Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0291(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0321/2018

Testi mressqa :

A8-0321/2018

Dibattiti :

PV 24/10/2018 - 23
CRE 24/10/2018 - 23
PV 17/04/2019 - 20
CRE 17/04/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.8
CRE 25/10/2018 - 13.8
PV 18/04/2019 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0424
P8_TA(2019)0427

Testi adottati
PDF 855kWORD 87k
Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija ***I
P8_TA-PROV(2018)0424A8-0321/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (COM(2017)0653 – C8-0393/2017 – 2017/0291(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Fl-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi21, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCC), li saret f’Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Dan jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom permezz tal-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa.
(2)  Fl-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi21, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCC), li saret f’Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Dan jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom miżuri li jappoġġaw bidla modali lejn it-trasport pubbliku, u permezz tal-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa.
_________________
_________________
21 COM(2016) 501 finali.
21 COM(2016) 501 finali.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva: aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"23, din il-proposta hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dan il-pakkett, li qed jiġi ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha" fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-UE taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-UE.
(4)  Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva: aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"23, din il-proposta hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dan il-pakkett, li qed jiġi ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha" fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-UE taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-UE. Il-promozzjoni ta' vetturi sostenibbli jenħtieġ li ssir b'mod parallel mal-iżvilupp ulterjuri tat-trasport pubbliku, bħala l-aktar mod rapidu u kosteffiċjenti biex jitnaqqas l-għadd ta' vetturi fit-triq u konsegwentement biex tittejjeb il-kwalità tal-arja u jitnaqqsu l-emissjonijiet.
_________________
_________________
23 COM (2017) 283 finali.
23 COM (2017) 283 finali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  L-innovazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi u tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Jekk tiżdied l-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi, aktarx li din iż-żieda tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u li trawwem il-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
(5)  L-innovazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, u jitnaqqas it-tniġġis akustiku filwaqt li tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Żieda fl-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi se tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u b'hekk ittejjeb il-kwalità tal-arja fil-bliet u f'żoni oħra mniġġsa, filwaqt li tikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi u tiżgura l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jrid ikun il-prinċipju verament bażiku ta' kwalunkwe sforz sabiex jiġi żgurat u stimulat ambjent kompetittiv u jitħeġġu aktar riċerka u innovazzjoni f'dan il-qasam. Sabiex jitnaqqsu t-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku u jiġu ssodisfati l-istandards tal-Kwalità tal-Arja tal-UE f'żoni urbani u rurali, huma meħtieġa politiki u miżuri konkreti u ambizzjużi, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku ta' vetturi b'emissjonijiet nodfa.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Stimi għal meta se sseħħ il-parità monetarja tal-prezz bejn vetturi b'magna b'kombustjoni interna (ICEVs) u vetturi elettriċi mħaddma bil-batterija (BEVs) se jvarjaw bejn l-2020 u l-2028. Barra minn hekk, diversi fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali (OEMs) iddikjaraw eżempji ta' parità monetarja tal-prezz għal xi mudelli ġodda fl-2020. Abbażi tal-ispejjeż operattivi aktar baxxi ta' BEVs, il-punt tal-parità monetarja tal-ispiża totali tas-sjieda (TCO) se jiġi qabel is-sena tal-parità monetarja tal-prezz tax-xiri, tipikament b'sentejn sa sitt snin.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)   Il-previżjonijiet tas-suq ibassru li l-vetturi nodfa, bħall-karozzi kompletament elettriċi, se jonqsu fil-prezz b'mod sostanzjali u jsiru kompetittivi ħafna u anki irħas biex jitħaddmu minn vetturi konvenzjonali fis-snin wara l-2020, b'mod partikolari meta jitqies il-kost totali tas-sjieda, minħabba l-kost imnaqqas tal-batteriji iżda wkoll tnaqqis ieħor fil-kostijiet li se jirriżulta minħabba kostijiet aktar baxxi tal-fjuwil u kostijiet aktar baxxi ta' manutenzjoni marbuta mat-tħaddim ta' vettura elettrika.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5c (ġdida)
(5c)   Filwaqt li l-Unjoni hija waħda mir-reġjuni fuq quddiem nett fir-riċerka u l-ekoinnovazzjoni ta' valur għoli, ir-Reġjun tal-Asja-Paċifiku qed jospita l-akbar produtturi tax-xarabanks u l-batteriji. Bl-istess mod, l-iżviluppi tas-suq globali f'vetturi elettriċi tal-batterija huma xprunati mis-swieq fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, li flimkien jammontaw għal madwar 60 % tas-suq globali, meta mqabbel ma' 28 % fl-UE. Għalhekk, huwa meħtieġ qafas ta' politika ambizzjuż tal-UE biex tiġi stimulata l-innovazzjoni u jkomplu jiġu promossi l-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru għall-vetturi nodfa u l-infrastruttura tat-teknoloġija assoċjata.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 5d (ġdida)
(5d)   L-Unjoni jeħtieġ li żżid l-inċentivi li jappoġġaw l-iżvilupp teknoloġiku ta' batteriji sostenibbli u riċiklabbli, li jenħtieġ li jiġu prodotti bil-ħsieb tal-ħtieġa li tkun imminimizzata l-impronta ambjentali tagħhom.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5e (ġdida)
(5e)   Sabiex ikunu konsistenti mal-objettivi tas-sostenibbiltà, il-batteriji jenħtieġ li jkunu prodotti bl-anqas impatti ambjentali ġewwa u barra l-Unjoni, b'mod speċjali f'dak li jirrigwarda l-proċess tal-estrazzjoni tal-materjal użat għall-manifattura tal-batteriji. Waqt il-proċess kollu ta' produzzjoni jenħtieġ li jitqiesu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq, f'konformità mar-reviżjoni tad-Direttiva 2006/66/KE, objettivi ambizzjużi għar-riċiklabbiltà tal-batteriji.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  L-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist tagħhom, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Id-Direttivi 2014/24/UE24 u 2014/25/UE25 jistabbilixxu regoli armonizzati minimi dwar l-akkwist pubbliku li jarmonizzaw il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi jixtru l-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi. B'mod partikolari, dawn jistabbilixxu limiti ġenerali għall-volum ta' kuntratti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu japplikaw ukoll għad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa.
(6)  B'kunsiderazzjoni tal-fatt li n-nefqa tal-gvern fuq l-oġġetti, ix-xogħlijiet u s-servizzi tirrappreżenta madwar 14 % tal-PDG, li jammonta għal madwar EUR 1,8 triljun kull sena, l-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist tagħhom, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Id-Direttivi 2014/24/UE24 u 2014/25/UE25 jistabbilixxu regoli armonizzati minimi dwar l-akkwist pubbliku li jarmonizzaw il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi jixtru l-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi f'konformità mar-rekwiżiti ambjentali ta' oġġetti mixtrija (inklużi l-vetturi). B'mod partikolari, dawn jistabbilixxu limiti ġenerali għall-volum ta' kuntratti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu japplikaw ukoll għad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li d-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti ċari u trasparenti u toħloq metodu sempliċi ta' kalkolu għall-miri tal-akkwist.
_________________
_________________
24 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
24 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
25 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
25 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-iċċarġjar u r-riforniment hija prerekwiżit għal kwalunkwe operazzjoni tat-trasport b'vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, inkluż għat-trasport pubbliku. Għalhekk, jenħtieġ li l-aspetti biex titħeġġeġ l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku jissaħħu fid-Direttiva 2014/94/UE. Fin-nuqqas ta' reviżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għall-infrastruttura tat-trasport pubbliku.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jobbligaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (DSOs) jippossjedu, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw u joperaw massa kritika minima ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar fid-dominju pubbliku b'aċċess b'xejn għall-fornituri tal-elettriku kollha, biex tiġi żgurata disponibbiltà suffiċjenti tal-punti tal-iċċarġjar.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 6c (ġdida)
