Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0043(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0337/2018

Testi mressqa :

A8-0337/2018

Dibattiti :

PV 12/11/2018 - 15
CRE 12/11/2018 - 15

Votazzjonijiet :

PV 13/11/2018 - 4.6
CRE 13/11/2018 - 4.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0445

Testi adottati
PDF 283kWORD 78k
It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018 - Strasburgu
Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
P8_TA(2018)0445A8-0337/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0097),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0095/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-pożizzjoni f'forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0337/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 68.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
P8_TC1-COD(2017)0043

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent marin, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b’mod kummerċjali, u b’mod partikulari għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3), u status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ispeċijiet u l-ħabitats skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(4) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5). [Em. 1]

(1a)   Fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fi New York fl-2015, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li, sal-2020, itemmu b'mod effettiv il-qbid u s-sajd eċċessiv, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-prattiki ta' sajd qerrieda u jimplementaw pjanijiet ta' ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza, sabiex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati fl-inqas żmien fattibbli, għall-inqas sa livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli skont kif determinat mill-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom. [Em. 2]

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali li jiġi applikat l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. [Em. 3]

(2a)  F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli titlob settijiet ta' dejta armonizzati, affidabbli u preċiżi. [Em. 4]

(3)  Il-pariri xjentifiċi tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) u tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (l-SAC tal-GFCM) indikaw li l-isfruttament tal-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova fil-Baħar Adrijatiku jaqbeż il-livelli meħtieġa biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY).

(3a)  Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti fil-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art. [Em. 5]

(4)  Minkejja li l-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova fil-Baħar Adrijatiku huma ġestiti kemm skont pjan ta’ ġestjoni internazzjonali fil-kuntest tal-GFCM u kemm skont pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006(7), huma għadhom qed jiġu sfruttati żżejjed u l-miżuri attwali ta’ ġestjoni qed jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jinkiseb l-MSY sal-2020. L-Istati Membri u l-partijiet interessati esprimew appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni għal dawn iż-żewġ stokkijiet fil-livell tal-Unjoni.

(4a)   Il-pjanijiet ta' ġestjoni implimentati u l-miżuri tekniċi introdotti fl-2016 mistennija jipproduċu effetti fuq l-istokkijiet u jridu jiġu analizzati u kkunsidrati meta jiġi stabbilit pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi fir-reġjun. [Em. 6]

(4b)   L-introduzzjoni ta' approċċ ta' rilaxx minimu teħtieġ bidliet fil-kampjunar bijoloġiku u l-protokolli tar-riċerka li jieħdu ż-żmien, u għalhekk hemm il-ħtieġa ta' perjodu ta' tranżizzjoni qabel ma jkun jista' jiġi implimentat. [Em. 99]

(5)  Il-miżuri attwali ta’ ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x’jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma’ miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu. Il-pariri xjentifiċi indikaw li l-kontroll tal-qabdiet huwa l-iktar mezz xieraq biex tiġi adattata l-mortalità mis-sajd u li dan se jkun għodda ta’ ġestjoni aktar effettiva għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar(8). [Em. 7]

(6)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, plurennali u l-miżuri tekniċi, l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament. [Em. 8]

(6a)   Is-sajd tal-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku, speċjalment fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 (GSA 17 u 18), għandu impatt soċjoekonomiku importanti ħafna għall-għajxien u l-futur tal-komunità kostali tal-Istati Membri. [Em. 9]

(6b)   F'konformità mal-prinċipji u l-objettivi tal-PKS u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-reġjonalizzazzjoni jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni li jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u għas-salvagwardja tal-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom. [Em. 10]

(6c)   Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati f'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu wkoll distribwiti b'mod ġust fid-diversi segmenti tas-sajd, inkluż is-sajd tradizzjonali u dak fuq skala żgħira. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas. [Em. 11]

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u għandhom ikunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni, objettivi għall-miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art, kif ukoll miżuri maħsuba biex kemm jista' jkun jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet mhux mixtieqa, u salvagwardji. [Em. 12]

