġġ finanzjarju dirett lill-awtoritajiet statali jew lill-entitajiet governattivi u lill-atturi mhux statali jkun jista' jiġi sospiż jew, jekk possibbli, indirizzat mill-ġdid lis-soċjetà ċivili meta tali istituzzjonijiet ma jirrispettawx il-bżonn li jiġu sodisfatti l-objettivi tal-finanzjamenti żborżati jew jiksru l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

139.  Jirrikjedi t-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, l-iskrutinju, l-addizzjonalità tal-iżvilupp, ir-rispett tal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp/l-għajnuna u s-salvagwardji ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem b'saħħithom meta tintuża l-għajnuna għall-iżvilupp biex b'hekk jinħoloq effett ta' lieva għall-investiment mis-settur privat;

140.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-allokazzjoni ta' fondi permezz tal-istrumenti ta' finanzjament estern għall-kooperazzjoni u l-assistenza teknika ma' pajjiżi terzi, speċjalment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex titrawwem l-adeżjoni mal-Ftehim ta' Wassenaar, fil-Grupp Awstralja, fis-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili u fil-Grupp ta' Fornituri Nukleari, u tipprevjeni l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tar-riformulazzjoni li għaddejja bħalissa tar-Regolament dwar l-Użu Doppju;

141.  Jenfasizza li kwalunkwe struttura futura tipprevedi kontrolli u kontrokontrolli adegwati, trasparenza, dritt ta' skrutinju tal-implimentazzjoni, li jinkludi kontribut politiku strateġiku akbar min-naħa tal-Parlament, kif ukoll l-użu ta' atti delegati għar-reviżjoni tal-prijoritajiet tematiċi, jekk jinsabu fl-Annessi ta' atti leġiżlattivi, u għall-adozzjoni ta' elementi sostanzjali addizzjonali bħad-dokumenti ta' programmazzjoni strateġika u pluriennali;

142.  Huwa konvint li l-ġenerazzjoni ta' SFE għall-perjodu wara l-2020 trid tirrispetta l-prinċipji ta' sinċerità u unità;

143.  Huwa tal-fehma li l-proċessi ta' analiżi ta' nofs it-terminu u ta' kontroll tal-baġit għandhom ikunu rigorużi u trasparenti biżżejjed biex jiżguraw l-assorbiment massimu tal-fondi possibbli u jippermettu modifiki adegwati biex fejn meħtieġ titkabbar il-kapaċità ta' assorbiment;

o
o   o

144.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kunsill.

(1) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.
(2) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.
(3) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1.
(4) ĠU L 335, 15.12.2017, p. 6.
(5) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77.
(6) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.
(7) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.
(8) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.
(9) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.
(10) ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) Ara r-rapport A8-0211/2017.
(13) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(14) ĠU C 407, 8.12.2015, p. 8.
(15) ĠU C 60, 16.2.2016, p. 3.
(16) ĠU C 122, 19.4.2017, p. 4.
(17) Ippubblikati fis-sit web tal-Kummissjoni f'dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(18) Testi adottati, P8_TA(2017)0493.
(19) Testi adottati, P8_TA(2017)0026.
(20) Testi adottati, ĠU C 58, 15.2.2018, p. 109.
(21) ĠU C 408, 30.11.2017, p. 21.
(22) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 110.
(23) Testi adottati, P8_TA(2017)0440.
(24) Testi adottati, P8_TA(2017)0306.
(25) Testi adottati, P8_TA(2017)0036.
(26) Testi adottati, P8_TA(2017)0037.
(27) Testi adottati, P8_TA(2017)0094.
(28) Testi adottati, P8_TA(2017)0262.
(29) Testi adottati, P8_TA(2017)0263.
(30) Testi adottati, P8_TA(2017)0261.
(31) ĠU C 208, 10.6.2016, p. 25.
(32) Testi adottati, P8_TA(2017)0408.
(33) http://www.eeas.europa.eu/archives/docs/top_stories/pdf/eugs_mt_.pdf


Rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
PDF 350kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar ir-rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (2017/2010(INI))
P8_TA(2018)0120A8-0141/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2003 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, u l-verżjoni l-aktar reċenti, il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(1),

–  wara li kkunsidra l-arranġamenti prattiċi li ġew miftiehma fit-22 ta' Lulju 2011 bejn is-servizzi kompetenti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) f'każ ta' qbil fl-ewwel qari,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità(2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar ir-Rapporti Annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (COM(2016)0469) u r-rapport annwali tal-2016 tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (COM(2017)0600),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-parlamenti nazzjonali (COM(2016)0471) u r-rapport annwali tal-2016 tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali (COM(2017)0601),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet preċedenti kollha tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta' regolamentazzjoni aħjar sabiex jinkisbu riżultati aħjar għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta' Novembru 2017 dwar l-istabbiliment ta' Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u "Anqas Attività b'Aktar Effiċjenza" (C(2017)7810),

–  wara li kkunsidra r-rapporti biannwali tal-COSAC dwar l-Iżviluppi fil-Proċeduri u l-Prattiki tal-Unjoni Ewropea Rilevanti għall-Iskrutinju Parlamentari tad-19 ta' Ġunju 2014, tal-14 ta' Novembru 2014, tas-6 ta' Mejju 2015, tal-4 ta' Novembru 2015, tat-18 ta' Mejju 2016, tat-18 ta' Ottubru 2016 u tat-3 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0141/2018),

A.  billi l-2015 u l-2016 kienu l-ewwel sentejn sħaħ tal-Kummissjoni Juncker, li assumiet il-kariga tagħha f'Novembru 2014; billi l-President Juncker impenja ruħu li jpoġġi s-sussidjarjetà fil-qalba tal-proċess demokratiku Ewropew u li jiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità mal-proċess leġiżlattiv kollu;

B.  billi l-Ftehim Interistituzzjonali ġdid tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jinkludi impenn mit-tliet istituzzjonijiet li jirrispettaw u jimplimentaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

C.  billi fl-2015 il-Kummissjoni rċeviet tmien opinjonijiet motivati li jindirizzaw tliet proposti tal-Kummissjoni; billi l-għadd totali ta' sottomissjonijiet milqugħa mill-Kummissjoni dik is-sena kien ta' 350;

D.  billi fl-2016 il-Kummissjoni rċeviet 65 opinjoni motivata li indirizzaw 26 proposta tal-Kummissjoni; billi dan jikkostitwixxi 713 % aktar mit-tmien opinjonijiet motivati li waslu fl-2015, u t-tielet l-ogħla f'sena kalendarja minn mindu l-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà ġie introdott bit-Trattat ta' Lisbona fl-2009 (wara 84 fl-2012 u 70 fl-2013); billi l-għadd totali ta' sottomissjonijiet milqugħa mill-Kummissjoni dik is-sena kiber b'mod sinifikanti għal total ta' 620;

E.  billi, fid-19 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat pakkett ta' miżuri ta' regolamentazzjoni aħjar b'Linji Gwida ġodda integrati ta' Regolamentazzjoni Aħjar, inkluża gwida aġġornata għall-valutazzjoni tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt ta' inizjattivi ġodda;

F.  billi l-Kummissjoni fl-2015 varat is-sit web "Lighten the load - Have your say"(4), kif ukoll il-Pjattaforma REFIT (għal regolamentazzjoni effikaċi u effiċjenti), li jagħtu lill-partijiet interessati opportunitajiet addizzjonali biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas fir-rigward tal-miżuri regolatorji eżistenti, inklużi kwistjonijiet dwar is-sussidjarjetà u/jew il-proporzjonalità;

G.  billi fl-2015 is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ħejja 13-il stima inizjali, valutazzjoni tal-impatt waħda ta' emendi parlamentari sostantivi u sitt valutazzjonijiet tal-impatt ex post; billi ħejja wkoll erba' rapporti dwar il-kost tan-non-Ewropa u żewġ valutazzjonijiet tal-valur miżjud Ewropew; billi fl-2016 is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ħejja 36 stima inizjali, valutazzjoni tal-impatt waħda ta' emendi parlamentari sostantivi u erbatax-il valutazzjoni tal-impatt ex post; billi ħejja wkoll seba' rapporti dwar il-kost tan-non-Ewropa u ħames valutazzjonijiet tal-valur miżjud Ewropew;

H.  billi s-setgħat delegati fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jingħataw fejn ikun hemm ħtieġa ta' flessibilità u effiċjenza li ma jkunux jistgħu jitwettqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi l-adozzjoni ta' regoli essenzjali għas-suġġett ikkonċernat hija riżervata għal-leġiżlaturi;

I.  billi s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma kunsiderazzjonijiet ewlenin fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-evalwazzjonijiet retrospettivi, li jivvalutaw jekk l-azzjonijiet fil-livell tal-UE għadhomx neċessarji, jekk l-objettiv tagħhom jistax jinkiseb b'mod aktar effikaċi permezz ta' mezzi oħra u jekk humiex fil-verità qed jagħtu r-riżultati mistennija f'termini ta' effiċjenza, effikaċja, koerenza, rilevanza u valur miżjud tal-UE;

J.  billi fl-2014 tliet kmamar nazzjonali (il-Folketing Daniż, it-Tweede Kamer Netherlandiża u l-House of Lords tar-Renju Unit) ħarġu rapporti bi proposti dettaljati dwar kif ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali jista' jissaħħaħ fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

1.  Ifakkar fl-importanza tar-rapporti annwali dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità mħejjija mill-Kummissjoni; josserva li r-rapporti annwali tal-Kummissjoni 2015 u 2016 huma aktar dettaljati u eżawrjenti minn dawk li jikkonċernaw is-snin preċedenti;

2.  Jenfasizza li huwa importanti li l-Unjoni Ewropea taġixxi biss fejn tista' żżid il-valur biex tnaqqas id-"defiċit demokratiku";

3.  Jissottolinja li s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma prinċipji fundamentali li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iqisu meta jeżerċitaw il-kompetenzi tal-UE, biex jiżguraw li l-azzjonijiet tal-Unjoni jżidu l-valur; ifakkar li dawn il-prinċipji għandhom l-għan li jsaħħu l-funzjonament tal-Unjoni billi jiżguraw li l-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni jkunu neċessarji, li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b'mod adegwat mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, li n-natura u s-sustanza tagħhom ma jaqbżux dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati, u li dejjem jittieħdu fl-aktar livell xieraq ta' gvern; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jista' jsir abbuż minn dawn il-prinċipji biex iservu skopijiet kontra l-UE u jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom joqogħdu għassa sabiex jipprevjenu u jikkontrobattu dan ir-riskju;

4.  Ifakkar li s-sussidjarjetà hija prinċipju fundamentali tal-federazzjonijiet kif ukoll kunċett ġuridiku indeterminat, li konsegwentement għandu jkun soġġett għal interpretazzjoni politika;

5.  Jifhem li l-prinċipju tas-sussidjarjetà ma jistax jintuża biex jinterpreta b'mod restrittiv is-setgħat assenjati lill-Unjoni bis-saħħa tat-Trattati;

6.  Iqis li kwalunkwe riflessjoni fuq is-sussidjarjetà u l-kontroll tagħha għandha ssir fil-kuntest tas-sejħiet li dejjem qed jiżdiedu miċ-ċittadini biex l-Unjoni tindirizza sfidi globali ewlenin bħal, inter alia, il-flussi finanzjarji interkontinentali, is-sigurtà, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima;

7.  Jilqa' r-referenza għas-sussidjarjetà fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017; hu tal-fehma li s-sussidjarjetà għandu jkollha post prominenti fir-riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-UE;

8.  Jinnota l-inizjattiva mħabbra mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2017, sabiex tinħoloq Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u "Anqas Attività b'Aktar Effiċjenza" li jkun immexxi mill-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans; ifakkar li l-Parlament ikkunsidra li l-parteċipazzjoni fit-task force mwaqqfa mill-Kummissjoni ma tkunx tqis ir-rwol u l-istatus istituzzjonali tal-Parlament bħala l-unika Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea eletta direttament li tirrappreżenta liċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni u teżerċita funzjonijiet ta' skrutinju politiku fuq il-Kummissjoni, u li, konsegwentement, iddeċieda li ma jaċċettax l-istedina biex jipparteċipa fit-task force;

9.  Jinnota l-metodoloġija tal-Kummissjoni fir-Rapporti Annwali 2015 u 2016, li fihom tintuża statistika biex opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali dwar pakkett ta' proposti jiġu kklassifikati bħala opinjoni motivata waħda, aktar milli opinjoni motivata dwar kull waħda mill-proposti individwali;

10.  Japprezza li l-għadd ta' opinjonijiet motivati (65) imressqa mill-parlamenti nazzjonali fl-2016 hu t-tielet l-ogħla f'sena kalendarja sa mill-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà fit-Trattat ta' Lisbona; jinnota l-qabża qawwija (+713 %), fil-konfront tat-tmien opinjonijiet motivati li ntlaqgħu fl-2015; jirrikonoxxi barra minn hekk, iż-żieda sinifikanti minn 350 għal 620 fl-għadd ta' opinjonijiet li ntlaqgħu mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tad-djalogu politiku; jissottolinja li dawn ix-xejriet ħarġu fuq l-isfond ta' tnaqqis fl-attività leġiżlattiva, li juri wkoll li l-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali evolviet meta mqabbla mas-snin preċedenti; jilqa' l-interess partikolari fit-teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE muri mill-parlamenti nazzjonali;

11.  Jilqa' l-fatt li aktar parlamenti nazzjonali ressqu opinjonijiet motivati (26 minn 41 fl-2016, meta mqabbla ma' tmienja fl-2015); jinnota d-differenza netta bejn il-kmamar attivi fi ħdan il-qafas tad-djalogu politiku u l-opinjonijiet motivati tagħhom; jissottolinja li l-interess tal-parlamenti nazzjonali f'li jinfluwenzaw il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE jmur lil hinn milli jidentifikaw dawk il-każijiet fejn is-sussidjarjetà tista' tkun problema; jinnota li s-setgħa tal-parlamenti nazzjonali li jimmonitorjaw ir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tinkludi wkoll id-dritt li jitolbu lil-leġiżlatur Ewropew biex jaġixxi f'livell Ewropew, jekk ikun meħtieġ;

12.  Jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt (IAB) u s-suċċessur tiegħu f'Lulju 2015, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB); jinnota li l-IAB u l-RSB qiesu li 23 % tal-valutazzjonijiet tal-impatt rieżaminati minnhom fl-2015 kienu jeħtieġu titjib rigward jewis-sussidjarjetà jew il-proporzjonalità jew inkella t-tnejn li huma; josserva li fl-2016 il-perċentwal tal-valutazzjonijiet tal-impatt li tqiesu mhux sodisfaċenti mill-RSB kien ta' 15 %; jilqa' l-fatt li dawn il-perċentwali naqsu meta mqabbla mas-snin preċedenti; jissottolinja li l-Kummissjoni rrieżaminat il-valutazzjonijiet tal-impatt kollha kkonċernati filwaqt li kkunsidrat l-analiżijiet mill-RSB;

13.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' tfassil aħjar tal-liġijiet wasslet lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strumenti u proċeduri interni aktar b'saħħithom li għandhom l-għan li jevitaw il-ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jissottolinja li l-valutazzjonijiet tal-impatt huma strument ewlieni biex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u biex jiġi promoss l-obbligu ta' rendikont; jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rwol tal-RSB u jilqa' l-fatt li s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma parti mill-kontroll tal-kwalità li l-Bord iwettaq; jenfasizza, madankollu, li l-indipendenza tal-RSB tista' tissaħħaħ aktar;

14.  Jilqa' l-fatt li, f'Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat pakkett ta' Regolamentazzjoni Aħjar ġdid sabiex tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE taqdi l-interess pubbliku b'mod aktar effikaċi u tiggarantixxi r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità b'mod aktar komprensiv, li mbagħad se jikkontribwixxi għal livell ogħla ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE; iqis li dan il-qafas il-ġdid ta' Regolamentazzjoni Aħjar għandu jkun għodda biex l-Unjoni Ewropea taġixxi f'konformità sħiħa mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jenfasizza li, minkejja dan t'hawn fuq, filwaqt li l-qafas għandu jipprevedi testijiet li jivvalutaw il-konformità ma' dawn il-prinċipji sabiex jiżguraw li l-Unjoni taġixxi biss fejn iżżid il-valur, m'għandux jagħti lok għal dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

15.  Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, fl-24 ta' Ottubru 2017, tal-komunikazzjoni tagħha intitolata "L-Ikkompletar tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar", li fiha tistabbilixxi l-isforzi tagħha biex iżżid it-trasparenza, il-leġittimità u l-obbligu ta' rendikont tal-ħidma tagħha dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċess ta' konsultazzjoni u l-possibilitajiet għall-partijiet interessati li jipprovdu feedback dwar il-proposti tagħha;

16.  Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni, fl-2015, ta' mekkaniżmi ġodda ta' konsultazzjoni u feedback għal inizjattivi ġodda ta' politika;

17.  Jissottolinja l-importanza li l-ħtieġa għal inizjattivi leġiżlattivi u l-impatt tagħhom fuq is-setturi importanti kollha (ekonomiċi, ambjentali u soċjali) jiġu spjegati b'mod adegwat, bil-għan li jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

18.  Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni biex "l-ewwel tevalwa" qabel ma tikkunsidra bidliet leġiżlattivi potenzjali; iqis, f'dan ir-rigward, li l-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib biex jiżguraw monitoraġġ, kejl u evalwazzjoni aħjar tal-impatt reali tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq iċ-ċittadini, l-ekonomija, l-istruttura soċjali u l-ambjent;

19.  Jilqa' l-iffirmar mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2016 ta' Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; ifakkar li l-Kummissjoni hija impenjata li tispjega fil-memoranda ta' spjegazzjoni tagħha kif il-proposti tagħha huma ġġustifikati fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jilqa' l-fatt li, permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tagħha disponibbli għall-parlamenti nazzjonali; ifakkar li dan il-ftehim enfasizza wkoll il-ħtieġa għal aktar trasparenza fil-proċedura leġiżlattiva u li l-informazzjoni mogħtija lill-parlamenti nazzjonali trid tippermettilhom jeżerċitaw b'mod sħiħ il-prerogattivi tagħhom skont it-Trattati;

20.  Jistieden lill-parlamenti nazzjonali jindikaw b'mod ċar mill-bidu li l-preżentazzjoni tagħhom hija opinjoni motivata taħt il-Protokoll Nru 2 għat-Trattati u l-proposta leġiżlattiva jew il-proposti leġiżlattivi li tirreferi għaliha/għalihom, jiddikjaraw b'mod ċar ir-raġunijiet għala jikkunsidraw li l-proposta tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jinkludu sinteżi fil-qosor tar-raġunament, u jirrispettaw il-limitu taż-żmien ta' tmien ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġiżlattiv rilevanti; jinnota li dan se jiffaċilita trattament xieraq u f'waqtu ta' opinjonijiet motivati mill-istituzzjonijiet kollha involuti;

21.  Huwa tal-fehma li, wara l-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-proċeduri leġiżlattivi tal-UE żviluppa b'mod sinifikanti, permezz ta' kuntatti ma' parlamenti nazzjonali oħra; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali jkomplu bil-kuntatti interparlamentari u jsaħħuhom aktar, anki fuq bażi bilaterali, bħala mezz biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u li dan isir b'viżjoni demokratika Ewropea, fejn l-Unjoni tista' żżid il-valur, u fi spirtu ta' solidarjetà, ibbażat fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jissottolinja li dawn il-kuntatti jistgħu jiffaċilitaw skambju tal-aħjar prattiki rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

22.  Jilqa' l-fatt li l-Parlament qed jiżvolġi rwol dejjem akbar u aktar regolari ta' interlokutur mal-parlamenti nazzjonali u ta' intermedjarju bejniethom fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; iqis li t-tisħiħ tad-djalogu fil-livell politiku mal-parlamenti nazzjonali jista' jkun mezz biex jiġu razzjonalizzati l-verifiki tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità billi tiġi indirizzata aħjar is-sustanza tal-proposti leġiżlattivi;

23.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2016 14-il kamra ta' 11-il parlament nazzjonali ppreżentaw opinjonijiet motivati dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 96/71/KE tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (COM(2016)0128), u b'hekk intlaħaq il-livell limitu ta' terz tal-voti meħtieġa skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati biex tiskatta l-hekk imsejħa proċedura tal-"karta safra"; ifakkar li l-argumenti mressqa mill-parlamenti nazzjonali kienu ġew diskussi fuq skala wiesgħa fil-Parlament Ewropew mal-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha mal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-qafas tal-COSAC; jinnota li l-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni li fiha tat raġunijiet estensivi għaż-żamma tal-proposta(5); iqis li, minkejja t-tħassib li tqajjem minn ċerti parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni, bl-argumenti li spjegat fil-komunikazzjoni, ikkonformat mal-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;

24.  Jinnota li, fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, seba' kmamar nazzjonali bagħtu opinjonijet fil-qafas tad-djalogu politiku, li prinċipalment ikkunsidraw il-proposta bħala kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; josserva li l-Kumitat tal-Grupp ta' Esperti tas-Sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni qies li l-objettiv tal-proposta jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE;

25.  Ifakkar li l-proċedura tal-"karta safra" ntuża darbtejn fil-passat (darba fl-2012 u darba fl-2013), li, flimkien ma' din il-proċedura tal-"karta safra", juri li s-sistema taħdem u li l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu faċilment u fi żmien xieraq jipparteċipaw fid-dibattitu dwar is-sussidjarjetà meta jkunu jixtiequ jagħmlu dan; iqis li, fi kwalunkwe każ, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tar-rwoli tal-parlamenti nazzjonali u l-kooperazzjoni aħjar bejniethom jistgħu jsaħħu l-monitoraġġ tas-sussidjarjetà ex ante;

26.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom iqisu l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-parlamenti nazzjonali jew mill-kamra ta' parlament nazzjonali; jinnota li fil-passat ċerti parlamenti nazzjonali esprimew id-diżappunt tagħhom dwar it-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni f'każijiet fejn skattat il-proċedura tal-"karti sofor"; josserva, madankollu, li l-Kummissjoni stabbiliet proċeduri biex tiżgura li tipprovdi lill-parlamenti nazzjonali b'reazzjonijiet sostantivi u politiċi għat-tħassib tagħhom f'waqthom; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod sistematiku tgħaddi t-tweġibiet tagħha għall-opinjonijiet motivati lill-Parlament Ewropew;

27.  Jieħu nota tal-bidliet proposti minn xi parlamenti nazzjonali rigward il-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà; jilqa' l-konklużjoni milħuqa mill-COSAC li kwalunkwe titjib għall-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà ma għandux iwassal għal bidla fit-Trattat; jinnota li estensjoni tal-limitu ta' żmien ta' tmien ġimgħat li fih il-parlamenti nazzjonali jistgħu joħorġu opinjoni motivata teħtieġ emenda tat-Trattati jew tal-Protokolli tagħhom; ifakkar fil-kuntest tal-ittra tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà mibgħuta mill-President u l-Viċi President tal-Kummissjoni lill-Presidenti tal-parlamenti nazzjonali, fejn il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex jitqiesu l-waqfiet tas-sajf tal-parlamenti nazzjonali, ix-xahar ta' Awwissu mhux se jiġi kkunsidrat meta tiġi stabbilita l-iskadenza msemmija fil-Protokoll Nru 2; ifakkar fis-suġġeriment li għamlu ċerti parlamenti nazzjonali dwar il-fatt li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-possibilità li teskludi l-waqfa ta' Diċembru tal-parlamenti nazzjonali mill-kalkolu ta' tmien ġimgħat;

28.  Jenfasizza li l-adozzjoni ta' atti legali tirrikjedi l-qbil ta' maġġoranza kbira fi ħdan il-Kunsill, li tinkludi l-ministri nazzjonali tal-Istati Membri kollha, li għandhom ikunu reponsabbli għall-parlamenti nazzjonali tagħhom;

29.  Jinnota li għadd ta' għodod li jippermettu lill-parlamenti nazzjonali u liċ-ċittadini jipparteċipaw f'kull stadju tal-proċess leġiżlattiv, li jiżguraw monitoraġġ tar-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, diġà jeżistu; iħeġġeġ, għalhekk, li jsir użu sħiħ minn dawn l-għodod eżistenti u jiġi evitat, fejn possibbli, il-ħolqien ta' strutturi amministrattivi saħansitra aktar kumplessi u proċeduri twal fi żminijiet meta l-UE qed titħabat biex tinftiehem miċ-ċittadini tagħha, dejjem bil-għan li jiġu rispettati u protetti d-drittijiet u l-interessi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni u seminars rilevanti, biex iċ-ċittadini jiġu infurmati b'mod preċiż dwar il-possibilitajiet tagħhom li jipparteċipaw f'kull stadju tal-proċess leġiżlattiv;

30.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni għandha tkun komprensiva u ċara biex tippermetti lill-partijiet affettwati jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, inkluż ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni xierqa, billi jiġu evitati spejjeż sproporzjonati, filwaqt li tkun prattika biex tiġi implimentata;

31.  Jenfasizza l-importanza li jiġi mħeġġeġ l-aċċess għall-valutazzjonijiet tal-impatt u l-pjanijiet direzzjonali mħejjija mill-Kummissjoni, li jkun hemm parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet pubbliċi u/jew konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati organizzati mill-Kummissjoni u/jew mill-Parlament Ewropew, u li jsiru suġġerimenti permezz tal-pjattaforma REFIT: "Lighten the load: Suggestions" ("Innaqqsu l-Piż: Suġġerimenti"); jinnota, f'dan ir-rigward, il-funzjonament bla xkiel tas-sit web u tal-programm tar-regolamentazzjoni (REFIT) effikaċi u effiċjenti, li daħal fis-seħħ fl-2016;

32.  Ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-formati eżistenti għall-kooperazzjoni u li jiġu stabbiliti għażliet biex tittejjeb il-pjattaforma IPEX sabiex titrawwem is-sensibilizzazzjoni tal-parlamenti nazzjonali dwar ir-rwol tagħhom fil-verifiki tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, biex tgħinhom jittrattaw b'mod aktar effiċjenti l-informazzjoni li jirċievu fl-ambitu tas-sistema ta' twissija bikrija u jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali jagħtu opinjonijiet dwar proposti tal-Kummissjoni, li huma kollha disponibbli għal konsultazzjoni fi kwalunkwe ħin fuq id-database interna CONNECT; ifakkar li l-informazzjoni kollha hija disponibbli fuq il-pjattaforma REGPEX;

33.  Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali jiżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kumitat tar-Reġjuni, li għandu grupp ta' 12-il espert li jeżaminaw il-proposti leġiżlattivi fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

34.  Jilqa' l-interess muri minn uħud mill-parlamenti nazzjonali fl-eżerċitar ta' rwol aktar pożittiv u proattiv fl-affarijiet Ewropej permezz tal-użu ta' proċedura ta' "karta ħadra"; josserva li l-parlamenti nazzjonali għandhom fehmiet differenti dwar il-modalitajiet ta' din il-proċedura; iqis li mekkaniżmu informali bbażat fuq il-kooperazzjoni interparlamentari jista' jikkontribwixxi biex isaħħaħ id-djalogu politiku mal-parlamenti nazzjonali;

35.  Jinnota, fir-rigward ta' dan t'hawn fuq, li fl-2015 għoxrin kamra parlamentari ffirmaw b'mod konġunt jew appoġġjaw l-ewwel inizjattiva tal-"karta ħadra" dwar il-ħela tal-ikel, u li f'Lulju 2016 disat ikmamar parlamentari ffirmaw b'mod konġunt it-tieni "karta ħadra" u stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li timplimenta l-prinċipji tar-responsabilità soċjali korporattiva fil-livell Ewropew; josserva li wħud mis-suġġerimenti fl-ewwel inizjattiva tal-"karta ħadra" ġew sussegwentement riflessi fil-pakkett rivedut ta' Ekonomija Ċirkolari adottat mill-Kummissjoni f'Diċembru 2015; josserva, għalhekk, li l-parlamenti nazzjonali diġà jaqdu rwol kostruttiv fil-qafas istituzzjonali u li ma hemmx bżonn, f'dan l-istadju, li joħolqu strutturi istituzzjonali u amministrattivi ġodda, ħaġa li tagħmel il-proċess kollu kkomplikat mingħajr bżonn;

36.  Josserva li fl-2016 uħud mill-parlamenti reġjonali infurmaw lill-Kummissjoni direttament dwar l-opinjonijiet tagħhom dwar ċerti proposti tal-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni qieset dawn il-fehmiet fejn xieraq; ifakkar li, skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2, huwa f'idejn kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta' parlament nazzjonali li jikkonsultaw, fejn ikun xieraq, mal-parlamenti reġjonali li jkollhom setgħat leġiżlattivi;

37.  Jieħu nota tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fl-2015 u l-2016; jenfasizza li l-Qorti ddikjarat li l-osservanza mil-leġiżlatur tal-UE tal-obbligu li jiddikjara raġunijiet fir-rigward tas-sussidjarjetà għandha tiġi vvalutata mhux biss b'referenza għad-diċitura tal-att ikkontestat, iżda wkoll b'referenza għall-kuntest u ċ-ċirkostanzi tal-każ individwali, u li l-informazzjoni pprovduta għandha tkun suffiċjenti u komprensibbli mill-parlamenti nazzjonali, iċ-ċittadini u l-qrati; jenfasizza, barra minn hekk, li fir-rigward tal-proporzjonalità, il-Qorti kkonfermat li l-leġiżlatura tal-UE jeħtiġilha tingħata diskrezzjoni wiesgħa fl-oqsma li jinvolvu għażliet ta' natura politika, ekonomika u soċjali, u li fihom hija tintalab twettaq evalwazzjonijiet kumplessi;

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0210.
(3) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 33.
(4) http://ec.europa.eu/smart-regulation/refit/simplification/consultation/contributions_mt.htm
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, fir-rigward tal-priniċipju tas-sussidjarjetà, f'konformità mal-Protokoll Nru 2 (COM(2016)0505).


Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
PDF 447kWORD 135k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni(2017/2136(DEC))
P8_TA(2018)0121A8-0137/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1)

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2017)0351),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05940/2018 – C8-0042/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(6);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(7),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016(9),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(14), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi "L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura" u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(15),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(16);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(17),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(18),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(20),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(21) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(22), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(23), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(24), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(26);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(27),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(28),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(30),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(31) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(32), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(33), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(34), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE(35),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/927/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex "L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel" tiġi ttrasformata f'"L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel"(36),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(37);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttriċi tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(38),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(39),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016(40),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(41),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(42) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(43), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(44), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(45), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/779/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE(46),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(47);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(48),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(49),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016(50),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(51),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(52) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(53), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(54), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(55), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni  2013/778/UE tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE(56),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(57);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(58),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(59),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016(60),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(61),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(62) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(63), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(64), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(65), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(66),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(67);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III - Il-Kummissjoni (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(68),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0247/2017)(69),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2017)0351),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2016 (COM(2017)0497) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2017)0306),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(70), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(71) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05940/2018 – C8-0042/2018),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05942/2018 – C8-0043/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(72), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(73), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016(74);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2017/2136(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati kkonċernati l-oħra (A8-0137/2018),

A.  billi l-infiq tal-UE huwa strument sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika, u bħala medja jirrappreżenta 1,9 % tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri;

B.  billi, meta jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, il-Parlament jivverifika jekk il-fondi jkunux intużaw b'mod korrett jew le, u jekk l-objettivi ta' politiki jkunux intlaħqu jew le;

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

D.  billi l-prinċipji baġitarji Ewropej, tal-eżattezza baġitarja, tal-annwalità, tal-ekwilibriju, tal-universalità, tal-ispeċifikazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza jridu jiġu rispettati fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

E.  billi n-nefqa taħt il-baġit tal-Unjoni għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu eliminati l-lakuni fil-politiki soċjali tagħha;

F.  billi l-baġit tal-Unjoni għandu jqis l-implimentazzjoni ta' pilastru soċjali;

G.  billi l-politika ta' koeżjoni hija sors ta' investiment pubbliku intiż biex iġib valur miżjud ċar u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Il-prijoritajiet politiċi

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallinjaw l-objettivi tal-politika u ċ-ċikli finanzjarji tal-Unjoni, il-leġiżlatura tal-Parlament u l-mandat tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-perjodu ta' finanzjament attwali u evalwazzjoni ta' dawn l-aħħar perjodi finanzjarji, tidentifika l-programmi li ma wrew ebda valur miżjud ċar u mbagħad twettaq valutazzjoni tal-infiq;

3.  Ifakkar li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fil-proposti tagħha għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid, li ċerti oqsma ta' politika, bħalma huma l-koeżjoni jew ir-riċerka, ħafna drabi jiddependu fuq programmazzjoni aktar fit-tul u jeħtieġu aktar żmien biex jilħqu l-objettivi politiċi minn oqsma ta' politika oħrajn; iqis li, madankollu, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandha tingħata flessibilità xierqa;

4.  Jinsisti li l-baġit tal-Unjoni, bħala konsegwenza tal-inizjattiva "baġit iffukat fuq ir-riżultati", jiġi ppreżentat skont l-objettivi politiċi tal-Unjoni għall-QFP; ifakkar, anki fid-dawl tal-QFP ta' wara l-2020, li l-baġit tal-Unjoni għandu jkun baġit ta' valur miżjud Ewropew reali, intiż għall-objettivi komuni tal-Unjoni li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-Unjoni kollha, li l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu waħedhom, u għaldaqstant m'għandux jitqies sempliċement bħala benefiċċju jew bilanċ nett ta' Stati Membri individwali;

5.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment bil-għan li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli, filwaqt li jħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jagħtihom l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha favur rieżami fundamentali tal-iskemi favur il-bdiewa żgħażagħ u t-titjib ekoloġiku għall-QFP li jmiss fid-dawl tas-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti");

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha tinkludi valutazzjonijiet dwar il-kwalità tad-data użata u dikjarazzjoni dwar il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament u lill-Qorti b'aktar rappurtar ibbilanċjat, billi tinkludi fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha informazzjoni aktar trasparenti dwar l-isfidi, in-nuqqasijiet u l-fallimenti;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef it-twettiq tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni u l-pagamenti relatati bil-ħsieb li t-tul tal-perjodu ta' implimentazzjoni jitnaqqas, inizjalment, għas-sena n+2;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tilħaq il-mira ta' nfiq oriġinali ta' 20 % f'dak li jikkonċerna l-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fid-diversi programmi ta' nfiq tal-Unjoni;

11.  Jinsisti li l-Kummissjoni fl-aħħar tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha tagħha biex jippubblikaw il-proposti tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom, kif mitlub mill-Parlament;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza tal-finanzjament tal-politika dwar il-migrazzjoni kif rakkomandat mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għas-sena 2016 u tissorvelja b'mod attiv il-proċeduri tal-akkwist pubbliku meta dawn jitwettqu f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

13.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza tal-politiki dwar ir-riċerka u l-iżvilupp rurali bil-għan li jiġu identifikati u kkoreġġuti l-kawżi ta' rati ta' żball partikolarment għoljin u persistenti, kif indikat fir-rapporti annwali tal-Qorti;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza għall-fondi fiduċjarji u għar-rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna, billi tipprovdi regolarment id-data kollha għad-dispożizzjoni tagħha;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja tnaqqis fit-tariffi mitluba mill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ħolqien u l-amministrazzjoni ta' strumenti finanzjarji, u tippreżenta tagħrif dwar il-benefiċjarji u r-riżultati miksuba permezz ta' dawn l-istrumenti b'mod regolari;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef it-tħejjija tal-kontijiet tal-Unjoni, sabiex tiżgura li tinkiseb informazzjoni affidabbli u b'mod aktar f'waqtu mill-Istati Membri dwar l-infiq taħt ġestjoni kondiviża, u tippreżenta l-fehma tal-amministrazzjoni dwar l-infiq tal-Unjoni qabel u flimkien mal-kontijiet, bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni dwar il-kwittanza fis-sena n+1, filwaqt li jiġu żgurati data ta' kwalità għolja u ġestjoni finanzjarja tajba;

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti

17.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tagħti opinjoni favorevoli dwar l-affidabilità tal-kontijiet għall-2016, kif għamlet mill-2007 'l hawn, u li l-Qorti kkonkludiet li d-dħul kien ħieles minn kwalunkwe żball materjali fl-2016; jinnota b'sodisfazzjon li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

18.  Jilqa' t-tendenza pożittiva tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli maħruġa mill-Qorti meta mqabbla mat-tendenza li kien hemm dawn l-aħħar snin minħabba li l-pagamenti fl-2016 huma milquta minn rata tal-iżball l-aktar probabbli ta' 3,1 %; ifakkar li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti kienet stmata għal 3,8 % fl-2015, 4,4 % fl-2014, 4,7 % fl-2013, 4,8 % fl-2012, 3,9 % fl-2011, 3,7 % fl-2010, 3,3 % fl-2009; 5,2 % fl-2008 u 6,9 % fl-2007; iqis li huwa importanti li fil-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-finanzjament tal-Unjoni titqies ir-rata' tal-iżball residwu tal-Kummissjoni peress li r-rata ta' żball stamata tal-Qorti mhijiex finali;

19.  Jisħaq fuq il-punt li, minħabba l-metodoloġija differenti mitluba għall-kalkolu tiegħu, il-livell ta' żball stmat għall-koeżjoni ma jinkludix kwantifikazzjoni tal-iżborżamenti li saru fl-2016 favur l-istrumenti finanzjarji li jammontaw għal EUR 2,5 biljun, u li l-Qorti tqis li kienu barra mill-perjodu ta' eliġibilità ddefinit fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(75); jinnota li kieku l-Qorti kellha tikkwantifikat din l-irregolarità, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli kienet tkun ħafna ogħla; jiddeplora d-deċiżjoni unilaterali tal-Kummissjoni li taċċetta n-nefqiet sal-31 ta' Marzu 2017; jirrimarka li l-Kummissjoni kien imissha ppreparat il-proposta leġiżlattiva meħtieġa biex ittemm din l-irregolarità;

20.  Jiddispjaċih li l-użu dejjem akbar ta' strumenti finanzjarji biex jitnaqqas il-valur tal-baġit tal-Unjoni jinvolvi riskji ogħla kemm għall-obbligu ta' rendikont kif ukoll għall-koordinament tal-politiki u l-operazzjonijiet tal-Unjoni;

21.  Jinnota li m'hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex issir evalwazzjoni xierqa tal-istrumenti finanzjarji, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt soċjali u ambjentali tagħhom; jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jissupplementaw l-għotjiet iżda mhux suppost jissostiwixxuhom;

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li, għall-ewwel darba fi 23 sena, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata (pjuttost milli opinjoni negattiva) dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, u dan ifisser li fil-fehma tal-Qorti sar titjib importanti fil-ġestjoni tal-finanzi tal-Unjoni, kif ukoll li l-iżbalji materjali kienu limitati prinċipalment għan-nefqa bbażata fuq ir-rimborżi, li tirrappreżenta madwar nofs il-pagamenti awditjati;

23.  Jiddispjaċih li, għat-23 sena konsekuttiva, il-pagamenti huma materjalment milquta minn żbalji minħabba l-fatt li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll huma biss parzjalment effikaċi biex jiżguraw li ssir ġestjoni finanzjarja tajba u li l-pagamenti jsiru fil-ħin;

24.  Jinnota bi tħassib li, kieku l-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ma ġewx applikati għall-pagamenti awditjati mill-Qorti, il-livell kumplessiv ta' żball stmat kien ikun ta' 4,3% minflok ta' 3,1% (jiġifieri l-istess livell tal-2015); ara r-Rapport Annwali tal-Qorti 2016, paragrafu 1.34);

25.  Jinnota li t-tip tal-ġestjoni jkollu impatt limitat fuq il-livell ta' żball, peress li l-Qorti sabet li l-livell ta' żball stmat għan-nefqa taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri huwa l-istess bħal dak għal forom oħra ta' nefqa operattiva ġestita direttament mill-Kummissjoni, jiġifieri 3,3 %;

26.  Jindika li l-Qorti sabet l-ogħla livelli ta' żball stmat fl-infiq għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (4,9 %), għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (4,8 %) u għall-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (4,1 %), filwaqt li n-nefqa amministrattiva kellha l-iktar livell baxx ta' żball stmat (0,2 %);

27.  Jinnota li, skont il-konklużjonijiet tal-Qorti, il-profili tar-riskju differenti tal-iskemi ta' rimborż u l-iskemi ta' intitolamenti kellhom influwenza kbira fuq il-livelli ta' żball fl-oqsma ta' nfiq differenti; fl-oqsma fejn l-Unjoni tagħti rimborż tal-ispejjeż eliġibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li jagħmlu l-benefiċjarji, il-livell ta' żball huwa ta' 4,8% (5,2 % fl-2015), waqt li fl-oqsma fejn il-pagamenti jsiru meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet minflok ma jingħata rimborż tal-ispejjeż, ir-rata ta' żball hija ta' 1,3 % (1,9 % fl-2015);

Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR)(76): il-kisbiet tal-ġestjoni

28.  Josserva li lil hinn mid-dehra tal-konklużjonijiet konverġenti li saru mill-Kummissjoni u mill-Qorti, id-dikjarazzjoni magħmula mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha u l-analiżi mressqa mill-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016 huma parzjalment diverġenti;

29.  Jinnota, b'mod partikolari, li fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016 il-Kummissjoni osservat li r-riżervi maħruġa mid-diretturi ġenerali fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom żdiedu u jammontaw għal EUR 35,3 biljun, ammont li jikkorrispondi għal 26 % tal-pagamenti (fl-2015 dan l-ammont kien ta' EUR 29,8 biljun u 21 % tal-pagamenti);

30.  Jirrimarka li skont il-Kummissjoni, l-impatt finanzjarju reali f'termini ta' ammont f'riskju fil-ħin tar-rappurtar żdied ukoll fl-2016 għal EUR 1,6 biljun (fl-2015 kien ta' EUR 1,3 biljun);

31.  Josserva li l-Kummissjoni, fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016, tinnota deterjorament tal-indikaturi f'dak li jikkonċerna r-riżervi tar-Rapporti Annwali tal-Attività u dan tispjegah permezz tad-diffikultajiet fl-introduzzjoni ta' skemi ġodda u aktar stretti, b'mod partikolari l-ekoloġizzazzjoni(77), filwaqt li l-Qorti tosserva titjib ċar proprju f'dan il-qasam ta' politika;

32.  Jinnota b'mod partikolari li l-Qorti tiddikjara li l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG) b'rata ta' żball ta' 1,7 %, huwa eżenti minn żbalji materjali", li huwa titjib kbir apparagun taċ-ċifri tal-2015, meta kienet 2,2 %, u tevalwa li l-livell ta' żball għan-nefqa bbażata fuq id-drittijiet huwa ta' 1,3 %, filwaqt li tosserva li l-akbar parti tal-ewwel pilastru tal-PAK hija inkluża f'dan it-tip ta' nefqa;

33.  Jieħu nota tal-affermazzjoni tal-Qorti li fin-nefqa l-iżball mhuwiex "mifrux" (ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 1.8); jistieden lill-Kummissjoni u l-Qorti jallinjaw il-metodi tagħhom permezz tal-istandards internazzjonali tal-awditjar qabel ma jinħareġ ir-rapport annwali jew ir-rapport annwali tal-attività li jmiss;

34.  Jisħaq fuq il-punt li fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2016, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-infiq huwa milqut minn livell ta' żball materjali, peress li huwa stmat li r-rata ta' żball medja globali hija ta' bejn 2,1 % u 2,6 % (li fl-2015 kienet bejn 2,3 % u 3,1 %) tan-nefqa rilevanti totali, u l-ammont globali stmat rilevanti li jkun f'riskju fil-waqt tal-pagament huwa bejn EUR 2,9 u 3,6 biljun (filwaqt li fl-2015 kien bejn EUR 3,3 u 4,5 biljun);

35.  Jinnota li dan it-tnaqqis huwa dovut, skont il-Kummissjoni, l-aktar minħabba r-riskju iċken ta' żball inerenti tal-koeżjoni għall-programmi tal-QFP attwali; jinsab sorpriż b'din l-ispjegazzjoni minħabba l-livell baxx ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni tispjega ulterjorment il-kwistjoni;

36.  Josserva li din ir-rata ta' implimentazzjoni baxxa tista' tiġi spjegata mill-fatt li fil-koeżjoni ma ġiet ċertifikata ebda nefqa fil-kontijiet annwali ppreżentat lill-Kummissjoni fl-2016, u ma ġiet imposta ebda korrezzjoni min-naħa tal-Kummissjoni wara l-attività ta' verifika tagħha(78);

37.  Jinnota l-istima tal-Kummissjoni li fis-snin li ġejjin se tidentifika u tikkoreġi żbalji li jammontaw bejn EUR 2,0 u EUR 2,1 biljun, jew bejn 1,5 % u 1,6 %;

38.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-istima tagħha tal-iżball rigward l-ammont f'riskju tjiebet tul is-snin, iżda li "l-istimi individwali tad-DĠ rigward il-livell ta' nfiq irregolari mhumiex ibbażati fuq metodoloġija konsistenti"; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istess metodoloġija biex tagħmel stima ta' riskju ta' żball għad-DĠ kollha u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress tagħha;

39.  Jinnota li, minkejja t-titjib li sar, il-Kummissjoni għadha ma eliminatx ir-riskju li l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi qed jiġi sopravvalutat;

40.  Josserva, b'mod partikolari li, għal aktar minn tliet kwarti tan-nefqa fl-2016, id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jibbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont f'riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li, sfortunatament, fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni kkonċernati (b'mod partikolari DĠ AGRI u DĠ REGIO) jidher li, filwaqt li r-rapporti ta' kontroll tal-Istati Membri jirriflettu l-iżball identifikat mill-Istat Membru, l-affidabilità ta' xi sistemi ta' ġestjoni u kontroll għadha tikkostitwixxi sfida; jisħaq fuq l-importanza tal-affidabilità tad-data tal-Istati Membri.

41.  Jindika li, minħabba l-ispeċifiċità tal-programmazzjoni pluriennali u peress li l-iżbalji jistgħu jiġu korretti aktar minn għaxar snin wara li jkunu seħħew, huwa artifiċjali u mhux komplut li l-istima tal-impatt tal-korrezzjonijiet fil-ġejjieni tiġi bbażata fuq il-korrezzjonijiet reġistrati f'dawn l-aħħar sitt snin;

42.  Jirrimarka li fid-Diskussjoni u l-Analiżi tar-Rapporti Finanzjarji l-Kummissjoni tirrapporta total ta' EUR 3,4 biljun (3,9 fl-2015) għall-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji li saru, li madwar EUR 0,6 biljun (1,2 biljun fl-2015) tal-korrezzjonijiet u l-irkupri twettqu fis-sors (applikati qabel il-Kummissjoni aċċettat in-nefqa) u li mit-EUR 2,8 biljun li jifdal, madwar EUR 0,6 biljun jirrappreżentaw l-irtirar mill-Istati Membri applikat wara l-approvazzjoni tan-nefqa permezz tas-sostituzzjoni tal-ammonti ineliġibbli bi proġetti ġodda fil-qasam tal-koeżjoni;

43.  Itenni b'qawwa l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw proċeduri sodi biex jikkonfermaw l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont tal-miżuri korrettivi u biex jipprovdu informazzjoni li tirrikonċilja sa fejn ikun possibbli, is-sena meta jsiru l-pagamenti, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti għall-kontijiet;

L-għodod ta' governanza interna tal-Kummissjoni

44.  Ifakkar fil-fehma li esprimiet il-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tagħha li d-distinzjoni li introduċiet ir-riforma Kinnock-Prodi bejn "ir-responsabilità politika tal-Kummissarji" u r-responsabilità operattiva tad-diretturi ġenerali tfisser li mhux dejjem ġie ċċarat jekk "ir-responsabilità politika" tinkludix it-teħid tar-responsabilità għall-implimentazzjoni tal-baġit għad-direttorati ġenerali jew jekk huwiex separat minnha;

45.  Josserva li l-Kulleġġ tal-Kummissarji ma jipproduċix dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza, f'konformità mal-aħjar prattika u l-prattika komuni tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza bil-għan li tipprevedi aktar trasparenza u responsabilità min-naħa tal-Kulleġġ tagħha;

46.  Jitlob lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjoni numru 2 tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 27/2016 u, barra minn hekk, takkumpanja r-rapporti finanzjarji tagħha b'dikjarazzjoni annwali dwar il-governanza u l-kontroll intern, li tinkludi b'mod partikolari:

   (a) deskrizzjoni tal-għodod tal-Kummissjoni għal governanza interna;
   (b) valutazzjoni tal-attivitajiet li jikkostitwixxu riskju operattiv u strateġiku tul is-sena u dikjarazzjoni dwar is-sostenibilità fiskali fuq terminu medju u fuq terminu twil;

Riżervi politiċi

47.  Jaqbel mar-riżervi maħruġa mid-diretturi ġenerali ta' DĠ REGIO, DĠ EMPL, DĠ MARE, DĠ HOME, DĠ DEVCO u DĠ AGRI fir-rapport annwali tal-attività tagħhom; huwa tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti dment li l-proċeduri ta' korrezzjoni meħtieġa jiġu implimentati b'suċċess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

48.  Jinnota li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi fl-ewwel tliet snin tal-QFP attwali minħabba dewmien fl-adozzjoni tal-QFP 2014-2020 u n-novitajiet konsiderevoli introdotti għall-perjodu 2014-2020 li kkawżaw diffikultajiet amministrattivi minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni, wasslu għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' impenn mill-2014, l-aktar għall-2015 u l-2016, u għal livell baxx ta' pagamenti fl-2016 (u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'7 % matul il-perjodu 2014-2016 tal-QFP attwali); jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li l-2017 kienet l-ewwel sena meta l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (fondi SIE) aċċellerat; jistenna li din it-tendenza tkompli fl-2018 u fl-2019; jemmen li għandhom jiġu pprovduti livelli suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn sabiex l-implimentazzjoni tal-politika tipproċedi mingħajr xkiel;

49.  Jinnota bi tħassib in-nisġa kkumplikata ta' arranġamenti fil-baġit tal-Unjoni u madwaru, peress li din ixxekkel l-iskrutinju pubbliku, ir-responsabilità, it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-baġit tal-Unjoni u l-arranġamenti finanzjarji marbuta miegħu; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, minħabba n-nuqqas ta' unità tal-baġit tal-Unjoni, u jikkondividi t-tħassib tal-Qorti fir-rigward tal-kumplessità tal-baġit tal-Unjoni;

50.  Jibża' li minkejja l-użu estensiv ta' marġini u strumenti speċjali (ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-lstrument ta' Flessibilità), l-ammonti li jifdal jaf ma jkunux biżżejjed biex jiffinanzjaw avvenimenti mhux mistennija li jaf xorta jseħħu qabel l-2020;

51.  Jinnota bi tħassib li nħoloq livell rekord ta' impenji pendenti, li sa tmiem l-2016 kienu laħqu livelli rekord ta' EUR 238 biljun, 72 % ogħla minn kemm kienu fl-2007 u ekwivalenti għal 2,9 snin ta' pagamenti meta mqabbla ma' 2,2 snin fl-2017; iqis li dan żied l-ammonti dovuti mill-Unjoni u għaldaqstant l-esponiment finanzjarju tal-baġit tal-Unjoni;

52.  Jiddispjaċih li l-esponiment finanzjarju kumplessiv tal-baġit tal-UE kiber, b'obbligazzjonijiet, garanziji u obbligi ġuridiċi sinifikanti u fuq terminu twil, u dan jimplika li jeħtieġ li l-ġestjoni ssir b'attenzjoni fil-futur;

53.  Ifakkar li l-Unjoni qed tagħmel użu dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji u jiddispjaċih li l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) joħloq arranġamenti ġodda ta' governanza b'livell ta' skrutinju pubbliku li għadu mhux sodisfaċenti, u b'hekk jeħtieġ issir sorveljanza b'aktar reqqa min-naħa tal-Parlament; jenfasizza li kwalunkwe proposta leġiżlattiva jenħtieġ li ttejjeb b'mod sinifikanti l-kopertura ġeografika tal-FEIS; ifakkar li l-FEIS jenħtieġ li jibqa' għodda addizzjonali biex tingħata spinta lill-investimenti peress li l-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tibqa' l-politika ta' investiment tal-Unjoni; jinnota, madankollu, l-implimentazzjoni b'suċċess u l-ammont għoli ta' kapital privat ingranat mill-fond, u jirrikonoxxi t-titjib ulterjuri li ġie maqbul dwar it-trasparenza tiegħu tul in-negozjati għall-estensjoni tad-durata tal-FEIS, magħrufa bħala FEIS 2.0; jistieden lill-Qorti tfittex li jkollha stampa ġenerali aħjar tal-fażi tal-ippjanar u l-fażi ta' nfiq tal-fondi SIE;

54.  Ifakkar li r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tirrappreżenta pass kbir 'il quddiem f'dan ir-rigward, peress li tipproponi, permezz ta' input min-naħa tal-Parlament, preżentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji u, għall-ewwel darba, tipprovdi garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja f'dak il-qafas;

55.  Josserva li, f'konformità mal-prinċipji tal-politika ta' koeżjoni, il-fondi tal-Unjoni jikkostitwixxu sehem sinifikanti tan-nefqa ta' xi Stati Membri, u b'mod partikolari li f'disa' Stati Membri (il-Litwanja, il-Bulgarija, il-Latvja, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Polonja, il-Kroazja, l-Estonja, is-Slovakkja) l-impenji pendenti tal-fondi SIE jirrappreżentaw sostenn finanzjarju ta' aktar minn 15 % tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika; jistieden lill-Kummissjoni tħejji wkoll kampanja pubbliċitarja pożittiva bil-għan li tinforma liċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi f'aktar dettall dwar il-benefiċċji tas-sħubija tagħhom;

56.  Jibża' li l-Istati Membri fejn il-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) jirrappreżentaw perċentwal sinifikanti tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika jaf isibuha diffiċli li jidentifikaw biżżejjed proġetti ta' kwalità għolja li fuqhom jistgħu jonfqu l-fondi disponibbli tal-Unjoni jew li jipprovdu kofinanzjament; jistieden lill-Kummissjoni u l-Qorti biex jagħtu aktar attenzjoni għall-aspett tas-sostenibilità tal-proġetti ta' investiment proposti u biex jivvalutaw l-adegwatezza tagħhom b'mod kritiku;

57.  Jinsab iddiżappuntat minħabba r-raġunijiet li għalihom, tliet snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri nnominaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-fondi SIE; jinsab sodisfatt, madankollu, li bħalissa din iċ-ċifra hija ta' 99 %; għandu dubji fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-proċeduri fil-bidu ta' kull perjodu ta' programmazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza sew għaliex xi reġjuni għad għandhom rata baxxa ta' assorbiment tal-fondi, u tieħu azzjonijiet speċifiċi intiżi biex isolvu l-problemi strutturali;

58.  Jisħaq fuq il-punt li l-volum tal-fondi tal-Unjoni u t-twaqqit tar-riċevuta tagħhom jista' jkollhom impatt makroekonomiku konsiderevoli, bħal pereżempju fuq l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi;

59.  Jisħaq fuq il-punt li l-investiment pubbliku huwa meħtieġ biex tingħalaq id-diskrepanza fl-investiment u biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir u biex jiġu żgurati l-istandards soċjali fl-Unjoni;

60.  Jinnota li l-Kummissjoni mmobilizzat diversi riżorsi biex tindirizza l-kriżi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni, iżda ma stabbilietx struttura ta' rappurtar biex tkun tista' tirrapporta b'mod komprensiv dwar l-użu tal-fondi involuti; jiddeplora l-fatt li huwa attwalment impossibbli li nkunu nafu kemm qed jintefqu flus fuq kull migrant jew rifuġjat;

61.  Jinnota li, f'dak li jikkonċerna l-istrumenti finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni, ġie rrappurtat li l-pagamenti lir-riċevituri aħħarin kienu ta' EUR 15 192,18 miljun fl-għeluq (31 ta' Marzu 2017), li minnhom EUR 10 124,68 miljun kienu fondi strutturali, li laħqet rata ta' żborżament lir-riċevituri aħħarin ta' kważi 93 % tal-ammonti tal-programm operattiv imħallsa lil strumenti ta' inġinerija finanzjarja, jiġifieri żieda ta' 20 % meta mqabbel ma dak li ġie rrappurtat fi tmiem l-2015;

62.  Jinnota li r-rati ta' żborżament lir-riċevituri aħħarin rrappurtati varjaw b'mod estensiv bejn l-Istrumenti ta' Inġinerija Finanzjarja, b'varjazzjonijiet mhux biss bejn l-Istati Membri, li jvarjaw minn 60 % sa 99 %, iżda wkoll bejn l-oqsma ta' intervent;

63.  Jibża' li lejn tmiem il-QFP attwali u fl-ewwel ftit snin tal-QFP li jmiss jistgħu jakkumulaw pagamenti mhux imħallsa; iqis li l-finanzjament tal-QFP il-ġdid se jeħtieġ approprjazzjonijiet baġitarji realistiċi biex ikopru l-impenji pendenti projettati;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

64.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   (a) tqis it-tkabbir f'impenji pendenti fil-previżjoni tagħha tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-QFP li jmiss, tieħu inkunsiderazzjoni ż-żieda fl-impenji pendenti sabiex tgħin biex jinżamm bilanċ ordnat bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament.
   (b) tippreżenta proposti lill-Parlament u l-Kunsill, u tiżgura approċċ konsistenti għall-kwistjoni ta' jekk l-istrumenti speċjali għandhomx jingħaddu jew le fil-limiti massimi applikabbli għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-QFP;
   (c) għal skopijiet ta' ġestjoni u rappurtar, tistabbilixxi mod ta' kif tirreġistra l-infiq baġitarju tal-Unjoni li jippermetti li fil-futur isir rappurtar dwar il-finanzjament kollu relatat mal-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni;
   (d) tipprovdi lill-Parlament, fil-kuntest tal-kwittanza, rapport komprensiv dwar ir-riżorsi tal-baġit tal-Unjoni ġestiti u implimentati indirettament mill-Grupp tal-BEI (il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI), minbarra l-mandat estern tiegħu mis-sena finanzjarja 2017;
   (e) fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, tqis kif is-sistema baġitarja tal-UE tista' tiġi riformata biex tipprovdi baġit adegwat ħalli jiġu ggarantiti finanzjament adegwat għall-politiki ppjanati, bilanċ aħjar bejn il-prevedibilità u l-kapaċità ta' rispons, kif ukoll xi jkun l-aħjar mod li jiżgura li l-arranġamenti kumplessivi ta' finanzjament ma jkunux aktar kumpessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni u biex jiġi garantit l-obbligu ta' rendikont;
   (f) tqis ukoll il-possibilità li l-awtoritajiet nominati jew akkreditati li jaqdu funzjonijiet ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar tul il-perjodu 2014-2020, li wrew il-kapaċità tagħhom, jitħallew ikomplu jimplimentaw tali funzjonijiet fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss mingħajr interruzzjoni jew dewmien;
   (g) Jitlob għal darba oħra li l-Kummissjoni annwalment tistabbilixxi previżjoni fuq żmien twil tal-fluss tal-flus, li tkun tkopri perjodu bejn is-seba' u l-għaxar snin fil-futur, u li tinkludi l-limiti massimi baġitarji, il-ħtiġijiet ta' pagament, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità u d-diżimpenji potenzjali b'mod li l-ħtiġijiet ta' pagament jiġu jikkorrispondu aħjar mal-fondi disponibbli;
   (h) tassisti b'mod proattiv lill-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet permezz tal-assorbiment f'waqtu u mingħajr xkiel tal-finanzjament tal-Unjoni disponibbli billi jintużaw ir-riżorsi disponibbli għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni;

Il-ksib ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

65.  Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta' objettivi u indikaturi biex tkejjel il-prestazzjoni tas-servizzi u l-programmi ta' nfiq tagħha, filwaqt li bilkemm tagħmel użu minn kontoreferenzi, u dan ixekkel il-paragunabilità bejn tipi differenti ta' dokumenti dwar il-prestazzjoni; jiddispjaċih dwar l-ineżistenza virtwali ta' indikaturi tal-impatt u l-eżitu utilizzabbli u effiċjenti biex titkejjel il-prestazzjoni tan-nefqa tal-Unjoni u titqassam informazzjoni dwarha;

66.  Josserva li r-Rapporti Annwali tal-Attività tad-diretturi ġenerali jirrappurtaw dwar il-pagamenti annwali tad-direttorati ġenerali skont it-tip ta' attività/programm ta' nfiq, filwaqt li dwar il-prestazzjoni jirrappurtaw dwar il-ksib ta' objettivi ġenerali u speċifiċi mingħajr l-ebda indikazzjoni tal-infiq korrispondenti; ma jaqbilx mal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li ssostni li mhuwiex possibbli li jiġi eżaminat kemm intefqu flus biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ il-prinċipju ta' bbaġittjar ibbażat fuq il-prestazzjoni għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-baġit, li jippermetti li jsir rappurtar ex post fuq il-fondi li jintefqu biex jintlaħqu l-objettivi; 

67.  Ifakkar li, fl-2016, l-OECD wettqet stħarriġ dwar l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fil-pajjiżi tal-OECD u fil-Kummissjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-rikonoxximent min-naħa tal-OECD tal-kwalità tad-data u tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; ifakkar li l-OECD qieset li l-qafas ta' prestazzjoni tal-Kummissjoni kien l-aktar estensiv, u dan jista' jiġi parzjalment spjegat mill-għadd ta' rekwiżiti legali fl-Unjoni;

68.  Jinnota, madankolu, iċ-ċart tal-OECD tindika li l-użu u l-konsegwenzi tal-qafas għat-teħid ta' deċiżjonijiet ma jirriflettux dan il-livell ogħla ta' speċifikazzjoni (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 3.21);

69.  Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-programm għall-abbozz ta' baġit tal-Unjoni għall-2017 fihom 294 objettiv u 709 indikatur, li huma partikolarment ikkonċentrati taħt l-intestaturi tal-QFP 1a, 3 u 4, u li permezz tal-inizjattiva ta' "baġit iffukat fuq ir-riżultati", il-Kummissjoni attwalment qed tirrevedi l-indikaturi tagħha biex tipprovdi input għall-ġenerazzjoni ta' programmi ta' nfiq li jmiss; jisħaq fuq il-punt li l-Kummissjoni għandha prinċipalment tuża indikaturi tar-riżultati li għandhom valur rilevanti għall-prestazzjoni;

70.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm proċess trasparenti u demokratiku għall-istabbiliment ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jinvolvu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, is-sħab u l-partijiet interessati kollha kkonċernati b'mod li l-indikaturi jkunu adegwati biex ikejlu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll biex iwieġbu għall-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni.