(6c)   L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jesploraw possibbiltajiet biex jappoġġaw it-tħaddim ta' vetturi b'emissjonijiet estremament baxxi u jnaqqsu l-kostijiet tagħhom fis-servizzi pubbliċi, pereżempju billi jagħtu eżenzjonijiet jew tnaqqis minn taxxi fuq l-enerġija għal vetturi b'emissjonijiet estremament baxxi.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Il-valutazzjoni tal-impatt li saret ħarġet fid-dieher il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali għall-akkwist tal-vetturi nodfa fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jintlaħaq b'mod effettiv l-għan li jitħalla impatt fuq l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej jiġġustifikaw bis-sħiħ dan l-approċċ sakemm dan ma jkunx jippreskrivi xi teknoloġija partikolari biex tintuża mill-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti.
(8)  Il-valutazzjoni tal-impatt li saret issottolinjat il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali fir-rigward tal-akkwist tal-vetturi nodfa u effiċjenti fl-enerġija fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jintlaħaq b'mod effettiv l-għan li jitħalla impatt fuq l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej jiġġustifikaw bis-sħiħ dan l-approċċ sakemm dan ma jkunx jippreskrivi xi teknoloġija partikolari biex tintuża mill-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex ikun jinkludi prattiki bħat-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs tal-vetturi, kif ukoll kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq b'għan speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedati u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier u kif ukoll servizzi tal-posta u l-kurjer speċifiċi u servizzi tar-rimi tal-iskart, ikun żgurat li tkun kopreta kull prattika rilevanti tal-akkwist.
(9)  Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex ikun jinkludi prattiki bħat-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs u l-modifika retroattiva tal-vetturi, kif ukoll kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedat u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier u kif ukoll servizzi tal-posta u l-kurjer speċifiċi u servizzi tar-rimi tal-iskart, ikun żgurat li tkun koperta kull prattika rilevanti tal-akkwist, filwaqt li kuntratti eżistenti jenħtieġ li ma jiġux affettwati minn din id-Direttiva b'mod retroattiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina l-fattibbiltà ta' akkwist nadif f'modi oħra ta' trasport.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Kien hemm appoġġ wiesa' fost il-partijiet konċernati ewlenin għal definizzjoni ta' vetturi nodfa li tqis ir-rekwiżiti ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn vetturi ħfief u tqal. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li bl-emenda d-dispożizzjonijiet għall-akkwist pubbliku ta' dawn il-vetturi jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet għal wara l-202026. Azzjoni mwettqa skont id-Direttiva emendata se tikkontribwixxi għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn l-istandards. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku jista' jingħata stimolu addizzjonali importanti lis-suq.
(10)  Id-Direttiva emendata jenħtieġ li tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn vetturi ħfief u tqal. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li bl-emenda d-dispożizzjonijiet għall-akkwist pubbliku ta' dawn il-vetturi jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet għal wara l-202026. Azzjoni mwettqa b'mod konformi ma' din id-Direttiva se tikkontribwixxi wkoll għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn l-istandards u se tiffaċilita l-installazzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar marbuta. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku se jingħata stimolu addizzjonali importanti lis-suq.
_________________
_________________
26 COM(2017)0676.
26 COM(2017)0676.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Sabiex jinkiseb titjib fil-kwalità tal-arja fil-muniċipalitajiet, huwa kruċjali li l-flotta tat-trasport tiġġedded skont l-istandard ta' vetturi nodfa. Barra minn hekk, il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jeħtieġu l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti. Għaldaqstant, il-vetturi modifikati retroattivament skont l-istandard ta' vettura nadifa jenħtieġ li jingħaddu wkoll għall-kisba tar-rekwiżiti minimi tal-akkwist stabbiliti fit-Tabelli 4 u 5 fl-Anness.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
(10b)   Il-vetturi mingħajr emissjonijiet fl-iżbokk tal-egżost jistgħu wkoll iħallu impronta ambjentali sinifikanti minħabba l-proċess tal-manifattura tal-komponenti u l-livell ta' riċiklabbiltà jew tal-effiċjenza tal-produzzjoni tal-fjuwil. Għaldaqstant, it-teknoloġiji li jindirizzaw din l-isfida, bħall-batteriji sostenibbli u riċiklabbli, jenħtieġ li jirċievu livell ogħla ta' appoġġ f'termini tal-kisba tal-miri minimi tal-akkwist stabbiliti fit-Tabelli 4 u 5 fl-Anness. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' dawk it-teknoloġiji jenħtieġ li jiġu promossi wkoll f'politiki oħra tal-Unjoni.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 10c (ġdida)
(10c)  Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq approċċ mill-estrazzjoni sal-użu sabiex issir ġustizzja għall-katina ta' provvista kollha tal-fjuwil mill-fażi tal-estrazzjoni għall-iżbokk tal-egżost. Dan jipprovdi kont aktar preċiż tal-emissjonijiet globali ta' vettura partikolari. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-metodoloġija għar-reġistrazzjoni ta' emissjonijiet mill-estrazzjoni sal-użu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Peress li l-vetturi ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Il-valutazzjoni tal-impatt turi l-valur miżjud jekk jitħaddem approċċ ibbażat fuq il-fjuwils alternattivi sakemm jiġu stabbiliti rekwiżiti teknoloġikament newtrali fil-livell tal-Unjoni għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, kif il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi fil-ġejjieni. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tirrikonoxxi wkoll li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn żieda fil-maturità tas-suq, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju aktar bikri ta' żvilupp tas-suq.
(11)  Il-vetturi b'żewġ jew tliet roti, u dawk ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, u hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut ukoll li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn progressjoni reċenti, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju inizjali ta' żvilupp tas-suq.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tal-akkwist pubbliku biss huwa limitat u t-trasport pubbliku jikkontribwixxi biss sehem żgħir tal-emissjonijiet li joriġinaw mis-settur tat-trasport. L-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li jkunu inkoraġġuti jirregolaw ix-xiri ta' vetturi nodfa minn sidien oħra tal-flotta, bħall-kumpaniji tat-taksi, tal-kiri tal-karozzi u ride-pooling.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Jekk jiġu stabbiliti miri minimi għall-akkwist tal-vetturi nodfa sal-2025 u sal-2030 fil-livell tal-Istati Membri, dan jgħin fiċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma ġġustifikati. Il-miri minimi jappoġġaw il-ħolqien tas-swieq madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri, skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. Jenħtieġ jiġu stabbiliti miri differenti fi Stati Membri differenti skont il-kapaċità ekonimika tagħhom (il-prodott domestiku gross għal kull ras) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Jenħtieġ li l-miri minimi tal-akkwist jiġu kkumplimentati bl-obbligu tal-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti biex fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom iqisu l-aspetti enerġetiċi u ambjentali rilevanti kollha. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ta' din id-Direttiva emendata turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni.
(12)  Jekk jiġu stabbiliti miri minimi għall-akkwist tal-vetturi nodfa li jridu jintlaħqu sal-2025 u sal-2030 fil-livell tal-Istati Membri, dan jgħin fiċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma ġġustifikati. Il-miri minimi jappoġġaw il-ħolqien tas-swieq madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri, skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. Jenħtieġ jiġu stabbiliti miri differenti fi Stati Membri differenti skont il-kapaċità ekonomika tagħhom (il-prodott domestiku gross għal kull ras) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Jenħtieġ li l-miri minimi tal-akkwist jiġu kkumplimentati bl-obbligu tal-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti biex fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom iqisu l-aspetti enerġetiċi u ambjentali rilevanti kollha. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ta' din id-Direttiva emendata turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku10a, il-Parlament Ewropew stieden lill-Istati Membri jħeġġu politiki tal-akkwist pubbliku ekoloġiku permezz tax-xiri ta' vetturi mingħajr emissjonijiet (ZEVs) u vetturi b'emissjonijiet baxxi ħafna (ULEVs) mill-awtoritajiet pubbliċi għall-flotot tagħhom jew għall-programmi ta' car sharing pubbliċi u semipubbliċi u għall-eliminazzjoni gradwali tal-karozzi ġodda b'emissjonijiet ta' CO2 sal-2035;

_________________


10a ĠU C 298, 23.8.2018, p. 140.

Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex meta jkunu qed jikkonkludu l-implimentazzjoni tal-miri minimi nazzjonali tagħhom jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma u biex fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva emendata jirriflettu l-azzjoni relatata.
(13)  L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex meta jkunu qed jikkonkludu l-implimentazzjoni tal-miri minimi nazzjonali tagħhom jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma u biex fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva emendata jirriflettu l-azzjoni relatata. Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat u r-riżultati potenzjali ta' din id-Direttiva jiġu ottimizzati, jenħtieġ li tiġi pprovduta assistenza teknika xierqa lill-awtoritajiet pubbliċi.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Id-Direttiva emendata jenħtieġ li tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, u għall-promozzjoni ta' trasport bit-triq pubbliku nadif. Hi jenħtieġ li tevita li tiskoraġġixxi l-iżvilupp ta' trasport nadif mhux bit-triq bħal trammijiet u ferroviji tal-metro.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
(13b)   Il-limiti stabbiliti f'din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu implimentati mingħajr l-iżvilupp ta' prodotti kummerċjabbli u teknikament maturi. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-progress tiġi aġġornata regolarment, il-Kummissjoni tintalab tissottometti rapport kull sentejn li fih tivvaluta jekk jeżistux soluzzjonijiet kummerċjabbli għal vetturi nodfa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu kontributi finanzjarji u mhux finanzjarji akbar biex dawn il-vetturi nodfa jiddaħħlu fis-suq aktar malajr.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  Filwaqt li titqies id-differenza sinifikanti fil-marġini ta' flessibbiltà finanzjarja tal-operaturi tat-trasport privat għall-adozzjoni ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi u li potenzjalment jiswew aktar, iridu jiġu magħmula disponibbli mekkaniżmi sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tat-trasport pubbliku u privat fi proċessi ta' offerti u ta' akkwist u li l-kostijiet tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist stabbiliti f'din id-Direttiva ma jiġux imgħoddija lill-awtoritajiet lokali, b'mod partikolari fil-każ ta' muniċipalitajiet iżgħar, jew iwasslu għal esternalizzazzjoni ta' kostijiet rikorrenti ogħla permezz ta' prezzijiet ogħla tal-biljetti, taxxi lokali ogħla jew it-tnaqqis ta' servizzi tat-trasport pubbliku.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva emendata jenħtieġ jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni. Dan jenħtieġ jibda b'rapport intermedju fl-2023 u jissokta brappurtar sħiħ fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi, u mbagħad kull tliet snin: Jenħtieġ jiġi ffaċilitat rappurtar sempliċi ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq il-korpi pubbliċi individwali u tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq. Il-Kummissjoni se tiżgura rappurtar sħiħ għall-vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi jew għal vetturi oħra bi fjuwil alternattiv, fil-kuntest tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti tal-Unjoni. Il-kodiċijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti se jgħinu r-reġistrazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-offerti elettroniċi ta' kuljum, u l-monitoraġġ tagħha.
(15)  Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva emendata jenħtieġ jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni. Dan jenħtieġ jibda b'rapport preliminari mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-2023, ippreżentat fil-qafas tar-rapporti skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku u dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali, u jissokta b'rappurtar sħiħ fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi, u mbagħad kull tliet snin. Jenħtieġ jiġi ffaċilitat rappurtar sempliċi ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq il-korpi pubbliċi individwali u tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jkun fihom informazzjoni dwar il-passi meħuda biex tiġi implimentata d-Direttiva 2009/33/KE u jikkonformaw mal-kategoriji li jinsabu fil-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist tal-Unjoni Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq rapporti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll jekk il-makkinarju tas-sit ta' kostruzzjoni jistax jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE u jekk ikun xieraq, telabora metodoloġija biex tiddefinixxi "makkinarju tas-sit ta' kostruzzjoni nadif".
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Sabiex tinforma aħjar lil dawk li jfasslu l-politiki futuri fis-settur billi tipprovdilhom kont aktar preċiż tal-emissjonijiet totali ta' vettura partikolari, li jqis il-katina tal-valur kollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi metodoloġija biex jingħaddu l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi. Dawn l-emissjonijiet jenħtieġ li jitqiesu meta l-Kummissjoni twettaq rieżami tad-Direttiva 2009/36/KE u ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra relatata mal-fjuwil alternattiv.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  L-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa jista' jiżdied jekk jinħolqu miżuri ta' appoġġ pubbliku mmirat fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. Dan jinkludi skambju aħjar tal-għarfien u allinjament tal-akkwist ħalli jkunu jistgħu jitwettqu azzjonijiet fuq skala kbira biżżejjed biex jonqsu l-kostijiet u jitħalla impatt fuq is-suq. Il-possibbiltà ta' appoġġ pubbliku favur il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastrutturi meħtieġa għad-distribuzzjoni tal-fjuwils alternattivi hija rikonoxxuta fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija27. Madankollu, ir-regoli tat-Trattat, u b'mod partikolari, l-Artikoli 107 u 108 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw għal dan l-appoġġ pubbliku.
(16)  L-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa jista' jiżdied jekk jinħolqu miżuri ta' appoġġ pubbliku mmirat fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. Dan jinkludi skambju aħjar tal-għarfien u allinjament tal-akkwist ħalli jkunu jistgħu jitwettqu azzjonijiet fuq skala kbira biżżejjed biex jonqsu l-kostijiet u jitħalla impatt fuq is-suq. Il-proġetti pilota reġjonali huma ugwalment importanti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-rabta bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. Il-possibbiltà ta' appoġġ pubbliku favur il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastrutturi meħtieġa għad-distribuzzjoni tal-fjuwils alternattivi hija rikonoxxuta fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija27. Madankollu, ir-regoli tat-Trattat, u b'mod partikolari, l-Artikoli 107 u 108 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw għal dan l-appoġġ pubbliku.
_________________
_________________
27 ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.
27 ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)   Sabiex jinkiseb aktar tnaqqis tal-emissjonijiet u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġuti, fejn xieraq, li japplikaw inċentivi u mekkaniżmi differenti għall-iżvilupp tal-flotta f'setturi oħra għajr dawk regolati fid-Direttiva emendata.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 16b (ġdida)
(16b)   L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ispiża tal-konformità mal-miri minimi ta' akkwist pubbliku stabbiliti f'din id-Direttiva ma tiġix mgħoddija lill-awtoritajiet lokali u li riżorsi finanzjarji suffiċjenti jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 16c (ġdida)
(16c)   Miżuri mmirati ta' appoġġ għall-akkwist ta' vetturi nodfa huma indispensabbli. Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jespandu l-inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji tagħhom sabiex iħaffu l-adozzjoni fis-suq ta' vetturi nodfa.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 16d (ġdida)
(16d)  L-impożizzjoni ta' miri minimi tal-akkwist għal vetturi ħfief u tqal b'din id-Direttiva se teħtieġ riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Għaldaqstant, il-politika baġitarja u finanzjarja tal-Unjoni wara l-2020 jenħtieġ li tieħu kont ta' dan biex tipprovdi biżżejjed appoġġ finanzjarju għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u fir-regoli dwar finanzjament sostenibbli u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 16e (ġdida)