(8)  L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, u b’mod speċjali biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet ikkonċernati, biex is-settur l-istokkijiet tal-ħut jerġgħu jiżdiedu u jinżammu 'l fuq mil-livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu MSY, jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ikun hemm settur tas-sajd isir sostenibbli u biex jipprovdi jiġi pprovdut qafas ta’ ġestjoni effettiv. [Em. 13]

(8a)   Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqiesx bħala preċedent għal pjanijiet pluriennali oħra fil-Baħar Mediterran, sakemm ma jkunx previst mod ieħor. [Em. 14]

(8b)   Jenħtieġ li pjan pluriennali dejjem isib bilanċ bejn ir-riżultat li jista' jinkiseb, b'kont meħud tal-perjodu ta' żmien, u l-impatt soċjoekonomiku. [Em. 15]

(9)  Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal l-obbligu tal-ħatt l-art, inkluż għall-qabdiet kollha ta’ speċijiet li huma suġġetti għal daqsijiet minimi kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014(9) stabbilixxa pjan ta’ tliet snin għall-iskartar tal-ħut li jipprevedi eżenzjoni de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-inċova, is-sardin, il-kavalli u s-sawrell fil-Baħar Adrijatiku. Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, huwa xieraq li tiġi estiża l-validità tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 billi d-dispożizzjonijiet rispettivi tiegħu jiddaħħlu fil-pjan pluriennali.

(10)  F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, minbarra d-deskrittur relatat mas-sajd mogħti dan il-pjan jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-ksib ta' status ambjentali tajjeb kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, u d-deskritturi kwalitattivi 1, 4 u 6 mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva wkoll għandhom jenħtieġ li jitqiesu fil-qafas tal-ġestjoni tas-sajd. Jenħtieġ li dan il-pjan jikkontribwixxi wkoll għall-ksib ta' status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ħabitats u l-ispeċijiet kif jirrikjedu d-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE rispettivament. [Em. 16]

(11)  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b’mod konsistenti mal-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali. [Em. 17]

(12)  Huwa xieraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta’ valuri li huma konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq pariri xjentifiċi, huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY ikkalkulahom l-STECF u(10).Abbażi ta' dan il-pjan, dawn huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta’ mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY(11). Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda huwa limitat, hekk li l-probabbiltà li l-istokk jaqa’ taħt il-Blim mhijiex ta’ iktar minn 5 %. [Em. 18]

(13)  Għall-għanijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd, irid ikun hemm limitu massimu għall-meded tal-FMSY fil-każ ta’ użu normali u limitu ogħla f’ċerti każijiet, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat jitqies li jkun f i stat tajjeb. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali, jenħtieġ li l-mira għal kull speċi tkun SSBpa. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jiġu ffissati sal-limitu possibbli li tiġi ffissata mira ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament b’rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti, jew sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għall-oħra.fejn wieħed mill-istokkijiet ta' pelaġiċi żgħar ikun inqas mill-SSBlim. [Em. 19]

(14)  F’każijiet fejn ma jkunux disponibbli l-miri marbutin mal-MSY, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni.

(15)  Għall-istokkijiet li għalihom ikunu disponibbli dawn il-miri, u għall-għanijiet Għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala MSY Btrigger u Blim għall-istokkijiet tal-inċova u tas-sardin. SSBlim u SSBpa għall-ħut pelaġiku żgħir. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt l-MSY Btrigger, il-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas iktar mill-FMSY.SSBlim, ikun jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' rimedju xierqa biex jikkontribwixxu biex l-istokk ikkonċernat jirritorna b'mod rapidu għal livelli ogħla mill-SSBpa. [Em. 20]

(16)  Jenħtieġ li jiġu implimentati iktar miżuri ta’ salvagwardja jekk id-daqs tal-istokk jaqa’ taħt il-punt ta’ referenza ta’Blim. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ salvagwardja jkunu jinkludu t-tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li xi stokk ikun mhedded. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom magħhom miżuri oħrajn, skont kif ikun xieraq, bħal miżuri tal-Kummissjoni meħudin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri meħudin skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 21]

(17)  Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta’ referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni. Fil-każ speċifiku tal-istokkijiet li jinqabdu bħala qabdiet aċċessorji, jekk ma jkunx hemm parir xjentifiku dwar il-livelli minimi tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għat-tali stokkijiet, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li hemm bżonn ta’ miżuri ta’ rimedju. [Em. 22]