71.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkonsulta rappreżentanti tad-dinja akkademika biex tiddefinixxi l-indikaturi xierqa tal-prestazzjoni li huma meħtieġa biex tiġi evalwata l-inizjattiva "baġit iffukat fuq ir-riżultati” u tkun tista' tagħti prijorità lill-investiment f'beni pubbliċi biex twieġeb għat-tħassib taċ-ċittadini;

72.  Jiddispjaċih li r-Rapporti Annwali tal-Attività tad-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni analizzati mill-Qorti kien fihom informazzjoni limitata dwar in-nuqqasijiet tal-prestazzjoni u l-isfidi relatati mal-objettivi tad-direttorati ġenerali (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 3.26);

73.  Jiddispjaċih li r-Rapporti Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2015 u l-2016 ma pprovdewx kopertura komprensiva tal-prestazzjoni u kienu pożittivi żżejjed, peress li bħala lakuna jsemmu biss id-dewmien fl-implimentazzjoni; jiddispjaċih, barra minn hekk, li r-rapporti:

   (a) ipprovdew tagħrif limitat dwar ir-riżultati tal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li dan kien intalab mill-Parlament fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014;
   (b) mhux dejjem spjegaw b'mod ċar l-influwenza tal-fatturi esterni fuq ir-riżultati;
   (c) ġew ippubblikati tard wisq biex jiġu riveduti mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha;

74.  Japprova l-fehma espressa mill-Qorti (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 3.38) li l-evalwaturi għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu eżaminati mill-Kummissjoni, inklużi pjanijiet ta' azzjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet;

75.  Jiddeplora l-fatt li, mill-2005 'l hawn, il-Kummissjoni ma wettqitx studju dwar l-użu li hija tagħmel mir-riżultati tal-evalwazzjoni u lanqas ma talbet li jsir studju ta' dan it-tip;

76.  Josserva li l-Kummissjoni m'għandha l-ebda sistema istituzzjonali ddokumentata li tippermetti li jsir segwitu regolari tal-evalwazzjonijiet;

77.  Jirrimarka, b'mod partikolari, li fil-prattika, il-pjanijiet ta' ġestjoni tad-Direttorati Ġenerali għall-2016 ma stabbilixxew ebda bażi għall-monitoraġġ tas-segwitu għall-evalwazzjoni;

78.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Kummissjoni m'għandhiex stampa ġenerali tal-konklużjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet jew tal-pjanijiet ta' azzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet tagħha, u ma tittraċċax l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell istituzzjonali jew fil-livell tad-direttorati ġenerali, hija ma tistax tinforma lill-partijiet ikkonċernati dwar l-impatt pożittiv tal-evalwazzjonijiet;

79.  Jiddispjaċih li r-Rapporti Annwali tal-Attività ma jinkludux dikjarazzjoni dwar il-kwalità tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata, u li wara li jadotta Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni, il-Kulleġġ tal-Kummissarji jieħu responsabilità politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni, iżda mhux għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati;

80.  Jilqa' b'sodisfazzjon u jieħu nota b'attenzjoni tal-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-oqfsa tal-prestazzjoni u r-rappurtar minn entitajiet fl-UE u barra minnha, b'mod speċjali fir-rigward tal-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni;

81.  Jinnota li m'hemm l-ebda sit web ċentrali għall-prestazzjoni li fih informazzjoni mid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni dwar kull qasam tal-baġit tal-Unjoni;

82.  Jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li l-qafas ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni applikat mill-Kummissjoni jista' jibbenefika mill-adozzjoni ta' prattiki internazzjonali tajba;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

83.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   (a) tissimplifika r-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi:
   tkompli tnaqqas l-għadd ta' objettivi u indikaturi li hija tuża għad-diversi rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, u tiffoka fuq dawk li jkejlu bl-aħjar mod il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; fit-tħejjija tal-QFP li jmiss, l-Kummissjoni għandha tipproponi inqas indikaturi u indikaturi tal-eżitu u l-impatt aktar xierqa għall-qafas legali tal-ġenerazzjoni ta' programmi li jmiss; f'dan il-kuntest, jenħtieġ ukoll li hija tqis ir-rilevanza tal-indikaturi li għalihom l-informazzjoni ma tistax tinkiseb qabel ma jkunu għaddew bosta snin;
   tippreżenta informazzjoni finanzjarja b'mod li jagħmilha kumparabbli mal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, sabiex ir-rabta bejn l-infiq u l-prestazzjoni tkun ċara;
   tispjega u ttejjeb il-koerenza ġenerali bejn iż-żewġ settijiet tagħha ta' objettivi u indikaturi, għall-programmi minn naħa waħda u għad-DĠs min-naħa l-oħra;
   (b) tibbilanċja aħjar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin li għad iridu jingħelbu;
   (c) turi aħjar li r-riżultati tal-evalwazzjoni jintużaw tajjeb billi tirrikjedi b'mod partikolari li l-evalwazzjonijiet jinkludu dejjem il-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet, li wara għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni;
   (d) tieħu responsabilità politika ġenerali fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati, u tindika, sa fejn taf hi, jekk l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni pprovduta hijiex ta' kwalità suffiċjenti;
   (e) tiffaċilita l-aċċessibilità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni billi tiżviluppa portal tal-internet u magna tat-tiftix iddedikati;

Preżentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

84.  Jinnota li l-baġit tal-Unjoni huwa ppreżentat f'taqsimiet li jikkorrispondu għal attivitajiet immexxija mill-istituzzjonijiet (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività); iqis li din il-preżentazzjoni ma tiżgurax għarfien ċara u rapida tal-objettivi li jridu jintlaħqu; jinnota, b'kuntrast ma' dan, li l-QFP huwa ppreżentat minn intestaturi li jikkorrispondu għal oqsma ta' politika;

85.  Jinnota li l-programmi operattivi li jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit joħolqu r-rabta bejn kull linja tal-baġit u l-objettivi politiċi li jridu jintlaħqu;

86.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-baġit tal-Unjoni skont l-objettivi politiċi tal-QFP;

Id-dħul

87.  Jilqa' l-fatt li l-evidenza għall-awditjar kumplessiva tal-Qorti tindika li d-dħul mhuwiex milqut minn livell ta' żball materjali u li s-sistemi eżaminati għal sistemi relatati mad-dħul huma kumplessivament effikaċi; jinnota, madankollu, li għar-riżorsi proprji tradizzjonali, il-kontrolli interni ewlenin f'ċerti Stati Membri li żaret il-Qorti kienu effikaċi biss parzjalment;

88.  Jinnota bi tħassib li fil-bidu tal-2017 l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikkonkluda investigazzjoni dwar każ ta' frodi fir-Renju Unit li jinvolvi telf possibbli ta' EUR 1 987 biljun fil-baġit tal-Unjoni f'termini ta' dazji doganali dovuti fuq tessuti u żraben importati miċ-Ċina li jgħaddu mir-Renju Unit fil-perjodu 2013-2016; jirrimarka li l-investigazzjoni żvelat ukoll evażjoni sostanzjali tal-VAT b'rabta mal-importazzjonijiet li jgħaddu mir-Renju Unit permezz ta' abbuż tas-sospensjoni tal-pagamenti tal-VAT (proċedura doganali 42);

89.  Jinnota bi tħassib li, f'dak li jikkonċerna d-dħul għall-2016, id-direttur ġenerali tad-DĠ għall-Baġit ħareġ riżerva għal dħul mir-riżorsi proprji tradizzjonali, fid-dawl tal-każ ta' frodi rivelat mill-OLAF b'rabta mad-dazji doganali tar-Renju Unit;

90.  Jirrimarka li, fl-2016, id-dħul affettwat mir-riżerva kwantifikata huwa bejn wieħed u ieħor ta' EUR 517-il miljun meta mqabbel mal-ammont totali ta' EUR 20,1 biljun ta' riżorsi proprji tradizzjonali: jiġifieri 2,5 % ta' riżorsi proprji tradizzjonali jew 0,38% tar-riżorsi kollha; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni preċiża dwar dan il-każ ta' frodi, li b'mod indirett jaf jaffettwa wkoll il-bażi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta' xi Stati Membri u b'hekk ir-riżorsi relatati mat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kif ukoll l-ibbilanċjar tal-Kummissjoni relatat mal-Introjtu Nazzjonali Gross(79);

91.  Jiddispjaċiħ dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li sa Ottubru 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ma kinux introduċew miżuri ta' rimedju bil-għan li jipprevjenu t-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali; jinnota li mit-12 ta' Ottubru 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit bdew japplikaw temporanjament il-limiti ta' valur waqt l-approvazzjoni għal ċerti kummerċjanti (l-hekk imsejħa Customs Operation Swift Arrow) bir-riżultat immedjat li t-telf relatat mar-riżorsi proprji tradizzjonali mġarrab fir-Renju Unit naqas b'mod drammatiku;

92.  Jiddispjaċih dwar diskrepanzi fil-livell ta' kontrolli doganali bejn l-Istati Membri differenti; jenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni tal-kontrolli fil-punti kollha ta' dħul fl-unjoni doganali u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ssir implimentazzjoni kkoordinata, uniformi u effiċjenti tas-sistema ta' fruntieri li tiskoraġġixxi prattiki diverġenti bejn l-Istati Membri biex jitnaqqas in-numru ta' lakuni eżistenti fis-sistemi ta' kontroll doganali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex teżamina l-prattiki differenti ta' kontroll doganali fl-UE u l-impatt tagħhom fuq id-devjazzjoni tal-kummerċ, filwaqt tiffoka b'mod partikolari fuq il-prattiki doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, u tiżviluppa analiżijiet ta' referenza u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet doganali u l-proċeduri użati fl-Istati Membri;

93.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta' azzjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tar-regolamenti tal-VAT f'kull Stat Membru sabiex jiġi żgurat tali sors ta' riżorsi proprji tal-Unjoni;

94.  Ifakkar li d-deċiżjoni ġdida dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni(80), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2016, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2014, stabbilixxiet li meta jitqies l-ING għall-finijiet tar-riżorsi proprji għandu jintuża l-qafas tal-kontabilità tas-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 2010), u li dan jipprevedi li l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp jitqies bħala investiment (u mhux nefqa kurrenti skontl-iskema preċedenti ESA 95); jinnota li, fil-każ ta' programmi oħra b'livell għoli ta' valur miżjud għall-Unjoni, bħal pereżempju l-FNE, għandha tiġi applikata l-istess kunsiderazzjoni;

95.  Jinnota ż-żieda sinifikanti tal-ING ikkomunikata mill-Irlanda fl-2015 minħabba r-rilokazzjoni tal-assi R&Ż ta' kumpaniji multinazzjonali fil-pajjiż;

96.  Josserva li l-Kummissjoni trid twettaq ħidma addizzjonali biex tiddetermina l-implikazzjonijiet potenzjali tal-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali għall-kontijiet nazzjonali, kemm f'dak li jikkonċerna l-metodoloġija kif ukoll f'dak li jikkonċerna l-proċess ta' verifika, u li minn dan jaf jiskattaw aġġustamenti għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING;

97.  Jirrimarka, f'dak li jikkonċerna l-ġestjoni ta' riżorsi proprji tradizzjonali, li l-Qorti u l-Kummissjoni sabu ineffiċjenzi fil-ġestjoni tal-ammonti riċevibbli (magħrufa bħala l-kontijiet B) f'xi Stati Membri;

98.  Jisħaq fuq il-punt li l-Qorti sabet li, fil-Belġju, il-kontrolli ta' wara r-rilaxx intgħażlu abbażi tal-karatteristiki tat-tranżazzjonijiet individwali minflok abbażi tal-profili tar-riskju tal-kumpaniji u li l-verifiki ta' wara r-rilaxx ġeneralment ma jsirux (rapport annwali tal-Qorti għall-2016, paragrafu 4.18);

99.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni nnotat li sitt Stati Membri - il-Belġju, l-Estonja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja - jew ma wettqu ebda verifika ta' wara r-rilaxx jew ma pprovdew ebda informazzjoni dwar dawn il-verifiki;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

100.  Jitlob li l-Kummissjoni:

   (a) tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-irkupru tar-riżorsi proprji tal-Unjoni li ma nġabrux mill-awtoritajiet tar-Renju Unit b'rabta mal-importazzjoni ta' tessuti u żraben miċ-Ċina u ttemm l-evażjoni tal-VAT;
   (b) tikkunsidra t-tnedija ta' proċeduri ta' ksur f'waqthom b'rabta mal-każ ta' frodi tad-dazji doganali tar-Renju Unit;
   (c) tanalizza, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-implikazzjonijiet potenzjali kollha ta' attivitajiet multinazzjonali fuq l-istima tal-ING u tipprovdilhom gwida dwar kif dawn l-attivitajiet għandhom jiġu ttrattati fil-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali;
   (d) tikkonferma, matul iċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tal-ING, li l-assi tar-R&Ż tniżżlu b'mod korrett fil-kontijiet nazzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari għall-valwazzjoni tal-assi tar-R&Ż u għall-kriterji ta' residenza f'każijiet fejn l-attivitajiet multinazzjonali jkunu ġew rilokati;
   (e) tressaq proposti għal riżorsi proprji ġodda sabiex tiġi żgurata l-istabilità tal-baġit tal-Unjoni;

Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Is-Sejbiet tal-Qorti

101.  Jinnota li l-Qorti ħarġet, għall-ewwel darba, opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jisħaq fuq il-punt li skemi ta' rimborż jibqgħu aktar suxxettibbli għall-iżbalji mill-iskemi ta' drittijiet; jirrimarka, madankollu, li d-data rreġistrata taħt il-kapitolu "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ma nbidlitx b'mod fundamentali meta mqabbla mas-snin preċedenti;

102.  Ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni jirrappreżentaw 59 % tal-infiq, li sar permezz tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku 2007-2013 (is-"Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka") u Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020 ("Orizzont 2020");

103.  Jinnota li l-Qorti stmat li r-rata ta' żball hija ta' 4,1 %; li l-ispejjeż tal-persunal diretti ineliġibbli li ammontaw għal 44 %, spejjeż diretti oħra ineleġibbli ammontaw għal 12 %, l-ispejjeż indiretti ammontaw għal 16 % u li proġetti jew benefiċjarji ineleġibbli ammontaw għal 16 %; josserva li fi 19-il każ fejn saru żbalji kwantifikabbli mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jidentifikaw u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jaċċettaw l-infiq;

104.  Josserva li li kieku l-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b'1,2 punti perċentwali.

105.  Japprezza li l-Kummissjoni investiet sforzi konsiderevoli għas-simplifikazzjoni bil-għan li tnaqqas il-kumplessità amministrattiva billi tintroduċi definizzjoni ġdida ta' remunerazzjoni addizzjonali għar-riċerkaturi, tissimplifika l-programm ta' ħidma Orizzont 2020 għall-2020-2018, tipprovdi appoġġ immirat għan-negozji l-ġodda u tagħmel użu akbar minn opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati; jinnota, madankollu, li l-Qorti tqis kemm l-opportunitajiet kif ukoll ir-riskji relatati mas-simplifikazzjoni ulterjuri tal-qafas legali;

106.  Jirrikonoxxi li l-Qorti eżaminat kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni; huwa tal-opinjoni, madankollu, li r-riżultati, meta wieħed iħares lejn l-eżitu, l-ispejjeż u d-disseminazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati preliminari;

Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ R&I)

107.  Jinnota li, f'konformità mal-istrateġija UE 2020, skont il-"Pjan Strateġiku għall-2016-2020", DĠ R&I ħadem biex jilħaq erba' objettivi:

   (a) spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment;
   (b) suq uniku diġitali konness;
   (c) unjoni tal-enerġija reżiljenti li tħares 'il quddiem fil-politika dwar it-tibdil fil-klima; kif ukoll
   (d) l-Ewropa bħala attur globali aktar b'saħħtu;

108.  Jilqa' l-fatt li sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Kummissarju Moedas stabbilixxa tliet prijoritajiet, jiġifieri "innovazzjoni miftuħa", "xjenza miftuħa" u "ftuħ għad-dinja";

109.  Jinnota li sabiex ikejjel il-progress lejn dawn l-objettivi stabbiliti, id-DĠ R&I uża ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni:

   (a) is-sehem tal-fondi allokati għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fi proġetti ta' Orizzont 2020 biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali u promossi teknoloġiji abilitanti u industrijali, u s-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tiġi allokata permezz tal-istrument għall-SMEs;
   (b) is-sehem ta' parteċipanti ġodda fost l-applikanti magħżula f'Orizzont 2020;
   (c) nefqa relatata mal-klima u mas-sostenibilità f'Orizzont 2020;
   (d) is-sehem tal-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi f'Orizzont 2020;
   (e) is-sehem ta' għotjiet iffirmati bi żmien għall-għotja b'konċessjoni ta' 245 jum;

110.  Jirrikonoxxi li d-DĠ R&I, fit-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet bil-miktub, ippubblika lista ta' pajjiżi kkonċernati mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tad-DĠ R&I; iħeġġeġ lid-DĠ R&I jippubblika l-proposti tad-direttorat għar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż direttament fir-Rapport Annwali tal-Attività, skont it-talbiet ripetuti tal-Parlament;

111.  Ifakkar li l-evalwazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka ġiet indirizzata fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza preċedenti(81);

112.  Jilqa' l-progress li sar fil-ksib tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tad-direttorat ġenerali għal Orizzont 2020:

   (a) 23,9 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mar għand l-SMEs (il-mira għall-2020 huwa 20 %);
   (b) 55 % tal-applikanti magħżula kienu parteċipanti ġodda (il-mira għall-2020 huwa 70 %);
   (c) 26 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni kien relatat mal-klima (il-mira għall-2020 huwa 25 %);
   (d) 54,9 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni kien relatat mas-sostenibilità (il-mira għall-2020 huwa 60 %);
   (e) il-pajjiżi terzi jipparteċipaw fi 3,6 % tal-proġetti taħt Orizzont 2020 (il-mira għall-2020 huwa 4,73 %);
   (f) f'91 % tal-każijiet id-DĠ R&I osserva l-perjodu ta' żmien għall-għotja ta' 245 jum (il-mira għall-2020 hija 100 %);

113.  Jindika li d-distribuzzjoni territorjali tal-Orizzont 2020 hija notevolment limitata fid-dawl tal-fatt li 72.5 % (12 121 miljun) mill-finanzjament tal-Orizzont 2020 jingħata lill-Ġermanja (EUR 3 464 miljun), lir-Renju Unit (EUR 3 083 miljun), lil Franza (EUR 2 097 miljun), lil Spanja (EUR 1 813 miljun) u lill-Italja (EUR 1 664 miljun);

114.  Jinnota li fl-2016 ġew iffirmati 183 ftehim ta' għotja għal Orizzont 2020 ma' parteċipanti minn pajjiżi terzi; jinnota li EUR 299.5 miljun ġew impenjati favur parteċipanti mill-Isvizzera fi ftehimiet ta' għotja ffirmati fl-2016 filwaqt li l-kontribuzzjoni tal-Isvizzera favur l-Orizzont 2020 ammontat għal EUR 180.9 miljun; jirrifjuta li jagħti "l-istatus ta' riċevitur nett" lil wieħed mill-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja; jistieden lill-Kummissjoni tressaq regolament biex tali żbilanċ jiġi kkumpensat;

115.  Jirrikonoxxi s-suċċess taċ-ċentru ta' appoġġ komuni u l-kontribut tiegħu għas-simplifikazzjoni u l-għoti ta' parir legali u tekniku; jistaqsi lid-DĠ R&I x'miżuri ta' simplifikazzjoni biħsiebu jipproponi għall-perjodu wara l-2020;

116.  Jieħu nota tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għad-DĠ R&I fl-2016:

Approprjazzjonijiet ta' pagament għad-DĠ R&I, inkluża l-kontribuzzjoni tal-EFTA

Il-metodu ta' ġestjoni

Eżekuzzjoni

F'EUR miljuni

Punti perċentwali

Kodelegati jew subdelegati lil DĠ oħra

161,20

5,34

DĠ R&I direttament

1 878,28

62,17

DĠ R&I lill-korpi stabbiliti skont l-Artikolu 185

86,40

2,86

DĠ R&I lill-BEI

312,72

10,35

DĠ R&I lill-Impriżi Konġunti

582,37

19,28

Total

3 020,97

100%

117.  Jenfasizza li 14,39 % tal-baġit li jammonta għal kważi EUR 444 miljun ġie implimentat permezz ta' strumenti finanzjarji;

118.  Jenfasizza wkoll li 39,36 % (meta mqabbel mat-28.14 % fl-2015) tal-baġit tad-DĠ R&I ġie fdat lil entitajiet oħra barra l-Kummissjoni, b'mod partikolari għall-implimentazzjoni ta' partijiet tal-programmi qafas taħt il-ġestjoni (indiretta) tal-għotjiet u tas-sistemi ta' kontroll tal-istrumenti finanzjarji;

119.  Jieħu nota, b'interess, li d-DĠ R&I stabbilixxa strateġija ta' superviżjoni għall-istrumenti finanzjarji u, għaldaqstant, jixtieq ikun jaf kif id-DĠ R&I jistabbilixxi jekk inkisbux objettivi relatati mal-finanzi u r-riċerka;

120.  Jinnota li d-DĠ R&I stima li r-rata ta' żball kumplessiva identifikata hija ta' 4.42 %, b'rata ta' żball residwu ta' 3,03 %;

121.  Josserva li l-Kummissjoni stmat li l-ammont globali f'riskju fil-punt ta' għeluq huwa bejn EUR 73.5 miljun u EUR 104 miljun;

122.  Jilqa' l-eżaminazzjoni min-naħa tad-DĠ R&I tal-kosteffettività tal-ġestjoni diretta u indiretta tal-għotjiet;

123.  Jiddispjaċih li d-DĠ R&I reġa' ħareġ riżerva orizzontali rigward ir-rata ta' żball residwu fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fis-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, implimentat direttament minnu;

124.  Ifakkar l-opinjoni tiegħu, espressa fil-paragrafu 76 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-2015, li l-Kummissjoni għandha: "tiżviluppa approċċ aktar sinifikanti u bbażat fuq ir-riskju, u biex tuża r-riżervi speċifiċi meta jkun hemm bżonn";

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

125.  Jistieden lid-DĠ R&I jippubblika l-proposti tad-direttorat għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu;

126.  Jistieden lid-DĠ R&I jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) li sab nuqqasijiet fil-koerenza tal-approċċ ta' monitoraġġ tal-proġett fil-korpi kollha ta' implimentazzjoni ta' Orizzont 2020;

127.  Jistieden lid-DĠ R&I jirrapporta dwar il-progress li sar mis-Servizz tal-Awditjar Komuni biex iżid il-maturità tal-proċessi interni tiegħu;

128.  Jistieden lid-DĠ R&I jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar l-istrateġija ta' kontroll tiegħu għall-istrumenti finanzjarji u dwar kif id-DĠ R&I jistabbilixxi jekk l-objettivi finanzjarji u dawk relatati mar-riċerka nkisbux;

129.  Jistieden lid-DĠ R&I biex lill-kumitat kompetenti tal-Parlament jispjegalu x'miżuri ħa biex jevita li jkun hemm riżervi orizzontali rigward ir-rata ta' żball residwu fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż;

130.  Iqis li fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, l-istandards u l-istandardizzazzjoni jappoġġaw l-impatt tar-riżultati tar-riċerka fuq livell ta' tħejjija teknoloġika differenti peress li jsaħħu l-kummerċjabilità u t-trasferibilità ta' prodotti u soluzzjonijiet innovattivi; jinnota, barra minn hekk, li l-istandards u l-attivitajiet relatati jappoġġaw id-disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġetti tal-Orizzont 2020 billi jxerrdu l-għarfien anki wara li jintemmu l-proġetti u dan billi jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-involviment tal-istandardizzazzjoni fis-sejħiet futuri u tiżviluppa indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jqisu l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni;

Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Introduzzjoni

131.  isir jaf, mis-"Seba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali" (COM(2017)0583) li, minn naħa, il-konverġenza hija proċess fraġli li jista' jiġi interrott u invertit faċilment mill-kriżijiet ekonomiċi, iżda li, min-naħa l-oħra, l-investimenti pubbliċi jaf iċekknu l-impatt tal-kriżijiet;

132.  Huwa sodisfatt li r-rata ta' impjieg fl-2016 reġgħet laħqet il-livell ta' 71 % li kien hemm qabel il-kriżi tal-2008, iżda s-sitwazzjoni tvarja sostanzjalment fl-Unjoni kollha u din ir-rata hija ferm inferjuri għall-mira ta' 75 % tal-Ewropa 2020; jinnota bi tħassib li r-rati tal-qgħad jibqgħu għoljin wisq, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u dawk qiegħda fit-tul;

133.  Jilqa' l-fatt li bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Parlament, id-DĠ REGIO spjega fid-dettall ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

134.  Huwa konxju li xi dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju rivedut dwar il-politika ta' koeżjoni huma mistennija li jidħlu fis-seħħ b'mod retroattiv;

135.  Jinsab imħasseb li tali modifiki jaf iwasslu għal żbalji addizzjonali, peress li l-programmi u l-proġetti ntgħażlu fuq il-bażi ta' regolamenti li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

Is-Sejbiet tal-Qorti

136.  Jinnota li l-Qorti ħarġet, għall-ewwel darba, opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jisħaq fuq il-punt li skemi ta' rimborż jibqgħu aktar suxxettibbli għall-iżbalji mill-iskemi ta' drittijiet; jirrimarka, madankollu, li d-data rreġistrata taħt il-kapitolu "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" ma nbidlitx b'mod fundamentali meta mqabbla mas-sena ta' qabel;

137.  Ifakkar li fl-2016 l-ammont disponibbli taħt l-intestatura "Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali" ammonta għal EUR 51,25 biljun, li jirrappreżenta 33 % tal-baġit tal-Unjoni;

138.  Jinnota li l-Qorti stmat li r-rata ta' żball f'dan il-qasam politiku hija ta' 4,8 %; barra minn hekk il-Qorti osservat li l-livell ta' żball stmat għal koeżjoni ma inkludiex kwantifikazzjoni tal-iżborżamenti li saru fl-2016 favur l-istrumenti finanzjarji, li jammontaw għal EUR 2,5 biljun, u li l-Qorti qieset li kienu barra mill-perjodu ta' eliġibilità ddefinit fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2016, il-paragrafi 6,20 sa 6,21); osserva li dawn l-iżborżamenti jkunu jirrappreżentaw livell ta' żball stmat ta' 2,0 % għan-nefqa kumplessiva tal-Unjoni (ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2016, kaxxa  1.2, nota f'qiegħ il-paġna 1);

139.  Jirrimarka li l-iżbalji fil-koeżjoni kkontribwew għal 43 % tal-livell kumplessiv ta' żball stmat ta' 3,1 %; jinnota li waħda mir-raġunijiet għar-rata ta' żball għolja hija l-kumplessità tar-regolamentazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

140.  Jinnota li l-Qorti analizzat kampjun ta' 180 tranżazzjoni minn 54 pagament interim għall-2013-2007, u relatati ma' 92 proġett tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), 36 proġett tal-Fond ta' Koeżjoni (FK), 40 proġett tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), 11-il strument finanzjarju tal-FEŻR u strument finanzjarju wieħed tal-FSE;

141.  Jistieden lill-Kummissjoni biex debitament tqis ir-rimarki tal-Qorti, li sabet xi ineżattezzi fl-analiżi tal-prestazzjoni ta' minn tal-anqas erba' strumenti finanzjarji tal-FEŻR u FSE mit-12 eżaminati fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2016; jikkondividi t-tħassib tal-Qorti, li tenfasizza li dawn l-iżbalji għandhom l-effett li jiddikjaraw il-prestazzjoni b'mod eċċessiv u, jekk ma jiġux ikkoreġuti, jistgħu iżidu artifiċjalment l-ammont iddikjarat ta' nfiq eliġibbli fl-għeluq, speċjalment fil-każ ta' fondi ta' garanzija;

142.  Jinnota wkoll li 42 % tal-iżbalji kienu kkawżati minn kosti ineliġibbli inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, 30 % huma relatati ma' nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku, u 28 % huma relatati ma' proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli;

143.  Jinnota b'dispjaċir li wieħed mis-sorsi ewlenin ta' żbalji relatati mal-infiq taħt il-kapitolu "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" għadu l-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jindika li ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jinkludi l-għoti dirett ta' kuntratti addizzjonali jew xogħlijiet jew servizzi addizzjonali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda ġustifikazzjoni, l-esklużjoni illegali ta' offerenti, il-kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm politika ta' trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-iżbalji u l-abbużi tar-regoli;

144.  Jilqa' li l-Qorti enfasizzat li l-proġetti li jużaw għażliet tal-ispejjeż issimplifikati huma inqas suxxettibbli għall-iżbalji meta mqabbla mar-rimborżi tal-ispejjeż attwali;

145.  Huwa mħasseb li l-kampjun kien jinkludi wkoll tliet "proġetti kbar", li kienu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u li għalihom l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma kinux ippreżentaw l-applikazzjoni meħtieġa qabel l-iskadenza tal-31 ta' Marzu 2017; jinnota li l-Kummissjoni għandha, għaldaqstant, tirkupra l-infiq;

146.  Mhuwiex sodisfatt li, bħal fis-snin ta' qabel, ir-rata ta' żball setgħet kienet 3,7 punti, jiġifieri 1.1 %, inqas li kieku l-Istati Membri użaw l-informazzjoni disponibbli għalihom biex jipprevjenu, jew biex jidentifikaw u jikkoreġu, l-iżbalji fil-kontrolli tal-ewwel livell qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni;

147.  Jinsab imħasseb li snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri ddeżinjaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi responsabbli għall-fondi taħt il-politika ta' koeżjoni. mill-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet kontijiet finali b'nefqa li tkopri biss 0.7 % tal-baġit allokat għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu; minn nofs l-2017, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit kien akbar milli kien fl-istess punt fil-perjodu 2007-2013; jinnota li, konsegwentement, l-impenji pendenti fi tmiem il-perijodu attwali ta' finanzjament jistgħu jkunu saħansitra ogħla minn kif kienu fil-perjodu preċedenti;

148.  Japprezza li l-kapitolu dwar il-"Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" jinkludi wkoll taqsima dwar il-prestazzjoni tal-proġetti; jiddispjaċih, madankollu, li din it-taqsima tiffoka l-aktar fuq informazzjoni kwantitattiva, jiġifieri n-numru tas-sistemi li hemm fis-seħħ għall-kejl tal-prestazzjoni;

L-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja

149.  Ifakkar li s-sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja fl-2016 ġie ppubblikat biss fl-20 ta' Settembru 2017, u li għaldaqstant il-Qorti ma setgħetx tikkummenta fuq id-dokument;

150.  Jinnota li ċ-ċifri ewlenin għall-2016 huma dawn li ġejjin:

   (a) huma 25 dawk l-Istat Membri li qed jużaw l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja, 25 qed jużawhom għas-sostenn tal-intrapriżi, 11 għall-iżvilupp urban u 9 għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli;
   (b) fl-Unjoni kollha hemm 1,058 strument ta' inġinerija finanzjarja, u dawn huma magħmula minn 77 fond ta' investiment u 981 fond speċifiku;
   (c) 89 % ta' dawn l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja qed jipprovdu sostenn għall-intrapriżi, 7 % għal żvilupp urban, 4 % għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli;
   (d) il-pagamenti favur l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja jammonta għal EUR 16.4 biljun, inklużi EUR 11.3 biljun f'fondi strutturali;
   (e) il-pagamenti lir-riċevituri aħħarin ammontaw għal EUR 15.2 biljun, inklużi EUR 10,1 biljun f'fondi strutturali, jiġifieri 93 % tal-pagamenti totali favur l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;
   (f) abbażi tal-81 % tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja li dwarhom ġie kkomunikat rapport, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni laħqu total ta' EUR 0,9 biljun jew 6,7 % tal-pagamenti totali lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja kkonċernati;
   (g) EUR 8,5 biljun ta' riżorsi ngħataw lura;
   (h) 314 000 riċevitur aħħari ngħataw sostenn;

151.  Josserva li, matul is-snin u l-perjodi ta' finanzjament, l-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja żdied b'mod drammatiku, u b'hekk il-finanzjament mill-fond strutturali sar aktar kumpless u għaldaqstant inħolqu riskji għar-responsabilità demokratika; jinnota li huwa mistenni li EUR 20,1 biljun tal-FEŻR u l-FK se jitwassal permezz ta' strumenti finanzjarji sa tmiem l-2020;

152.  Jinsab imħasseb, f'dan il-kuntest, li l-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali ma koprewx biżżejjed l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

153.  Jiddetermina li 63 % (675) tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja tnedew fil-Polonja (247), fi Franza (152), fl-Ungerija (139) u fl-Italja (137);

154.  Jiddispjaċih li 6,7 % tal-pagamenti totali favur l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja kkonċernati (EUR 900 miljun) kienu destinati għal spejjeż u tariffi ta' ġestjoni; iqis li dan l-ammont huwa inadegwatament għoli;

155.  Jinnota li fir-rappurtar tad-data għad hemm numru ta' żbalji u diskrepanzi; dawn jinkludu ammonti żgħar iżda sinifikanti ta' riżorsi ta' programmi operattivi impenjati fil-ftehmiet ta' finanzjament iżda mhux imħallsa lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja fl-għeluq, żieda kemm fil-pagamenti ammonti impenjati lil għadd ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja wara l-31 ta' Diċembru 2015 u, f'xi każijiet, ammonti ogħla mħallsa lir-riċevituri aħħarin meta mqabbla ma' dawk imħallsa lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja(82);

Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO)

156.  Jieħu nota tal-fatt li l-evalwazzjoni ex post tal-FEŻR-FK tindika li għalkemm il-konverġenza reġjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 ma kinitx biżżejjed, mingħajr il-politika ta' koeżjoni kien ikun hemm diverġenza minħabba li l-kriżi finanzjarja tal-2007-2008 ħolqot klima xejn favorevoli għall-investiment u l-konverġenza;

157.  Jissottolinja li kwalunkwe konklużjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tibqa' limitata, peress li din tkun teħtieġ rieżami aktar komprensiv tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata mill-programmi 2007-2013, rieżami li suppost kellu jitlesta biss sa Awwissu 2017; jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar ir-riżultat tar-rieżami;

158.  Josserva li, għall-implimentazzjoni tal-perjodu ta' finanzjament 2014-2020, il-Kummissjoni tirrapporta li ntgħażlu aktar minn 50 000 proġett li jikkorrispondu għal EUR 64.1 biljun tal-investiment totali, inħolqu 45 000 proġett ta' kooperazzjoni tal-intrapriżi mal-istituzzjonijiet ta' riċerka, u li aktar minn 380 000 SME irċevew appoġġ mill-fondi ta' koeżjoni, u dan irriżulta f'aktar minn 1 000 000 impjieg;

159.  Josserva li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll, għall-istess perjodu ta' finanzjament, li aktar minn EUR 75 biljun mill-FEŻR u mill-FK jipprovdu appoġġ għall-objettvi tal-unjoni tal-enerġija u l-adattamenti għat-tibdil fil-klima; barra minn hekk, intgħażlu aktar minn 5 000 proġett fuq il-post biex jappoġġjaw l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

160.  Jinnota li t-tabella ta' hawn taħt turi l-approprjazzjonijiet totali ta' impenn u ta' pagament awtorizzati fl-2016:

2016 f'EUR miljuni

Approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati

Approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati

Infiq amministrattiv għall-qasam tematiku "Politika reġjonali u urbana"

16,75

24,52

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u operazzjonijiet reġjonali oħra

27 163,16

22 911,83

Fond ta' Koeżjoni (FK)

8 775,98

7 456,71

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni – Żvilupp reġjonali u kooperazzjoni reġjonali u territorjali

54,14

522,95

Fond ta' Solidarjetà

81,48

68,48

Total

36 091,51

30 984,47

161.  Jirrimarka, madankollu, li din l-istatistika ma tagħtix wisq informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-prestazzjoni ta' dawn il-proġetti;

162.  Ifakkar l-importanza kbira attribwita lill-kundizzjonalitajiet ex ante għad-definizzjoni ta' kundizzjonijiet speċifiċi għas-settur u orizzontali biex jiġi żgurat infiq effikaċi fl-ambitu tal-fondi SIE; ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex ante u tiġi implimentata ż-żamma ta' 10 % mill-pagamenti prevista mir-regolament rivedut, l-implimentazzjoni tal-proġetti għandha tkun aktar faċli u inqas suxxettibbli għall-iżbalji; jinnota, madankollu, li r-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 15/2017 jistaqsi kemm dan effettivament wassal għal bidliet fuq il-post;

163.  Jiddispjaċih li sa tmiem l-2016 kienu nħatru 87 % biss tal-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni (181 minn 209), u li ma kienet inħatret l-ebda awtorità għal 28 programm ġenerali (fl-Awstrija nħatret awtorità għal programm wieħed biss, fil-Belġju għal 2 biss, fil-Ġermanja għal 8 biss, fil-Finlandja għal 1 biss, fi Franza għal 2 biss, fl-Irlanda għal 2 biss, fl-Italja għal 6 biss, fir-Rumanija għal 4 biss, fis-Slovakkja għal 1 biss, fir-Renju Unit għal 1 biss);

164.  Jinnota b'sorpriża li d-diffikultajiet ewlenin li ġew identifikati fil-proċess tal-ħatra kienu relatati mal-ħolqien ta' sistemi tal-IT biex jiddaħħlu l-elementi ġodda tal-perjodu 2014-2020 f'dak li għandu x'jaqsam mar-rappurtar u d-disinn tal-proċeduri bil-għan li tiġi żgurata li l-awtoritajiet maniġerjali jkunu jistgħu jwettqu superviżjoni robusta fuq il-korpi intermedjarji;

165.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, li – b'mod ġenerali – intgħażlu 26,1 % biss tal-proġetti, u 3,7 % biss tal-fondi strutturali disponibbli ġew assorbiti fi tmiem l-2016, filwaqt li l-proċess tal-għażla żied il-pass fl-2017; iqis li l-bidu batut jista' jwassal għal għadd kbir ta' impenji pendenti fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament attwali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi aktar sforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

166.  Jenfasizza li l-għażla tal-proġetti saret partikolarment bil-mod fi Spanja, Ċipru, ir-Rumanija, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u s-Slovakkja;

167.  Jinnota li, konsegwentement, għall-biċċa l-kbira tal-programmi operattivi (247 minn 295) l-ebda ammont ma ġie ċċertifikat fil-kontijiet (kien hemm "kontijiet żero") peress li l-ebda nfiq ma ġie ddikjarata sal-31 ta' Lulju 2016;

168.  Huwa sodisfatt li l-Kummissjoni, abbażi ta' opinjonijiet dwar l-awditi preliminari rigward il-pakketti ta' assigurazzjoni li waslulha, ma identifikat l-ebda inkonsistenza materjali;

169.  Jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li 7 mid-9 verifiki tal-Kummissjoni fi programmi operattivi jew oqsma b'riskju għoli kixfu nuqqasijiet sinifikanti (fl-Ungerija, it-trasport, l-amministrazzjoni elettronika u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi; fl-Italja, il-programmi operattivi fl-ambitu tal-prijorità 3, jiġifieri n-netwerks, il-mobbiltà u l-edukazzjoni (Reti e mobilità, istruzione) u tal-assistenza teknika; fir-Rumanija, il-programmi operattivi fil-qasam tal-kompetittività u l-ambjent);

170.  Jinnota li 278 sistema ta' ġestjoni u kontroll minn 322 irċevew opinjoni mingħajr riżervi jew "kwalifikata b'impatt moderat"; billi f'40 każ il-Kummissjoni ħarġet opinjoni kwalifikata b'impatt sinifikanti;

171.  Jinnota li l-Kummissjoni kkalkulat li l-ammont globali f'riskju fil-mument tal-pagament jammonta għal bejn EUR 644.7 u EUR 1 257,3 miljun, u li l-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji, fl-eżerċizzju tar-rwol superviżorju tagħha, li jammontaw għal EUR 481 miljun fl-2016;

172.  Jinnota li l-Kummissjoni stmat li r-rata medja ta' żball kumplessiva tal-pagamenti għall-2016 għall-programmi tal-FEŻR/FK 2007-2013 kienu fil-medda ta' bejn 2,2 % u 4,2 %, u r-rata tal-iżball residwu fl-għeluq kienet ta' bejn wieħed u ieħor 0,4 %; jenfasizza li, għal darb'oħra, l-intestatura "Koeżjoni" kienet dik li kkontribwiet l-aktar għal-livell ta' żball stmat għall-2016, segwita mill-intestaturi "Riżorsi naturali", "Kompetittività" u "Ewropa Globali"; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Istati Membri biex jitjiebu s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħhom u tkompli tuża l-għodod superviżorji legali disponibbli biex tiżgura li jiġu kkoreġuti l-iżbalji materjali kollha;

173.  Jinnota li l-Kummissjoni rreġistrat 68 riżerva għall-perjodu ta' finanzjament li għadda u 2 riżervi għall-perjodu ta' finanzjament attwali;

Kwistjonijiet speċifiċi

Il-Greċja

174.  Jilqa' l-isforzi tad-DĠ REGIO biex isir progress f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista tal-proġetti prijoritarji fil-Greċja;

175.  Jilqa', f'dan il-kuntest:

   (a) il-ħolqien ta' erba' konċessjonijiet ta' awtostradi (Ateni-Tessaloniki, Korinthos-Tripoli-Kalamata, Korinthos-Patras u Patras-Ioannina; li bejniethom ikopru aktar minn 1 000 km ta' toroq), u li issa nfetħu u huma apprezzati ħafna mill-utenti,
   (b) il-programm ta' "ffrankar ta' enerġija fid-djar" (taħlita ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja u għotjiet), li tejjeb l-effiċjenza enerġetika f'46 000 dar u ħoloq 6 000 impjieg; id-domanda tant kienet kbira li minnufih inħoloq programm ieħor għall-2020-2014,
   (c) strumenti finanzjarji, b'mod partikolari l-JEREMIE, li ppermettew il-ħolqien jew is-salvagwardja ta' iżjed minn 20 000 impjieg,
   (d) il-proġett ta' preskrizzjoni elettronika għall-mediċini, li ta' kull xahar jamministra aktar minn 5,5 miljun preskrizzjoni elettronika u 2,4 miljun riferiment dijanjostiku, bl-involviment ta' 13 000 spiżerija u 50 000 tabib, u li wassal għal iffrankar konsiderevoli ta' spejjeż għall-baġit tas-saħħa pubblika Grieg;

176.  Jiddispjaċih, min-naħa l-oħra, li:

   (a) il-proġetti tal-metrò f'Ateni (l-estensjoni tal-linja 3 għal Piraeus) u f'Tessaloniki (linja prinċipali) kellhom dewmien serju li rrikjeda l-integrazzjoni gradwali tagħhom fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;
   (b) xi proġetti ewlenin fis-settur ferrovjarju, is-settur diġitali u s-settur tal-enerġija ġew ikkanċellati jew posposti, u li għaldaqstant kellhom jiġu integrati gradwalment u trasferiti kollha kemm huma fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;
   (c) parti kbira mill-infrastruttura tal-ilma mormi u tal-immaniġġjar tal-iskart solidu għad trid titlesta;

177.  Jilqa' l-fatt li l-OLAF lesta l-investigazzjoni amministrattiva tiegħu dwar il-Proġett Ċek "Stork Nest"; jinnota li l-fajl miftuħ mill-OLAF dwar il-każ ġie ppubbliċizzat mill-mezzi tax-xandir Ċeki; jiddispjaċih li l-OLAF sab irregolaritajiet serji;

178.  Jistieden lid-DĠ REGIO jirkupra l-kofinanzjament tal-Unjoni involut, jiġifieri EUR 1.67 miljun, u japplika s-sanzjonijiet meħtieġa;

179.  Jinnota li fil-25 ta' Jannar 2018 ir-Repubblika Ċeka rtirat il-proġett "Stork Nest" mill-finanzjament tal-Unjoni u li, b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proġett diġà jinsab taħt stħarriġ ġudizzjarju fir-Repubblika Ċeka;

180.  Jesprimi tħassib dwar l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li s-sehem ta' kuntratti mogħtija li rċevew offerta waħda biss fl-Ungerija huwa ta' 36 %; jinnota li l-medja tal-Unjoni hija ta' 17 %; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-kompetizzjoni fil-proċeduri tal-offerti;

181.  Jilqa' l-valutazzjoni pożittiva tal-10 snin ta' Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (CVM) għall-Bulgarija u r-Rumanija(83); jesprimi tħassib dwar il-pass lura li sar dan l-aħħar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' livell għoli fil-Bulgarija u r-Rumanija; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' kontra l-korruzzjoni f'dawn iż-żewġ Stati Membri; jenfasizza r-riżultati impressjonanti tal-aġenzija kontra l-korruzzjoni fir-Rumanija fl-isforzi tagħha biex issolvi każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli u medju; jenfasizza li t-tkomplija ta' dan l-isforz huwa ta' importanza fundamentali biex tiġi kkonsolidata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

182.  Jikkundanna d-delitt reċenti mwettaq fil-konfront ta' ġurnalista Slovakk, li jista' jkun relatat max-xogħol investigattiv tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-fondi agrikoli tal-Unjoni fis-Slovakkja;

183.  Jinnota li l-OLAF lesta wkoll investigazzjoni amministrattiva dwar self mogħti lill-Grupp Volkswagen mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI);

184.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-BEI, Werner Hoyer, li fiha jgħid li: "Għadna ma nistgħux neskludu li s-self ta' EUR 400 miljun li tajna lil "Volkswagen Antrieb RDI" kien marbut ma' teknoloġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet żviluppati fiż-żmien meta ġie ddisinjat u użat is-software ta' manipulazzjoni. Issa se nagħmlu rieżami tal-konklużjonijiet tal-OLAF u nikkunsidraw kull azzjoni disponibbli u xierqa. [...]Aħna ddiżappuntati ħafna b'dak li affermat l-investigazzjoni tal-OLAF, jiġifieri li l-Volkswagen qarraq bil-BEI dwar l-użu tal-apparat ta' manipulazzjoni.";

Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL)

185.  Jinnota li d-DĠ EMPL jenfasizza kif ġej il-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-Unjoni għall-2020:

   (a) ir-rata ta' impjieg fl-Unjoni għal dawk bejn l-20 u l-64 sena laħqet il-71.2 % fit-tielet kwart tal-2016; għall-ewwel darba, din ir-rata issa hija ogħla minn dik osservata fl-2008 (70,3 %) u r-rata fil-mira tal-istrateġija Ewropa 2020 tista' tintlaħaq jekk tkompli din ix-xejra;
   (b) il-qgħad totali qed ikompli jonqos u issa qiegħed taħt l-10 % kemm fl-Unjoni kif ukoll fiż-żona tal-euro; madankollu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul jibqgħu sfidi ewlenin għall-Unjoni, minkejja t-tnaqqis rispettiv osservat minn 19,5 % f'Diċembru 2015 għal 18,6 % f'Diċembru 2016, u minn 4,3 % fit-tielet kwart tal-2015 għal 3,8 % fit-tielet kwart tal-2016;
   (c) l-irkupru ekonomiku li beda fl-2013 kien ukoll akkumpanjat minn tnaqqis kontinwu, għalkemm insuffiċjenti, fil-faqar, imkejjel bir-rata ta' persuni f'riskju ta' faqar – li niżlet minn 24,7 % fl-2012 għal 23,7 % fl-2015 – iżda l-irkupru għadu mhux qed jilħaq lill-partijiet kollha tas-soċjetà u fl-2016 kien hemm 118-il miljun ruħ f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali (1,7 miljun persuna aktar mill-2008), u għaldaqstant għadna 'l bogħod milli nilħqu l-mira tal-faqar u l-esklużjoni soċjali ta' Ewropa 2020;
   (d) l-investimenti biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-mobbiltà ġeografika u professjonali filwaqt li jiġu indirizzati r-riskji ta' distorsjonijiet u abbużi kkontribwew għal żieda progressiva fir-rata ta' mobbiltà fl-Unjoni, li laħqet it-3,6 % tal-popolazzjoni fl-2015;

186.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-inugwaljanza fid-distribuzzjoni tal-introjtu żdiedet bejn l-2013 u l-2014 u, għalkemm baqgħet stabbli minn dak iż-żmien 'l hawn, f'xi każijiet kompliet tikber; jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fl-2016, l-aktar 20 % sinjuri tan-nies kellhom introjtu disponibbli li kien madwar ħames darbiet ogħla minn dak tal-ifqar 20 %, b'differenzi kbar bejn il-pajjiżi (u żieda fl-inugwaljanza f'xi wħud minnhom);

187.  Jilqa' l-evalwazzjoni ex post tal-perjodu ta' programmazzjoni tal-FSE 2007-2013, li ġiet iffinalizzata fit-12 ta' Diċembru 2016; jinnota li, fi tmiem l-2014, tal-inqas 9,4 miljun resident Ewropew kienu sabu impjieg bl-għajnuna tal-FSE, 8.7 miljuni kienu kisbu kwalifika jew ċertifikat u 13.7 miljun parteċipant irrappurtaw riżultati pożittivi oħrajn, bħal żieda fil-livelli tal-ħiliet; jinnota li l-FSE kellu wkoll impatt pożittiv fuq il-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta' 28 Stat Membru (żieda ta' 0,25 %) u fuq il-produttività, skont simulazzjonijiet makroekonomiċi;

188.  Josserva li din id-data kwantitattiva turi tabilħaqq xejra pożittiva iżda ma tagħtix wisq ħjiel dwar il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tal-miżuri;

189.  Jikkritika bis-saħħa lid-DĠ EMPL talli ma ppubblikax il-proposti tad-direttorat għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament;

190.  Jinnota li t-tabella ta' hawn taħt turi l-approprjazzjonijiet totali ta' impenn u ta' pagament awtorizzati fl-2016:

2016 f'EUR miljuni

Approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati

Approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

12 438,2

8 132

Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)

534,7

278

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

27,6

27,6

L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) - Żvilupp tar-Riżorsi Umani

0

82,3

Ġestjoni Diretta (Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, Erasmus +) u aġenziji

289

275

Total

13 290

8 795

191.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ EMPL żviluppa metodoloġija biex jivvaluta kull sena l-prestazzjoni tal-programmi, iżda għandu dubji dwar il-valur informattiv ta' kriterji bħal "tajjeb", "aċċettabbli" jew "ħażin";

192.  Huwa mħasseb li, sa Marzu 2017, kienu nħatru 87 % biss tal-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni;

193.  Jilqa' l-fatt li, sal-15 ta' Frar 2017, id-DĠ EMPL kien irċieva pakkett ta' assigurazzjoni sħiħ li jinkludi l-kontijiet, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-opinjonijiet tal-awditjar dwar il-kontijiet, is-sistema ta' ġestjoni u kontroll, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u taqsira annwali għall-programmi kollha; jinnota li, b'mod ġenerali, id-DĠ EMPL kellu biss osservazzjonijiet minuri u aċċetta l-kontijiet annwali;

194.  Jilqa' wkoll il-fatt li, sa tmiem l-2016, id-DĠ EMPL kien lesta l-pjan ta' verifika pluriennali tiegħu u, konsegwentement, kienu ġew awditjati 89 awtorità tal-awditjar minn total ta' 92, li jkopru 115 mill-118-il programm operazzjonali;

195.  Jinnota li, fl-2016, id-DĠ EMPL implimenta korrezzjonijiet finanzjarji li kienu jammontaw għal EUR 255.8 miljun; li l-ammont kumulattiv totali aċċettat jew deċiż ta' korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fi tmiem l-2016 kien ta' EUR 1 454 miljun; u li, għall-istess perjodu, l-Istati Membri rrappurtaw korrezzjonijiet finanzjarji ekwivalenti għal EUR 2 253.8 miljun;

196.  Jiddispjaċih li d-DĠ EMPL żamm jew ħareġ ir-riżervi li ġejjin, fir-rigward ta':

   (a) sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal programm operazzjonali wieħed tal-FSE fl-Italja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 (riżerva reputazzjonali);
   (b) sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal 23 programm operazzjonali speċifiku tal-FSE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; u
   (c) sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal 3 programmi operazzjonali tal-FSE jew tal-YEI u programm operazzjonali wieħed tal-FEAD għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

197.  Jinnota li l-ammont totali f'riskju għall-infiq rilevanti għall-2016 huwa ta' EUR 279 miljun;

Kwistjonijiet speċifiċi

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

198.  Ġie infurmat bl-ewwel konstatazzjonijiet ta' studju dwar l-implimentazzjoni tal-YEI, li jgħid li:

   (a) sa tmiem l-2016, l-għadd ta' żgħażagħ li kienu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u li ħadu sehem fi proġetti appoġġjati mill-YEI biex itejbu l-ħiliet tagħhom jew jagħmlu esperjenza ta' xogħol kien it-triplu, meta mqabbel ma' tmiem l-2015 (1,3 miljun kontra 0,5 miljun persuna);
   (b) fosthom, 712 000 parteċipant qiegħed u inattiv, u barra mill-edukazzjoni jew it-taħriġ, lestew intervent iffinanzjat mill-YEI; 'il fuq minn nofshom, (madwar 346 000 parteċipant qiegħed u inattiv, u barra mill-edukazzjoni jew it-taħriġ) kisbu riżultat pożittiv billi, mat-tmiem tal-intervent, daħlu fl-edukazzjoni/fit-taħriġ, kisbu kwalifika, jew sabu impjieg (inkluż impjieg indipendenti);
   (c) fl-Italja, evalwazzjoni kontrofattwali wriet li politiki innovattivi ġodda fil-biċċa l-kbira appoġġjati mill-YEI żiedu l-opportunitajiet ta' impjieg għaż-żgħażagħ b'7,8 %, minkejja differenzi reġjonali sinifikanti li wrew li hemm diffikultajiet akbar fiż-żoni li għandhom l-ogħla rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ;

199.  Jinnota, barra minn hekk, li:

   (a) l-Italja u Spanja mmobilizzaw għadd sinifikanti ta' NEETs permezz ta' azzjonijiet tal-YEI, minkejja li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadha għolja f'dawn il-pajjiżi;
   (b) is-Slovakkja ressqet l-enfasi lil hinn minn skemi ta' xogħlijiet pubbliċi għaż-żgħażagħ u lejn miżuri aktar effikaċi bħal żieda fl-għoti ta' taħriġ professjonali;
   (c) fl-Italja, evalwazzjoni kontrofattwali wriet li politiki innovattivi ġodda fil-biċċa l-kbira appoġġjati mill-YEI żiedu l-opportunitajiet ta' impjieg taż-żgħażagħ b'7.8 %, minkejja differenzi reġjonali sinifikanti;
   (d) fil-Portugall, programmi ta' intraprenditorija kkofinanzjati mill-YEI kellhom suċċess akbar minn dak ta' miżuri ta' edukazzjoni ogħla;
   (e) il-Greċja identifikat il-ħtieġa li teżamina mill-ġdid is-sistema tagħha ta' vouchers għall-impjieg u t-taħriġ taż-żgħażagħ;
   (f) fil-Polonja, 62 % tal-parteċipanti tal-YEI rċevew offerta ta' impjieg, taħriġ jew edukazzjoni, u l-parteċipanti rrappurtaw livell għoli ġenerali ta' sodisfazzjon;

200.  Jiddispjaċih, madankollu, li bilkemm intużaw 30 % tal-fondi disponibbli, ammont li jirrifletti l-prefinanzjament inizjali u l-pagamenti interim;

201.  Jilqa' l-fatt li, sa Ottubru 2017, l-Istati Membri kollha li għalihom kienet tapplika l-kundizzjonalità ex ante dwar ir-Rom (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja) kienu ssodisfawha u, għalhekk, kellhom strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom;

202.  Jinnota li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, żewġ prijoritajiet ta' investiment tal-FSE indirizzaw direttament in-nondiskriminazzjoni u l-integrazzjoni tar-Rom (ara t-tabella ta' hawn taħt)

Prijorità ta' investiment (PI)

Stati Membri li għażlu l-PI

Allokazzjoni finanzjarja

(EUR miljuni)

Il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs

11-il Stat Membru (BE, CY, CZ, DE, ES, FR, GR, IE, PL, PT u SK).

447

L-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom

12-il Stat Membru (AT, BE, BG, CZ, ES, FR, GR, HU, IT, PL, RO u SK).

1 600

Il-maġġoranza tal-finanzjament (EUR 1.2 miljun) hija kkonċentrata fil-pajjiżi li ġejjin: BG, CZ, HU u RO

203.  Jinnota li, għalkemm għandu baġit annwali massimu ta' EUR 150 miljun, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni mmobilizza EUR 28 miljun għall-impenji mir-riżerva fl-2016, u bbenefikaw minnu tmien Stati Membri;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

204.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, għaldaqstant, joqogħdu aktar attenti biex għall-perjodu finanzjarju ta' wara l-2020:

   (a) jinħoloq valur miżjud tal-Unjoni bil-politika ta' koeżjoni;
   (b) tinbena koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-koeżjoni, il-governanza ekonomika u s-Semestru Ewropew billi jiġu kkunsidrati, fost l-oħrajn, inċentivi pożittivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni biex jingħelbu d-differenzi u l-inugwaljanzi kif spjegati fit-Trattati, fit-tliet dimensjonijiet tagħha – ekonomika, soċjali u territorjali;
   (c) titfassal sistema li tippermetti konċentrazzjoni tal-fondi ta' koeżjoni fir-reġjuni li jeħtiġuhom l-aktar;
   (d) jingħata appoġġ amministrattiv lil dawk ir-reġjuni li jsibuha diffiċli biex jassorbu l-fondi;
   (e) jitfassal sett uniku ta' regoli għall-fondi strutturali;
   (f) isir progress lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' awditu uniku;
   (g) il-programmi u l-proġetti jiġu implimentati aktar malajr, bil-għan li jiġi rispettat il-perjodu finanzjarju ta' seba' snin (l-ebda n+3);
   (h) l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jitħallew jawditjaw l-istrumenti finanzjarji taħt il-baġit tal-Unjoni, inaqqsu l-għadd ta' strumenti finanzjarji, u jintroduċu regoli aktar stretti għar-rappurtar mill-amministraturi tal-fondi, inkluż mill-Grupp tal-BEI u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra dwar il-prestazzjoni u r-riżultati miksuba, u b'hekk jiżdiedu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;
   (i) jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-perjodu attwali u l-ħtieġa ta' aktar semplifikazzjoni sabiex tinħoloq sistema bilanċjata li tiżgura l-kisba tar-riżultati u ġestjoni finanzjarja tajba mingħajr piż amministrattiv eċċessiv li jista' jiskoraġġixxi lill-benefiċjarji potenzjali u jwassal għal aktar żbalji;
   (j) jintlaħaq bilanċ ġeografiku u soċjali sabiex jiġi żgurat li l-investimenti jsiru fejn l-aktar li hemm bżonnhom;

205.  Jinsisti li d-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL jippubblikaw il-proposti tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fir-rapport annwali tal-attività rispettiv tagħhom, kif talab ripetutament il-Parlament;

206.  Jistieden lid-DĠ REGIO:

   (a) jirrapporta lura lill-kumitat responsabbli tal-Parlament dwar id-diversi fajls pendenti tal-OLAF meta jkunu tlestew il-proċedimenti legali relatati;
   (b) jirrapporta lura lill-kumitat responsabbli tal-Parlament, fis-segwitu għall-kwittanza 2016 tal-Kummissjoni, dwar il-progress magħmul fil-proġetti kollha msemmija hawn fuq;

207.  Jistieden lill-BEI jeżamina b'urġenza l-konstatazzjonijiet tal-OLAF u jislet il-konklużjoni meħtieġa; jistieden lill-BEI jinforma lill-Parlament bil-konklużjonijiet tiegħu u bil-miżuri meħuda;

208.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tal-għażliet tal-ispejjeż issemplifikati introdotti mir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju";

209.  Jistieden lid-DĠ EMPL jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-IAS fir-rigward tal-implimentazzjoni bikrija tal-istrateġija ta' kontroll għall-fondi SIE u jinforma lill-Parlament meta jlesti;

210.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi aktar semplifikazzjoni fir-regoli u tnaqqis fil-piż amministrattiv, sabiex ir-rata tal-iżball residwu tkun tista' tonqos saħansitra iżjed;

Riżorsi naturali

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPI) u PAK ġusta

211.  Jirrimarka li skont ir-rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI (p. 15 – KPI 1: l-introjtu mill-fatturi agrikoli għal kull ħaddiem full-time), il-valur miżjud u l-produttività tas-settur naqsu xi ftit fl-2016 għal darb'oħra u li, għad-DĠ AGRI, huwa diffiċli li jiġi identifikat x'kien eżatt li kkawża t-tnaqqis globali tal-introjtu mill-fatturi mill-2013 'l hawn;

212.  Ifakkar li l-KPI 4 dwar ir-rata tal-impjiegi fl-iżvilupp rurali mhuwiex rilevanti peress li r-rata ta' impjieg fl-iżvilupp rurali mhijiex influwenzata mill-miżuri tal-PAK biss;

213.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma segwietx ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 biex tiddefinixxi mill-ġdid il-KPI 4 "b'mod li tisħaq fuq l-impatt speċifiku tal-miżuri tal-PAK fuq l-impjiegi f'dawk l-oqsma";

214.  Jirrimarka li, fl-2016, 51 % tal-benefiċjarji ta' pagamenti diretti ngħataw anqas minn EUR 1 250, li jammonta għal total ta' 4 % tal-pagamenti diretti totali(84);

215.  Ifakkar fir-rimarki(85) tiegħu dwar l-istruttura insostenibbli tal-infiq tal-PAK: 44,7 % tal-irziezet kollha tal-Unjoni kellhom introjtu annwali ta' inqas minn EUR 4 000, u fl-2016, bħala medja, l-ogħla 10 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK irċevew madwar 60 % tal-pagamenti(86); jinnota li d-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-konċentrazzjoni tal-art, billi 20 % tal-bdiewa huma wkoll proprjetarji ta' 80 % tal-art; (risposta għall-mistoqsija bil-miktub Nru 17 waqt is-seduta ta' smigħ tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament mas-Sur Hogan fit-28 ta' Novembru 2017); jesprimi tħassib dwar il-konċentrazzjoni kbira ta' benefiċjarji u jenfasizza li jeħtieġ jintlaħaq bilanċ aħjar bejn benefiċjarji kbar u żgħar;

216.  Jinnota li madwar 72 % tal-għajnuna tingħata lil irziezet ta' bejn 5 u 250 ettaru, li ġeneralment ikunu ta' proprjetà tal-familja;

217.  Jitlob lid-DĠ AGRI jiddefinixxi objettivi akkumpanjati b'indikaturi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-introjtu bejn l-irziezet fil-QFP li jmiss;

218.  Itenni l-fehma tiegħu li l-pagamenti diretti jaf ma jwettqux bis-sħiħ ir-rwol tagħhom bħala mekkaniżmu ta' xibka ta' sigurtà biex jiġi stabbilizzat l-introjtu tal-irziezet, partikolarment għall-irziezet ta' daqs iżgħar, minħabba d-distribuzzjoni żbilanċjata tal-pagamenti;

219.  Huwa tal-fehma li l-introjti tal-irziezet ta' daqs akbar mhux bilfors ikollhom bżonn l-istess grad ta' appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-introjti tal-irziezet daqs dawk ta' daqs iżgħar fi żminijiet meta l-introjti jkunu volatili, peress li jistgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala li x'aktarx jagħmluhom aktar reżiljenti, u jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-Kummissjoni tikkoreġi dan l-iżbilanċ billi tapplika skala varjabbli li tnaqqas is-sussidji aktar ma jiżdied id-daqs tar-razzett;

220.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi semplifikazzjoni ġenwina tal-proċeduri, inkluż fid-dokumentazzjoni mitluba sabiex jinkiseb aċċess għall-finanzjament, mingħajr ma jiġu injorati l-prinċipji ta' kontroll u monitoraġġ; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-appoġġ amministrattiv għal produtturi fuq skala żgħira, li jqisu l-finanzjament bħala prerekwiżit fundamentali għas-sopravivenza tan-negozju tagħhom;

Rata ta' żball

221.  Jirrimarka li l-Qorti stmat li l-livell ta' żball għall-kapitolu kollu dwar ir-riżorsi naturali huwa ta' 2,5 % (2,9 % fl-2015 u 3.6 % fl-2014); jilqa' l-evoluzzjoni pożittiva tar-rata ta' żball filwaqt li jinnota li ċ-ċifra tal-2016 hija ogħla mil-livell limitu ta' materjalità;

222.  Jilqa' l-fatt li l-valutazzjoni tal-Qorti dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) kkonstatat li l-pagamenti tas-suq u ta' appoġġ dirett kienu ħielsa minn żbalji materjali fl-2016, u r-rata ta' żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta' 1,7 % (2,2 % fl-2015);

223.  Jenfasizza li l-Qorti nnutat inqas żbalji dovuti għal eċċessi jew ineliġibbiltà b'rabta mal-artijiet fid-dikjarazzjonijiet magħmula mill-bdiewa, u dan hu dovut għall-introduzzjoni ta' definizzjoni ġdida aktar flessibbli ta' bwar permanenti, l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni biex tittejjeb il-kwalità tad-data f'sistemi ta' identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art (LPIS) u s-sistema ġeospazjali onlajn il-ġdida biex jitressqu l-applikazzjonijiet;

224.  Jinnota li l-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni kienu sors ta' żbalji u kellhom impatt ta' 17 % fuq il-livell ta' żball stmat mill-Qorti, u li l-iżbalji nstab li kienu prinċipalment relatati mar-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku, għalkemm ir-rata ta' żball għall-FAEG kienet aktar baxxa mil-livell limitu ta' materjalità; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tnaqqis fir-rata ta' żball għall-FAEG għal 1,7 %;

225.  Jirrimarka li l-Qorti sabet ukoll dgħufijiet fil-protezzjoni ta' bwar permanenti, billi r-Repubblika Ċeka u l-Polonja m'għandhomx l-istatistika storika biex jikkontrollaw il-konformità mal-obbligu li jkun hemm raba' mgħottija bil-ħaxix għal ħames snin konsekuttivi, filwaqt li l-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit ma kinux ikklassifikaw il-bwar permanenti b'mod affidabbli għalkollox;

226.  Jissottolinja x-xejra pożittiva fir-rati ta' żbalji maħruġa mill-Qorti minkejja l-evoluzzjoni tal-ammonti f'riskju rrappurtati mid-DĠ AGRI fir-Rapporti Annwali tal-Attività tiegħu, jiġifieri minn 1,38 % fl-2015 għal 1,996 % fl-2016 (il-miżuri tas-suq b'rata ta' żball ta' 2,85 % mhumiex inklużi) u 4 % għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji fl-iżvilupp rurali; jifhem li dan ma jirriflettix devjazzjonijiet statistikament sinifikanti;

227.  Jiddispjaċih li l-pagamenti fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd ma kinux ħielsa minn żbalji materjali fl-2016, u r-rata ta' żball l-aktar probabbli hu stmat li hi ta' 4.9 % (5.3 % fl-2015); jinnota li kieku l-informazzjoni kollha miżmuma mill-awtoritajiet nazzjonali kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, il-livell ta' żball stmat kien ikun aktar baxx b'1,5 punt perċentwali;

228.  Jinnota li fl-iżvilupp rurali, tlieta mill-akbar żbalji ta' eliġibbiltà kienu jinvolvu benefiċjarji li ma kkomunikawx il-fatt li kienu kkontrollati minn kumpaniji li kellhom rabtiet magħhom, kienu qed japplikaw b'mod konġunt magħhom jew kienu qed jixtru mingħandhom, bi ksur tar-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 7.26);

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

229.  Jirrimarka li fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI ħareġ riżerva fil-pagamenti diretti fir-rigward ta' 18-il aġenzija tal-pagamenti li jinkludu 12-il Stat Membru u li l-ammont ġestit mill-aġenziji tal-pagamenti b'riżerva u mqiegħed taħt skrutinju rinfurzat huwa ta' EUR 13 618,6 miljun, filwaqt li l-ammont reali f'riskju għall-infiq taħt riżerva kien ta' EUR 541,2 miljun;

230.  Jenfasizza li nstabu dgħufijiet, b'mod partikolari fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-Ungerija (b'rabta ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni tardiva min-naħa tal-aġenzija tal-pagamenti u nuqqasijiet fil-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni), il-Bulgarija (b'rabta mal-ekoloġizzazzjoni u l-istatus organiku tal-bdiewa), il-Polonja (b'rabta mal-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni) u l-Italja (b'rabta ma' nuqqasijiet fid-determinazzjoni korretta tal-eliġibbiltà tal-art u ta' "bidwi attiv");

231.  Jiddeplora l-każijiet reċenti ta' frodi b'rabta mal-aġenziji tal-pagamenti fl-Italja; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni b'mod attiv u tagħti d-dettalji rilevanti lill-Parlament fis-segwitu tal-kwittanza;

232.  Jitlob lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità li nfetħet fit-8 ta' Jannar 2016 sabiex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitti ta' interess li jikkonċernaw il-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka; jinnota li nuqqas ta' rimedju għal kunflitt ta' interess jista' fl-aħħar mill-aħħar iwassal għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti mill-awtorità kompetenti jew l-impożizzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tinforma bla dewmien lill-Parlament dwar jekk fl-aħħar tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, l-informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tiġix trażmessa mill-OLAF lid-DĠ AGRI;

L-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri

233.  Jirrimarka li peress li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll ta' xi Stati Membri huma milquta minn nuqqasijiet, id-DĠ AGRI jaġġusta l-istatistika ta' kontroll irrapportata prinċipalment abbażi tal-awditi tal-Kummissjoni u tal-Qorti mwettqa fl-aħħar tliet snin kif ukoll tal-opinjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata;

234.  Jirrimarka li, minkejja l-fatt li mill-2015 'l hawn il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Istati Membri għandhom dmir li jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet:

   (a) għall-miżuri tas-suq, id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti għal total ta' 32 skema (jiġifieri inqas minn 20 % tan-numru totali ta' skemi li għalihom l-infiq ġie ddikjarat fl-2016);
   (b) għall-pagamenti diretti, saru aġġustamenti fi 52 każ (minn total ta' 69) filwaqt li l-maġġoranza ta' dawn l-aġġustamenti kienu ta' inqas minn 1 %, 7 kienu ta' bejn 1 % u 2 % u 9 kienu ta' aktar minn 2 %;
   (c) għall-iżvilupp rurali, ġew applikati żidiet għal 39 aġenzija tal-pagamenti minn fost 72 filwaqt li kien hemm 21 aġġustament ta' aktar minn 1 % u 16 ta' aktar minn 2 %;