(16e)   Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu inċentivati jixtru vetturi nodfa u l-Istati Membri jinvestu fl-użu tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, iżda wkoll jiġi evitat ir-riskju li xiri bħal dan iwassal għal prezzijiet ogħla għall-passiġġieri, il-politika baġitarja u finanzjarja tal-Unjoni wara l-2020 jenħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-entitajiet kontraenti. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u fir-regoli dwar finanzjament sostenibbli u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jespandu l-inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji u jippjanaw awditi ambjentali, sabiex iħaffu l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi nodfa. Dawn l-isforzi se jnaqqsu l-investiment inizjali għoli għall-bidliet infrastrutturali u se jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 16f (ġdida)
(16f)   Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, l-Unjoni għandha firxa ta' fondi differenti biex tappoġġa lill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-operaturi kkonċernati fit-tranżizzjoni tagħhom lejn mobbiltà sostenibbli. Matul il-perijodu 2014-2020 l-Unjoni ddedikat EUR 13,7 biljun mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għall-finanzjament tal-mobbiltà urbana. L-Orizzont 2020, il-programm ta' riċerka tal-Unjoni, se jipprovdi madwar EUR 200 miljun għall-mobbiltà urbana u EUR 650 miljun għall-bliet intelliġenti, u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se talloka madwar EUR 200 miljun għal sejħiet għal proposti għan-nodi urbani. Skont il-QFP li jmiss, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jappoġġaw il-proġetti sostenibbli ta' mobbiltà urbana u jsaħħu s-sinerġiji meħtieġa bejn id-diversi sorsi u programmi ta' finanzjament. B'mod partikolari, ir-rabtiet bejn il-mobbiltà urbana, l-Aġenda Diġitali l-ġdida u l-Unjoni tal-Enerġija jeħtieġ li jiġu rinfurzati, bħall-possibbiltà tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) li tiffinanzja proġetti ta' sinerġija b'rata ta' kofinanzjament addizzjonali għal proġetti ta' trasport b'elementi tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet li jimplikaw potenzjal enormi għall-proġetti urbani.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 16g (ġdida)
(16g)   Jenħtieġ li jiġi promoss użu aktar immirat tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, bħalma huma l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi jew il-Faċilità Ewropea għal Trasport Nadif mill-Bank Ewropew tal-Investiment, li jistgħu jgħinu jiffinanzjaw flotot u tagħmir. Għal dan l-għan, id-disponibbiltà ta' servizzi ta' pariri tekniċi u finanzjarji lill-awtoritajiet lokali u l-operaturi, bħaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, JASPERS, JESSICA, jew l-Istrument Finanzjarju (FI) - Compass, jenħtieġ li jiġu msaħħa sabiex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali tagħhom, it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti u jinkiseb l-aħjar użu tal-fondi u l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni inkluż it-tneħħija tar-riskji għal offerti innovattivi.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 16h (ġdida)
(16h)   Jenħtieġ li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu mħeġġa wkoll jakkwistaw vetturi permezz tal-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża ("MEAT") kif deskritt fl-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE, b'kunsiderazzjoni tal-kosteffettività matul il-ħajja tal-vettura, kif ukoll l-aspetti ambjentali u soċjali.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 16i (ġdida)
(16i)   Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, il-mobbiltà u l-ippjanar urban jeħtieġ ikunu kkoordinati aħjar, bħal permezz tal-użu ta' pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli (SUMPs). Is-SUMPs huma pjanijiet li jiġu żviluppati tul il-firxa tal-oqsma ta' politika individwali u b'kooperazzjoni mal-livelli differenti ta' governanza b'kombinament ta' modi differenti ta' trasport, sikurezza fit-toroq, konsenja ta' merkanzija, ġestjoni tal-mobbiltà u sistemi ta' trasport intelliġenti. Is-SUMPs jista' jkollhom rwol importanti fil-kisba tal-miri tal-Unjoni rigward l-emissjonijiet tas-CO2, u t-tnaqqis akustiku u t-tniġġis tal-arja. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-SUMPs jenħtieġ li tkun element importanti li għandu jiġi kkunsidrat fil-finanzjament tal-proġetti tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport urban, inkluż fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva emendata. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-pariri u l-appoġġ tekniku meħtieġa fl-iżvilupp tas-SUMPs, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 16j (ġdida)
(16j)   Minbarra l-appoġġ għall-adozzjoni ta' vetturi nodfa, l-akkwisti pubbliċi jagħtu spinta qawwija lil forom ġodda ta' mobbiltà. Filwaqt li l-vetturi nodfa se jiġu inċentivati u jwasslu għall-użu ta' infrastruttura aċċelerata f'żoni urbani, id-diġitalizzazzjoni se tottimizza l-effiċjenza tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija. Il-mobbiltà multimodali u kondiviża, kif ukoll is-soluzzjonijiet ta' biljetti integrati huma strumentali fit-tranżizzjoni lejn Mobbiltà bħala Servizz.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex taġġorna d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal għal perjodu ta' ħames snin li jibda minn [Please insert the date of entry into force]. Dan il-perjodu jenħtieġ jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
imħassar
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  F'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lis-segwitu tal-effetti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi għal azzjoni ulterjuri. Għalhekk, il-Kummissjoni, abbażi tal-aħjar u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, jenħtieġ li tivvaluta l-ħtieġa ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva b'kont meħud tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi, sabiex tiżgura t-trasparenza u r-responsabilità rigward it-twettiq tal-għanijiet tal-politika, u jenħtieġ li tipproponi t-titjib neċessarju, jekk ikun meħtieġ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f'dan ir-rigward, tirrevedi wkoll leġiżlazzjoni rilevanti oħra relatata mal-fjuwils alternattivi.
______________
1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 18b (ġdida)
(18b)   Sehem kbir tal-akkwist tat-trasport pubbliku huwa relatat ma' korpi lokali tat-trasport pubbliku li ġeneralment huma f'idejn l-awtoritajiet lokali b'mezzi finanzjarji limitati. Jenħtieġ, għalhekk, li r-regoli dwar l-akkwist ta' vetturi nodfa la joħolqu piż finanzjarju addizzjonali sinifikanti u lanqas ma jwasslu għall-esternalizzazzjoni ta' kostijiet ogħla rikorrenti permezz ta' prezzijiet ogħla tal-biljetti, taxxi lokali ogħla jew it-tnaqqis tat-trasport pubbliku.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Premessa 18c (ġdida)
(18c)   L-Unjoni jeħtieġ li tipproteġi lill-manifatturi tal-UE minn kompetizzjoni inġusta f'pajjiżi terzi, fejn il-manifatturi tal-Unjoni ma għandhomx aċċess għall-offerti tal-akkwist pubbliku għax-xiri, it-twellija, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs ta' vetturi tat-trasport bit-triq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-prattiki ta' kompetizzjoni inġusta f'pajjiżi terzi u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-industrija Ewropea.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2009/33/KE
Titolu
Id-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi
Id-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq fl-akkwist pubbliku, b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 1 – paragrafu 1
(1a)   L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
Din-Direttiva teħtieġ lill-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti kif ukoll ċerti operaturi, iqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jixtru vetturi ta' trasport fuq it-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Komunità.
"Din id-Direttiva tesiġi li l-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti kif ukoll ċerti operaturi jqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jixtru, iwellu, jikru jew jixtru bin-nifs jew jimmodifikaw b'mod retroattiv vetturi ta' trasport bit-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni."
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&qid=1530868809501&from=EN)
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 2 – paragrafu 1
(1b)  fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva kuntratti għax-xiri ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, li ma jkunux suġġetti għal approvazzjoni tat-tip jew approvazzjoni individwali fit-territorju tagħhom.
"L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva kuntratti għax-xiri, it-twellija, ix-xiri bin-nifs jew il-modifika retroattiva ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, li ma jkunux soġġetti għal approvazzjoni tat-tip jew approvazzjoni individwali fit-territorju tagħhom."
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&from=EN)
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti tax-xiri, tal-kiri, tat-twellija jew tax-xiri bin-nifs ta' vetturi tat-trasport bit-triq minn:
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti tax-xiri, tal-kiri, tat-twellija jew tax-xiri bin-nifs jew modifika retroattiva ta' vetturi tat-trasport bit-triq minn:
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   L-istituzzjonijiet, l-Aġenziji u l-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4
4.  "vetturi nodfa" tfisser
4.  "vetturi nodfa" tfisser vettura, irrispettivament mill-kategorija, li hija mħaddma bi fjuwils alternattivi kif definit fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE, esklużi bijofjuwils li mhumiex prodotti minn materija prima elenkata fil-parti A tal-Aness IX tad-Direttiva 2018/... (RED II) jew prodotta miż-żejt tal-palm*, u inklużi l-vetturi ibridi li fihom l-elettriku jintuża biss għal parti mill-użu operazzjonali tal-vettura, vetturi b’emissjonijiet baxxi u vetturi mingħajr emissjonijiet. Għal vetturi b'magna b'kombustjoni interna, emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) ** bħala perċentwal ta' limiti tal-emissjonijiet *** ma jistgħux jaqbżu t-80 %.
(a)  vettura tal-kategorija M1 jew M2 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;
(b)  vettura tal-kategorija N1 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f’CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;
(c)  vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 kif definit fit-Tabella 3 tal-Anness”.
_____________________________
* Dan għandu jintwera b'kuntratt ta' fornitura tal-bijofjuwil jew mezzi oħra ta' aċċess għall-bijofjuwil.
** RDE tal-partikuli ultrafini f’#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f'mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.
*** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli huwa msemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
4a.  "vettura mingħajr emissjonijiet" tfisser vettura mingħajr emissjonijiet fl-iżbokk tal-egżost ta' CO2, NOx u ta' materja partikolata fina.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
4b.  "vettura b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura b'livelli massimi ta' emissjonijiet kif imsemmi fit-Tabella 2 fl-Anness.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)
4c.  "vettura modifikata retroattivament skont l-istandard ta' vettura nadifa" tfisser vettura b'magna modifikata retroattivament skont l-istandard ta' vettura nadifa kif definit fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' magna modifikata retroattivament li tuża l-bijofjuwils kif definit fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tat-tieni paragrafu tad-Direttiva 2009/28/KE, il-fjuwils sintetiċi jew il-fjuwils paraffiniċi, il-vettura trid tissodisfa l-istandards Euro l-aktar riċenti jew standards suċċessuri.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 4a
(4)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:
imħassar
“Artikolu 4a
Delega tas-setgħat
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 8a biex taġġorna t-Tabella 3 tal-Anness mal-limiti tal-emissjonijiet mill-egżost tas-CO2 u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja għall-vetturi tqal ġaladarba l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-vetturi tqal ikunu fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri, il-kiri, it-twellija u x-xiri bin-nifs tal-vetturi tat-trasport bit-triq, u l-kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u l-kuntratti tas-servizz pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief imsemmija fit-Tabella 4 tal-Anness, u għall-vetturi tqal imsemmija fit-Tabella 5 tal-Anness.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri, il-kiri, it-twellija, ix-xiri bin-nifs jew il-modifika retroattiva skont l-istandard ta' vettura nadifa tal-vetturi tat-trasport bit-triq, u l-kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u l-kuntratti tas-servizz pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief nodfa msemmija fit-Tabella 4 tal-Anness, u għall-vetturi tqal imsemmija fit-Tabella 5 tal-Anness.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti minimi tal-akkwist, id-data tal-akkwist pubbliku li għandha titqies hija d-data tat-tlestija tal-proċedura tal-akkwist pubbliku, permezz tal-iffirmar tal-kuntratt.
Ir-rekwiżiti minimi tal-akkwist għandhom jiġu kkalkulati bħala medja tal-kuntratti kollha ffirmati bejn il-jum wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-31 ta' Diċembru 2024 għall-ewwel perjodu ta’ referenza, u mill-1 ta' Jannar 2025 u l-31 ta' Diċembru 2029 għat-tieni perjodu ta’ referenza.
F'każ li ma jiġux adottati rekwiżiti ġodda għall-perjodu ta' referenza wara l-1 ta' Jannar 2030, ir-rekwiżiti stabbiliti għall-2030 għandhom ikomplu japplikaw.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   Biex jintlaħqu l-miri tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' kuntratti fuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża ("MEAT") kif deskritt fl-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE. L-ispeċifikazzjonijiet għall-offerti għandhom jiġu definiti mhux biss b'enfasi fuq il-Kost Totali tas-Sjieda (TCO) iżda anki fuq karatteristiċi oħra tal-vetturi bħall-aċċessibbiltà, l-introduzzjoni fil-pajsaġġ urban, il-livelli akustiċi, l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċiklabbiltà tal-batteriji u l-komponenti tal-vetturi.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 5a (ġdid)
(5a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 5a
Riżorsi Finanzjarji
1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli biżżejjed strumenti ta' finanzjament għall-akkwist ta' vetturi nodfa u l-installazzjoni tal-infrastruttura relatata tagħhom fit-territorju tagħhom. L-istabbiliment tal-fondi għandu jsegwi evalwazzjoni bir-reqqa tal-ħtiġijiet finanzjarji tal-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet kontraenti marbuta mal-miri tal-akkwist stabbiliti fil-livell nazzjonali.
2.  L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli strumenti ta' finanzjament addizzjonali għall-appoġġ tal-adozzjoni ta' vetturi nodfa u l-installazzjoni tal-infrastruttura relatata tagħhom fl-Istati Membri."
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 5b (ġdid)
(5b)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 5b
Pjan ta' azzjoni għal fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill pjan ta' azzjoni biex jitħaffef l-istabbiliment ta' infrastruttura għall-iċċarġjar u r-riforniment tal-fjuwil għall-vetturi tqal li huma proprjetà ta' kumpaniji tat-trasport fil-garaxxijiet u l-postijiet ta' manutenzjoni tagħhom stess kif ukoll fl-ispazju pubbliku.
2.  Dan il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament disponibbli tal-Unjoni u jistipula b'mod ċar il-proċeduri dwar kif appoġġ bħal dan jista' jingħata, inkluż ir-relazzjoni tiegħu mar-regoli eżistenti Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat.
3.  Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni dwar kif l-istrumenti ta' finanzjament Ewropej jistgħu jiġu riveduti biex tingħata prijorità għall-finanzjament lil kumpaniji tat-trasport pubbliku ta' kull daqs biex jissostitwixxu l-vetturi tagħhom."
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 5c (ġdid)
(5c)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 5c
Pjattaforma tal-Unjoni għall-akkwist transfruntier u konġunt ta' vetturi tat-trasport fit-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Anness għal din id-Direttiva u biex jinkisbu ekonomiji ta' skala, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma tal-Unjoni għall-akkwist transfruntier u konġunt ta' vetturi tat-trasport bit-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija. L-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet u l-operaturi msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jipparteċipaw f'din il-pjattaforma biex jakkwistaw il-vetturi b'mod konġunt. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pjattaforma tkun aċċessibbli għall-pubbliku u tlaqqa' flimkien b'mod effettiv lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-akkomunament tar-riżorsi tagħhom. Sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment u t-twettiq ta' akkwisti konġunti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u tiżviluppa mudelli għal ftehimiet ta' kooperazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 8a għat-twaqqif tal-pjattaforma tal-Unjoni għall-akkwist konġunt ta' vetturi tat-trasport bit-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija."