(18)  Sabiex ikun jista’ jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni , b'mod partikolari miżuri biex l-iskartar jiġi eliminat b'mod gradwali, biex jiġi kkalkulat in-numru ta' ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, u biex jitnaqqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd minn fuq l-ambjent marin. Jenħtieġ li t-tali miżuri jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati. [Em. 23]

(18a)  Rakkomandazzjoni konġunta mill-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja (Il-Grupp ta' Livell Għoli "Adriatica") u studju dwar il-karatteristiċi tekniċi tax-xbieki bit-tartarun tal-borża u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ ġew sottomessi, u riveduti, minn esperti indipendenti u l-STECF. Huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament. [Em. 24]

(19)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti min-naħa ta’ Stati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett, kif inhu meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(19a)   Jenħtieġ li l-Kunsill iqis is-sajd rikreattiv meta l-parir xjentifiku jindika li tali sajd għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikolari. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) għall-qabdiet kummerċjali li tieħu kont tal-volum ta' qabdiet rikreattivi u/jew jadotta miżuri oħra li jillimitaw is-sajd rikreattiv, bħal-limitu tal-qabda u l-perjodi ta' għeluq. [Em. 25]

(20)  Jenħtieġ li l-pjan jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta’ ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament, kif ukoll miżuri temporali u spazjali, permezz ta’ atti delegati u b'kont meħud tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, sabiex dawn jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber jew biex titjieb is-selettività. [Em. 26]

(20a)   Jenħtieġ li l-irkapti artiġjanali bbażati fuq prattiki storiċi stabbiliti fil-komunitajiet tas-sajd jiġu ssalvagwardjati meta jiġu definiti l-miżuri tekniċi li jirriżultaw mill-pjan pluriennali jew mill-atti delegati adottati skont il-pjan pluriennali. [Em. 27]

(21)  Bil-għan li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll biex jikkumplimentaw dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(12).

(21a)   Bil-għan li l-industrija tkun tista' tlaħħaq mal-miżuri għat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd u t-tnaqqis konsegwenti ta' introjtu għan-negozji u l-baħħara, jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti għal aċċess ta' prijorità għal sostenn xieraq mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13). [Em. 28]

(21b)   Bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti mal-impatti soċjoekonomiċi, minn naħa waħda jkun ideali li jingħataw derogi mill-perjodi ta' żmien għall-miżuri ta' waqfien temporanju kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u b'hekk tiġi estiża biss għal bastimenti koperti minn dan il-pjan pluriennali u, min-naħa l-oħra, li jiġi permess il-ftuħ mill-ġdid u l-aċċess mill-istess bastimenti għall-miżuri ta' waqfien permanenti previsti mill-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament. [Em. 29]

(22)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas siegħa u nofs nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta’ vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta’ ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew ta’ sardinħut pelaġiku żgħir. [Em. 30]

(23)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li l-għodod elettroniċi ta’ kontroll jiżguraw kontroll aħjar u iżjed f’waqtu tas-sajd, b’mod partikulari tad-distribuzzjoni ġeografika tal-attivitajiet tas-sajd u tal-isfruttament tal-istokkijiet, jenħtieġ li l-użu ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti u ta’ ġurnal elettroniku ta’ abbord, hekk kif inhu meħtieġ skont l-Artikoli 9 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 rispettivament, jiġi estiż għall-bastimenti kollha tas-sajd li b’kollox ikunu twal tmien metri.

(24)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet tal-inċova u tas-sardin ħut pelaġiku żgħir li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv. [Em. 31]

(25)  Sabiex ikun hemm adattament f’waqtu u b’mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ rimedju għall-konservazzjoni tal-kavalli u tas-sawrell, mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma’ miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(14). B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 32]

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sussegwentement kull ħames snin. Dak il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi. [Em. 33]

(27)  Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, qabel ma ġie abbozzat il-pjan, ġie evalwat l-impatt ekonomiku u soċjali probabbli tiegħu(15).