Kwistjonijiet ta' prestazzjoni fl-iżvilupp rurali

235.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti eżaminat kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni għal kampjun ta' tranżazzjonijiet dwar l-iżvilupp rurali matul dawn l-aħħar tliet snin; jinnota b'sodisfazzjon li 95 % tal-proġetti li tlestew fiż-żmien tal-awditu kienu twettqu kif ippjanat, iżda jiddispjaċih li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-ispejjeż kienu raġonevoli;

236.  Jenfasizza li kważi l-proġetti kollha awditjati mill-Qorti użaw sistema ta' rimborż tal-ispejjeż magħmula u jinnota li fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri jistgħu, bħala alternattiva, jużaw sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issemplifikati li tinvolvi skali standard ta' spejjeż għal kull unità, somom f'daqqa u finanzjament b'rata fissa, li effettivament tillimita r-riskju ta' prezzijiet eċċessivi;

Ekoloġizzazzjoni

237.  Jinnota li, fir-rapport annwali tagħha għall-2016 (paragrafu 7.17), f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni magħmula lit-63 razzett li żaret, il-Qorti rrappurtat li:

   (a) dawk kollha li kienu soġġetti għar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel kienu konformi;
   (b) il-biċċa l-kbira tal-iżbalji b'rabta mal-ekoloġizzazzjoni kienu jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti taż-Żona ta' Interess Ekoloġiku (ŻIE), filwaqt li;
   (c) l-irqajja' kienu rreġistrati b'mod korrett fis-LPIS fir-rigward taż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti;
   (d) mhux il-bwar permanenti kollha kienu ġew irreġistrati kif suppost bħala tali;

238.  Jesprimi tħassib partikolari, madankollu, dwar l-ewwel konklużjonijiet misluta mill-Kummissjoni fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tagħha dwar ir-rieżami tal-ekoloġizzazzjoni wara sena (SWD(2016)218, it-tieni parti, p. 14), jiġifieri li b'mod ġenerali, il-bdiewa jkollhom ibiddlu l-għelejjel fuq inqas minn 1 % tal-raba' totali fl-Unjoni sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel, u peress li l-maġġoranza kbira tar-raba' fl-Unjoni hija soġġetta għall-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel, dan l-impatt limitat jidher li jirrifletti l-prattiki attwali ta' bdiewa li diġà huma konformi;

239.  Jenfasizza li, fir-rapport annwali tagħha (paragrafi 7.43 sa 7.54), il-Qorti tikkonferma l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni li tindika li d-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-iskema taż-ŻIE ma wasslu għall-ebda tibdil għall-maġġoranza tal-irziezet li żaret (89 % għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u 67 % għaż-ŻIE);

240.  Huwa partikolarment imħasseb dwar il-fatt li skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 21/2017 bit-titolu "Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta' appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva", "Mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u għall-klima (...) [għax] ir-rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni mhumiex impenjattivi u, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu l-prattika agrikola normali";

241.  Jirrimarka, barra minn hekk, li l-Qorti ssostni li minħabba eżenzjonijiet estensivi, il-biċċa l-kbira tal-bdiewa (65 %) jistgħu jibbenefikaw mill-pagament għall-ekoloġizzazzjoni mingħajr ma jkunu effettivament soġġetti għall-obbligu ta' ekoloġizzazzjoni; minħabba f'hekk, l-ekoloġizzazzjoni twassal għal bidla pożittiva fil-prattiki agrikoli f'perċentwal limitat ħafna tal-art agrikola tal-Unjoni;

242.  Jiddispjaċih li l-iskemi tal-ekoloġizzazzjoni huma aktar strument ta' appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa milli strument biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK; iqis li, biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ambjentali u tal-klima, il-programmi agrikoli għandhom jinkludu miri ta' prestazzjoni u finanzjament li jirriflettu l-ispejjeż magħmula u l-introjtu mitluf bħala riżultat ta' attivitajiet li jmorru lil hinn mil-linja bażi ambjentali;

243.  Jiddeplora l-fatt li, peress li huma parti mill-pagamenti skont l-erja, l-iskemi tal-ekoloġizzazzjoni fid-disinn attwali tal-programm jistgħu jżidu l-iżbilanċi fid-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tqis ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 21/2017;

244.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, l-impatt reali (tal-iskemi ta' ekoloġizzazzjoni) fuq ir-riżultati ambjentali jiddependi mill-għażliet magħmula mill-Istati Membri u mill-bdiewa, u li s'issa ftit Stati Membri għamlu użu mill-possibbiltajiet biex jiġi limitat l-użu ta' pestiċidi u fertilizzanti f'żoni ta' interess ekoloġiku;

245.  Jenfasizza li, għall-amministrazzjoni pubblika, il-piż tal-ekoloġizzazzjoni essenzjalment jiddependi mill-iżvilupp ta' għodod ġodda ta' ġestjoni bħas-saff taż-ŻIE tal-LPIS, li parzjalment jispjega għaliex id-DĠ AGRI żied l-għadd ta' riżervi u pjanijiet ta' azzjoni imposti fuq l-Istati Membri;

246.  Jieħu nota tal-fatt li l-ekoloġizzazzjoni żżid kumplessità sinifikanti fil-PAK minħabba trikkib mal-istrumenti ambjentali l-oħra tal-PAK (il-kundizzjonalità u l-miżuri ambjentali tal-Pilastru II); jinnota, f'dan ir-rigward, ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 21/2017 dwar l-ekoloġizzazzjoni, li jgħid li "l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmitigaw ir-riskju relatat ta' deadweight u ta' finanzjament doppju";

Skema għall-bdiewa żgħażagħ

247.  Jirrimarka li, b'differenzi kbar fl-iżvilupp tas-settur tal-biedja fl-Unjoni, l-isfida demografika hija problema ewlenija, li teħtieġ politiki li jindirizzaw in-nuqqas ta' bdiewa żgħażagħ sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-agrikoltura fl-Unjoni;

248.  Jenfasizza li l-bdiewa żgħażagħ iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet speċifiċi fl-aċċess għall-finanzi u fatturat baxx fl-ewwel snin tan-negozju, flimkien ma' tiġdid ġenerazzjonali batut u diffikultajiet fl-aċċess għall-art agrikola;

249.  Jirrimarka li t-tnaqqis fl-għadd ta' żgħażagħ fis-settur jiggrava l-problema tat-tiġdid ġenerazzjonali u jista' jfisser it-telf ta' ħiliet u għarfien aktar ma persuni akbar fl-età u b'esperjenza jirtiraw; jinsisti, għaldaqstant, li hemm bżonn ta' appoġġ kemm għall-bdiewa li jirtiraw u kemm għas-suċċessuri żgħażagħ li jieħdu f'idejhom l-irżiezet;

250.  Jesprimi tħassib partikolari dwar il-fatt li, fir-Rapport Speċjali Nru 10/2017 dwar l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ, il-Qorti tinnota li – fil-każ ta' pagamenti diretti – l-għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ:

   (a) mhijiex ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet soda;
   (b) ma tirriflettix l-għan ġenerali li jitħeġġeġ it-tiġdid ġenerazzjonali;
   (c) lanqas ma tingħata dejjem lill-bdiewa żgħażagħ li għandhom bżonn; u
   (d) xi drabi tingħata lil irziezet fejn il-bdiewa żgħażagħ ikollhom biss rwol sekondarju;

251.  Jiddispjaċih li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ permezz ta' skemi ta' żvilupp rurali, il-Qorti kkonkludiet li l-miżuri huma ġeneralment ibbażati fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet vaga u li m'hemmx koordinazzjoni reali bejn il-pagamenti tal-Pilastru I u l-appoġġ tal-Pilastru II lill-bdiewa żgħażagħ;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

252.  Jitlob li:

   (a) il-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-kawżi tat-tnaqqis globali fl-introjtu mill-fatturi mill-2013 'l hawn u tiddefinixxi objettiv tal-prestazzjoni ewlieni ġdid għall-QFP li jmiss, flimkien ma' indikaturi tal-eżitu u l-impatt, bil-għan li jittaffu l-inugwaljanzi fl-introjtu fost il-bdiewa;
   (b) l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jinkludu informazzjoni aktar affidabbli u aġġornata fil-bażi ta' data LPIS tagħhom;
   (c) il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-approċċ meħud mill-aġenziji tal-pagamenti fil-klassifikazzjoni u l-aġġornament tal-kategoriji tal-art fl-LPIS tagħhom u twettaq il-kontroverifiki meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' żball fil-pagamenti għall-ekoloġizzazzjoni;
   (d) il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tirrikjedi li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri fl-iżvilupp rurali jinkludu azzjonijiet ta' rimedju li jindirizzaw il-każijiet ta' żball li jirriżultaw ta' spiss;
   (e) il-Kummissjoni tipprovdi gwida u xxerred l-aħjar prattika fost l-awtoritajiet nazzjonali, u fost il-benefiċjarji u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, biex tiżgura li l-kontrolli tagħhom jidentifikaw rabtiet bejn l-applikanti u partijiet interessati oħra li jkunu involuti fil-proġetti ta' żvilupp rurali appoġġjati;
   (f) il-Kummissjoni tibqa' ssegwi b'attenzjoni l-kontrolli mwettqa u d-data kkomunikata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tqis dawn il-konstatazzjonijiet fl-allokazzjoni tal-piż tal-awditjar tagħha abbażi tal-evalwazzjonijiet tar-riskju;
   (g) l-Istati Membri, kif ukoll il-benefiċjarji u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet offruti mis-sistema ta' għażliet tal-ispejjeż issemplifikati għall-iżvilupp rurali;
   (h) il-Kummissjoni tħejji u tiżviluppa, għar-riforma tal-PAK li jmiss, loġika ta' intervent kompluta għal azzjoni tal-UE b'rabta mal-ambjent u l-klima fil-qasam tal-agrikoltura, inklużi objettivi speċifiċi u abbażi ta' fehim xjentifiku aġġornat tal-fenomeni kkonċernati;

253.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li ġejjin fil-bini ta' proposta ġdida dwar l-ekoloġizzazzjoni:

   (a) il-bdiewa għandhom jibbenefikaw minn pagamenti fil-qafas tal-PAK jekk jissodisfaw ġabra unika ta' standards ambjentali bażiċi li jinkludu Kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (GAECs) u rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-loġika tal-Kummissjoni ta' approċċ ta' "baġit iffukat fuq ir-riżultati"; iqis li s-sistema futura tal-implimentazzjoni għandha tkun aktar orjentata lejn ir-riżultati;
   (b) il-ħtiġijiet ambjentali u relatati mal-klima speċifiċi u lokali jistgħu jiġu indirizzati b'mod xieraq permezz ta' azzjoni programmata mmirata u aktar effikaċi fir-rigward tal-agrikoltura;
   (c) meta jingħataw possibbiltajiet minn fejn jagħżlu fl-implimentazzjoni tal-PAK, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati juru, qabel l-implimentazzjoni, li l-għażliet magħmula jkunu effikaċi u effiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, b'mod partikolari b'rabta mas-sikurezza alimentari, il-kwalità tal-ikel, u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa, l-ekoloġizzazzjoni, il-ġestjoni tal-art u tal-kampanja u l-ġlieda kontra d-depopolazzjoni fl-UE;

254.  Jistieden lill-Kummissjoni:

   (a) twettaq evalwazzjoni komprensiva tal-politiki u l-għodod eżistenti kollha tal-PAK li jistgħu jiġu kkombinati biex jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ u tidentifika l-ostakli għall-aċċess għal irżiezet eżistenti jew għat-twaqqif ta' rziezet ġodda għal bdiewa żgħażagħ li jistgħu jiġu indirizzati fir-reviżjoni futura tal-PAK;
   (b) tara li, bħala komponent tar-riforma agrikola, isir aktar titjib fil-qafas tal-iżvilupp rurali kif stipulat – fost l-oħrajn – fid-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-programmi ta' appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ jirnexxu;
   (c) iddaħħal fil-leġiżlazzjoni għall-PAK għal wara l-2020 (jew tobbliga lill-Istati Membri jindikaw, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża) loġika ċara ta' intervent għall-istrumenti tal-politika li jindirizzaw it-tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura; il-loġika tal-intervent għandha tinkludi:
   valutazzjoni soda tal-ħtiġijiet tal-bdiewa żgħażagħ;
   valutazzjoni ta' liema ħtiġijiet jistgħu jiġu indirizzati mill-istrumenti tal-politika tal-Unjoni u liema ħtiġijiet jistgħu jew diġà qed jiġu indirizzati aħjar mill-politiki tal-Istati Membri, kif ukoll analiżi ta' liema forom ta' appoġġ (eż. pagamenti diretti, somma f'daqqa, strumenti finanzjarji) huma l-aktar adatti biex jaqblu mal-ħtiġijiet identifikati;
   miżuri ta' sensibilizzazzjoni, immirati għall-awtoritajiet, il-benefiċjari u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, dwar il-forom possibbli ta' assistenza għal trasferiment aktar bikri ta' razzett lil suċċessur flimkien ma' servizzi jew miżuri ta' konsulenza bħal skema ta' rtirar sodisfaċenti bbażata fuq l-introjtu jew id-dħul nazzjonali jew reġjonali fis-settur agrikolu, alimentari u forestali;
   definizzjoni ta' objettivi SMART, li tespliċita u tikkwantifika r-riżultati mistennija tal-istrumenti tal-politika f'termini tar-rata ta' tiġdid ġenerazzjonali mistennija u tal-kontribut għall-vijabbiltà tal-irziezet li jingħataw appoġġ; b'mod partikolari, għandu jkun ċar jekk l-istrumenti tal-politika għandux ikollhom l-għan li jappoġġjaw l-akbar għadd possibbli ta' bdiewa żgħażagħ jew ikunu mmirati għal tip ta' bdiewa żgħażagħ speċifiku;
   (d) garanzija ta' titjib fis-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri (f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża), permezz tal-leġiżlazzjoni proposta għall-PAK għal wara l-2020;

Ewropa Globali

Rati ta' żball

255.  Jindika li, skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti, l-infiq fuq "Ewropa Globali" hija milquta minn livell ta' żball materjali b'livell ta' żball stmat ta' 2,1 %, (2,8 % fl-2015 u 2.7 % fl-2014); jilqa' x-xejra pożittiva fir-rata ta' żball f'dan il-qasam tematiku;

256.  Jiddispjaċih li, jekk jiġu esklużi t-tranżazzjonijiet b'aktar minn donatur wieħed u t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju, ir-rata ta' żball għat-tranżazzjonijiet speċifiċi taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni ġiet ikkwantifikata bħala 2,8 % (3,8 % fl-2015 u 3,7 % fl-2014);

257.  Jirrimarka li l-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma' għotjiet, kif ukoll fi ftehimiet ta' kontribuzzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali milli għamlu f'forom oħra ta' appoġġ; jindika, b'mod partikolari, li t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju eżaminati mill-Qorti kienu ħielsa minn żbalji ta' legalità u ta' regolarità;

258.  Jinnota li, kieku l-informazzjoni kollha miżmuma mill-Kummissjoni – u mill-awdituri mqabbda mill-Kummissjoni – intużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, ir-rata ta' żball stmata għall-kapitolu "Ewropa Globali" kienet tkun aktar baxxa b'0,9 punti perċentwali, jiġifieri 1,4 %, u allura taħt il-livell limitu ta' materjalità;

259.  Jirrimarka li:

   (a) 37 % tal-livell ta' żball stmat huwa attribwibbli għal infiq li ma ngħatatx dokumentazzjoni ġustifikattiva essenzjali għalih;
   (b) 28 % tal-livell ta' żball stmat huwa dovut għal żewġ każijiet li għalihom il-Kummissjoni aċċettat infiq li fil-fatt ma kienx sar; jiddispjaċih li din is-sitwazzjoni kienet diġà ġiet innutata s-sena li għaddiet, u jirrimarka li l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet tal-Qorti żvela xi dgħufijiet fil-kontroll fis-sistemi tal-Kummissjoni;
   (c) 26 % tal-livell ta' żball stmat kien jirrigwarda nfiq mhux eliġibbli: jiġifieri nfiq relatat ma' attivitajiet li mhumiex koperti minn kuntratt jew infiq magħmul barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà, nuqqas ta' konformità mar-regola tal-oriġini, taxxi mhux eliġibbli u spejjeż indiretti fatturati b'mod żbaljat bħala spejjeż diretti;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

260.  Jesprimi tħassib profond dwar il-fatt li, skont il-Qorti, l-awdituri tad-DĠ NEAR sabu dgħufijiet fil-ġestjoni indiretta tat-tieni Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), b'mod aktar speċifiku, fl-awtoritajiet tal-awditjar ta' tliet pajjiżi benefiċjarji tal-IPA II – l-Albanija, it-Turkija u s-Serbja, u dan minkejja l-fatt li l-awtoritajiet tal-awditjar Albaniżi u Serbi għamlu bidliet bil-ħsieb li jsolvu l-problemi identifikati; fil-każ tat-Turkija hemm xi aspetti sinifikanti fis-sistemi tal-awtorità tal-awditjar li għadhom jistgħu jillimitaw l-assigurazzjoni li tista' tagħti lill-Kummissjoni (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 9.24);

261.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Qorti stmat li l-kapaċità korrettiva tad-DĠ NEAR kienet ġiet esaġerata u, konsegwentement, anke l-ammont totali f'riskju fil-mument tal-pagament;

Prestazzjoni

262.  Jinnota li d-DĠ DEVCO, fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, iddefinixxa indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin dwar l-iżvilupp tal-bniedem (AAR KPI), it-tibdil fil-klima, il-ġeneru u r-rata ta' żball, iżda jiddispjaċih li l-ebda wieħed minn dawk l-indikaturi mhu kapaċi jkejjel il-prestazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, billi dawn jindikaw biss il-parti tal-għajnuna allokata lil kull wieħed mill-objettivi minflok ikejlu l-progress magħmul biex jintlaħqu l-objettivi;

263.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-IAS tal-Kummissjoni qal li f'termini ta' rappurtar, it-tip ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni tad-DĠ DEVCO fir-rapporti differenti relatati mal-ippjanar strateġiku u mal-programmazzjoni (Rapport ta' attività annwali, Rapport tal-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega, EAMR) huwa limitat u ma jagħtix valutazzjoni konkreta dwar jekk l-objettivi jkunux intlaħqu jew le;

Rapporti dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna

264.  Jiddispjaċih, għal darb'oħra, li r-Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (EAMR) maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni mhumiex mehmuża mar-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR, kif previst mill-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn sistematikament jiġu kkunsidrati bħala kunfidenzjali filwaqt li, skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, "għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom";

265.  Jieħu nota tal-fatt li fir-risposta tiegħu għall-ittra tar-rapporteur, il-Kummissarju Oettinger indika li l-Kummissjoni qed tesplora format ġdid għar-rapporti li jippermetti t-trażmissjoni lill-Parlament mingħajr il-bżonn ta' proċeduri ta' kunfidenzjalità, iżda b'mod li ma jkunx ta' detriment għall-politika diplomatika tal-Unjoni;

266.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ DEVCO ppubblika l-lista tad-delegazzjonijiet involuti fl-EAMR u pprovda analiżi tas-sommarju tal-KPIs tad-DĠ DEVCO fir-rapport ta' attività annwali tiegħu; jinsisti, madankollu, li r-Regolament Finanzjarju għandu jiġi rispettat bis-sħiħ;

Fondi fiduċjarji

267.  Ifakkar li l-possibbiltà li l-Kummissjoni toħloq u tamministra fondi fiduċjarji tal-Unjoni hija maħsuba biex:

   (a) issaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-Unjoni, kif ukoll issaħħaħ il-viżibbiltà u l-effiċjenza tal-azzjoni esterna u tal-għajnuna għall-iżvilupp tagħha;
   (b) tassigura proċess mgħaġġel ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-għażla tal-miżuri li jridu jiġu implimentati, li huwa kruċjali f'azzjonijiet ta' emerġenza u ta' wara emerġenza;
   (c) tiżgura l-"effett ta' lieva" tar-riżorsi addizzjonali ddedikati għall-azzjoni esterna; u
   (d) permezz tal-akkomunament tar-riżorsi, iżżid il-koordinazzjoni fost id-donaturi differenti tal-Unjoni f'ċerti oqsma ta' intervent;

268.  Fid-dawl tal-esperjenzi reċenti, jesprimi xi tħassib dwar il-kisba tal-objettivi ewlenin segwiti permezz tat-twaqqif ta' fondi fiduċjarji u jinnota, b'mod partikolari, li:

   (a) l-"effett ta' lieva" ta' din l-għodda l-ġdida mhuwiex neċessarjament garantit, billi l-kontribut ta' donaturi oħra f'ċerti każijiet huwa limitat ħafna;
   (b) il-viżibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni ma tjibitx, minkejja l-eżistenza ta' arranġamenti differenti mal-partijiet ikkonċernati, u t-titjib fil-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha mhuwiex neċessarjament żgurat;
   (c) il-preferenza a priori għall-aġenziji tal-Istati Membri fil-ftehimiet kostituttivi ta' wħud mill-fondi fiduċjarji twassal għal kunflitt ta' interess minflok inċentiv għall-Istati Membri biex jipprovdu aktar riżorsi finanzjarji;

269.  Ifakkar, b'mod partikolari, li l-fond fiduċjarju għall-Afrika għandu valur ta' aktar minn EUR 3,2 biljun: minn dawn, EUR 2,9 biljun ġejjin mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u EUR 228,667 miljun minn donaturi oħra; iqis bħala inaċċettabbli li l-involviment tal-FEŻ f'fondi fiduċjarji jkompli jillimita l-possibbiltà li l-Parlament iwettaq skrutinju fuq l-infiq tal-UE;

270.  Jirrimarka li l-akkomunament ta' riżorsi mill-FEŻ, il-baġit tal-Unjoni u donaturi oħra m'għandux ikollu bħala konsegwenza li l-flus maħsuba għall-pajjiżi AKP ma jaslux għand il-benefiċjarji normali tagħhom;

271.  Jenfasizza li l-użu dejjem akbar ta' mekkaniżmi finanzjarji oħra, bħall-fondi fiduċjarji, għat-twettiq tal-politiki tal-UE id f'id mal-baġit tal-Unjoni għandu r-riskju li jimmina dan il-livell ta' obbligu ta' rendikont u trasparenza, billi l-arranġamenti ta' rappurtar, awditjar u skrutinju pubbliku mhumiex allinjati (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 2.31); jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-impenn tal-Kummissjoni li żżomm lill-awtorità baġitarja informata perjodikament bil-finanzjament tal-fondi fiduċjarji u bl-operazzjonijiet skedati u li għaddejjin, inklużi l-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri;

Fondi lill-Awtorità Palestinjana

272.  Jinsisti li l-programmi ta' tagħlim u taħriġ iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, bħall-PEGASE, għandhom jirriflettu valuri komuni bħall-paċi, il-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni fl-edukazzjoni, kif deċiż mill-ministri tal-edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu:

273.  Jistieden lid-DĠ NEAR (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 9.37):

   (a) jaħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar tal-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA II biex jitjiebu l-kompetenzi tagħhom;
   (b) jiżviluppa indiċijiet tar-riskju għat-titjib tal-valutazzjoni abbażi tal-mudelli ta' kontroll intern li d-Direttorat Ġenerali kien introduċa kif xieraq, biex b'hekk l-impatt tal-iżbalji jkun jista' jitkejjel aħjar;
   (c) jiżvela b'mod ċar l-ambitu tal-istudju dwar ir-rata tal-iżball residwu u l-limiti inferjuri u superjuri ta' żball stmati fir-rapport ta' attività annwali tiegħu li jmiss;
   (d) itejjeb il-kalkolu tal-kapaċità korrettiva għall-2017 billi jindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti;

274.  Jistieden lid-DĠ DEVCO u lid-DĠ NEAR jikkunsidraw li jiddefinixxu – f'kooperazzjoni mad-DĠ HOME – indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat mal-eliminazzjoni tal-kawżi sottostanti u ewlenin tal-migrazzjoni irregolari;

275.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkoreġi n-nuqqasijiet identifikati mill-IAS tagħha rigward ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni tad-DĠ DEVCO u tittrasforma l-EAMR f'dokument applikabbli u kompletament pubbliku li jissostanzja d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni magħmula mill-kapijiet tad-delegazzjonijet u mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO; jitlob lid-DĠ DEVCO jiddefinixxi l-KPIs b'tali mod li jagħmluha possibbli li titkejjel il-prestazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, u li dan isir mingħajr ma tiġi kompromessa l-politika diplomatika tal-Unjoni permezz tad-delegazzjonijiet tagħha;

276.  Iqis li huwa essenzjali li s-sospensjoni tal-finanzjament ta' qabel l-adeżjoni tkun possibbli mhux biss fil-każijiet fejn tkun ġiet ipprovata l-approprjazzjoni indebita ta' fondi, iżda anke fil-każijiet fejn il-pajjiżi fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni jiksru bi kwalunkwe mod id-drittijiet stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

277.  Jenfasizza li l-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu biss jekk l-użu tagħhom ikun ġustifikat u l-azzjoni meħtieġa ma tkunx tista' ssur b'mezzi ta' finanzjament eżistenti oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni biex, meta toħloq fondi fiduċjarji, tistabbilixxi prinċipji gwida għat-twettiq ta' valutazzjoni konċiża u strutturata tal-vantaġġi komparattivi tal-fondi fiduċjarji meta mqabbla ma' mezzi ta' għajnuna oħrajn u twettaq anke analiżi ta' liema lakuni speċifiċi mistennija jimlew il-fondi fiduċjarji; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tikkunsidra li tagħlaq il-fondi fiduċjarji li ma jkunux kapaċi jattiraw kontribut sinifikanti migħand donaturi oħrajn jew li ma jiġġenerawx valur miżjud meta mqabbla ma' strumenti esterni tal-Unjoni "tradizzjonali";

278.  Jiddeplora profondament il-każijiet rikonoxxut ta' vjolenza, abbuż sesswali u mġiba għalkollox ħażina min-naħa tal-ħaddiema li jipprovdu l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni ċivili f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' wara kunflitt; jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat l-impenn tagħha biex teżamina mill-ġdid u, jekk ikun hemm bżonn, tissospendi l-finanzjament lil dawk is-sħab li ma jirrispettawx l-istandards etiċi għoljin meħtieġa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta' prevenzjoni fil-proċeduri tal-għażla tal-persunal u tipprovdi taħriġ inizjali u kontinwu f'dan ir-rigward, sabiex tinqered din il-pjaga u tiġi evitata kwalunkwe ripetizzjoni; jitlob ukoll li jkun hemm politika għall-protezzjoni tal-informaturi f'dawn il-każijiet;

279.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal id-dokumenti strateġiċi tagħha b'aktar reqqa, sabiex tingħata valutazzjoni aktar wiesgħa u preċiża tal-ħtiġijiet finanzjarji u tal-aħjar strumenti li għandhom jintużaw;

280.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-Unjoni jinħareġ skont l-istandards tal-UNESCO ta' paċi u tolleranza;

281.  Iqis li huwa essenzjali li l-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi li jirċievu finanzjament tingħata appoġġ attiv min-naħa tal-Kummissjoni permezz ta' assistenza teknika xierqa;

Migrazzjoni u Sigurtà

282.  Jinnota li fil-Kapitolu 8 ("Sigurtà u ċittadinanza")(87) tar-rapport annwali tagħha, il-Qorti ma kkalkulatx rata ta' żball abbażi tal-15-il tranżazzjoni li eżaminat, billi dan il-kampjun ma kienx maħsub li jkun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP;

283.  Jinnota bi tħassib il-konstatazzjoni tal-Qorti li "kien għadu ma sarx wisq progress fil-pagamenti mill-AMIF [il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni](88) u l-FSI [il-Fond għas-Sigurtà Interna], taħt ġestjoni kondiviża" (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, kaxxa 8.2);

284.  Jirrimarka li l-Qorti sabet diversi dgħufijiet fis-sistemi relatati mas-SOLID, l-AMIF u l-FSI fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri;

285.  Jiddispjaċih, b'mod partikolari, li:

   (a) il-Qorti enfasizzat l-għadd għoli ta' abbozzi ta' programmi AMIF jew FSI mħejjija mill-Istati Membri u analizzati mill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni tagħhom, li jista' jdewwem l-implimentazzjoni;
   (b) skont il-Qorti, il-valutazzjoni li twettqet mill-Kummissjoni tas-sistemi tal-Istati Membri għall-AMIF u l-FSI kienet sikwit ibbażata fuq informazzjoni li ma kinitx dettaljata biżżejjed, b'mod partikolari fil-qasam tal-istrateġiji tal-awditjar;
   (c) kien hemm dewmien fir-rappurtar ta' awditi ex post tal-konformità għall-programmi SOLID, u proċeduri ta' kontroll tal-kwalità mhux dokumentati biżżejjed għax-xogħol ta' awditjar esternalizzat;

286.  Jiddispjaċih li l-Qorti sabet ukoll in-nuqqasijiet li ġejjin fil-livell tal-Istati Membri: kontrolli fuq il-post mhux dokumentati biżżejjed, nuqqas ta' għodda tal-IT dedikata għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u xi dgħufijiet fl-awditjar imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri;

287.  Jiddeplora l-fatt li, fir-rapport annwali tagħha, il-Qorti nnutat li "[f]l-2016, il-Kummissjoni ma rrappurtatx l-ammont kumplessiv ta' fondi mmobilizzati għall-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni, u huwa diffiċli biex dan jiġi stmat" (Rapport annwali 2016 tal-Qorti, paragrafu 2.28);

288.  Jiddispjaċih li, fir-rigward tal-hotspots, il-Qorti kkonkludiet (Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 6/2017) li:

   (a) minkejja appoġġ konsiderevoli mill-Unjoni, il-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-Greċja u l-Italja fi tmiem l-2016 kienu għadhom mhux adegwati;
   (b) kien hemm ukoll nuqqas ta' faċilitajiet adegwati għall-akkomodazzjoni u l-ipproċessar ta' minorenni mhux akkumpanjati f'konformità mal-istandards internazzjonali;
   (c) l-approċċ ibbażat fuq il-hotspots jirrikjedi wkoll li l-migranti jiġu mgħoddija fi proċeduri ta' segwitu xierqa, jiġifieri applikazzjoni nazzjonali għall-asil jew ritorn lejn il-pajjiż ta' oriġini, u l-implimentazzjoni ta' dawn il-proċeduri ta' segwitu sikwit ssir bil-mod u tiffaċċja diversi ostakli, u dan jista' jkollu riperkussjonijiet fuq il-funzjonament tal-hotspots;

289.  Jiddeplora l-fatt li, skont il-Human Rights Watch, in-nisa rrappurtaw fastidju sesswali frekwenti fil-hotspots fil-Greċja;

290.  Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar nuqqas ta' trasparenza rigward is-separazzjoni tal-finanzjament bejn riżorsi pubbliċi u dawk għall-migranti fil-kwistjoni tal-assistenza ta' emerġenza biex migranti minn barra l-Unjoni jiġu ttrasportati mill-gżejjer Griegi lejn il-Ġreċja kontinentali, imsemmi mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha (ir-Rapport Annwali 2016 tal-Qorti, kaxxa 8.4); ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tippermettix li l-benefiċjarji ta' għotjiet mill-Unjoni jagħmlu profitti mill-implimentazzjoni ta' proġett; iqis li dan il-każ iqajjem xi kwistjonijiet ta' reputazzjoni għall-Kummissjoni u jikkontesta l-mod kif ġie ġestit mil-lat etiku;

Il-miżuri li għandhom jittieħdu

291.  Jitlob li:

   (a) id-DĠ HOME jikkunsidra li jiddefinixxi, f'koperazzjoni mad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR, indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat mal-eliminazzjoni tal-kawżi sottostanti u aħħarin tal-migrazzjoni irregolari;
   (b) il-Kummissjoni terġa' tgħaqqad flimkien il-linji baġitarji marbuta mal-finanzjament tal-politika tal-migrazzjoni taħt intestatura waħda, bil-għan li ssaħħaħ it-trasparenza;
   (c) il-Kummissjoni tiddefinixxi strateġiji speċifiċi ma' timijiet ta' appoġġ tal-Unjoni biex tiżgura s-sikurezza tan-nisa u tal-minorenni akkumpanjati fil-hotspots;
   (d) il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-Greċja u fl-Italja;
   (e) il-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrimedjaw id-dgħufijiet fis-sistema identifikati mill-Qorti fil-ġestjoni ta' fondi AMIF/FSI;
   (f) il-Kummissjoni tipprovdi stima tan-nefqa mħallsa għal kull migrant jew applikant għall-asil, skont il-pajjiż;
   (g) il-Kummissjoni tipprovdi għal sistema ta' monitoraġġ bil-ħsieb li tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati u ta' dawk li jfittxu l-asil jiġu rrispettati;
   (h) il-Kummissjoni tintensifika l-verifiki li jsiru fuq il-fondi għar-rifuġjati, li l-Istati Membri, fl-emerġenzi, spiss jallokawhom b'mod li ma jikkonformax mar-regoli fis-seħħ;

Il-Kodiċi ta' kondotta tal-Kummissarji u l-proċeduri għall-ħatra ta' uffiċjali għolja

292.  Japprezza li t-talbiet tiegħu biex il-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-kodiċi ta' kondotta tal-Kummissarji sa tmiem l-2017, inkluż billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interessi kif ukoll billi tintroduċi kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' impjieg wara l-mandat u testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-President tal-Kummissjoni, ingħataw ir-risposta meħtieġa; jinnota li l-kodiċi l-ġdid daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018;

293.  Ifakkar il-wegħda magħmula mill-President tal-Kummissjoni Juncker lill-Ombudsman Ewropew li l-ex President tal-Kummissjoni Barroso kien se jiġi ttrattat sempliċement bħala rappreżentant ta' parti interessata; ifakkar l-opinjoni tal-Kumitat tal-Etika Ad Hoc dwar l-impjieg il-ġdid tas-Sur Barroso, bħala konsulent ta' Goldman Sachs, li din il-kariga tkun kompatibbli biss jekk is-Sur Barroso jimpenja ruħu li ma jagħmel l-ebda lobbying f'isem Goldman Sachs;

294.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-inkonsistenza li nħolqot minn għadd ta' membri individwali tal-Kummissjoni fejn, skont ir-reġistru tal-laqgħa tagħhom, iddeskrivew il-laqgħa tagħhom mas-Sur Barroso bħala laqgħat ma' Goldman Sachs International; jikkonkludi li jew il-laqgħat mas-Sur Barroso ma kinux laqgħat ta' lobbyists, li f'dan il-każ il-wegħda tal-Ombudsman Ewropew ma nżammitx u r-reġistru tal-laqgħa tal-Kummissjoni ma jirriflettix it-trasparenza ta' reġistru jew inkella l-laqgħat mas-Sur Barroso kienu ttrattati bħala laqgħat b'rappreżentant ta' grupp ta' interess, f'liema każ inkisret waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kumitat tal-Etika Ad Hoc tal-Kummissjoni;

295.  Ifakkar li nuqqas ta' kunflitt ta' interessi jrid ukoll ikun prerekwiżit biex isiru s-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, u li għalhekk il-formoli tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji jridu jimtlew u jkunu disponibbli qabel ma l-Kummissarju jinstema' mill-kumitat kompetenti tal-Parlament, u jridu jiġu aġġornati tal-anqas darba fis-sena u kull darba li l-informazzjoni tinbidel;

296.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tagħmel il-konsulenti speċjali tal-Kummissarju aktar soġġetti għall-obbligu ta' rendikont u r-rabtiet professjonali tagħhom tagħmilhom trasparenti u miftuħa għall-iskrutinju pubbliku, biex tipprevjeni kunflitti ta' interess potenzjali tagħhom peress li għandhom aċċess bla xkiel għall-Kummissjoni; jemmen li dawn il-passi se jgħinu biex jillimitaw il-possibbiltà ta' lobbying fl-ogħla livell b'mod irregolari;

297.  Jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Kummissarji jiddikjaraw l-interessi kollha tagħhom (bħala azzjonisti, membri ta' bordijiet ta' kumpaniji, xogħol ta' konsulenza, membri ta' fondazzjonijiet assoċjati...) fir-rigward tal-kumpaniji kollha li huma kienu involuti fihom, inklużi l-interessi tal-qraba tagħhom, kif ukoll il-bidliet li saru malli l-kandidatura tagħhom saret magħrufa;

298.  Jirrimarka li l-estensjoni tal-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għandha tikkonċerna lill-Membri kollha tal-Kummissjoni, kif talab il-Parlament diversi drabi; jinsisti li l-opinjonijiet tal-kumitat għall-etika għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta jinħarġu;

299.  Jibża' li l-proċessi ta' ħatra tal-kumitat għall-etika indipendenti ma jiggarantixxux l-indipendenza tiegħu, u jenfasizza li esperti indipendenti m'għandux ikun kellhom huma stess il-kariga ta' Kummissarju, u lanqas m'għandu jkun kellhom pożizzjoni bħala uffiċjal għoli tal-Kummissjoni; jitlob li l-Kummissjoni tadotta regoli ġodda dwar kumitat għall-etika indipendenti f'konformità ma' din ir-rimarka;

300.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi u tippubblika rapport annwali minn kumitat tal-etika indipendenti; jafferma mill-ġdid li kumitat tal-etika indipendenti jista' jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni għat-titjib tal-kodiċi ta' kondotta jew għall-implimentazzjoni tiegħu;

301.  Jinsab imħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' trasparenza, in-nuqqas ta' kwalunkwe kompetizzjoni fost il-persunal eliġibbli u l-użu ħażin possibbli tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni fil-ħatra reċenti tal-Kap tal-Uffiċċju tal-President tal-Kummissjoni bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni; jinnota li t-tweġibiet tal-Kummissjoni lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit ma spjegawx b'mod xieraq il-ġustifikazzjoni għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali permezz tal-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, liema fatt wassal biex it-trasferiment isir mingħajr ma l-post jiġi ddikjarat vakanti u għalhekk mingħajr ma l-persunal eliġibbli jiġi mistieden biex japplika; jistenna li l-President tal-Kummissjoni jippreżenta l-pjan tiegħu, biex isir rimedju għall-ħsara li saret lill-immaġni pubblika tal-Kummissjoni minħabba l-ħatra reċenti tas-Segretarju Ġenerali, lill-Parlament;

302.  Fid-dawl tal-ħatra reċenti tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni u sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni pubblika Ewropea indipendenti, jitlob lil-Kummissjoni, qabel tmiem l-2018, tippreżenta proposta dwar proċedura għall-ħatra ta' uffiċjali għolja, li tiżgura li jintgħażlu l-aħjar kandidati f'qafas ta' trasparenza massima u ta' opportunitajiet indaqs, u tkun wiesgħa biżżejjed biex tkun applikabbli għall-istituzzjonijiet l-oħra, kollha tal-Unjoni, inklużi l-Parlament u l-Kunsill;

303.  Bil-ħsieb tal-ġejjieni, jitlob li l-Kummissjoni tipprevedi li tintroduċi t-titjibiet li ġejjin:

   (a) l-aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet minn donaturi minn Stati Membri għandha tkun ipprojbita (l-Artikolu 6(4)) tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni;
   (b) il-parteċipazzjoni tal-Kummissarji fil-politika nazzjonali matul iż-żmien tal-kariga tagħhom għandha tiġi sospiża jew limitata għal sħubija passiva f'partit;
   (c) kjarifika tar-referenza għal "użu diplomatiku jew ta' korteżija" (l-Artikolu 6(2) u (5)), li hija nieqsa mill-preċiżjoni u ċ-ċarezza u tista' tkun suxxettibbli għall-abbuż;
   (d) il-parteċipazzjoni tal-Kummissarji f'kampanji elettorali nazzjonali għandha tkun allinjata mal-parteċipazzjoni f'kampanja elettorali Ewropea (l-Artikoli 9 u 10); fiż-żewġ każijiet, il-Kummissarji għandu jkollhom l-obbligu li jieħdu liv elettorali mingħajr ħlas;
   (e) għandu jkun hemm aktar ċarezza dwar il-kriterji għar-riferiment possibbli lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 245 jew 247 tat-TFUE;
   (f) Il-Kummissarji għandhom jiddikjaraw l-interessi kollha rilevanti tagħhom (bħala azzjonisti, membri ta' bordijiet tal-kumpaniji, konsulenti, membri ta' fondazzjonijiet assoċjati, eċċ.) u mhux jagħżlu biss dawk li jaħsbu li jistgħu jagħtu lok għal kunflitt ta' interess;
   (g) id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom jittejbu f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji – linji gwida(89);

Amministrazzjoni

Is-Sejbiet tal-Qorti

304.  Jinnota li l-istituzzjonijiet kollettivament naqqsu l-għadd ta' postijiet tax-xogħol fit-tabella tal-persunal b'4,0 % tul il-perjodu bejn l-2013 u l-2017 (minn 39 649 għal 38 072 post), u li l-istituzzjonijiet naqqsu l-għadd tal-persunal (postijiet effettivament okkupati minn membru tal-persunal) b'1,4 % bejn l-2013 u l-2017 (minn 37 153 għal 36 657 post);

305.  Jinnota wkoll il-konklużjonijiet addizzjonali tal-Qorti:"

"30. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-awtorità baġitarja tat postijiet ġodda lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. Dawn il-postijiet saru disponibbli, l-aktar għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom (dan jispjega ż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' postijiet mogħtija lill-aġenziji), l-adeżjoni tal-Kroazja u l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.

   31. Bħala konsegwenza, l-għadd ta' postijiet fit-tabelli tal-persunal naqas b'1,1 % bejn l-2012 u l-2017, b'varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-istituzzjonijiet (- 3,5 %), l-aġenziji deċentralizzati (+ 13,7 %) u l-aġenziji eżekuttivi (+ 42,9 %). L-għadd ta' postijiet effettivament okkupati mill-1 ta' Jannar 2013 sal-1 ta' Jannar 2017 żdiedu b'0,4 % matul il-perjodu (- 1,3 % għall-istituzzjonijiet u l-korpi u + 11,3 % għall-aġenziji, b'9,6 % fl-aġenziji deċentralizzati u 33,7 % fl-aġenziji eżekuttivi). Ir-rata medja ta' pożizzjonijiet vakanti naqset minn 6,9 % fl-1 ta' Jannar 2013 għal 4,5 % fl-1 ta' Jannar 2017 u laħqet livell ta' inqas minn 2 % f'xi istituzzjonijiet u korpi."(90);
"

306.  Jinnota bi tħassib id-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-membri tal-persunal tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu, minkejja s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' Ottubru 2000 fil-każ Ferlini (C-411/98) u d-Direttiva 2011/24/UE, li t-tnejn li huma jikkundannaw il-prattika; jenfasizza li t-tariffi eċċessivi għadhom għaddejja, u li qed isir użu minn żewġ ftehimiet mal-Federazzjoni tal-Isptarijiet tal-Lussemburgu (FH) u mal-Assoċjazzjoni tat-Tobba u tad-Dentisti (AMD), li jistabbilixxu limitu ta' 15 % għat-tariffi eċċessivi iżda jippermettu 500 % għal trattament fl-isptarijiet; jiddeplora l-fatt li s-sentenza tal-2000 tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-Direttiva 2011/24/UE qed jinkisru mhux biss mill-ftehimiet, iżda wkoll minn għadd ta' operaturi tal-kura tas-saħħa nazzjonali; jitlob li l-Kummissjoni l-ewwel nett tikkalkola l-ispiża addizzjonali annwali tat-tariffi eċċessivi għall-baġit tal-Unjoni (JSIS) u tiġġustifikaha, it-tieni nett tiddetermina proċedura ta' ksur jew azzjoni legali simili kontra l-Gran Dukat, it-tielet nett tinforma lill-Parlament dwar l-eżitu tal-Petizzjoni pubblika Nru 765 imressqa lill-Kamra tad-Deuptati tal-Lussemburgu u tad-dibattitu pubbliku organizzat hemmhekk fid-19 ta' Ottubru 2017, u r-raba' nett tipprotesta kontra ż-żewġ ftehimiet mal-FH u mal-AMD;

307.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet li għamel il-Kummissarju Oettinger dwar it-tmiem tar-restrizzjonijiet fil-politika tal-persunal bil-għan li jiġi evitat preġudizzju serju għall-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-kwalità li s-servizz pubbliku tal-Unjoni jagħti liċ-ċittadini Ewropej; jenfasizza li huwa importanti li jkollna servizz ċivili Ewropew b'saħħtu, li jkun għas-servizz taċ-ċittadini u kapaċi jirrispondi għall-isfidi li tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni u jimplimenta l-politiki tagħha bl-ogħla standards possibbli ta' eċċellenza u professjonaliżmu, u dan is-servizz jagħtih bl-istrumenti legali u bir-riżorsi u; jenfasizza l-importanza li s-servizz ċivili Ewropew jerġa' jsir propożizzjoni attraenti għal professjonisti żgħażagħ tal-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tfassal rapport dwar il-konsegwenzi tar-restrizzjonijiet għall-attraenza tas-servizz ċivili tal-Unjoni u dwar l-istat kurrenti ta' nuqqas ta' riżorsi, u tipproponi soluzzjonijiet biex tqarreb is-servizz lejn iċ-ċittadini Ewropej u tqawwi l-interess ta' dawn tal-aħħar f'li jingħaqdu miegħu;

308.  Jenfasizza l-importanza li tinstab soluzzjoni għall-problema tat-tariffi eċċessivi, u f'ħafna każijiet abbużivi, għall-ispejjeż mediċi tal-membri tal-persunal u tal-Membri tal-Parlament f'xi Stati Membri; jitlob li l-Kummissjoni tfittex soluzzjonijiet għal din il-problema li, f'pajjiżi bħal-Lussemburgu, tiswa madwar EUR 2 miljun fis-sena (eż. negozjati mas-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, pubbliċi jew privati, il-ħolqien ta' kard simili għall-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea għal ivvjaġġar barra l-pajjiż, eċċ.);

Il-Binjiet Jean Monnet (JMO I, JMO II) fil-Lussemburgu

309.  Jirrikonoxxi li l-kostruzzjoni tal-binja Jean Monnet il-ġdida (JMO II) ġarrbet dewmien konsiderevoli, marbut ma' spejjeż addizzjonali;

310.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Lussemburgiżi ħadu 15-il sena (mill-1994 sal-2009) biex jaqblu dwar l-arranġamenti futuri għall-akkomodazzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu;

311.  Jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-istorja sħiħa tal-JMO I/JMO II bejn l-1975 u l-2011 kif wiegħdet il-Kummissjoni fir-risposti bil-miktub tagħha bi tħejjija għas-smigħ mal-Kummissarju Oettinger fit-23 ta' Jannar 2018;

312.  Jiddispjaċih li għalkemm inventarju sħiħ ta' materjali li fihom l-asbestos fil-JMO I sar fl-1997, il-Kummissjoni ma ħarġitx mill-binja qabel Jannar 2014, u li AIB-Vinçotte Luxembourg damet sal-2013 biex tirrevedi s-sejbiet tagħha; jinnota li folji tal-asbestos fil-JMO I kienu ta' densità aktar baxxa milli kien maħsub qabel u li għaldaqstant kienu aktar sensittivi għal impatt mekkaniku (frizzjoni bażika hija biżżejjed biex tirrilaxxa l-fibri fl-arja, hekk li jistgħu jiddaħħlu fil-ġisem man-nifs); iqis li l-Kummissjoni, fid-dawl tar-riskji serji għas-saħħa li jirriżultaw mill-asbestos fin-nifs, kien messha kkunsidrat ir-rapport tal-espert u l-opinjonijiet kwalifikati ta' esperti oħra f'dan il-qasam, speċjalment wara dak li ġara fil-Berlaymont fi Brussell; jitlob li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar jekk il-ħaddiema kollha kinux debitament infurmati dwar is-sitwazzjoni u dwar ir-riskji serji għas-saħħa, jekk ġiex osservat xi mard li seta' jirriżulta mid-dħul fil-ġisem ta' partikoli tal-asbestos man-nifs, u liema miżuri ttieħdu f'każijiet tali, u jekk ittiħdux miżuri preventivi (testijiet ta' screening u identifikazzjoni bikrija, eċċ.); jitlob ukoll li l-Kummissjoni tirrapporta dwar jekk bdietx proċedimenti kontra AIB-Vinçotte Luxembourg f'dan ir-rigward;

313.  Jinnota li, f'Diċembru 2015, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Lussemburgiżi qablu dwar il-qsim tal-ispejjeż assoċjati mal-ħruġ bikri mill-JMO I; jinnota li l-JMO II kien oriġinarjament maħsub li jsir disponibbli fil-31 ta' Diċembru 2014;

314.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-kiri ta' sitt binjiet okkupati mill-Kummissjoni fil-frattemp (ARIA, LACC, HITEC, DRB, BECH u T2), minħabba d-dewmien fit-tlestija tal-JMO II, u dwar il-konsegwenzi ta' estensjoni tal-kuntratti tal-kera; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jittejbu f'dawn is-sitt binjiet, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol, u tikkonkludi malajr in-negozjati mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu rigward it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-mobbiltà u tal-aċċess għalihom; ifakkar li uffiċċji mediċi għandhom jiġu stabbiliti f'kull binja bi qbil mal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża;

315.  Sar jaf reċentement li l-ewwel fażi ta' kostruzzjoni tal-JMO II probabbilment se titlesta fil-bidu tal-2020 u t-tieni fażi fil-bidu tal-2024; jinnota l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni dwar il-kawżi tad-dewmien:

   (a) il-konsorzju ta' periti KSP talab li jeżamina ċerti klawżoli tal-kuntratt ta' ġestjoni;
   (b) proċedura ta' sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta' tħaffir ħabbtet wiċċha ma' problemi amministrattivi;
   (c) saru bidliet sinifikanti rigward il-miżuri ta' sigurtà;

u jitlobha tipprovdilu d-dokumenti ġustifikattivi ta' dawn l-ispjegazzjonijiet, kif ukoll id-dettalji tal-ispejjeż relatati mad-dewmien fit-tlestija tal-binja;

316.  Jixtieq jirċievi d-dokumenti ta' sostenn għal dawn l-ispjegazzjonijiet sat-30 ta' Ġunju 2018;

L-Iskejjel Ewropej

317.  Ifakkar li l-Kummissjoni ħallset 61 % (EUR 177.8 miljun) tal-baġit tal-iskejjel fl-2016;

318.  Jiddispjaċih li, wara aktar minn 15-il sena(91), għadha ma ġiet implimentata l-ebda sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-iskejjel Ewropej;

319.  Jirrileva, f'dan il-kuntest, ir-rapport annwali tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2016, li kixef in-nuqqasijiet li ġejjin(92):""27. Il-Qorti sabet dgħufijiet sinifikanti fl-applikazzjoni ta' kontabbiltà abbażi tad-dovuti fil-kontijiet tal-Uffiċċju Ċentrali u l-Iskejjel ta' Alicante u ta' Karlsruhe, b'mod partikolari fil-kalkolu u r-riżerva ta' provvedimenti għall-benefiċċji tal-impjegati u r-reġistrazzjoni ta' pagabbli u riċevibbli. Żbalji materjali kienu kkoreġuti matul il-proċedura ta' konsolidazzjoni. [...30].Filwaqt li s-sistemi interni ta' kontroll tal-Iskejjel ta' Alicante u ta' Karlsruhe wrew dgħufijiet limitati, għad hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' kontroll intern tal-Uffiċċju Ċentrali. Ir-rapporti tal-awditjar tal-awditur indipendenti estern żvelaw ukoll dgħufijiet sinifikanti fis-sistemi ta' reklutaġġ, akkwist u proċeduri ta' ħlas. Il-Qorti għalhekk ma setgħetx tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja kienet imwettqa skont il-Qafas Ġenerali.""

320.  Jirrikonoxxi li d-direttur ġenerali għalhekk aġixxiet biss b'mod kongruenti meta llimitat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha: "Id-Direttur Ġenerali, fil-kapaċità tagħha bħala l-Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega, iffirmat id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni minkejja li din kienet ikkwalifikata b'riżerva ta' reputazzjoni dwar il-ġestjoni effettiva ta' xi fondi tal-Kummissjoni assenjati lill-Iskejjel Ewropej."(93);

321.  Jiddeplora l-fatt li r-rapport annwali tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2016 kixef diversi dgħufijiet: jemmen li l-obbligu ta' rendikont tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej għandu jitqawwa u jinġieb għal livell xieraq permezz ta' proċess ta' kwittanza ddedikat għall-EUR 177,8 miljun li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha;

322.  Itenni l-fehma tal-Parlament li "rieżami komprensiv" tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej huwa meħtieġ b'mod urġenti biex jikkunsidra "riforma li tkopri kwistjonijiet maniġerjali, finanzjarji, organizzattivi u pedagoġiċi" u jfakkar fit-talba tiegħu li "l-Kummissjoni tippreżenta kull sena rapport li fih tagħti l-valutazzjoni tagħha rigward l-istat tal-progress" lill-Parlament;

323.  Jistaqsi lill-Kummissjoni meta tistenna li jkun hemm implimentata sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-Iskejjel Ewropej; jitlob li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li sistema ta' ġestjoni finanzjarja tajba għall-Iskejjel Ewropej tkun tista' tiġi introdotta mill-aktar fis possibbli;

Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

324.  Huwa mistagħġeb li l-iżvilupp ta' sistema ġdida ta' ġestjoni tal-każijiet, imfassla internament, se jiswa EUR 12,2 miljun; jistaqsi jekk l-OLAF wettaqx xi riċerka tas-suq għal soluzzjonijiet irħas qabel ma impenja ruħu f'din in-nefqa; jistenna li l-Kummissjoni u l-OLAF jippreżentaw lill-awtorità ta' kwittanza spjegazzjoni dettaljata dwar l-istima tal-ispejjeż u dwar il-passi meħuda biex tinstab soluzzjoni aktar ekonomika;

325.  Għandu ħafna dubji dwar:

   (a) il-ħolqien ta' postijiet bil-għan waħdieni li jaqdu bħala punt ta' tluq għal sekondar,
   (b) li uffiċjal għoli ma rrispettax perjodu ta' preklużjoni qabel ma aċċetta pożizzjoni b'rabtiet mill-qrib mal-impjieg preċedenti tiegħu,
   (c) li uffiċjal għoli jinsab fir-riskju li jitħabbel f'kunflitt ta' interess bejn il-lealtà tiegħu lejn l-impjegatur preċedenti u dak kurrenti tiegħu;

Gruppi esperti

326.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura kompożizzjoni bilanċjata tal-gruppi ta' esperti; jieħu nota tar-rapport tal-Corporate Europe Observatory tal-14 ta' Frar 2017 "Corporate interests continue to dominate key expert groups"(94); huwa mħasseb dwar il-konklużjoni ta' dak ir-rapport, speċifikament rigward in-nuqqas ta' bilanċ fil-gruppi ta' esperti GEAR2030, Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment, il-Pjattaforma għal Governanza Tajba tat-Taxxa, u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi bil-Mutur sottogrupp Emissjonijiet fis-Sewqan Reali – Vetturi Ħfief; iqis li l-Parlament għadu ma rċeviex risposta formali għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar il-kontroll tar-Reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni(95); jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi risposta eżawrjenti mingħajr dewmien;

Il-ġurnaliżmu investigattiv u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni

327.  Jikkundanna l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Slovakk Ján Kuciak u għarustu Martina Kušnírová fit-22 ta' Frar 2018, jinsab imħasseb ħafna dwar informazzjoni li skontha dan il-qtil jista' jkun marbut ma' pagament frodulenti ta' fondi ta' trasferiment mill-Unjoni lil resident fis-Slovakkja u mal-allegati rabtiet mal-grupp tal-kriminalità organizzata 'Ndràngheta; jitlob li l-Kummissjoni u l-OLAF jeżaminaw dan il-fajl mill-qrib u jirrapportaw dwaru fil-qafas tas-segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni;

328.  Jiddispjaċih li ser jitwaqqaf ir-rapport għal kull pajjiż fit-tieni rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (ARES (2017)455202); jistieden lill-Kummissjoni tibda tirrapporta mill-ġdid b'mod separat mis-Semestru Ekonomiku dwar l-istatus ta' korruzzjoni fl-Istati Membri, inkluża evalwazzjoni tal-effettività tal-isforzi kontra l-korruzzjoni appoġġati mill-UE; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex ma tevalwax l-isforzi kontra l-korruzzjoni biss f'termini ta' telf ekonomiku;

329.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel sforz imġedded biex tippermetti lill-UE ssir firmatarja għal GRECO (grupp ta' stati kontra l-korruzzjoni);

Allowances tranżizzjonali

330.  Jieħu nota tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju tad-Dipartiment Tematiku D tal-Parlament "Allowances tranżizzjonali għal ex detenturi ta' karigi tal-Unjoni – ftit wisq kundizzjonijiet?"; jitlob li l-Kummissjoni tieħu kont ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u tagħti bidu għal reviżjoni tal-allowances tranżizzjonali għal ex detenturi ta' karigi tal-UE sabiex issaħħaħ it-trasparenza u r-rispett tal-obbligu ta' rendikont tal-baġit tal-UE lejn iċ-ċittadini; jistieden b'mod partikolari lill-ex detenturi ta' karigi tal-UE biex joqogħdu lura minn attivitajiet ta' lobbying fl-istituzzjonijiet tal-UE sakemm ikunu għadhom qed jirċievu allowance tranżitorja;

L-Aġenziji Eżekuttivi

331.  Jitlob li l-aġenziji eżekuttivi kkonċernati:

   (a) jagħtu segwitu għar-rakkomandazzjonijet tas-Servizz tal-Awditjar Intern u jimplimentawhom;
   (b) jevitaw ir-riporti kemm jista' jkun billi jintroduċu approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati ħalli jirriflettu aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet;
   (c) iżommu reġistri dettaljati u komprensivi dwar proċeduri ta' akkwist pubbliku u ta' reklutaġġ.