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 8a
(7)   Jiddaħħal Artikolu 8a ġdid:
imħassar
“Artikolu 8a
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 4a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [Please insert the date of entry into force]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4a tista' tiġi rrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 9
(8)  L-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej:
(8)  L-Artikolu 9 huwa mħassar
"1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tittermina mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat hekk jiddeċiedi jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir hekk.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Wara r-rappurtar tal-Istati Membri, kull tliet snin mill-1 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dwar l-azzjonijiet li jittieħdu minn Stati Membri individwali għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.
1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bħala parti mir-rapport previst fl-Artikolu 83(3)(2) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 99(3)(2) tad-Direttiva 2014/25/UE sat-18 ta' April 2026, u kull tliet snin sussegwentement. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport preliminari lill-Kummissjoni sat-18 ta' April 2026.
Dawk ir-rapporti għandu jkollhom informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu biex tiġi implimentata din id-Direttiva, fosthom l-għadd u l-kategoriji tal-vetturi akkwistati mill-awtoritajiet u l-entitajiet, u dwar id-djalogu li sar bejn il-livelli differenti ta' governanza, kif ukoll informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-attivitajiet tar-rappurtar imsemmija hawn fuq, u kull informazzjoni siewja oħra.
L-informazzjoni għandha tikkonforma mal-kategoriji li jinsabu fir-Regolament Nru 2195/2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) kif imniżżel fit-Tabella 1 tal-Anness.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2
(aa)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Dawk ir-rapporti għandhom jevalwaw l-effetti tad-Direttiva, speċjalment tal-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3), u l-ħtieġa ta' aktar azzjoni, u jinkludu proposti kif meħtieġ.
"2. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, tipproponi metodoloġija għall-għadd tal-emissjonijiet ta' CO2 taċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet ta' CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi.
F'dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tqabbel iċ-ċifri nominali u relattivi tal-vetturi mixtrija li jikkorrispondu mal-aqwa alternattiva tas-suq f’termini ta' enerġija tul il-ħajja operattiva u tal-impatti ambjentali, f’kull waħda mill-kategoriji tal-vetturi elenkati fit-Tabella 3 tal-Anness, mas-suq totali għal dawn il-vetturi, u tagħmel stima kif l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3) affettwaw is-suq. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għal iktar azzjoni u tinkludi proposti kif meħtieġ.
Sa mhux aktar tard mit-18 ta' April 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-Direttiva 2009/33/KE u kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mal-fjuwils alternattivi, filwaqt li tqis l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – ab (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3
(ab)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.  Mhux aktar tard mid-data tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3), tippreżenta evalwazzjoni tal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 6, u tipproponi aġġustamenti adatti jekk meħtieġ.
"3. Sat-18 ta' April 2024, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li jispeċifika l-azzjonijiet meħuda minn Stati Membri individwali f'dan ir-rigward, u tivvaluta l-ħtieġa ta' azzjoni ulterjuri u fejn ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex tiġi emendata din id-Direttiva."
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 2026, u mbagħad kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport intermedju lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2023. Dak ir-rapport għandu jiġbor informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu biex titwettaq din id-Direttiva, fosthom l-għadd u l-kategoriji tal-vetturi akkwistati mill-awtoritajiet u l-entitajiet, u dwar id-djalogu li sar bejn il-livelli differenti ta' governanza, kif ukoll informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-attivitajiet tar-rappurtar imsemmija hawn fuq, u kull informazzjoni siewja oħra. L-informazzjoni għandha timxi mal-kategoriji tal-informazzjoni li hemm fir-Regolament Nru 2195/2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV)31 kif imniżżel fl-Anness.
imħassar
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta linji gwida, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dwar il-kontenut tar-rapporti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 4".
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta linji gwida, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dwar il-kontenut tar-rapporti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1".
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ba (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)
(ba)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu mekkaniżmi biex jirregolaw ix-xiri ta' vetturi nodfa minn sidien oħra tal-flotta, bħall-kumpaniji tat-taksi, il-car-sharing u r-ride-pooling."
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bb (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 5b (ġdid)
(bb)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5b. Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill pjan ta' azzjoni biex jitħaffef l-istabbiliment ta' infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil għal HDVs fil-pussess ta' kumpaniji tat-trasport fid-depożiti tagħhom stess u żoni ta' manutenzjoni kif ukoll l-ispazju pubbliku. Dan il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni disponibbli u jistipula kif appoġġ bħal dan jista' jingħata minkejja regoli Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat."
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bc (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 5c (ġdid)
(bc)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5c. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-leġiżlazzjoni xierqa relatata mal-promozzjoni tat-trasport bit-triq nadif u effiċjenti fl-użu tal-enerġija fir-rigward tal-użu tal-aħjar tajers gradati u dawk maqtugħin mill-ġdid, u fejn xieraq tippreżenta proposta leġislattiva."
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bd (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 – paragrafu 5d (ġdid)
(bd)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5d. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri rigward il-fondi differenti tal-UE li jistgħu jintużaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, eż. il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tappoġġa l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' prestazzjoni għolja, sostenibbli, interkonnessi effiċjentement fil-qasam tat-trasport u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jew il-Faċilità għal Trasport Aktar Nadif li jappoġġaw l-użu ta' vetturi tat-trasport aktar nodfa, u l-ħtiġijiet tagħhom ta' infrastruttura assoċjata jistgħu jiġu mobilizzati."
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt be (ġdid)
Direttiva 2009/33/KE
Artikolu 10 - paragrafu 5e (ġdid)
(be)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5e. Iċ-Ċentri ta' Konsulenza għandu jkollhom rwol ewlieni f'din it-tranżizzjoni billi jiffaċilitaw u jippromwovu l-investimenti u jappoġġaw lill-kapaċitajiet istituzzjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ b'mod sostanzjali r-rwol u l-kapaċità taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, b'mod partikolari permezz ta' preżenza lokali u rwol proattiv fit-tħejjija tal-proġetti."
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn XXXX [Jekk jogħġbok daħħal id-data[ ] 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn XXXX [Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2009/33/KE
Anness – tabella 1

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 1. Il-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) imsemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

60172000-3

Kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

Emenda

Tabella 1. Il-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) imsemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

60172000-3

Kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

64121100-1

Servizzi ta' konsenja tal-posta

64121200-2

Servizzi ta' konsenja tal-pakketti

60170000-0

Kiri ta' vetturi tat-trasport tal-passiġġieri b'xufier

60171000-7

Kiri ta' karozzi tal-passiġġieri b'xufier

60181000-0

Kiri ta' trakkijiet b'xufier

60180000-3

Kiri ta' vetturi tat-trasport tal-merkanzija b'xufier

90511100-3

Servizzi ta' ġbir tal-iskart solidu urban

90511200-4

Servizzi ta' ġbir tal-iskart domestiku

90511300-5

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

90511400-6

Servizzi ta' ġbir tal-karti

Emenda 74
Proposta għal direttiva
ANNESS I
Direttiva 2009/33/KE
Anness – tabella 2

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 2: Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief

Kategoriji ta' vetturi

2025

2030

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet**

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet

Vetturi M1

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M2

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi N1

40

80%

0

Mhux applikabbli

* Emissjonijiet tas-sewqan reali tal-partikuli ultrafini f’#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f’mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

Emenda

Tabella 2: Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief

Kategoriji ta' vetturi

2025

2030

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet**

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet

Vetturi L

25

 

 

 

Vetturi M1

50

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M2

50

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi N1

50

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M3

Mhux applikabbli

 

 

 

Vetturi N2

Mhux applikabbli

 

 

 

Vetturi N3

Mhux applikabbli

 

 

 

* Emissjonijiet tas-sewqan reali tal-partikuli ultrafini f’#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f’mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

Emenda 86
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2009/33/KE
Anness – tabella 3
[…..]
imħassar
Emendi 75 u 85
Proposta għal direttiva
ANNESS I
Direttiva 2009/33/KE
Anness – tabella 4

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 4: Mira minima għas-sehem tal-vetturi ħfief skont it-Tabella 2 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

2025

2030

Il-Lussemburgu

35%

35%

L-Iżvezja

35%

35%

Id-Danimarka

34%

34%

Il-Finlandja

35%

35%

Il-Ġermanja

35%

35%

Franza

34%

34%

Ir-Renju Unit

35%

35%

In-Netherlands

35%

35%

L-Awstrija

35%

35%

Il-Belġju

35%

35%

L-Italja

35%

35%

L-Irlanda

35%

35%

Spanja

33%

33%

Ċipru

29%

29%

Rumanija

35%

35%

Il-Portugall

27%

27%

Il-Greċja

23%

23%

Is-Slovenja

20%

20%

Iċ-Ċekja

27%

27%

L-Estonja

21%

21%

Is-Slovakkja

20%

20%

Il-Litwanja

19%

19%

Il-Polonja

20%

20%

Il-Kroazja

17%

17%

L-Ungerija

21%

21%

Il-Latvja

20%

20%

Ir-Rumanija

17%

17%

Il-Bulgarija

16%

16%

* Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost għandhom jingħaddu bħala vettura waħda (1) li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Il-vetturi l-oħra kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 2 f'dan l-Anness għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li qed tikkontribwixxi.

Emenda

Tabella 4: Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri1, 2

 

Kategorija tal-vettura M1, M2, N1

Kategorija tal-vettura L

Stat Membru

2025

2030

2025

2030

Istituzzjonijiet, Aġenziji u Korpi tal-UE

[50%]

[50%]

[50%]

[50%]

Il-Lussemburgu

50%

50%

50%

50%

L-Iżvezja

50%

50%

50%

50%

Id-Danimarka

50%

50%

50%

50%

Il-Finlandja

50%

50%

50%

50%

Il-Ġermanja

50%

50%

50%

50%

Franza

50%

50%

50%

50%

Ir-Renju Unit

50%

50%

50%

50%

In-Netherlands

50%

50%

50%

50%

L-Awstrija

50%

50%

50%

50%

Il-Belġju

50%

50%

50%

50%

L-Italja

50%

50%

50%

50%

L-Irlanda

50%

50%

50%

50%

Spanja

50%

50%

50%

50%

Ċipru

50%

50%

50%

50%

Malta

50%

50%

50%

50%

Il-Portugall

50%

50%

50%

50%

Il-Greċja

35%

35%

35%

35%

Is-Slovenja

35%

35%

35%

35%

Iċ-Ċekja

50%

50%

50%

50%

L-Estonja

35%

35%

35%

35%

Is-Slovakkja

35%

35%

35%

35%

Il-Litwanja

35%

35%

35%

35%

Il-Polonja

35%

35%

35%

35%

Il-Kroazja

25%

25%

25%

25%

L-Ungerija

25%

25%

25%

25%

Il-Latvja

25%

25%

25%

25%

Ir-Rumanija

25%

25%

25%

25%

Il-Bulgarija

25%

25%

25%

25%

1 Mill-inqas 70 % tar-rekwiżiti minimi tal-akkwist għal vetturi ħfief u nodfa fl-ewwel perjodu ta' referenza (sal-2025) għandhom jiġu ssodisfati mill-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi u fit-tieni (2025-2030) perjodu u fil-perjodi sussegwenti ta' referenza, mill-vetturi mingħajr emissjonijiet.

2 Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost għandhom jingħaddu bħala vettura waħda li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Il-vetturi b'emissjonijiet baxxi jew il-vetturi li jużaw il-gass naturali, dment li dawn jaħdmu għalkollox bil-bijometanu, li għandu jintwera permezz ta' kuntratt għall-akkwist tal-bijometanu jew mezz ieħor ta' aċċess għall-bijometanu, għandhom jingħaddu bħala 0,66 ta' vettura li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Il-bqija tal-vetturi għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li tikkontribwixxi għall-mandat.

Emenda 79
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2009/33/KE
ANNESS – Tabella 5

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 5: Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal skont it-Tabella 3 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

Trakkijiet

Xarabanks

 

2025

2030

2025

2030

Il-Lussemburgu

10%

15%

50%

75%

L-Iżvezja

10%

15%

50%

75%

Id-Danimarka

10%

15%

50%

75%

Il-Finlandja

9%

15%

46%

69%

Il-Ġermanja

10%

15%

50%

75%

Franza

10%

15%

48%

71%

Ir-Renju Unit

10%

15%

50%

75%

In-Netherlands

10%

15%

50%

75%

L-Awstrija

10%

15%

50%

75%

Il-Belġju

10%

15%

50%

75%

L-Italja

10%

15%

50%

75%

L-Irlanda

10%

15%

50%

75%

Spanja

10%

14%

50%

75%

Ċipru

10%

13%

50%

75%

Malta

10%

15%

50%

75%

Il-Portugall

8%

12%

40%

61%

Il-Greċja

8%

10%

38%

57%

Is-Slovenja

7%

9%

33%

50%

Ir-Repubblika Ċeka

9%

11%

46%

70%

L-Estonja

7%

9%

36%

53%

Is-Slovakkja

8%

9%

39%

58%

Il-Litwanja

9%

8%

47%

70%

Il-Polonja

7%

9%

37%

56%

Il-Kroazja

6%

7%

32%

48%

L-Ungerija

8%

9%

42%

63%

Il-Latvja

8%

9%

40%

60%

Ir-Rumanija

6%

7%

29%

43%

Il-Bulgarija

8%

7%

39%

58%

* Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost jew il-vetturi li jużaw il-gass naturali, diment li dawn ikunu jaħdmu għalkollox bil-bijometanu, kif jenħtieġ li jintwera permezz ta' kuntratt għal akkwist tal-bijometanu jew għal mezzi oħra ta' aċċess għall-bijometanu, għandhom jingħaddu bħala vettura waħda (1) li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Dan il-kalkolu jiġi abbandunat fil-każ ta' dawk l-Istati Membri fejn il-mandat minimu tal-akkwist jaqbeż il-50% tal-volum totali tal-akkwist pubbliku, b'limitu fil-livell ta' 50%. Il-vetturi l-oħra kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 2 f'dan l-Anness għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li qed tikkontribwixxi.

Emenda

Tabella 5: Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal skont l-Artikolu 4(4) fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri

Stat Membru

Trakkijiet

Xarabanks

 

20251

20302

20251

20302

Istituzzjonijiet, Aġenziji u Korpi tal-UE

[10%]

[15%]

[50%]

[75%]

Il-Lussemburgu

10%

15%

50%

75%

L-Iżvezja

10%

15%

50%

75%

Id-Danimarka

10%

15%

50%

75%

Il-Finlandja

9%

15%

46%

69%

Il-Ġermanja

10%

15%

50%

75%

Franza

10%

15%

48%

71%

Ir-Renju Unit

10%

15%

50%

75%

In-Netherlands

10%

15%

50%

75%

L-Awstrija

10%

15%

50%

75%

Il-Belġju

10%

15%

50%

75%

L-Italja

10%

15%

50%

75%

L-Irlanda

10%

15%

50%

75%

Spanja

10%

14%

50%

75%

Ċipru

10%

13%

50%

75%

Malta

10%

15%

50%

75%

Il-Portugall

8%

12%

40%

61%

Il-Greċja

8%

10%

38%

57%

Is-Slovenja

7%

9%

33%

50%

Ir-Repubblika Ċeka

9%

11%

46%

70%

L-Estonja

7%

9%

36%

53%

Is-Slovakkja

8%

9%

39%

58%

Il-Litwanja

9%

8%

47%

70%

Il-Polonja

7%

9%

37%

56%

Il-Kroazja

6%

7%

32%

48%

L-Ungerija

8%

9%

42%

63%

Il-Latvja

8%

9%

40%

60%

Ir-Rumanija

6%

7%

29%

43%

Il-Bulgarija

8%

7%

39%

58%

1 Mill-inqas 66 % tal-miri minimi tal-akkwist għal vetturi tqal u nodfa għandhom jiġu ssodisfati mill-vetturi mingħajr emissjonijiet jew mill-vetturi li jużaw il-gass naturali, diment li dawn ikunu jaħdmu għalkollox bil-bijometan, u dan għandu jintwera permezz ta' kuntratt għall-akkwist tal-bijometan jew mezzi oħra ta' aċċess għall-bijometan. L-għadd tas-sehem ta' vetturi li joperaw bil-bijometan għas-sottomira għandu jieqaf sa 30 % tas-sottomira.

2 Mill-inqas 75 % tal-miri minimi tal-akkwist għal vetturi tqal u nodfa għandhom jiġu ssodisfati mill-vetturi mingħajr emissjonijiet jew mill-vetturi li jużaw il-gass naturali sakemm jaħdmu għalkollox bil-bijometan, u dan għandu jintwera permezz ta' kuntratt għall-akkwist tal-bijometan jew mezzi oħra ta' aċċess għall-bijometan. L-għadd tas-sehem ta' vetturi li joperaw bil-bijometan għas-sottomira għandu jieqaf sa 30 % tas-sottomira.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0321/2018).

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ottubru 2018Avviż legali