(27a)   Bil-għan li s-sajjieda jiġu megħjuna jimplimentaw il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-akbar użu possibbli tal-miżuri disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju li ġew adottati bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu eleġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, bil-għan li jitqiesu l-aspetti soċjoekonomiċi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li tingħata deroga, għall-bastimenti milquta minn dan il-pjan pluriennali, mill-perjodi li matulhom jista' jingħata sostenn kif ukoll mil-limitu massimu fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEMS għall-miżuri ta' waqfien temporanju stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014, [Em. 34]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku (“l-istokkijiet ikkonċernati”("ħut pelaġiku żgħir") u għas-sajd li jisfrutta li jimmira għal dawk l-istokkijiet. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għal wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati jew għat-tnejn li huma.għall-ħut pelaġiku żgħir. [Em. 35]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

2.  Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM;

(b)  “subżona ġeografika tal-GFCM” tfisser subżona ġeografika tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16);

(ba)  "Iffukar" tfisser li s-sardin jew l-inċova jirrappreżentaw tal-inqas 50 % tal-qabda f'piż ħaj. [Em. 37]

(c)  “stokkijiet pelaġiċi żgħar” "Ħut pelaġiku żgħir” tfisser l-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe kombinament tagħhom; stokkijiet tas-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus); [Em. 38]

(ca)  "L-Aqwa parir xjentifiku disponibbli" tirreferi għal parir xjentifiku disponibbli għall-pubbliku li huwa appoġġat mid-dejta u l-metodi xjentifiċi l-aktar aġġornati li nħarġu jew li ġew evalwati minn esperti minn korp xjentifiku internazzjonali indipendenti jew tal-Unjoni rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, bħall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u l-GFCM, u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 104]

(d)  “medda tal-FMSY” tfisser medda ta’ valuri fejn, f’sitwazzjonijiet ta’ sajd imħallat u bi qbil mal-parir xjentifiku, il-livelli kollha ta’ mortalità mis-sajd fil-limiti xjentifikament indikati ta’ dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli (MSY) fit-tul bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proċess ta’ riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati; [Em. 39]

(da)  "Jum tas-sajd" tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa, jew parti minnu, meta bastiment tas-sajd ikun involut f'attività tas-sajd, bħat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irmonk, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord jew it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art ta' ħut u prodotti tas-sajd, kif definit fil-punt 28 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; [Em. 40]

(db)  "SSBlim" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni ta' rimedju sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza; [Em. 41]

(dc)  "SSBpa" tfisser il-punt ta' referenza prekawzjonarju tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza; [Em. 42]

(e)  “MSY Btrigger” tfisser il-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta’ ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul; [Em. 43]

(f)  “opportunità tas-sajd” tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, mogħti f’termini tal-qabdiet u/jew tal-isforz tas-sajd.

Artikolu 3

Għanijiet

1.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikulari billi japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa’ jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f’livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. [Em. 45]

2.  Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta’ ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

2a.   Il-pjan pluriennali għandu jqis l-aspetti soċjoekonomiċi meta jkun qiegħed jiġi żviluppat jew mibdul, f'konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 47]

3.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni għat-tnaqqis tal-qbid skartat billi jevita l-qabdiet mhux mixtieqa u jnaqqashom kemm jista’ jkun u għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li huma suġġetti għalih u li għalihom japplika dan ir-Regolament. [Em. 48]

4.  Il-pjan pluriennali għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista’ jkun, u fejn possibbli jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, b'mod partikolari l-ħabitats li jinsabu mhedda u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar, it-tjur tal-baħar u r-rettili. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u b’mod partikulari mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u mal-miri u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. [Em. 49]

5.  B’mod partikulari, il-pjan pluriennali għandu jimmira:

(a)  li jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE; u

(b)  li jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħrajn stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonat mar-rwol li s-sajd għandu fl-issodisfar tagħhom.