Opinjonijiet tal-Kumitati

L-Affarijiet Barranin

332.  Jieħu nota tar-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni Esterna tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) maħruġ f'Ġunju 2017; jilqa' l-indikazzjonijiet li l-osservazzjoni elettorali tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-EIDHR; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat appoġġ kontinwu fost il-popolazzjonijiet lokali għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali; għal dan il-għan, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kosteffettività kif ukoll li tiġi introdotta proporzjonalità bejn ir-riżorsi li jintefqu fuq l-MOE u dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra l-proposti li saru fir-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni Esterna tal-EIDHR biex tkompli ssaħħaħ is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-monitoraġġ elettorali;

333.  Jinnota, filwaqt li jilqa' l-progress li sar, li l-Kummissjoni għadha ma rrikonoxxietx il-konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju ta' erbgħa mill-għaxar missjonijiet ċivili li saru taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma biex takkredita l-missjonijiet ċivili kollha tal-PSDK, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA, sabiex tippermettilhom jiġu fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja taħt ġestjoni indiretta;

L-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni

334.  Huwa inkwetat ħafna bit-tendenza perċettibbli fil-proposti reċenti tal-Kummissjoni li ma jingħatax kas tad-dispożizzjonijiet ġuridikament vinkolanti tar-Regolament (UE) Nru 233/2014(96) f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq eliġibbli tal-Għajnuna Uffiċjali għall-iżvilupp u l-pajjiżi eliġibbli għall-infiq fil-qafas tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); ifakkar li l-legalità tal-infiq tal-Unjoni hija prinċipju kruċjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-kunsiderazzjonijiet politiċi m'għandhomx jieħdu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ġuridiċi ċari; ifakkar li d-DCI huwa l-ewwel u qabel kollox strument imfassal biex jiġġieled il-faqar;

335.  Jappoġġja l-użu ta' appoġġ baġitarju, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi aħjar u tivvaluta ċar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu f'kull każ, u fuq kollox ittejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll rigward il-kondotta tal-istati benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju f'pajjiżi neqsin mis-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-mezzi ta' komunikazzjoni, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza;

336.  Huwa inkwetat bid-dikjarazzjoni tal-Qorti li hemm riskju serju li l-Unjoni ma tilħaqx l-għan tagħha li tintegra t-tibdil fil-klima fil-baġit tal-Unjoni kollu u li l-objettiv li 20 % tal-infiq tagħha ssir għal azzjoni relatata mal-klima mhuwiex ser jintlaħaq;

337.  Huwa inkwetat bis-sejbiet tal-Qorti li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex għalkollox affidabbli(97); jissottolinja l-konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ikkonstatat mill-Qorti: "il-Kummissjoni ma esiġietx li l-iskemi volontarji jivverifikaw li l-produzzjoni ta' bijokarburanti li huma jiċċertifikaw ma tikkawżax riskji sinifikanti ta' effetti soċjoekonomiċi negattivi, bħal kunflitti dwar il-pussess ta' art, xogħol tat-tfal jew furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, u perikli għas-saħħa u s-sikurezza"; jitlob li l-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni;

338.  Jistenna b'interess li jkun infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tad-DCI li għandha tieħu kont tal-Aġenda 2030 u ta' Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp;

339.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkorpora approċċ għall-iżvilupp abbażi ta' inċentivi billi tintroduċi l-prinċipju "aktar għal aktar", waqt li tieħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat bħala eżempju; jemmen li pajjiż, aktar ma jimxi 'l quddiem u aktar ma jħaffef fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; jenfasizza li dan l-approċċ ta' "kundizzjonalità pożittiva", flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għall-komunitajiet rurali, jista' jwassal għal bidla reali u jiggarantixxi li l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni jintefqu b'mod aktar sostenibbli; min-naħa l-oħra, jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex l-għajnuna ssir kundizzjonali fuq il-kontroll tal-fruntieri;

L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

340.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li, matul ir-rieżami mill-Qorti ta' 168 proġett mitmum taħt il-qasam ta' nfiq "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", terz biss kellhom sistema ta' kejl tal-prestazzjoni b'indikaturi tal-output u tar-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programm operazzjonali, u li 42 % ma kellhom l-ebda indikatur jew mira, hekk li ma setgħet issir l-ebda valutazzjoni tal-kontribut speċifiku ta' dawk il-proġetti għall-objettivi globali tal-programm;

341.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li, meta terġa' tikkunsidra l-mekkaniżmu ta' tfassil u twettiq għall-Fondi SIE għal wara l-2020, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-enfasi tal-programm fuq il-prestazzjoni u tissemplifika l-mekkaniżmu għall-pagamenti billi tinkoraġġixxi, kif xieraq, l-introduzzjoni ta' miżuri ulterjuri li jorbtu l-livell ta' pagamenti mal-prestazzjoni, minflok ma sempliċiment tirrimborża l-ispejjeż;

342.  Jilqa' r-riżultati miksuba fl-2016 taħt it-tliet assi tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-appoġġ tal-EaSI, u, b'mod partikolari għall-assi tan-netwerk tiegħu "Progress" u "Servizzi Ewropej tax-Xogħol" (EURES), għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota bi tħassib li t-taqsima tematika dwar l-Intraprenditorija Soċjali fi ħdan l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI għadha mhijiex tagħti prestazzjoni tajba; jitlob li l-Kummissjoni tinsisti li l-Fond Ewropew tal-Investiment jimpenja ruħu li l-użu sħiħ tar-riżorsi taħt it-taqsima tematika ta' Intraprenditorija Soċjali;

L-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

343.  Jisħaq fuq il-fatt li fl-2016, wara l-kummenti tal-Qorti, ġie stabbilit pjan ta' azzjoni sabiex jiżgura li jsir titjib dwar id-dewmien fil-pagamenti taħt il-programm LIFE; jinnota li r-rata ta' dewmien fil-ħlas tal-pagamenti għall-2016 laħqet it-3,9 %;

344.  Jiddispjaċih li m'hemm l-ebda qafas ta' rappurtar speċifiku ġestit mill-Kummissjoni b'rabta mal-identifikazzjoni u l-kejl tal-implikazzjonijiet mhux mixtieqa tal-politiki tal-Unjoni li jaffettwaw b'mod negattiv it-tibdil fil-klima, u b'rabta mal-kwantifikazzjoni tas-sehem ta' dan l-infiq fil-baġit totali tal-Unjoni;

345.  Jisħaq li l-awditi interni wrew ukoll li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni importanti ħafna relatata mas-sigurtà tal-IT (dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistema tal-IT tal-UE ETS), li jesponi lis-servizzi tal-Kummissjoni għar-riskju ta' ksur tas-sigurtà;

346.  Jinnota li l-evalwazzjoni ex post tat-tieni Programm tas-Saħħa, mibdija f'Lulju 2016, sabet li filwaqt li l-Programm ta riżultati pożittivi b'rabta ċara mal-prijoritajiet tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni u ma' dawk nazzjonali, kien għad hemm lok għal titjib rigward id-disseminazzjoni tal-outputs tal-azzjonijiet u s-sinerġiji ma' strumenti ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, bħall-fondi strutturali;

It-Trasport u t-Turiżmu

347.  Jiddispjaċih li, waqt li għaddejja t-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, il-Qorti ma tat l-ebda informazzjoni komprensiva dwar l-awditi li saru għas-settur tat-trasport fil-qasam tal-"Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", b'mod partikolari fir-rigward tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF);

348.  Jinnota li, sa tmiem l-2016, is-CEF tat appoġġ lil 452 proġett tat-trasport għall-ammont totali ta' EUR 19,4 biljun f'investimenti madwar l-Ewropa; itenni l-importanza tal-istrument ta' finanzjament tas-CEFgħall-ikkompletar tan-netwerk TEN-T u biex tinkiseb Żona Unika Ewropea tat-Trasport; jisħaq li t-tnaqqis baġitarju għas-CEF li sar fil-passat, minħabba l-finanzjament għall-inizjattiva tal-FEIS, għandu jiġi evitat fil-futur;

349.  Jinnota li, fl-2016, il-FEIS ipprovda EUR 3,64 biljun ta' finanzjament lil 29 operazzjoni: 25 proġett tat-trasport u 4 fondi multisettorjali, fejn huwa mistenni li se jkun hemm investimenti totali ta' EUR 12,65 biljun; jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-BEI ma tawx informazzjoni komprensiva settur b'settur dwar il-bażi annwali tal-proġetti appoġġjati mill-FEIS;

350.  Jieħu nota tat-tnedija fl-2016 tal-Programm ta' Garanzija għat-Tbaħħir Ekoloġiku permezz tal-prodott finanzjarju ġdid tal-Istrument tad-dejn tas-CEF u tal-FEIS, li potenzjalment se jimmobilizza investiment ta' EUR 3 biljun li se jgħammar lill-bastimenti b'teknoloġija nadifa; jitlob li l-Kummissjoni tagħti informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, inkluż kemm dwar l-aspetti finanzjarji u teknoloġiċi kif ukoll dwar l-impatti ambjentali u ekonomiċi;

351.  Jinnota li l-għadd ta' strumenti finanzjarji żdied b'mod konsiderevoli, b'mod li jippermetti opportunitajiet ġodda ta' finanzjament diversifikat fis-settur tat-trasport, filwaqt li joħloq nisġa kumplessa ta' arranġamenti madwar il-baġit tal-Unjoni; huwa mħasseb li dawn l-istrumenti paralleli mal-baġit tal-Unjoni jistgħu jirriskjaw li jimminaw il-livell ta' rendikont u trasparenza, peress li r-rappurtar, l-awditjar u l-iskrutinju pubbliku mhumiex allinjati; jiddispjaċih, barra minn hekk, li bl-użu tal-fondi FEIS, is-setgħat ta' implimentazzjoni ġew delegati lill-BEI bi skrutinju pubbliku aktar limitat minn dak għal strumenti oħra appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni;

352.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod ċar, għas-settur tat-trasport, valutazzjoni tal-impatt tal-FEIS fuq strumenti finanzjarji oħra, b'mod partikolari fir-rigward tas-CEF, kif ukoll dwar il-koerenza tal-Istrument tad-Dejn tas-CEF ma' inizjattivi oħra tal-Unjoni, f'ħin debitu qabel il-proposta għall-QFP li jmiss u għas-CEF li jmiss; jitlob li din il-valutazzjoni tippreżenta analiżi ċara dwar il-bilanċ ġeografiku tal-investimenti fis-settur tat-trasport; ifakkar, madankollu, li l-ammont ta' flus li jintefqu taħt strument finanzjarju ma għandux jitqies bħala l-uniku kriterju rilevanti meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kisbiet li saru taħt proġetti tat-trasport iffinanzjati mill-Unjoni u tkejjel il-valur miżjud tagħhom;

353.  Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni, fid-dawl tad-diversi sorsi ta' finanzjament, tipprovdi aċċess faċli għall-proġetti, f'forma ta' punt uniku ta' servizz, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu b'mod ċar l-iżviluppi u l-finanzjament ta' infrastrutturi kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u mill-FEIS;

354.  Jitlob li l-Kummissjoni tevalwa l-effikaċja finanzjarja tal-ftehim mal-Eurocontrol rigward il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB) u tmexxi 'l quddiem il-proposta għall-istabbiliment tal-PRB bħala regolatur ekonomiku Ewropew taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni; barra minn hekk, filwaqt li jqis il-ħtieġa li l-Ajru Uniku Ewropew jiġi implimentat mill-aktar fis possibbli u sabiex tiżdied il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni, jitlob li l-Kummissjoni tmexxi 'l quddiem il-proposta li taħtar il-Maniġers tan-Netwerk bħala fornitur ta' servizz awtonomu stabbilit bħala sħubija industrijali;

355.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti ffinanzjati mill-Istati Membri, fil-qasam tat-trasport taħt l-Istrateġija tad-Danubju, u tressaq proposta li tkattar il-valur miżjud tal-proġetti futuri sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta' dan il-kuritur ta' trasport importanti;

356.  Jiddispjaċih profondament li, minħabba n-nuqqas ta' linja baġitarja speċifika għat-turiżmu, hemm nuqqas ta' trasparenza rigward il-fondi tal-Unjoni li ntużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet għat-turiżmu; itenni t-talba tiegħu li, fil-baġits futuri tal-Unjoni, tiżdied linja baġitarja ddedikata għat-turiżmu;

L-Iżvilupp Reġjonali

357.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li għandhom il-kapaċitajiet amministrattivi fl-użu regolari tal-Fondi SIE; iqis li skambju ta' prattiki tajba jistgħu effettivament jikkontribwixxu biex itejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam;

358.  Huwa mħasseb ħafna li d-dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kompla saħħaħ il-bosta inugwaljanzi kemm madwar l-Unjoni kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri u r-reġjuni, u b'hekk ipperikola l-integrità tal-Unjoni;

359.  Jieħu nota tar-rapport strateġiku 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE(98), filwaqt li jenfasizza li l-għażla ta' proġetti tal-Fondi SIE laħqet is-somma kumplessiva ta' EUR 278 biljun, jew 44 % tal-investiment totali ppjanat għall-2014-2020, li ntefgħu fl-ekonomija reali tal-Ewropa mindu beda l-perjodu ta' finanzjament; iqis li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 issa laħqet ir-ritmu massimu tagħha, b'mod li jagħti prova tal-valur miżjud tal-investiment tal-politika ta' koeżjoni għar-reġjuni kollha fl-Unjoni, iżda wkoll tal-ħtieġa li jsiru aktar sforzi fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

360.  Jilqa' l-fatt li l-LPIS sarilha aktar titjib u ssaħħitilha l-preċiżjoni, li tagħmilha għodda tajba ħafna għat-tnaqqis fir-rata ta' żball u fil-piż amministrattiv għall-bdiewa u għall-aġenziji tal-pagamenti;

361.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw il-volatilità sinifikanti fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li għandha effett negattiv fuq l-introjtu tal-bdiewa, u jirreaġixxu fil-pront u b'mod effikaċi meta jkun meħtieġ;

362.  Jinnota li l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni apparentement ma kellhiex impatt fuq ir-rata ta' żball, u dan jista' jitqies bħala kisba kbira għall-bdiewa u għall-aġenziji tal-pagamenti, fid-dawl tan-natura kumplessa tar-regoli tal-ekoloġizzazzjoni; jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li għadu kmieni wisq biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-eżiti ambjentali preċiżi; jinnota li, b'mod partikolari, fatturi oħra apparti l-ekoloġizzazzjoni jinfluwenzaw ukoll il-prestazzjoni ambjentali tas-settur agrikolu; jenfasizza li l-ekoloġizzazzjoni sservi bħala eżempju tal-ħtieġa ikbar ta' awditjar tal-prestazzjoni anke fil-qasam tal-agrikoltura;

363.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iskema ta' ekoloġizzazzjoni u l-mira tagħha li tagħmel l-azjendi agrikoli tal-Unjoni aktar ekoloġiċi permezz ta' prattiki ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', iż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti u l-istabbiliment ta' żoni ta' fokus ekoloġiku fuq ir-raba', kif deskritt fir-rapport annwali tal-Qorti;

364.  Ifakkar li hemm differenza sinifikanti fit-tip u l-iskala tal-iżbalji, jiġifieri bejn ommissjonijiet mhux intenzjonati, ta' natura amministrattiva u każijiet ta' frodi, u li bħala regola ġenerali l-ommissjonijiet ma jikkawżawx danni finanzjarji għall-kontribwenti, u dan għandu jitqies ukoll meta ssir l-istima tar-rata vera tal-iżbalji; ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonati minħabba r-regolamentazzjoni kumplessa fl-aħħar mill-aħħar jaqa' fuq il-benefiċjarju; jiddispjaċih li, anke kieku l-investiment kien effettiv, l-infiq xorta jibqa' jitqies 100 % ineliġibbli mill-Qorti fil-każ ta' żbalji fl-akkwist pubbliku; jenfasizza, għalhekk, li tajjeb li l-metodu tal-ikkalkolar tal-iżbalji jiġi rrazzjonalizzat aktar;

365.  Jinnota li l-aċċess għad-data u għall-monitoraġġ tajjeb, speċjalment tal-aspetti ambjentali, huwa essenzjali, meta wieħed iqis li ċerti riżorsi naturali bħall-ġestjoni tal-ħamrija u l-bijodiversità jirfdu l-produttività agrikola fit-tul;

366.  Jittama li l-Qorti qed tadatta l-approċċ superviżorju tagħha sabiex tagħti l-istess importanza lill-użu tal-fondi bħalma tagħti lill-allokazzjoni tagħhom;

Is-Sajd

367.  Iħeġġeġ lill-Qorti biex, fir-rapporti futuri tagħha, tippreżenta rata ta' żball separata għas-sajd u għall-affarijiet marittimi sabiex telimina d-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-fatt li oqsma oħra jiddaħħlu taħt l-istess kapitolu jinnota li l-affarijiet marittimi u s-sajd mhumiex koperti b'dettall suffiċjenti fir-rapport annwali tal-Qorti, u li, għaldaqstant, diffiċli li ssir evalwazzjoni sewwa tal-ġestjoni finanzjarja f'dawk l-oqsma;

368.  Jifraħ lill-Kummissjoni għar-rata ta' implimentazzjoni partikolarment għolja tat-Titolu 11 tat-Taqsima III tal-baġit tal-2016 (Affarijiet Marittimi u Sajd) kemm fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (99,2 %) kif ukoll tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (94,7 %); jirrimarka li, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014(99), ir-riżorsi baġitarji jitqassmu skont il-qasam ta' allokazzjoni tagħhom, u li għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħti dettalji dwar ir-rata ta' implimentazzjoni skont il-linji baġitarji;

369.  Jieħu nota tar-riżerva espressa fir-rapport tal-attività tad-DĠ MARE, li taffettwa tmien Stati Membri, fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' nfiq ineliġibbli taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES);

370.  jinkoraġġixxi lid-DĠ MARE fl-isforzi tiegħu biex jikkontrolla l-approprjazzjonijiet ġestiti b'mod konġunt, u b'mod partikolari l-miżuri tiegħu rigward il-FES u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS);

371.  Jinnota li ċ-ċifra għar-riskju ta' telf ta' fondi hija ta' EUR 5.9 miljun, u li l-Kummissjoni ħadet il-miżuri rekwiżiti biex tevalwa l-infiq tal-2017 u, jekk ikun meħtieġ, tirkupra l-flus allokati;

372.  Jinnota li, tliet snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, il-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu 2014-2020 għad mhuwiex sodisfaċenti, peress li sa Settembru 2017 kienu ntużaw biss 1.7 % mill-EUR 5.7 biljun disponibbli bħala fondi ġestiti b'mod konġunt; jinnota li r-rata ta' konsum tal-FEMS hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri; jirrimarka li, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ir-riżorsi baġitarji huma analizzati skont il-qasam ta' allokazzjoni tagħhom, u li għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha, tagħti dettalji dwar ir-rata ta' implimentazzjoni skont il-linji baġitarji;

373.  Iqis li jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-appoġġ kollu possibbli bil-għan li jiżguraw użu xieraq u sħiħ tar-riżorsi tal-FEMS, b'rati għolja ta' implimentazzjoni, skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd;

Il-Kultura u l-Edukazzjoni

374.  Jilqa' l-fatt li, fl-2016, permezz tal-Erasmus+, 500 000 ruħ setgħu jistudjaw, jitħarrġu jew jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom, u li l-programm jinsab fit-triq it-tajba biex, sal-2020, jilħaq il-mira tiegħu ta' 4 miljun parteċipant; jenfasizza li l-istudenti tal-Erasmus+ għandhom it-tendenza li jiżviluppaw sett wiesa' ta' ħiliet, kompetenzi u għarfien trasferibbli u jgawdu minn prospetti aħjar fil-karriera minn studenti mhux mobbli, u li l-programm jitqies bħala investiment strateġiku fiż-żgħażagħ tal-Ewropa; jirrimarka madankollu dwar il-bżonn li tiġi żgurata aċċessibilità usa' tal-programm, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet;

375.  Jilqa' l-fatt li l-proċedura ta' applikazzjoni għal finanzjament ta' Erasmus+ fil-parti l-kbira ġiet ittrasferita online; jemmen, madankollu,li l-proċedura tista' tiġi ssemplifikata aktar billi jitneħħa r-rekwiżit li l-ittri ta' akkreditazzjoni tas-sħab tal-proġett ikunu ffirmati bl-id;

376.  Jirrimarka li għad hemm problemi rigward l-aċċess għall-finanzjament ta' Erasmus+ fis-settur "taż-żgħażagħ" minħabba li l-programm huwa ġestit fuq bażi deċentralizzata mill-aġenziji nazzjonali; jitlob li l-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa, pereżempju billi tiċċentralizza parti mill-finanzjament fi ħdan l-aġenzija eżekuttiva; jitlob li l-Kummissjoni, barra minn hekk, tipprovdi l-mezzi meħtieġa biex il-benefiċjarji kollha tal-programm ikunu involuti aktar, pereżempju billi jitwaqqfu sottokumitati permanenti speċifiċi għas-setturi, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1288/2013(100);

377.  Isostni li, sal-lum, iċ-ċavetta li wasslet għas-suċċess ta' Erasmus+ kienet l-iskambji universitarji u li, sabiex ma jitħalliex li dan kollu jiġi pperikolat, l-ebda finanzjament ma għandu jintuża għal programm ieħor, u lanqas ma għandu jitwessa' l-iskop ta' Erasmus+ biex jinkludi lil benefiċjarji oħra, pereżempju l-migranti;

378.  Huwa allarmat bir-rati ta' suċċess kronikament baxxi tal-proġett fl-ambitu tal-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u tas-sottoprogramm kulturali "Ewropa Kreattiva" (16 % u 11 % rispettivament fl-2016); jenfasizza li r-rati baxxi ta' suċċess jikkawżaw frustrazzjoni fost l-applikanti u huma sintomi ta' livelli inadegwati ta' finanzjament, li ma jikkorrispondux mal-għanijiet ambizzjużi tal-programmi;

379.  Jirrimarka li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tal-Kummissjoni stess tgħid li l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" laħaq il-maturità sħiħa tiegħu fl-2016, fit-tielet sena ta' implimentazzjoni tiegħu; jitlob li l-Kummissjoni u l-Kunsill, għalhekk, jipprevedu b'mod adegwat għaż-żminijiet twal li ntwera li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa ta' programmi ġodda fi ħdan il-QFP 2014-2020, sabiex ma jħallux li jseħħ dewmien simili fil-qafas finanzjarju li għandu jiġi stabbilit wara l-2020;

380.  Ifaħħar ir-rwol tal-EACEA fl-implimentazzjoni tat-tliet programmi tal-kultura u l-edukazzjoni, kif turi l-evalwazzjoni pożittiva tal-ħidma kkompletata mill-Aġenzija fl-2016; jilqa' l-użu akbar tar-rappurtar elettroniku min-naħa tal-EACEA għall-proġetti ffinanzjati, li għandu jtejjeb il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-proġetti, jgħin biex jikkontribwixxi għall-ħidma ta' politika tal-Kummissjoni u jassisti lill-benefiċjari; jieħu pjaċir jinnota li l-EACEA tħallas 92 % tal-pagamenti tagħha fi ħdan l-iskadenzi tar-Regolament Finanzjarju; minħabba li l-benefiċjarji tal-programm tal-edukazzjoni u l-kultura spiss huma organizzazzjonijiet żgħar ħafna, jitlob li l-EACEA tagħmel ħilitha biex tikseb riżultati aħjar, potenzjalment permezz ta' indikatur taż-żmien medju għall-ħlas;

381.  Jinnota l-varar, fl-2016, tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi, b'baġit ta' EUR 121 miljun sal-2022, u l-interess inizjali li wrew is-settur u l-intermedjarji finanzjarji; jappella għall-implimentazzjoni rapida tas-EUR 60 miljun ippjanati mill-FEIS għall-forniment minn qabel tal-Faċilità; ifakkar li s-self jikkomplementa sorsi ta' finanzjament oħra li huma essenzjali għas-settur, bħall-għotjiet;

382.  Huwa mħasseb dwar il-livell baxx ħafna ta' finanzjament mill-FEIS li wasal għand l-edukazzjoni u s-setturi kulturali u kreattivi fl-2016; iqis li appoġġ imfassal apposta u speċifiku għas-settur huwa essenzjali biex jiżgura li s-settur kulturali u kreattiv jibbenefika minn self mill-FEIS;

383.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal kopertura tal-affarijiet Ewropej minn midja indipendenti, b'mod partikolari permezz ta' assistenza baġitarja għan-netwerks tat-televiżjoni, tar-radju u online; jilqa' l-kontinwazzjoni tal-għotja għal Euranet+ sal-2018, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib mudell ta' finanzjament aktar sostenibbli għan-netwerk;

Il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

384.  Ifakkar li strumenti speċjali ntużaw b'mod estensiv anke fl-2016 bħala risposta għas-sitwazzjoni umanitarja li jħabbtu wiċċhom magħha dawk li jfittxu l-asil fl-Unjoni, u li għalhekk hemm riskju li l-ammonti li fadal sa tmiem il-QFP kurrenti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jirrispondu għal ġrajjiet mhux mistennija li jistgħu jseħħu qabel l-2020; jitlob lill-Kummissjoni ssolvi din il-kwistjoni strutturali fil-QFP li jmiss u tinforma sewwa lill-Parlament;

385.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' strateġija koerenti u sistematika bi prijoritajiet politiċi u operazzjonali aktar ċari, aktar b'saħħithom u fit-tul għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, filwaqt li l-implimentazzjoni effikaċi tagħha tiġi żgurata wkoll bil-provvediment ta' fondi suffiċjenti għal dan il-għan;

Id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

386.  Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha tal-politika; itenni, għalhekk, is-sejħa tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju, inklużi l-implimentazzjoni tal-baġit u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu;

387.  Jiddispjaċih li l-linji baġitarji relatati mal-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 ma jispeċifikawx ir-riżorsi allokati għal kull wieħed mill-objettivi marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' l-fatt li, fl-2016, in-Netwerk "Women against Violence" (nisa kontra l-vjolenza) u l-Lobby Ewropea tan-Nisa rċevew għotjiet fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

388.  Itenni t-talba tiegħu biex tinżamm linja baġitarja separata għall-objettiv speċifiku tal-programm Daphne, li jkollha aktar riżorsi biex jitreġġa' lura t-tnaqqis fil-fondi allokati lil Daphne matul il-perjodu 2014-2020;

389.  Jiddeplora l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ma jinkludix perspettiva tal-ġeneri, u jenfasizza li ma jista' jkun hemm l-ebda proċess ta' rkupru mingħajr ma jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżijiet fuq in-nisa;

390.  Jissottolinja l-fatt li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija wkoll fost il-prinċipji ta' bażi tal-AMIF; jiddeplora, madankollu, in-nuqqas ta' azzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi b'linji baġitarji ddedikati, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament biex id-dimensjoni tal-ġeneru titqies anki fi ħdan il-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil;

391.  Itenni t-talba tiegħu biex fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiddaħħlu wkoll indikaturi speċifiċi skont il-ġeneru, fil-qies debitu tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, jiġifieri skont il-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effikaċja;

392.  Jitlob li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri bħala parti mill-kundizzjonalità ġenerali ex ante għall-fondi tal-Unjoni, u li tinġabar data diżaggregata, fejn possibbli skont is-sess, dwar il-benefiċjarji u l-parteċipanti;

393.  Jilqa' l-parteċipazzjoni relattivament ibbilanċjata skont is-sessi (52 % nisa mqabbla ma' 48 % rġiel) fl-interventi tal-FSE fl-2016;

394.  Jitlob impenn imġedded mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni favur l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-QFP li jmiss, permezz ta' dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-QFP, inkluż impenn li jsir ibbaġitjar skont il-ġeneru, u monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni fil-proċeduri baġitarji annwali, billi tiddaħħal dispożizzjoni fi klawżola ta' reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP l-ġdid.

(1) ĠU L 48, 24.2.2016.
(2) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(3) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.
(4) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0122.
(7) ĠU L 48, 24.2.2016.
(8) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(9) ĠU C 384, 14.11.2017, p. 2.
(10) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 63.
(11) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(14) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(15) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(16) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(17) ĠU L 48, 24.2.2016.
(18) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(19) ĠU C 384, 14.11.2017, p. 11.
(20) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 74.
(21) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(22) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(23) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(24) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(25) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(26) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(27) ĠU L 48, 24.2.2016.
(28) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(29) ĠU C 384, 14.11.2017, p. 2.
(30) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 52.
(31) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(32) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(33) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(34) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(35) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(36) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(37) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(38) ĠU L 48, 24.2.2016.
(39) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(40) ĠU C 384, 14.11.2017, p. 9.
(41) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 171.
(42) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(43) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(44) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(45) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(46) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(47) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(48) ĠU L 48, 24.2.2016.
(49) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(50) ĠU C 384, 14.11.2017, p. 12.
(51) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 252.
(52) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(53) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(54) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(55) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(56) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(57) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(58) ĠU L 48, 24.2.2016.
(59) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(60) ĠU C 384, 14.11.2017, p. 11.
(61) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 247.
(62) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(63) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(64) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(65) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(66) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(67) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(68) ĠU L 48, 24.2.2016.
(69) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(70) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.
(71) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(72) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(73) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(74) Testi adottati, P8_TA(2018)0122.
(75) Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
(76) COM(2017)0351, taqsima 2.2.
(77) L-AMPR tal- 2016, Taqsima 2.2, DĠ AGRI, anness 10 għar-rapporti annwali tal-attività, p. 140.
(78) L-AMPR tal-2016, anness 4, p. 20
(79) Ara l-AMPR tal-2016, Taqsima 2.2.
(80)Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
(81) Paragrafi 120 u 121 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi (ĠU L 252, 29.9.2017, p. 28).
(82) Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja rrapportat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 p. 11.
(83) Studju "Assessment of the 10 years' Cooperation and Verification Mechanism for Bulgaria and Romania"; ikkummissjonat minn DĠ IPOL, Dipartiment Tematiku D: Affarijiet Baġitarji.
(84) Ara r-rapport annwali tal-attività 2016 tad-DĠ AGRI, p. 17.
(85) Ara l-paragrafu 207 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' April 2017.
(86) Ara ċ-ċifri indikattivi dwar id-distribuzzjoni tal-għajnuna, skont il-klassi tad-daqs tal-għajnuna, fil-kuntest tal-għajnuna diretta mogħtija lill-produtturi skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1307/2013 (sena finanzjarja 2016).
(87) L-Intestatura 3 tal-QFP tkopri firxa ta' politiki; l-aktar qasam ta' nfiq sinifikanti huwa dak tal-migrazzjoni u s-sigurtà; iżda jingħata finanzjament anke għall-ikel u l-għalf, kif ukoll għal attivitajiet kulturali u kreattivi u għal programmi li jkopru l-ġustizzja, id-drittijiet, l-ugwaljanza, iċ-ċittadinanza, il-konsumaturi u s-saħħa.
(88) L-AMIF jissostitwixxi l-programm ġenerali "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" (SOLID).
(89) Testi adottati, P8_TA(2016)0477.
(90) Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapid case review on the implementation of the 5% reduction of staff posts, p. 27.
(91) Paragrafi 276, 281, 282 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ April 2017.
(92) Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mat-tweġibiet tal-Iskejjel, 29 ta’ Novembru 2017.
(93) DG HR, AAR, p. 6.
(94) https://corporateeurope.org/expert-groups/2017/02/corporate-interests-continue-dominate-key-expert-groups.
(95) Testi adottati, P8_TA(2017)0021.
(96) Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(97) Rapport Speċjali Nru 18/2016: Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli.
(98) http://ec.europa.eu/regional_policy/mt/policy/how/stages-step-by-step/strategic-report/.
(99) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(100) Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).


Kwittanza 2016: Rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
PDF 754kWORD 104k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2188(DEC))
P8_TA(2018)0122A8-0130/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0299/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu bl-osservazzjonijiet li jifformaw parti integrali minn dik id-deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05940/2018 – C8-0042/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0130/2018),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

B.  billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri (il-‘Qorti’) jinkludu informazzjoni dwar aspetti importanti relatati mal-implimentazzjoni tal-fondi u, għaldaqstant, huma utli għall-Parlament fir-rwol tiegħu ta' awtorità ta' kwittanza;

C.  billi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tat-18 ta’ April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni;

Parti I – Rapport Speċjali Nru 21/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza ta' qabel l-adeżjoni mogħtija mill-UE għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Balkani tal-Punent: Metaawditu"

1.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti fil-forma ta' metaawditu li jippreżenta ħarsa ġenerali tal-Kummissjoni rigward il-ġestjoni tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni fl-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

2.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni trid topera f'kuntest politiku diffiċli u tiltaqa' ma' ħafna dgħufijiet fil-livell tal-istituzzjonijiet pubbliċi tal-pajjiżi benefiċjarji bħal burokrazija eċċessiva, rata għolja ta' bidla fil-persunal, effiċjenza baxxa, nuqqas ta' responsabbiltà u korruzzjoni;

3.  Jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha kemm biex jagħtu attenzjoni partikolari lid-definizzjoni ta' strateġiji nazzjonali kwalitattivi u ta' programmi nazzjonali u reġjonali li jkunu jinkludu objettivi ċari, realistiċi u li jistgħu jitkejlu, kif ukoll biex joħolqu konnessjoni aħjar bejn it-tfassil tal-programmi fil-pajjiż benefiċjarju u dawn l-istrateġiji u l-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet rispettivi;

4.  Jappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex ikomplu bl-isforzi tagħhom f'oqsma ewlenin ta' governanza tajba u fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħhom, inkluż fil-qasam tal-kontroll finanzjarju fil-kuntest tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; jistieden lill-atturi kollha jintensifikaw l-isforzi għall-iżvilupp jew il-konsolidazzjoni ta' strateġiji għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-ġestjoni ta' finanzi pubbliċi;

5.  Iqis li huwa kruċjali li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' kundizzjonalità, b'mod partikolari billi tkun verifikata bil-quddiem il-kapaċità tal-benefiċjarju li jagħmel dak li huwa meħtieġ għal proġett ta' kwalità għolja kif ukoll f'termini speċifiċi li jistgħu jitkejlu;

6.  Jiddispjaċih li madwar nofs il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni għat-tisħiħ tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-istat tad-dritt ma kinux sostenibbli; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata s-sostenibbiltà, speċjalment għal proġetti ddedikati għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva; jiddispjaċih li s-sostenibbiltà ma kinitx assigurata f'ħafna każijiet minħabba fatturi inerenti bħan-nuqqas ta' mezzi baġitarji, ta' persunal u fuq kollox in-nuqqas ta' rieda politika tal-benefiċjarju li jirriforma l-istituzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kisbiet ta' proġetti li rnexxew b'valur miżjud kwantifikabbli u tiżgura s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-proġetti billi dan isir prekundizzjoni tal-proġetti fl-implimentazzjoni tal-IPA II;

7.  Jemmen li għad hemm lok għal titjib biex ċerti setturi ewlenin jilħqu l-istandards tal-Unjoni bħall-osservanza tal-istat tad-dritt, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-governanza tajba; huwa tal-opinjoni li l-assistenza pprovduta f'dawn l-oqsma għandha tiżdied, issir aktar effettiva u sostenibbli minħabba r-rabta mill-qrib mal-istrateġija tat-tkabbir u l-kriterji politiċi;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u tinkoraġġixxi l-prosekuzzjoni pubblika u l-iżvilupp tar-rekwiżiti tat-trasparenza u l-integrità fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika bħala kwistjoni ta' prijorità; itenni l-ħtieġa ta' strateġija aktar kontinwa u stretta u impenn politiku akbar mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw riżultati sostenibbli f'dan ir-rigward;

Parti II – Rapport Speċjali Nru 24/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiġi infurzata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-politika ta' koeżjoni"

9.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni se timplimenta l-maġġoranza kbira tar-rakkomandazzjonijiet;

11.  Jissottolinja li d-direttorati ġenerali kollha kkonċernati, u b'mod partikolari d-DĠ COMP u d-DĠ REGIO, għandu jkollhom aċċess għad-databases kollha miżmuma mis-servizzi tal-Kummissjoni, li jippermettulhom li effettivament jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid ir-rifjut tagħha li timplimenta r-rakkomandazzjoni 4(b), peress li dan jista' jipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

13.  Jista' jaċċetta r-retiċenza tal-Kummissjoni biex tpoġġi fil-prattika r-rakkomandazzjoni 4(d), sakemm metodi alternattivi magħżula mill-Istati Membri jkunu daqstant effettivi bħala reġistru ċentrali għall-monitoraġġ tal-għajnuna "de minimis"; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan ikun il-każ;

14.  Huwa konvint li huwa ta' importanza primarja għall-Istati Membri li jkollhom ċertezza tad-dritt dwar ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat qabel ma jwettqu proġetti kbar peress li regoli ċari u koerenti jistgħu jikkontribwixxu biex inaqqsu r-rati ta' żball f'dan il-qasam;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet ta' awditjar nazzjonali jkunu familjari mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll jivverifikawhom qabel jippreżentaw ir-rapport annwali ta' kontroll tagħhom;

16.  F'dak il-kuntest jilqa' l-ftehim tad-DĠ COMP u d-DĠ REGIO dwar pjan ta' azzjoni komuni għall-għajnuna mill-Istat f'Marzu 2015; jinnota li l-pjan ta' azzjoni oriġinarjament kien jinkludi sitt azzjonijiet intenzjonati biex iqajmu kuxjenza u jtejbu l-għarfien fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fl-Istati Membri kollha: l-identifikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' prattika tajba, korsijiet ta' taħriġ għall-ispeċjalisti fl-għajnuna mill-Istat, sessjonijiet ta' ħidma speċifiċi għall-pajjiż, seminars għall-ispeċjalisti, l-iżvilupp ulterjuri ta' database bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet (in-netwerk86 NEK-TE) u l-iżvilupp ta' database bl-informazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; mill-2016 il-Kummissjoni offriet ukoll modulu ta' taħriġ dedikat;

17.  Jilqa' wkoll il-fatt li, sa Jannar 2016, id-DĠ COMP kien organizza korsijiet ta' taħriġ dwar l-għajnuna mill-Istat u l-infrastruttura fil-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u s-Slovakkja;

18.  Jappoġġa lill-Qorti fl-appell tagħha għal database ċentrali madwar l-UE kollha li fiha l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw l-identità ta' impriżi soġġetti għal ordnijiet ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-istatus tal-proċedimenti ta' rkupru; iqis li tali database tista' tkun importanti għal analiżijiet tar-riskju futuri;

Parti III – Rapport Speċjali Nru 29/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku - Bidu tajjeb iżda jenħtieġ aktar titjib"

19.  Ifakkar fil-bażijiet ġuridiċi li ġejjin:

   (a) L-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE): "1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollha tal-Unjoni. Teżamina wkoll il-kontijiet ta' kull dħul u ħruġ tal-korpi jew l-organi kollha stabbiliti mill-Unjoni safejn l-att kostituttiv rilevanti ma jipprekludix dan l-eżami.

Il-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni li biha tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-dikjarazzjoni tista' tiġi kompletata b'valutazzjoni speċifika għal kull qasam maġġuri tal-attività tal-Unjoni."

   (b) L-Artikolu 27 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (Protokoll Nru 4 mehmuż mat-TUE u t-TFUE): "27.1. Il-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju u approvati mill-Kunsill. L-awdituri jkollhom kull setgħa li jeżaminaw il-kotba u l-kontijiet kollha tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali u li jiksbu kull informazzjoni fuq it-transazzjonijiet tagħhom.

27.2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jkunu japplikaw biss għal eżami tal-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE."

   (c) L-Artikolu 20(1) u (7) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013(7) li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu: "1. Il-BĊE għandu jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bi qbil ma' dan il-Kapitolu. 7. Meta l-Qorti Ewropea tal-Awdituri teżamina l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 27.2. tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE, hija għandha tieħu kont ukoll tal-kompiti superviżorji mogħtijin lill-BĊE minn dan ir-Regolament."

20.  Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Qorti u jilqa' l-fatt li l-BĊE aċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti(8);

21.  Madankollu, huwa mħasseb dwar rapport mill-Kumitat ta' Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Unjoni Ewropea (SAI) li jqabbel id-drittijiet tal-awditjar ta' 27 mit-28 SAI nazzjonali madwar l-Unjoni fuq is-superviżuri bankarji; jiddispjaċih li d-dikjarazzjoni sussegwenti ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li feġġet diskrepanza tal-awditjar f'dawk il-pajjiżi fejn il-mandati preċedenti tal-awditjar ta' SAIs nazzjonali fuq superviżuri bankarji mhumiex qed jiġu sostitwiti b'livell simili ta' awditjar mill-QEA fuq l-attivitajiet superviżorji tal-BĊE(9);

22.  Jissottolinja l-fatt li diġà esprima dan it-tħassib fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2016 dwar ir-Rapport Annwali tal-Unjoni Bankarja għall-2015(10);

23.  Jiddispjaċih li hemm trasparenza limitata tal-informazzjoni għall-entitajiet sorveljati minħabba l-approċċ adottat mill-BĊE fir-rigward tal-iżvelar, li wassal biex l-entitajiet sorveljati ma setgħux jifhmu bis-sħiħ l-eżitu tal-proċess ta' rieżami u tal-valutazzjoni prudenzjali; jenfasizza li l-Qorti esprimiet tħassib dwar in-nuqqas ta' trasparenza li fl-opinjoni tagħha tista' żżid "ir-riskju tal-arbitrarjetà superviżorja";

24.  Jirrimarka dwar in-nuqqas ta' kwalunkwe skrutinju superviżorju dwar il-fatt li l-bank kien espost għal "attivitajiet ta' livell 3" illikwidi, inklużi assi tossiċi u derivati tossiċi li rriżultaw f'eżerċizzju asimmetriku tal-funzjoni superviżorja; iqis li l-preġudizzju qawwi kontra r-riskji ta' kreditu fir-rigward tas-suq u tar-riskji operattivi li jirriżultaw minn attivitajiet finanzjarji spekulattivi kellu r-riżultat tal-penalizzazzjoni tal-banek kummerċjali favur il-banek kbar ta' investiment u dan poġġa f'dubju l-validità u l-affidabbiltà tal-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa s'issa; huwa mħasseb dwar id-dikjarazzjonijiet reċenti tal-President tal-Bord Superviżorju, Danièle Nouy, rigward id-diffikultajiet u l-inabbiltà tal-BĊE li jipproċedi b'valutazzjoni xierqa tal-pożizzjonijiet relatati ma' dawn il-prodotti kumplessi u riskjużi;

25.  Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti dwar in-nuqqas ta' distinzjoni organizzattiva effikaċi bejn il-politika monetarja u l-funzjonijiet superviżorji, kif ukoll ta' regoli ta' governanza ċari u stretti għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, li jsaħħu t-tħassib dwar il-kunflitt inerenti bejn ir-rwol tal-BĊE fiż-żamma tal-istabbiltà tal-euro u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kbar Ewropej;

26.  Jappoġġa s-sejbiet tal-Qrati dwar il-bżonn li ssir analiżi tar-riskju rigward l-użu tas-servizzi kondiviżi dwar il-kompiti relatati mal-politika monetarja u l-funzjonijiet superviżorji tal-BĊE;

27.  Huwa inkwetat, f'dan il-kuntest, dwar l-osservazzjoni tal-Qorti li l-livell ta' informazzjoni pprovduta mill-BĊE kien biss parzjalment suffiċjenti biex tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-operazzjonijiet marbutin mal-istruttura ta' governanza tal-MSU, ix-xogħol tat-timijiet superviżorji konġunti tiegħu u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post; għaldaqstant, jenfasizza li oqsma importanti ma ġewx awditjati;

28.  Iqis li mhuwiex aċċettabbli, minn perspettiva ta' kontabbiltà, li l-parti awditjata, jiġifieri l-BĊE, tkun trid tiddeċiedi unilateralment liema dokument tagħmel aċċessibbli għall-awdituri esterni(11); għalhekk, jistieden lill-BĊE jikkoopera bis-sħiħ mal-Qorti bħala awditur estern u jipprovdi aċċess sħiħ għall-informazzjoni lill-Qorti sabiex jikkonforma mar-regoli msemmijin hawn fuq;

29.  Jistieden lill-Qorti tinforma lill-kumitat kompetenti tal-Parlament jekk tkunx instabet soluzzjoni għall-problema ta' aċċess għal informazzjoni qabel Novembru 2018;

30.  Jirrikonoxxi l-arranġamenti eżistenti dwar ir-rappurtar bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew(12); iqis li dawn l-arranġamenti ma jistgħux, madankollu, jieħdu post l-awditu tal-Qorti;

31.  Ifakkar li l-Kummissjoni kellha tippubblika, sal-31 ta' Diċembru 2015, rieżami tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu; jiddispjaċih għall-fatt li dan ma seħħx;

32.  Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza dan ir-rapport malajr kemm jista' jkun;

Parti IV – Rapport Speċjali Nru 30/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras"

33.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti, japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt; jieħu nota wkoll tat-tweġibiet tal-Kummissjoni;

34.  Jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport tal-Qorti ntlaqa' tajjeb ħafna, kemm mill-Gvern tal-Honduras kif ukoll mill-Kummissjoni, u li l-isfidi identifikati mill-Qorti, kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha, kienu utli ħafna fit-tisħiħ tad-djalogu politiku bejn il-Honduras u l-Unjoni;

35.  Jirrimarka li, fil-preżent, ir-relazzjonijiet bejn il-Honduras – bħala parti mill-Amerika Ċentrali – u l-Unjoni huma prinċipalment ibbażati fuq il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat fl-2012, li huwa rabta b'saħħitha u dejjiema ffurmata abbażi tal-fiduċja reċiproka u l-protezzjoni ta' valuri u prinċipji kondiviżi; jirrimarka li l-ftehim jistabbilixxi tliet pilastri ċentrali ta' azzjoni: id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-kummerċ; jirrimarka, b'mod partikolari, li fil-ftehim iż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom li jimplimentaw miżuri biex irawmu l-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li jqisu interessi reċiproċi bħalma huma l-eliminazzjoni tal-faqar, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ġust u sostenibbli;

36.  Jenfasizza li, sal-lum, 21 Stat Membru rratifikaw il-ftehim; jittama li dawk il-pajjiżi li għadhom ma ffirmawhx, jiffirmawh mill-aktar fis possibbli, peress li l-implimentazzjoni sħiħa tat-tliet pilastri ssaħħaħ l-iżvilupp tad-djalogu politiku, tippermetti l-allokazzjoni effiċjenti tal-finanzjament u tiżgura, darba għal dejjem, li l-għajnuna tal-Unjoni tkun effettiva fil-bini mill-ġdid u t-trasformazzjoni tal-Honduras;

37.  Jirrimarka li l-Honduras huwa l-pajjiż tal-Amerika Ċentrali li jirċievi l-aktar għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni, u li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija r-raba' l-akbar fost it-12-il donatur prinċipali tal-Honduras, li tirrappreżenta 11 % tal-ammont totali ta' għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali li l-pajjiż jirċievi; jenfasizza li ċ-ċifra totali żdiedet minn EUR 223 miljun fil-perjodu 2007-2013, għal EUR 235 miljun fil-perjodu 2014-2020;

38.  Madankollu, jinnota bi tħassib li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni matul il-perjodu eżaminat ikkorrispondiet biss għal 0,2 % tal-PDG tal-pajjiż, perċentwal ferm aktar baxx minn dak tad-donaturi l-oħrajn, b'mod speċjali l-Istati Uniti;

39.  Jinnota, bl-istess mod, li skont data tal-Bank Dinji, wara l-kriżi ekonomika dinjija, il-Honduras esperjenza rkupru moderat mill-perspettiva ekonomika, immexxi minn investimenti pubbliċi, esportazzjonijiet u livelli għoljin ta' introjtu minn remissjonijiet, li ppermetta tkabbir ta' 3,7 % fl-2016 u ta' 3,5 % fl-2017;

40.  Madankollu, jenfasizza li minkejja li l-prospetti ekonomiċi huma inkoraġġanti, u minkejja l-isforzi min-naħa tal-gvern u tad-donaturi, il-Honduras għad għandu l-ogħla livelli ta' faqar u inugwaljanza ekonomika fl-Amerika Latina, b'madwar 66 % tal-popolazzjoni tgħix fil-faqar fl-2016, skont id-data uffiċjali, u bi vjolenza, korruzzjoni u impunità persistenti u mifruxa; jinnota li, minkejja li r-rata ta' qtil naqset f'dawn l-aħħar snin, għadha fost l-ogħla fid-dinja u hija l-ogħla fl-Amerika Latina; barra minn hekk, jenfasizza li għad hemm problemi u sfidi kbar fir-rigward tal-aċċess għall-ħtiġijiet bażiċi, l-opportunitajiet ta' impjieg, ir-riżorsi naturali bħall-art u l-mezzi ta' sopravivenza, u li n-nisa, il-popolazzjonijiet indiġeni u l-persuni ta' dixxendenza Afrikana huma s-sezzjonijiet tal-popolazzjoni li huma l-aktar vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem minħabba l-inugwaljanza;

41.  Jenfasizza, bi tħassib partikolari, li l-Honduras għadu wieħed mill-aktar pajjiżi perikolużi fid-dinja għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-attivisti tad-drittijiet ambjentali, żewġ oqsma li huma sikwit marbutin mill-qrib; jirrimarka li, skont id-data minn Global Witness, mill-inqas 123 difensur tal-art u tal-ambjent inqatlu fil-Honduras mill-2009, li ħafna minnhom kienu membri ta' komunitajiet indiġeni u rurali li opponew il-megaproġetti fuq arthom, kif kienet Berta Cáceres, li l-qtil tagħha għadu ma ġiex solvut; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-Honduras ma timmina bl-ebda mod id-drittijiet tal-bniedem tal-poplu tal-Honduras u twettaq monitoraġġ rigoruż fuq bażi regolari biex tiżgura li jibqa' hekk; waqt li jibqa' jitqies dan, itenni l-importanza tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) li jipprovdi appoġġ finanzjarju u materjali urġenti u dirett għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju u tal-fond ta' emerġenza li jippermetti lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħtuhom għotjiet diretti ad hoc; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-linji gwida tal-Unjoni dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-adozzjoni ta' strateġiji lokali biex jiġi żgurat li l-linji gwida jitpoġġew fil-prattika kompletament b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li diġà għandhom esperjenza f'dan il-qasam;

42.  Jinnota bi tħassib kbir l-inċidenti serji li seħħew fil-Honduras wara l-elezzjonijiet li saru fis-26 ta' Novembru 2017; jirrimarka li n-netwerks Ewropej u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-midja kkundannaw l-użu sproporzjonat, u xi drabi fatali, tal-forza kontra d-dimostranti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-istat, kif ukoll attakki oħra fuq difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-kriżi wara l-elezzjonijiet, li matulha l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem iddokumentaw li 30 persuna ġew maqtula (21 minnhom mill-pulizija militari (PMOP)), 232 ġew midruba u 1 085 ġew detenuti; jirrimarka li l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU fil-Honduras iddokumenta aktar minn 50 każ ta' intimidazzjoni u fastidju kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, mexxejja tal-komunità u ġurnalisti; jinnota li, b'reazzjoni għas-sitwazzjoni, il-Gvern tal-Honduras ħabbar it-twaqqif ta' Ministeru tad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jopera b'mod indipendenti mill-Ministeru attwali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Ġustizzja, il-Governanza u d-Deċentralizzazzjoni, li beda jopera fis-27 ta' Jannar 2018; jistieden lis-SEAE jżid l-appoġġ tal-Unjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-djalogu politiku, u jinsisti li l-Gvern tal-Honduras jissodisfa r-responsabbiltajiet u l-obbligu tiegħu li jżomm il-paċi u jiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini tiegħhu;

43.  Jirrimarka dwar kemm huwa importanti li s-settur privat fil-pajjiżi tal-Unjoni jimpenja ruħu wkoll li jħares id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-ogħla standards soċjali u ambjentali b'tali mod li, bħala minimu, jiġu osservati l-istandards Ewropej f'dawn l-oqsma; jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jieħdu rwol attiv fl-isforzi kontinwi tan-NU biex tabbozza trattat internazzjonali dwar il-korporazzjonijiet b'parteċipazzjoni azzjonarja biex jagħtu rendikont ta' kwalunkwe involviment fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

44.  Ifakkar li l-kolp ta' stat tal-2009 kellu konsegwenzi diżastrużi għall-pajjiż: kien hemm tnaqqis sinifikanti fit-tkabbir tal-attività soċjali u ekonomika, l-għajnuna internazzjonali ma baqgħetx tasal u l-Honduras ġie sospiż mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani; jinnota li l-attivitajiet tal-Unjoni fil-Honduras setgħu madankollu jitkomplew matul dak il-perjodu, għalkemm kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni fis-setturi prijoritarji kollha, u xi wħud minnhom, bħall-armonizzazzjoni tal-qafas legali, ma setgħux jiġu kkompletati; jenfasizza li kieku l-Unjoni ma tatx u ma komplietx l-appoġġ lis-setturi prijoritarji għall-kooperazzjoni, il-kundizzjonijiet f'dawn l-oqsma kienu jkunu saħansitra aktar diffiċli;

45.  Jinnota li l-Gvern tal-Honduras iddikjara li huwa lest jaċċetta skrutinju internazzjonali u jikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali (l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-ftuħ riċenti tal-Missjoni għall-Appoġġ tal-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Impunità fil-Honduras, l-awditjar tal-kontijiet tal-Istat minn Transparency International, eċċ.); madankollu, jirrimarka kemm huwa importanti li jintlaqgħu u jiġu applikati t-tagħlimiet u l-aħjar prattiki li jkunu nkisbu, u li ma jkunx hemm dipendenza indefinita fuq dawk l-organizzazzjonijiet sabiex jiġu eżerċitati r-responsabbiltajiet ewlenin tal-istat; jinnota bi tħassib kbir ħafna li, fit-18 ta' Frar 2018, il-kap tal-Missjoni biex Tappoġġa l-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Impunità fil-Honduras (MACCIH) irriżenja minħabba li l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) ma tatux biżżejjed appoġġ biex iwettaq il-kompitu li ngħatalu sentejn ilu biex jiġġieled il-korruzzjoni fil-Honduras (nuqqas ta' riżorsi, ħela mil-lat tal-organizzazzjoni, nuqqas ta' faċilitajiet xierqa, eċċ.); jinnota li, minkejja dan in-nuqqas ta' appoġġ, il-MACCIH kisbet riżultati sinifikanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni mill-2017 'l hawn, b'każijiet kbar kontra uffiċjali tal-gvern involuti f'korruzzjoni gravi u b'investigazzjonijiet li jinvolvu l-klassi politika tal-Honduras; huwa mħasseb li dawn iċ-ċirkustanzi se jxejnu l-ewwel sforzi reġjonali kbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità f'wieħed mill-pajjiżi li l-aktar għandu bżonn azzjoni bħal din, jistieden lill-Gvern tal-Honduras u lill-OAS jipprovdu appoġġ u faċilitazzjoni bla kundizzjonijiet għall-ħidma tal-MACCIH, u jistieden lis-SEAE jkompli jaħdem mal-MACCIH bil-għan li jilħqu għanijiet komuni;

46.  Jinnota li l-awditi mwettqin mill-Qorti ffukaw fuq il-perjodu bejn l-2007 u l-2015, meta l-pagamenti tal-Unjoni ammontaw għal EUR 119-il miljun, u li s-setturi prijoritarji taħt kunsiderazzjoni kienu t-tnaqqis tal-faqar, il-forestrija, is-sigurtà u l-ġustizzja, li rċevew 89 % tal-appoġġ bilaterali mħallas; madankollu, huwa tal-fehma li l-perjodu kopert mill-Qorti fir-rapport tagħha huwa twil wisq peress li huwa itwal minn dak tal-mandat tal-Kummissjoni u jinkludi wkoll sitwazzjonijiet politiċi u ekonomiċi estremament diffiċli u differenti; huwa tal-fehma li sabiex dawn isiru aktar effettivi, il-perjodi tal-awditjar għandhom jitqassru, jew li l-valutazzjonijiet interim għandhom isiru, minħabba l-fatt li hemm wisq każijiet fejn ir-rapport jidentifika kwistjonijiet jew nuqqasijiet li sadattant ġew rettifikati, u dan ifisser li xi wħud mill-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport m'għadhomx rilevanti; jenfassizza, barra minn hekk, li fir-rapport tagħha, il-Qorti ma tatx kont tal-intervisti li għamlet fil-Honduras, b'mod partikolari dawk mal-benefiċjarji, ma' donaturi oħrajn u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

47.  Jinnota li fir-rapport tagħha l-Qorti kkonkludiet li, għalkemm sar xi progress, l-għajnuna tal-Unjoni lis-setturi prijoritarji kienet biss parzjalment effettiva, l-aktar minħabba ċ-ċirkustanzi tal-pajjiż, kif ukoll sensiela ta' problemi ta' ġestjoni li naqqsu l-impatt tal-għajnuna, u jinnota li għalkemm l-istrateġija tal-Kummissjoni kienet rilevanti u koordinata, ma kenitx speċifika biżżejjed, u l-finanzjament kien mifrux fuq wisq oqsma, u dan fisser li minkejja t-talbiet tal-Gvern tal-Honduras, ma kienx possibbli li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet sinifikanti tas-setturi prijoritarji li lanqas ma rċevew appoġġ minn donaturi oħrajn;

48.  Għalkemm jikkondividi t-tħassib li esprimiet il-Qorti, jaqbel mal-Kummissjoni li, f'ħafna okkażjonijiet, kien meħtieġ ċertu grad ta' flessibbiltà biex isir adattament għall-kriżi kkawżata mill-kolp ta' stat kif ukoll għall-ħtieġa li tingħata risposta għal sitwazzjonijiet ta' urġenza massima u għall-ħtiġijiet essenzjali tal-popolazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem sabiex tikseb bilanċ effettiv bejn il-flessibbiltà meħtieġa biex tadatta għaċ-ċirkustanzi, il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qegħdin jinbidlu tal-pajjiż, il-bżonn li jiġu indirizzati l-aktar sfidi urġenti inklużi d-drittijiet tal-bniedem, id-dritt tal-ħajja u d-dritt għal ħajja dinjituża, u l-ħtieġa li tingħata risposta u li jittejjeb l-impatt potenzjali tal-għajnuna tal-Unjoni;

49.  Jinnota li fil-passat, il-kooperazzjoni tal-Unjoni kienet iffukata fuq il-qasam tal-koeżjoni soċjali u t-tkabbir ekonomiku, filwaqt li l-eżerċizzju ta' programmazzjoni l-ġdid jirrispondi għall-ħtiġijiet idderivati mill-isfidi ewlenin għall-iżvilupp li qiegħed jiffaċċja l-pajjiż: it-tnaqqis tal-faqar u tal-inugwaljanza, is-sigurtà alimentari, l-edukazzjoni u s-saħħa, is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem, ir-riformi fil-qasam tat-taxxa, il-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni, il-ħolqien ta' impjiegi b'ħarsien soċjali, il-kompetittività, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali u l-vulnerabbiltà minħabba t-tibdil fil-klima;

50.  Jenfasizza li, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tal-pajjiż, huwa fundamentali li jiġu msaħħa u varati programmi komprensivi tal-ġlieda kontra l-faqar (b'mod speċjali indirizzati lejn il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli bħan-nisa, it-tfal u l-popli indiġeni, hekk kif talab il-gvern tal-Honduras) kif ukoll programmi komprensivi ta' edukazzjoni, ta' taħriġ u vokazzjonali mmirati lejn tfal u żgħażagħ mill-kuntesti l-aktar żvantaġġati, sabiex jingħataw opportunitajiet biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom u jitbiegħdu mir-riskju li jaqgħu f'idejn in-netwerks tal-vjolenza u tal-kriminalità organizzata;

51.  Jenfasizza wkoll ir-rwol kritiku tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fil-qasam tal-progress soċjali, inklużi l-movimenti mmexxija miż-żgħażagħ; jitlob lill-Unjoni tinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-ħolqien ta' ambjent sigur u favorevoli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tan-nisa u tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, u li jiġu indirizzati l-forom speċifiċi ta' repressjoni bbażati fuq is-sess, b'mod partikolari fir-reġjuni milquta minn kunflitti; jenfasizza l-importanza li jingħata kontribut attiv għall-appoġġ ta' politiki u azzjonijiet relatati mad-drittijiet tan-nisa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;

52.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tkompli tagħmel sforzi speċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni, sabiex issaħħaħ it-trasparenza, il-kredibbiltà u l-obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet statali, u fir-rigward taż-żarmar tal-istruttura tal-korruzzjoni u tal-impunità li timmina l-fiduċja taċ-ċittadini u tikkostitwixxi wieħed mill-ostakli prinċipali għall-iżvilupp tal-pajjiż;

53.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' djalogu politiku osservat mill-Qorti f'ċerti oqsma kritiċi li jirċievu appoġġ mill-Appoġġ għall-Pjan Nazzjonali (objettivi ta' edukazzjoni, żvilupp tal-istatistika nazzjonali u riforma tas-servizz pubbliku); meta jitqies li l-politika tal-Kummissjoni tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-UE u qed twassal għal titjib tanġibbli, jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-djalogu politiku, b'mod speċjali fis-setturi strateġiċi u prijoritarji, u żżomm sod f'dawk l-oqsma li fihom il-gvern ma jurix biżżejjed interess jew reattività, kif kien il-każ tal-politika nazzjonali tal-ġustizzja u s-sigurtà u l-każ tal-Osservatorju Ġudizzjarju;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-programmazzjoni konġunta mal-Gvern tal-Honduras, iżda anki mal-Istati Membri tal-Unjoni, u tagħmel sforz speċjali fil-koordinament intern u ma' donaturi oħrajn, bl-iskop li tiżgura li t-tqassim tax-xogħol ikun kemm jista' jkun effiċjenti, tilħaq il-komplementarjetà fejn ikun possibbli u, b'mod partikolari, tevita l-problemi identifikati mill-Qorti: il-proliferazzjoni ta' proġetti identiċi jew simili (l-istess setturi, l-istess benefiċjarji), interventi kontradittorji, sovrappożizzjonijiet jew nuqqas ta' azzjoni, speċjalment fis-setturi prijoritarji; jirrimarka li l-Kummissjoni għandha ssib ukoll sistema rapida u effikaċi ta' funzjonament mad-donaturi l-oħrajn bil-għan li jitnaqqsu l-iskadenzi u jinkisbu dinamiżmu, effiċjenza u riżultati;

55.  Jinnota li madwar nofs l-appoġġ bilaterali tal-Unjoni fil-Honduras jingħata permezz ta' appoġġ mill-baġit, kemm ġenerali kif ukoll settorjali; jenfasizza bi tħassib li, b'mod speċjali minħabba l-instabbiltà makroekonomika sinifikanti tal-pajjiż, kif ukoll in-nuqqasijiet tekniċi u l-problemi ta' frodi u korruzzjoni fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, l-appoġġ baġitarju jista' joħloq riskji konsiderevoli;

56.  Jinnota bi tħassib li għalkemm ir-rapport tal-Qorti jirrimarka li l-appoġġ baġitarju kien allokat għal strateġiji nazzjonali pertinenti u kredibbli, f'uħud mis-setturi prijoritarji, l-istrateġiji tal-gvern ma kinux ċari jew inkella kienu frammentati u ma ngħatawx baġits speċifiċi, filwaqt li l-istituzzjonijiet affettwati ma kinux f'pożizzjoni li jiżviluppaw politiki u riformi;

57.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni identifikat dawn ir-riskji u ppruvat timmitigahom; madankollu, jerġa' jirrimarka lill-Kummissjoni li l-appoġġ baġitarju mhuwiex karta bajda u li l-impenji ta' riforma min-naħa tal-gvern mhumiex neċessarjament garanzija suffiċjenti; f'dan is-sens, jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jittaffa kwalunkwe riskju, tkompli tgħasses bir-reqqa sabiex il-linji gwida dwar l-appoġġ baġitarju jiġu applikati u rrispettati fl-istadji kollha tal-proċedura; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tevita l-appoġġ baġitarju f'dawk is-setturi li fihom ma jkollhiex ċertezza ta' risposta kredibbli u rilevanti min-naħa tal-gvern;

58.  Jaqbel mal-Kummissjoni li s-sospensjoni ta' diversi pagamenti ta' appoġġ baġitarju għal ċertu żmien, kif kien il-każ fl-2012 minħabba s-sitwazzjoni makroekonomika ġenerali u n-nuqqas ta' qbil bejn il-Honduras u l-FMI, mhijiex neċessarjament messaġġ kontradittorju li jista' jikkomprometti l-effikaċja tal-għajnuna, kif indikat mill-Qorti, anzi, bil-kuntrarju, tista' tippermetti li jintbagħtu messaġġi ċari ħafna lill-gvern li jeħtieġ isolvi malajr u b'mod effikaċi l-problemi li nstabu;

59.  Jinnota b'interess kbir li l-Honduras huwa l-ewwel pajjiż fejn huwa applikat l-appoġġ baġitarju orjentat lejn ir-riżultati; madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-Qorti kkonkludiet li d-dgħufijiet fl-istrumenti ta' monitoraġġ ostakolaw il-valutazzjoni tar-riżultati miksuba, li l-monitoraġġ tagħhom wera diversi nuqqasijiet u li r-rakkomandazzjonijiet mogħtija ma ġewx segwiti b'mod konsistenti; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dettaljat li jkun jinkludi l-objettivi, l-indikaturi u l-parametri ta' riferiment li ntużaw, il-metodi ta' kalkolu u ta' verifika, eċċ., u tivvaluta l-effikaċja u l-impatt tagħhom sabiex jitkejlu r-riżultati miksuba u sabiex, fl-istess ħin, jittejbu l-komunikazzjoni, il-viżibbiltà u l-impatt tal-azzjoni tal-Unjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tagħmel enfasi akbar fuq ir-riżultati tal-objettivi stabbiliti fl-istrateġiji ta' djalogu politiku mal-gvern tal-Honduras kif ukoll fid-djalogu mas-soċjetà ċivili u mad-donaturi l-oħrajn;

60.  Peress li l-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi hija kundizzjoni fundamentali sabiex ikunu jistgħu jinġibdu fondi mill-appoġġ baġitarju, u peress li fil-Honduras dan huwa wieħed mill-akbar nuqqasijiet minkejja l-pjanijiet suċċessivi tal-Gvern u l-għajnuna tal-Kummissjoni, jidhirlu li l-Kummissjoni għandha tagħmel enfasi speċjali biex tkompli ssaħħaħ dan is-settur; f'dan is-sens, u filwaqt li jitqies ir-rwol li għandha tiżvolġi l-Qorti Superjuri tal-Awdituri (Tribunal Superior de Cuentas) tal-Honduras fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-istat, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi speċifiċi ta' kooperazzjoni mal-Qorti bil-għan li tipprovdi assistenza teknika u taħriġ f'dan is-settur;

61.  Jistieden lill-Gvern tal-Honduras jipprovdi l-mezzi u l-finanzjament kollha meħtieġa sabiex il-Qorti Superjuri tal-Awdituri tal-Honduras tkun tista' twettaq il-kompitu tagħha b'mod indipendenti, effettiv u f'konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-awditjar, tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont;

62.  Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti li fl-uffiċċju tal-Unjoni fil-Honduras għad hemm nuqqas ta' persunal speċjalizzat fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u ta' kwistjonijiet makroekonomiċi li jirrigwardaw it-tranżazzjonijiet tal-appoġġ baġitarju, u jirrimarka li dan huwa partikolarment riskjuż minħabba l-instabbiltà ekonomika kronika ta' pajjiż li, minkejja dawk iċ-ċirkustanzi serji, għadu qed jingħata appoġġ baġitarju; fid-dawl tar-riskji identifikati mill-Qorti, jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni b'urġenza biex iżżid l-għadd ta' persunal fl-uffiċċju tal-Unjoni fil-Honduras;

63.  Jinnota li l-kooperazzjoni tal-Unjoni fil-Honduras qed tagħti appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-promozzjoni tas-sigurtà alimentari, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li attwalment jinsabu fil-fażi ta' implimentazzjoni madwar 35 proġett tematiku b'total ta' aktar minn EUR 9 miljun; jinnota wkoll li fil-ftehim mas-soċjetà ċivili fil-Honduras, id-delegazzjoni tal-Unjoni fasslet pjan direzzjonali li ġie approvat fl-2014 li jinkludi azzjonijiet ta' djalogu politiku u azzjonijiet ta' appoġġ maħsuba għall-pajjiż; iqis li huwa ta' importanza fundamentali li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu involuti mhux biss fil-proċess ta' konsultazzjoni li jwassal għall-abbozzar tal-pjanijiet direzzjonali, iżda anke fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fir-rieżami tagħhom;

64.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar it-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota bi tħassib kbir li, fl-ewwel tliet xhur biss tal-2014, l-Unità għar-Reġistrazzjoni u l-Monitoraġġ ta' Assoċjazzjonijiet Ċivili (Unidad para el Registro y Monitoreo de Asociaciones Civiles) irrevokat il-liċenzji ta' aktar minn 10 000 NGO talli ma ppreżentawx rapporti dwar il-finanzi u l-programmi tagħhom lill-gvern (FitW 2015) u li minkejja xi bidliet pożittivi f'dawn l-aħħar snin, uħud mil-liġijiet u l-miżuri amministrattivi li ġew adottati dan l-aħħar fil-Honduras ikkumplikaw u llimitaw l-ispazju u l-attività ta' dawn l-assoċjazzjonijiet li għadu jġiegħel l-għeluq ta' ħafna minnhom;

65.  Jilqa' bi pjaċir l-appoġġ u l-impenn li assumiet żmien ilu l-Unjoni mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; huwa tal-fehma li, fil-kuntest tad-djalogu politiku u fl-iżvilupp tal-programmi ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq l-iżvilupp ta' strateġiji li jistabbilixxu l-kuntest ġuridiku, amministrattiv u politiku adegwat biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jitħallew jiżvolġu r-rwol tagħhom u joperaw b'mod effikaċi, kif ukoll biex jingħataw pariri u informazzjoni b'mod regolari dwar il-fondi u l-opportunitajiet ta' finanzjament u biex titħeġġeġ l-integrazzjoni tagħhom fl-organizzazzjonijiet u fin-netwerks internazzjonali tas-soċjetà ċivili;

66.  Huwa tal-fehma li l-Qorti kien imissha ddedikat kapitolu tar-rapport tagħha għall-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Honduras minħabba r-rwol fundamentali li jwettqu fis-soċjetà b'mod ġenerali u fl-iżvilupp lokali b'mod partikolari, u saħansitra aktar meta jitqies il-fatt li l-Unjoni hija d-donatur prinċipali lil dawn l-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u assumiet rwol ta' tmexxija fil-protezzjoni tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-użu u l-applikazzjoni ta' sensiela ta' strumenti u politiki; jittama li l-Qorti tqis dan fir-rapporti futuri tagħha;

Parti V – Rapport Speċjali Nru 31/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti"

67.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

68.  Jilqa' l-impenji ambizzjużi tal-Unjoni biex, sal-2020, tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b'minn tal-inqas 20 %, meta mqabbel mal-livelli tal-1990, u b'40 % sal-2030, u biex tonfoq mill-inqas 20 % tal-baġit tagħha fuq azzjoni relatata mal-klima għall-perjodu baġitarju 2014-2020; jilqa' l-progress ġenerali li sar; madankollu, jiddispjaċih li skont il-Qorti hemm riskju serju li l-objettiv għall-baġit ta' 20 % mhux se jintlaħaq;

69.  Iqis li huwa ta' importanza kbira għall-Kummissjoni li turi kontinwament sens ta' tmexxija u impenn suffiċjenti rigward kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima permezz tal-implimentazzjoni effikaċi tal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll li tikkonsolida l-kredibbiltà u l-għodod internazzjonali tagħha għat-tiswir ta' kundizzjonijiet għall-politika tal-Unjoni dwar il-klima u d-diplomazija ekoloġika fis-snin li ġejjin;

70.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-impenn fil-qafas ta' politiki diġà eżistenti, mingħajr ma jinħolqu strumenti finanzjarji ġodda; iqis li dan għandu jikkontribwixxi għal koerenza akbar fost id-diversi oqsma politiċi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jabbozzaw pjan koordinat dwar is-sostenn massimu għall-koeżjoni u l-kontinwità ta' diversi programmi;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija globali konkreta biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit li jkun ifisser pjanijiet ta' azzjoni għal qasam speċifiku, li jelenkaw miżuri u strumenti dettaljati, metodoloġiji ta' kejl u ta' rappurtar, u indikaturi tal-prestazzjoni, użati f'azzjonijiet b'rabta mal-klima f'oqsma politiċi speċifiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw standards komuni u unifikati għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u verifika xierqa, partikolarment fir-rigward tal-Markaturi ta' Rio u ta' rappurtar tal-iżborż tal-infiq relatat mal-klima;

72.  Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat id-dgħufijiet tas-sistema ta' traċċar tal-Unjoni, li jżidu b'mod sostanzjali r-riskju li jkun hemm sovrastima tal-infiq relatat mal-azzjoni klimatika; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta b'mod sistematiku l-prinċipju ta' prudenza sabiex jiġu evitati s-sovrastimi; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-istimi u tikkoreġi l-koeffiċjenti tal-klima meta jiġi applikat ir-riskju ta' sovrastima;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni f'ċerti oqsma b'potenzjal qawwi ħafna, partikolarment il-programm Orizzont 2020, l-agrikoltura u s-sajd, u dan f'kooperazzjoni mal-Istati Membri; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa koordinament intensiv tal-attivitajiet fil-qasam tal-iżvilupp ta' teknoloġiji u innovazzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni ambjentali flimkien mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT);

74.  Jirrimarka dwar il-ħtieġa partikolari li l-Kummissjoni tikseb riżultati rigward il-parametri ta' riferiment relatati mal-klima, billi ssaħħaħ l-integrazzjoni tad-diversi strumenti ta' programmazzjoni tagħha sabiex tiffavorixxi livell għoli ta' koerenza u possibbilment ta' koordinament fost l-Istati Membri, sabiex jintlaħaq l-objettiv globali ta' mill-anqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni għal soċjetà b'livell aktar baxx ta' karbonju u reżiljenti għall-klima;

75.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' objettivi speċifiċi f'partijiet sostanzjali tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tabbozza pjan ġenerali li jiddeskrivi liema strumenti ta' finanzjament jistgħu jikkontribwixxu, u sa liema punt, biex jintlaħaq l-objettiv ta' 20 % tal-baġit; jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' pjan huwa sinjal ta' kompatibbiltà baxxa ta' oqsma baġitarji differenti;

76.  Jinnota bi tħassib li hemm ftit informazzjoni dwar l-ispiża għall-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima, u sa liema punt l-azzjoni tal-UE relatata mal-klima se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, filwaqt li d-data disponibbli tista' ma tkunx kumparabbli bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa r-rappurtar dwar il-punt sa fejn l-objettiv li jintefaq l-20 % tal-baġit tal-Unjoni fil-perjodu 2014-2020 għall-azzjonijiet klimatiċi qed jiġi implimentat fil-politiki kollha, bl-ispeċifikazzjoni tal-ammonti impenjati u żborżati u l-informazzjoni relatata mal-mitigazzjoni jew mal-adattament u l-identifikazzjoni tal-oqsma li fihom jeħtieġ li jitjiebu r-riżultati marbuta mal-azzjoni klimatika;

77.  Jemmen li l-integrazzjoni tal-programmi ta' finanzjament jeħtieġ li tiġi rfinuta aktar billi jiġu definiti aktar strateġiji ta' adattament jew mitigazzjoni u pjanijiet ta' azzjoni relatati, inklużi strumenti ta' kwantifikazzjoni u ta' investiment adegwati u inċentivi dwar il-klima meħtieġa, u metodi aħjar ta' traċċar tal-istimi, sabiex isiru previżjonijiet ġusti dwar il-progress miksub fost il-programmi tal-Unjoni u l-azzjonijiet tal-Istati Membri;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa malajr ambjent favorevoli għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, billi tadatta l-kundizzjonijiet tal-investiment u l-oqfsa u l-istrumenti ta' nfiq għall-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni fis-setturi rilevanti ewlenin kollha;

79.  Jinnota b'dispjaċir li ma hemm l-ebda għodda li tipprovdi aġġornament ikkonsolidat pluriennali dwar is-sitwazzjoni fil-baġit kollu tal-UE; iqis li hemm bżonn ta' evalwazzjoni ex post u rikalkolu tal-kontribuzzjonijiet previsti għall-finanzjament għall-klima;

80.  Jiddispjaċih li m'hemm l-ebda qafas ta' rappurtar speċifiku mwettaq mill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni u l-kejl tal-kontroimplikazzjonijiet tal-politiki tal-UE li jikkontribwixxu negattivament għat-tibdil fil-klima u fuq il-kejl ta' kemm ikun kbir is-sehem tal-baġit tal-UE li jintefaq fid-direzzjoni opposta; huwa mħasseb li mingħajr din id-data l-Kummissjoni ma tistax tagħti stampa ċara sa liema punt l-Unjoni tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'mod sistematiku l-azzjonijiet li huma potenzjalment kontroproduċenti u tipprevedihom fil-kalkoli finali dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

Parti VI – Rapport Speċjali Nru 32/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza mill-UE lill-Ukrajna"

81.  Jinnota li l-assistenza finanzjarja u esperta mill-UE għar-riforma tal-Ukrajna kienet meħtieġa; madankollu, jenfasizza li l-implimentazzjoni tar-riformi għadha ferm aktar lura milli kien mistenni;

82.  Jiddispjaċih li għadhom jeżistu strutturi qodma, li huma reżistenti għar-riforma, il-modernizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni, filwaqt li l-forzi li huma lesti jirriformaw jiffaċċjaw diffikultajiet kbar biex jipprevalu;

83.  Jilqa' l-assistenza mill-Unjoni lill-Ukrajna; madankollu, huwa tal-opinjoni li jmissha tiġi vinkolata ma' sforzi tanġibbli min-naħa tal-Gvern tal-Ukrajna bl-intenzjoni li jtejjeb is-sitwazzjoni f'pajjiżu stess; speċifikament, it-titjib tas-sistema ta' riżorsi proprji permezz ta' skema fiskali effiċjenti u trasparenti, li ma tkunx tkopri biss l-introjtu taċ-ċittadini imma anke l-assi tal-oligarki;

84.  Jappella għal ġlieda effiċjenti kontra l-korruzzjoni li għadha mifruxa, u għal appoġġ effikaċi tal-organizzazzjonijiet impenjati favur din il-ġlieda;

85.  Jappella biex il-poter ġudizzjarju fil-pajjiż jiġi strutturat mill-ġdid biex isir strument indipendenti impenjat favur l-istat tad-dritt;

86.  Jeżiġi kontroll aktar strett tas-settur bankarju, b'mod li jiġu evitati eżodi tal-kapital lejn pajjiżi terzi li jikkawżaw insolvenzi tal-istituti bankarji; jindika l-ħtieġa f'dan ir-rigward li l-appoġġ baġitarju jingħata biss bil-kundizzjoni li l-assistenza finanzjarja mogħtija tkun qed tintuża b'mod trasparenti u komprensiv;

87.  Huwa tal-opinjoni li ġeneralment, qabel tingħata kwalunkwe għajnuna finanzjarja, imissha tkun saret valutazzjoni minn qabel tal-prospettivi ta' suċċess tiegħu;

88.  Huwa konvint li hemm bżonn li tingħata aktar attenzjoni għall-ħolqien u l-edukazzjoni ta' strutturi amministrattivi kompetenti u deċentralizzati;

Parti VII – Rapport Speċjali Nru 33/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili: il-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet għal diżastri li seħħew barra mit-territorju tal-UE kienet effettiva f'termini ġenerali"

89.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti; japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u japprova r-rieda tal-Kummissjoni li tikkunsidrahom;

90.  Jenfasizza l-importanza kbira ta' reazzjoni rapida u koerenti għad-diżastri naturali u għal dawk ikkawżati mill-bniedem sabiex jitnaqqas l-impatt ekonomiku, ambjentali u uman tagħhom;

91.  Jieħu nota tas-sodisfazzjon ġenerali tal-Qorti dwar il-mod kif il-Kummissjoni tittratta l-proċess ta' reazzjoni għad-diżastri;

92.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tibni fuq ir-riżorsi tagħha, inklużi proċeduri baġitarji, ta' mobilizzazzjoni u tal-għażla tal-esperti, b'tali mod li l-pajjiżi affettwati jirċievu mill-Unjoni assistenza immedjata skont il-ħtiġijiet tagħhom; jisħaq fuq l-importanza ta' "punti fokali ta' protezzjoni ċivili" maħtura fi ħdan l-uffiċċji nazzjonali u reġjonali tan-Netwerk fuq il-post tal-ECHO u fost il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi ta' riskju;

93.  Jilqa' l-varar tal-"Korp Mediku Ewropew" fi Frar 2016 li kabbar b'mod sostanzjali l-"akkomunament volontarju" tal-Mekkaniżmu ta' Protezzjoni Ċivili tal-UE b'"riżerva" ta' timijiet mediċi u tas-saħħa pubblika disponibbli biex iqiegħdu fil-prattika t-tagħlimiet misluta mill-kriżi tal-Ebola; iqis li dan l-approċċ, jiġifieri li jkun hemm riżerva ta' timijiet mediċi u timijiet speċjalizzati oħra ta' valutazzjoni u ta' appoġġ, irid jitkompla u jittejjeb aktar;

94.  Jissuġġerixxi li jitneħħew il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa kollha li jxekklu kemm lill-istati parteċipanti kif ukoll liċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza (ERCC) milli jwieġbu aktar fil-pront, b'mod partikolari fil-bidu ta' kriżi;

95.  Jitlob lill-istati parteċipanti jirreġistraw aktar assi fl-akkomunament volontarju sabiex jitjieb l-istat ta' tħejjija għal reazzjoni għad-diżastri;

96.  Jenfasizza l-importanza tal-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, korpi oħra tal-Unjoni u n-Nazzjonijiet Uniti fil-faċilitazzjoni ta' tweġiba strutturata f'każ ta' emerġenza; jilqa' l-ftehimiet ta' kooperazzjoni ffirmati mal-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) u l-Programm Dinji tal-Ikel (WFP), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffirma aktar ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u ma' atturi oħra involuti;

97.  Ifakkar li r-rekwiżiti ta' kwalità u ta' interoperabbiltà jiġu definiti u mwessa' skont l-istandards il-ġodda tad-WHO dwar il-moduli mediċi kif ukoll skont sħab strateġiċi oħra u l-kundizzjonijiet qafas tagħhom, biex tiġi żgurata azzjoni bikrija assoċjata ma' koordinazzjoni aktar komprensiva fil-missjonijiet internazzjonali; iqis li biex tiġi garantita d-disponibbiltà jew il-mobilizzazzjoni immedjata tal-kapaċitajiet mill-bidu ta' emerġenza u biex jiġu evitati l-iżbalji ta' finanzjament, il-proċessi ta' proviżjonar jeħtieġ li jiġu ottimizzati u fil-biċċa l-kbira standardizzati;

98.  Iħeġġeġ it-tkomplija tal-isfruttament tas-sinerġiji potenzjali mal-atturi u l-istrumenti l-oħra involuti, b'mod partikolari l-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, u l-evitar tad-duplikazzjoni tal-azzjonijiet li diġà twettqu;

99.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-funzjonalità tal-pjattaforma ta' komunikazzjoni tal-ERCC, CECIS, sabiex l-informazzjoni tkun tista' tinkiseb aktar faċilment mill-partijiet ikkonċernati, inkluż l-aċċess mobbli għat-timijiet tal-EUCP fil-post;

100.  Huwa tal-opinjoni li l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili għandhom ikunu segwiti b'attivitajiet oħra bil-għan li jrawmu kultura ta' prevenzjoni, kif ukoll il-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza ta' komunitajiet vulnerabbli jew milquta minn diżastri;

Parti VIII – Rapport Speċjali Nru 34/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Ġlieda kontra l-Ħela tal-Ikel: opportunità għall-UE sabiex ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-katina tal-provvista tal-ikel"

101.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti li janalizza bir-reqqa l-effikaċja tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel; japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

102.  Jinnota bi tħassib kbir li skont l-istimi, madwar terz tal-ikel prodott globalment għall-konsum mill-bniedem jinħela jew jintilef; jiddeplora l-fatt li l-Unjoni ma tikkumbattix il-ħela tal-ikel b'mod effettiv u li s'issa pprovdiet biss azzjonijiet inkoerenti u frammentati;

103.  Jenfasizza li l-Unjoni għandha potenzjal kbir biex tindirizza l-problema tal-ħela tal-ikel billi taġġusta l-politiki eżistenti mingħajr ma ġġarrab spejjeż addizzjonali u għandha taspira li tagħmel dan; madankollu, jinnota b'dispjaċir li minkejja r-retorika mimlija tama, kien hemm nuqqas ta' rieda politika biex l-impenji jiġu tradotti f'miżuri ta' politika;

104.  Jiddispjaċih ħafna li l-ambizzjonijiet tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel pjuttost naqsu b'mod ċar maż-żmien; jiddeplora n-nuqqas ta' azzjoni politika mmirata fil-qasam tal-ħela tal-ikel u li l-effetti pożittivi li joħorġu minn xi oqsma ta' politika huma pjuttost b'kumbinazzjoni; jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tar-riżultati tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel;

105.  Iqis li huwa sinjal tal-approċċ inkonsistenti min-naħa tal-Kummissjoni, l-ewwel, li filwaqt li l-Unjoni hija meqjusa minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, mhijiex impenjata biżżejjed fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel u dan jikkontribwixxi b'mod dirett għal effetti negattivi fuq il-klima, u, it-tieni, li filwaqt li kull sena l-Unjoni tinvesti mijiet ta' miljuni ta' euro f'għajnuna għall-iżvilupp, fil-ġlieda kontra l-ġuħ u fil-konformità mal-kummerċ ġust, ma tindirizzax biżżejjed il-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel li hija waħda mill-kawżi diretti ta' dawk l-istess problemi;

106.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni immedjata kontra l-ħela tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni twettaq l-impenji tagħha fir-rigward ta' dokumenti ta' politika rilevanti relatati mal-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi koordinazzjoni mill-qrib fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali sabiex tgħaqqad l-approċċi differenti ta' diversi Stati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, tad-donazzjoni tal-ikel, tas-sikurezza tal-ikel u tal-prattiki ta' iġjene tajbin; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, li tallinja aħjar il-ħidma tagħha mal-attivitajiet tal-Istati Membri;

108.  Jiddispjaċih li l-azzjoni tal-Kummissjoni f'livell tekniku kienet limitata għall-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma u ta' esperti, li madankollu ma wasslu għal ebda input applikabbli; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-azzjoni tagħha f'livell tekniku u tikseb riżultati konkreti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kooperazzjoni eqreb mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u mal-EIT li huma kapaċi jipprovdu assistenza esperta u teknika soda;

109.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li tinħoloq definizzjoni komuni tal-ħela tal-ikel u ma tikkunsidrax li huwa meħtieġ li tistabbilixxi ġerarkija speċifika tal-ħela tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tħejji definizzjoni komuni tal-ħela tal-ikel, metodoloġija komuni għall-kejl u l-monitoraġġ tal-ħela tal-ikel, u linji gwida dwar il-ġerarkija tal-iskart fil-każ tal-ħela tal-ikel b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza pjan ta' azzjoni li jidentifika l-oqsma ta' politika b'potenzjal li jindirizzaw il-ħela tal-ikel, b'enfasi fuq il-prevenzjoni u d-donazzjoni, u tiddefinixxi l-opportunitajiet li jistgħu jiġu sfruttati fil-qafas ta' dawn il-politiki; jistieden lill-Kummissjoni tabbozza pjanijiet ta' azzjoni li jinkludu miri li jistgħu jitkejlu u indikaturi tal-prestazzjoni, u tabbozza valutazzjonijiet tal-impatt f'oqsma ta' politika speċifiċi;

111.  Jiddispjaċih li għalkemm id-donazzjoni tal-ikel tirrappreżenta t-tieni l-aktar għażla preferuta għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, kien hemm ħafna ostakli f'diversi livelli differenti li jfissru li għad mhijiex użata biżżejjed; jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet iffaċċjati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari biex id-donazzjoni tal-ikel tikkonforma mal-qafas legali attwali; jistieden lill-Kummissjoni toħloq pjattaforma speċifika għall-iskambju ta' prattiki tajbin fost l-Istati Membri sabiex tiffaċilita d-donazzjoni tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti;

112.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza u tippubblika linji gwida dwar ir-ridistribuzzjoni u d-donazzjoni tal-ikel, inklużi arranġamenti fiskali għad-donaturi, li jkunu bbażati fuq l-aħjar prattiki kondiviżi bejn l-Istati Membri li bħalissa qed jieħdu azzjoni attiva fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfassal linji gwida dwar kif jingħelbu ostakli differenti marbuta mad-donazzjoni tal-ikel u dwar konċessjonijiet fiskali għal katini ta' ħwienet u kumpaniji li jagħtu donazzjonijiet tal-ikel;

113.  Jiddispjaċih li l-kunċetti ta' "l-aħjar qabel" u "uża sa" huma ġeneralment mhux ċari għall-parteċipanti fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara dawn il-kunċetti u tagħmel mezz li l-linji gwida dwarhom isiru vinkolanti sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni żbaljata;

114.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jedukaw lill-pubbliku ġenerali fl-oqsma tal-immaniġġjar tal-ikel u l-ħela tal-ikel;

115.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja inizjattivi individwali u limitati f'uħud mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi Ewropej la għandhom il-qafas leġiżlattiv u lanqas linji gwida komuni li jirregolaw l-immaniġġjar ta' ikel mhux ikkunsmat ipprovdut mis-servizzi tal-catering tal-istituzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tabbozza dispożizzjonijiet komuni li jindirizzaw il-kwistjoni tal-ħela tal-ikel fl-istituzzjonijiet Ewropej, inklużi linji gwida dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel kif ukoll regoli dwar id-donazzjoni ta' ikel skartat, sabiex timminimizza l-ħela tal-ikel ikkawżat mill-istituzzjonijiet Ewropej;

Parti IX – Rapport Speċjali Nru 35/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana"

116.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti; japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha; jesprimi sodisfazzjon dwar ir-rieda tal-Kummissjoni li tapplikahom; jiddispjaċih li r-risposti tal-Kummissjoni huma pjuttost vagi u bla ambizzjoni;

117.  Jisħaq fuq l-importanza tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku (MDD) fil-pajjiżi l-anqas żviluppati billi din tnaqqas id-dipendenza mill-għajnuna għall-iżvilupp, twassal għal titjib fil-governanza pubblika u tiżvolġi rwol ċentrali fil-bini tal-istat;

118.  Jenfasizza li, skont il-Qorti, il-Kummissjoni għadha ma użatx il-kuntratti ta' appoġġ baġitarju b'mod effikaċi biex tappoġġa lill-MDD f'pajjiżi b'introjtu baxx u b'introjtu medju inferjuri fl-Afrika sub-Saħarjana; madankollu, jinnota li l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni żied il-potenzjal ta' din il-forma ta' għajnuna li tagħti appoġġ lill-MDD b'mod effikaċi;

119.  Jirrimarka li t-tisħiħ tas-sistemi tat-taxxa jikkontribwixxi mhux biss biex jiżdied aktar dħul prevedibbli, iżda anke għall-obbligu ta' rendikont tal-gvernijiet billi joħloq rabta diretta bejn il-kontribwenti u l-gvern tagħhom; jappoġġa l-inklużjoni espliċita tat-titjib tal-MDD fil-lista ta' sfidi ewlenin għall-iżvilupp indirizzati permezz tal-appoġġ baġitarju;

120.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tatx biżżejjed kunsiderazzjoni lill-MDD meta fasslet l-operazzjonijiet tagħha ta' appoġġ baġitarju; jenfasizza li ma ġewx evalwati r-riskji ewlenin relatati mal-eżenzjonijet mit-taxxa, u mal-ġbir u t-trasferiment tat-taxxi u tad-dħul mhux fiskali mir-riżorsi naturali;

121.  Ifakkar fl-importanza tal-mobilizzazzjoni tad-dħul fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw filwaqt li jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi relatati mal-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti; jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-assistenza finanzjarja u teknika għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u oqfsa reġjonali ta' amministrazzjoni tat-taxxa, kif ukoll l-adozzjoni ta' prinċipji għan-negozjar ta' trattati dwar it-taxxa;

122.  Jirrimarka li l-awditu żvela nuqqas ta' għodod ta' monitoraġġ xierqa biex jiġi vvalutat il-punt sa fejn l-appoġġ baġitarju kkontribwixxa għat-titjib kumplessiv fl-MDD;

123.  Jemmen li huwa kruċjali li titkompla l-promozzjoni ta' sistemi fiskali nazzjonali ġusti u trasparenti fil-qasam tal-politika tat-taxxa, li jiżdied l-appoġġ għall-proċessi u l-korpi ta' sorveljanza fil-qasam tar-riżorsi naturali, u li jitkompla l-appoġġ għar-riformi fil-governanza li jippromwovu l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali u t-trasparenza; jenfasizza li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles inaqqsu d-dħul mit-taxxa għall-pajjiżi b'introjtu baxx u b'introjtu medju inferjuri u jafu jkunu kontroproduċenti għal tali pajjiżi; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tiżgura li l-konsegwenzi fiskali tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles mal-pajjiżi b'introjtu baxx u b'introjtu medju inferjuri jitqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskju meta jiġu nnegozjati ftehimiet ta' kummerċ ħieles;

124.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm mal-linji gwida hija u twettaq valutazzjonijiet makroekonomiċi u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-aspetti marbutin mal-MDD biex tikseb stampa aktar ċara tal-kwistjonijiet l-aktar problematiċi, eż. l-iskala tal-inċentivi fiskali, l-ipprezzar ta' trasferiment, l-evażjoni tat-taxxa;

125.  Jissottolinja l-fatt li biex jitjieb it-tfassil tal-operazzjonijiet tal-appoġġ baġitarju, il-proċedura għall-identifikazzjoni tar-riskji li jheddu l-ilħuq tal-objettivi ffissati għandha tkun aktar komprensiva u tisfrutta l-Istrument ta' Valutazzjoni ta' Dijanjostika tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, kull meta disponibbli;

126.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu applikati aktar ta' spiss kundizzjonijiet speċifiċi għall-MDD billi dawn jassoċjaw b'mod ċar l-iżborż tal-pagamenti tal-appoġġ baġitarju mal-progress tal-pajjiż sieħeb fir-riformi tal-MDD; jitlob lill-Kummissjoni tagħżel il-kundizzjonijiet li huma rilevanti u li jkollhom l-aktar impatt wiesa' fuq l-MDD;

127.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni jkollha topera f'kuntest politiku u istituzzjonali kumpless; ifakkar fir-rilevanza ta' djalogu politiku strutturat, li jinvolvi interlokuturi mill-gvern nazzjonali u minn donaturi oħra, bil-għan li jkunu ddeterminati l-oqsma ta' interess u titfassal strateġija ta' għajnuna mħejjija apposta;

128.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni testendi l-komponent tal-bini tal-kapaċitajiet tal-appoġġ baġitarju hija u tħejji sisien sodi għal trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tul, kif ukoll tindirizza l-ostakli ewlenin għall-ġbir effiċjenti tad-dħul pubbliku;

129.  Jirrimarka li l-konferma ta' influwenza diretta tal-isforzi ta' appoġġ baġitarju fuq il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali tirrikjedi evalwazzjoni aktar dettaljata tal-oqsma speċifiċi ta' sistema fiskali li tkun tippermetti l-attribuzzjoni ta' avvanzi li saru lill-partijiet individwali tal-assistenza fornuta;

Parti X – Rapport Speċjali Nru 36/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013"

130.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

131.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni pprovdiet appoġġ adegwat u f'waqtu biex tgħin lill-Istati Membri jħejju għall-għeluq tal-programmi għall-2007-2013;

132.  Jilqa' d-disponibbiltà tal-Kummissjoni li tikseb armonizzazzjoni ulterjuri tad-dispożizzjonijiet regolatorji bejn il-fondi, fosthom dwar it-terminoloġija, u l-proċessi ta' aċċertament u ta' għeluq, kull meta din ittejjeb il-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni u tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aktar sempliċi u aktar effettiva fl-Istati Membri u fir-reġjuni;

133.  Jinnota li sitt deċiżjonijiet dwar proġetti kbar għall-perjodu 2007-2013 għadhom pendenti;

134.  Jinnota bi stagħġib ir-rifjut tal-Kummissjoni li tikkunsidra impenji speċifiku b'rabta mal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta' wara l-2020, peress li taf li diġà jistgħu jibnu fuq l-esperjenza ta' żewġ perjodi finanzjarji kompluti (2000-2006 u 2007-2013); madankollu, huwa rassigurat mill-fatt li dan ir-rifjut kien ġej pjuttost mit-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-prerogattivi ġuridiċi tagħhom aktar milli minn nuqqas ta' qbil dwar il-kontenut;

135.  Jappoġġa l-appell tal-Qorti għal allinjament ulterjuri tad-dispożizzjonijiet regolatorji għall-għeluq bejn is-settur tal-koeżjoni u l-miżuri relatati mal-investiment taħt l-iżvilupp rurali;

136.  Iqis li r-rati tar-riskji residwi kkalkulati jibqgħu kwantità mhux magħrufa fuq il-bażi tal-esperjenza u jistgħu jintużaw bħala indikaturi;

137.  Jinnota li l-Qorti qed titlob li l-perjodi ta' eliġibbiltà m'għandhomx jikkoinċidu ma' perjodu sussegwenti tal-programm wara l-2020 u t-tħassib tagħha li l-perjodi ta' eliġibbiltà estiżi (jiġifieri, n+2, n+3) huma waħda mir-raġunijiet għal xogħlijiet finanzjarji b'lura u l-bidu tard tal-perjodu ta' programmazzjoni sussegwenti flimkien ma' dewmien fil-finalizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni riveduta fir-rigward tal-programmazzjoni u l-finanzjament u r-regoli ta' implimentazzjoni assoċjati, b'mod partikolari fl-2014-2015; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġu żgurati l-assorbiment massimu u t-tmexxija bla xkiel ta' proġetti pluriennali;

138.  Jinnota li l-għeluq finali tal-perjodu finanzjarju jseħħ biss kull seba' snin; għalhekk, jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar l-eżitu finali tal-proċedura ta' gћeluq f'dokument separat; iqis li tali dokument għandu mhux biss jikkonferma l-legalità u r-regolarità tan-nefqa iżda għandu wkoll ikejjel ir-riżultat u l-impatt tal-programmi (approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni);

Parti XI – Rapport Speċjali Nru 1/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat"

139.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti u japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

140.  Jissottolinja l-importanza tal-bijodiversità għall-umanità; jinnota li n-netwerk Natura 2000 stabbilit skont id-Direttiva dwar l-Għasafar(13) u d-Direttiva dwar il-Ħabitats(14) (id-Direttiva dwar in-Natura) huwa l-qofol tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-bijodiversità; madankollu, jinnota bi tħassib li l-potenzjal sħiħ tiegħu għadu ma ġiex sfruttat għalkollox;

141.  Jinnota li r-rwol ġenerali tal-Kummissjoni huwa li tipprovdi gwida għall-Istati Membri; jiddispjaċih li l-Istati Membri ma qisux biżżejjed il-pariri tal-Kummissjoni;

142.  Jiddispjaċih li l-Qorti kkonkludiet li l-Istati Membri ma ġestewx in-netwerk Natura 2000 kif xieraq u li l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri ma kinitx adegwata;

143.  Ifakkar li minħabba n-natura transfruntiera tiegħu, l-implimentazzjoni tan-netwerk Natura 2000 tirrikjedi koordinazzjoni b'saħħitha fost l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu struttura b'saħħitha f'livell nazzjonali sabiex jippromwovu l-kooperazzjoni transfruntiera; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida mtejba għall-Istati Membri għall-bini ta' pjattaforma ta' kooperazzjoni;

144.  Jinnota bi tħassib kbir li l-objettivi ta' konservazzjoni ħafna drabi ma kinux speċifiċi biżżejjed u mhux kwantifikati, filwaqt li l-pjanijiet ta' ġestjoni ma ġewx definiti b'mod preċiż u ma kellhomx miri għat-tlestija tagħhom; itenni li dan jista' jfixkel il-valur miżjud tan-netwerk Natura 2000; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza r-regoli dwar approċċ effettiv lejn l-istabbiliment ta' objettivi ta' konservazzjoni u pjanijiet ta' ġestjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-Istati Membri humiex isegwu l-gwida u, meta jkun meħtieġ, tipprovdilhom aktar appoġġ ta' konsulenza;

145.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa f'waqthom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u biex jaġġornaw il-pjanijiet ta' ġestjoni kif xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tiċċekkja bir-reqqa dwar dewmien potenzjali tal-proġetti ta' konservazzjoni;

146.  Jinnota li sabiex in-netwerk Natura 2000 isir effettiv, l-involviment ta' partijiet ikkonċernati ewlenin bħall-utenti u s-sidien tal-art huwa essenzjali; jiddispjaċih li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri hemm nuqqas ta' mezzi ta' komunikazzjoni effikaċi; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u d-diversi partijiet ikkonċernati;

147.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jivvalutaw b'mod adegwat il-proġetti li kellhom impatt negattiv fuq is-siti Natura 2000, li l-miżuri kompensatorji ma kinux utilizzati biżżejjed u li l-approċċ fost l-Istati Membri jvarja b'mod wiesa'; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida aktar strutturata dwar kif u meta jiġu applikati miżuri kumpensatorji fil-prattika u biex tissorvelja l-użu tagħhom;

148.  Jiddispjaċih li d-dokumenti ta' programmazzjoni 2014-2020 ma rriflettewx bis-sħiħ il-ħtiġijiet ta' finanzjament u l-Kummissjoni ma indirizzatx in-nuqqasijiet b'mod strutturat; jistieden lill-Kummissjoni tħejji iktar bir-reqqa għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

149.  Jiddispjaċih li s-sistemi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar għan-netwerk Natura 2000 ma kinux adegwati biex jipprovdu informazzjoni komprensiva dwar l-effikaċja tan-netwerk; huwa mħasseb li ebda sistema ta' indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi tal-użu tal-fondi tal-Unjoni ma ġiet żviluppata biex tirrifletti fuq il-prestazzjoni tan-netwerk Natura 2000; huwa tal-opinjoni li dan ifixkel l-effikaċja tan-netwerk Natura 2000; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni introduċiet sett ta' indikaturi komprensivi obbligatorji għall-proġetti kollha għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 taħt il-Programm LIFE; jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-istess approċċ għal programmi oħra fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

150.  Jinnota bi tħassib li l-pjanijiet ta' monitoraġġ fil-livell tas-sit ta' sikwit ma kinux inklużi f'dokumenti ta' ġestjoni tas-sit u li ma kinux dettaljati jew bi skadenza speċifika; huwa mħasseb ukoll li l-formoli standard għad-data ma kinux aġġornati u d-data pprovduta mill-Istati Membri dwar ir-rapport dwar l-Istat tan-Natura ma kinux kompluti, mhux preċiżi u mhux komparabbli; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirrimedjaw din il-kwistjoni fil-pjan ta' azzjoni maħsub;

151.  Jilqa' l-iżvilupp mill-Kummissjoni ta' reġistru ċentrali għar-reġistrazzjoni tal-ilmenti u l-mistoqsijiet relatati ma' Natura 2000; jinnota li fil-maġġoranza tagħhom il-każijiet ingħalqu mingħajr passi proċedurali ulterjuri; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-ilmenti u l-mistoqsijiet kollha b'mod rigoruż;

152.  Jilqa' l-istabbiliment tal-Proċess Bijoġeografiku li jipprovdi mekkaniżmu għal kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati dwar il-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000 u opportunità korrispondenti ta' netwerking; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni ssolvi l-kwistjoni tal-problema lingwistika li tostakola l-kisba tiegħu;

153.  Jiddispjaċih ħafna li l-Qafas ta' Azzjoni Prijoritizzata (PAF) ħoloq stampa mhux affidabbli tal-ispejjeż tan-netwerk Natura 2000, u li d-data ppreżentata mill-Istati Membri kienet ineżatta u limitata; jinnota bi tħassib li l-istimi tal-finanzjament ma kinux affidabbli u komparabbli, u b'hekk xekklu l-monitoraġġ preċiż tal-ammont tal-fondi tal-Unjoni ddedikati għan-netwerk Natura 2000; jiddispjaċih li dan wassal biex l-Oqfsa ta' Azzjoni Prijoritizzata kellhom utilità limitata fl-iżgurar tal-konsistenza tal-finanzjament tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-bijodiversità taħt in-netwerk Natura 2000; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'aktar linji gwida strutturati dwar ir-rappurtar u l-monitoraġġ u dwar it-tlestija tal-PAF; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-data pprovduta tkun eżatta;

154.  Huwa tal-opinjoni li l-allokazzjonijiet finanzjarji għan-netwerk Natura 2000 iridu jkunu identifikabbli u l-użu tagħhom ikun traċċabbli, inkella l-impatt tal-investimenti ma jistax jitkejjel; sakemm in-netwerk Natura 2000 ikun kofinanzjat mill-FEŻR/FK u l-FAEŻR, jistieden lid-direttorati ġenerali rispettivi tal-Kummissjoni jżidu kapitolu speċifiku dwar in-netwerk Natura 2000 fir-rapporti ta' attività annwali tagħhom;

155.  Jilqa' t-twaqqif tal-grupp ta' esperti u l-gruppi ta' ħidma ad hoc dwar prattiki armonizzati u jistieden lill-Kummissjoni tuża r-riżultati tal-attivitajiet tagħhom fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

156.  Jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-kumitati rilevanti tal-Parlament dwar il-pjan ta' azzjoni favur it-titjib tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar in-Natura(15);

Parti XII – Rapport Speċjali Nru 2/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta' Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta' Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi"

157.  Jilqa' l-konstatazzjonijiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapport speċjali tagħha; iqis l-analiżi tal-Qorti tal-fażi ta' programmazzjoni 2014-2020 tal-implimentazzjoni tal-FSIE bħala utli u f'waqtha biex tassisti lil-leġiżlaturi u lill-Kummissjoni jifformulaw konklużjonijiet xierqa għall-perjodu wara l-2020;

158.  Jinnota r-risposti tal-Kummissjoni u li l-Kummissjoni taċċetta ħamsa mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti kompletament u żewġ rakkomandazzjonijiet parzjalment; jilqa' d-disponibbiltà tal-Kummissjoni li timplimentahom u jistieden lilha u lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet b'mod sħiħ u tempestiv;

159.  Ma jaqbilx mal-opinjoni tal-Qorti u tal-Kummissjoni skont liema s-setgħat imsaħħa tal-Parlament kienu, fihom infushom, fattur għal dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tar-regolamenti rilevanti għall-perjodu 2014-2020;

160.  Jiddispjaċih għad-dewmien mill-Kummissjoni fil-preżentazzjoni tal-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020 li joħloq il-prospett ta' dewmien sinifikanti fin-negozjati u fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni korrispondenti dwar il-QFP u l-programmi u l-istrumenti finanzjarji, u b'hekk tiġi pperikolata l-implimentazzjoni tempestiva tagħhom fil-perjodu ta' wara l-2020;

161.  Jisħaq fuq il-fatt li l-proposta għal regolamenti ġodda għall-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2020, li tikkonsisti f'ġabra unika ta' regoli jew f'format ieħor, jeħtiġilha tiżgura, fil-prattika, simplifikazzjoni, aċċessibbiltà msaħħa għall-fondi u implimentazzjoni ta' suċċess tal-objettivi ta' din il-politika;

162.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata r-ripetizzjoni tad-dewmien fl-adozzjoni tal-programmi operazzjonali, kif ukoll il-problemi identifikati mill-Qorti bħal negozjati aktar kumplessi, impenjattivi u twal tar-regolamenti dwar il-FSIE għall-perjodu 2014-2020, l-adozzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni sekondarja u tal-linji gwida u l-bżonn ta' ħafna sessjonijiet ta' approvazzjonijiet tal-programmi operazzjonali mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li dawn in-nuqqasijiet imorru kontra l-objettiv ta' simplifikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni;

163.  Jinnota li, fir-Rapport Speċjali Nru 2/2017, il-Qorti kkonkludiet li l-Ftehimiet ta' Sħubija wrew li huma strument effettiv għad-delimitazzjoni tal-finanzjament taħt is-SIE għall-objettivi tematiċi u l-prijoritajiet għall-investiment, u biex jingħata appoġġ lill-enfasi fuq l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi; madankollu, jissottolinja li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-objettivi tirrikjedi baġit adegwat favur il-politika ta' koeżjoni wara l-2020;

164.  Josserva li, għall-kuntrarju tal-perjodi preċedenti, kien meħtieġ li l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-programmi operazzjonali jiġu adottati mill-Kulleġġ tal-Kummissarji, filwaqt li fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti l-programmi operazzjonali finali biss kellhom jiġu adottati mill-Kulleġġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa' tqis il-valur miżjud ta' tali proċedura hija u tabbozza l-proposta tagħha għall-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020;

165.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'attenzjoni l-problemi indikati hawn fuq u tieħu miżuri biex tevitahom fil-perjodu wara l-2020, kif ukoll kull azzjoni neċessarja ta' titjib u li tippermetti programmazzjoni rapida u ta' kwalità;

166.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-konsultazzjoni tagħhom fl-abbozzar tal-programmi operazzjonali li għandha tiffaċilita proċess rapidu tal-approvazzjoni tagħhom;

167.  Jissottolinja l-importanza tal-użu ta' terminoloġija preċiża u armonizzata li tippermetti li r-riżultati miksuba fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni jitkejlu b'mod adegwat; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pproponietx definizzjonijiet komuni tat-termini "riżultati" u "output" fil-proposta tagħha għar-Regolament Finanzjarju l-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi definizzjonijiet komuni ċari ta' termini bħal "output", "riżultati" u "impatt" mill-aktar fis possibbli u sew qabel il-bidu tal-perjodu ta' wara l-2020;

168.  Ifakkar li kapaċità amministrattiva adegwata, speċjalment fil-livell nazzjonali u reġjonali, hija kruċjali għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni bla intoppi tal-programmi operazzjonali, inkluż għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tal-objettivi u tar-riżultati miksuba permezz tal-indikaturi rilevanti; jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw l-assistenza teknika disponibbli biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva fil-livelli differenti;

169.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-"aħjar prattiki" fil-livell kollha;

170.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Istati Membri japplikaw bosta indikaturi addizzjonali ta' eżitu u riżultati flimkien mal-indikaturi fornuti mill-atti bażiċi legali; jibża' li jkun hemm regolamentazzjoni żejda (l-hekk imsejħa "gold-plating effect") li tista' tagħmel l-użu tal-fondi strutturali aktar ikkumplikat u inqas effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jsegwu tali approċċ;

171.  Jenfasizza r-rilevanza li jitkejjel l-impatt fuq perjodu medju u twil tal-programmi, billi huwa biss meta l-impatt jitkejjel li min jieħu d-deċizjonijiet jista' jaċċerta jekk l-objettivi politiċi ntlaħqux; jistieden lill-Kummissjoni tkejjel espliċitament l-"impatt" matul il-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020;

Parti XIII – Rapport Speċjali Nru 3/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza mill-UE lit-Tuneżija"

172.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti li jivvaluta l-effiċjenza u l-effikaċja tal-assistenza mill-Unjoni mogħtija lit-Tuneżija; japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

173.  Jinnota li l-finanzjament tal-Unjoni, b'mod ġenerali, intefaq tajjeb billi kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-tranżizzjoni demokratika u għall-istabbiltà ekonomika tat-Tuneżija wara r-rivoluzzjoni;

174.  Jinnota li l-azzjonijiet tal-Unjoni kienu kkoordinati tajjeb mad-donaturi ewlenin u fi ħdan l-istituzzjonijiet u d-dipartimenti tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tinkiseb programmazzjoni konġunta mal-Istati Membri, sabiex jittejbu l-fokus u l-koordinament tal-għajnuna;

175.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni u s-SEAE kellhom jaħdmu f'ambjent politiku, soċjali u ta' sigurtà volatili, li rrappreżenta sfida ewlenija fl-għoti ta' għajnuna komprensiva;

176.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirfina l-approċċ għal appoġġ baġitarju settorjali billi tiddeskrivi l-prijoritajiet tal-pajjiż, it-tfassil ta' kundizzjonijiet u b'hekk tiffaċilita approċċ tal-Unjoni aktar strutturat u mmirat u ssaħħaħ il-kredibbiltà kumplessiva tal-istrateġija nazzjonali Tuneżina;

177.  Jinnota li l-finanzjament mill-Unjoni ta kontribut sinifikanti għat-tranżizzjoni demokratika u għall-istabbiltà ekonomika tat-Tuneżija; madankollu, jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jnaqqsu l-fokus tal-azzjonijiet tagħhom għal numru iżgħar ta' oqsma ddefiniti tajjeb sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-assistenza mill-Unjoni;

178.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-aħjar prassi rigward il-programmi ta' appoġġ baġitarju u tapplika l-kundizzjonijiet għall-iżborż rilevanti li se jistimula lill-awtoritajiet Tuneżini jwettqu riformi essenzjali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar allokazzjoni mhux stretta ta' fondi "aktar għal aktar" li s-soltu kienu relatati mat-twettiq ta' aktar rekwiżiti u ma kinitx preċeduta minn analiżi dettaljata ta' kemm sar progress;

179.  Jenfasizza s-sinifikat ta' valutazzjoni estensiva tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi, preferibbilment bl-użu tal-PEFA(16), sabiex jiġu identifikati dgħufijiet potenzjali fil-provvediment ta' għajnuna tal-Unjoni u jiġu indirizzati;

180.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil tal-programmi u l-proġetti billi tistabbilixxi sett ta' indikaturi u linji bażi preċiżi li jippermettu evalwazzjoni xierqa tal-limitu sa fejn intlaħqu l-objettivi;

181.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-enfasi titqiegħed fuq l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u fit-tul minflok fuq azzjonijiet li jwasslu biss għal irkupru temporanju fis-suq tax-xogħol;

Parti XIV – Rapport Speċjali Nru 4/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Nipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari: Il-Kummissjoni għamlet użu dejjem akbar mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qasam tal-Koeżjoni matul il-perjodu 2007-2013"

182.  Jilqa' l-konstatazzjonijiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapport speċjali tagħha;

183.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari biex jitnaqqsu d-disparitajiet fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, jiġu rristrutturati ż-żoni industrijali li jkunu sejrin lura u titħeġġeġ il-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali, biex b'hekk jingħata kontribut għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni; iqis li din l-importanza tiġġustifika s-sehem sinifikanti tagħha mill-baġit tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza tal-ġestjoni finanzjarja tajba tagħha, tal-prevenzjoni u d-deterrenza tal-irregolaritajiet u tal-korrezzjonijiet finanzjarji;

184.  Jinnota li l-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti u jistidinha timplimentahom b'mod sħiħ u fi żmien debitu;

185.  Josserva wkoll, b'mod ġenerali, li l-Kummissjoni għamlet użu effettiv mill-miżuri għad-dispożizzjoni tagħha matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni minn infiq irregolari;

186.  Jilqa' l-fatt li, fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni bdiet timplimenta l-miżuri korrettivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji ferm qabel milli għamlet fil-perjodu 2000-2006 u b'impatt aktar inċiżiv; madankollu, jenfasizza li tali miżuri korrettivi jridu jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni waqt li fl-istess ħin jirrikonoxxu l-importanza tal-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-programmi operazzjonali milquta;

187.  Jistieden lill-Kummissjoni tibqa' viġilanti meta teżamina d-dikjarazzjonijiet tal-għeluq ippreżentati mill-Istati Membri għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, kif ukoll fil-futur;

188.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport analitiku u konsolidat dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha imposti matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, abbażi tar-rapport għall-perjodu preċedenti;

189.  Jissottolinja li l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti jirrappreżentaw riskju finanzjarju sinifikanti għall-Istati Membri u jistgħu jwasslu wkoll għal diffikultajiet għall-Kummissjoni fil-ġestjoni baġitarja tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura sforzi bbilanċjati biex tipproteġi l-baġit u l-ilħuq tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni;

190.  Jissottolinja li jekk l-Istati Membri nfushom jiskopru irregolaritajiet u jieħdu miżuri preventivi, dan jirriżulta f'inqas ħin imqatta' fuq l-identifikazzjoni tal-problemi u jħalli iktar ħin biex dawn jiġu riżolti; iqis li dan ifisser ukoll li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri jaħdmu b'mod effettiv u b'hekk li l-livell ta' irregolaritajiet jista' jkun taħt is-soll tal-materjalità; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar proattivi u responsabbli u jiskopru u jikkoreġu l-irregolaritajiet abbażi tal-kontroll u tal-awditi tagħhom stess, bil-għan li jtejbu s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fil-livell nazzjonali ħalli jkunu evitati aktar korrezzjonijiet finanzjarji netti u telf ta' fondi;

191.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni suffiċjenti f'termini ta' volum u ta' kwalità f'każijiet ta' korrezzjonijiet finanzjarji li ngħataw bidu b'segwitu għall-awditi tal-Kummissjoni bil-għan li jkunu żgurati proċeduri rapidi;

192.  Jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza taċ-ċertezza tar-regolamentazzjoni u gwida u assistenza teknika adegwati min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, inkluża formulazzjoni b'mod speċifiku biżżejjed tar-rekwiżiti tagħha; jistieden ukoll lill-Kummissjoni taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli tal-ewwel u tat-tieni livell;

193.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida għar-rappurtar armonizzat dwar l-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li se jiffaċilitaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji eżegwiti mill-Istati Membri;

194.  Jappoġġa l-konklużjoni tal-Qorti skont liema l-qafas legali fir-rigward tal-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020 għandu jissaħħaħ iżda l-enfasi primarja trid tibqa' fuq il-prevenzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi;

195.  Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf, mill-aktar fis possibbli, sistema ta' monitoraġġ integrata, li tippermetti li l-informazzjoni li tinsab fid-databases tintuża biex issir analiżi komparattiva, li tkun tkopri kemm il-miżuri preventivi kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2014-2020, u tipprovdi aċċess għall-informazzjoni fi żmien debitu lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri;

196.  Jistieden lill-Qorti biex, fl-attività ta' awditjar futura tagħha, tikkonċentra aktar fuq id-dgħufijiet sistematiċi u tippreżenta rakkomandazzjonijiet kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri dwar it-titjib tal-funzjonament tas-sistema globali tal-ġestjoni u tal-kontroll finanzjarji;

Parti XV – Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ - il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ"

197.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti u huwa kuntent li l-Kummissjoni taċċetta wħud mir-rakkomandazzjonijiet u se tikkunsidrahom;

198.  Jinnota li r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni naqset f'dawn l-aħħar snin; madankollu, jiddispjaċih li f'nofs l-2016 18,8 % taż-żgħażagħ kienu għadhom qiegħda; jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Istati Membri jużaw l-appoġġ disponibbli tal-Unjoni biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni li ilha teżisti;

199.  Huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li l-popolazzjoni NEET (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ) hija skonnessa mill-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol; jifhem li din il-popolazzjoni hija l-aktar diffiċli biex tintlaħaq permezz ta' programmi operazzjonali li jimplimentaw skemi finanzjarji tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; iqis li għall-perjodu 2017-2020, l-attenzjoni għandha tkun fuq din il-popolazzjoni, sabiex jiġi żgurat l-ilħuq tal-objettivi ewlenin tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (YG);

200.  Jenfasizza li l-integrazzjoni tal-popolazzjoni NEET tirrikjedi, b'mod sinifikanti, iżjed finanzjament tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimmobilizzaw ukoll riżorsi addizzjonali mill-baġits nazzjonali tagħhom;

201.  Jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għamlet kontribut pożittiv favur l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ mill-2012 iżda li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ tibqa' għolja b'mod inaċċettabbli, u għalhekk jitlob li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiġi estiża sal-2020;

202.  Jiddispjaċih li ebda wieħed mill-Istati Membri li saru żjarat fihom ma seta' jipprovdi lin-NEETs kollha b'opportunità li jaċċettaw offerta fi żmien erba' xhur minn meta jidħlu fl-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

203.  Jilqa' b'mod partikolari r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni biex titjieb il-kwalità tal-offerti;

204.  Jinnota li l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha ppubblikata f'Ottubru 2016(17), tikkonkludi li teżisti l-ħtieġa li tittejjeb l-effikaċja tagħha;

205.  Jinnota l-isfida li għadha teżisti ta' nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet biex jissodisfaw id-domandi tas-suq tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) tal-Kunsill, tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri bil-għan li din il-kwistjoni titqajjem fl-aġenda dwar l-impjiegi;

206.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-Istati Membri biex jidentifikaw u jxerrdu prattika tajba fil-monitoraġġ u r-rappurtar ibbażat fuq is-sistemi eżistenti fl-Istati Membri; ifakkar lill-Kummissjoni li l-komparabbiltà tad-data tibqa' fundamentali għal dawn il-finijiet;

207.  Jinnota li, sabiex jintlaħaq l-għan ta' offerta ta' impjieg ta' kwalità fit-tul għaż-żgħażagħ kollha taħt l-24 sena f'reġjuni identifikati, se jkunu meħtieġa ħafna aktar riżorsi;

Parti XVI – Rapport Speċjali Nru 6/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Ir-rispons tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati: l-approċċ "hotspot""

208.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti; japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

209.  Jinnota t-tweġiba tal-Kummissjoni u l-impenn tagħha li tappoġġa lill-awtoritajiet Taljani u Griegi; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti sabiex tkompli tiżviluppa l-aspetti speċifiċi tal-approċċ "hotspot";

210.  Jiddispjaċih li fir-rapport speċjali tagħha, il-Qorti ma setgħetx tittratta l-istampa usa', inkluża r-rilokazzjoni tal-applikanti fi Stati Membri oħra; jenfasizza li l-ostakli fil-proċeduri ta' segwitu kkawżaw sfida kostanti għall-funzjonament xieraq tal-hotspots;

211.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-implimentazzjoni tal-aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni; jenfasizza l-bżonn li jitkompla l-iżvilupp ta' miżuri fuq perjodu qasir, kif ukoll ta' dawk fuq perjodu twil, għall-ġestjoni aħjar tal-fruntieri u biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni illegali;

212.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), lill-Europol, lill-Frontex (fid-dawl tal-mandat il-ġdid tagħha bħala Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta), lill-awtoritajiet nazzjonali u lil organizzazzjonijiet internazzjonali oħra biex ikomplu u jżidu l-appoġġ tagħhom għall-hotspots; jinnota li huwa biss permezz ta' kooperazzjoni aktar intensa bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji u l-Istati Membri li jista' jkun żgurat l-iżvilupp b'aktar suċċess tal-kunċett tal-hotspots;

213.  Jenfasizza f'dan ir-rigward li, speċjalment fil-każ tal-Italja, il-wasla kontinwa ta' migranti tibqa' tippreżenta sfidi enormi, li għalihom huwa essenzjali l-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;

214.  Jisħaq fuq l-importanza tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF); jappella għall-possibbiltà li jiġu applikati r-regoli finanzjarji ta' emerġenza għall-AMIF u l-ISF; jinsisti li l-uniku mod biex tiżdied l-effiċjenza tal-hotspots fl-appoġġ tal-Istati Membri l-iktar esposti huwa billi jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji biex jittejbu u jinħolqu infrastrutturi ta' akkoljenza u akkomodazzjoni, li huma essenzjali meta jaslu numri enormi ta' migranti;

215.  Jilqa' r-riżultati tal-awditu tal-Qorti dwar is-sitwazzjoni tal-migranti minorenni fil-hotspots, u jisħaq fuq l-importanza li jiġi żviluppat approċċ integrat għall-akkoljenza tagħhom, filwaqt li dejjem jitqiesu l-aħjar interessi tagħhom; jappella għal użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji għall-akkoljenza tal-minorenni u għal taħriġ għall-persunal li se jaħdem mill-qrib mal-persuni l-aktar vulnerabbli; ifakkar li wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport speċjali, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni ffukata kompletament fuq il-migranti minorenni(18); jissottolinja l-importanza ta' din il-komunikazzjoni u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f'dan id-dokument;

216.  Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżidu l-isforzi tagħhom ta' appoġġ għall-hotspots permezz ta' rilokazzjoni aktar effettiva u, jekk ma jkunx hemm raġunijiet għal ammissjoni, permezz tal-proċeduri ta' ritorn;

217.  Huwa allarmat dwar ir-rapporti kontinwi ta' traffikar tat-tfal; jappella għal miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tat-tfal, speċjalment il-minorenni mhux akkumpanjati, mill-wasla tagħhom 'il quddiem; iqis li huwa inaċċettabbli li t-traffikanti jkomplu jirrappreżentaw theddida diretta għat-tfal;

218.  Jistieden lill-Europol ikompli bl-isforzi tiegħu fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u l-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali involuti, u jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali fil-ġestjoni ta' investigazzjonijiet kriminali possibbli dwar il-ġestjoni tal-hotspots;

219.  Jilqa' l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali Taljani u Griegi biex jirreġistraw l-ogħla numru possibbli ta' migranti li jaslu f'pajjiżhom, b'rata ta' reġistrazzjoni ta' 78 % fil-Greċja fl-2016, meta mqabbel ma' 8 % fl-2015, u ta' 60 % fl-2015, meta mqabbel ma' medja ta' 97 % għall-2016 fl-Italja; jissottolinja li l-uniku mod kif ikun hemm sistema ta' akkoljenza effikaċi huwa li jkollna stampa eżatta tas-sitwazzjoni fil-post;

220.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw il-kwalità tal-eżami tal-applikazzjoni għall-asil fil-hotspots; jirrikonoxxi ċ-ċirkustanzi diffiċli li fihom l-applikazzjonijiet iridu jiġu pproċessati, iżda jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati proċeduri mgħaġġla li jwasslu biex isiru l-iżbalji; barra minn hekk, jenfasizza li l-Istati Membri l-iktar esposti għandhom ikunu responsabbli biss għar-reġistrazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba' tal-migranti kollha, iżda li l-proċeduri ta' segwitu għandhom ikunu responsabbiltà komuni tal-Istati Membri kollha, fi spirtu ta' solidarjetà; jappella biex dawk li qegħdin ifittxu l-asil jiġu informati b'mod xieraq dwar il-proċeduri ta' rilokazzjoni, dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-pajjiżi ta' destinazzjoni possibbli;

221.  Jistieden lill-Kunsill jiżgura, mingħajr dewmien, li n-nuqqas li għadu jeżisti ta' esperti jiġi rimedjat bl-appoġġ tal-EASO kif ukoll tal-Istati Membri; huwa konvint li, speċjalment fil-każ tal-Italja, ikun meħtieġ appoġġ addizzjonali fil-futur ukoll; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaqblu dwar pjan biex tali kapaċità addizzjonali tkun disponibbli minnufih fuq talba tal-Italja u l-Greċja;

222.  Jissottolinja li l-hotspots huma postijiet iddedikati għar-reġistrazzjoni tal-migranti li jkunu deħlin u għalhekk dawn m'għandhomx isiru affollati, u lanqas ċentri ta' detenzjoni; jistieden lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex ipoġġu fil-prattika l-miżuri neċessarji kollha biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

223.  Huwa mħasseb dwar il-bosta partijiet ikkonċernati li attwalment qed jiġu involuti fl-istabbiliment u l-funzjonament tal-hotspots u jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jissottomettu proposti li jagħmlu l-istruttura aktar trasparenti u responsabbli;

224.  Jirrakkomanda lill-Qorti tikkunsidra rapport ta' segwitu malajr dwar il-funzjonament tal-hotspots b'ambitu usa' li jinkludi analiżi tal-proċeduri ta' asil, rilokazzjoni u ritorn;

Parti XVII – Rapport Speċjali Nru 7/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f'dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta' awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati"

225.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti, u japprova l-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni taċċetta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li saru u se tikkunsidra li, jew diġà bdiet, timplimentahom;

226.  Jirrikonoxxi l-progress pożittiv li sar fil-mudell tal-awditjar tan-nefqa tal-PAK; madankollu, jiddispjaċih li l-iskema ta' awditjar uniku għadha ma taħdimx bil-potenzjal sħiħ tagħha;

227.  Ifakkar lill-Kummissjoni fir-responsabbiltà finali tagħha tal-użu effiċjenti tan-nefqa tal-PAK; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-applikazzjoni tal-metodi ta' kontroll tkun simili biżżejjed fl-Unjoni kollha, u li l-korpi ta' ċertifikazzjoni (CBs) kollha japplikaw l-istess kriterji f'xogħolhom;

228.  Jinnota li s-CBs ilhom jawditjaw b'mod indipendenti lill-aġenziji tal-pagamenti tal-pajjiż rispettiv tagħhom mill-1996; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li fl-2015, għall-ewwel darba, is-CBs kienu rikjesti jaċċertaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa relatata; iqis li dan huwa żvilupp importanti ħafna peress li jista' jgħin lill-Istati Membri jsaħħu l-kontrolli tagħhom u jnaqqsu l-ispejjeż ta' awditjar, u jippermetti lill-Kummissjoni tikseb aktar assigurazzjoni indipendenti dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-PAK;

229.  Madankollu, jiddispjaċih li l-Kummissjoni tista' tuża x-xogħol tas-CBs sa ċertu punt biss, peress li skont ir-rapport tal-Qorti, hemm dgħufijiet sinifikanti fit-tfassil fil-qafas attwali, li minħabba fihom l-opinjonijiet tas-CBs ma jikkonformawx bis-sħiħ mal-istandards u r-regoli tal-awditjar f'ċerti oqsma importanti;

230.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li kien hemm dgħufijiet kemm fil-metodoloġija kif ukoll fl-implimentazzjoni, fost oħrajn l-istrateġiji tal-awditjar ħafna drabi ma jkunux xierqa, settijiet ta' kampjuni inadegwati jkunu qed jitfasslu, u l-awdituri tas-CBs spiss ma jkollhomx livell suffiċjenti ta' ħiliet u kompetenzi legali; madankollu, jirrikonoxxi li l-2015 setgħet kienet sena diffiċli għall-Istati Membri, peress li r-regoli u l-linji gwida rilevanti tal-Unjoni kienu għaddejjin minn perjodu ta' varar dak iż-żmien, u jista' jkun li l-Korpi ta' Ċertifikazzjoni ma jkunux ġew ipprovduti b'biżżejjed informazzjoni u taħriġ dwar l-implimentazzjoni prattika tagħhom, jew mogħtija biżżejjed gwida dwar in-numru meħtieġ ta' kampjuni;

231.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aktar sforzi biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet sottolinjati fir-rapport tal-Qorti, u biex jinkiseb mudell ta' awditjar uniku tassew effiċjenti fin-nefqa tal-PAK; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja u tappoġġja b'mod attiv lis-CBs fit-titjib ta' xogħolhom u l-metodoloġija dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa;

232.  Jindika b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żviluppati metodi ta' ħidma aktar affidabbli fil-linji gwida relatati mar-riskju li tintefaħ l-assigurazzjoni li tirriżulta mill-kontrolli interni u japprova r-rimarki tal-Qorti rigward ir-rappreżentattività mhux xierqa tal-kampjuni u t-tip ta' ttestjar permess, il-kalkolu mhux meħtieġ ta' żewġ rati ta' żball differenti u kif jintużaw ir-rati, u l-opinjonijiet mhux affidabbli li huma bbażati fuq żball sottostmat;

233.  Jinnota wkoll mir-rapport tal-Qorti li, minkejja n-natura li ħafna drabi ma tkunx affidabbli tal-istatistika ta' kontroll tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tkompli tibbaża l-mudell ta' assigurazzjoni tagħha fuq din id-data, u li fl-2015 l-opinjoni tas-CBs kienet biss wieħed mill-fatturi meħuda inkunsiderazzjoni;

234.  Jiddispjaċih li l-konsegwenzi li jirriżultaw minn dan in-nuqqas ta' affidabbiltà huma ċari; jinnota, pereżempju, li fil-pagamenti diretti, DĠ AGRI ta' pagamenti supplementari lil 12 minn 69 aġenzija tal-pagamenti b'rata ta' żball ta' aktar minn 2 %, filwaqt li aġenzija tal-pagamenti waħda biss inizjalment ikkwalifikat id-dikjarazzjoni tagħha, u li fl-2015, DĠ AGRI ħareġ ukoll riżervi għal 10 aġenziji tal-pagamenti; jinnota wkoll li fiż-żoni rurali, DĠ AGRI ta pagamenti supplementari lil 36 minn 72 aġenzija tal-pagamenti u f'14-il każ ir-rata ta' żball aġġustata kienet ogħla minn 5 %, u li fl-2015 DĠ AGRI ħareġ ukoll riżervi għal 24 aġenzija tal-pagamenti minn 18-il Stat Membru;

235.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq dan in-nuqqas ta' affidabbiltà u tiżviluppa miżuri sabiex tikseb bażi affidabbli għall-mudell ta' assigurazzjoni tagħha; jemmen li l-Kummissjoni għandha, f'dan ir-rigward, tiggwida b'mod attiv lis-CBs biex joħorġu opinjonijiet adegwati, u japprofittaw mill-informazzjoni u d-data pprovduta b'konsegwenza;

236.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikjedi wkoll li s-CBs jimplimentaw salvagwardji xierqa biex jiżguraw ir-rappreżentattività tal-kampjuni tagħhom, tippermetti lis-CBs iwettqu biżżejjed ittestjar fuq il-post, tirrikjedi li s-CBs jikkalkulaw rata waħda biss ta' żball għal-legalità u r-regolarità, u tiżgura li l-livell ta' żball irrappurtat mill-aġenziji tal-pagamenti fl-istatistika ta' kontroll tagħhom ikun inkluż b'mod korrett fir-rata ta' żball tas-CBs;

237.  Jirrakkomanda, b'mod partikolari, li l-Kummissjoni tinsisti biex l-opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-PAK ikunu ta' kwalità u b'portata li jippermettu lill-Kummissjoni taċċerta ruħha dwar l-affidabbiltà tad-data ta' kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti, jew meta jkun xieraq, tistma l-aġġustament neċessarju tar-rati ta' żball tal-aġenziji tal-pagamenti abbażi tal-opinjonijiet pprovduti mis-CBs;

238.  Jinnota li, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rakkomandazzjoni Nru 7 tal-Qorti, il-Kummissjoni trid tiżgura li r-rata ta' żball tal-aġenziji tal-pagamenti ma takkumulax wisq fir-rata ta' żball globali tas-CBs; jemmen li l-linji gwida f'dan ir-rigward għandhom ikunu ċari kemm jista' jkun sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet ħżiena fil-korrezzjonijiet finanzjarji;

239.  Jinnota wkoll mir-rapport tal-Qorti li s-salvagwardja tan-nuqqas ta' avviż minn qabel tal-aġenziji tal-pagamenti dwar liema tranżazzjonijiet se jkunu soġġetti għal twettiq mill-ġdid, ġiet kompromessa fil-każ tal-Italja, fejn is-CB kien ta lill-aġenzija tal-pagamenti avviż minn qabel dwar liema benefiċjarji kienu se jiġu skrutinizzati qabel ma l-aġenzija tal-pagamenti wettqet il-maġġoranza ta' kontrolli fuq il-post inizjali tagħha; jenfasizza bil-qawwa li l-applikazzjoni adegwata tal-metodu ta' għażla bbażat fuq it-talbiet għandha tiġi garantita f'kull każ, u avviżi minn qabel ma jistgħux jiġu applikati mingħajr konsegwenzi;

240.  Jirrimarka li għal tranżazzjonijiet mhux IACS (kemm FAEG u FAEŻR), hemm disparità sinifikanti bejn il-perjodu li għalih il-kontrolli fuq il-post huma rrappurtati (sena kalendarja) u l-perjodu li għalih in-nefqa titħallas (mis-16 ta' Ottubru 2014 sal-15 ta' Ottubru 2015 għas-sena finanzjarja 2015); jinnota li, konsegwentement, uħud mill-benefiċjarji soġġetti għal kontrolli fuq il-post imwettqa matul is-sena kalendarja 2014 ma ġewx rimborżati fis-sena finanzjarja 2015, u s-CBs ma jistgħux jinkludu r-riżultati ta' dawn it-tranżazzjonijiet fil-kalkolu tagħhom tar-rata ta' żball għas-sena finanzjarja kkonċernata; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b'soluzzjoni xierqa għas-sinkronizzazzjoni ta' dawn il-kalendarji;

241.  Jirrimarka li l-iskedi ta' kontroll għall-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jkunu limitati ħafna, speċjalment fi Stati Membri bi staġun qasir tat-tkabbir, u l-għoti ta' informazzjoni rilevanti lis-CBs fi żmien debitu jista' ħafna drabi jkun ta' sfida kbira; jinnota li dan jista' jwassal għall-użu ta' diversi metodi ta' kontroll differenti u rati ta' żball doppji, peress li s-CBs ma jistgħux isegwu l-proċedura ta' kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti b'mod sħiħ; jemmen li din il-kwistjoni tista' tiġi riżolta, pereżempju permezz ta' miżuri ta' monitoraġġ bis-satellita;

242.  Iqis li t-teknoloġija ġdida tista' tiġi sfruttata aħjar b'mod ġenerali fil-kontroll tan-nefqa tal-PAK: meta jista' jintlaħaq livell suffiċjenti ta' affidabbiltà, pereżempju permezz ta' kontroll satellitari, il-benefiċjarji u l-awdituri m'għandhomx jitgħabbew b'numru eċċessiv ta' awditi fuq il-post; jenfasizza li filwaqt li jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-finanzjament tal-UE fin-nefqa tal-PAK, l-għan aħħari tal-iskema ta' awditjar uniku għandu jkun li tipprovdi kontrolli effiċjenti, sistemi amministrattivi li jiffunzjonaw u tnaqqis tal-piż burokratiku;

243.  Barra minn hekk, jenfasizza li l-mudell ta' awditjar uniku għandu jinkludi inqas saffi fis-sistema ta' kontroll u jinvolvi inqas spejjeż għall-Unjoni, l-Istati Membri u l-benefiċjarji; iqis li għandha ssir enfasi akbar fuq l-affidabbiltà tas-sistema ġenerali ta' kontroll tal-Istat Membru, minflok ma ssir enfasi sempliċement fuq kontrolli supplementari għall-benefiċjarji; iqis li s-sistema ta' kontroll għadha wisq ta' piż għall-benefiċjarji, li f'dawk l-Istati Membri fejn l-irregolaritajiet u l-frodi huma anqas komuni, is-sistema ġenerali tal-awditjar uriet li hija suffiċjenti, u li l-affidabbiltà tista' tiġi żgurata b'metodi oħra minbarra kontrolli eċċessivi fuq il-post;

244.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota partikolari tar-rapport tal-Qorti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament u tiżviluppa aktar is-sistema ta' kontroll tan-nefqa tal-PAK lejn approċċ ta' awditjar verament uniku;

245.   Jenfasizza li ħafna min-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti ġew imqajma u indirizzati mill-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha tal-2018; jilqa' l-progress kostanti li sar mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

Parti XVIII – Rapport Speċjali Nru 8/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-kontrolli tas-sajd tal-UE: jenħtieġu sforzi addizzjonali"

246.  Sabiex titjieb l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-kapaċità tas-sajd, jitlob lill-Istati Membri biex, sal-2018, jistabbilixxu proċeduri li jivverifikaw l-eżattezza tal-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri nazzjonali tal-flotot tagħhom;

247.  Fil-kuntest ta' kwalunkwe emenda futura għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(19) ("ir-Regolament dwar il-Kontroll"), u sabiex titjieb l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-kapaċità tas-sajd, jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposta leġiżlattiva tagħha regoli dettaljati għall-verifiki regolari dokumentarji u fuq il-post, kemm tal-indikaturi tat-tunnelleġġ gross (TG) kif ukoll dawk tal-qawwa tal-magna (kW) li jintużaw għall-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd;

248.  Fil-kuntest ta' kwalunkwe emenda futura għar-Regolament dwar il-Kontroll, u sabiex jitjieb il-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' bastimenti tas-sajd żgħar, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposta leġiżlattiva tagħha:

   (a) it-tneħħija tal-eżenzjonijiet tal-VMS(20) għal bastimenti li jkunu bejn 12 u 15-il metru twal;
   (b) ir-rekwiżit għall-installazzjoni ta' sistemi iżgħar u orħos ta' lokalizzazzjoni għal bastimenti li jkunu inqas minn 12-il metru twal;

249.  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tad-distribuzzjoni tal-kwoti tas-sajd, jitlob lill-Istati Membri biex, sal-2019, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-sistema ta' allokazzjoni tal-kwoti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-PKS(21), inkluż il-mod kif il-kriterji trasparenti u oġġettivi jkunu ġew inkorporati fid-distribuzzjoni tal-kwoti tas-sajd fost il-partijiet ikkonċernati;

250.  Sabiex jitjiebu l-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data dwar is-sajd, jitlob lill-Istati Membri biex, sal-2019:

   (a) jeżaminaw mill-ġdid u jtejbu l-proċess għar-reġistrazzjoni u l-verifika tad-data f'forma stampata tal-attivitajiet tas-sajd; jintroduċu b'mod gradwali proċessi biex jirreġistraw u jivverifikaw id-data elettronika dwar l-attivitajiet tas-sajd mibgħuta minn bastimenti b'tul totali ta' anqas minn 10 metri; jiżguraw li dawn is-sistemi jkunu kompatibbli u jippermettu l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd;
   (b) jiżguraw li jkollhom data affidabbli dwar l-attività ta' bastimenti taħt l-10 metri fit-tul permezz tal-introduzzjoni gradwali ta' rekwiżiti xierqa ta' reġistrazzjoni u rappurtar, li jkunu rħas u faċli biex jintużaw, u li japplikaw ir-regoli stabbiliti mir-Regolament dwar il-Kontroll biex jiġbru d-data;
   (c) jikkompletaw il-validazzjoni u l-kontroverifika tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd;