5a.   Il-miżuri skont il-pjan għandhom jittieħdu f'konformità mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. [Em. 50]

KAPITOLU II

MIRI SOĊJOEKONOMIĊI, SALVAGWARDJI U MIŻURI SPEĊIFIĊI [Em. 51]

Artikolu 4

Miri għall-inċova u għas-sardingħall-pelaġiċi ż-żgħar [Em. 52]

1.  Il-mortalità mis-sajd Il-punti ta' referenza fil-mira għandha tintlaħaq għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jintlaħqu mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrimentali sal-2020 għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded stabbiliti għandhom, minn hemm 'il quddiem, jinżammu 'l fuq mill-valuri mogħtija fl-Anness I u f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). [Em. 53]

2.  L-opportunitajiet tas-sajd Il-miżuri ta' ġestjoni għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mortalità mis-sajd mal-punti ta' referenza fil-mira stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. [Em. 54]

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli il-miżuri ta' ġestjoni jista' jkollhom fil-mira l-livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd valuri ogħla minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I jekk:

(a)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

(b)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew

(c)  wieħed mill-istokkijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar huwa inqas mill-punt ta' referenza spjegat fil-kolonna B tal-Anness I. [Em. 55]

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal xi stokk partikulari jistgħu jiġu ffissati skont il-meded tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat ikun f’livell ogħla mil-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II:

(a)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

(b)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti; jew

(c)  sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20 %. [Em. 56]

4a.   Meta l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk partikolari, il-Kunsill dan għandu jqisu u jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd biex jevita li tinqabeż il-mira totali tal-mortalità mis-sajd. [Em. 57]

Artikolu 4a

L-għanijiet soċjoekonomiċi

Bil-għan li jitqiesu l-objettivi soċjoekonomiċi spjegati fil-punt (f) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jkunu qed japplikaw il-miżuri tekniċi u ta' konservazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu estensiv tal-miżuri rilevanti spjegati fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 [Em. 58]

Artikolu 5

Salvagwardji

1.  Il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli minimi u livelli ta’ limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness II. [Em. 59]

1a.   Tliet snin wara l-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 6(1a), ir-riċerka xjentifika għandha tivverifika l-effikaċja tal-miżuri li jkunu ttieħdu, b'mod partikulari fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet. [Em. 60]

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati mill-pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A B tal-Anness II I, għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta’ rimedju x-xierqa biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa’ jitla’ isir kontribut ħalli l-popolazzjonijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar jerġgħu jitilgħu.malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY .mill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I. B’mod partikulari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) u (4) f'konformità mal-Artikolu 4(3), l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati il-miżuri ta' ġestjoni għandhom jiġu ffissati f’livell li jkun konsistenti ma’ mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset iktar mill-medda stabbilita fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament,aġġustati filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta’ dak l-istokk. [Em. 61]

3.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati taż-żewġ stokkijiet ta' pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (BlimSSBlim) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness III, għandhom jittieħdu iktar miżuri ta’ rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa’ jitla’ isir kontribut ħalli ż-żewġ stokkijiet jerġgħu jitilgħu malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dak li jista’ jipproduċi l-MSYmill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I. B’mod partikulari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) u (4), dawk il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis ix-xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd miżuri oħra adegwati ta' ġestjoni. [Em. 62]

Artikolu 6

Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni

1.  Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta’ azzjoni ta’ rimedju biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-istokkijiet pelaġiċi għall-konservazzjoni tal-pelaġiċi ż-żgħar imsemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-inċova u tas-sardin, meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna AB tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b’rabta mal-affarijiet li ġejjin:

(a)  il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikulari d-daqs tal-malja, il-bini tal-irkaptu, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir tas-selettività sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

(b)  l-użu tal-irkaptu tas-sajd u l-fond li fih jintuża l-irkaptu sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

(c)  il-projbizzjoni tas-sajd f’żoni speċifiċi jew il-limitazzjoni tas-sajd fihom sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber jew il-ħut ta’ daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

(d)  il-projbizzjoni tas-sajd jew tal-użu ta’ ċertu tip ta’ rkaptu f’ċerti perjodi taż-żmien jew il-limitazzjoni tagħhom f’dawn il-perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv jew il-ħut ta’ daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

(e)  id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar; u

(f)  karatteristiċi oħrajn marbutin mas-selettività. [Em. 63]

1a.  Minkejja l-paragrafu 1, sabiex jintlaħqu l-miri spjegati fl-Artikolu 4, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin għas-snin 2019–2022:

(a)  fl-2019 il-limitu tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandu jkun stabbilit fil-livell tal-qbid tal-2014; ibda mill-2020, il-limiti tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jitnaqqsu gradwalment kull sena għall-Istat Membru kkonċernat b'4 % meta mqabbel mas-sena preċedenti sal-2022; madankollu, it-tnaqqis ma għandux japplika jekk fis-sena ta' qabel il-qabda totali għal kull Stat Membru kkonċernat tkun ta' aktar minn 2 % taħt il-livell tal-qabdiet tal-2014;

(b)  l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jimmiraw għal pelaġiċi ż-żgħar ma għandux jaqbeż il-180 jum ta' sajd fis-sena u l-20 jum ta' sajd fix-xahar, b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għas-sardin u b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għall-inċova;

(c)  l-għeluq ġeotemporali għandu jiġi implimentat kull sena sabiex jiġu protetti ż-żoni tat-tkabbir u tar-riproduzzjoni. tali għeluq, għal tipi differenti ta' rkaptu tas-sajd, għandhom ikopru d-distribuzzjoni sħiħa tal-pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku, għal perjodi ta' mhux anqas minn 15-il jum kontinwi u sa 30 jum kontinwi. dak l-għeluq għandu jseħħ matul il-perijodi li ġejjin:

(i)  għas-sardin, mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu, u

(ii)  għall-inċova, mill-1 ta' April sat-30 ta' Settembru;

(d)  għeluq addizzjonali għall-bastimenti ta' tul totali ta' aktar minn 12 il metru, separatament għal kull tip ta' rkaptu tas-sajd, għandu jiġi implimentat għal mhux inqas minn sitt xhur; tali għeluq għandu jkopri mill-inqas 30 % taż-żona li tkun ġiet identifikata bħala żona ta' tkabbir jew bħala żona li tkun importanti għall-protezzjoni ta' klassijiet ta' ħut ta' età bikrija (f'ibħra territorjali u interni);

(e)  il-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir u tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jkunu qed jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi ż-żgħar ma għandhiex taqbeż il-kapaċità tal-flotta reġistrata tal-flotta attiva tal-2014 f'termini ta' tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT), saħħa tal-magna (kW) u numru ta' bastimenti. [Em. 70]

1b.  Minkejja l-paragrafu 1a, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u jiġu limitati l-varjazzjonijiet fil-miżuri ta' ġestjoni, id-durata tal-għeluq imsemmi fil-punti (c) u (d) tiegħu ma għandhiex tvarja b'aktar minn 10 % minn sena għall-oħra konsekuttivi. [Em. 71]

Artikolu 6a

Miżuri tekniċi

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament ma għandhomx japplikaw.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tul massimu tax-xbieki tat-tidwir (tartarun tal-borża u tartaruni mingħajr borża) għandu jkun ristrett għal 600 metru, l-għoli ta' kemm tinżel ix-xibka tkun ta' massimu ta' 1/3 tat-tul tagħha. [Em. 72]

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-OBBLIGU TAL-ĦATT L-ART

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet marbutin mal-obbligu tal-ħatt l-art għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar li jinqabdu fil-Baħar Adrijatiku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar l-affarijiet li ġejjin: [Em. 73]

(a)  l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri rati għoljin ta’ sopravvivenzasopravivenza, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; [Em. 74]

(b)  l-eżenzjonijiet de minimis sabiex ikun jista’ jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art; it-tali eżenzjonijiet de minimis għandhom jiġu previsti għall-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għandhom ikunu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih;

(c)  id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikulari għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art.

(d)  l-iffissar tad-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar. [Em. 75]

KAPITOLU IV

REĠJONALIZZAZZJONI

Artikolu 8

Kooperazzjoni reġjonali

1.  L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-ewwel darba mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad 12-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan pluriennali skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament. Huma jistgħu jippreżentaw it-tali rakkomandazzjonijiet ukoll meta jqisu li jkun hemm bżonnhom, b’mod partikulari f’każ li jkun hemm tibdil f’daqqa tas-sitwazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti dwar miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikulari għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ qabel.