251.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, sal-2019:

   (a) tistabbilixxi pjattaforma għall-iskambju tal-informazzjoni li għandha tintuża mill-Istati Membri biex jibagħtu d-data vvalidata f'formats u f'kontenuti standard, biex b'hekk l-informazzjoni disponibbli għas-servizzi differenti tal-Kummissjoni tkun taqbel mad-data tal-Istati Membri;
   (b) tippromwovi l-iżvilupp ta' sistema orħos, aktar sempliċi u li tkun faċli għall-utent biex tiffaċilita l-komunikazzjoni elettronika tal-attivitajiet tas-sajd għal bastimenti li jkunu inqas minn 12-il metru twal; tintroduċi, għall-bastimenti ta' bejn l-10 metri u 12-il metru fit-tul, l-obbligu li jintużaw sistemi ta' reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (e-logbooks) flok dawk stampati; tintroduċi b'mod gradwali, għall-bastimenti b'tul ta' inqas minn 10 metri, l-obbligu li jirreġistraw u jirrappurtaw il-qabdiet tagħhom permezz ta' sistema elettronika orħos, aktar sempliċi u faċli biex tintuża;
   (c) tanalizza l-problemi li jkun fadal fil-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data fil-livell tal-Istati Membri, u tiddeċiedi dwar azzjonijiet xierqa mal-Istati Membri meta jkun meħtieġ;

252.  Fil-kuntest ta' kwalunkwe emenda futura tar-Regolament dwar il-Kontroll, u sabiex titjieb il-kompletezza tal-affidabbiltà tad-data dwar is-sajd, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposta leġiżlattiva tagħha:

   (a) it-tneħħija tas-Sistema Elettronika ta' Rappurtar u ta' eżenzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet elettroniċi għall-bastimenti li jkunu bejn 12 u 15-il metru twal;
   (b) rieżami tal-obbligi ta' rappurtar tad-data dwar il-qabdiet tal-Istati Membri, taħt ir-Regolament dwar il-Kontroll, sabiex jiġu inklużi d-dettalji taż-żona tas-sajd, tad-daqs tal-bastimenti, u tat-tagħmir tas-sajd;

253.  Sabiex l-ispezzjonijiet jittejbu, jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jużaw protokolli u rapporti ta' spezzjoni standard li jkunu aktar adattati għall-kundizzjonijiet reġjonali u tekniċi speċifiċi tas-sajd minn dawk previsti fl-Anness XXVII tar-Regolament (UE) Nru 404/2011(22); jistieden lill-Istati Membri jagħmlu dan f'konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u sal-2019, meta r-regolament il-ġdid dwar il-miżuri tekniċi(23) mistenni jidħol fis-seħħ;

254.  Fil-kuntest ta' kwalunke emenda futura tar-Regolament dwar il-Kontroll, jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposta leġiżlattiva tagħha l-użu obbligatorju mill-Istati Membri tas-Sistema Elettronika tar-Rapporti ta' Spezzjoni sabiex tiżgura riżultati eżawrjenti u aġġornati tal-ispezzjonijiet nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi wkoll fil-proposta l-obbligu għall-Istati Membri li jikkondividu r-riżultati tal-ispezzjonijiet ma' Stati Membri oħra kkonċernati;

255.  Sabiex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema tas-sanzjonijiet, jistieden lill-Istati Membri biex, sal-2019:

   (a) jieħdu kont dovut tal-ksur rikorrenti jew ta' trasgressuri persistenti meta jistabbilixxu s-sanzjonijiet;
   (b) jimplimentaw bis-sħiħ is-sistemi tal-punti u jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom;

256.  Fil-kuntest ta' kwalunkwe emenda futura tar-Regolament dwar il-Kontroll, jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-proposta leġiżlattiva tagħha, tinkludi dispożizzjoni li tipprevedi sistema għall-iskambju ta' data dwar ksur u sanzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Istati Membri;

Parti XIX – Rapport Speċjali Nru 9/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu ''Appoġġ mogħti mill-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Asja t'Isfel/ix-Xlokk tal-Asja"

257.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti; japprova r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

258.  Jirrikonoxxi li minkejja l-ambjent diffiċli li kellha topera fih, l-Unjoni għamlet kontribut tanġibbli lejn il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Asja t'Isfel u x-Xlokk tal-Asja;

259.  Jilqa' l-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin permezz ta' miżuri bħall-ħatra ta' uffiċjali ta' kollegament Ewropej għall-migrazzjoni f'pajjiżi speċifiċi; jitlob li l-ħidma f'dan ir-rigward tkompli;

260.  Iħeġġeġ lill-Unjoni tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mal-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet oħra preżenti fiż-żona (bħan-NU, l-ASEAN u NGOs rilevanti) u mas-soċjetà ċivili, sabiex tikseb ħarsa ġenerali aħjar lejn il-prijoritajiet li għad fadal u b'hekk tħejji pjan ta' azzjoni aktar immirat;

261.  Jenfasizza l-importanza li jinqerdu l-faqar estrem u d-diskriminazzjoni tal-minoranzi u bejn is-sessi fil-pajjiżi tal-Asja t'Isfel u tax-Xlokk tal-Asja, kif ukoll li jiġu kkonsolidati l-pedamenti demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom bl-għajnuna tal-EIDHR;

262.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa database komprensiva, koerenti u affidabbli dwar l-għajnuna finanzjarja kontra t-traffikar, biex b'hekk id-distribuzzjoni tal-fondi tkun aktar ġustifikata u tilħaq lill-benefiċjarji li effettivament għandhom l-aktar ħtiġijiet urġenti; jaqbel mal-Kunsill dwar il-ħtieġa li tiġi elaborata lista aġġornata ta' reġjuni u pajjiżi affettwati mit-traffikar tal-bnedmin, u li dik il-lista tiġi inkluża fid-database;

263.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Rappurtar dwar is-segwitu tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Eradikazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u identifikazzjoni ta' azzjonijiet konkreti oħra" (COM(2017)0728) ippubblikata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2017; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati għal kull reġjun;

264.  Jilqa' l-fatt li t-traffikar tal-bnedmin se jkompli jkun prijorità fiċ-ċiklu ta' politika tal-Unjoni li jmiss dwar il-kriminalità internazzjonali organizzata u serja bejn l-2018 u l-2021;

265.  Iqis li huwa essenzjali li jissaħħu l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fl-istati tal-Asja t'Isfel u tax-Xlokk tal-Asja, sabiex ikunu aktar effettivi fl-identifikazzjoni u ż-żarmar tan-netwerks tat-traffikar tal-bnedmin; jitlob b'insistenza li jitħarrxu s-sanzjonijiet għall-kriminali involuti fit-traffikar tal-bnedmin;

266.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Unjoni permezz ta' kooperazzjoni politika u ġudizzjarja, sabiex jiġu indirizzati l-gruppi mafjużi li jużaw l-Unjoni bħala d-destinazzjoni aħħarija għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, kif innutat fil-komunikazzjoni ta' Diċembru 2017;

267.  Jemmen li tinħtieġ konnessjoni aħjar bejn l-għażla taż-żmien għal azzjonijiet mitiganti, ir-riżorsi permessi għal din il-kwistjoni, u aktar kooperazzjoni bejn is-SEAE, il-Kummissjoni, l-ASEAN u n-Nazzjonijiet Uniti biex tkun possibbli ġlieda aktar effiċjenti kontra t-traffikar tal-bnedmin;

268.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jindirizzaw ukoll il-kwistjoni tat-traffikar tal-bnedmin billi jesploraw mezzi oħra ta' azzjoni bħal ftehimiet bilaterali u multilaterali;

Parti XX – Rapport Speċjali Nru 10/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv"

269.  Huwa tal-opinjoni li fir-rigward tal-politiki tal-PAK eżistenti:

   (a) tinħtieġ evalwazzjoni komprensiva tal-għodda u l-miżuri kollha li jistgħu jiġu kkombinati biex tingħata għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ, issir enfasi fuq il-komprabbiltà fl-Unjoni kollha, fuq il-konsistenza jew l-inkonsistenza fl-indikaturi tar-riżultati, u fuq l-ostakli għad-dħul fis-suq min-naħa tal-bdiewa żgħażagħ li jistgħu jiġu indirizzati fir-reviżjoni futura tal-PAK;
   (b) l-objettivi għandhom jiġu definiti b'mod aħjar f'termini ta' tiġdid ġenerazzjonali, possibilment b'għan kwantifikat, u għandha tinġabar informazzjoni dwar il-livelli ta' suċċess fit-tiġdid ġenerazzjonali kif ukoll il-fatturi li jikkontribwixxu għalih jew li jxekkluh;

270.  Huwa tal-opinjoni li għall-PAK wara l-2020, il-leġiżlazzjoni għandha titfassal b'tali mod li l-Kummissjoni tindika (jew tirrikjedi lill-Istati Membri jindikaw, konformement mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża) loġika ta' intervent ċara għall-istrumenti ta' politika li jindirizzaw it-tiġdid ġenerazzjonali fl-agrikoltura; iqis li l-loġika ta' intervent għandha tinkludi:

   (a) valutazzjoni soda tal-ħtiġijiet tal-bdiewa żgħażagħ li tinvestiga r-raġunijiet sottostanti għalfejn iż-żgħażagħ li jkunu jridu jsiru bdiewa jiffaċċjaw ostakli biex jistabbilixxu l-azjendi agrikoli, u ostakli bħal dawn huma mifruxa f'żoni ġeografiċi, setturi agrikoli jew karatteristiċi speċifiċi oħrajn tal-azjendi;
   (b) valutazzjoni ta' liema ħtiġijiet jistgħu jiġu indirizzati mill-istrumenti ta' politika tal-Unjoni u liema ħtiġijiet jistgħu jew diġà qed jiġu indirizzati aħjar mill-politiki tal-Istati Membri, kif ukoll analiżi ta' liema forom ta' appoġġ (eż. pagamenti diretti, somma f'daqqa, strumenti finanzjarji) huma l-aktar adatti biex jaqblu mal-ħtiġijiet identifikati;
   (c) miżuri ta' sensibilizzazzjoni ta' tipi possibbli ta' assistenza għal trasferiment iktar kmieni ta' razzett lil suċċessur flimkien ma' servizzi jew miżuri ta' konsulenza bħal skema ta' rtirar sodisfaċenti bbażata fuq l-introjtu jew id-dħul nazzjonali jew reġjonali fis-settur agrikolu, alimentari u forestali;
   (d) minkejja l-perjodu twil ta' trasferimenti ppjanati tal-azjendi agrikoli, l-iżgurar ta' definizzjoni tal-objettivi SMART, li permezz tagħha r-riżultati mistennija tal-istrumenti ta' politika jsiru espliċiti u kwantifikabbli, f'termini tar-rata mistennija ta' tiġdid ġenerazzjonali u tal-kontribut għall-vijabbiltà tal-azjendi li jingħataw appoġġ; iqis, b'mod partikolari, li għandu jkun ċar jekk l-istrumenti ta' politika għandhomx l-għan li jappoġġaw l-akbar għadd possibbli ta' bdiewa żgħażagħ jew għandhomx jimmiraw lejn tipi speċifiċi ta' bdiewa żgħażagħ (eż. dawk bl-aħjar edukazzjoni, dawk li se jistabbilixxu azjenda agrikola f'żoni żvantaġġati, dawk li se jintroduċu teknoloġiji għall-iffrankar tal-enerġija jew tal-ilma fl-azjendi, dawk li qed iżidu l-profittabilità jew il-produttività tal-azjendi, dawk li qed jimpjegaw aktar nies);

271.  Fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-PAK ta' wara l-2020, jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-għanijiet tal-miżuri billi:

   (a) japplikaw kriterji biex jiżguraw l-għażla tal-proġetti l-aktar kosteffikaċi, bħall-proġetti li jwasslu għall-ogħla żieda fil-produttività sostenibbli jew fil-vijabbiltà tal-azjendi li jingħataw appoġġ, jew l-ogħla żieda fl-impjieg fiż-żoni bl-ogħla livell ta' qgħad jew f'żoni żvantaġġati bil-livell l-aktar baxx ta' tiġdid ġenerazzjonali;
   (b) japplikaw kriterji ċari għall-valutazzjoni tal-mod kif il-bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jiġu appoġġati f'każ ta' kontroll konġunt tal-azjendi ġuridiċi (eż. billi jiddefinixxu x'perċentwal ta' drittijiet tal-vot jew ta' ishma l-benefiċjarju għandu jkollu, ikun definit il-perjodu li matulu jkun hemm kambjament fil-bilanċ tal-ishma, x'perċentwal minimu tad-dħul tiegħu jew tagħha għandu jiġi mill-attività tiegħu jew tagħha fl-azjenda appoġġata) biex l-għajnuna tiġi allokata lil bdiewa żgħażagħ li l-biedja fl-azjendi sostnuti tagħhom tikkostitwixxi l-attività prinċipali;
   (c) japplikaw sollijiet minimi għoljin biżżejjed tal-punti li għandhom jintlaħqu mill-proġetti, u jaqsmu l-baġit tal-miżuri b'mod adegwat biex jipprovdu disponibbiltà indaqs tal-fondi lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu se jistabbilixxu azjenda agrikola matul id-durata kollha kemm hi tal-perjodu ta' programmazzjoni;
   (d) itejbu l-użu tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju bħala għodda biex jivvalutaw kemm il-ħtieġa għal finanzjament pubbliku permezz ta' valutazzjoni – fl-istadju tal-applikazzjoni – tal-vijabbiltà probabbli tal-azjendi mingħajr l-għajnuna, kif ukoll – fi tmiem il-proġetti – l-impatt tal-għajnuna fuq il-vijabbiltà tal-azjenda jew fuq objettivi speċifikati b'mod ċar (eż. l-impjieg, l-introduzzjoni ta' teknoloġiji għall-iffrankar tal-enerġija jew tal-ilma);

272.  Huwa tal-opinjoni li l-leġiżlazzjoni rigward il-miżuri tal-PAK ta' wara l-2020 għandha tiggarantixxi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri (f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża) itejbu s-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni; iqis b'mod partikolari li:

   (a) il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi indikaturi tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti li jkunu jippermettu li ssir valutazzjoni tal-progress, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-għodod ta' politika meta mqabbla mal-objettivi, billi timxi fuq l-aħjar prattiki, bħal indikaturi utli li jkunu ġew żviluppati mill-Istati Membri fis-sistemi ta' monitoraġġ tagħhom;
   (b) l-Istati Membri għandhom jiġbru regolarment data reali dwar il-karatteristiċi strutturali u finanzjarji tal-azjendi li jingħataw appoġġ (eż. id-dħul, l-introjtu, l-għadd ta' impjegati, l-innovazzjonijiet introdotti, il-livelli edukattivi tal-bdiewa) li tkun tippermetti li ssir valutazzjoni ta' kemm il-miżuri huma effiċjenti u effikaċi fl-ilħuq tal-objettivi mixtieqa ta' politika;
   (c) il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li jsiru evalwazzjonijiet biex jipprovdu informazzjoni utli dwar il-kisbiet tal-proġetti u tal-miżuri, li tkun ibbażata fuq data reali dwar l-evoluzzjoni tal-karatteristiċi strutturali u finanzjarji tal-azjendi li jingħataw appoġġ, billi jimxu fuq l-aħjar prattiki (eż. valutazzjonijiet komparattivi, analiżijiet kontrofattwali, stħarriġiet) bħal dawk identifikati f'dan l-awditu (ara l-kaxxa 5 tar-rapport speċjali tal-Qorti dwar il-każ tal-Emilja-Romanja fil-paragrafu 75);
   (d) ikun żgurat li l-bdiewa żgħażagħ ikollhom aċċess faċli għall-konsulenza u għall-istrumenti li jgħinuhom jirreaġixxu b'mod effiċjenti u effikaċi għat-theddid ta' disturbi fis-suq jew saturazzjonijiet tas-suq kif ukoll volatilità tal-prezzijiet; iqis li b'dan il-mod, il-kompetittività u l-orjentament tas-suq jistgħu jissaħħu u l-fluttwazzjonijiet relatati mal-kriżijiet fl-introjtu tal-produtturi jistgħu jitnaqqsu;

Parti XXI – Rapport Speċjali Nru 11/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Fond fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana: bidu promettenti minkejja xi nuqqasijiet''

273.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti, u japprova l-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

274.  Jilqa' l-ħolqien tal-Fond fiduċjarju Bêkou Ewropew u l-kontribut tiegħu għar-rispons internazzjonali għall-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana; jirrikonoxxi li, f'diversi modi, dan l-ewwel fond fiduċjarju jista' jitqies bħala proġett pilota importanti, u li hemm bżonn li tiġi żviluppata gwida aktar preċiża dwar il-kwistjoni sistemika tal-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-donaturi, skont approċċ aktar sistemiku, biex jinkisbu garanziji;

275.  Jinnota li l-fondi fiduċjarji kienu parti minn reazzjoni ad hoc fil-kuntest ta' nuqqas ta' riżorsi u flessibbiltà meħtieġa għal approċċ rapidu u komprensiv għal kriżijiet ewlenin; jemmen li hemm bżonn ta' aktar żmien biex tiġi ppruvata l-effikaċj tiegħu u biex inkomplu nitgħallmu mill-implimentazzjoni operazzjonali;

276.  Jemmen ukoll li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-effikaċja u l-governanza politika tal-fondi fiduċjarji, kif ukoll lin-nuqqas ta' garanziji u sorveljanza tal-użu aħħari tal-fondi allokati;

277.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-osservazzjonijiet tal-Qorti li jirreferu għall-influwenza limitata li l-fond għandu fuq il-koordinazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati, u li l-Kummissjoni għandha tagħmel dak kollu li huwa fis-setgħa tagħha biex tuża l-esperjenzi diġà miksuba fl-attivitajiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) f'oqsma bħalma huma l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-investimenti b'ħafna partijiet u l-ġestjoni tar-responsabbiltà għar-riżultati;

278.  Jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe strument finanzjarju u strument finanzjarju mħallat ġdid għandu jibqa' konformi mal-objettivi komprensivi tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni, u jiffoka fuq l-oqsma bl-ogħla valur miżjud u impatt strateġiku;

279.  Jinnota li, sal-lum, il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-fond fiduċjarju kienu relattivament baxxi; jitlob lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom aktar sabiex jiżguraw li dan il-fond iwassal għall-objettivi politiċi mistennija;

280.  Jemmen li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-kontroll tal-ispejjeż ta' ġestjoni u dawk amministrattivi meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet totali; huwa favur li tali għodod ġodda fil-qasam tal-iżvilupp ikunu koerenti mal-istrateġija u l-għanijiet ta' politika tal-FEŻ u jikkomplementawhom;

281.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta mekkaniżmi ta' kontroll komprensivi biex tiżgura l-iskrutinju politiku, mill-Parlament, tal-governanza, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti l-ġodda fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; jikkunsidra li huwa importanti li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi għas-superviżjoni ta' dawk l-istrumenti, b'objettivi, miri u rieżamijiet speċifiċi;

Parti XXII – Rapport Speċjali Nru 12/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta' investiment għadhom sostanzjali"

282.  Peress li l-aċċess għall-ilma tax-xorb ta' kwalità tajba huwa waħda mill-ħtiġijiet l-aktar bażiċi taċ-ċittadini, jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex timmonitorja s-sitwazzjoni aħjar, speċjalment fir-rigward taż-żoni żgħar tal-provvista tal-ilma, li huma eqreb l-utenti finali; ifakkar li l-ilma tax-xorb ta' kwalità ħażina jista' jwassal għal riskji għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej;

283.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu aktar informazzjoni liċ-ċittadini fir-rigward tal-kwalità tal-ilma tax-xorb ipprovdut lilhom, peress li f'numru ta' Stati Membri ċ-ċittadini mhumiex konxji li l-ilma tal-vit huwa tajjeb għax-xorb;

284.  Jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri mhumiex obbligati jirrappurtaw dwar il-kwalità tal-ilma taż-żoni żgħar tal-provvista tal-ilma; jittama li d-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb(24) issib soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni;

285.  Jissottolinja l-importanza tas-sostenibbiltà tal-infrastruttura tal-ilma u jenfasizza l-importanza li ċ-ċittadini jinżammu involuti fil-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ilma;

286.  Jenfasizza l-fatt kruċjali li l-politiki tal-ipprezzar tal-ilma jridu jrawmu l-effiċjenza u jirkupraw l-ispejjeż tal-użu tal-ilma; jinnota li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipprovdu ilma tax-xorb ta' kwalità għolja u għall-but ta' kulħadd liċ-ċittadini kollha tagħhom, peress li l-ilma huwa ġid komuni u dritt tal-bniedem;

287.  Ifakkar lill-Kummissjoni li d-diskussjonijiet li għaddejjin u t-tendenzi li qed jikbru favur il-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni tas-servizzi tal-ilma f'diversi Stati Membri saru kwistjoni ewlenija ta' tħassib għaċ-ċittadini;

Parti XXIII – Rapport Speċjali Nru 13/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?"

288.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti, u japprova l-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

289.  Jinnota li l-Kummissjoni ma evalwatx tajjeb l-impatt tal-pakketti leġiżlattivi li varat mis-sena 2000 'l hawn dwar is-settur ferrovjarju; jiddispjaċih li l-fondi tal-Unjoni investiti f'diversi proġetti ma jistgħux jitqiesu kosteffikaċi;

290.  Jinnota li s-settur ferrovjarju ġeneralment huwa korporattiv ħafna u li dan jista' jaffettwa l-perċezzjoni tal-liberalizzazzjoni tas-suq, bir-riżultat li jkun jidher aktar bħala theddida milli bħala vantaġġ;

291.  Jinnota li l-interess tal-Istati Membri li jtejbu l-interoperabbiltà jrid ikun akkumpanjat minn stima tal-ispejjeż u tal-finanzjament meħtieġ; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu miri realistiċi meta jallokaw l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għas-sistema ERTM u jagħti parir lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi skadenzi li jistgħu jintlaħqu għall-implimentazzjoni;

292.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tfassal kalendarju għaż-żarmar flimkien mal-Istati Membri, b'objettivi legalment vinkolanti; għalhekk, jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li taħdem mal-industrija biex tippromwovi l-użu ta' sistema tal-offerti komuni mfassla mill-Komunità tal-Ferroviji Ewropej;

293.  Iqis li l-investimenti għoljin meħtieġa minn din is-sistema, flimkien mal-benefiċċju differiti għal dawk li jġarrbu l-ispejjeż, jirrikjedu valutazzjoni strateġika tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Kunsill u l-Istati Membri; jilqa' l-pjan Ewropew ta' varar u l-pjan ta' azzjoni dettaljat assoċjat tal-ERTMS, li l-għan tiegħu huwa li jiżgura fluss kontinwu ta' għajnuna; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffukaw fuq koordinazzjoni aħjar tal-pjan Ewropew ta' varar u jiżguraw li l-impenji tal-Unjoni jitqiesu fil-prijoritajiet nazzjonali tagħhom; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tistabbilixxi objettivi interim fil-pjanijiet nazzjonali ta' varar biex jittejjeb il-monitoraġġ ta' taqsimiet individwali;

294.  Huwa mħasseb dwar ir-rata għolja ta' diżimpenn relatata mal-appoġġ tat-TEN-T għall-proġetti ERTMS, prinċipalment minħabba l-fatt li d-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni mhumiex allinjati mal-istrateġiji ta' implimentazzjoni nazzjonali; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tadatta proċeduri ta' finanzjament tas-CEF meta jkun possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tqis u tivvaluta s-sitwazzjoni u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet;

295.  Jiddispjaċih li l-finanzjament tal-Unjoni għal unitajiet abbord fil-biċċa l-kbira jittieħed mit-traffiku domestiku u li t-trasport tal-merkanzija ma jistax jiġi appoġġat mill-fondi ta' koeżjoni; ifakkar li t-trasport ferrovjarju tal-merkanzija huwa wieħed mill-aspetti ewlenin tas-suq uniku;

296.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-nuqqasijiet relatati ma' inkompatibbiltajiet tas-sistema jingħelbu b'mod effikaċi fil-perjodu ta' pprogrammazzjoni li jmiss;

297.  Iqis li, sabiex ikun operattiv, is-suq ferrovjarju uniku jkun jirrikjedi l-involviment sħiħ tal-operaturi tas-suq ikkonċernati qabel l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni; huwa tal-opinjoni li l-politika tal-Unjoni dwar is-settur ferrovjarju tirrikjedi bidla realistika tal-istrateġija, li għandha tinkludi stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji, u l-iżvilupp ta' mudell ekonomiku fl-Istati Membri, jekk tali mudell ma jeżistix, bil-għan li jiġi ggarantit finanzjament xieraq u biex ikun possibbli li jiġu identifikati s-sorsi b'mod effikaċi;

Parti XXIV – Rapport Speċjali Nru 14/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Analiżi tal-prestazzjoni tal-ġestjoni ta' kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea"

298.  Jilqa' r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri; japprova r-rimarki u r-rakkomandazzjonijiet tagħha;

299.  Jikkritika lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) talli rrifjutat l-aċċess lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal uħud mid-dokumenti li talbet għall-analiżi tal-prestazzjoni tal-QtĠ-UE; ifakkar lill-QtĠ-UE li l-Membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll l-awdituri tagħha huma marbuta bil-kunfidenzjalità u bis-segretezza professjonali fil-qadi ta' dmirijiethom(25); jiddispjaċih li r-référendaires ma setgħux jiġu intervistati minkejja r-rwol kruċjali tagħhom fix-xogħol tal-QtĠ-UE;

300.  Jinnota b'dispjaċir li mill-2012 'il quddiem il-Qorti Ġenerali qabżet kemm-il darba il-perjodu ta' żmien raġonevoli li fih il-parti f'kawża hija intitolata tistenna li tkun ngħatat is-sentenza; jistieden lill-Qorti Ġenerali tirrapporta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ħalli tiċċara s-sitwazzjoni;

301.  Jinnota li wara r-riforma tal-istruttura ġudizzjarja tal-QtĠ-UE, l-allokazzjoni tal-imħallfin għall-awli qed ssir skont l-ammont ta' kawżi f'oqsma differenti; jixtieq isir jaf kif issir din l-allokazzjoni, u jekk jintużawx awli speċjalizzati għal ċerti oqsma; jitlob data statistika dwar il-progress tal-fajls fl-ambitu tas-sistema l-ġdida;

302.  Jiddispjaċih li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri eskludiet mill-kampjunar il-kawżi li damu iktar minn darbtejn id-durata medja; huwa tal-opinjoni li mhux il-kawżi tipiċi biss huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni;

303.  Jissuġġerixxi li l-lingwi ta' ħidma tal-QtĠ-UE, b'mod partikolari dawk li fihom tagħmel id-deliberazzjonijiet, jiżdiedu għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, li huma l-lingwi ta' ħidma fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-QtĠ-UE biex tispira ruħha mill-aħjar prattiki fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex timplimenta fil-prattika din ir-riforma tal-lingwa;

304.  Jinnota li r-référendaires huma influwenti ħafna fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-QtĠ-UE, iżda li r-rwol tagħhom u r-regoli li jiggvernaw l-imġiba tagħhom għadhom mhumiex magħrufa fid-dinja ta' barra;

305.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li fid-dawl tal-aktar fatturi frekwenti li jaffettwaw id-durata tal-proċedura bil-miktub quddiem il-Qorti Ġenerali, il-wasla u l-ipproċessar ta' dokumenti proċedurali fir-reġistru jammontaw għal 85 % tal-ħin mitlub; jistaqsi jekk ir-reġistru għandux riżorsi suffiċjenti;

306.  Huwa mħasseb dwar it-tul tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali fejn jitqajmu kwistjonijiet dwar il-kunfidenzjalità;

307.  Jieħu nota tal-proċess biex jiġu assenjati kawżi riferuti lill-qrati; jitlob lill-QtĠ-UE tipprovdi regoli li jistipulaw il-proċedura ta' assenjazzjoni fiż-żewġ qrati;

308.  Jinnota li fl-2014 u l-2015, madwar 40 % tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali kienu assenjati barra mis-sistema ta' rotazzjoni, li jqajjem dubji dwar is-sistema nnifisha; iqajjem dubji, fl-istess ħin, dwar l-allokazzjoni diskrezzjonali ta' fajls fi ħdan il-Qorti Ġenerali; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' trasparenza fil-proċedura;

309.  Huwa mħasseb li l-vakanzi ġudizzjarji li huma wieħed mill-aktar fattur frekwenti li jaffettwa d-durata tat-trattament tal-kawżi quddiem il-QtĠ-UE; jipproponi li s-seduti u d-deliberazzjonijiet dwar firxa usa' ta' kawżi - aktar milli dawk b'ċirkostanzi speċifiċi - ikunu permissibbli matul dak il-perjodu;

310.  Jinnota li l-liv minħabba mard, liv ta' maternità/tal-ġenituri, jew it-tluq ta' référendaires ukoll għandhom impatt fuq id-durata tal-kawżi; jitlob lill-QtĠ-UE tikkunsidra metodi alternattivi possibbli biex tegħleb l-assenzi temporanji u tiżgura l-progress bla xkiel tal-ħidma tagħha;

311.  Huwa tal-fehma li r-riżorsi mhumiex kondiviżi b'mod proporzjonali bejn il-qrati meta jitqies l-ammont ta' xogħol rispettiv tagħhom; jissuġġerixxi li s-"cellule des lecteurs d'arrêts" fil-Qorti Ġenerali tintervjeni fi stadju aktar tard matul il-kawża;

312.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta' nomina ta' mħallfin ġodda jittieħdu ferm qabel id-data tat-tluq tal-predeċessuri tagħhom, biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel tal-volum ta' xogħol;

313.  Huwa mħasseb dwar l-approċċ ta' universalità li l-QtĠ-UE tapplika għad-diversi passi matul il-proċess; jirrakkomanda lill-QtĠ-UE tadatta l-iskadenza li tistabbilixxi biex jitqiesu t-tipoloġija u l-kumplessità tal-kawżi;

314.  Jinnota li kwistjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali jikkostitwixxu għadd sinifikanti ta' kawżi fiż-żewġ qrati; iħeġġeġ lill-QtĠ-UE tanalizza modi kif tista' tissimplifika l-proċeduri għal dawn il-kawżi, u tikkunsidra rieżami preliminari mis-servizzi ta' riċerka u dokumentazzjoni tal-QtĠ-UE;

Parti XXV – Rapport Speċjali Nru 16/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu ''Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati''

315.  Fit-tħejjija tal-perjodu ta' programmazzjoni għal wara l-2020, sabiex tiżdied l-enfasi fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, tiżdied l-integrazzjoni bejn il-programmi ta' żvilupp rurali (PŻR) u programmi oħra, u jittejbu l-valutazzjonijiet tal-kontribut tal-PŻR għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi, jistieden:

   (a) lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti ta' politika tagħha jindikaw kif se tissaħħaħ il-konsistenza bejn il-programmi individwali permezz ta' iktar żvilupp tar-rekwiżiti;
   (b) lill-Istati Membri jispeċifikaw, sal-2020, kif se jiġu implimentati l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, komplementarjetà u sinerġija, kif se jingħataw segwitu u kif se jsir rappurtar dwarhom fil-kuntest tal-objettivi u r-regoli globali tal-Unjoni;

316.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid it-tfassil tad-dokumenti tal-programmazzjoni sa tmiem l-2020 bil-għan li tissimplifika l-kontenut tagħhom u tnaqqas l-għadd ta' rekwiżiti għall-perjodu ta' programmazzjoni għal wara l-2020; iqis, b'mod partikolari, li dan għandu jillimita l-istruttura tad-dokumenti tal-programmazzjoni għal dawk l-elementi u l-possibbiltajiet li huma essenzjali għal ippjanar, implimentazzjoni u monitoraġġ korretti tal-infiq għall-iżvilupp rurali;

317.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri mal-Istati Membri sa tmiem l-2018 biex tiżgura li r-rappurtar annwali msaħħaħ dwar l-implimentazzjoni fl-2019 jipprovdi informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-kisbiet tal-programm, u li t-tweġibiet meħtieġa għall-mistoqsijiet ta' evalwazzjoni komuni jipprovdu bażi aħjar għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

318.  Fit-tħejjija għall-perjodu ta' programmazzjoni għal wara l-2020, jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod aktar eżatt, fil-kuntest tal-objettivi globali tal-Unjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, it-tipi ta' indikaturi li għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġu vvalutati r-riżultati u l-impatt tal-interventi fil-qasam tal-iżvilupp rurali; iqis li l-Kummissjoni tista' tgawdi mill-esperjenza u s-soluzzjonijiet li diġà ġew żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (eż. id-WHO, il-Bank Dinji u l-OECD) fl-iffukar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati;

319.  Huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni jeħtieġ li tiżgura l-kontinwità tat-tip ta' investiment li attwalment jitwettaq taħt it-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni, li huwa strument ta' finanzjament essenzjali biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku li jippromwovi l-kompetittività, l-innovazzjoni u l-impjiegi fiż-żoni rurali u muntanjużi ta' reġjuni li għadhom lura, u b'hekk jiġi żgurat żvilupp rurali sostenibbli;

320.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi u tiffaċilita l-kooperazzjoni u n-netwerking nazzjonali biex, sa tmiem l-2020, jinxterdu prattiki tajba f'dak li jirrigwarda l-kejl tal-prestazzjoni żviluppati fil-livell nazzjonali;

321.  Għall-perjodu ta' programmazzjoni għal wara l-2020, jitlob lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2020, teżamina mill-ġdid u tieħu kont tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistema attwali, inklużi:

   (a) l-impatt tar-riżerva ta' prestazzjoni u liema mekkaniżmi alternattivi jistgħu jkomplu jtejbu l-prestazzjoni;
   (b) l-adegwatezza u l-livell ta' kejl tal-indikaturi tar-riżultati li jintużaw biex tiġi aċċessata r-riżerva għall-prestazzjoni u;
   (c) l-użu li jsir mis-sanzjonijiet finanzjarji biex tiġi indirizzata prestazzjoni insuffiċjenti;

322.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu, qabel jadottaw proposti leġiżlattivi oħra f'nofs l-2018, li jallinjaw l-istrateġija u t-tfassil ta' politika fit-tul maċ-ċiklu baġitarju, kif ukoll li jwettqu rieżami komprensiv tal-infiq qabel ma jiġi stabbilit baġit ġdid fuq terminu twil;

323.  Iqis li sabiex tippermetti l-approvazzjoni tal-PŻR fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, il-Kummissjoni għandha tindika fil-proposti leġiżlattivi tagħha liema tibdiliet b'rabta mal-iskedar tat-tfassil ta' politika, tal-programmazzjoni u tal-implimentazzjoni huma inklużi biex jiġi żgurat li l-PŻR jistgħu jiġu approvati fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, biex ikun jista' jkun hemm implimentazzjoni f'waqtha mill-2020;

324.  Huwa tal-opinjoni li d-deċiżjoni dwar id-durata tal-QFP għandha tikseb bilanċ ġust bejn żewġ rekwiżiti li jidhru kunfliġġenti: minn naħa waħda, il-bżonn li bosta politiki tal-Unjoni – speċjalment dawk fl-ambitu tal-ġestjoni konġunta, bħall-agrikoltura u l-koeżjoni – joperaw abbażi tal-istabbiltà u tal-prevedibbiltà ta' impenn ta' mill-inqas seba' snin, u, min-naħa l-oħra, il-bżonn ta' leġittimità u ta' obbligu ta' rendikont demokratiċi li jirriżulta mis-sinkronizzazzjoni ta' kull qafas finanzjarju maċ-ċiklu politiku ta' ħames snin tal-Parlament u tal-Kummissjoni;

Parti XXVI – Rapport Speċjali Nru 17/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-intervent tal-Kummissjoni fil-kriżi finanzjarja Griega"

325.  Jirringrazzja lill-Qorti talli ħejjiet rapport komprensiv dwar suġġett sinifikanti ħafna, li huwa marbut mill-qrib mal-attivitajiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jiddispjaċih li r-rapport tal-awditjar ħa tliet snin biex jiġi abbozzat; jissottolinja l-importanza ta' rapporti ppubblikati fil-ħin, peress li dan jiffaċilita l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Parlament b'mod konsiderevoli;

326.  Jiddeplora l-fatt li l-Qorti kellha biss mandat limitat fl-awditjar tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Greċja li kienet ġestita mit-trojka li tikkonsisti mill-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-FMI u li ma rċevietx biżżejjed informazzjoni mill-BĊE; iħeġġeġ lill-BĊE, fl-ispirtu ta' kooperazzjoni reċiproka, jipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-Qorti jkollha stampa usa' tal-użu tal-fondi tal-Unjoni;

327.  Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni ekonomika kkumplikata madwar l-Ewropa u b'mod speċjali s-sitwazzjoni politika diffiċli fil-Greċja matul l-implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni peress, li kellha impatt dirett fuq l-effiċjenza tal-implementazzjoni tal-assistenza;

328.  Jissottolinja l-importanza fundamentali tat-trasparenza fl-użu tal-fondi tal-Unjoni f'diversi strumenti ta' assistenza finanzjarja implimentati fil-Greċja;

329.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-proċeduri ġenerali għat-tfassil tal-programmi ta' appoġġ, b'mod partikolari billi tiddeskrivi fil-qosor l-ambitu tax-xogħol analitiku meħtieġ għall-ġustifikazzjoni tal-kontenut tal-kundizzjonijiet, u fejn possibbli billi tindika l-għodod li jistgħu jintużaw f'sitwazzjonijiet rilevanti;

330.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-Kummissjoni ttejjeb l-arranġamenti tagħha għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-varar tar-riformi sabiex tidentifika aħjar ostakli amministrattivi jew ostakli oħra għall-implimentazzjoni effikaċi tar-riformi; iqis ukoll li l-Kummissjoni trid tiżgura li jkollha r-riżorsi meħtieġa biex twettaq valutazzjonijiet bħal dawn;

Parti XXVII – Rapport Speċjali Nru 18/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Ajru Uniku Ewropew: il-kultura nbidlet, iżda għad ma hemmx ajru uniku"

331.  Jirrimarka dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni sħiħa tal-Ajru Uniku Ewropew minħabba r-reżistenza ta' xi professjonijiet fis-settur tal-ajru, li jiddefendu l-prerogattivi proprji tagħhom, u minħabba n-nuqqas ta' rieda politika qawwija tal-Istati Membri biex jissodisfaw il-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva;

332.  Jiddeplora l-fatt li minkejja li l-Unjoni rnexxielha telimina l-fruntieri tal-art bejn l-Istati Membri fiż-żona Schengen, sal-lum ma kinitx kapaċi telimina l-fruntieri tal-ajru bejn l-istess Stati Membri, u dan iwassal għal telf komuni ta' valur ta' EUR 5 biljun fis-sena;

333.  Jirrimarka li jeħtieġ li l-indikaturi jiġu riveduti u aġġornati sabiex tiġi ssimplifikata l-iskema tal-prestazzjoni tat-traffiku tal-ajru; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qalet li qed jiġu riveduti; jenfasizza li tenħtieġ data eżatta u xierqa sabiex jiġi żgurat li r-rieżami tal-indikaturi jkun effikaċi;

334.  Jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 tal-industrija tal-avjazzjoni b'massimu ta' 10 %, u dan jgħin b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;

335.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti ħarsa aktar dettaljata lejn ir-riżultati tal-Impriża Konġunta SESAR peress li dawn jistgħu ma jkunux applikabbli għas-sitwazzjoni attwali li fiha l-Ajru Uniku Ewropew ma ġiex implimentat, u hemm riskju li jiġu applikati f'sistemi tal-ajru li ma jkunux jistgħu jikkooperaw ma' xulxin;

336.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta dettalji tal-kuntratt tagħha mal-Eurocontrol sabiex jiġi mmonitorjat l-infiq tal-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni;

337.  Jirrimarka dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkunu indipendenti u li jingħataw biżżejjed riżorsi finanzjarji u organizzattivi;

338.  Jitlob lill-Kummissjoni tispjega lill-kumitat responsabbli tal-Parlament għaliex ma varatx proċeduri ta' ksur dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru, li kellhom ikunu operattivi fl-2012 iżda s'issa għadhom mhumiex;

Parti XXVIII – Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta' appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva"

339.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet proposti mill-Qorti u jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu lir-rakkomandazzjonijiet u r-rimarki deskritti fir-rapport speċjali;

340.  Jinnota l-infiq konsiderevolment għoli fuq il-pagament ekoloġiku l-ġdid li jirrapreżenta 30 % tat-total tal-pagamenti diretti tal-PAK u kważi 8 % tal-baġit kollu tal-Unjoni; jinnota bi tħassib li dan l-ammont ma jikkorrispondix għal-livell ta' ambizzjoni li l-pagament ekoloġiku joffri; jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont ta' dan kollu fit-tħejjija tar-riforma tal-PAK;

341.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li għadu mhuwiex ċar kif l-ekoloġizzazzjoni mistennija tikkontribwixxi għall-miri usa' tal-UE dwar it-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni toħloq pjan ta' azzjoni speċifiku għall-ekoloġizzazzjoni bħala parti minn riforma ġdida tal-PAK li tiddeskrivi b'mod ċar il-loġika tal-intervent kif ukoll sett ta' miri speċifiċi u li jistgħu jitkejlu;

342.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-istrument ta' ekoloġizzazzjoni għadu miżura ta' appoġġ għall-introjtu li tippermetti lill-bdiewa jżidu l-introjtu tagħhom b'massimu ta' 1 %, filwaqt li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mhux neċessarjament jimponi xi obbligi jew spejjeż relatati mal-implimentazzjoni, u b'hekk jinħoloq dubju dwar ir-raison d'étre tal-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa regoli aktar stretti dwar il-bdiewa, filwaqt li tevita użu eċċessiv tal-eżenzjonijiet;

343.  Huwa mħasseb dwar il-livell ta' kumplessità u trasparenza tal-ekoloġizzazzjoni u tal-PAK innifisha; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-programm ta' ekoloġizzazzjoni u l-PAK kollha sabiex jiżdied il-livell ta' trasparenza u jiġi evitat ir-riskju għoli ta' abbuż u ta' finanzjament doppju;

344.  Huwa partikolarment imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti li huwa improbabbli li l-ekoloġizzazzjoni tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u l-klima u jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tqis l-eżistenza tal-istrument u l-possibbiltà li jiġu investiti mill-ġdid il-fondi konsiderevoli tal-ekoloġizzazzjoni fi programmi diġà eżistenti u li ħafna drabi jwettqu l-istess funzjoni, li wrew li huma aktar effikaċi u ġustifikati;

o
o   o

345.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 48, 24.2.2016.
(2) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(3) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.
(4) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(5) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0121.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(8)1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13. Il-BĊE għandu:Ikompli jissimplifika l-proċess deċiżjonali u jiddelega ċerti deċiżjonijiet lil-livelli aktar baxxi sabiex jippermetti li l-Bord Superviżorju jiffoka fuq kwistjonijiet aktar impenjattivi;Jivvaluta r-riskji involuti u jimplimenta s-salvagwardji meħtieġa, li jinkludu l-ġestjoni ta' talbiet possibbilment konfliġġenti u monitoraġġ iddedikat tal-konformità li jippermetti li jingħeleb it-tħassib dwar l-użu ta' servizzi kondiviżi;Jassenja biżżejjed ħiliet u riżorsi għall-awditjar intern biex jiżgura li l-oqsma b'riskju għoli u b'riskju medju jkunu koperti fejn u meta jkun xieraq;Jikkoopera bis-sħiħ mal-Qorti sabiex din tkun tista' teżerċita l-mandat tagħha u b'hekk issaħħaħ l-obbligu ta' rendikont;Jifformalizza l-arranġamenti attwali tiegħu għall-kejl u d-divulgazzjoni pubblika ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni superviżorja, sabiex tissaħħaħ il-kontabbiltà esterna tiegħu;Jemenda r-Regolament Qafas tal-MSU sabiex jifformalizza l-impenji mill-ANK parteċipanti u jiżgura li kollha kemm huma jipparteċipaw bis-sħiħ u b'mod proporzjonat fix-xogħol tat-TSK;Jiżviluppa, f'kollaborazzjoni mal-ANK, profili tar-rwoli/tat-timijiet u metodi biex jiġu vvalutati kemm l-adegwatezza tal-persunal li l-ANK ikollhom l-intenzjoni li jassenjaw għat-TSK, kif ukoll il-prestazzjoni sussegwenti tagħhom;Jistabbilixxi u jżomm database ċentralizzata, standardizzata u komprensiva tal-ħiliet, l-esperjenza u l-kwalifiki tal-impjegati tat-TSK, kemm dawk mill-BĊE kif ukoll dawk mill-ANK;Jimplimenta kurrikulu formali ta' taħriġ kemm għall-persunal ta' superviżjoni ġdid kif ukoll għal dak eżistenti fit-TSK;Jiżviluppa u jimplimenta metodoloġija bbażata fuq ir-riskju biex jiddetermina l-għadd immirat ta' persunal u l-kompożizzjoni tal-ħiliet għat-TSK;Jeżamina mill-ġdid perjodikament il-mudell ta' raggruppament fil-proċess ta' ppjanar superviżorju u jaġġornah kif ikun xieraq;Iżid jew inkella jerġa' jorganizza l-persunal tiegħu biex isaħħaħ il-preżenza tiegħu b'mod sostanzjali fi spezzjonijiet fuq il-post ta' banek sinifikanti, abbażi ta' prijoritizzazzjoni ċara tar-riskji;Isegwi mill-qrib id-dgħufijiet fis-sistema tal-IT għal spezzjonijiet fuq il-post u jkompli bl-isforzi tiegħu biex iżid il-kwalifiki u l-ħiliet tal-ispetturi fuq il-post li jiġu mill-ANK;
(9) Dikjarazzjoni, "Ensuring fully auditable, accountable and effective banking supervision arrangements following the introduction of the Single Supervisory Mechanism" (L-iżgurar ta' arranġamenti ta' superviżjoni bankarja li jkunu jistgħu jiġu awditjati kompletament, ikollhom obbligu ta' rendikont u jkunu effettivi wara l-introduzzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku) tal-Kumitat ta' Kuntatt tal-Kapijiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Istati Membri tal-UE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
(10) ĠU C 50, 9.2.2018, p. 80.
(11) Dwar limiti rigward l-aċċess għall-informazzjoni ara l-Anness II tar-rapport speċjali.
(12) Dwar l-arranġamenti ta' rappurtar eżistenti bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew ara l-Anness IX tar-rapport speċjali.
(13) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(15) Pjan ta' azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija (COM(2017)0198).
(16) Valutazzjoni tan-Nefqa Pubblika u tar-Responsabbiltà Finanzjarja.
(17) Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara (COM(2016)0646).
(18) Il-protezzjoni tat-tfal migranti (COM(2017)0211).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(20) Sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti.
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(22) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
(23) Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (COM(2016)0134).
(24) Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753).
(25) Ara l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u l-Linji Gwida Etiċi għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri li japplikaw għall-persunal, b'mod partikolari t-Taqsima 4 li tikkonċerna s-segretezza professjonali.


Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
PDF 541kWORD 70k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2146(DEC))
P8_TA(2018)0123A8-0123/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0364 – C8-0257/2017),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2017)0299),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (05078/2018 – C8-0053/2018, 05079/2018 – C8-0054/2018, 05080/2018 – C8-0055/2018, 05082/2018 – C8-0056/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000(3) u modifikat f'Ouagadougou, (fil-Burkina Faso), fit-22 ta' Ġunju 2010(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija")(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri , imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0123/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2146(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0364 – C8-0257/2017),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2017)0299),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni(14),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(15) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (05078/2018 – C8-0053/2018, 05079/2018 – C8-0054/2018, 05080/2018 – C8-0055/2018, 05082/2018 – C8-0056/2018),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2017)0379),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou (il-Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000(16) u modifikat f'Ouagadougou(il-Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija")(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(20),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri , imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-territorji barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(21),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 ta' Ġunju 2013 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(22),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(23),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(24),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0123/2018),

A.   billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, il-Parlament jisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-UE tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2146(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94, it-tielet inċiż u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0123/2018),

A.  billi l-għan ewlieni tal-Ftehim ta' Cotonou bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) hu li jnaqqas u eventwalment jelimina l-faqar, bi qbil mal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi tal-AKP u l-pajjiżi u l-OCTs fl-ekonomija globali;

B.  billi l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) huma l-istrument finanzjarju ewlieni tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-AKP u l-OCTs;

C.  billi l-istorja tal-Istati Membri tikkonferixxi obbligi fuq l-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP u tal-kooperazzjoni mal-OCTs, li huma marbutin mal-ġejjieni tal-Unjoni minħabba l-ġeopolitika, il-globalizzazzjoni u l-isfidi globali bħall-effetti tat-tibdil fil-klima u t-tibdil demografiku;

D.  billi l-Kummissjoni, bħala l-korp ta' implimentazzjoni, hija responsabbli għall-kwittanza tal-FEŻ;

E.  billi l-emerġenza ta' sfidi globali ġodda qed tbiddel mill-qiegħ ix-xejriet tal-għoti ta' għajnuna u dan qed iwassal lill-partijiet interessati kollha tal-iżvilupp biex jirriflettu fuq approċċ ġdid tal-għajnuna u dwar orjentazzjoni mill-ġdid tal-qafas attwali ta' għajnuna esterna;

F.  billi s-sostenibbiltà, il-koerenza politika u l-prinċipji ta' effikaċja huma kruċjali għall-iżvilupp ta' approċċ ta' żvilupp ġdid u transsettorjali tal-Unjoni bil-ħsieb li jissaħħaħ l-impatt pożittiv tal-għajnuna tal-iżvilupp u r-riżultati tagħha;

G.  billi t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont huma prerekwiżiti kemm għall-iskrutinju demokratiku kif ukoll għall-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni għall-iżvilupp mal-objettivi ta' atturi oħrajn bħalma huma l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew il-banek multilaterali tal-iżvilupp;

H.  billi l-koordinazzjoni effikaċi hija ċentrali biex jiġi limitat ir-riskju tal-frammentazzjoni tal-għajnuna u tiġi massimizzata l-koerenza tal-impatt u s-sjieda tal-prijoritajiet tal-żvilupp mis-sħab f'dan il-qasam;

I.  billi l-finanzjament u l-programmi dwar l-iżvilupp konġunti għandhom iwasslu għal definizzjoni aħjar tal-objettivi, għall-identifikazzjoni aħjar tas-sinerġiji u wkoll għall-qsim aħjar tal-informazzjoni mill-oqfsa tar-riżultat tal-organizzazzjonijiet differenti;

J.  billi t-tfassil ta' modi ġodda ta' intervent bħat-taħlit, il-kapaċitajiet jew il-pjattaformi ta' investiment u l-fondi fiduċjarji speċjalizzati huwa mod kif jiġi mobilizzat il-finanzjament lil hinn mill-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali iżda b'konformità mal-kundizzjonijiet marbuta mat-trasparenza, iwassal għal addizzjonalità u jħalli impatt pożittiv fil-post;

K.  billi l-mobilizzazzjoni tas-settur privat u l-attrazzjoni ta' aktar investiment huma fatturi ewlenin biex jiġu żgurati l-aħjar elementi bażiċi għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi riċevituri skont il-kapaċità amministrattiva tagħhom u fi ħdan l-istruttura soċjetali tagħhom, dan b'kunsiderazzjoni tad-diskrepanza fil-finanzjament li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-iżvilupp;

L.  billi l-appoġġ baġitarju, filwaqt li huwa mutur ewlieni għall-bidla u biex jindirizza l-isfidi ewlenin fil-qasam tal-iżvilupp, iġorr miegħu riskju fiduċjarju sinifikanti, u għandu jingħata biss jekk jipprovdi biżżejjed trasparenza, traċċabbiltà u obbligu ta' rendikont suffiċjenti u jkun akkumpanjat minn impenn ċar mill-pajjiżi sħab biex isiru r-riformi politiċi;

M.  billi l-għajnuna għall-iżvilupp hija implimentata f'kuntest ġeografiku kumpless u fraġli, u affettwata bi kwistjonijiet bħal oqfsa ta' governanza dgħajfa, korruzzjoni, instabbiltà soċjali u ekonomika, kunflitti armati, sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi li jiskattaw migrazzjonijiet jew spostamenti furzati, jew kriżijiet tas-saħħa;

N.  billi l-Parlament tenna t-talba tiegħu għall-inklużjoni tal-FEŻs fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Sejbiet ewlenin dwar l-implimentazzjoni finanzjarja 2016

1.  Jilqa' l-isforzi kontinwi magħmula mis-servizzi tal-Kummissjoni sabiex itejbu l-ġestjoni finanzjarja globali tal-FEŻ fir-rigward tal-impenji u l-pagamenti qodma ta' prefinanzjament pendenti;

2.  Jinnota b'mod partikolari li l-mira fissa ta' tnaqqis ta' 25 % inqabżet bi ftit għall-impenji qodma miftuħa billi laħqet it-28 % u s-36 % fir-rigward ta' impenji antiki li ma ntefqux;

3.  Jinnota wkoll l-azzjonijiet biex jitnaqqsu u jingħalqu kuntratti skaduti, peress li dewmien ta' aktar minn 18-il xahar wara tmiem il-perjodu operattiv tagħhom jikkostitwixxi riskju sinifikanti għall-okkorrenza ta' żbalji ta' regolarità, peress li d-dokumentazzjoni ġustifikattiva jaf ma tkunx għadha disponibbli u l-persunal inkarigat mill-ġestjoni ta' dawn il-kuntratti jaf ikun ma baqax hemm biex jiżgura l-kontinwità xierqa tal-operazzjonijiet;

4.  Josserva li s-sehem ġenerali tal-kuntratti skaduti fil-portafoll tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DEVCO) irrappreżenta 15,15 % fi tmiem l-2016 meta mqabbel mal-mira ta' 15 %; jiddispjaċih li 1 058 (jew 56 %) minn total ta' 1 896 kuntratt skaduti huma relatati mat-tmexxija tal-operazzjonijiet tal-FEŻ u li l-perjodu operattiv ta' 156 kuntratt skadut għall-FEŻ minn dawk l-1 058 skadew aktar minn 5 snin ilu, kuntratti li għandhom valur finanzjarju ta' EUR 323 miljun;

5.  Jiddispjaċih, madankollu, li skont il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti), is-sistemi ta' superviżjoni u kontroll kienu għadhom ivvalutati bħala parzjalment effikaċi biss;

Affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ

6.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il FEŻ għas-sena 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ sal-31 ta' Diċembru 2016, u li r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta' flus kontanti tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tal-FEŻ u mar-regoli tal-kontabilità bbażati fuq l-istandards tal-kontabilità għas-settur pubbliku li huma aċċettati fuq livell internazzjonali;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi sabiex issolvi l-kwistjoni ta' rkupri ta' prefinanzjament mhux minfuq u rreġistrat b'mod żbaljat bħala dħul operattiv peress li din ir-reġistrazzjoni żbaljata ta' dħul operattiv wasslet biex il-korrezzjonijiet kienu jammontaw għal EUR 3,2 miljun;

8.  Jiddispjaċih għall-fatt li dawn l-iżbalji ta' kodifikazzjoni kienu diġà preżenti fl-2015 fil-kuntest tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta' rkupru; jinnota li fl-2016, id-DĠ DEVCO ħareġ struzzjonjiet dettaljati lill-persunal tiegħu dwar il-mod korrett ta' kif għandhom jiġu kodifikati l-ordnijiet ta' rkupru ta' dan it-tip;

Il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet tal-FEŻ

9.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena 2016 hu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

10.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-Qorti tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet li huma materjalment milquta minn żbalji;

11.  Jinnota li, skont l-istimi tal-Qorti fir-rapport annwali tagħha, il-livell stmat ta' rata ta' żball għall-infiq li fuqu huma bbażati l-kontijiet mit-tmien, mid-disa', mill-għaxar u mill-ħdax-il FEŻ huwa ta' 3,3 %, li jindika żieda żgħira meta mqabbel mat-3,8 % fl-2014 u l-2015, it-3,4 % fl-2013 u t-3 % fl-2012;

12.  Jinnota u jiddispjaċih li 24 % tat-tranżazzjonijiet taħt rieżami (35 minn 143) kienu milquta minn żbalji; jinnota r-riżultati tal-kampjunar fir-rigward ta' proġetti fejn 35 fost 130 pagament (27 %) kienu milquta minn żball, u b'mod partikolari l-fatt li 26 pagament minn dawk il-35 (74 %) ġew klassifikati bħala żbalji kwantifikabbli, b'9 tranżazzjonijiet finali awtorizzati wara li kienu saru l-kontrolli ex ante kollha;

13.  Jinnota bi tħassib li għaż-żewġ każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom biżżejjed informazzjoni mis-sistemi ta' ġestjoni tagħha biex jimpedixxu, jidentifikaw jew jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw l-infiq, ħaġa li kellha effett pożittiv dirett fuq il-livell ta' żball stmat, li kien ikun ta' 0,7 punti perċentwali aktar baxx, u li ħames tranżazzjonijiet bi żbalji ma kinux ġew identifikati minn awdituri jew superviżuri esterni;

14.  Josserva li fir-rigward ta' appoġġ baġitarju u ta' implimentazzjoni ta' proġetti b'diversi donaturi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, flimkien mal-applikazzjoni tal-approċċ nozzjonali, in-natura ta' finanzjament u l-modalitajiet ta' pagament tagħhom tillimita l-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet jkunu suxxettibbli għal żbalji; itenni t-tħassib rikorrenti tiegħu kemm għall-ġbir tal-fondi tal-Unjoni ma' finanzjament ta' donaturi oħrajn, partikolarment il-fatt li l-fondi tal-Unjoni mhumiex allokati għal partiti ta' nfiq identifikabbli speċifiċi, kif ukoll għal-limiti tax-xogħol ta' awditjar tal-Qorti li ġejjin mill-applikazzjoni tal-approċċ nozzjonali;

15.  Jinsab imħasseb bit-tipoloġija rikorrenti u persistenti ta' żbalji, b'mod partikolari fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minkejja l-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi konsekuttivi, jiġifieri n-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' akkwist b'każ ta' għoti ta' kuntratti ta' servizz mingħajr proċedura ta' għażla kompetittiva, ta' nefqa mhux imġarrba, ta' nefqa mhux eleġibbli jew ta' nuqqas ta' dokumenti ġustifikattivi; josserva li dawn l-iżbalji kienu relatati wkoll ma' tranżazzjonijiet marbuta ma' estimi ta' programm, għotjiet u ftehimiet ta' kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza b'urġenza n-nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-kuntratti, fil-proċeduri tal-għażla, fil-ġestjoni tad-dokumenti u fis-sistema ta' akkwist tas-sistema;

16.  Itenni li l-Kummissjoni għandha tintensifika l-isforzi tagħha f'dawn l-oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni, billi tirfina l-pjan eżistenti ta' azzjoni korrettiva tagħha speċjalment meta żbalji kwantifikabbli jindikaw nuqqasijiet fil-kontrolli minn organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mal-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali, bħala parti minn sforz ġenerali biex jittejbu l-metodi ta' ġestjoni tar-riskju, jinkiseb it-tisħiħ kumplessiv tas-sistemi ta' monitoraġġ u l-kontinwità tan-negozju;

17.  Jistieden lid-DĠ DEVCO biex jagħti kunsiderazzjoni xierqa lill-kodifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-pagamenti sabiex jirrispetta l-iskadenzi ffissati fiċ-ċirkwit finanzjarju u fil-flussi tax-xogħol;

Effikaċja tal-qafas ta' kontroll

18.  Jilqa' l-isforzi kontinwi tad-DĠ DEVCO biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll tiegħu, b'mod partikolari l-iffokar fuq oqsma ta' riskju għoli relatati ma' fondi taħt ġestjoni indiretta permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' aġenziji għall-iżvilupp kif ukoll ta' għotjiet taħt ġestjoni diretta; jinnota l-estensjoni tar-riżerva għal għotjiet u għal stimi ta' programmi taħt ġestjoni indiretta;

19.  Jirrikonoxxi li l-għajnuna għall-iżvilupp spiss tiġi implimentata f'kuntesti diffiċli, instabbli jew kritiċi li huma suxxettibbli għall-iżbalji;

20.  Itenni t-talba tiegħu biex tingħata attenzjoni kostanti lid-dgħufijiet rikorrenti li ġew osservati fi ħdan it-tmexxija ta' passi ta' kontroll ewlenin, partikolarment il-vulnerabbiltà ta' kontrolli ex ante mwettqa qabel ma jkunu saru l-pagamenti ta' proġett kif ukoll il-verifiki tal-awditjar estern dwar l-infiq; jinnota li d-DĠ DEVCO qed jirrevedi t-termini ta' referenza tal-awditi u l-verifiki biex jikseb informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-kwalità;

21.  Jilqa' l-fatt li għall-ħames sena twettaq studju dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) b'konformità mal-metodoloġija tal-RER, li b'hekk minn issa 'l quddiem tikkostitwixxi element kostituttiv tal-bini ta' assigurazzjoni tad-DĠ DEVCO;

22.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ DEVCO indirizza d-dgħufijiet kollha rrappurtati fl-2013 mill-Qorti, iżda jinnota, madankollu, li metodu ta' evalwazzjoni speċifiku għall-RER għadu jħalli marġni wiesa' wisq għal rati ta' żball individwali;

23.  Jinnota b'interess li, għall-ewwel darba, l-istudju dwar l-RER għall-2016, stima l-RER fil-livell ta' 1,7 %, li hu anqas mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %, u li jikkonferma x-xejra 'l isfel sa mill-2014, li tikkorrispondi għal ammont ta' riskju ta' EUR 105 miljun (jew 1,9 % tan-nefqa għall-2016) b'kapaċità korrettiva - jew b'estimi ta' korrezzjonijiet futuri - ta' EUR 25 miljun (24 %), madankollu dan b'kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati fir-reġistrazzjoni ta' ordnijiet ta' rkupru fis-sistema ta' kontabilità; iqis, madankollu, li għandha tingħata attenzjoni speċifika lit-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju minħabba r-riskju inerenti għoli tagħhom;

24.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-bidla minn riżerva ġenerali, lejn il-ħruġ ta' riżervi differenzjati kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-FEŻ, sabiex progressivament jiġi msaħħaħ l-immappjar ta' assigurazzjoni tal-proċessi operattivi differenti, (i) b'riżerva bbażata fuq rati ta' żball fuq erba' mill-ogħla oqsma ta' riskju li ġejjin, li ġew identifikati b'mod partikolari għall-għotjiet taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' aġenziji għall-iżvilupp u għall-stimi tal-programm u (ii) riżerva speċifika u mġedda għall-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tirfina l-proċessi ta' ġestjoni tagħha skont il-volumi tar-riskju u dawk finanzjarji u, jekk ikun il-każ, iżżid kundizzjonalitajiet addizzjonali;

25.  Jappoġġa l-fatt li l-Kummissjoni żammet ir-riżerva tagħha fir-rigward tal-FPA b'rabta mal-governanza u r-rapportar fuq miżuri korrettivi fil-ġestjoni tal-fondi; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha fi ħdan l-eżerċizzju ta' valutazzjoni tal-pilastru lejn it-tisħiħ tas-sistema ta' kontroll għall-monitoraġġ amministrattiv u operattiv tal-FPA, sabiex il-FEŻ jiġi protett kontra l-infiq illegali u irregolari; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ id-disinn u l-effikaċja tal-miżuri ta' rimedju fil-livell ta' kuntratt;

26.  Jinnota li ġew irkuprati EUR 14,16-il miljun għar-rimborż ta' pagamenti mhux dovuti minħabba irregolaritajiet u żbalji;

27.  Josserva li n-nefqa għall-kontrolli kienet tammonta għal EUR 280,17-il miljun jew 4,26 % tal-pagamenti totali magħmula mid-DĠ DEVCO fl-2016; jemmen, f'dan ir-rigward li l-ħidma dwar l-effikaċja globali tal-qafas ta' attivitajiet ta' kontroll u l-komplementarjetà tagħhom skont il-prinċipji ta' governanza tajba għandha titwettaq b'mod regolari sabiex jiġu żgurati garanziji suffiċjenti;

28.  Iqis li hemm bżonn li tinżamm strateġija ta' kontroll konsistenti biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-kapaċità ta' assorbiment tal-pajjiżi sħab, ir-rispett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet u l-għanijiet relatati mal-prestazzjoni, li għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-ġestjoni ta' operazzjonijiet ta' għajnuna u fil-modalitajiet ta' kunsinna differenti;

29.   Iqis essenzjali li, għall-proġetti infrastrutturali ffinanzjati permezz tal-FEŻ, issir valutazzjoni ex ante indipendenti li tqis l-impatt soċjali u ambjentali tal-proġetti, kif ukoll il-valur miżjud tagħhom;

Monitoraġġ u rappurtar dwar il-prestazzjoni tad-DĠ DEVCO biex jikseb l-għanijiet tiegħu

30.  Jistieden lid-DĠ DEVCO jtejjeb b'mod sinifikanti l-monitoraġġ u l-arranġamenti dwar ir-rappurtar tal-prestazzjoni sabiex jiżgura li l-indikaturi ewlenin stabbiliti fid-diversi sistemi ta' prestazzjoni jiġu mmonitorjati b'mod sistematiku u regolari, kif ukoll biex il-maniġment superjuri jingħata informazzjoni adegwata, affidabbli u f'waqtha; itenni li l-aspetti soċjali u ambjentali, kif ukoll l-aspetti ekonomiċi, għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu eżaminati l-objettivi tal-iżvilupp;

31.  Iqis li l-frekwenza tal-monitoraġġ u tar-rappurtar għandha tiġi stabbilita b'kunsiderazzjoni tan-natura tal-għanijiet li għandhom jiġu mmonitorjati, it-tip ta' indikatur u l-metodi ta' ġbir kif ukoll skont il-bżonnijiet ta' monitoraġġ u ta' rapportar;

32.  Jistieden lid-DĠ DEVCO, flimkien mal-partijiet interessati għall-affarijiet esteri l-oħra, jiżviluppa aktar l-istrateġija u l-għodod ta' komunikazzjoni tiegħu billi jenfasizza r-riżultati ewlenin miksuba, u biex ikompli jsaħħaħ il-viżibbiltà ġenerali tal-proġetti appoġġati mill-FEŻ sabiex jintlaħaq il-pubbliku usa' billi tingħatalhom informazzjoni rilevanti dwar il-kontribut tal-Unjoni għall-isfidi globali;

33.  Iqis it-86 Rapport ta' progress dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) minn delegazzjonijiet tal-Unjoni bħala kontribut utli kemm għall-katina ta' assigurazzjoni kif ukoll għall-kejl tal-prestazzjoni ta' kull delegazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jinsisti dwar l-affidabbiltà tad-data użata f'dan ir-rapportar; jinnota x-xejra pożittiva tad-DĠ DEVCO fir-rigward tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b'21 minn 24 Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni li laħqu l-miri tagħhom fl-2016 (meta mqabbla mal-20 fl-2015 u mal-15 fl-2014), ħlief għal tliet indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati "mal-eżattezza tal-previżjonijiet finanzjarji għad-deċiżjonijiet", "il-perċentwal tal-pagamenti magħmula fil-limitu ta' tletin jum" u "r-rispett tal-arranġamenti għall-flessibbiltà għall-użu tal-persunal fid-Delegazzjonijiet tal-UE";

34.  Jinsab imħasseb madankollu, li 980 proġett minn 3 151 (31 %) kienu kkwalifikati bħala problematiċi u li sitt delegazzjonijiet tal-Unjoni għadhom taħt il-valur ta' referenza ta' 60 % tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ekoloġiċi; jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jimmonitorjaw mill-qrib lil dawk id-delegazzjonijiet tal-Unjoni li dan l-aħħar laħqu l-objettiv ta' 60 % jew li jinsabu ftit 'il fuq mill-objettiv ta' 60 % sabiex jirfinaw u jikkonsolidaw l-analiżi tax-xejriet fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

35.  Jistieden lid-DĠ DEVCO jikkunsidra l-possibbiltà li l-valur ta' referenza ta' 60 % jiġi skedat mill-ġdid jew aġġornat; itenni li d-definizzjoni ta' ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tista' wkoll tiġi riveduta, skont it-tipoloġija ta' kwistjonijiet identifikati jew tal-ambjent ta' riskju għal kull delegazzjoni tal-Unjoni, dan sabiex jinstabu marġini ġodda ta' titjib;

36.  Jindika li huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi jkunu kkalibrati u mhux ambizzjużi żżejjed, li nkella jipperikolaw ir-riżultati mistennija tal-għajnuna; jistieden lid-DĠ DEVCO, biex bħala riżultat tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, iżomm numru realistiku ta' sorsi ta' proġetti fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

37.  Iqis li huwa essenzjali li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet, waqt seminars ad hoc jew reġjonali, ikomplu jiġu mfakkra regolarment dwar ir-rwol fundamentali tagħhom fil-konsolidazzjoni tal-katina ta' assigurazzjoni tad-DĠ DEVCO u dwar ir-responsabbiltà kumplessiva tagħhom għall-immaniġġjar tal-portafolli tal-proġetti, li jirrikjedu valutazzjoni u ponderazzjoni adegwata tad-diversi komponenti li x'aktarx jattivaw il-ħruġ ta' riżerva, apparti dwar id-dmirijiet politiċi tagħhom; jinnota li l-ebda delegazzjoni tal-Unjoni ma ħarġet riżerva fir-RĠAE tagħha fl-2016;

38.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod immedjat dwar l-azzjonijiet korrettivi speċifiċi li jkunu ttieħdu meta proġett ikun ġie kklassifikat bħala "aħmar" għal sentejn konsekuttivi, sabiex malajr teżamina mill-ġdid id-disinn inizjali tal-proġett, eventwalment terġa' talloka l-fondi għal proġetti u għal bżonnijiet aktar vijabbli, jew saħansitra tikkunsidra l-possibbiltà li twaqqaf il-proġett;

Sorveljanza u ġestjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni

Komplementarjetà u impatt

39.  Jenfasizza li għandha tiġi żgurata b'kontinwità, il-koerenza u l-komplementarjetà ta' strumenti finanzjarji għall-iżvilupp, flimkien mal-istrateġija tal-FEŻ u mal-objettivi ġenerali tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni;

40.  Jirrikonoxxi li l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni kienu ddisinjati biex jipprovdu rispons politiku rapidu fil-kuntest ta' nuqqas ta' riżorsi għal ċerti sitwazzjonijiet kritiċi jew fi kriżijiet ewlenin, bħalma huma l-kriżi tal-migrazzjoni, jew il-ħtieġa li tinħoloq rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp;

41.  Jifhem li, f'ċirkostanzi simili, il-fondi fiduċjarji ddedikati tal-Unjoni joffru flessibbiltà kif ukoll firxa ta' possibilitajiet li jikkombinaw interventi ġeografiċi u tematiċi permezz ta' kanali differenti;

42.  Jenfasizza, madankollu, li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li tali fondi fiduċjarji jżidu l-valur tal-azzjonijiet eżistenti, jikkontribwixxu biex tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u tas-setgħat ta' persważjoni, kif ukoll tevita l-irduppjar ta' strumenti finanzjarji oħra;

43.  Jinnota li mit-total ta' wegħdiet għall-fondi fiduċjarji kollha tal-Unjoni (EUR 5 026 miljun sal-aħħar ta' Novembru 2017), EUR 2 403 miljun ġejjin mill-FEŻ, b'EUR 2 290 miljun imwiegħda għal fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-Unjoni għall-Afrika (Fond Fiduċjarju għall-Afrika) u EUR 113-il miljun għal fond fiduċjarju tal-Unjoni għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (il-fond fiduċjarju Bêkou);

44.  Ifakkar, madankollu, fir-riskji inerenti għolja mġarrba minn dawn l-istrumenti għall-iżvilupp u, għalissa, l-esperjenza kuntrastanti fl-implimentazzjoni tagħhom; itenni l-bżonn li tiġi żgurata trasparenza massima tal-utilizzazzjoni ta' dawk l-istrumenti kif ukoll l-obbligu ta' rendikont tagħhom;

45.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 11/2017 tal-Qorti dwar il-fond fiduċjarju Bêkou; jirrikonoxxi l-fatt li minkejja xi nuqqasijiet, il-fond fiduċjarju Bêkou kien bidu promettenti u josserva li t-twaqqif ta' fond fiduċjarju kien jirrappreżenta rispons rapidu għall-ħtieġa li jkunu kollegati l-assistenza inizjali, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti sabiex tħejji gwida dwar l-għażla tal-mezz ta' għajnuna (fond fiduċjarju jew mezz ieħor); huwa tal-fehma li gwida bħal din trid tirrifletti r-riskji possibbli maħluqa mill-fondi fiduċjarji u l-iżvantaġġi marbuta magħhom kif ukoll tqis l-esperjenzi kuntrastanti tal-użu tagħhom s'issa; jiddispjaċih li l-fond fiduċjarju Bêkou ma tejjibx b'mod sinifikanti l-koordinament ġenerali tad-donaturi;

46.  Jitlob li jiġu identifikati l-aħjar prattiki sabiex jingħata kontribut għall-koordinazzjoni aħjar tad-diversi donaturi ta' għajnuna bilaterali u ta' mezzi ta' għajnuna;

47.  Ifakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandu jiġi ankrat mal-provvediment tal-addizzjonalità, b'mod partikolari biex jirrispondi b'mod xieraq għall-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta' pajjiżi sħab f'sitwazzjonijiet ta' wara l-kunflitt jew ta' wara diżastru, filwaqt li jiffoka fuq l-oqsma fejn ikun hemm l-ogħla valur miżjud u l-ogħla impatt strateġiku;

48.  Huwa tal-fehma li kemm il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal pajjiż wieħed kif ukoll il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-appoġġ ta' programmi għal diversi pajjiżi huma iktar effikaċi meta jkollhom struttura regolatorja formali u koerenti li tista' trawwem l-ilħna, il-valuri u l-oqfsa ta' riżultati kondiviżi tal-partijiet interessati;

49.  Iqis essenzjali li l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jiġu mmirati biex jimmobbilizzaw fondi addizzjonali mill-Istati Membri, mis-settur privat u minn donaturi oħrajn;

50.  Jenfasizza l-fatt li fi ħdan il-programmi ta' sħubija għandha tiġi approfondita s-selettività, is-sorveljanza u l-obbligu ta' rendikont għar-riżultati ġġenerata mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-bżonn ta' affidament fuq valutazzjoni preliminari ta' vantaġġi komparattivi tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni meta mqabbla ma' mezzi ta' għajnuna oħrajn; jirrimarka li hemm bżonn li tiġi żgurata trasparenza sħiħa u aċċess għad-data, kif ukoll il-bżonn ta' regoli ċari li jiggvernaw il-kontroll u l-monitoraġġ;

Il-Fond Fiduċjarju Bêkou

51.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-fond fiduċjarju Bêkou u l-kontribut tiegħu għar-rispons internazzjonali għall-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana; jirrikonoxxi li dan l-ewwel fond fiduċjarju jista' jitqies, għal diversi raġunijiet, bħala proġett pilota ewlieni, u li hemm bżonn li tiġi żviluppata gwida aktar preċiża dwar il-kwistjonijiet sistemiċi ta' koordinazzjoni tad-donaturi, tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni skont approċċ aktar sistemiku bil-għan li jinkisbu garanziji;

52.  Huwa tal-fehma li hemm bżonn ta' aktar żmien biex tiġi vvalutata kif xieraq l-effikaċja tal-fond fiduċjarju Bêkou u biex jinsiltu aktar tagħlimiet mill-implimentazzjoni operattiva tiegħu;

53.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-effikaċja u l-governanza politika tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, kif ukoll lin-nuqqas ta' garanziji u s-sorveljanza tal-użu aħħari tal-fondi allokati;

54.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-influwenza limitata li għandu l-fond fiduċjarju Bêkou fuq il-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati, u li l-Kummissjoni għandha tagħmel dak kollu possibbli biex tuża l-esperjenza li kisbet fl-attivitajiet tal-FEŻ f'oqsma bħalma huma l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-investimenti b'ħafna partijiet u l-ġestjoni tar-responsabbiltà għar-riżultati;

55.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għal fond fiduċjarju Bêkou sal-lum kienu relattivament baxxi; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu aktar ruħhom sabiex jiżguraw li l-fond fiduċjarju Bêkou jikseb l-objettivi ta' politika mistennija minnu;

56.  Jemmen li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ġestjoni tal-ispejjeż amministrattivi fil-konfront tal-kontribuzzjonijiet totali, għall-kalkolu tal-ispejjeż ta' ġestjoni kompluti u biex jinstabu modi biex jiġi massimizzat is-sehem ta' għajnuna allokata li tasal għand il-benefiċjarji aħħarija;

57.  Jappella lill-Kummissjoni biex timplimenta mekkaniżmi ta' kontroll komprensivi biex tiżgura l-iskrutinju politiku, b'mod speċjali dak mill-Parlament, dwar il-governanza, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti l-ġodda fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza; jikkunsidra li huwa importanti li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi għas-superviżjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, b'objettivi, miri u rieżamijiet speċifiċi;

Implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' appoġġ baġitarju

Eliġibbiltà u riskji inerenti

58.  Jinnota li l-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-FEŻ fl-2016 jikkorrispondu għal EUR 644 miljun. jinnota li n-numru ta' operazzjonijiet kurrenti ta' appoġġ għall-baġit tal-FEŻ kien ta' 109 fl-2016 b'56 żborżament;

59.  Jirrikonoxxi l-flessibbiltà tal-Kummissjoni biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà ġenerali ġewx issodisfati biex isiru pagamenti lill-pajjiż sieħeb (id-differenzjar u l-approċċ dinamiku għall-eliġibbiltà) minħabba l-interpretazzjoni wiesgħa tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi, u jinsab imħasseb dwar l-użu finali tal-fondi trasferiti u n-nuqqas ta' traċċabbiltà meta l-fondi tal-Unjoni jiġu integrati mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż sieħeb;

60.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tespandi l-appoġġ baġitarju b'orjentazzjoni fuq ir-riżultati billi tiddefinixxi b'mod aħjar l-eżiti fil-qasam tal-iżvilupp li għandhom jinkisbu f'kull programm u settur ta' appoġġ għall-baġit, u fuq kollox biex ittejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll fir-rigward tal-kondotta tal-Istati benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar l-użu potenzjali tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi li tonqoshom is-sorveljanza demokratika, jew minħabba n-nuqqas ta' demokrazija parlamentari li tiffunzjona, ta' libertajiet għas-soċjetà ċivili u għall-midja, jew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-korpi ta' sorveljanza; jitlob li tiġi stabbilita katina tan-nefqa ħielsa mill-korruzzjoni; jikkunsidra bħala prijorità li l-għoti ta' dan l-appoġġ jintrabat mal-ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju;

61.  Ifakkar li r-riskji li r-riżorsi jiġu ddevjati għadhom għoljin u r-riskji ta' korruzzjoni u frodi spiss huma relatati mal-ġestjoni tal-finanzjament pubbliku u r-riformi; itenni li fil-qafas tad-djalogu politiku u tad-disinn tal-istrateġija għall-kuntratti ta' appoġġ baġitarju futur għandha tingħata attenzjoni akbar għal dawk ir-riskji, partikolarment biex tiġi evalwata r-reazzjoni u l-kapaċità tiegħu li jsaħħaħ ir-riformi; jindika li r-riskji u r-riżultati ta' kontrolli ex ante u ex post jeħtieġu jiġu segwiti b'attenzjoni kbira;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tiżgura li jiġi rivedut, jinżamm, jitnaqqas jew jitħassar l-appoġġ baġitarju u l-iżborżament ta' fondi meta ma jintlaħqux objettivi u impenji ċari u inizjali u/jew meta jkunu fil-periklu l-interessi politiċi u finanzjarji tal-Unjoni;

63.  Ifakkar fil-bżonn li l-FEŻ joffru ftuħ u trasparenza massima; jappoġġa l-iżvelar pubbliku tal-informazzjoni tal-baġit rilevanti relatata mal-programmi ta' appoġġ tal-baġit sabiex tiżdied it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-partijiet interessati u anki għaċ-ċittadini;

Appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana

64.  Jisħaq fuq l-importanza tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-pajjiżi anqas żviluppati, peress li tnaqqas id-dipendenza fuq l-għajnuna għall-iżvilupp, twassal għal titjib fil-governanza pubblika u twettaq rwol ċentrali fil-bini tal-istat; jappella biex jissaħħaħ l-użu tal-kundizzzjonijiet għall-iżborżament speċifiċi għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-governanza t-tajba u fil-kuntratti għal-iżvilupp;

65.  Jirrimarka li l-Kummissjoni għadha ma użatx il-kuntratti ta' appoġġ baġitarju b'mod effikaċi biex tappoġġa l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku f'pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana b'introjtu baxx u b'introjtu medju inferjuri; jinnota, madankollu, li l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni kabbar il-potenzjal ta' din il-forma ta' għajnuna biex tappoġġa l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku b'mod effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni rigward l-użu ta' kuntratti ta' appoġġ baġitarju għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fir-rapporti ta' appoġġ baġitarju tagħha;

66.  Jissottolinja l-fatt li t-tisħiħ tas-sistemi tat-taxxa jikkontribwixxi mhux biss biex jiżdied id-dħul aktar prevedibbli, iżda wkoll ir-responsabbiltà tal-gvernijiet billi tinħoloq rabta diretta bejn il-kontribwenti u l-gvern tagħhom; jappoġġa l-inklużjoni espliċita tat-titjib tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fil-lista ta' sfidi ewlenin għall-iżvilupp tal-Kummissjoni li huma indirizzati permezz tal-appoġġ baġitarju;

67.  Jindika l-isfidi relatati mal-evitar tat-taxxa, l-evażjoni fiskali u mal-flussi finanzjarji illeċiti; jappella lill-Kummissjoni ssegwi l-linji gwida tagħha fit-twettiq ta' valutazzjonijiet makroekonomiċi u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-aspetti relatati mal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, sabiex tikseb ħarsa ġenerali aħjar tal-iktar kwistjonijiet problematiċi, pereżempju, l-iskala tal-inċentivi fiskali, it-trasferiment tal-ipprezzar u l-evażjoni fiskali;

68.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex iżżid l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-abbuż tat-taxxa billi tnaqqas l-appoġġ finanzjarju tagħha għal-lista sewda ta' rifuġji fiskali bl-użu tal-mezzi tal-FEŻ sabiex jinħoloq inċentiv għal dawk il-pajjiżi elenkati li jinkoraġġixxu prattiki tat-taxxa abbużivi sabiex jikkonformaw mal-kriterji ta' taxxa ġusta tal-Unjoni;

69.  Jindika li hemm nuqqas ta' għodod ta' monitoraġġ xierqa biex jiġi vvalutat il-punt sa fejn l-appoġġ baġitarju kkontribwixxa għat-titjib kumplessiv tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku;

70.  Jemmen li huwa kruċjali li titkompla l-promozzjoni ta' sistemi fiskali nazzjonali ġusti u trasparenti fil-qasam tal-politika tat-taxxa, li jiżdied l-appoġġ tiegħu għall-proċessi u l-korpi ta' sorveljanza fil-qasam tar-riżorsi naturali kif ukoll li jitkompla s-sostenn għar-riformi fil-governanza li jippromwovu l-isfruttament sostenibbli u trasparenti tar-riżorsi naturali;

71.  Jenfasizza l-bżonn li jkunu applikati kundizzjonijiet speċifiċi aktar ta' spiss f'termini ta' mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku billi dawn jassoċjaw b'mod ċar l-iżborżament tal-pagamenti tal-appoġġ baġitarju mal-progress tal-pajjiż sieħeb fir-riformi tal-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku;

72.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni testendi l-komponent tal-bini tal-kapaċitajiet tal-appoġġ baġitarju hija u tħejji sisien sodi għal trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tul, kif ukoll biex tindirizza l-ostakli ewlenin għall-ġbir effiċjenti tad-dħul pubbliku;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni li għall-kuntratti kollha ta' appoġġ baġitarju, eżistenti u futuri, b'komponent ta' żvilupp tal-kapaċità li huwa assenjat għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, sabiex tkabbar is-sensibilizzazzjoni tal-pajjiżi sħab dwar id-disponibbiltà ta' dan l-appoġġ u tiffaċilita l-użu tiegħu, b'mod partikolari biex tindirizza l-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-kapaċità li għadhom ma jiġux koperti minn donaturi oħra;

Bżonn ta' kooperazzjoni akbar mal-organizzazzjonijiet internazzjonali

74.  Josserva li fl-2016 il-pagamenti mill-FEŻ lejn proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali kienu jammontaw għal EUR 914-il miljun;

75.  Jemmen li l-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali għall-iżvilupp għandhom jaħdmu biex l-użu ta' finanzjament imħallat isir aktar effikaċi, partikolarment fir-rigward tal-addizzjonalità;

76.  Jenfasizza li l-banek multilaterali tal-iżvilupp għandhom jikkontribwixxu b'mod koordinat u armonizzat biex jiksbu l-finanzjament mis-settur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti ambizzjużi stabbiliti għall-2030, partikolarment bl-użu ta' finanzjament imħallat b'mod effikaċi u biex jingranaw il-finanzjament privat sabiex tiżdied l-effiċjenza kif ukoll l-impatt tal-finanzjament ta' għajnuna;

77.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar mill-istrument ta' mikrofinanzjament, li hu meqjus bħala strument sinifikanti u effikaċi fil-ġlieda kontra l-faqar u fit-tisħiħ tal-ekonomiji lokali;

78.  Ifakkar fil-bżonn li l-għodod finanzjarji tal-FEŻ jattiraw aktar investimenti mis-settur privat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni li jindirizza dan il-bżonn u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-iskop doppju ta' trasparenza u ta' viżibbiltà tal-Unjoni, u tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-proġetti ġestiti bil-fondi tal-Unjoni fir-rapportar li jmiss tal-Kummissjoni; jemmen li għandu jiġi intensifikat l-approfondiment tad-djalogu man-Nazzjonijiet Uniti u mal-Grupp tal-Bank Dinji għal raġunijiet ta' tisħiħ tat-trasparenza u tas-semplifikazzjoni msaħħa tal-istrumenti ta' kooperazzjoni konġunti;

80.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku mhux biss id-data rigward il-finanzjament tal-NGOs iżda wkoll rapporti dettaljati dwar il-proġetti ffinanzjati; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-allegazzjonijiet riċenti ta' mġiba ħażina kontra ċerti NGOs; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod attiv l-iżvilupp tas-sitwazzjoni u, fejn meħtieġ, tevalwa mill-ġdid il-finanzjament mogħti;

Indirizzar ta' prijoritajiet ta' żvilupp globali ġodda

Sfidi operattivi u mexxejja ġodda

81.  Jirrikonoxxi l-bżonn li jiġu żviluppati mudelli ġodda għat-tfassil ta' strumenti tal-għajnuna u l-kundizzjonalitajiet relatati, bi qbil mal-impenji tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u mal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid, sabiex jirrispondu għal karatteristiċi kritiċi ġodda bħalma huma r-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp, l-iżvilupp, ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-mobbiltà, ir-rabta bejn it-tibdil fil-klima u r-rabta bejn il-paċi u s-sigurtà;

82.  Jenfasizza li, minħabba n-nuqqas tal-finanzjamenti meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli ambizzjużi, is-settur privat jista' jaqdi rwol kruċjali; josserva li t-taħlit tal-finanzjament jista' jkun strument utli biex jimmobilizza riżorsi addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-użu tiegħu jkun debitament ġustifikat, li jintwera l-valur miżjud tiegħu u li jkunu rispettati l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp;

83.  Jissottolinja, madankollu, li l-FEŻ m'għandhomx imorru lil hinn mill-ambitu tagħhom u li l-ħolqien ta' rabta biex jiġu indirizzati sfidi ġodda m'għandhomx idgħajfu l-kisba ta' għanijiet oħra ta' żvilupp u l-istabbiliment tagħhom għandu jkun akkumpanjat minn regoli preċiżi, ċari u trasparenti stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-Kummissjoni;

84.  Iqis bħala kruċjali l-koordinament imtejjeb u s-sinerġiji ta' appoġġ minn donaturi differenti kif ukoll l-istrumenti ta' għajnuna; jappella lill-partijiet interessati differenti biex itejbu l-kwalità tal-oqfsa tar-riżultati tal-operazzjonijiet kif ukoll ir-riżultati ta' żvilupp fuq il-post;

85.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet operattivi jew l-isfidi ffaċċjati, partikolarment għal finijiet ta' bini ta' kunsens speċjalment meta hemm fin-nofs il-koordinament ta' numru kbir ta' donaturi f'kuntest li qed jevolvi u kumpless kif ukoll fid-dawl ta' ħtiġijiet dejjem jinbidlu;

86.  Iqis li l-investiment f'pajjiżi fraġli jibqa' prijorità ewlenija tal-intervent tal-Unjoni, filwaqt li ż-żamma ta' approċċ serju għall-monitoraġġ tista' twassal, meta meħtieġ, għat-tmiem tal-finanzjament; jemmen li għandha tissaħħaħ il-prattika ta' klassifikazzjoni tal-eżitu u l-kondiviżjoni tagħhom fir-rigward ta' pajjiżi fraġli jew pajjiżi ta' kunflitt;

87.  Jappoġġa l-isforzi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' sostenibbiltà tar-riżultati tal-iżvilupp meta l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku, is-sjieda u l-ekonomija politika jkunu jinsabu fil-periklu;

88.  Ifakkar fil-fatt li t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-akbar sfidi li qed jiffaċċjaw l-Unjoni u l-gvernijiet madwar id-dinja. jistieden b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex twettaq l-impenji tagħha bbażati fuq il-Ftehim ta' Pariġi biex jissaħħu l-kundizzjonalitajiet klimatiċi tal-finanzjament tal-Unjoni billi jiġu ffinanzjati biss proġetti favur il-klima li jkunu jirriflettu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, li se jirrikjedu aktar konsistenza fil-kriterji tal-għażla;

89.  Jinsab inkwetat bis-sejbiet tal-Qorti li s-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni għas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti mhijiex għalkollox affidabbli(27); jissottolinja l-konsegwenzi potenzjalment negattivi għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, peress li kif iddikjarat il-Qorti, "il-Kummissjoni ma ħtiġitx li l-iskemi volontarji jivverifikaw li l-produzzjoni ta' bijokarburanti li huma jiċċertifikaw ma tikkawżax riskji sinifikanti ta' effetti soċjoekonomiċi negattivi, bħal kunflitti dwar il-pussess ta' art, xogħol tat-tfal/xogħol furzat, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena għall-bdiewa, u perikli għas-saħħa u s-sikurezza", u jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni.

90.  Iħeġġeġ l-integrazzjoni tad-dimensjoni etika fit-tfassil tal-interventi ta' politika;

91.  Jinsisti li materjal edukattiv iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni, inkluż il-PEGASE (Mécanisme Palestino-européen de Gestion de l'Aide Socio-économique), jikkonforma mal-valuri komuni tal-libertà, tat-tolleranza u tan-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, kif adottata mill-ministri tal-edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintefqu f'konformità mal-istandards derivati tal-Unesco għal paċi u tolleranza fl-edukazzjoni;

Operattivittà tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni

92.  Josserva li fl-2016, ġew approvati 106 proġetti b'valur totali ta' EUR 1 589 miljun, b'EUR 594 miljun ikkuntrattati u b'EUR 175 miljun f'ammonti mħallsa, għall-ġestjoni aħjar tal-flussi ta' migrazzjoni u biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari permezz tal-fond fiduċjarju għall-Afrika u l-kanali reġjonali relatati; jinnota li waħda mill-miri miftiehma tirreferi għal "politiki tal-migrazzjoni ġestiti tajjeb";

93.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod strutturat dwar l-impatt tal-programmi mnedija taħt il-fond fiduċjarju għall-Afrika, partikolarment abbażi tal-monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati tal-Unjoni u l-qafas tar-riżultati tal-fond fiduċjarju għall-Afrika biex jiġu enfasizzati l-kisbiet kollettivi;

94.  Jinnota wkoll li f'dan il-kuntest li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli l-ġdid, bħala parti mill-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew, ser jiffoka fuq il-pajjiżi Afrikani sub-Saħarjani, b'EUR 400 miljun ipprovduti mill-FEŻ;

95.  Jappoġġa ż-żieda tal-Pakkett ta' Finanzjament ta' Impatt tal-AKP, li tikkostitwixxi sezzjoni separata tal-Faċilità ta' Investiment tal-AKP, b'EUR 300 miljun biex jintlaħaq l-ammont ta' kapaċità totali ta' EUR 800 miljun sabiex jiġu trattati proġetti mmirati li jindirizzaw direttament il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, u li jibdluh f'fond rotanti;

96.  Jinnota li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) flimkien mal-faċilità ta' investiment għall-AKP prinċipalment jappoġġa proġetti li jippromwovu l-iżvilupp tas-settur privat filwaqt li proġetti eliġibbli tas-settur pubbliku huma kkunsidrati ukoll skont il-pakkett dwar il-migrazzjoni tal-AKP; jilqa' l-iżvilupp ta' sħubijiet ġodda fil-kuntest tal-faċilità ta' investiment għall-AKP ġestita mill-BEI; jistieden lill-BEI, madankollu biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-komponenti tal-effett ta' ingranaġġ, partikolarment il-partijiet rispettivi li ġejjin mill-parti ta' ekwità u mill-finanzjament pubbliku tal-Unjoni jew ta' banek tal-iżvilupp multilaterali oħrajn kif ukoll ir-rimborżi riinvestiti fil-funzjonament tal-faċilità ta' investiment għall-AKP;

97.  Jappoġġa l-Kummissjoni fil-ħolqien ta' kodiċi ta' migrazzjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, sabiex jissaħħaħ l-użu effikaċi u t-traċċabbiltà tal-finanzjament relatat;

Lejn sħubija AKP ġdida

98.  Jistenna b'interess li jiġi infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-11-il FEŻ li huwa mistenni jieħu kont tal-Aġenda 2030 u ta' Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ġdid, iżda li għandha wkoll tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp ikkonfermati mill-ġdid fil-Forum ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali li sar f'Nairobi, b'mod partikolari s-sjieda tal-prijoritajiet mill-pajjiżi riċevituri;

o
o   o

99.  Itenni t-talba tiegħu għall-inklużjoni tal-Fondi tal-FEŻ fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(1) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 281.
(2) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 289.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(8) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(9) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(10) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(11) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(12) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(13) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.
(14) ĠU C 322, 28.09.2017, p. 281.
(15) ĠU C 322, 28.09.2017, p. 289.
(16) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(17) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(18) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(19) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(20) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(21) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(22) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(23) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(24) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(25) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(26) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.
(27) Rapport Speċjali Nru 18/2016 "Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti sostenibbli".


Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 266kWORD 96k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2017/2137(DEC))
P8_TA(2018)0124A8-0105/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0248/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2018),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2016 fit-28 ta' Ġunju 2017,

B.  billi fl-10 ta' Lulju 2017 is-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega, iċċertifika b'assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, konformement mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.  billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2017/2137(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2018),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament Ewropew iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss tal-flus tal-Parlament;

B.  billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 141 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u r-risposti bil-miktub waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u ġew diskussi pubblikament minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-awditur intern;

C.  billi dejjem hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament jagħtu rendikont ta' għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Sorveljanza tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.  Josserva li s-sistema ta' sorveljanza formali tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament tikkonsisti minn erba' komponenti prinċipali:

   iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet finali min-naħa tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament;
   ir-rapporti annwali tal-awditur intern u l-opinjoni tiegħu dwar is-sistema ta' kontroll intern;
   il-valutazzjoni tal-infiq amministrattiv u ta' natura oħra tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, min-naħa tal-awditur estern tiegħu, il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti");
   il-proċedura tal-kwittanza mħejjija mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, li twassal għal deċiżjoni tal-Parlament dwar l-għoti tal-kwittanza lill-President tal-Parlament;

2.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti żiedet il-kampjun tal-għadd ta' tranżazzjonijiet tal-Parlament, u jħeġġeġ lill-Qorti tkompli f'din it-triq, peress li r-riskju għar-reputazzjoni huwa relattivament għoli, minħabba li żbalji finanzjarji u baġitarji jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni;

3.  Iħeġġeġ lill-Qorti tikkunsidra toħroġ aktar rapporti speċjali dwar oqsma speċifiċi tal-attività tal-Parlament, pereżempju l-politiki ta' komunikazzjoni tiegħu u l-ġestjoni tiegħu tal-għotjiet lill-partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, b'enfasi speċjali fuq l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni;

4.  Jilqa' s-segwitu li jingħata mill-amministrazzjoni biex jissaħħaħ l-għarfien espert intern fil-qasam tal-kontabilità u tal-awditjar bit-twaqqif ta' servizz addizzjonali għall-Membri li huma involuti fil-proċeduri ta' kwittanza fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'hekk jingħataw għajnuna u appoġġ dwar kif għandhom jifhmu u jinterpretaw ir-riżultati tar-rapporti annwali tal-kontabilità u tal-awditjar;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

5.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2016 ammontaw għal EUR 1 838 613 983, jew 19,39 % tal-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(8) (QFP) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2016 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,4 % fuq il-baġit 2015 (EUR 1 794 929 112);

6.  Jikkonstata li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2016 kien jammonta għal EUR 183 381 513 (mqabbel mal-EUR 176 367 724 fl-2015), li jinkludi EUR 30 589 787 minn dħul assenjat (mqabbel mas-EUR 27 988 590 fl-2015);

7.  Jenfasizza li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 69,92 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u spejjeż relatati) u l-Kapitolu 42 (Infiq relatat mal-assistenza parlamentari), u dan jindika livell għoli ta' riġidità li jikkaratterizza l-biċċa l-kbira tal-infiq tal-Parlament;

8.  Josserva ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2016, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2016:

1 838 613 983

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2015:

-

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2015:

289 323 907

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2016:

30 589 787

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2015:

103 055 269

Total:

2 261 582 946

(b)  Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2016 (EUR)

impenji:

2 225 465 435

pagamenti li saru:

1 900 199 164

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

324 909 094

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

-

approprjazzjonijiet kanċellati:

36 094 295

(c)  Dħul baġitarju (EUR)

miġbur fl-2016:

183 381 513

(d)  Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2016 (EUR)

1 574 480 381

9.  Jirrimarka li 99,2 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li ammontaw għal EUR 1 823 844 172, ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,8 % jinnota b'sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li t-total tal-pagamenti kien EUR 1 538 531 527, li rriżulta f'rata ta' implimentazzjoni ta' 84,4 % u li tfisser żieda ta' 0,7 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti;

10.  Jissottolinja l-fatt li l-approprjazzjonijiet kanċellati għas-sena 2016, li ammontaw għal EUR 14 769 811, kellhom prinċipalment x'jaqsmu mar-remunerazzjoni u drittijiet oħra, kif ukoll, għal darb'oħra man-nefqa relatata mal-bini;

11.  Jinnota li, fis-sena finanzjarja 2016, ġew approvati seba' trasferimenti skont l-Artikoli 27 u 46 tar-Regolament Finanzjarju(9), li ammontaw għal EUR 66 655 000 jew 3,6 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva bi tħassib li l-maġġoranza ta' dawn it-trasferimenti kellhom x'jaqsmu, għal darb'oħra, mal-politika immobiljari tal-Parlament, u b'mod partikolari mal-proġett tal-binja Konrad Adenauer; iqis li dan il-livell ta' trasferiment "ta' tlaqqit" għadu għoli ħafna; huwa tal-fehma soda li ġestjoni effikaċi tal-baġit għandha tkun kapaċi tnaqqas tali trasferimenti għall-minimu indispensabbli; iħeġġeġ li l-politika immobiljari tal-Parlament għandha tkun stabbilita b'biżżejjed ċarezza bħala parti mill-istrateġija tal-baġit;

L-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2016 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

12.  Ifakkar li l-Qorti twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha; jirrimarka li l-infiq amministrattiv u relatat jinkludi n-nefqa għar-riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li jirrappreżentaw 60 % tal-infiq amministrattiv totali, u in-nefqa għall-bini, it-tagħmir, l-enerġija, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

13.  Ifakkar li l-awditjar involva eżami ta' kampjun rappreżentattiv ta' 100 tranżazzjoni ta' pagament, inkluż kampjun ibbażat fuq ir-riskji ta' 20 impenn li ġew approvati lejn tmiem is-sena finanzjarja 2016 u awtomatikament riportati għall-2017, bl-għan li jiġi verifikat jekk il-baġit intużax skont il-prinċipju ta' annwalità;

14.  Jikkonstata mill-Qorti li, kumplessivament, mill-evidenza għall-awditjar jirriżulta li l-infiq għall-"amministrazzjoni" mhuwiex milqut materjalment minn żball, jinnota li, fuq il-bażi ta' 12-il żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat fil-kuntest tal-Intestatura 5 tal-QFP dwar l-amministrazzjoni huwa 0,2 % (li jirrappreżenta tnaqqis minn 0,6 % fl-2015);

Ġestjoni tal-fondi mill-gruppi politiċi

15.  Ifakkar li l-gruppi politiċi huma responsabbli quddiem il-Parlament għall-ġestjoni tal-fondi allokati lilhom, fil-limiti tas-setgħat konferiti lilhom mill-Bureau; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet dgħufijiet fil-kontrolli tal-awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa relatata mal-Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENF) u li l-pagamenti kienu qegħdin isiru mingħajr ma jkunu koperti minn kuntratti li jirriżultaw minn proċedura ta' akkwist; ; jenfasizza li l-awditur estern "Ernest and Young" ħareġ opinjoni kwalifikata; jistieden lill-Bureau jieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-possibbiltà ta' rimborż, fir-rigward tal-grupp ENF;

16.  Jinnota s-sejbiet li jikkonċernaw speċifikament il-Parlament li jinsabu fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2016; jinnota li fir-rigward ta' pagament wieħed favur grupp politiku, il-Qorti sabet dgħufijiet fil-kontrolli li saru fuq l-awtorizzazzjoni u s-saldu ta' nfiq li sar fl-2015 iżda li ġie approvat fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti sabet li l-pagamenti li saru ma kinux koperti minn kuntratti li jirriżultaw minn proċedura ta' akkwist; jinnota, finalment, li l-Qorti identifikat nuqqasijiet simili fi tranżazzjoni relatata ma' grupp politiku ieħor fl-2015;

17.  Jinnota r-risposti li ta l-Parlament lill-Qorti matul il-proċedura kontradittorja; jitlob lill-Qorti żżomm lill-kumitat repsonsabbli infurmat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tagħha fir-rigward tar-rieżami tal-qafas għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li jiġu allokati għal gruppi politiċi, u l-monitoraġġ b'mod aktar effettiv kif dawn japplikaw ir-regoli għall-awtorizzazzjoni u s-saldu tal-infiq, u kif iwettqu l-proċeduri ta' akkwist;

18.  Jinkoraġġixxi lis-Segretarjat tal-Parlament ikompli l-isforzi addizzjonali tiegħu biex jassisti lill-gruppi politiċi sabiex itejbu l-ġestjoni finanzjarja interna tagħhom u jipprovdilhom gwida aħjar; jistieden lill-gruppi politiċi jtejbu aktar l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti għall-awtorizzazzjoni u għas-saldu tal-infiq, bl-għan li jkun hemm aktar titjib u armonizzazzjoni tal-mod kif iwettqu l-proċeduri ta' akkwist;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

19.  Josserva li, fil-laqgħa miftuħa tal-kumitat responsabbli tat-23 ta' Jannar 2018 mal-awditur intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditi li huwa wettaq fl-2016 dwar is-suġġetti li ġejjin:

   Rieżami tal-proġett għas-Sistema ta' Ġestjoni Finanzjarja (SĠF) il-ġdida - Fażi 3:
   Segwitu tal-azzjonijiet li għadhom sospiżi mir-rapporti ta' awditjar intern;
   Settur Awdjoviżiv;
   Proċess ta' reklutaġġ tal-uffiċjali u tal-persunal temporanju;
   Għarfien espert estern għall-proġetti tax-xogħlijiet fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO);
   Proċess ta' rapportar tal-attivitajiet;
   Proċess ta' reklutaġġ tal-persunal kuntrattwali;
   Infrastrutturi u attivitajiet informatiċi: inventarju u ġestjoni tal-għarfien espert estern liċ-ċentru tad-data;

20.  Ifakkar li r-rapport ta' attività annwali jirrappreżenta l-pedament tal-istruttura tal-governanza tal-Parlament; jenfasizza li b'segwitu tal-awditjar tal-proċess ta' rapportar tal-attivitajiet, li kkonċentra fuq l-effikaċja tar-rapporti ta' attività annwali bħala strument għar-rapportar dwar l-obbligu ta' rendikont u l-prestazzjoni, l-awditur intern għamel dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

   għandu jiġi adottat qafas integrat għall-ippjanar u għar-rapportar; dan għandu jkopri kemm l-iffissar tal-objettivi strateġiċi kif ukoll tal-objettivi operattivi annwali ta' kull direttorat ġenerali, jistabbilixxi indikaturi ewlenin tar-riżultati, u jtejjeb ir-rapportar dwar il-prestazzjoni fir-rapporti ta' attività annwali;
   is-Segretarju Ġenerali għandu jaħtar servizz b'mandat estiż għall-koordinament u għall-monitoraġġ tal-proċess ta' rapportar tal-attivitajiet;
   għandha tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-Qafas ta' Kontroll Intern u r-rapportar tiegħu, permezz tal-ħatra ta' Koordinatur tal-Kontroll Intern f'kull direttorat ġenerali, li jipprovdi gwida u strumenti adatti lid-direttorati ġenerali, u jiżgura rapportar koerenti dwar il-kontrolli interni fir-rapporti ta' attività annwali;
   għandhom jiġu adottati linji gwida speċifiċi għall-Parlament għall-elaborazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u għall-valutazzjoni tal-bżonn li jsiru riservi eventwali;

21.  Jinnota li l-proċess ta' segwitu tal-2016 irriżulta fl-għeluq ta' 22 azzjoni vvalidata li għadhom sospiżi minn fost 48, u li t-tnaqqis progressiv tal-profil ta' riskju tal-azzjonijiet skaduti kompla fl-2016; jinnota, partikolarment, li fi tmiem is-sena, 10 azzjonijiet li għadhom sospiżi minn fost 26 kienu fil-kategorija ta' "riskju sinifikanti", u s-16 li baqa' huma fil-kategorija ta' "riskju moderat";

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja tal-2015

22.  Jikkonstata r-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja tal-2015 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fl-4 ta' Ottubru 2017, kif ukoll il-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-diversi mistoqsijiet u talbiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza  għas-sena finanzjarja tal-2015 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jenfasizza l-importanza li jkun hemm diskussjonijiet aktar frekwenti mas-Segretarju Ġenerali dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

23.  Jenfasizza għal darb'oħra, għall-fini ta' aktar trasparenza fi ħdan l-istituzzjoni, u speċjalment fir-rigward tal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, il-bżonn li tiġi ffaċilitata u tkun aktar aċċessibbli l-ħidma tal-korpi deċiżjonali interni tal-Parlament, partikolarment il-Bureau, u fuq kollox, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jappella għall-pubblikazzjoni fl-Intranet tal-aġendi tal-Bureau fil-ħin u għall-pubblikazzjoni tal-minuti b'mod ħafna aktar tempestiv; josserva li mhuwiex neċessarju li dak li jkun jistenna sakemm dawn jiġu tradotti bil-lingwi kollha qabel ma jiġu ppubblikati; jifraħ lill-Kulleġġ tal-Kwesturi dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward, b'mod speċjali fir-rigward tal-politika ġdida tiegħu li jiddivulga d-deċiżjonijiet tiegħu;

24.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, u jissottolinja r-rikjesti kollha għal azzjoni jew deċiżjoni min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi pjan ta' azzjoni u kalendarju li lill-Bureau jippermettilu jagħti segwitu u/jew jirrispondi lir-rakkomandazzjonijiet misjuba fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza u jinkludi r-riżultati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta f'ħin utli lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-proġetti kollha b'impatt konsiderevoli fuq il-baġit li ġew ippreżentati lill-Bureau;

25.  Jiddispjaċih, madankollu, li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza(10) għas-sena finanzjarja tal-2015 ma ngħatawx segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li la l-Bureau u lanqas is-Segretarju Ġenerali ma ppubblikaw rapport ta' progress jew għamlu biżżejjed progress fir-rigward ta' bosta talbiet għal azzjoni jew għal deċiżjoni li għandha tittieħed minnhom;

26.  Itenni l-appell tiegħu lill-Bureau biex jagħti segwitu lid-deċiżjonijiet kollha dwar il-kwittanza, skont l-Artikolu 25 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura u l-Artikoli 6u 166 tar-Regolament Finanzjarju;

27.  Ifakkar li fiż-żewġ riżoluzzjonijiet dwar il-kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2014(11) u tal-2015, il-Parlament talab għal soluzzjoni teknika li tippermetti lill-Membri jużaw il-paġna individwali tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament għall-pubblikazzjoni volontarja ta' laqgħat ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; iħeġġeġ lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jagħmlu dan possibbli mill-aktar fis;

28.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinforma lill-Membri dwar il-progress li sar fir-rigward tal-Proġett iPACS (li għandu l-għan li jsaħħaħ u jimmodernizza s-sigurtà tal-persuni, tal-bini u tal-assi tal-Parlament); jinnota li dan il-proġett ġie adottat b'deċiżjoni tal-Bureau tad-9 ta' Marzu 2015; jissottolinja l-importanza li jiġi ddeterminat jekk il-proġett li huwa ta' importanza fundamentali għall-Parlament – u li ġie jiswa somma kbira ta' flus – huwiex mixi b'rittmu tajjeb;

29.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jniedi miżuri biex jindirizza l-prezzijiet tal-lukandi fi Strasburgu li qegħdin jiżdiedu b'mod sinifikanti, prezzijiet li jiżdiedu b'mod drastiku minn sena għall-oħra, li speċjalment ikunu fl-eqqel tagħhom matul is-sessjoni plenarja; jirrakkomanda l-iffiċilitar tat-trasport bejn Strasburgu u n-naħa Ġermaniża tal-fruntiera, fejn il-prezzijiet huma ħafna aktar baxxi (possibbilment permezz ta' servizz ta' shuttle bus bejn Kehl u l-bini tal-Parlament);

30.  Jilqa' l-inizjattivi tas-Segretarju Ġenerali fir-rigward tar-rieżami tal-Istrateġija tal-Ġestjoni tal-Kriżi u tal-Kontinwità tal-Attività sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Parlament biex ikun jista' jaffronta aħjar kwalunkwe inċident maġġuri potenzjali (ta' kwalunkwe natura, iżda li jikkonċerna pereżempju l-IT, is-sigurtà jew il-bini) li jkollu riperkussjonijiet fuq l-attivitajiet tal-Parlament, kif indikat fid-deċiżjoni tal-Bureau tat-3 ta' Mejju 2016;

Kwittanza tal-Parlament għall-2016

31.  Jinnota l-iskambju ta' fehmiet li sar bejn il-viċi president responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-awditur intern, fit-23 ta' Jannar 2018 fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament għas-sena finanzjarja tal-2016;

32.  Jinnota li, b'segwitu għar-referendum li sar fit-23 ta' Ġunju 2016 fir-Renju Unit, il-Bureau ddiskuta l-konsegwenzi fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Lulju 2016; jinnota li l-pożizzjoni tal-President hija li, sakemm ir-Renju Unit jibqa' membru sħiħ tal-Unjoni, il-Membri Parlamentari u l-membri tal-persunal Brittaniċi jgawdu eżattament l-istess drittijiet u obbligi bħall-Membri Parlamentari u l-membri tal-persunal kollha l-oħra tal-istituzzjoni; jinnota li dan l-arranġament jeħtieġ li jkun flessibbli u jkun konformi ma' kwalunkwe eżitu possibbli tan-negozjati dwar il-Brexit; jinnota li s-sitwazzjoni tal-Membri u l-membri tal-persunal Brittaniċi tal-Parlament tista' tinbidel matul il-perjodu ta' tranżizzjoni li għad irid jiġi definit;

33.  Jirrikonoxxi li r-riżultat tar-referendum ħalla impatt notevoli fuq is-segretarjati tal-kumitati, l-unitajiet ta' riċerka u s-servizzi orizzontali tad-direttorati ġenerali politiċi; jinnota li s-servizzi tal-Parlament ħejjew materjal analitiku bbażat fuq xogħol ta' ġbir ta' informazzjoni biex jikkunsidraw l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit fuq l-oqsma politiċi u l-leġiżlazzjoni fl-ambiti rispettivi tagħhom; jirrikonoxxi, barra minn hekk, il-fatt li l-ħidma tal-ġejjieni dwar din il-kwistjoni għandha natura ġuridika ferm kumplessa, kif ukoll il-fatt li l-għarfien espert miksub fis-segretarjati tal-kumitati u fid-dipartimenti tematiċi huwa lest biex jiġi mobilizzat matul il-fażijiet sussegwenti tal-proċess ta' ħruġ abbażi tad-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu;

34.  Jilqa' l-kooperazzjoni mtejba fil-qasam tas-sigurtà bejn il-Parlament u l-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi ospitati, partikolarment l-awtoritajiet Belġjani;

35.  Jinkoraġixxi lis-Segretarju Ġenerali biex jinnegozja mal-amministrazzjoni Belġjana tal-ferroviji biex joffru aktar ferroviji diretti bejn l-istazzjoni ferrovjarju Brussell-Lussemburgu u l-ajruport ta' Zaventem fl-eqqel ħinijiet tal-wasla u tat-tluq għall-Membri sabiex jiġi ffrankat il-ħin tal-ivvjaġġar u jitnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-Membri; jitlob lis-Segretarjat jippromwovi l-ivjaġġar permezz tal-ferrovija għall-Membri;

36.  Ifakkar li s-sens ta' ftuħ għall-pubbliku huwa karatteristika tal-Parlament; jappoġġa r-riorganizzazzjoni u t-titjib tal-punti ta' dħul tal-binjiet kollha tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol fuq il-bażi ta' kunċett ġdid tas-sigurtà li jiggarantixxi kuntest ta' xogħol sikur għall-attivitajiet parlamentari filwaqt li jżomm is-sens ta' ftuħ tal-Parlament; jinnota li dawn il-punti ta' dħul, modernizzati fl-2015, kienu mgħammra b'sistemi ta' kontroll tal-aċċess ġodda u kienu inkorporati f'sistema ċentrali integrata ġdida ta' kontroll tal-aċċess fiżiku; jenfasizza li l-entratura tal-binja Louise Weiss fi Strasburgu (LOW) hija waħda mill-entraturi l-aktar użati mill-Membri, mill-persunal tal-Unjoni u mill-viżitaturi matul is-sessjonijiet plenarji; jenfasizza li de facto hija l-entratura l-aktar viżibbli fi Strasburgu; jiddispjaċih li l-kontroll tas-sigurtà "temporanju" fl-entratura tal-binja LOW sar permanenti b'mod de facto; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jipproponi alternattiva biex jiġi ffaċilitat id-dħul fil-binja LOW filwaqt li jinżamm il-livell ta' sigurtà u l-attrazzjoni ta' din l-entratura;

37.  Jinnota li l-attenzjoni mogħtija lill-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni għadha tvarja minn direttorat ġenerali għall-ieħor, u għadha f'fażi preliminari f'uħud mis-setturi tal-amministrazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li jiġu ffissati u sottoposti għal monitoraġġ objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu fl-amministrazzjoni kollha;

38.  Jiddispjaċih li, skont il-Qorti, l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament jammontaw għal EUR 114-il miljun fis-sena; jinnota s-sejba, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-post tas-sede tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni(12), li, 78 % tal-missjonijiet kollha tal-persunal tal-Parlament li jidħlu fl-ambitu tar-Regolamenti tal-Persunal hija l-konsegwenza diretta tad-dispersjoni ġeografika tas-servizzi tal-Parlament; ifakkar li l-istima tal-impatt ambjentali ta' din id-dispersjoni hija bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata emissjonijiet ta' CO2; jinnota b’dispjaċir li fl-2016 l-ispiża totali għar-rimborż biss tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri għas-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu kienet tammonta għal EUR 21 352 262; jistieden lill-Kunsill isib soluzzjoni lejn sede unika għall-Parlament Ewropew sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ flus tal-kontribwenti;

39.  Jinnota l-pubblikazzjoni ta' seba' rapporti dwar it-tema "Kost tan-Non-Ewropa", kif ukoll il-ħames "Valutazzjonijiet tal-Valur Miżjud Ewropew" li tlestew fl-2016;

40.  Jinnota r-reviżjoni tal-ammont ta' allowances imħallas lill-assistenti parlamentari akkreditati (APA) għall-missjonijiet li jagħmlu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; jinnota li għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra tal-Parlament, il-limitu massimu tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għall-missjonijiet fi Strasburgu huwa ffissat għal EUR 180 u tal-indennizz ta' kuljum għal EUR 102, b'hekk jammontaw għal EUR 282 għal kull jum; filwaqt li għall-APA dan l-ammont jitnaqqas għal EUR 137, EUR 160 jew EUR 183 għal kull jum, għall-istess spejjeż, soġġetti għad-diskrezzjoni tal-Membru; ifakkar, madankollu, li l-APA huma intitolati għall-istess indenniz tas-sussistenza bħall-uffiċjali jew persunal ieħor tal-Parlament għall-missjonijiet lejn destinazzjonijiet oħra li mhumiex Strasburgu; jistieden lill-Bureau, għat-tielet sena konsekuttiva u għall-finijiet tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, jieħu azzjoni rapida biex l-indennizz tas-sussistenza għal kull jum għall-APA fuq missjoni fi Strasburgu jkun konformi ma' dak li jingħata lill-uffiċjali u persunal ieħor; jistieden għal darb'oħra lill-Bureau jallinja bis-sħiħ l-allowances mogħtija lill-uffiċjali, lill-aġenti oħra u lill-APA;

41.  Jilqa' r-rieda tas-Segretarju Ġenerali biex tinstab soluzzjoni, u jtenni l-appell tiegħu biex tinstab soluzzjoni prattika għal dawk l-APA li, wara li ħadmu mingħajr interruzzjoni għal żewġ leġiżlaturi, mhumiex intitolati għall-aċċess għall-iskema Ewropea tad-drittijiet tal-pensjoni meta dawn jilħqu l-età tal-pensjoni fi tmiem il-leġiżlatura attwali, minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom u minn tal-Membri li jimpjegawhom, peress li dawn se jkollhom inqas minn għaxar snin meħtieġa ta' servizz minħabba l-elezzjonijiet bikrija fl-2014 u d-dewmien fil-validazzjoni tal-kuntratti l-ġodda tal-APA dovut għall-ammont kbir ta' xogħol matul il-perjodu ta' wara l-elezzjonijiet tal-2009 u l-2014; jitlob għalhekk li ż-żewġ leġiżlaturi jitqiesu bħala għaxar snin ta' servizz attiv; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti struzzjonijiet lid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS) biex isib soluzzjoni possibbli mingħajr dewmien u biex ir-rappreżentanti tal-APA jinżammu infurmati u jiġu involuti fil-proċess; jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva qabel l-1 ta' Settembru 2018 biex issolvi din il-kwistjoni;

42.  Jinnota li r-rimborż ta' xi missjonijiet huwa soġġett għal dewmien twil ħafna, u jissuġġerixxi li jiġu esplorati soluzzjonijiet sabiex dawn jibda ikollhom perjodu ta' żmien raġonevoli;

43.  Iqis li huwa xieraq li jkun hemm żieda żgħira fil-linja baġitarja 422 "Infiq relatat mal-assistenza parlamentari", b'kunsiderazzjoni tal-ammont akbar ta' xogħol dovut għall-Brexit, l-għadd dejjem jikber ta' trilogi u l-għadd dejjem jiżdied ta' kumitati temporanji u speċjali, li laħaq rekord storiku ta' 25 kumitat permanenti u temporanju, u l-koinċidenza ta' tmiem il-leġiżlatura mal-pakkett kumpless ta' proposti leġiżlattivi tal-QFP;

44.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jibgħat lill-Kummissjoni r-Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Istatut il-ġdid tal-APA li ġie mfassal wara r-riżoluzzjoni adottata fit-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 u msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 160/2009(13);

45.  Iħeġġeġ lill-Bureau, meta jivvaluta r-regoli l-ġodda dwar il-gruppi ta' viżitaturi introdotti s-sena l-oħra, iħassar il-possibbiltà li jinħatru APA bħala kap ta' grupp peress li dan joħloq problemi ta' natura professjonali, legali, etiċi u fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

46.  Josserva li t-trainees impjegati mill-Membri għandhom kuntratt skont id-dritt privat mal-Membru, li minnu ma jibbenefikawx minn status simili fil-Parlament li jgawdu minnu kategoriji oħra tal-persunal tal-Parlament, jew li jingħataw boroż ta' studju mill-Parlament innifsu (boroż ta' studju Schuman); jiddispjaċih li ma jeżistix mekkaniżmu jew qafas ġuridiku fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS) għall-organizzazzjoni ta' skema ta' pagament dirett bil-quddiem lil dawn it-trainees qabel il-missjonijiet – għalkemm tali arranġamenti huma fis-seħħ għall-membri tal-persunal l-oħra kollha – fid-dawl tal-fatt li għal raġunijiet ovvji, huma bilkemm jaffordjaw iħallsu dawn l-ispejjeż minn buthom minn qabel; jissottolinja li l-Membri jistgħu jilħqu ftehim dwar il-ħlas bil-quddiem mat-trainee u l-aġent tal-ħlas fuq bażi ta' każ b'każ; jinnota, madankollu, li bosta Membri ma jużawx is-servizzi ta' aġent tal-ħlas biex iħallsu lit-trainees li jimpjegaw, u jitlob lill-Parlament jevalwa mill-aktar fis possibbli jekk tistax tiġi implimentata skema ta' ħlas dirett bħal din;

47.  Jinnota bi tħassib li f'dan l-istadju avvanzat tal-leġiżlatura, is-CVs ta' aktar minn nofs il-Membri għadhom ma jidhrux fil-profili tagħhom fuq is-sit web uffiċjali tal-Parlament; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu azzjoni rapida biex jiżgura li s-CVs tal-Membri kollha jidhru fuq is-sit web uffiċjali;

48.  Ifakkar li l-mandat tal-Membri tal-Parlament huwa inkompatibbli ma’ għadd ta’ uffiċċji, inkluż dak tal-eżerċizzju ta’ mandat fi ħdan parlament nazzjonali; jitlob biex jitfasslu regoli neċessarji għal-leġiżlatura li jmiss biex tiġi eskluża l-possibbiltà li l-Membri jeżerċitaw mandat addizzjonali f’parlament reġjonali fi Stat Membru b’setgħat leġiżlattivi, li jirrikjedi li l-Membri jassumu impenji simili f’termini ta’ ħin tax-xogħol fir-rigward ta’ parlament nazzjonali;

49.  Huwa tal-fehma li sabiex ikun hemm opinjonijiet u studji aktar indipendenti u affidabbli, jeħtieġ li jkun hemm regoli dwar il-kunflitt ta' interess applikabbli għall-esperti li jiġu ingaġġati mill-kumitati tal-Parlament;

50.  Ifakkar li l-kwittanzi għas-snin finanzjarji tal-2014 u tal-2015 irrimarkaw li s-sit web tal-Parlament mhuwiex partikolarment faċli għall-utent, u fid-dawl ta' dan, jitlob lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) itejjeb is-sit web tiegħu u jintroduċi magna tat-tiftix aktar effiċjenti bħala kwistjoni ta' urġenza; jenfasizza li għad irid isir progress fir-rigward tal-attraenza u l-attrattività tas-sit web u għad hemm bżonn li jsir sforz sabiex jiġu diversifikati l-pjattaformi tal-midja soċjali disponibbli; jappella sabiex tiġi implimentata strateġija ġdida li tirrifletti l-kapaċità sħiħ tal-midja soċjali fil-manifestazzjonijiet varji tagħha;

51.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' missjoni aġġornata għall-uffiċċji tal-informazzjoni, li issa huma magħrufa bħala "uffiċċji ta' kollegament" (adottata mill-Bureau f'Novembru 2017); jissottolinja bil-qawwa li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija li jinformaw u jikkomunikaw lokalment f'isem il-Parlament, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni permezz tal-attivitajiet ta' partijiet interessati esterni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; jissottolinja li jeħtieġ li jiġi ottimizzat l-użu tat-teknoloġiji u l-mudelli l-ġodda ta' komunikazzjoni, u biex tiġi sfruttata l-pożizzjoni ġeografika privileġġjata tal-uffiċċji ta' kollegament, viċin iċ-ċittadini, ħalli titkompla l-intensifikazzjoni tal-attivitajiet fil-livell lokali, bħal dibattiti organizzati mal-Membri u mas-soċjetà ċivili, bit-tir li jinstemgħu n-nies u biex dawn ikunu involuti; jirrimarka li d-dibattitu online u l-attenzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni mqanqla minn dawn l-avvenimenti għandhom jikkontribwixxu biex tissaħħaħ aktar il-viċinanza maċ-ċittadini; jappella sabiex ikun hemm titjib fl-istrateġija adottata fir-rigward tal-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament, u jħeġġeġ lid-DĠ COMM jaffronta l-problema ta' żbilanċ bejn l-ammont ta' flus li jintefaq fuq il-bini u l-ispejjeż tal-persunal meta mqabbel mal-funzjonijiet ewlenin ta' dawn l-uffiċċji, li huwa l-komunikazzjoni diretta bejn il-partijiet interessati lokali u ċ-ċittadini;

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

52.  Ifakkar li l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni tad-DĠ COMM huwa s-sensibilizzazzjoni jew l-espożizzjoni globali miksuba għall-firxa sħiħa tal-pjattaformi u tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-Parlament; jinnota li, għal dak li għandu x'jaqsam mal-preżenza tal-Parlament fil-midja u l-kopertura medja fix-xahar, kien hemm żieda ta' 12 % meta mqabbel mal-2015 u żieda ta' 7 % meta mqabbel mas-sena elettorali tal-2014; jirrikonoxxi t-titjib fl-użu tal-midja soċjali mill-Parlament, kif ukoll tal-azzjonijiet intiżi għas-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ; jirrimarka, madankollu, li jkun tajjeb li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Parlament ikomplu jitjiebu, partikolarment billi tiżdied il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali, li bħalissa tinsab taħt il-livell ta' standards mistennija minn istituzzjoni parlamentari; jissottolinja li, partikolarment fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej fl-2019, jeħtieġ li tiġi żviluppata u implimentata strateġija komprensiva tal-midja soċjali; jenfasizza li din l-istrateġija jeħtieġ li tirrifletti l-ammont ta' ħidma li jagħmel il-Parlament, filwaqt li tieħu kont tal-interessi multidimensjonali, it-tħassib u l-ideat għall-futur tal-Ewropa li jesprimu ċ-ċittadini;

53.  Jinnota li DĠ COMM vara programm ġdid ta' ħidma pluriennali għall-għotjiet fil-qasam tal-midja u tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti għall-perjodu 2016-2019; jirrikonoxxi li għall-konċessjoni ta' għotja fil-kategorija tal-midja, ġew konklużi 102 kuntratti qafas ta' sħubija u ntgħażlu 48 applikazzjoni għal għotja għal ammont totali ta' EUR 3,99 miljun; jinnota li fil-qasam tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti, intgħażlu 18-il proġett biex jirċievu għotja għal ammont totali ta' EUR 0,8 miljun; jistieden lid-DĠ COMM jikkonċentra fuq approċċ aktar attiv lejn dawk li mhumiex awtomatikament interessati fl-attivitajiet tal-Parlament jew dawk li saħansitra huma xettiċi dwar il-funzjonament tiegħu;

54.  Jieħu nota tat-tibdil tekniku u editorjali importanti li sar fuq is-sit web pubbliku tal-Parlament, u partikolarment fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-magna tat-tiftix tas-sit; jifraħ lid-DĠ COMM għal dan il-progress, iżda jżid li din ir-rata ta' progress għadha miexja bil-mod wisq; josserva li l-proġett "Responsive Web Design" (disinn web adattativ) u l-proġett ta' tiġdid tal-pjattaforma ta' streaming dirett u ta' vidjo fuq talba (VOD), li l-għan tagħhom huwa li jadattaw is-sit web għal kull tip ta' apparat, kienu varati fl-2016 u implimentati b'suċċess f'ċerti partijiet tas-sit web; jitlob li dawn il-proġetti jitkomplew u jiġu implimentati fil-partijiet kollha tas-sit web tal-Parlament; jinnota li għad fadal ħafna xi jsir sabiex ikun hemm fis-seħħ sit web u għodda ta' komunikazzjoni effettivi; jissottolinja li t-tiġdid jeħtieġ li jitwettaq f'waqtu, peress li l-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-Parlament għandhom ikunu fis-seħħ ferm qabel, iżda mhux aktar tard, mill-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019; jenfasizza li sit web trasparenti u aċċessibbli huwa fundamentali għall-involviment taċ-ċittadini;

55.  Jinnota żieda konsiderevoli fil-volum ta' talbiet imressqa lis-servizz tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (AskEP) mill-2014, l-aktar minħabba l-kampanji, milli jidher, ikkoordinati posta mibgħuta dwar kwistjonijiet ta' attwalità; jissuġġerixxi li l-Membri jkunu informati bit-tweġibiet tal-Parlament billi x'aktarx ma jafux bl-eżistenza ta' dawn it-tweġibiet;

56.  Jiġbed l-attenzjoni għall-aktar stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru li kkummissjona l-Parlament, li fih saret il-mistoqsija speċifika dwar kif jidher il-Parlament; jinnota bi pjaċir li, skont l-istħarriġ, il-perċentwal ta' ċittadini li għandhom opinjoni pożittiva dwar il-Parlament qiegħed jiżdied, minn 25 % (2016) għal 33 % (2017); jinnota b'sodisfazzjon li ż-żieda fl-immaġni pożittiva tal-Parlament tikkorrispondi direttament mat-tnaqqis fl-"opinjoni negattiva", b'7 punti perċentwali minn 28 % (2016) għal 21 % (2017); jirrimarka li, minkejja sinjali ċari ta' titjib, għad fadal ħafna xi jsir;

57.  Iħeġġeġ lill-Bureau, meta jivvaluta r-regoli l-ġodda dwar il-gruppi ta' viżitaturi introdotti s-sena l-oħra, iħassar il-possibbiltà li jinħatru APA bħala kap ta' grupp;

58.  Jappella għal rieżami tas-sistema għall-kalkolu tar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivjaġġar għall-gruppi ta' viżitaturi sponsorjati mill-Membri, bl-għan li jiġi żgurat kemm it-trattament indaqs taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni kif ukoll il-promozzjoni tal-użu ta' mezzi tat-trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent, peress li s-sistema attwali, ibbażata fuq il-kalkolu tal-kilometraġġ, tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni l-iżolament u l-ostakli ġeografiċi preżenti f'ċerti żoni tal-Unjoni u milli tkopri l-ispejjeż ta' vjaġġar lejn żoni fejn hemm disponibbli mezzi ta' trasport li huma aktar rapidi u li jirrispettaw aktar l-ambjent;

59.  Josserva li, sal-31 ta' Diċembru 2016, total ta' 5 375 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju kienu impjegati fi ħdan is-Segretarjat (b'żieda ta' 16 meta mqabbel mal-31 ta' Diċembru 2015) u total ta' 806 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-gruppi politiċi (b'żieda ta' 35 meta mqabbel mal-31 ta' Diċembru 2015); jinnota li, flimkien mal-aġenti kuntrattwali, id-DĠ PERS kien responsabbli minn 9 617 membri tal-persunal (b'żieda ta' 264 meta mqabbel mal-31 ta' Diċembru 2015);

60.  Jinnota li sal-1 ta’ Jannar 2016, tħassru 57 post mit-tabella tal-persunal tal-Parlament skont ir-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-QFP għall-perjodu 2014-2020;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal

61.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs tibqa' komponent fundamentali tal-politika ta' ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament; jinnota li l-pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diversità, approvat mill-Bureau fl-2015, kompla jiġi implimentat matul l-2016, flimkien mal-objettivi speċifiċi tiegħu u mal-miżuri kollha l-oħra relatati;

62.  Jilqa' l-fatt li ġie adottat il-pjan direzzjonali għall-"Ugwaljanza bejn is-sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew"; jinnota li l-pjan direzzjonali jispjega l-azzjonijiet konkreti u jagħti kalendarju ċar għall-miżuri speċifiċi rigward il-ġestjoni, it-taħriġ professjonali, is-sensibilizzazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-miżuri fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u monitoraġġ regolari tal-bilanċ bejn is-sessi permezz tal-istatistika;

63.  Jilqa' l-fatt li l-ugwaljanza bejn is-sessi fost il-kapijiet tal-unità maħtura mis-Segretarju Ġenerali żdiedet minn 21 % fl-2006 għal 36 % fl-2016, u li l-postijiet li n-nisa kisbu għandhom tendenza li juru titjib sodisfaċenti fil-kwalità tal-postijiet assenjati għan-nisa;

64.  Jiddispjaċih li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta' direttur ġenerali niżel minn 33,3 % / 66,7 % fl-2015 għal 16,7 % / 83,3 % fl-2016; jinnota li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta' direttur baqa' stabbli mill-2015 sal-2016, jiġifieri 29,2 % / 70,8 % u 29,8 % / 70,2 % rispettivament; iqis li din ix-xejra tmur kontra l-pjan direzzjonali għall-"Ugwaljanza bejn is-sessi fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew";

65.  Jirrikonoxxi l-fatt li għal ċerti attivitajiet, bħat-tmexxija tal-canteens u t-tindif, il-Parlament ipprefera l-għażla tal-esternalizzazzjoni u, b'konsegwenza ta' dan, għal ċerti direttorati ġenerali, in-numru ta' persunal estern fil-binjiet tal-Parlament jista' saħansitra jaqbeż in-numru ta' uffiċjali;

66.  Itenni l-fehma tiegħu li l-persunal estern ma għandux jintuża biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fin-numru ta' postijiet kif maqbul fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u fil-QFP attwali;

67.  Jinnota li fi tmiem l-2016 kien hemm 1 924 APA jaħdmu mal-Parlament, meta mqabbel mal-1 791 is-sena ta' qabel. jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-APA u tal-assistenti lokali, billi l-kuntratti tagħhom huma direttament marbutin mal-mandat tal-Membri li lilhom jagħtu assistenza, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li l-APA huma membri tal-persunal b'kuntratt tax-xogħol mal-Parlament, filwaqt li l-assistenti lokali huma suġġetti għal varji leġiżlazzjonijiet nazzjonali;

68.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-allegata prassi skont liema l-Membri jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjoni, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ma dawn ikollhom la ordnijiet ta' missjoni u lanqas jieħdu rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni jew tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; huwa tal-fehma li tali prassi tagħti lok għal abbuż, peress li fl-assenza ta' ordni ta' missjoni, l-APA jkollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż u mhumiex koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvestiga din l-allegata prassi u jirrapporta dwarha sa tmiem is-sena;

69.  Itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau biex jikkunsidraw mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, f'ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvestiga l-konsegwenzi baġitarji, u l-organizzazzjoni u l-loġistika ta' dawn il-missjonijiet;

70.  Jinnota li l-Parlament jipprovdi baġit lill-Kumitat tal-Persunal, jappella sabiex ikun hemm baġit simili għall-Kumitati tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati, peress li dawn iwettqu kompiti previsti mill-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tiegħu, li huma utli għall-istituzzjonijiet u l-Membri kollha;

71.  Jistieden lill-amministrazzjoni biex tinvolvi lill-Kumitat tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tar-regoli kollha li jistgħu jikkonċernaw lill-Kumitat tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati esklużivament jew b'mod kollettiv flimkien mal-kategoriji l-oħra tal-persunal rappreżentati mill-Kumitat tal-Persunal;

72.  Jilqa' l-interess li jinżamm il-persunal b'ċittadinanza Brittanika li sar uffiċjal pubbliku Ewropew, jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta dwar ir-riskji potenzjali għall-persunal Brittaniku u dwar kif jista' jiġi żgurat li l-persunal Brittaniku ma jisfax vittma tal-Brexit, u li d-drittijiet statutorji, kuntrattwali u drittijiet miksuba tiegħu jiġu salvagwardati bis-sħiħ;

73.  Jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(14), tneħħew 57 post mit-tabella tal-persunal tal-Parlament tal-2016, b'konformità mar-rekwiżit ta' tnaqqis ta' 5 % tal-postijiet tal-persunal; jinnota li żewġ postijiet oħra tneħħew biex jiġu trasferiti għand il-Kummissjoni b'rabta ma' proġetti informatiċi interistituzzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-Parlament kellu jnaqqas it-tabella tal-persunal tiegħu b'76 post ieħor mill-1 ta' Jannar 2017 b'segwitu għad-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja;

74.  Huwa tal-fehma li b'reazzjoni għall-kampanja #metoo, il-Parlament għandu jħaddan tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza ta' kull forma kemm jekk strutturali, fiżika, sesswali jew psikoloġika; jitlob għalhekk:

   ir-responsabbiltà sħiħa tal-awturi ta' din il-vjolenzi u l-applikazzjoni tal-penali u s-sanzjonijiet kollha disponibbli;
   il-ħolqien ta' uffiċċju ċentrali għall-ilmenti għar-rappurtar ta' każijiet ta' fastidju;
   l-aċċess għal kulħadd għal kumitat indipendenti għall-ilmenti ta' fastidji fil-Parlament li ma jirriproduċix l-istrutturi interni ta' poter billi jinkludi fih il-Membri;
   il-protezzjoni lill-vittmi u lil dawk li jirrappurtaw tali vjolenza li jagħtihom l-anonimità u d-diskrezzjoni sħiħa;
   l-appoġġ psikoloġiku għall-vittmi mogħti mill-uffiċċju ċentrali tal-Parlament li jinkludi tobba, ħaddiema soċjali u konsulenti;
   it-taħriġ obbligatorju dwar il-fastidju sesswali u l-fastidju morali għall-Membri u l-uffiċjali f'pożizzjonijiet ta' poter;
   it-taħriġ u l-informazzjoni għall-membri tal-persunal biex jgħinuhom jagħrfu il-fastidju sesswali u biex jiżguraw li jkunu jafu d-drittijiet tagħhom;

75.  Iqis li n-numru relattivament baxx ta' lmenti ta' fastidju mressqa fl-2016 quddiem il-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju kemm mill-persunal kif ukoll mill-APA seta' jimplika nuqqas ta' mezzi xierqa; jisħaq fuq il-fatt li jeżistu żewġ tipi ta' fastidju rikonoxxuti mir-Regolamenti tal-Persunal (fastidju psikoloġiku u sesswali); huwa tal-opinjoni li l-ġlieda kontra kwalunkwe tip ta' fastidju għandha tkun waħda mill-ogħla prijorità tas-Segretarju Ġenerali; jilqa' favorevolment f'dan ir-rigward il-proposta tas-Segretarju Ġenerali li jdaħħal netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali indipendenti li jistgħu jiġu kkuntattjati mill-APA, mit-trainees li jaħdmu għall-Membri, mill-persunal tal-gruppi u mill-membri tal-persunal u mit-trainees l-oħrajn kollha; jikkonstata li dawn il-konsulenti se jkunu magħżula għall-kompetenzi tagħhom fil-qasam u għall-kapaċitajiet interpersonali tagħhom, u se jagħmlu taħriġ immirat; jinkoraġġixxi reviżjoni tal-kompożizzjoni tal-kumitati konsultattivi kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju biex tkun żgurata rappreżentanza ndaqs tal-Membri, tal-APA u tal-persunal, kif ukoll ikun żgurat bilanċ bejn is-sessi; jistieden lill-Bureau jeżamina l-possibbiltà li jinħatar awditur estern sabiex jittejbu aktar il-proċessi interni;

76.  Jesprimi l-ħtieġa li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

77.  Itenni l-pożizzjoni vulnerabbli li qegħdin fiha l-APA u t-trainees impjegati mill-Membri fir-rigward tar-regoli interni dwar il-protezzjoni tal-informaturi; javża lis-Segretarju Ġenerali kontra konsegwenzi finanzjarji potenzjali minħabba n-nuqqas kontinwu tal-Parlament biex jipprovdi l-protezzjoni meħtieġa tal-informaturi lill-APA li jirrappurtaw l-irregolaritajiet mill-Membri; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jindirizza minnufih din is-sitwazzjoni;

78.  Jitlob li jiġu riżervati ġimgħat għall-attivitajiet parlamentari esterni, biex jintużaw għal korsijiet ta' taħriġ, b'mod partikolari għall-assistenti tal-Membri, inklużi korsijiet intensivi tal-lingwa;

79.  Jirrimarka għal darb'oħra li l-Parlament huwa prattikament l-unika istituzzjoni li ma introduċietx flexitime fl-arranġamenti tagħha tax-xogħol, xi ħaġa li kważi l-istituzzjonijiet kollha, b'mod partikolari l-Kummissjoni, għamlu snin ilu, b'eżitu konkret f'termini ta' żieda fil-produttività u titjib fil-kwalità tal-ħajja għall-persunal; jitlob li l-flexitime jkun inkorporat fl-arranġamenti tax-xogħol tal-Parlament kemm jista' jkun malajr u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jinżamm infurmat dwar il-progress li jsir biex jintlaħaq dan l-objettiv;

80.  Itenni - kif adottat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja tal-2015 (paragrafu 90) - li, fid-dawl tal-introjtu tagħhom, it-trainees fuq boroż ta' studju għandhom ikunu intitolati għal aktar tnaqqis fil-prezzijiet fir-ristoranti tal-Parlament;

81.  Jinnota bi tħassib kbir it-tnaqqis tad-domanda mill-Membri għal korsijiet individwali tal-lingwa Franċiża u, speċjalment, tal-Ispanjol u t-Taljan, b'mod partikolari mill-2009; jinnota li n-numri baqgħu stabbli, u saħansitra tjiebu, fil-korsijiet tal-Ingliż u l-Ġermaniż biss; ifakkar lis-Segretarju Ġenerali dwar l-importanza tal-multilingwiżmu fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u r-rwol li l-amministrazzjoni għandha taqdi fil-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi fost ir-rappreżentanti eletti taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li l-lingwi huma wkoll għodda essenzjali għall-fehim u l-komunikazzjoni fl-eżerċizzju tad-dmirijiet parlamentari tagħhom; jistieden lill-amministrazzjoni żżomm lill-Membri infurmati regolarment permezz ta' mezzi xierqa, minbarra l-fuljett eżistenti u l-informazzjoni disponibbli online, tal-opportunitajiet kollha offruti lilhom mill-Parlament, b'enfasi partikolari fuq il-klassijiet b'għalliema tal-lingwi interni fi Brussell u fi Strasburgu, peress li din hija l-aktar soluzzjoni flessibbli u l-aktar kompatibbli mal-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u toffri wkoll l-aħjar valur għall-flus; ikompli jħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jipproponi l-mezzi neċessarji biex jippromwovi l-multilingwiżmu f'dan il-qasam, inkluż it-titjib tad-disponibbiltà ta' għalliema tal-lingwi interni u biex jintemm l-impjieg prekarju li huma jiffaċċjaw; jinnota t-trasferiment tal-Membri tal-Unità tat-Taħriġ Professjonali mid-DĠ FINS għad-DĠ PERS bil-għan li tinħoloq sinerġija akbar mal-unità tat-taħriġ tal-persunal li tagħmel diġà parti mid-DĠ PERS; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jinżamm infurmat dwar ir-riżultati speċifiċi li biħsiebu jikseb minn dan l-iżvilupp;

82.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa politika ta' mobbilità volontarja u trasparenti li tikkunsidra l-interessi u l-ħiliet tal-persunal fil-qafas ta' strateġija ġenwina ta' żvilupp fil-karriera;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika

83.  Jinnota li l-proposta aġġornata tal-istrateġija immobiljari tal-Parlament fit-terminu medju, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fil-bini tal-Lussemburgu u ta' Strasburgu, għandha tikkonċentra fuq il-bini ta' Brussell u b'mod partikolari fuq il-futur tal-binja Paul-Henri Spaak; jistieden, barra minn hekk, lill-Bureau biex jevalwa l-età tal-infrastruttura tal-binja Salvador de Madariaga fi Strasburgu; jinnota, barra minn hekk, li għadhom mhumiex magħrufin il-fatturi relatati mal-Brexit li jiddefinixxu l-futur tal-politika immobiljari, bħall-konsegwenzi potenzjali tal-Brexit fuq il-multilingwiżmu, in-numru ta' postijiet għall-uffiċjali fit-tabella tal-persunal u n-numru ta' Membri; jikkonstata li jista' biss isir ippjanar affidabbli wara li jkun wasal fi tmiemu l-proċess tal-Brexit; jistieden lill-Bureau jiżviluppa strateġiji ta' mitigazzjoni tar-riskju, waqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jingħeleb kull tħarbit possibbli li jista' jiġi kkawżat minn żviluppi futuri fin-negozjati ta' Brexit; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipproponi pjan dettaljat dwar kif se jiġi ttrattat il-persunal li jokkupa l-bini fil-każ tar-rinnovazzjoni jew ir-rikostruzzjoni tal-bini;

84.  Iħeġġeġ lis-servizzi responsabbli jiċċaraw kif qed jippjanaw li jimplimentaw id-dikjarazzjoni tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rwol eżemplari tal-binjiet tagħhom(15) fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, minħabba li qed toqrob l-iskadenza tal-2020;

85.  Jikkonstata li l-Bureau inkariga lis-Segretarju Ġeneral jelabora proposti dettaljati dwar l-għażliet possibbli għar-rinnovazzjoni tal-binja Paul-Henri Spaak; jinnota, barra minn hekk, li dawn il-proposti għandhom jindirizzaw l-għażliet kollha possibbli, anki n-nuqqas ta' azzjoni, ir-rinnovazzjoni jew ir-rikostruzzjoni, u li l-proposti għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet dettaljati dwar il-fattibbiltà tal-proġetti u jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ġuridika rilevanti; jinnota li l-proposti dettaljati li qiegħed iħejji DĠ INLO kellhom ikunu ppreżentati lill-Bureau fil-bidu tal-2018;

86.  Jinnota li l-maġġor parti tal-bini tal-Parlament ma kienx maħsub u mibni skont ir-rekwiżiti tal-Ewrokodiċijiet għall-integrità strutturali, billi dawk in-normi ma kinux jeżistu meta nbena; jinnota li l-uniċi binjiet konformi mal-istandards tal-Ewrokodiċijiet għall-integrità strutturali huma l-binjiet Willy Brandt u Wilfried Martens; jirrikonoxxi li r-riskju ġġenerat mill-vulnerabbiltà potenzjali tal-istrutturi tad-diversi binjiet huwa mitigat parzjalment mill-miżuri operattivi meħuda minn DĠ INLO u mid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), u li huma previsti bidliet organizzattivi ulterjuri biex tkun indirizzata din il-kwistjoni;

87.  Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' April 2016, il-Bureau adotta proposta biex jinternalizza s-servizz tat-trasport tal-Membri; jinnota b'sodisfazzjoni li l-proċedura għall-internalizzazzjoni tas-servizz tax-xufiera rriżultat f'żieda kwalitattiva u kwantitattiva tas-servizzi fornuti lill-Membri, kif ukoll risposta effikaċi u effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza imprevedibbli jew żidiet f'daqqa fid-domanda; jiddispjaċih li l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi ma ġiex rispettat fil-proċess ta' reklutaġġ għas-servizz tat-trasport fil-Parlament; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq proposta biex titjieb is-sitwazzjoni attwali; huwa mħasseb, barra minn hekk, dwar il-gradi ta' rimunerazzjoni diverġenti fost is-sewwieqa u jistaqsi lill-Bureau jekk hux qed jippjana li jikkunsidra armonizzazzjoni biex jingħelbu skemi possibbli ta' rimunerazzjoni inġusti;

88.  Jilqa' pożittivament l-introduzzjoni tal-proġett test tat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti ġustifikattivi bejn is-servizz ta' DĠ INLO li jagħti bidu u s-servizz ex ante għall-impenji ta' infiq tal-Unità tal-Manutenzjoni fi Strasburgu; jinnota b'sodisfazzjon li, fuq il-bażi tal-esperjenzi pożittivi, il-proġett ġie estiż għall-Unità tal-Proġetti fi Strasburgu; jinkoraġġixxi lil DĠ INLO jkompli l-implimentazzjoni tat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti kull meta jkun possibbli, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi relatati;

89.  Jinnota li kienet rikjesta r-reviżjoni tal-prezzijiet fil-kantin self-service tal-Parlament sabiex is-servizzi ma jibqgħux ikunu sussidjati u jiġi konkluż kuntratt ta' konċessjoni, skont liema l-fornitur tas-servizzi tal-ikel jassumi r-riskju ekonomiku u kummerċjali sħiħ; jilqa' favorevolment il-fatt li t-trainees fil-Parlament għad għandhom dritt għal skont ta' EUR 0,50 għall-platti prinċipali fir-ristoranti self-service kollha ta' Brussell u tal-Lussemburgu u skont ta' EUR 0,80 fi Strasburgu; jitlob lil DĠ INLO jimmonitorja ż-żieda fil-prezzijiet tal-futur biex ikun żgurat li s-servizzi jibqgħu bi prezzijiet adegwati u ġusti;

90.  Jieħu nota tar-regoli dwar il-postijiet ta' parkeġġ tal-Parlament tal-13 ta' Diċembru 2013, kif ukoll tal-impenn imsaħħaħ tal-Parlament favur l-ambjent; f'dan il-kuntest, huwa tal-fehma li l-politika ta' parkeġġ tar-roti personali tal-persunal fil-postijiet ta' ħidma kollha tal-Parlament għandha tibbenefika minn vantaġġi li bħalissa, ir-regoli msemmija ma joffrulhiex; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu miżuri f'dan ir-rigward, u li speċjalment fi Strasburgu, ikun permess li jitpoġġew fil-parkeġġ tal-Parlament, anke matul il-perjodi mhux tas-sessjoni, ir-roti personali tal-persunal trasferiti u li jintagħżel post xieraq u sikur għal dan l-iskop;

91.  Itenni d-dispjaċir kbir tiegħu rigward id-deċiżjoni li tinbidel l-għamara fl-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti tagħhom fi Brussell; josserva li l-maġġor parti tal-għamara hija perfettament utilizzabbli u f'kundizzjoni tajba u li, għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tinbidel; iqis li l-feedback ta' għadd ta' Membri – u mhux stħarriġ ġenerali – ma jistax jikkostitwixxi, għalih waħdu, raġuni biżżejjed biex ikun ġustifikat it-tibdil, u li l-kwistjonijiet ta' gosti, moda jew stil antikwat indikati mill-amministrazzjoni huma daqstant inadegwati; huwa tal-fehma li l-biċċiet individwali tal-għamara għandhom jinbidlu biss jekk juru sinjali ċari ta' deterjorament jew ta' tkagħbir bl-użu jew biex jiġu evitati riskji għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' natura speċifika jew ġenerali (pereżempju, it-titjib possibbli tal-ergonomija tal-iskrivaniji jew tas-siġġijiet);

92.  Ifakkar lis-Segretarju Ġenerali dwar l-eżitu tal-istħarriġ tal-Kumitat tal-Persunal, fir-rigward ta' uffiċċji komuni għall-persunal, li rriżulta fi 3 000 reazzjoni u 80 % tal-persunal li esprimew li huma kontra uffiċċji komuni; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipprepara pjan għall-konsultazzjoni tal-persunal u jagħti segwitu għall-eżitu tal-istħarriġ;

Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi

93.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tal-kriterji l-ġodda ta' riferiment għall-interpreti, in-numru minimu ta' sigħat għall-forniment tas-servizz huwa ta' 11-il siegħa fil-ġimgħa filwaqt li n-numru massimu huwa ta' 17-il siegħa; jinnota li n-numru medju kumplessiv ta' sigħat fil-ġimgħa li l-interpreti jqattgħu jagħtu servizzi ta' interpretazzjoni fil-kabini tagħhom żdied minn 11-il siegħa u 54 minuta fl-2014 għal 13 il-siegħa u 25 minuta fl-2016; jinnota li l-2014 kienet sena elettorali b'inqas ħtieġa għal interpretazzjoni; jissottolinja li ż-żieda mill-2014 sal-2016 hija dovuta għall-fatt li l-Parlament irritorna għar-ritmu regolari tiegħu tal-kumitati, tal-gruppi, tal-ġimgħat fi Strasburgu u l-ġimgħat turkważ; ifakkar li, meta r-Regolamenti tal-Persunal ġew riveduti fl-2013, is-sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa għall-persunal kollu tal-istituzzjonijiet Ewropej żdiedu minn 37,5 għal 40-42 siegħa, fatt li wassal għal żieda fis-sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa anki għas-servizz ta' interpretazzjoni; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni futura bejn it-trade unions u s-Segretarju Ġenerali li għandhom jiffokaw fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari; jirrimarka li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat tal-Persunal u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jintlaħaq ftehim; jinnota li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet impenjati għal "persunal ieħor" kien parzjalment spjegat mill-ħtieġa fiż-żieda ta' interpretazzjoni esterna fl-2016 (EUR 2,2 miljun aktar matul l-2015); jinnota barra minn hekk, li għal-laqgħat tal-gruppi politiċi u tal-kumitati, hemm nuqqas ta' interpretazzjoni għal-lingwi kollha minħabba r-regoli tal-allokazzjoni; josserva, fl-aħħar nett, li l-flessibbiltà limitata fl-użu effiċjenti tal-kapaċità ta' interpretazzjoni hija l-kawża parzjali għal bidliet fl-iskedar tal-laqgħat tal-kumitati li minħabba f'hekk ħafna minnhom saru f'sigħat irregolari;

94.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Bureau adotta "Strateġija għall-Modernizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Konferenzi" fil-Parlament, li ressaqlu s-Segretarju Ġenerali; jirrikonoxxi li l-istrateġija tipprevedi punt ta' kuntatt uniku u sostenn lill-organizzaturi tal-konferenzi u għandha tkun sostnuta minn servizz ta' konferenzi integrat bl-użu ta' pjattaforma informatika personalizzata; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li għall-faċilitajiet tekniċi tas-swali tal-laqgħat, għandhom jiġu stabbiliti progressivament servizz ċentralizzat ta' assistenza waqt li jkun għaddej avveniment kif ukoll servizz ċentralizzat ta' ġestjoni u sostenn;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi

95.  Ifakkar li l-Bureau, waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2015, approva approċċ ġdid bil-għan li jżid l-orjentament lejn il-klijenti u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-Membri billi jintroduċi żewġ strumenti ġodda, "il-Portal tal-Membri tal-PE" u l-"e-Portal"; jilqa' pożittivament l-implimentazzjoni "tal-Portal tal-Membri tal-PE", front desk uniku li jintegra s-servizzi kollha relatati mal-formalitajiet marbuta mad-drittijiet finanzjarji u soċjali, li sar totalment operattiv f'Lulju 2016; jinnota li l-verżjoni elettronika online "tal-Portal tal-Membri tal-PE", "e-Portal", ilha aċċessibbli minn Jannar 2015 b'informazzjoni konċiża dwar ir-regoli fis-seħħ u l-istatus tad-drittijiet tal-Membri; jissottolinja li kwalunkwe simplifikazzjoni amministrattiva m'għandhiex tinkiseb biss permezz ta' trasferiment ta' parti mix-xogħol mill-persunal amministrattiv għall-Membri u l-uffiċċji tagħhom;

96.  Jitlob li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' reklutaġġ u r-rimborżi għall-missjonijiet u għall-ispejjeż ta' vjaġġar għall-assistenti lokali; jiddispjaċih li dawn il-proċessi huma spiss kumplessi u twal li jirriżultaw f'dewmien sinifikanti; jappella lid-DĠ FINS jindirizza din il-kwistjoni bħala prijorità;

97.  Jinnota li l-kuntratt attwali mas-servizz tal-ivvjaġġar tal-Parlament jiskadi fi tmiem l-2018 u li qiegħda titħejja sejħa miftuħa għall-offerti bil-għan li tintgħażel l-aġenzija tal-ivvjaġġar il-ġdida ħalli tassisti lill-Parlament fil-ġestjoni u fl-organizzazzjoni tal-vjaġġi relatati max-xogħol; jirrikjedi li l-kuntratt il-ġdid ikun fih kundizzjonijiet aktar b'saħħithom, partikolarment fir-rigward tal-prezzijiet tal-biljetti u tad-disponibbiltà f'kull ħin tal-call centre tas-servizz tal-ivvjaġġar, anki nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd; jissottolinja l-importanza ta' mekkaniżmu għall-ilmenti sempliċi u faċli għall-utent biex jenfasizza malajr in-nuqqasijiet, li jippermetti titjib rapidu għal kull problema; jenfasizza li hemm bżonn tingħata attenzjoni akbar għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Membri u l-ħtieġa tagħhom għal servizzi mfassla apposta;

98.  Iħeġġeġ lill-aġenzija tal-ivvjaġġar li jmiss biex tistinka ħalli tikseb l-iktar prezzijiet kompetittivi għall-vjaġġi relatati max-xogħol tal-Parlament;

Fond ta' Pensjoni Volontarju

99.  Jinnota li l-Fond ta' pensjoni volontarju kien stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja) u l-Membri setgħu jissieħbu magħha sa tmiem is-sitt leġiżlatura parlamentari (13 ta' Lulju 2009); jinnota li l-fond kien twaqqaf biex jipprovdi lill-Membri bi skema tal-pensjoni li qabel ma kinitx teżisti;

100.  Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-2013, li kienet valida d-deċiżjoni tal-Bureau biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u biex tkun allinjata mal-Istatut il-ġdid għall-Membri;

101.  Jinnota li l-Fond ta' pensjoni volontarju żied id-defiċit attwarjali stmat tiegħu minn EUR 286 miljun fi tmiem l-2015 għal EUR 326,2 miljun fi tmiem l-2016; ikompli josserva li, fi tmiem l-2016, il-valur ta' assi netti li għandu jitqies u l-impenn attwarjali jammontaw għal EUR 146,4 miljun u EUR 472,6 miljun rispettivament; josserva li dan il-passiv futur previst jinfirex fuq bosta deċennji iżda josserva li l-ammont totali mħallas fl-2016 mill-Fond ta' pensjoni volontarju jammonta għal EUR 16,6 miljun;

102.  Jirrimarka li għall-ħames snin li ġejjin, l-għadd ta' Membri li ser jilħqu l-età tal-irtirar u li se jkunu intitolati għal pagamenti peress li kkontribwew għall-fond, u jekk wieħed jassumi li l-ebda benefiċjarju ma jiġi (ri)elett fl-2019 jew inkella jieħu mandat Ewropew vakanti, l-għadd ta' pensjonanti ġodda se jkun ta' 21 fl-2018, 74 fl-2019, 21 fl-2020, 12 fl-2021 u 17 fl-2022;

103.  Jiddispjaċih li għadha mhix disponibbli valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond ta' pensjoni volontarju; ifakkar li l-paragrafu 109 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza  għas-sena finanzjarja tal-2015 u l-paragrafu 112 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja tal-2014 jitolbu valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond ta' pensjoni volontarju; jistieden lill-Bureau jagħmel valutazzjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018 tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond ta' pensjoni volontarju;

104.  Itenni l-problemi kontinwi rigward il-Fond ta' pensjoni volontarju u jitlob lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jieħdu azzjoni, sabiex tiġi evitata insolvenza bikrija tiegħu filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq il-baġit tal-Parlament;

105.  Jinnota li l-Parlament huwa l-garanti tal-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu; jilqa' l-aħbar mis-Segretarju Ġenerali li ppreżenta pjan ta' azzjoni lill-Bureau;

106.  Josserva li, meta jitqies il-livell attwali tal-fond tal-assi finanzjarji, flimkien ma' obbligi ta' pagament annwali futuri tiegħu u l-evoluzzjoni tar-rata ta' ritorn tal-investimenti tiegħu fuq is-swieq finanzjarji, id-data mistennija tal-insolvenza tal-Fond ta' pensjoni volontarju hija stmata li se sseħħ bejn l-2024 u l-2026;

Allowance għan-Nefqa Ġenerali

107.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau li joħloq grupp ta' ħidma adhoc għad-definizzjoni u l-pubblikazzjoni tar-regoli dwar l-użu tal-allowance għan-nefqa ġenerali; ifakkar fl-aspettattivi msemmija mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017(16) u tal-25 ta' Ottubru 2017(17) dwar il-baġit 2018, li fihom jitlob aktar trasparenza dwar l-allowance għan-nefqa ġenerali u ħtieġa biex issir ħidma dwar definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament; itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jagħmel malajr il-bidliet konkreti li ġejjin fir-rigward tal-allowance għan-nefqa ġenerali:

   li l-allowance għan-nefqa ġenerali għandha f'kull każ titpoġġa f'kont tal-bank separat;
   li l-irċevuti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-allowance għan-nefqa ġenerali għandhom jinżammu mill-Membri;
   li l-parti li ma tintefaqx mill-allowance għan-nefqa ġenerali għandha tingħata lura ma' tmiem il-mandat tal-Membru;

108.  Ifakkar fil-prinċipju tal-indipendenza tal-mandat tal-Membru; jissottolinja li hija r-responsabbiltà tal-Membri eletti li jużaw l-infiq għal attivitajiet parlamentari u li huwa possibbli li l-Membri, li jixtiequ jagħmlu dan, jippubblikaw ir-rendikont ta' x'nefqu mill-allowance għan-nefqa ġenerali fuq is-siti web personali tagħhom;

109.  Jemmen li kwalunkwe reviżjoni tal-allowance għan-nefqa ġenerali għandha tqis rakkomandazzjonijiet preċedentement adottati fil-plenarja dwar it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont finanzjarju;

Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku

110.  Ifakkar li pilastru strateġiku fundamentali għall-Parlament f'dinja ta' komunikazzjoni miftuħa qiegħed isaħħaħ is-sigurtà fil-qasam tal-ICT; jirrikonoxxi li, fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni għaċ-ċibersigurtà, il-pilastru "kultura ta' ċibersigurtà" jiffoka fuq l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ biex jiżgura li l-utenti tal-ICT tal-Parlament ikunu informati bir-riskji u jikkontribwixxi fl-ewwel linja ta' difiża f'dan ir-rigward; jieħu nota tal-kampanja ta' sensibilizzazzjoni rigward ir-riskji fil-qasam taċ-ċibersigurtà, li tinkludi tfakkiriet viżivi mal-bini kollu tal-Parlament, artikli ppubblikati fin-newsletter interna tal-Parlament li jittrattaw iċ-ċibersigurtà u sessjonijiet ta' informazzjoni indirizzati lill-Membri, lill-assistenti u lill-persunal; madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-theddidiet kontra s-sigurtà ċibernetika; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra tal-uffiċjal kap tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-ħolqien tal-Unità tas-Sigurtà tal-ICTs li fih tim għall-ġestjoni tas-sigurtà u tim għall-operazzjonijiet ta' sigurtà; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistudja l-possibbiltà li tiġi adottata sistema ta' għarfien espert interna kompletament, anke sabiex tiġi evitata rata għolja ta' tibdil tal-persunal;

111.  Iqis li l-ewwel prijorità għas-servizzi tal-IT għandha tkun l-iżgurar ta' aċċess tajjeb għall-internet, u li bħalissa s-sistema qed tikkraxxja wisq;

112.  Jieħu nota tal-proġett "ICT3MEPs" li għandu jtejjeb is-servizzi tal-ICT offruti lill-Membri u lill-persunal tagħhom meta jkun qegħdin jagħmlu attivitajiet fid-distretti elettorali tagħhom; josserva li l-ewwel fażi tal-proġett ġiet implimentata f'Ottubru 2016 u offriet ġestjoni tal-aċċess lill-assistenti lokali; jinnota, madankollu, li fi ħdan il-proġett għad hemm lok għal titjib; jistieden lis-servizzi rilevanti jkomplu bil-proġett ta' implimentazzjoni filwaqt li jqisu l-bżonnijiet tal-utenti;

113.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-aċċess għall-Wi-Fi għall-viżitaturi tal-Parlament, li tikkostitwixxi pass ieħor lejn Parlament diġitalment aktar inklużiv; jirrimarka, iżda, li s-sigurtà tal-ICT għandha tibqa' importantissma u li n-netwerk intern tal-Parlament għandu jkun difiż minn attakki esterni potenzjalment malizzjużi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir titjib drastiku fis-servizz mogħti, partikolarment fi Strasburgu, u jistenna bil-ħerqa l-miżuri meħtieġa li se jittieħdu fil-futur qrib;

114.  Jistieden lill-Bureau, f'kooperazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC), ifassal miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju biex jiżgura tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari f'każ ta' danni jew qtugħ fis-sistema; jissottolinja l-importanza ta' lista ta' prijorità tas-servizzi li tiddetermina l-ordni li fiha s-servizzi jridu jerġgħu jiġu stabbiliti mill-iktar fis possibbli, bil-għan li servizz skeletru jibqa' jaħdem fil-każ ta' attakk ċibernetiku; jistieden lill-Bureau jiżviluppa pjan ta' kontinġenza f'każ ta' qtugħ għal żmien twil tas-sistema; jirrakkomanda li ċ-ċentri tad-data jiddiversifikaw is-siti li fihom jinsabu s-servers tagħhom sabiex titjieb is-sigurtà u l-kontinwità tas-sistemi tal-IT tal-Parlament;

115.  Itenni l-appell fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2014 u tal-2015 għall-ħolqien ta' sistema ta' twissija bikrija ta' emerġenza li tippermetti lil DĠ ITEC, f'kollaborazzjoni ma' DĠ SAFE, jibgħat komunikazzjonijiet rapidi permezz ta' SMS jew e-mail lill-Membri u lill-persunal li jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-dettalji tal-kuntatt tagħhom jitniżżlu f'lista ta' komunikazzjoni li tintuża f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza speċifiċi;

Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni

116.  Jirrikonoxxi s-sistema ottimizzata l-ġdida għall-organizzazzjoni tal-kompiti ta' sigurtà li s-Segretarju Ġenerali ppreżenta lill-Bureau f'Jannar 2018; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li din is-sistema l-ġdida tqis l-ispeċifiċità tar-rwol u l-funzjoni ta' aġenti tas-sigurtà; jittama li jkun jista' jinżamm djalogu miftuħ bil-għan li nibqgħu attenti għar-rekwiżiti ta' dan il-grupp ta' membri tal-persunal f'kuntest ta' sigurtà f'tensjoni qawwija;

117.  Jilqa' l-isforzi kontinwi biex titjieb is-sigurtà u s-sikurezza fil-binjiet tal-Parlament u madwarhom; jirrikonoxxi li s-sigurtà fi ħdan il-Parlament trid timmira li tilħaq bilanċ delikat bejn il-kunsiderazzjoni ta' teħid ta' sensiela ta' miżuri protettivi u l-introduzzjoni ta' sistema eċċessivament imsejsa fuq is-sigurtà li ddewwem l-attività tal-Parlament; jinsisti, madankollu, fuq il-fatt li s-sigurtà tal-Parlament għandha tkompli tissaħħaħ u jtenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jiggarantixxi li l-persunal jitħarreġ b'mod adegwat u jkun kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod professjonali, anki fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

118.  Jitlob li l-persunal tas-sigurtà ta' DĠ SAFE jikkontrolla b'attenzjoni l-bini kollu li għalih huma responsabbli fil-każ ta' evakwazzjonijiet, biex jiġi żgurat li jkun ġie evakwat u biex tiġi mogħtija assistenza lill-persuni li huma neqsin mis-smigħ jew li għandhom xi forma ta' diżabbiltà, meta persuni jridu jiġu evakwati;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

119.  Ifakkar li l-Bureau nieda proġett ta' Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali (EMAS) fil-Parlament fid-19 ta' April 2004; josserva li fl-2016, il-Bureau adotta politika ambjentali riveduta li tħaddan u ttenni l-impenn tal-Parlament favur titjib kontinwu kkonċentrat fuq l-ambjent;

120.  Ifaħħar l-impenn tal-Parlament favur l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jinnota li l-"Gwida tal-PE għall-Implimentazzjoni tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku", maħsub biex jgħin lill-uffiċjali awtorizzanti fil-Parlament fit-tnedija b'suċċess ta' politika u proċedura ta' akkwist ekoloġiċi, kienet approvata f'Ġunju 2016; jilqa' l-installazzjoni tal-Helpdesk interistituzzjonali għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-introduzzjoni ta' kriterji għal konsultazzjoni obbligatorja tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għal offerti pubbliċi li jaqbżu ċertu limitu finanzjarju u għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti; jinnota l-kostruzzjoni ta' ħajt veġetali fil-bini Altiero Spinelli u huwa tal-fehma li l-benefiċċji tiegħu bl-ebda mod ma jiġġustifika l-ispiża tiegħu; jitlob li s-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali tfittex soluzzjonijiet li, minbarra d-dimensjoni ekoloġika, tqis il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji;

121.  Jilqa' l-installazzjoni ta' funtani tal-ilma u ta' sistema ġdida ta' vażetti tal-ħġieġ li jistgħu jerġgħu jintużaw; jinnota li l-funtani tal-ilma ftit li xejn huma reklamati u għadhom ma ġewx installati fiż-żoni tal-uffiċċji; jiddispjaċih, minkejja l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti sabiex jitnaqqas l-iskart tal-plastik, li għadd akbar ta' ikel f'pakketti li jintremew kienu mibjugħa mill-faċilitajiet tal-catering tal-Parlament; jitlob li jkun hemm trasparenza dwar l-iskart tal-plastik iġġenerat mill-faċilitajiet tal-catering; jinnota li l-marka tal-ilma tax-xorb fil-fliexken distribwiti f'laqgħat Parlamentari inbidlet tliet darbiet f'inqas minn sentejn, fatt li ma jidhirx li huwa konformi mad-durata tas-sejħa għall-offerti mħabbra qabel u xorta għadhom fliexken tal-plastik; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni abbandunat il-politika ta' fliexken tal-plastik għall-ilma tax-xorb, u jappella lill-Parlament jippreżenta pjan biex isegwiha, speċjalment meta jitqies ir-rwol eżemplari tiegħu u fid-dawl tal-inizjattiva strateġika Ewropea dwar il-plastik;

122.  Jinnota li l-Bureau approva pjan direzzjonali, propost mis-Segretarju Ġenerali, biex il-flotta tal-karozzi tinbidel f'waħda ta' karozzi elettriċi; jirrikonoxxi li sa tmiem l-2017, nofs il-karozzi u l-minibuses kollha tal-flotta tal-Parlament għandhom ikunu vetturi elettriċi jew vetturi ibridi rikarikabbli, u li, mill-2018, kull karozza li tkun se tinxtara għall-flotta tal-karozzi tal-Parlament għandha tkun vettura elettrika jew ibrida rikarikabbli; jinnota li, fl-2020, il-karozzi kollha tal-flotta tal-karozzi tal-Parlament għandhom ikunu vetturi elettriċi jew ibridi rikarikabbli, filwaqt li fl-2021 dan għandu japplika wkoll għall-minibuses kollha tal-Parlament; jissottolinja bil-qawwa li għandha ssir analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju qabel kull tiġdid tal-flotta tal-karozzi u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għandu jkun familjari mal-analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju li kompliet l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali lejn il-flotta ta' karozzi elettriċi; jitlob li jsiru aktar sforzi għall-promozzjoni tal-mobbiltà attiva, inkluż billi jiġu offerti spazji ta' parkeġġ għar-roti aktar attraenti, aċċessibbli u sikuri;

123.  Jistieden lill-Bureau ma jillimitax ruħu għal karozzi elettriċi bħala soluzzjoni aktar ekoloġika peress li hemm xi tħassib dwar il-produzzjoni tagħhom (inkluż id-disponibbiltà suffiċjenti tar-riżorsi meħtieġa), u r-rimi ta' batteriji fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; jiddispjaċih li l-Membri ma kinux informati b'analiżi dwar fjuwils alternattivi bħalma huma l-bijofjuwils, il-fjuwils sintetiċi jew iċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu; jenfasizza li d-diversifikazzjoni ta' flotta ta' karrozzi li tirrispetta l-ambjent se tnaqqas id-dipendenza fuq fornitur wieħed u tista' tegħleb nuqqasijiet possibbli futuri fil-provvista;

124.  Jinnota li l-Parlament għandu jikkonforma mal-liġijiet applikabbli reġjonali u lokali, u jistieden lis-servizzi tal-Parlament jispjegaw fid-dettall kif implimentaw il-liġi reġjonali ta' Brussell, il-Code Bruxellois de l’air, du climat et de la maîtrise de l’énergie, speċjalment fil-qasam ta' spazji għall-parkeġġ tal-karozzi offruti lill-impjegati;

125.  Jilqa', fil-kuntest tal-politika tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn, miżuri addizzjonali li jikkumpensaw l-emissjonijiet inevitabbli; jistieden lill-Parlament jiżviluppa aktar politiki li jikkumpensaw is-CO2;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

126.  Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni(18) tiegħu jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti tal-kuntratti mingħand l-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarju jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta' valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta' offerti;

127.  Josserva li minn total ta' 219-il kuntratt mogħtija fl-2016, 77 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, li jammontaw għal valur ta' EUR 436 miljun, u 141 fuq proċeduri negozjati, li jammontaw għal valur totali ta' EUR 64 miljun; jinnota li n-numru totali ta' kuntratti mogħtija permezz ta' proċeduri negozjati kien 14 % aktar baxx fl-2016 (141 meta mqabbla ma' 151 fl-2015) bi tnaqqis fil-valur ta' 29 % (EUR 64 miljun meta mqabbla ma' EUR 90 miljun fl-2015);

128.  Jinnota li l-kuntratti mogħtija fl-2016 u fl-2015 jistgħu jinqasmu kif ġej skont it-tip:

Tip ta' kuntratt

2016

2015

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Servizzi

Forniment

Xogħlijiet

Bini

169

36

13

1

77 %

16 %

6 %

1 %

194

34

18

8

77 %

13 %

7 %

3 %

Total

219

100 %

254

100 %

Tip ta' kuntratt

2016

2015

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Servizzi

244 881 189

49 %

539 463 943

70 %

Forniment

155 805 940

31 %

78 424 245

11 %

Xogħlijiet

97 640 851

19 %

92 889 168

12 %

Bini

1 583 213

1 %

55 804 154

7 %

Total

499 911 194

100 %

766 581 510

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2016, p. 6)

129.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2016 u fl-2015 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej:

Tip ta' proċedura

2016

2015

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

70

7

141

-

1

32 %

3%

64%

-

1%

93

10

151

-

-

37 %

4 %

59 %

-

-

Total

219

100 %

254

100 %

Tip ta' proċedura

2016

2015

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Valur (f'EUR)

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

406 408 732

29 190 756

64 284 705

-

27 000

81 %

6 %

13 %

-

0 %

636 333 284

40 487 367

89 760 859

-

-

83 %

5 %

12 %

-

-

Total

499 911 194

100 %

766 581 510

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2016, p. 8)

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

130.  Jinnota li, fl-2016, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

2016

2015

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

EPP

17 400

8 907

18 303

105,19 %

8 005

17 440

10 198

17 101

98,06 %

8 745

S&D

15 327

5 802

15 713

102,51 %

5 417

15 256

5 748

15 379

100,81 %

7 633

ECR

6 125

2 518

5 835

95,25 %

2 809

5 959

1 614

5 065

84,99 %

2 779

ALDE

5 759

2 366

6 448

111,98 %

1 676

5 692

2 517

5 865

103,03 %

2 839

GUE/NGL

4 340

1 729

4 662

107,43 %

1 407

4 305

1 256

3 832

89,02 %

2 156

Verts/ALE

4 180

1 557

3 921

93,82 %

1 815

4 153

1 293

3 890

93,67 %

2 078

EFDD

3 820

1 873

2 945

77,10 %

1 910

3 843

1 643

3 629

94,45 %

1 919

ENF**

-

-

-

-

-

1 587

0

827

52,09 %

793

Membri mhux affiljati

772

216

616

79,90 %

257

1 627

533

1 001

61,51 %

214

Total***

57 723

24 968

58 443

101,25 %

23 296

59 860

24 803

56 588

94,53 %

29 155

* l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

** l-ammonti finali tal-ispejjeż eleġibbli relatati mal-Grupp ENF se jkunu stabbiliti fi stadju aktar tard

*** it-total ma jinkludix l-ammonti relatati mal-Grupp ENF

131.  Jinnota bi tħassib, fil-każ ta' grupp politiku wieħed, li l-awditur estern indipendenti ħareġ opinjoni kwalifikata ta' awditjar; jinsab partikolarment imħasseb li l-awditur identifika nuqqas ta' konformità mar-"Regoli dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet mill-partita baġitarja 4 0 0" fil-każijiet ta' spejjeż li għalihom ma setgħetx tinkiseb dokumentazzjoni ġustifikattiva adegwata, kif ukoll fil-każijiet li fihom l-obbligi tal-akkwist ma ġewx rispettati minn 10 fornituri ta' servizzi;

132.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

133.  Jinnota li, fl-2016, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2, attribwita lill-partiti politiċi, intużaw kif ġej(19):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji

Għotja tal-PE

Dħul totali(20)

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riservi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 734

6 918

10 650

85 %

304

Partit tas-Soċjalisti Ewropew

PSE

1 408

7 154

9 512

85 %

12

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

611

2 337

3 162

85 %

88

Partit tal-Ħodor Ewropej

PĦE

502

1 795

2 587

85 %

78

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AKRE

472

2 292

3 232

85 %

-240

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

335

1 594

2 119

85 %

25

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

107

518

625

85 %

4

Demokratiċi tal-UE

DUE

54

238

341

85 %

11

Alleanza Ħielsa Ewropea

ALE

158

777

1 008

85 %

5

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

109

493

665

85 %

0

Alleanza Ewropea għal-Libertà

AEL

68

391

459

85 %

-40

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

61

229

391

85 %

0

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MENL

189

785

1 020

85 %

0

Alleanza għall-Paċi u l-Libertà

APL

62

329

391

85 %

-5

Total

 

5 870

25 850

36 160

85 %

242

134.  Jinnota li, fl-2016, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3, attribwita lill-fondazzjonijiet politiċi, intużaw kif ġej(21):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

965 665

4 878 174

5 843 839

85 %

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

1 041 910

4 430 253

5 472 163

84 %

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

248 996

1 126 430

1 375 426

85 %

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

204 866

1 090 124

1 294 990

85 %

Nittrasformaw l-Ewropa

NE

XE

217 209

901 484

1 118 693

85 %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

50 690

272 033

322 724

85 %

Ċentru Maurits Coppieters

ĊMC

ALE

71 952

318 411

390 362

85 %

Direzzjoni Ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

AKRE

316 916

1 503 964

1 820 880

85 %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

FEL

AEL

41 923

226 828

268 751

85 %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea*

OKIE

DUE

21 702

126 727

148 429

99 %

Fondazzjoni Politika Kristjana għall-Ewropa

SALLUX

MPKE

61 024

326 023

387 047

85 %

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

37 896

184 685

222 581

85 %

Fondazzjoni għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà

FENL

MENL

96 726

549 357

646 084

85 %

Europa Terra Nostra

ETN

APL

37 461

151 403

188 864

85 %

Total**

 

 

3 414 937

16 085 895

19 500 832

85 %

(*) L-għotja finali għall-OKIE tirrappreżenta 99 % tan-nefqa, billi wħud minnhom kienu riklassifikati bħala nefqa mhux eleġibbli b'hekk tbaxxa t-total ta' nefqa eleġibbli.

(**) It-tabella ma tinkludix iċ-ċifri għall-IDDE minħabba l-proċedura ta' tmiem tal-għotja fl-2016. Għadha għaddejja d-deċiżjoni dwar l-għotja.

 

 

 

 

 

 

135.  Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet identifikati riċentement li saru b'rabta man-nefqa u r-riżorsi proprji ta' għadd ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

136.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni; iqis, madankollu, li dawn l-irregolaritajiet huma ristretti għal għadd limitat ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi; huwa tal-fehma li dawn l-irregolaritajiet m'għandhomx iqajmu dubji dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi oħra; huwa tal-fehma li hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-Parlament;

137.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta, sal-1 ta' Mejju 2018, lill-kumitati responsabbli dwar il-miżuri kollha meħuda fil-ġlieda kontra l-abbuż tas-sussidji mogħtija;

138.  Jitlob li l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li għadha kif ġiet stabbilita tippreżenta lill-Parlament rapport ta' progress wara l-ewwel sena ta' attività tagħha, jiġifieri l-2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-awtorità jkollha għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi neċessarji biex taqdi dmirijietha.

139.  Iqis li, fejn il-persuni jiġu impjegati mill-partiti u l-fondazzjonijiet, id-dritt tax-xogħol u l-leġiżlazzjoni soċjali tal-Istat Membru fejn isir ix-xogħol jridu jiġu rrispettati b'mod sħiħ; jitlob li l-awditi interni jinkludu analiżi ta' dan l-aspett;

(1) ĠU L 48, 24.2.2016.
(2) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(3) ĠU C 266, 11.8.2017, p. 1.
(4) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.
(5) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) PE 422.541/Bur.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(9) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p.1).
(10) ĠU L 252, 29.9.2017, p. 3.
(11) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 3.
(12) ĠU C 436, 24.11.2016, p. 2.
(13) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 tat-23 taFrar 2009 li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 55, 27.2.2009, p. 1).
(14) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(15) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p.177.
(16) Testi adottati, P8_TA(2017)0114.
(17) Testi adottati, P8_TA(2017)0408.
(18) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(19) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR
(20) id-dħul totali jinkludi r-riport tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju
(21) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR


Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
PDF 358kWORD 55k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2017/2138(DEC))
P8_TA(2018)0125A8-0116/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0249/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0116/2018),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2017/2138(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0116/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jinnota li, fir-Rapport Annwali 2016 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġewx identifikati dgħufijiet sinifikanti rigward it-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-proċeduri ta' akkwist għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill;

2.  Jieħu nota li, fl-2016, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom baġit globali ta' EUR 545 054 000 (EUR 541 791 500 fl-2015), b'rata medja ta' implimentazzjoni ta' 93,5 %; jieħu nota taż-żieda ta' EUR 3,3 miljun (ekwivalenti għal 0,6 %) fil-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għall-2016;

3.  Itenni li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu sseparati bil-għan li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u jittejjeb l-obbligu ta' rendikont taż-żewġ istituzzjonijiet;

4.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-bidla fundamentali li rnexxiet lejn ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni fl-ippjanar tal-baġit min-naħa tal-Kummissjoni, introdotta mill-Viċi President Kristalina Georgieva f'Settembru 2015 bħala parti mill-inizjattiva "Baġit tal-UE iffukat fuq ir-Riżultati"; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill japplikaw il-metodu għall-proċedura ta' ppjanar tal-baġit tagħhom stess;

5.  Jiddispjaċih li l-Ombudsman Ewropew, fl-inkjesta strateġika tagħha dwar “It-trasparenza tal-Kunsill fil-proċess leġiżlattiv” (OI/2/2017/TE) konkluża fid-9 ta' Frar 2018, sabet li l-prattika kurrenti tal-Kunsill li tinibixxi skrutinju tal-abbozzi ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni tikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet u mas-suġġerimenti tal-Ombudsman għal titjib li jiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti; jissottolinja l-importanza tat-trasparenza biex il-Kunsill jagħti rendikont liċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rwol tiegħu bħala leġiżlatur tal-Unjoni; jitlob li jkun infurmat dwar ir-risposta tal-Kunsill u l-progress tal-proċedura;

6.  Jieħu nota li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għad-delegazzjonijiet u għall-interpretar kienu għadhom jirrappreżentaw rata sostanzjali ta' sottonfiq fl-2016 fi ħdan id-DĠ għall-Amministrazzjoni; jieħu nota ta' politika ġdida li qed tiġi nnegozjata mal-Istati Membri biex din il-problema tingħeleb;

7.  Jistieden lill-Kunsill jipprovdi d-dettalji sħaħ dwar ir-riżorsi umani u dwar il-faċilitajiet għad-dispożizzjoni tal-mekkaniżmu ATHENA, u jiggarantixxi l-ogħla livell ta' trasparenza rigward dak il-mekkaniżmu;

8.  Isostni t-tħassib tiegħu dwar l-ammont kbir ħafna ta' approprjazzjonijiet li ġew riportati mill-2016 għall-2017, b'mod partikolari dawk relatati mal-għamara teknika, mat-tagħmir u mas-sistemi tal-kompjuter; ifakkar lill-Kunsill li r-riporti huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-annwalità u li għandhom jirriflettu ħtiġijiet reali;

9.  Itenni t-talba tiegħu li l-istampa ġenerali tar-riżorsi umani tkun analizzata skont il-kategorija, il-grad, is-sess, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali;

10.  Jinnota l-eżistenza ta' politika ta' bilanċ bejn is-sessi fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK); jilqa' t-tendenza pożittiva tar-rappreżentanza tan-nisa fil-karigi maniġerjali, li laħqet 31 % fi tmiem l-2016; jistieden lill-Kunsill jibqa' għaddej bil-politika ta' bilanċ bejn is-sessi biex jimxi lejn rappreżentanza tassew bilanċjata taż-żewġ sessi fil-karigi maniġerjali;

11.  Jilqa' l-informazzjoni dwar l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali għolja tas-SĠK li ħallew is-servizz(6) fis-sena 2016;

12.  Jieħu nota li, fl-2016, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ippubblika d-Deċiżjoni 3/2016 tiegħu li tadotta regoli interni għar-rapportar ta' irregolaritajiet serji – Proċeduri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 22a, 22b u 22c tar-Regolamenti tal-Persunal (‘l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta’); ifakkar li l-protezzjoni tal-informaturi hija kwistjoni li tittieħed bis-serjetà fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni, u li dejjem għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa;

13.  Jesprimi l-ħtieġa li jiġi stabbilit korp indipendenti għal żvelar, pariri u riferiment, b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, sabiex jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jħares il-kunfidenzjalità tagħhom u joffrilhom l-appoġġ u l-pariri li jeħtieġu;

14.  Josserva li l-objettiv tal-Kunsill li jikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali billi jagħmel tnaqqis ta' 5 % fit-tabella tal-persunal tiegħu tul il-perjodu ta' ħames snin intlaħaq fl-1 ta' Jannar 2017;

15.  Jinnota bi tħassib li d-dewmien fit-tlestija tal-binja Europa kellu impatt sinifikanti fuq il-baġit tal-2016 tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill; jitlob li jiġi infurmat dwar l-impatt finanzjarju kumplessiv tad-dewmien; jiddispjaċih li għad hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar il-politika tal-bini u dwar in-nefqiet relatati, li għandhom ikunu pubbliċi bħala sinjal ta' trasparenza għaċ-ċittadini Ewropej;

16.  Itenni t-talba tiegħu li l-politika tal-bini tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tiġi pprovduta lill-awtorità ta' kwittanza; jieħu nota b'sodisfazzjon li s-SĠK kiseb iċ-ċertifikazzjoni EMAS fl-2016 għall-binjiet tiegħu;

17.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma sseħibx fir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni, minkejja li huwa fost l-aktar istituzzjonijiet importanti involuti fil-proċess deċiżjonali tal-Unjoni; għalhekk jappella għal eżitu b'suċċess tan-negozjati interistituzzjonali bejn il-Presidenza tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Parlament u tal-Kummissjoni li jwasslu lill-Kunsill biex finalment jissieħeb fir-reġistru tat-trasparenza;

18.  Jiddispjaċih għad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; josserva li, f'dan il-waqt, ma tista' ssir l-ebda previżjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji, amministrattivi, umani u ta' xort'oħra relatati mal-ħruġ, u jitlob lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill jagħmlu valutazzjonijiet tal-impatt u jinformaw lill-Parlament dwar ir-riżultati sa tmiem l-2018;

Il-qagħda kurrenti

19.  Jinnota li ċ-ċaħda tal-għoti ta' kwittanza sal-lum ma wasslet għall-ebda tip ta' konsegwenza; jenfasizza li s-sitwazzjoni għandha tiġi riżolta malajr kemm jista' jkun, fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni eletta direttament miċ-ċittadini tal-Unjoni u li r-rwol tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza jorbot direttament mad-dritt taċ-ċittadini li jkunu infurmati dwar kif qed jintefqu l-flus pubbliċi;

20.  Jinnota li, fil-11 ta' Settembru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-Parlament ippreżenta lill-Konferenza tal-Presidenti (KtP) tal-Parlament proposta għan-negozjar ta' ftehim mal-Kunsill dwar il-proċedura ta' kwittanza tal-baġit;

21.  Jinnota li, fid-19 ta' Ottubru 2017, il-KtP approvat it-talba li l-President tal-Kumitat CONT u l-koordinaturi tal-gruppi politiċi jingħataw mandat biex jibdew negozjati f'isem il-Parlament bil-ħsieb li jinkiseb ftehim reċiprokament sodisfaċenti dwar il-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill rigward il-proċedura ta' kwittanza, b'rispett sħiħ għar-rwol differenti taż-żewġ istituzzjonijiet f'din il-proċedura;

22.  Jinnota wkoll li, fid-9 ta' Novembru 2017 intbagħtet ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li fiha ġie mistieden jissottometti l-proposta tal-Parlament lill-korp responsabbli tal-Kunsill sabiex jinbdew negozjati skont it-termini approvati mill-KtP;

23.  Jinnota li, sadanittant, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ġie mistieden mill-CONT biex jattendi l-iskambju ta' fehmiet mas-segretarji ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra, li sar l-4 ta' Diċembru 2017, u li kwestjonarju bil-miktub intbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2017; jiddispjaċih ħafna li l-Kunsill itenni l-pożizzjoni tiegħu li ma jattendix l-iskambju ta' fehmiet, u li l-kwestjonarju mibgħut lis-servizzi tal-Kunsill b'mistoqsijiet mill-Membri tal-Parlament għadu bla tweġiba;

24.  Ifakkar li l-proċedura tal-għoti ta' kwittanza b'mod separat lill-istituzzjonijiet u lill-korpi individwali tal-Unjoni hija prattika stabbilita minn żmien ilu u aċċettata mill-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha għajr il-Kunsill, u li din il-proċedura ġiet żviluppata biex tiggarantixxi t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont demokratiku fil-konfront taċ-ċittadini tal-UE;

25.  Itenni li l-Kunsill jeħtieġlu jieħu sehem sħiħ u b'rieda tajba fil-proċedura ta' kwittanza annwali, bħalma jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra, u jiddispjaċih għad-diffikultajiet li nqalgħu sal-lum fil-proċeduri ta' kwittanza;

26.  Jenfasizza li, skont it-Trattati, il-Parlament huwa l-unika awtorità tal-kwittanza tal-Unjoni, u li, b'rikonoxximent sħiħ tar-rwol tal-Kunsill bħala istituzzjoni li tagħti rakkomandazzjonijiet fil-proċedura ta' kwittanza, trid tinżamm distinzjoni fir-rigward tar-rwoli differenti tal-Parlament u l-Kunsill biex ikun hemm konformità mal-qafas istituzzjonali stabbilit fit-Trattati u fir-Regolament Finanzjarju;

27.  Ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra wara li jikkunsidra d-dokumenti pprovduti u r-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet, u wara li jisma' lis-segretarji ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra; jiddispjaċih li l-Parlament ripetutament jiltaqa' ma' problemi biex jirċievi risposti mill-Kunsill;

28.  Iqis li superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill, u jistenna b'interess il-bidu tan-negozjati bil-għan li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti għaż-żewġ naħat;

29.  Jinnota li n-nomina tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikoli 253 u 254 tat-TFUE; jirrileva li, għall-prestazzjoni tal-QtĠ-UE, huwa importanti li n-nomina u l-ħatra tal-imħallfin isiru f'waqthom; jitlob regola ġdida li tistabbilixxi skadenza speċifika għan-nomina (jew ir-rinomina) ta' mħallef sew qabel tmiem il-mandat tiegħu, u jistieden lill-Kunsill biex jiżen il-kostijiet u l-benfeċċji fil-ħatra ta' mħallfin ġodda tal-QtĠ-UE; jikkritika n-nomina irregolari, mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet, ta' żewġ imħallfin għat-Tribunal tas-Servizz Ċivili għal mandat li, barra minn hekk, dam biss mill-14 ta' April 2016 sal-31 ta' Awwissu 2016; jinnota b'dispjaċir li l-ispejjeż assoċjati ma' wieħed minn dawk l-imħallfin li bdew u temmew "il-mandat ta' 4 xhur" tagħhom ammontaw għal EUR 69 498,25, minbarra s-salarju tal-imħallef; jikkundanna dan il-ħala ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni;

30.  Jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell, sentenza tat-23 ta' Jannar 2018 fil-Kawża T-639/16 P)(7) ikkunsidrat li t-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, ikkostitwita biex tinkludi wieħed mill-imħallfin b'mandat "ta' 4 xhur" kienet irregolari, hekk li invalidat id-deċiżjoni li għaliha tirreferi s-sentenza msemmija kif ukoll kull deċiżjoni ulterjuri tat-Tieni Awla f'dik il-kompożizzjoni; jistaqsi lill-QtĠ-UE liema deċiżjonijiet tat-Tieni Awla f'dik il-kompożizzjoni huma affettwati mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali; jesiġi li l-Kunsill jikkummenta dwar dan is-saram u jikkjarifika min hu responsabbli għalih.

(1) ĠU L 48, 24.2.2016.
(2) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(3) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.
(4) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) It-tielet u r-raba' paragrafi tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(7) ECLI:EU:T:2018:22.


Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
PDF 386kWORD 62k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2017/2139(DEC))
P8_TA(2018)0126A8-0122/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0356 – C8-0250/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0122/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2017/2139(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0122/2018),

1.  Jinnota li fir-Rapport Annwali tagħha 2016, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE);

2.  Jinnota l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jilqa' l-ġestjoni finanzjarja kumplessivament prudenti u soda tal-QtĠ-UE fil-perjodu tal-baġit tal-2016; jesprimi appoġġ għall-bidla fundamentali lejn ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni fl-ippjanar tal-baġit tal-Kummissjoni, introdotta f'Settembru 2015 mill-Viċi President Kristalina Georgieva bħala parti mill-inizjattiva "Baġit tal-UE ffukat fuq ir-Riżultati"; iħeġġeġ lill-QtĠ-UE tapplika l-metodu għall-proċedura ta' ppjanar tal-baġit tagħha stess;

4.  Jinnota li, skont il-proċedura ta' kwittanza attwali, il-QTĠ-UE tippreżenta r-rapporti ta' attività annwali lill-Qorti tal-Awdituri f'Ġunju, il-Qorti tal-Awdituri mbagħad tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament f'Ottubru, u sa Mejju ssir votazzjoni dwar il-kwittanza mill-Parlament fis-sessjoni plenarja; jinnota li, sakemm il-kwittanza ma tiġix differita, jgħaddu mill-inqas 17-il xahar bejn l-għeluq tal-kontijiet annwali u l-għeluq tal-proċedura ta' kwittanza; jirrimarka li l-awditjar fis-settur privat isegwi skeda ta' żmien ħafna iqsar; jenfasizza li l-proċedura ta' kwittanza jeħtiġilha tiġi ssimplifikata u mħaffa; jitlob lill-QtĠ-UE u lill-Qorti tal-Awdituri jsegwu l-aħjar prattika fis-settur privat; jipproponi, f'dan ir-rigward, li l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' rapporti ta' attività annwali tkun il-31 ta' Marzu tas-sena li tiġi wara s-sena kontabilistika u dik għall-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri tkun l-1 ta' Lulju; jipproponi wkoll li jsir rieżami tal-iskeda taż-żmien għall-proċedura ta' kwittanza kif stabbilita fl-Artikolu 5 tal-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sabiex il-votazzjoni dwar il-kwittanza ssir fis-sessjoni parzjali tal-Parlament f'Novembru, biex b'hekk tagħlaq il-proċedura ta' kwittanza matul is-sena ta' wara s-sena kontabilistika inkwistjoni;

5.  Jinnota li fl-2016, il-QtĠ-UE kellha approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 380 002 000 (meta fl-2015 dawk kienu jammontaw għal EUR 357 062 000) u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 98,2 %; jirrikonoxxi r-rata għolja ta' użu; jinnota, madankollu, tnaqqis żgħir meta mqabbel mas-snin preċedenti;

6.  Jinnota li d-dħul stmat tal-QtĠ-UE għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 51 505 000 filwaqt li l-intitolamenti stabbiliti kienu 3,1 % inqas minn dak stmat (EUR 49 886 228); jinnota li d-differenza ta' EUR 1,62 miljun hija prinċipalment dovuta għal wasla tard fl-2016 ta' 16 minn 19-il imħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali;

7.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja konsistentement tistima b'aktar l-impenji tagħha għal missjonijiet, fejn fl-2016 impenjat EUR 342 000 meta l-pagamenti kienu EUR 157 974 biss; jistieden lill-QtĠ-UE biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba sabiex tevita diskrepanza simili fil-futur;

8.  Jinnota li l-baġit tal-QtĠ-UE huwa fil-biċċa l-kbira amministrattiv: 75 % minnu jintuża għal infiq relatat mal-persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni waqt li l-bqija jintuża għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u l-funzjonijiet speċjali mwettqa mill-istituzzjoni; jinnota li, wara t-talba tal-Parlament, il-QtĠ-UE talbet lis-servizzi amministrattivi tagħha jintroduċu l-prinċipju tal-ibbaġitjar ibbażat fuq ir-riżultati fil-qasam ta' attività tagħhom; jitlob lill-QtĠ-UE tkompli tapplika dan il-prinċipju fl-operazzjonijiet amministrattivi ta' kuljum tagħha, u biex tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-esperjenzi tagħha, u r-riżultati miksuba;

9.  Jilqa' l-intenzjoni tal-QtĠ-UE li tfassal rapport dwar il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali sas-26 ta' Diċembru 2020, il-fatt li ser ikun involut konsulent estern, u li r-rapport ser jiġi ppreżentat lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

10.  Jieħu att tal-attività ġudizzjarja tal-QtĠ-UE fl-2016, fejn kien hemm 1604 kawżi mressqa quddiem it-tliet qrati u 1628 kawża magħluqa dik is-sena, li huwa numru inferjuri għal dak tal-2015 fejn ingħalqu 1775 kawża; jinnota wkoll li t-tul medju tal-proċedimenti kien ta' 16,7 xahar, jiġifieri ftit itwal minn dak tal-2015 (16,1 xahar); jilqa' l-fatt li minħabba r-riforma tal-QtĠ-UE ż-żmien medju meħud biex tiġi deċiża kawża fl-2017 kien ta' 16-il xahar; ifakkar fil-ħtieġa li jkunu garantiti l-kwalità u l-ħeffa tad-deċiżjonijiet tal-QtĠ-UE, sabiex tiġi evitata kwalunkwe nefqa sinifikanti għall-partijiet ikkonċernati minħabba t-tul ta' żmien eċċessiv meħud; itenni l-importanza tat-tnaqqis tal-lista ta' kaw