3.  Is-setgħat mogħtija skont l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

KAPITOLU V

KONTROLL U INFURZAR

Artikolu 9

Rabta mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009

Il-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn hu previst mod ieħor f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 10

Notifika minn qabel

1.  B’deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f’dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas siegħa u nofs nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, jagħtu permess għal dħul qabel fil-port. [Em. 76]

2.  L-obbligu ta’ notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew tunnellata żewġ tunnellati ta’ sardin. Dawk il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkolati wara li jitnaqqsu l-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 77]

Artikolu 11

Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandha tiġi estiża għall-bastimenti tas-sajd li b’kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku.

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-bastimenti impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku skont dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.

Artikolu 12

Ikkompletar elettroniku u trażmissjoni elettronika tal-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu li jinżamm ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd f’format elettroniku u li dan jintbagħat permezz ta’ mezzi elettroniċi mill-inqas darba kuljum lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jiġi estiż għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b’kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin.

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-kaptani ta’ bastimenti li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin, irrispettivament mit-tul ta’ dawn il-bastimenti.

2a.   B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti kollha tal-Unjoni b'tul globali ta' 12-il metri jew aktar għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art. [Em. 78]

Artikolu 13

Portijiet deżinjati

Il-limiti massimi li japplikaw għall-piż ħaj tal-ispeċijiet tal-istokkijiet rispettivi li huma suġġetti għall-pjan pluriennali li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)  2 000 kg ta’ inċova;

(b)  2 000 kg ta’ sardin.

KAPITOLU VI

RIEŻAMI

Artikolu 14

Evalwazzjoni tal-pjan pluriennali

Ħames Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolamentir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 80]

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 15

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 81]

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 6 u 7 għal perjodu ta’ ħames snin ... [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għat-tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.

3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6 u 7 fi kwalunkwe ħin. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6 u 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi mgħarraf lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15a

Appoġġ mill-FEMS

1.  Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

2.  B'deroga mill-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, sal-31 ta' Diċembru 2020 id-durata massima tal-appoġġ taħt dak ir-Regolament għandha tkun ta' disa' xhur, għall-bastimenti tas-sajd soġġetti għall-għeluq ġeografiku u temporali previst f'dan ir-Regolament.

3.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, bħala deroga mill-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandu jkun possibbli li tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-FEMS 'il fuq mil-limitu massimu ta' 15 % stabbilit f'dak l-Artikolu.

4.  Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandha tingħata prijorità lis-sajjieda affettwati mill-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dan il-pjan pluriennali.

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, u b'deroga mill-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-bastimenti li jkunu waqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha b'riżultat tal-miżuri biex jitnaqqas l-isforz tas-sajd imsemmi f'dan ir-Regolament jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ għall-waqfien permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. [Em. 82]

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Punti ta’ referenza fil-mira

(kif imsemmi fl-Artikolu 4(Artikoli 4 u 5) [Em. 86]

Stokk

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

Kolonna A

Kolonna B

Inċova

Bejn 0,23 u 0,30SSBpa

Bejn 0,30 u 0,364SSBlim

Sardin

Bejn 0,065 u 0,08

Bejn 0,08 u 0,11SSBlim

[Em. 87]

ANNESS II

Il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 5)

Stokk

Il-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger)

Il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim)

Kolonna A

Kolonna B

Inċova

139 000

69 500

Sardin

180 000

36 000

[Em. 84]

(1)ĠU C 288, 31.8.2017, p. 68.
(2)Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Novembru 2018.
(3)Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(5) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(6)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(7)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (“ir-Regolament dwar il-Mediterran”) (ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
(8)Id-dokument tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran imsejjaħ “Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) Assessment of Mediterranean Sea stocks - part 2 (STECF-11-14).
(9)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta’ rimi għal ċertu sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 21).
(10) Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Ir-rapport tal-ewwel parti tal-valutazzjonijiet tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran imsejjaħ "Mediterranean assessments part 1" (STECF-15-14). 2015 ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, u fih 52 paġna. [It-tieni parti ta' din ir-referenza tidher li hi żbaljata. OPOCE, jekk jogħġbok iċċekkja.]
(11)Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u l-valutazzjonijiet tal-Mediterran imsejjaħ “Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Mediterranean assessments part 1 (STECF-15-14)” ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, li fih 52 paġna. [The second part of this reference seems to be mistaken. OPOCE, please check.]
(12)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(14) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(15)Il-valutazzjoni tal-impatt… [inkludi r-referenza meta din tiġi ppubblikata].
(16)Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza