Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0288(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0318/2017

Testi mressqa :

A8-0318/2017

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 7
CRE 14/11/2018 - 7

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0453

Testi adottati
PDF 2521kWORD 338k
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
P8_TA-PROV(2018)0453A8-0318/2017
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni) (COM(2016)0590 – C8-0379/2016 – 2016/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0590),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0379/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Ottubru 2016 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ April 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0318/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 125, 21.4.2017, p. 65.
(2) ĠU C 207, 30.6.2017, p. 87.
(3) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni)
P8_TC1-COD(2016)0288

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Id-Direttivi 2002/19/KE(4), 2002/20/KE(5), 2002/21/KE(6) u 2002/22/KE(7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġew emendati sostanzjalment. Ladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, dawn id-Direttivi jenħtieġ li jerġgħu jiġu formulati fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)  Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li huma parti mill-qafas regolatorju eżistenti għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jiġifieri d-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), huma soġġetti għar-reviżjoni perjodika tal-Kummissjoni, bil-għan, b'mod partikolari, li tiġi determinata l-ħtieġa ta' tibdil fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq.

(3)  Fil-komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ Mejju 2015 li tistabblixxi Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa, il-Kummissjoni ddikjarat li r-reviżjoni tal-qafas tat-telekomunikazzjonijiet tkun tiffoka fuq miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi għall-investiment f'netwerks tal-broadband b'veloċità għolja, li jġibu approċċ aktar konsistenti mas-suq intern għall-politika u l-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju, iwasslu kondizzjonijiet għal suq intern veru, billi tiġi indirizzata l-frammentazzjoni regolatorja, jiġu żgurati protezzjoni effettiva tal-konsumaturi, livell ekwu għall-partijiet kollha tas-suq u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli, kif ukoll jipprovdu qafas regolatorju istituzzjonali aktar effettiv.

(4)  Din id-Direttiva hija parti minn eżerċizzju dwar l-"Idoneità Regolatorja" (REFIT, Regulatory Fitness), li l-ambitu tiegħu jinkludi erbgħa Direttivi, jiġifieri 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, u r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Kull waħda minn dawk id-Direttivi fiha miżuri li japplikaw għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod konsistenti mal-istorja regolatorja tas-settur li fih l-impriżi kienu integrati vertikalment, jiġifieri attivi kemm fil-forniment tan-netwerks kif ukoll tas-servizzi. Ir-reviżjoni toffri okkażjoni biex jiġu riformulati l-erba' Direttivi sabiex tiġi ssimplifikata l-istruttura attwali, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-konsistenza u l-aċċessibbiltà tagħha fir-rigward tal-objettiv tar-REFIT. Din toffri wkoll il-possibbiltà li tiġi adattata l-istruttura għar-realtà ġdida tas-suq, fejn il-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet ma għadux neċessarjament magħqud flimkien mal-forniment tan-netwerk. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għal atti legali(10), ir-riformulazzjoni tikkonsisti fl-adozzjoni ta' att legali ġdid li jinkorpora f'test wieħed kemm l-emendi sostantivi li dan jagħmel għall-att ta' qabel kif ukoll id-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' dak l-att. Il-proposta għal riformulazzjoni għandha x'taqsam mal-emendi sostantivi li din tagħmel għal att ta' qabel, u fuq livell sekondarju, tinkludi l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att ta' qabel, flimkien ma' dawk l-emendi sostantivi.

(5)  Din id-Direttiva toħloq qafas legali biex tiġi żgurata l-libertà li jiġu provduti netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, soġġetti biss għall-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u għal kull restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 52(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari miżuri li jirrigwardaw il-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, u konsistenti mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-'Karta').

(6)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-protezzjoni tal-interessi tiegħu tas-sigurtà essenzjali, biex jissalvagwarda l-politika pubblika ▌ u s-sigurtà pubblika, u biex jippermetti l-investigazzjoni, l-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, waqt li jqis li kwalunkwe limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti mill-Karta, b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 11 tagħha, bħal-limitazzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data, għandhom ikunu previsti bil-liġi, jirrispettaw l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet u jkunu soġġetti għall-prinċipju tal-proporzjonalità, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta.

(7)  Il-konverġenza tat-telekomunikazzjonijiet, il-media u s-setturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tfisser li kull netwerk u servizz tal-komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jkun kopert sa fejn possibbli b'Kodiċi Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi uniku stabbilit permezz ta’ Direttiva unika, għajr għal kwistjonijiet li jiġu ttrattati aħjar b'regoli direttament applikabbli stabbiliti permezz ta' regolamenti. Huwa meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolament tal-kontenut. Għaldaqstant, din id-Direttiva ma tkoprix il-kontenut tas-servizzi mwassla fuq in-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal kontenut tax-xandir, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, u hija bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali b'rabta ma' dawk is-servizzi, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni sabiex jippromwovu diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu fix-xandir. Il-kontenut tal-programmi tat-televiżjoni huwa kopert bid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Ir-regolamentazzjoni tal-politika awdjoviżiva u tal-kontenut għandhom l-għan li jiksbu l-miri ta' interess ġenerali, bħal-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu tal-media, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali, l-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-minuri. Is-separazzjoni bejn ir-regolament tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolament tal-kontenut ma jaffettwax li jingħata kont tar-rabtiet li jeżistu bejniethom, b'mod partikolari biex jiġi garantit il-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali u l-protezzjoni tal-konsumatur. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, jikkontribwixxu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-politiki li jimmiraw sabiex jippromwovu dawk l-għanijiet.

(8)  Din id-Direttiva ma taffettwax l-applikazzjoni għat-tagħmir tar-radju tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), iżda tkopri r-riċevituri tar-radju tal-karozzi u tar-radju tal-konsumatur, u t-tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumatur.

(9)  Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u oħrajn kompetenti, li jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk relatati mal-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għandu jkopri ċerti aspetti tat-tagħmir tar-radju kif definit fid-Direttiva 2014/53/UE u t-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali, sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għall-utenti finali b'diżabilità. Huwa importanti li r-regolaturi u l-awtoritajiet l-oħra kompetenti nazzjonali jinkoraġġixxu lill-operaturi tan-netwerks u lill-manifatturi tat-tagħmir jikkooperaw sabiex jiġi faċilitat l-aċċess mill-utenti finali b'diżabilità għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-użu mhux esklussiv tal-ispektrum tar-radju għall-awtoużu tat-tagħmir terminali tar-radju, għalkemm mhux relatat ma' attività ekonomika, jenħtieġ ukoll li jkun is-suġġett ta’ din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat fir-rigward tar-reġim tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

(10)  Ċerti servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt din id-Direttiva setgħu wkoll jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta' "servizz tas-soċjetà tal-informatika" stabbilita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13). Id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva li jirregolaw is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika japplikaw għal dawk is-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi sa fejn din id-Direttiva jew atti legali oħra tal-Unjoni ma jinkludux dispożizzjonijiet aktar speċifiċi applikabbli għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Madanakollu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħat-telefonija bil-vuċi, is-servizzi tal-messaġġi u s-servizzi tal-posta elettronika huma koperti b'din id-Direttiva. L-istess impriża, pereżempju fornitur tas-servizzi bl-internet, tista' toffri kemm servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-aċċess għall-internet, u servizzi mhux koperti minn din id-Direttiva, bħall-forniment ta' kontenut ibbażat fuq l-internet u mhux il-kontenut relatat mal-komunikazzjoni .

(11)  L-istess impriża, pereżempju operatur tal-kejbil, jista' joffri kemm servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħat-twassil ta' sinjali tat-televiżjoni, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħal kummerċjalizzazzjoni ta' offerta għal servizzi ta' kontenut għax-xandir awdjo jew televiżjoni, u għalhekk obbligi addizzjonali jistgħu jiġu imposti fuq tali impriża b'relazzjoni mal-attività tagħha bħala fornitur tal-kontenut jew distributur, skont id-dispożizzjonijiet ta' Direttivi oħra barra minn dawk ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stipulata f'anness ma' din id-Direttiva.

(12)  Il-qafas regolatorju għandu jkopri l-użu tal-ispektrum tar-radju min-netwerks kollha tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-awtoużu tal-ispektrum tar-radju minn tipi ġodda ta' netwerks li jikkonsistu esklużivament minn sistemi awtonomi ta' tagħmir tar-radju mobbli li hu konness permezz ta' rabtiet bla fili mingħajr ġestjoni ċentrali jew operatur tan-netwerk ċentralizzat, u mhux neċessarjament fi ħdan l-eżerċizzju ta' kwalunkwe attività speċifika. Fl-iżvilupp ta' ambjent ta' komunikazzjonijiet bla fili tal-5G (ħames ġenerazzjoni), probabbli dawn in-netwerks ser jiżviluppaw b'mod partikolari barra l-bini u fit-toroq, għat-trasport, l-enerġija, ir-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa elettronika, il-protezzjoni tal-pubbliku u l-għajnuna f'diżastri, l-Internet tal-Oġġetti, minn magna għal magna, u l-karozzi konnessi. B'riżultat ta' dan, abbażi tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/53/UE, l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' rekwiżiti nazzjonali oħrajn dwar it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta' tali tagħmir tar-radju, jew it-tnejn li huma, f'relazzjoni mal-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju u l-evitar ta' interferenza dannuża jenħtieġ li jirriflettu l-prinċipji tas-suq intern.

(13)  Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kapaċitajiet tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi qegħdin dejjem jiżdiedu. Filwaqt li fil-passat l-attenzjoni kienet prinċipalment fuq it-tkabbir globali tal-medda tal-banda disponibbli u fuq kull utent individwali, qiegħda dejjem tiżdied l-importanza ta' parametri oħra bħalma huma l-latenza, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà. Ir-risposta attwali għal dik id-domanda hija li l-fibrottika titressaq eqreb tal-utent u "n-netwerks b'kapaċità kbira ħafna" tal-futur ser jeħtieġu parametri ta' prestazzjoni li huma ekwivalenti għal dak li netwerk ibbażat fuq l-elementi fibrottiċi jista' jipprovdi, mill-anqas, sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz. Fil-każ tal-konnessjoni bil-linja fissa, dan jikkorrispondi għall-prestazzjoni tan-netwerk ekwivalenti għal dak li jista' jinkiseb permezz ta' installazzjoni fibrottika f'binja b'ħafna abitazzjonijiet, ikkunsidrata bħala l-post tas-servizz. Fil-każ tal-konnessjoni bla fili, dan jikkorrispondi għall-prestazzjoni tan-netwerk li hi simili għal dak li jista' jinkiseb abbażi ta' installazzjoni fibrottika f'stazzjon bażi, meqjus li huwa l-post tas-servizz. Varjazzjonijiet fl-esperjenza tal-utenti finali, dovuti għall-karatteristiċi differenti tal-mezz li bih, fl-aħħar mill-aħħar, in-netwerk jaqbad mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk, jenħtieġ li ma jitqiesux biex jiġi stabbilit jekk netwerk bla fili jistax jiġi kkunsidrat li jipprovdi prestazzjoni tan-netwerk simili. F'konformità mal-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija, teknoloġiji u mezzi ta' trażmissjoni oħrajn ma għandhomx jiġu esklużi, meta jitqabblu ma' dak ix-xenarju bażi f'termini tal-kapaċitajiet tagħhom. It-tifrix ta' tali "netwerks b'kapaċità kbira ħafna" x'aktarx iżid iżjed il-kapaċitajiet tan-netwerks u ser iwitti t-triq għat-tifrix tal-ġenerazzjonijiet futuri ta' netwerks bla fili ibbażati fuq interfaċċi bl-ajru msaħħa u arkitettura ta' netwerk aktar densifikata.

(14)  Id-definizzjonijiet għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġi żgurat li humakonformi mal-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija u sabiex iżommu l-pass mal-iżvilupp teknoloġiku, inklużi forom ġodda ta' mmaniġġar ta' netwerks bħal permezz ta' netwerks emulati bis-software jew netwerks definiti bis-software. L-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq ressqet in-netwerks lejn it-teknoloġija tal-protokoll tal-internet (IP) u din ippermettiet lill-utenti finali li jagħżlu bejn firxa ta' fornituri tas-servizz tal-vuċi li huma f'kompetizzjoni. Għalhekk, it-terminu "servizz tat-telefon pubblikament disponibbli", li huwa użat esklużivament fid-Direttiva 2002/22/KE u meqjus ħafna bħala li jirreferi għas-servizzi tat-telefon analogu tradizzjonali, jenħtieġ li jinbidel b'terminu newtrali aktar attwali u teknoloġiku "servizz ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi". Il-kondizzjonijiet għall-forniment ta' servizz jenħtieġ li jinfirdu mill-elementi definizzjonali effettivi ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi , jiġifieri servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li hu disponibbli għall-pubbliku u li bih il-klijenti jistgħu jagħmlu jew jirċievu sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali direttament jew indirettament permezz ta' numru jew numri fi pjan ta' numerazzjoni telefonika ▌ nazzjonali jew internazzjonali, kemm jekk tali servizz ikun ibbażat fuq teknoloġija ta' "switching" b'ċirkwit jew b'pakkett. Hija n-natura ta' tali servizz li hija bidirezzjonali, li tippermetti liż-żewġ partijiet jikkomunikaw. Servizz li ma jissodisfax dawk il-kondizzjonijiet kollha, bħal pereżempju applikazzjoni "click-through" fuq websajt għas-servizz tal-konsumatur, mhuwiex tali servizz. Is-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi jinkludu wkoll mezzi ta' komunikazzjoni speċifikament maħsubin għal ▌ utenti finali b'diżabbiltà li jużaw trażmissjoni testwali jew servizzi tal-konverżazzjoni totali.

(15)  Is-servizzi użati għall-għanijiet ta' komunikazzjonijiet, u l-mezzi tekniċi tat-twassil tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti finali dejjem aktar qed jibdlu t-telefonija tradizzjonali tal-vuċi, il-messaġġi testwali (SMS) u s-servizzi ta' twassil tal-posta elettronika bis-servizzi online li jiffunzjonaw b'mod ekwivalenti bħalma huma Voice over IP, servizzi tal-messaġġ u servizzi tal-email ibbażati fuq l-internet. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali u d-drittijiet tagħhom ikunu protetti b'mod effettiv u b'mod ugwali meta jużaw is-servizzi funzjonalment ekwivalenti, definizzjoni orjentata lejn il-futur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li ma tkunx purament ibbażata fuq parametri tekniċi iżda pjuttost mibnija fuq approċċ funzjonali. L-ambitu tar-regolamentazzjoni meħtieġa jenħtieġ li jkun adatt biex jintlaħqu dawn l-objettivi ta' interess pubbliku. Filwaqt li "t-twassil ta' sinjali" jibqa' parametru importanti li jiddetermina s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri wkoll servizzi oħrajn li jippermettu l-komunikazzjoni. Minn perspettiva tal-utent finali, dan mhux rilevanti jekk fornitur jibgħatx is-sinjali hu stess jew jekk il-komunikazzjoni titwassal permezz tas-servizz tal-aċċess għall-internet. Għalhekk, id-definizzjoni ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li tinkludi tliet tipi ta' servizzi li jistgħu jidħlu parzjalment f'xulxin, jiġifieri, servizzi ta' aċċess għall-internet kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali kif definiti f'din id-Direttiva, u s-servizzi li jikkonsistu kollha kemm huma jew prinċipalment fit-twassil ta' sinjali. Id-definizzjoni ta' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li tneħħi l-ambigwitajiet osservati fl-implimentazzjoni tad-definizzjoni li eżistiet preċedentement għall-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u tippermetti applikazzjoni kkalibrata skont kull forniment tad-drittijiet u l-obbligi speċifiċi li hemm fil-qafas għat-tipi differenti ta' servizzi. L-ipproċessar tad-data personali mis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kemm bħala remunerazzjoni jew mod ieħor, jenħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(16)  Sabiex servizz jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan għandu jkun ipprovdut b'mod normali fi skambju ta' remunerazzjoni . Fl-ekonomija diġitali, il-parteċipanti tas-suq iqisu dejjem iktar l-informazzjoni dwar l-utenti bħala xi ħaġa li fiha valur monetarju. Is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi spiss jiġu fornuti lill-utenti finali mhux biss għall-flus, iżda kull ma jmur u b'mod partikolari aktar għall-għoti ta' data personali jew data oħra. Il-kunċett ta' remunerazzjoni jenħtieġ li għalhekk jinkludi sitwazzjonijiet fejn il-fornitur ta' servizz jitlob u l-utent finali konxjament jipprovdi data personali fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679 jew data oħra direttament jew indirettament lill-fornitur. Jenħtieġ li jinkludi wkoll sitwazzjonijiet fejn l-utenti finali jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni mingħajr ma ▌ jfornuha b'mod attiv, bħal data personali, inkluż l-indirizz IP, jew informazzjoni oħra ġġenerata awtomatikament, bħal informazzjoni miġbura u trażmessa permezz ta' cookie ▌. F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) dwar l-Artikolu 57 tat-TFUE(16), teżisti remunerazzjoni wkoll fis-sens tat-TFUE jekk il-fornitur tas-servizz jitħallas minn parti terza u mhux minn dak li jirċievi s-servizz. Il-kunċett ta' remunerazzjoni għalhekk jenħtieġ li jkopri wkoll sitwazzjonijiet li fihom l-utent finali jkun espost għal reklamar bħala kondizzjoni biex jinkiseb l-aċċess għas-servizz, jew sitwazzjonijiet li fihom il-fornitur tas-servizz irendi fi flus id-data personali li jkun ġabar ▌taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.

(17)  Servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali huma servizzi li jippermettu skambju interpersonali u interattiv ta' informazzjoni, li jkopri servizzi tradizzjonali bħal telefonati bil-vuċi tradizzjonali bejn żewġ individwi, iżda jinkludi wkoll it-tipi kollha ta' posta elettronika, servizzi ta' messaġġi, jew group chats. Is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali jkopru biss komunikazzjoni bejn numru finit ta' persuni fiżiċi, jiġifieri, mhux potenzjalment mingħajr limitu, li hu determinat minn dak li jibgħat il-komunikazzjoni. Il-komunikazzjonijiet li jinvolvu persuni ġuridiċi jenħtieġ li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni fejn persuni fiżiċi jaġixxu f'isem dawk il-persuni ġuridiċi jew li jkunu involuti mill-anqas fuq naħa waħda tal-komunikazzjoni. Komunikazzjoni interattivi tinvolvi li s-servizz jippermetti lil dak li jirċievi l-informazzjoni li jwieġeb. Servizzi li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti, bħal xandir lineari, vidjow fuq talba, siti tal-internet, netwerks soċjali, bloggijiet, jew skambju ta' informazzjoni bejn il-magni, jenħtieġ li ma jitqisux bħala li huma servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali servizz jenħtieġ li ma jitqiesx bħala li huwa servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali jekk il-faċilità ta' komunikazzjoni interpersonali u interattiva hija karatteristika minuri u purament anċillari għal servizz ieħor u għal raġunijiet tekniċi oġġettivi ma jistax jintuża mingħajr dak is-servizz prinċipali, u l-integrazzjoni tiegħu mhix mezz biex tiġi evitata l-applikabbiltà tar-regoli li jirregolaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Bħala elementi ta' eżenzjoni mid-definizzjoni, jenħtieġ li t-termini "minuri" u "purament anċillari" jiġu interpretati b'mod ristrett u minn perspettiva oġġettiva tal-utent finali. Karatteristika ta' komunikazzjonijiet interpersonali tista' titqies bħala minuri fejn l-utilità oġġettiva tagħha għal utent finali hija limitata ħafna u fejn fir-realtà bilkemm tintuża mill-utenti finali. Eżempju ta' ▌ karatteristika li tista' titqies bħala li taqa' barra mill-ambitu tad-definizzjoni ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali tista' tkun, fil-prinċipju, kanal ta' komunikazzjoni f'logħob online, li jiddependi fuq il-karatteristiċi tal-faċilità tal-komunikazzjoni tas-servizz.

(18)  Servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jużaw numri minn pjan tan-numerazzjoni ▌ nazzjonali u internazzjonali jaqbdu ma' riżorsi tan-numerazzjoni assenjati pubblikament. Dawk is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jinkludu kemm is-servizzi li jiġu assenjati numri tal-utenti finali biex tiġi żgurata l-konnettività minn tarf sa tarf u s-servizzi li jippermettu lill-utenti finali jilħqu l-persuni li lilhom tali numri ġew assenjati. Is-sempliċi użu ta' numru bħala identifikatur jenħtieġ li ma jitqiesx li huwa ekwivalenti għall-użu ta' numru ta' konnessjoni ma' numri assenjati pubblikament u għalhekk, fih innifsu, jenħtieġ li ma jitqiesx li huwa suffiċjenti biex servizz jikkwalifika bħala servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri. Is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jenħtieġ li jiġu soġġetti għall-obbligi biss fejn l-interessi pubbliċi jeħtieġu li obbligi regolatorji speċifiċi japplikaw għat-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet, irrispettivament minn jekk dawn jużawx numri għall-forniment tas-servizz tagħhom jew le. Huwa ġġustifikat li s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jitqiesu b'mod differenti, peress li dawn jipparteċipaw f'ekosistema interoperabbli pubblikament assigurata u għalhekk jibbenefikaw minnha.

(19)  Il-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk jirrappreżenta konfini għal skopijiet regolatorji bejn il-qafas regolatorju għan-netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni ta' tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni. Id-definizzjoni tal-lok tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk hija r-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali. Fid-dawl tal-prattiki tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u minħabba l-varjetà ta' topoloġiji fissi u bla fili, il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("BEREC") jenħtieġ li, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jadotta linji gwida dwar approċċi komuni għall-identifikazzjoni tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk, f'konformità ma' din id-Direttiva, f'diversi ċirkostanzi konkreti.

(20)  L-iżviluppi tekniċi jippermettu lill-utenti finali jkollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, mhux biss permezz ta' telefonati bil-vuċi iżda wkoll b'servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali oħrajn. Għaldaqstant, il-kunċett ta' komunikazzjoni ta' emerġenza jenħtieġ li jkopri s-servizzi kollha tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jippermettu dan l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Dan jibni fuq l-elementi tas-sistema ta' emerġenza li diġà tnaqqxu fil-liġi tal-Unjoni, jiġifieri "ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika" ("PSAP") u "PSAP l-aktar adatt" kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), u dwar "servizzi ta' emerġenza" kif definiti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013(18).

(21)  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jkollhom sett armonizzat ta' miri u prinċipji li jiggwidaw ix-xogħol tagħhom u fejn meħtieġ jenħtieġ li jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u mal-BEREC fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan il-qafas regolatorju.

(22)  Il-kompiti assenjati lill-awtoritajiet kompetenti minn din id-Direttiva jikkontribwixxu biex jiġu sodisfatti l-politiki usa' fl-oqsma tal-kultura, tal-impjieg, tal-ambjent, tal-koeżjoni soċjali u tal-ippjanar tal-bliet u l-irħula.

(23)  Jenħtieġ li l-qafas regolatorju, barra t-tliet għanijiet primarji eżistenti tal-promozzjoni tal-kompetizzjoni, is-suq intern u l-interessi tal-utent finali, jaħdem għal għan addizzjonali tal-konnettività, artikulat f'termini ta' riżultati: aċċess wiesa' għan-netwerks b'kapaċità kbira ħafna u l-adozzjoni tagħhom għaċ-ċittadini tal-Unjoni u n-negozji kollha tal-Unjoni abbażi ta' prezz u għażla raġonevoli, ▌kompetizzjoni effettiva u ġusta, ▌innovazzjoni miftuħa, ▌użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, ▌regoli komuni u approċċi regolatorji prevedibbli fis-suq intern u ▌r-regoli speċifiċi għas-settur meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għall-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra u l-partijiet konċernati, li l-għan tal-konnettività jirriżulta, minn naħa waħda, li jiġu mmirati n-netwerks u servizzi bl-akbar kapaċità ekonomikament sostenibbli f'qasam partikolari, u, min-naħa l-oħra, li tinkiseb il-koeżjoni territorjali, fis-sens ta' konverġenza fil-kapaċità disponibbli f'oqsma differenti.

(24)  Il-progress biex jinkisbu l-objettivi ġenerali ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkun appoġġat minn sistema robusta ta' valutazzjoni kontinwa u valutazzjoni komparattiva mill-Kummissjoni tal-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna fil-muturi soċjoekonomiċi ewlenin kollha, bħall-iskejjel, iċ-ċentri tat-trasport u l-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, u negozji ferm diġitalizzati, tad-disponibbiltà ta' kopertura tal-5G mingħajr interruzzjonijiet għaż-żoni urbani u r-rotot ewlenin tat-trasport terrestri, u tad-disponibbiltà għad-djar kollha f'kull Stat Membru ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma kapaċi jipprovdu mill-inqas 100 Mbps, u li jistgħu jittejbu fil-pront għall-veloċitajiet ta' gigabits. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-prestazzjoni tal-Istati Membri, inkluż, bħala eżempju, b'indiċi li jagħtu sommarju tal-indikaturi rilevanti dwar il-prestazzjoni diġitali tal-Unjoni u jżommu kont tal-evoluzzjoni tal-kompetittività diġitali tal-Istati Membri, bħall-Indiċi tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali, u fejn meħtieġ, tistabbilixxi metodi ġodda u kriterji oġġettivi, konkreti u kwantifikabbli ġodda għall-valutazzjoni komparattiva tal-effikaċja tal-Istati Membri.

(25)  Il-prinċipju li l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw il-liġi tal-Unjoni b'mod teknoloġikament newtrali, jiġifieri li awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra jenħtieġ li la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' xi tip partikolari ta' teknoloġija, ma jżommx milli jittieħdu l-passi xierqa biex jiġu promossi ċerti servizzi speċifiċi meta ikun ġustifikat ħalli jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas regolatorju, bħal pereżempju għat-televiżjoni diġitali bħala mezz biex tiżdied l-effiċjenza tal-ispektrum tar-radju. Barra minn jekk, dak il-prinċipju ma tipprekludix milli titqies li ċerti mezzi ta' trażmissjoni għandhom karatteristiċi fiżiċi u arkitettoniċi li jistgħu jkunu superjuri f'termini ta' kwalità tas-servizz, kapaċità, spiża tal-manutenzjoni, effiċjenza fl-enerġija, flessibbiltà tal-ġestjoni, affidabbiltà, robustezza u skalabbiltà, u, fl-aħħar mill-aħħar, prestazzjoni, li jistgħu jiġu riflessi f'azzjonijiet meħuda bil-ħsieb biex jintlaħqu għanijiet regolatorji varji.

(26)  Kemm l-investiment effiċjenti kif ukoll il-kompetizzjoni għandhom ikunu mħeġġa flimkien, sabiex jiżdiedu t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-għażla tal-konsumatur.

(27)  Il-kompetizzjoni tista' titħeġġeġ l-aktar permezz ta' livell ekonomikament effiċjenti ta' investiment f'infrastruttura ġdida u effiċjenti kkomplementat mir-regolamentazzjoni kull meta jkun meħtieġ sabiex tinkiseb kompetizzjoni effettiva tas-servizzi bl-imnut. Livell effiċjenti ta' kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura huwa kemm fil-fatt bid-duplikazzjoni tal-infrastruttura l-investituri jkunu mistennija b'mod raġonevoli jkollhom qligħ ġust abbażi ta' tbassir raġonevoli rigward l-evoluzzjoni tal-ishma tas-suq.

(28)  Hu meħtieġ li jingħataw inċentivi xierqa għall-investiment f'netwerks ġodda b'kapaċità kbira ħafna li jappoġġaw l-innovazzjoni f'servizzi tal-internet mimlija kontenut u li jsaħħu l-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni. Tali netwerks għandhom potenzjal enormi biex iwasslu benefiċċji lill-konsumaturi u lin-negozji fl-Unjoni kollha. Huwa għalhekk kruċjali li jiġi promoss l-investiment sostenibbli fl-iżvilupp ta' dawk in-netwerks ġodda, filwaqt li tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni, peress li għad fadal restrizzjonijiet u ostakli fiżiċi għad-dħul fil-livell ta' infrastruttura, u tiġi mkabbra l-għażla tal-konsumatur permezz ta' prevedibbiltà u konsistenza regolatorji.

(29)  Din id-Direttiva għandha l-għan li progressivament tnaqqas ir-regoli speċifiċi ex ante tas-settur hekk kif tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-suq u, finalment, li tiżgura li l-komunikazzjoni elettronika tkun regolata biss mil-liġi dwar il-kompetizzjoni. Meta wieħed iqis li s-swieq għal komunikazzjoni elettronika wrew dinamiċi kompetittivi qawwija fis-snin reċenti, huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex ante jiġu imposti ▌biss fejn m'hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli fuq ▌is-swieq ikkonċernati. L-objettiv ta' intervent regolatorju ex ante huwa biex jipproduċi benefiċċji għall-utenti finali billi jagħmel is-swieq tal-imnut effettivament kompetittivi fuq bażi sostenibbli. Jenħtieġ li jiġu imposti obbligi fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa fil-każ li suq bl-imnut wieħed jew aktar x'aktarx ma jsirux effettivament kompetittivi fin-nuqqas ta' dawn l-obbligi. Huwa probabbli li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, permezz tal-proċess tal-analiżi tas-suq, ikunu gradwalment jistgħu jsibu li s-swieq bl-imnut ikunu kompetittivi anke fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni tas-suq bl-ingrossa, speċjalment meta jitqies it-titjib mistenni fl-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. F'każ bħal dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tikkonkludi li r-regolamentazzjoni ma għadhiex iktar meħtieġa fil-livell bl-ingrossa, u tivvaluta s-suq bl-ingrossa rilevanti korrispondenti bil-ħsieb li tiġi rtirata r-regolamentazzjoni ex ante. Meta tagħmel dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tqis kwalunkwe effett ta' lieva bejn is-swieq bl-ingrossa u bl-imnut relatati li jistgħu jeħtieġu t-tneħħija ta' ostakli għad-dħul fil-livell tal-infrastruttura sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni fit-tul fil-livell bl-imnut.

(30)  Il-komunikazzjonijiet elettroniċi qed isiru essenzjali għal numru dejjem jikber ta' setturi. L-Internet tal-Oġġetti huwa prova ta' kif it-twassil tas-sinjal tar-radju li jirfdu l-komunikazzjonijiet elettroniċi jkompli jevolvi u jsawwar ir-realtà tas-soċjetà u tan-negozju. Biex jinkiseb l-aħjar benefiċċju minn dawn l-iżviluppi, l-introduzzjoni u l-akkomodazzjoni ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet ġodda ta' komunikazzjonijiet bla fili fil-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju huma essenzjali. Peress li teknoloġiji u applikazzjonijiet oħra li jiddependu fuq l-ispektrum tar-radju huma ugwalment soġġetti għad-domanda li dejjem qed tikber, u jistgħu jissaħħu permezz tal-integrazzjoni jew kombinazzjoni mal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju jenħtieġ li tadotta, fejn hu xieraq, approċċ transsettorjali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-użu tal-ispektrum tar-radju.

(31)  L-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni f'livell tal-Unjoni jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat li l-utenti tal-ispektrum tar-radju jiksbu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern u li l-interessi tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu difiżi globalment b'mod effettiv. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu adottati programmi pluriennali dwar il-politika tal-ispektrum tar-radju fejn meħtieġ. L-ewwel tali programm kien ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19), li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet u l-objettivi ta' politika għall-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk l-orjentazzjonijiet u l-objettivi ta' politika jirreferu għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju meħtieġa għat-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern, skont din id-Direttiva.

(32)  Il-fruntieri nazzjonali huma dejjem iktar irrilevanti biex jiġi determinat l-aħjar użu tal-ispektrum tar-radju. Il-frammentazzjoni indebita fost il-linji ta' politika nazzjonali ▌tirriżulta fi spejjeż ikbar u telf ta' opportunitajiet fis-suq għall-utenti tal-ispektrum tar-radju u tnaqqas ir-ritmu tal-innovazzjoni għad-detriment tal-funzjonament korrett tas-suq intern u bi preġudizzju għall-konsumaturi u għall-ekonomija b'mod ġenerali.

(33)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju ta' din id-Direttiva għandhom ikunu konsistenti mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jittrattaw ma' ġestjoni tal-ispektrum tar-radju, bħall-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) u l-Konferenza Ewropea ta' Amministrazzjonijiet Postali u ta' Telekomunikazzjoni (CEPT), sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni u l-armonizzazzjoni effettivi tal-użu tal-ispektrum tar-radju madwar l-Unjoni u bejn l-Istati Membri u membri oħra tal-ITU.

(34)  Skont il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra bil-ħsieb li jiżguraw l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-ħtieġa tal-indipendenza hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u l-obbligi kostituzzjonali tal-Istati Membri jew għall-prinċipju ta' newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà preskritta fl-Artikolu 345 tat-TFUE. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jkunu fil-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa, fir-rigward tan-numru ta' impjegati, kapaċità, u mezzi finanzjarji, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(35)  Ċerti kompiti skont id-Direttiva, bħar-regolamentazzjoni ex ante tas-suq, inkluż l-impożizzjoni tal-obbligi għall-aċċess u l-interkonnessjoni, u s-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-impriżi huma kompiti li jenħtieġ li jitwettqu biss mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jiġifieri l-korpi li huma indipendenti kemm mis-settur kif ukoll minn kwalunkwe intervent estern jew pressjoni politika. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jassenjaw kompiti regolatorji oħra previsti f'din id-Direttiva jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lil awtorità kompetenti oħra. Matul it-traspożizzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-istabbiltà tal-kompetenzi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-assenjazzjoni tal-kompiti li rriżultat mit-traspożizzjoni tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi kif emendat fl-2009, b'mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni fis-suq jew mad-dħul fis-suq. Fejn jiġu assenjati kompiti lil awtoritajiet kompetenti oħra, dawk l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jenħtieġ li jfittxu l-parir tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali qabel jiddeċiedu. Skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni tajba, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jiskambjaw informazzjoni għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom.

(36)  Din id-Direttiva ma tinkludix dispożizzjonijiet sostantivi dwar l-aċċess għal internet miftuħ jew dwar ir-roaming u hija mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tal-kompetenzi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-Regolament (UE) 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) u fir-Regolament (UE) 2015/2120. Madankollu, barra dan, din id-Direttiva tipprevedi li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kompetenti biex jivvalutaw u jimmonitorjaw mill-qrib l-aċċess għas-suq u l-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni li potenzjalment jaffettwaw id-drittijiet tal-utenti finali għal aċċess għal internet miftuħ.

(37)  L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ssaħħet fir-reviżjoni tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi kif emendat li tlesta fl-2009 biex tiġi żgurata applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-prevedibbiltà tad-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dak il-għan kellha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex jiġi żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali hi protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jippreġudikaw l-evalwazzjoni indipendenti tagħha ta' materji li jiġu quddiemha. Din l-influwenza esterna tirrendi l-entità leġislattiva nazzjonali mhux adatta biex taġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali taħt il-qafas regolatorju. Għal dak il-għan, kellhom , jiġu stabbiliti minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija mill-kariga tal-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta' dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Sabiex jiġu evitati tneħħijiet mill-kariga arbitrarji, membri mneħħija jenħtieġ li jkollhom d-dritt li jitolbu li l-qrati kompetenti jivverifikaw l-eżistenza ta' raġuni valida għat-tneħħija mill-kariga, fost dawk previsti f'din id-Direttiva. Tali tneħħiji mill-kariga jenħtieġ li jkunu marbuta biss mal-kwalifiki personali jew professjonali tal-kap jew il-membru. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit tagħhom stess, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jirreklutaw għadd suffiċjenti ta' persunal kwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dak il-baġit jenħtieġ li jiġi pubblikat kull sena. Fil-limiti tal-baġit tagħhom, jenħtieġ li jkollhom l-awtonomija fil-ġestjoni tar-riżorsi tagħhom, kemm dawk umani kif ukoll finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità, l-Istati Membri li jibqgħu sidien ta', jew għandhom kontroll tal-impriżi li jikkontribwixxu għal, il-baġit tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra permezz ta' imposti amministrattivi, għandhom jiżguraw li hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-attivitajiet marbuta mal-eżerċizzju tas-sjieda jew il-kontroll mill-eżerċizzju tal-kontroll fuq il-baġit.

(38)  Hemm bżonn li tissaħħaħ aktar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex tiġi żgurata l-kapaċità tal-kap u l-membri tagħhom li ma jiġux influwenzati minn pressjoni esterna, billi jingħataw kwalifiki minimi għall-ħatra, u tul ta' żmien minimu għall-mandat tagħhom. Barra minn hekk, sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta' manipulazzjoni tar-regolatur, tiġi żgurata l-kontinwità u tissaħħaħ l-indipendenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jillimitaw il-possibbiltà ta' tiġdid tal-mandati tal-kap jew tal-membri tal-bord u jistabbilixxu skema ta' rotazzjoni xierqa għall-bord u l-maniġment superjuri. Din tista' ssir, pereżempju, bil-ħatra tal-ewwel membri tal-korp kolleġġjali għall-perijodi differenti biex il-mandati tagħhom u ta' dawk li jiġu warajhom, ma jiskadux fl-istess waqt.

(39)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu responsabbli għal, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirrappurtaw dwar, il-mod li bih huma jwettqu l-kompiti tagħhom. Normalment, jenħtieġ li dan l-obbligu jieħu l-forma ta' obbligu ta' rappurtar annwali aktar milli talbiet ta' rappurtar ad hoc li, jekk ikunu sproporzjonati, jistgħu jillimitaw l-indipendenza tagħhom jew ifixkluhom fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja(21), l-obbligi ta' rappurtar estensivi jew mhux kondizzjonali jistgħu jaffettwaw l-indipendenza ta' awtorità b'mod indirett.

(40)  L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-identità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra. Biex l-awtoritajiet kompetenti jagħtu d-drittijiet ta' passaġġ, jenħtieġ li jkun possibbli li r-rekwiżit ta' notifika jiġi sodisfatt b'referenza għall-punt waħdieni ta' informazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22).

(41)  Is-sistema ta' awtorizzazzjoni l-anqas oneruża possibbli għandha tintuża biex tippermetti l-forniment ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi sabiex tistimula l-iżvilupp ta' servizzi ġodda ta' komunikazzjonijiet u netwerks u servizzi pan-Ewropej ta' komunikazzjonijiet u biex tippermetti li l-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jibbenefikaw mill-ekonomiji tal-iskala tas-suq intern.

(42)  Il-benefiċċji tas-suq intern lill-fornituri tas-servizz u l-utenti finali jistgħu jinkisbu l-aħjar b'awtorizzazzjoni ġenerali tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għajr għas-servizzi tal- komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, mingħajr ma tkun meħtieġa xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv mill-awtorità regolatorja nazzjonali u billi kull ħtieġa proċedurali tkun limitata għal notifikazzjoni dikjaratorja biss. Fejn l-Istati Membri jeħtieġu notifiki mill-fornituri ta' netwerks jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi meta jibdew l-attivitajiet tagħhom, jenħtieġ li din in-notifika ma tinvolvix spiża amministrattiva għall-fornituri u tista' ssir disponibbli permezz ta' punt ta' dħul fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jappoġġa l-koordinazzjoni transfruntiera effettiva, speċjalment għall-operaturi pan-Ewropej, jenħtieġ li l-BEREC jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data ta' tali notifiki. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu biss notifiki sħaħ lill-BEREC. L-Istati Membri jenħtieġ li bl-ebda mod ma jfixklu l-forniment ta' netwerks u servizzi, inkluż għal raġunijiet ta' inkompletezza f'notifiki.

(43)  Notifikazzjonijiet ▌ jenħtieġ li jinkludu dikjarazzjoni sempliċi tal-intenzjoni tal-fornitur li jibda l-forniment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li fornitur jintalab biex jikkumplimenta dik id-dikjarazzjoni biss bl-informazzjoni stabbilita f'din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponux rekwiżiti ta' notifika addizzjonali jew separati.

(44)  Kuntrarju għal kategoriji oħra tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti f'din id-Direttiva, is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri ma jibbenefikawx mill-użu tar-riżorsi pubbliċi ta' numerazzjoni u ma jipparteċipawx f'ekosistema interoperabbli pubblikament assigurata. Għalhekk mhuwiex xieraq li dawk it-tipi ta' servizzi jiġu soġġetti għar-reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali.

(45)  Meta jagħtu drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju, għal riżorsi ta' numerazzjoni jew drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinfurmaw lill-impriżi li lilhom ikunu taw dawk id-drittijiet dwar il-kondizzjonijiet rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-użu ta' spektrum tar-radju fi drittijiet individwali tal-użu jew fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali.

(46)  L-awtorizzazzjonijiet ġenerali jenħtieġ li jkun fihom biss kondizzjonijiet li huma speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal kondizzjonijiet li diġà jkunu applikabbli permezz ta' xi liġi nazzjonali eżistenti oħra, b'mod partikulari rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi, li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet. Pereżempju, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinfurmaw ▌lill-impriżi dwar rekwiżiti ambjentali applikabbli, u dwar rekwiżiti tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja. Il-kondizzjonijiet imposti taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali ma jaffettwawx id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

(47)  Il-kondizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali jenħtieġ li jkopru kondizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċessibbiltà għall-utenti finali b'diżabbiltà u l-ħtieġa tal-awtoritajiet pubbliċi u tas-servizzi ta' emerġenza li jikkomunikaw bejniethom u mal-pubbliku ġenerali qabel, matul u wara diżastri serji.

(48)  Huwa meħtieġ li jiġu inklużi d-drittijiet u l-obbligi ta' impriżi taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali espliċitament f'dawk l-awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali mal-Unjoni kollha u biex jiġi faċilitat in-negozjar transfruntier ta' interkonnessjoni ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(49)  Awtorizzazzjonijiet ġenerali jagħtu dritt lill-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għall-pubbliku li jinnegozjaw l-interkonnessjoni bil-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi barra minn dawk għall-pubbliku jistgħu jinnegozjaw interkonnessjoni fuq termini kummerċjali.

(50)  Jenħtieġ li, meta jehmżu l-kondizzjonijiet mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u japplikaw it-tariffi amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu kont debitu tas-sitwazzjonijiet li fihom in-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huma pprovduti minn persuni fiżiċi mingħajr skop ta' qligħ. Fil-każ ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mhux fornuti lill-pubbliku huwa xieraq li, jekk jiġu imposti kondizzjonijiet, dawn ikunu anqas u aktar ħfief minn dawk ġustifikati għan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fornuti lill-pubbliku.

(51)  L-obbligi speċifiċi imposti fuq impriżi li jipprovdu netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-liġi tal-Unjoni minħabba li huma ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq kif definita f'din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu imposti separatament mid-drittijiet u obbligi ġenerali taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali.

(52)  Huwa possibbli li impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jeħtieġu konferma tad-drittijiet tagħhom taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali fir-rigward tal-interkonnessjoni u d-drittijiet ta' passaġġ, b'mod partikolari biex jiġu faċilitati n-negozjati ma' livelli oħra ta' gvern reġjonali jew lokali jew ma' fornituri ta' servizz fi Stati Membri oħra. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu dikjarazzjonijiet lill-impriżi jew fuq talba jew alternattivament bħala tweġiba awtomatika għal notifikazzjoni taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali. Jenħtieġ li dawk id-dikjarazzjonijiet ma jikkostitwixxux weħidhom jedd għal drittijiet u jenħtieġ li lanqas ma jiddependu fuq dikjarazzjoni kwalunkwe drittijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali, drittijiet ta' użu jew l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet.

(53)  Jenħtieġ li tkun possibbli l-impożizzjoni ta' ħlasijiet amministrattivi fuq impriżi li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra fl-amministrazzjoni tas-sistema ta' awtorizzazzjoni ġenerali u l-għoti ta' drittijiet ta' użu. Tali ħlasijiet għandhom ikunu limitati li jkopru n-nefqa amministrattiva attwali għal dawk l-attivitajiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tkun żgurata t-trasparenza fid-dħul u n-nefqa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra permezz ta' rapportar ta' kull sena dwar is-somma totali ta' ħlasijiet miġbura u l-ispejjeż amministrattivi mġarrba, biex l-impriżi jkunu jistgħu jivverifikaw li dawn jibbilanċjaw.

(54)  Is-sistemi għall-ħlasijiet amministrattivi jenħtieġ li ma joħolqux tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew joħolqu xkiel għad-dħul fis-suq. Sistema ta' awtorizzazzjoni ġenerali tagħmilha impossibbli li l-ispejjeż amministrattivi u b'hekk il-ħlasijiet jiġu attribwiti lil impriżi individwali, ħlief għall-għoti tad-drittijiet tal-użu ta' riżorsi ta' numerazzjoni, spektrum tar-radju u għad-drittijiet biex jiġu installati faċilitajiet. Kwalunkwe ħlas amministrattiv applikabbli jenħtieġ li jkun konformi mal-prinċipji ta' sistema ġenerali ta' awtorizzazzjoni. Eżempju ta' alternattiva ġusta, sempliċi u trasparenti għal dawk il-kriterji ta' attribuzzjoni tal-ħlasijiet tista' tkun formula ta' distribuzzjoni relatata mal-qligħ fuq il-bejgħ. Fejn il-ħlasijiet amministrattivi jkun baxxi ħafna, ħlasijiet b'rata fissa, jew ħlasijiet li jikkombinaw bażi ta' rata fissa mal-element relatat mal-qligħ fuq il-bejgħ tista' wkoll tkun adatta. Sa fejn is-sistema ta' awtorizzazzjoni ġenerali testendi għall-impriżi b'ishma żgħar mis-suq, bħal fornituri ta' netwerks ibbażati fil-komunità, jew għal fornituri ta' servizzi li l-mudell tan-negozju tagħhom jiġġenera dħul limitat ħafna anke fil-każ ta' penetrazzjoni sinifikanti fis-suq f'termini ta' volumi, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw l-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu de minimis xieraq għall-impożizzjoni ta' imposti amministrattivi.

(55)  L-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa li jemendaw id-drittijiet, kondizzjonijiet, proċeduri, ħlasijiet u tariffi li jirrelataw mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet ta' użu fejn dan ikun oġġettivament ġustifikat. Tali emendi proposti jenħtieġ li jiġu debitament notifikati lill-partijiet kollha interessati fi żmien biżżejjed, li jagħtihom opportunità adegwata li jagħtu l-opinjoni tagħhom. Jenħtieġ li jiġu evitati ▌proċeduri mhux meħtieġa f'każ ta' emendi żgħar fid-drittijiet eżistenti biex jiġu installati faċilitajiet jew drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju jew għar-riżorsi ta' numerazzjoni meta tali emendi ma jkollhomx impatt fuq l-interessi tal-partijiet terzi. ▌Emendi żgħar għad-drittijiet u l-obbligi huma emendi li jkunu prinċipalment amministrattivi, li ma jbiddlux in-natura sostanzjali tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u tad-drittijiet individwali tal-użu u għaldaqstant ma jistgħux jiġġeneraw kwalunkwe vantaġġ kompetittiv fuq impriżi oħra.

(56)  B'kont meħud tal-importanza li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex tiġi promossa l-prevedibbiltà regolatorja biex ikun hemm ambjent sikur għall-investimenti, b'mod partikolari għal komunikazzjonijiet broadband ġodda bla fili, kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar ta' kwalunkwe dritt eżistenti ta' użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta' numerazzjoni jew dritt biex jiġu installati faċilitajiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ġustifikazzjonijiet u proċeduri prevedibbli u trasparenti. Għalhekk, jistgħu jiġu imposti rekwiżiti jew mekkaniżmu ta' notifika aktar stretti b'mod partikolari fejn id-drittijiet tal-użu jkunu ġew assenjati skont proċeduri kompetittivi jew komparattivi u fil-każ ta' baned tal-ispektrum armonizzat tar-radju li għandhom jintużaw għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bil-broadband bla fili ('servizzi ta' broadband bla fili'). Il-ġustifikazzjonijiet li jirreferu għall-użu effiċjenti u effettiv tal-ispektrum tar-radju u l-evoluzzjoni teknoloġika jkunu jistgħu jiddependu fuq miżuri ta' implimentazzjoni teknika adottati taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24). Barra minn hekk, għajr għal meta l-emendi proposti jkunu żgħar, fejn ikun meħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju jiġu ristretti, irtirati jew emendati mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt, dan jista' jseħħ wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Minħabba li r-restrizzjoni jew l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta' drittijiet jista' jkollhom konsegwenzi sinifikanti għad-detenturi tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu attenzjoni partikolari u jivvalutaw minn qabel il-ħsara potenzjali li tali miżuri jistgħu jikkawżaw qabel ma jadottaw tali miżuri.

(57)  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji ▌, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC għandhom il-ħtieġa li jiġbru informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq għat-twettiq tal-kompiti tagħhom b'mod effettiv, inkluża l-valutazzjoni tal-konformità tat-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali ma' din id-Direttiva mingħajr is-sospensjoni tal-applikabbiltà ta' dawk it-termini u kondizzjonijiet matul il-valutazzjoni. Eċċezzjonalment jista' jkun meħtieġ ukoll li tinġabar informazzjoni minn impriżi oħra attivi fis-setturi li huma marbuta mill-qrib mas-settur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal fornituri tal-kontenut, li jkollhom informazzjoni li tista' tkun meħtieġa biex jwettqu l-kompiti tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Jaf ikun meħtieġ ukoll li tinġabar tali informazzjoni f'isem il-Kummissjoni▌, biex din tkun tista' tissodisfa l-obbligi rispettivi tagħha taħt il-liġi tal-Unjoni. Il-talbiet għall-informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u ma għandhomx jimponu piż żejjed fuq l-impriżi. Jenħtieġ li l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra tkun pubblikament disponibbli, ħlief sal-limitu li tkun kunfidenzjali skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.

(58)  Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b'mod effettiv, id-data li jiġbru jenħtieġ li tinkludi data ta' kontabbiltà tas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u li jkunu assoċjati ma' swieq li jfornu fi kwantitajiet kbar għall-bejgħ bl-ingrossa fejn impriża tkun iddeżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq u għalhekk ikunu regolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Id-data jenħtieġ li tinkludi wkoll data li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tevalwa il-konformità mal-kondizzjonijiet mehmuża mad-drittijiet ta' użu, l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-netwerks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti fi kwantità kbira li jsiru disponibbli għall-partijiet l-oħra. L-informazzjoni dwar il-konformità mal-obbligi ta' kopertura marbutin mad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju hija kruċjali biex tiġi żgurata l-kompletezza tal-istħarriġ ġeografiku tal-introduzzjoni tan-netwerk ▌. F'dan ir-rigward, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq livell lokali diżaggregat b'granularità adegwata biex jitwettaq stħarriġ ġeografiku tan-netwerks.

(59)  Sabiex jittaffa l-piż tal-obbligi tar-rappurtar u tal-informazzjoni għall-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi u għall-awtorità kompetenti kkonċernata, dawn l-obbligi jenħtieġ li jkunu proporzjonati, ġustifikati oġġettivament u limitati strettament għal dak li jkun strettament meħtieġ. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġu evitati d-duplikazzjoni tat-talbiet għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti u mill-BEREC u l-prova sistematika u regolari tal-konformità mal-kondizzjonijiet kollha taħt awtorizzazzjoni ġenerali jew dritt tal-użu. L-impriżi jenħtieġ li jkunu konxji dwar l-użu intenzjonat tal-informazzjoni mitluba. L-għoti tal-informazzjoni jenħtieġ li ma jkunx kondizzjoni għall-aċċess tas-suq. Għal għanijiet ta' statistika, tista' tkun meħtieġa notifikazzjoni mill-fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi meta dawn jieqfu mill-attivitajiet tagħhom.

(60)  L-obbligi tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni għad-difiża tal-interessi tal-Unjoni taħt ftehimiet internazzjonali kif ukoll l-obbligi ta' rapportar taħt liġi li ma tkunx speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħal-liġi tal-kompetizzjoni jenħtieġ li ma jiġux affettwati.

(61)  Jenħtieġ li jkun possibbli l-iskambju ta' informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali minn awtorità kompetenti, skont regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali u dwar il-protezzjoni tad-data personali, mal-Kummissjoni, mal-BEREC u ma' kwalunkwe awtorità oħra fejn tali skambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-informazzjoni skambjata tkun limitata għal dak li huwa rilevanti u proporzjonat għall-għan ta' tali skambju.

(62)  In-netwerks broadband tal-komunikazzjonijiet elettroniċi qed isiru dejjem aktar differenti f'termini ta' teknoloġija, topoloġija, mezz użat u sjieda. Għalhekk, l-intervent regolatorju għandu jistrieħ fuq informazzjoni dettaljata ▌dwar it-tifrix tan-netwerk sabiex ikun effettiv u biex jiġu mmirati l-oqsma fejn ikun meħtieġ. Dik l-informazzjoni hija essenzjali għall-iskop li tippromwovi l-investiment, iżżid il-konnettività madwar l-Unjoni u tipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti kollha u liċ-ċittadini. Jenħtieġ li tinkludi stħarriġ li jirrigwarda kemm l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, kif ukoll titjib jew estensjonijiet sinifikanti tar-ram eżistenti jew netwerks oħra li jistgħu ma jaqblux mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna f'kull aspett, bħal pereżempju, it-tifrix tal-fibra sal-kabinett akkoppjat ma' teknoloġiji oħra attivi bħall-vectoring. It-tbassir rilevanti jenħtieġ li jikkonċerna perijodi sa massimu ta' tliet snin. Il-livell ta' dettall u granularità territorjali tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġbru jenħtieġ li jiġi ggwidat mill-objettiv regolatorju speċifiku, u jenħtieġ li jkun adegwat għal-iskopijiet regolatorji li l-informazzjoni sservi. Għalhekk, id-daqs tal-unità territorjali ser ivarja wkoll bejn l-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet regolatorji fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, u skont id-disponibbiltà tad-data lokali. Mhux probabbli li l-livell 3 fil-Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) ikun unità territorjali żgħira biżżejjed f'ħafna miċ-ċirkostanzi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jimxu skont il-linji gwida tal-BEREC dwar l-aħjar prattika biex iwettqu dan il-kompitu, u dawn il-linji gwida ser ikunu jistgħu jserrħu fuq l-esperjenza eżistenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra fit-twettiq tal-istħarriġ ġeografiku tat-tifrix tan-netwerks. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità kummerċjali, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li, fejn l-informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli fis-suq, jagħmlu d-data aċċessibbli direttament f'format miftuħ skont id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25) u mingħajr restrizzjonijiet fuq l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni miġbura minn dan l-istħarriġ u jenħtieġ li jagħmlu l-għodod disponibbli lill-utenti finali fir-rigward tal-kwalità tas-servizz sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tal-għarfien tagħhom dwar is-servizzi disponibbli ta' konnettività. Fil-ġbir ta' kwalunkwe parti minn dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità, u jenħtieġ li jevitaw li joħolqu xi żvantaġġ kompetittiv għal xi impriża.

(63)  It-tnaqqis fid-distakk diġitali fl-Unjoni huwa essenzjali biex jippermetti li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni ikollhom aċċess għal servizzi tal-internet u servizzi diġitali. Għal dak l-għan, fil-każ ta' żoni speċifiċi u ▌definiti sew, l-awtoritajiet rilevanti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu netwerks b'kapaċità kbira ħafna f'dawn iż-żoni, biex b'hekk jippermettulhom biżżejjed żmien biex jagħtu rispons meqjus bir-reqqa. Jenħtieġ li l-informazzjoni inkluża fit-tbassir tirrifletti l-prospetti ekonomiċi tas-settur tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-intenzjonijiet tal-investiment tal-impriżi fil-mument meta tkun qed tinġabar id-data, biex tkun tista' tiġi identifikata l-konnettività disponibbli f'żoni differenti. Fejn impriża jew awtorità pubblika tiddikjara l-intenzjoni li tiġi introdotta f'żona, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tkun tista' titlob lil impriżi oħra u awtoritajiet pubbliċi oħra jiddikjaraw jekk għandhomx l-intenzjoni li jintroduċu netwerks b'kapaċità kbira ħafna, jew itejbu jew jestendu b'mod sinifikanti n-netwerk tagħhom għal prestazzjoni ta' veloċitajiet ta' download ta' mill-inqas 100 Mbps f'din iż-żona. Dik il-proċedura ser toħloq trasparenza għall-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jkunu esprimew l-interess tagħhom li jiġu introdotti f'din iż-żona, sabiex, meta jfasslu l-pjanijiet ta' negozju tagħhom, huma jkunu jistgħu jivvalutaw il-kompetizzjoni li x'aktarx jiffaċċjaw minn netwerks oħra. L-effett pożittiv ta' din it-trasparenza jiddependi fuq tweġibiet sinċiera u bona fide mill-parteċipanti fis-suq.

(64)   Waqt li l-parteċipanti fis-suq jistgħu jibdlu l-pjanijiet ta' introduzzjoni tagħhom għal raġunijiet imprevisti, oġġettivi u ġustifikabbli, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jintervjenu, inkluż jekk il-finanzjament pubbliku huwa affettwat, u, fejn xieraq, jimponu penali jekk impriża jew awtorità pubblika, konsapevolment jew minħabba negliġenza serja, tkun tathom informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux sħiħa. Għal raġunijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-penali, jenħtieġ li n-negliġenza serja tirreferi għal sitwazzjoni fejn impriża jew awtorità pubblika tagħti informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux sħiħa minħabba aġir jew organizzazzjoni interna tagħha li taqa’ b’mod sinifikanti taħt id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija. Jenħtieġ li n-negliġenza serja ma titlobx li l-impriża jew l-awtorità pubblika tkun taf li l-informazzjoni mogħtija hija qarrieqa, żbaljata jew mhux sħiħa, iżda, pjuttost, li kienet tkun taf li kieku hija aġixxiet jew kienet organizzata bid-diliġenza dovuta. Huwa importanti li l-penali jkunu dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u fuq il-proġetti ffinanzjati pubblikament. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet fuq penali jkunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe drittijiet li jintalab kumpens għal danni skont il-liġi nazzjonali.

(65)  Fl-interess ta' kondizzjonijiet ta' investiment prevedibbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni mal-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jesprimu interess fl-introduzzjoni ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna dwar jekk tipi oħra ta' titjib fin-netwerk, inkluż dawk ta' inqas mill-veloċità ta' download ta' 100 Mbps, ikunux preżenti jew previsti fiż-żona inkwistjoni.

(66)  Huwa importanti li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra jikkonsultaw mal-partijiet kollha interessati dwar id-deċiżjonijiet proposti, jagħtuhom żmien biżżejjed għall-kumplessità tas-suġġett biex jipprovdu l-kummenti tagħhom , waqt li jingħata kont tal-kummenti tagħhom qabel ma tiġi adottata deċiżjoni finali. Sabiex jiġi żgurat li deċiżjonijiet f'livell nazzjonali ma jkollhomx effetti kuntrarji fuq il-funzjonament tas-suq intern jew miri oħra tat-TFUE, jenħtieġ ukoll li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jinnotifikaw ċerti abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji oħra biex jagħtuhom l-opportunità li jikkummentaw. Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jikkonsultaw mal-partijiet interessati fil-każijiet definiti f'din id-Direttiva dwar l-abbozzi kollha tal-miżuri li jkollhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(67)  Fil-kuntest ta' ambjent kompetittiv, jenħtieġ li jittieħed kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, inklużi utenti u konsumaturi. Sabiex jiġu indirizzati kif jixraq l-interessi taċ-ċittadini, l-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw mekkaniżmu ta' konsultazzjoni xieraq. Tali mekkaniżmu jista' jieħu l-forma ta' entità li, indipendentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali u mill-fornituri tas-servizzi, twettaq riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-konsumatur, bħall-imġiba tal-konsumaturi u mekkaniżmi għall-bdil minn fornitur għal ieħor, u li topera b'mod trasparenti u tikkontribwixxi għall-mekkaniżmi eżistenti għall-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Barra minn dan, jista' jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-iskop li jippermetti kooperazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta' kontenut legali. Madankollu, jenħtieġ li kwalunkwe proċedura ta' kooperazzjoni maqbula skont tali mekkaniżmu ma tippermettix sorveljanza sistematika tal-użu tal-internet.

(68)  ▌Il-proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti jistgħu jikkostitwixxu mod rapidu u kosteffiċjenti biex l-utenti finali jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari għall-konsumaturi u intrapriżi mikro u intrapriżi żgħar kif definiti fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(26). Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra li tkun responsabbli li tittratta drittijiet ta' utenti finali, jew għall-inqas lil korp indipendenti wieħed bi prova ta' għarfien espert li jagħmel dan, biex jaġixxu bħala entità alternattiva ta' riżoluzzjoni ta' tilwim. Jenħtieġ li fir-rigward ta' tali riżoluzzjonijiet ta' tilwim, dawk l-awtoritajiet ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe struzzjoni. Peress li ħafna Stati Membri stabbilixxew proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim ukoll għal utenti finali barra milli għal konsumaturi, li għalihom id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27) ma tapplikax, hu raġonevoli li tinżamm l-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim speċifika għas-settur kemm għal konsumaturi kif ukoll, fejn l-Istati Membri jestenduha, għal utenti finali oħrajn, b'mod partikolari għal intrapriżi mikro u intrapriżi żgħar. Fir-rigward ta' soluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti bid-Direttiva 2013/11/UE sabiex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(69)  Fil-każ ta' tilwim bejn żewġ impriżi fl-istess Stat Membru f'żona koperta b'din id-Direttiva, pereżempju li tirrelata ma' obbligi għall-aċċess jew interkonnessjoni jew mal-mezzi tat-trasferimenti tal-listi tal-utenti finali, il-parti milquta li tkun innegozjat bona fide iżda li naqset li tilħaq ftehim jenħtieġ li tkun tista' titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex issolvi t-tilwim. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu soluzzjoni fuq il-partijiet. L-intervent ta' awtorità nazzjonali regolatorja fis-soluzzjoni ta' tilwim bejn fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilitajiet assoċjati fi Stat Membru jenħtieġ li jipprova jassigura l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

(70)  B'żieda mad-drittijiet ta' rikors mogħtija taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, hemm il-ħtieġa ta' proċedura sempliċi li għandha tinbeda fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet fit-tilwim, biex jiġu riżolti tilwim bejn il-fruntieri bejn impriżi li jipprovdu, jew awtorizzati li jipprovdu, netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stati Membri differenti.

(71)  Kompitu importanti assenjat lill-BEREC huwa li fejn ikun xieraq huwa jadotta opinjonijiet fir-rigward ta' tilwim transfruntier. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għalhekk jenħtieġ li jirriflettu bis-sħiħ kwalunkwe opinjoni ppreżentata mill-BEREC fil-miżuri tagħhom li jimponu xi obbligu fuq impriża jew inkella isolvu t-tilwim f'dawn il-każijiet.

(72)  In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri meta jorganizzaw l-użu tal-ispektrum tar-radju fit-territorju tagħhom jista', jekk ma jkunx hemm soluzzjoni dwaru permezz ta' negozjati bilaterali bejn l-Istati Membri, joħloq kwistjonijiet ta' interferenza fuq skala kbira b'impatt serju fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw l-interferenza transfruntiera u dannuża bejniethom. Jenħtieġ li l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju (RSPG) stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE(28) jingħata l-kompitu li jsostni l-koordinazzjoni transfruntiera neċessarja u jkun il-forum magħżul għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-Istati Membri dwar kwistjonijiet transfruntieri. Abbażi ta' soluzzjoni proposta mill-RSPG, f'ċerti ċirkostanzi jkun hemm bżonn ta' miżura ta' implimentazzjoni biex tiġi riżolta interferenza transfruntiera b'mod definittiv jew biex tiġi inforzata, taħt il-liġi tal-Unjoni, soluzzjoni kkoordinata maqbula f'negozjati bilaterali minn żewġ Stati Membri jew diversi minnhom. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn Stati Membri u pajjiżi ġirien tal-Unjoni jista' wkoll joħloq kwistjonijiet ta' interferenza fuq skala kbira. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jevitaw l-interferenza transfruntiera u dannuża mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni u jikkooperaw ma' xulxin għal dan l-għan. Fuq talba mill-Istati Membri affettwati minn interferenzi transfruntieri minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Unjoni tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lil dawk l-Istati Membri.

(73)  L-RSPG huwa grupp konsultattiv ta' livell għoli li nħoloq mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni 2002/622/KE biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u biex jappoġġa l-iżvilupp ta' politika tal-ispektrum tar-radju fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, politiċi, kulturali, strateġiċi, tas-saħħa u soċjali, kif ukoll il-parametri tekniċi. Jenħtieġ li jkun magħmul mill-kapijiet tal-korpi li għandhom responsabilità politika ġenerali tal-politika strateġika tal-ispektrum tar-radju. Jenħtieġ li jgħin u jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-politika tal-ispektrum tar-radju. Dan jenħtieġ li jkompli jżid il-viżibbiltà tal-politika tal-ispektrum tar-radju f'diversi oqsma tal-politika tal-Unjoni u jgħin biex tiġi żgurata konsistenza intersettorjali fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali. Jenħtieġ ukoll li jagħti parir lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq talba tagħhom. Barra minn hekk, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju jenħtieġ li jkun ukoll forum għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom marbuta mal-ispektrum tar-radju skont din id-Direttiva u jenħtieġ li jkollu sehem ċentrali fl-oqsma essenzjali għas-suq intern bħall-koordinazzjoni transfruntiera jew l-istandardizzazzjoni. Jistgħu jinħolqu gruppi ta' ħidma tekniċi jew ta' esperti biex jassistu fil-laqgħat plenarji, fejn il-politika strateġika titfassal permezz ta' rappreżentanti tal-livell għoli tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li sa sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE, sabiex jiġu riflessi l-kompiti l-ġodda mogħtija lill-RSPG minn din id-Direttiva.

(74)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet tal-użu, u b'mod partikolari biex jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju u l-konformità mal-kopertura u l-obbligi tal-kwalità tas-servizz, permezz ta' penali amministrattivi inklużi penali finanzjarji u inibizzjonijiet u rtirar ta' drittijiet ta' użu fil-każ ta' ksur ta' dawk it-termini u kondizzjonijiet. L-impriżi jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni mill-aktar preċiża u sħiħa possibbli lill-awtoritajiet kompetenti biex jippermettulhom jissodisfaw l-kompiti tagħhom ta' sorveljanza ▌.

(75)  Jenħtieġ li l-kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u mad-drittijiet individwali tal-użu jkunu limitati għal dawk li huma strettament meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti u l-obbligi bil-liġi nazzjonali u bil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

(76)  Kull parti soġġetta għal deċiżjoni ta' awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha d-dritt għal appell quddiem korp li hu indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull intervent estern jew pressjoni politika li tista' tfixkel il-valutazzjoni indipendenti tas-suġġetti li jidhru quddiemha. Dak il-korp jista' jkun qorti. B'żieda, kull impriża li tqis li l-applikazzjonijiet tagħha għall-għoti ta' drittijiet ta' faċilitajiet ta' installazzjoni ma ġewx ittrattati skont il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkollha d-dritt li tappella kontra dawk id-deċiżjonijiet. Din il-proċedura tal-appell jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan is-sistemi nazzjonali ġudizzjarji u għad-drittijiet ta' entitajiet ġuridiċi u persuni fiżiċi taħt il-liġi nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu reviżjoni ġudizzjarja effettiva kontra tali deċiżjonijiet.

(77)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għal atturi fis-swieq, jenħtieġ li l-korpi ta' appell iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv.; B'mod partikolari, il-proċeduri ta' appell jenħtieġ li ma jkunux twal indebitament. Miżuri interim li jissospendu l-effett tad-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti jenħtieġ li jingħataw biss f'każijiet urġenti sabiex ma jitħalliex li ssir ħsara kbira u irreparabbli lill-parti li tkun qed titlob dawk il-miżuri u jekk il-bilanċ tal-interessi jirrikjedi li jsir hekk.

(78)  Kien hemm diverġenza wiesgħa fil-mod kif il-korpi tal-appell applikaw il-miżuri interim biex jissospendu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra. Sabiex tinkiseb aktar konsistenza fl-istrateġiji, jenħtieġ li jiġu applikati standards komuni konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja . Il-korpi ta' appell jenħtieġ ukoll li jkunu intitolati jitolbu informazzjoni disponibbli pubblikata mill-BEREC. Fid-dawl tal-importanza tal-appelli għall-funzjonament ġenerali tal-qafas regolatorju, jenħtieġ li fl-Istati Membri kollha jinħoloq mekkaniżmu għall-ġbir ta' informazzjoni fuq appelli u deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu sospiżi deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti u għar-rappurtar ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-BEREC. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiżgura li l-Kummissjoni jew il-BEREC jistgħu jiksbu mill-Istati Membri t-test tad-deċiżjonijiet u s-sentenzi bil-ħsieb li tiġi żviluppata bażi tad-data.

(79)  It-trasparenza fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-Unjoni għall-konsolidament tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li tiżdied fl-interess taċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati u sabiex tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jesprimu l-fehmiet tagħhom, inkluż billi titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jippubblikaw kwalunkwe abbozz ta' miżura fl-istess ħin li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra. Jenħtieġ li kwalunkwe abbozz ta' miżura jkun motivat u li jinkludi analiżi dettaljata.

(80)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista', wara li tieħu kont bis-sħiħ l-opinjoni tal-BEREC, teżiġi li l-awtorità nazzjonali regolatorja li tirtira abbozz ta' miżura fejn ikun jikkonċerna d-definizzjoni tas-swieq rilevanti jew id-deżinjazzjoni ta' impriżi bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, u fejn dawk id-deċiżjonijiet joħolqu ostaklu għas-suq wieħed jew ikunu inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-politika tal-miri li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jenħtieġ li jsegwu. Din il-proċedura hi mingħajr preġudizzju għall-proċedura ta' notifika li għaliha tipprovdi d-Direttiva (UE) 2015/1535 u għall-prerogattivi tal-Kummissjoni skont it-TFUE dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni.

(81)  Jenħtieġ li l-konsultazzjoni nazzjonali tal-partijiet interessati ssir qabel il-konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet tal-konsolidament tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u fi ħdan il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti ta' rimedji, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jkunu jistgħu jiġu riflessi fil-konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni. B'hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni oħra fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta' tibdiliet għal miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali.

(82)  Huwa importanti li l-qafas regolatorju jiġi implimentat tempestivament. Jenħtieġ li, meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li tirrikjedi lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tirtira l-abbozz ta' miżura tagħha jew tissottometti miżura riveduta lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza għan-notifika tal-miżura riveduta lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-atturi tas-suq dwar kemm ser iddum l-analiżi tas-suq, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali.

(83)  Il-mekkaniżmu tal-Unjoni li jippermetti lill-Kummissjoni tesiġi li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw miżuri ppjanati li jikkonċernaw id-definizzjoni tas-suq u d-deżinjazzjoni ta' impriżi bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b'mod sinifikanti lejn approċċ konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata regolamentazzjoni ex ante u dawk li fihom l-impriżi huma soġġetti għal tali regolamentazzjoni. L-esperjenza tal-proċeduri skont l-Artikoli 7 u 7a tad-Direttiva 2002/21/KE wriet li l-inkonsistenzi fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-rimedji b'kondizzjonijiet simili tas-suq jolqtu ħażin lis-suq intern tal-komunikazzjoni elettronika. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-BEREC jenħtieġ li jieħdu sehem biex, fi ħdan ir-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw livell ogħla ta' konsistenza fl-applikazzjoni tar-rimedji b'rabta mal-abbozzi tal-miżuri proposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Barra minn hekk, għal abbozzi ta' miżuri relattivi għall-estensjoni ta' obbligi lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni, fejn meħtieġa biex jindirizzaw ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux transitorji għar-replikazzjoni, fuq impriżi irrispettivament minn deżinjazzjoni bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, jew relattivi għat-trattament regolatorju ta' elementi ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna fejn il-BEREC jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tesiġi li awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozz ta' miżura. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

(84)  Fid-dawl tal-iskadenzi qosra fil-mekkaniżmu tal-konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat biex tadotta rakkomandazzjonijiet jew linji gwida li jissimplifikaw il-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, pereżempju f'każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà ġew innotifikati. Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tingħata s-setgħa tippermetti eżenzjoni min-notifika sabiex jitħaffu l-proċeduri f'ċerti każijiet.

(85)  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw ma' xulxin , mal-BEREC u mal-Kummissjoni, b'mod trasparenti, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, ta' din id-Direttiva.

(86)  Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiġu rrikonċiljati mal-iżvilupp ta' prattiki regolatorji konsistenti kif ukoll mal-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju, bil-għan li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp u għall-ikkompletar tas-suq intern. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni marbutin mas-suq intern, kif ukoll tal-BEREC.

(87)  Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri huma miżuri li jista' jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq ix-xejra tal-Kummerċ bejn l-Istati Membri b'mod li jista' jinħoloq ostaklu għas-suq intern. Fost dawn hemm miżuri li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq impriżi jew utenti fi Stati Membri oħra, li jinkludu: miżuri li jaffettwaw il-prezzijiet għall-utenti fi Stati Membri oħra; miżuri li jaffettwaw l-abilità ta' impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li tipprovdi servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari miżuri li jaffettwaw l-abilità li jiġu offruti servizzi fuq bażi transnazzjonali; u miżuri li jaffettwaw l-istruttura tas-suq jew l-aċċess, li jwasslu għal riperkussjonijiet għal impriżi fi Stati Membri oħra.

(88)  Użu u definizzjoni aktar konverġenti tal-elementi tal-proċeduri tal-għażla u l-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kondizzjonijiet tas-suq u s-sitwazzjoni kompetittiva, inkluż il-kondizzjonijiet għad-dħul u l-espansjoni ▌, ikunu mtejba b'mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li permezz tiegħu l-RSPG, fuq talba mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra jew, eċċezzjonalment, fuq inizjattiva tiegħu stess, jorganizza Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari biex jeżamina l-abbozz tal-miżuri qabel l-għoti tad-drittijiet tal-użu minn Stat Membru partikolari bl-għan li jiskambjaw l-aħjar prattiki. Il-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari huwa strument ta' tagħlim bejn il-pari. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi għal skambju aħjar tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u biex tiżdied it-trasparenza tal-proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi. Il-Proċess tal-Evalwazzjoni bejn il-Pari jenħtieġ li ma jkunx kondizzjoni formali tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li l-iskambju ta' fehmiet ikun ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra li titlob Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari u jenħtieġ li jkun subsett ta' miżura nazzjonali usa', li tista' b'mod aktar ġenerali tikkonsisti fl-għotja, in-negozjar u l-leasing, id-durata, it-tiġdid jew l-emendar tad-drittijiet tal-użu. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra jkunu jistgħu wkoll jipprovdu informazzjoni dwar miżuri nazzjonali abbozzati oħra jew aspetti tagħhom relatati mal-proċedura tal-għażla rilevanti għal-limitazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju li mhumiex koperti mill-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni bejn il-pari. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra jkunu jistgħu jissottomettu tali informazzjoni permezz ta' format komuni ta' rappurtar, fejn disponibbli, biex jintbagħat lill-membri tal-RSPG.

(89)  Fejn l-assenjazzjoni armonizzata tal-ispektrum tar-radju lil impriżi partikolari tkun ġiet miftiehma f'livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri strettament jimplimentaw ftehimiet bħal dawn fl-għoti tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju mill-Pjan Nazzjonali ta' Allokazzjoni tal-Frekwenzi.

(90)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkunsidraw proċessi konġunti ta' awtorizzazzjoni bħala għażla meta joħorġu d-drittijiet ta' użu fejn l-użu mistenni jkopri sitwazzjonijiet transfruntieri.

(91)  Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva tkun limitata għal prinċipji, approċċi u metodoloġiji regolatorji. Sabiex ikun evitat id-dubju, jenħtieġ li ma tippreskrivi ebda dettall li normalment ikun meħtieġ jirrifletti ċirkostanzi nazzjonali, u jenħtieġ li ma tipprojbixxix approċċi alternattivi li jkun mistenni b'mod raġonevoli li jkollhom effett ekwivalenti. Tali deċiżjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata u jenħtieġ li ma jkollhiex effett fuq deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li ma joħolqux ostaklu għas-suq intern.

(92)  L- Unjoni u l-Istati Membri daħlu f'impenji b'relazzjoni ma' standards u l-kwadru regolatorju tan-netwerks u tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(93)  L-istandardizzazzjoni jenħtieġ li tibqa' primarjament proċess immexxi mis-suq. Iżda xorta waħda jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun adattat li tenħtieġ konformità ma' standards speċifikati fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb l-interoperabbiltà, il-libertà tal-għażla għall-utenti u tiġi mħeġġa l-interkonnettività fis-suq intern. Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma soġġetti għad-Direttiva (UE) 2015/1535. Il-proċeduri ta' standardizzazzjoni fil-qafas ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2014/30/UE(29) u 2014/35/UE(30) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2014/53/UE.

(94)  Il-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, jew it-tnejn li huma, jenħtieġ li jkunu obbligati li jieħdu l-miżuri biex jipproteġu s-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi tagħhom, rispettivament, u jimpedixxu jew jimminimizzaw l-impatt ta' inċidenti tas-sigurtà. Wara li jikkunsidraw l-aktar teknoloġiji avvanzati, dawk il-miżuri jenħtieġ li jiggarantixxu livell adatt ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni għar-riskju maħluq. Il-miżuri ta' sigurtà minn tal-anqas jenħtieġ li jqisu l-aspetti rilevanti kollha ta' dawn l-elementi li ġejjin: fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u l-faċilitajiet: sigurtà fiżika u ambjentali, sigurtà tal-forniment, kontroll tal-aċċess għan-netwerks u integrità tan-netwerks; fir-rigward tal-ġestjoni ta' inċidenti tas-sigurtà: proċeduri ta' ġestjoni, il-kapaċità ta' detezzjoni tal-inċident tas-sigurtà, ir-rapportar tal-inċidenti tas-sigurtà u l-komunikazzjoni; fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-attività: strateġija għall-kontinwità tas-servizz u l-pjanijiet ta' kontinġenza, il-kapaċitajiet ta' rkupru minn diżastru; fir-rigward tal-monitoraġġ, l-awditjar u l-ittestjar: politiki ta' monitoraġġ u reġistrazzjoni, eżerċizzju ta' pjanijiet ta' kontinġenza, l-ittestjar tan-netwerk u s-servizzi, valutazzjonijiet tas-sigurtà u l-monitoraġġ tal-konformità; u konformità mal-istandards internazzjonali.

(95)  Minħabba l-importanza li qed tikber tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, hemm bżonn li jiġi żgurat li dawn ikunu wkoll soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta' sigurtà skont in-natura speċifika u l-importanza ekonomika tagħhom. Għalhekk fornituri ta' servizzi bħal dawn jenħtieġ li jiżguraw ukoll livell ta' sigurtà xieraq għal-livell ta' riskju ▌. Peress li l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri normalment ma jeżerċitawx kontroll effettiv fuq it-trażmissjoni tas-sinjali fuq in-netwerks, il-livell tar-riskju għal dawn is-servizzi jista' jitqies, f'ċerti aspetti, li huwa nqas milli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tradizzjonali. Għalhekk, meta jkun iġġustifikat abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà involuti, il-miżuri meħuda minn fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jenħtieġ li jkunu inqas stretti. ▌L-istess approċċ jenħtieġ li japplika mutatis mutandis għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jużaw in-numri u li ma jeżerċitawx kontroll effettiv fuq trażmissjoni tas-sinjali.

(96)  Il-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jenħtieġ li jinformaw lill-utenti dwar theddidiet partikolari u sinifikanti għas-sigurtà u bil-miżuri li jistgħu jieħdu sabiex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom, pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li jinfurmaw lill-utenti rigward theddid bħal dan jenħtieġ li ma jeħlisx lill-fornitur tas-servizz mill-obbligu li jieħu, għas-spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe theddid għas-sigurtà u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta' informazzjoni bħal din dwar it-theddid għas-sigurtà għall-utent jenħtieġ li jkun mingħajr ħlas.

(97)  Sabiex titħares is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħhom u s-sigurtà pubblika, u sabiex ikunu permessi l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali, l-użu tal-kriptaġġ pereżempju minn tarf għall-ieħor fejn adatt jenħtieġ li jkun promoss u, fejn ikun meħtieġ, il-kriptaġġ jenħtieġ li jkun obbligatorju awtomatikament u fit-tfassil skont il-prinċipji tas-sigurtà u l-privatezza.

(98)  L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi, inter alia, tipprovdi l-konsulenza u l-għarfien espert, kif ukoll billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, inkluż is-setgħat li jitolbu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta' sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi. Huma jenħtieġ li jkollhom ukoll is-setgħa li jitolbu data komprensiva u affidabbli dwar l-inċidenti attwali ta' sigurtà li kellhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi. Jenħtieġ li dawn, fejn hemm bżonn, jiġu assistiti minn Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters ("CSIRTs"), stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31). B'mod partikolari, is-CSIRTs jistgħu jkunu meħtieġa li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni dwar ir-riskji u l-inċidenti tas-sigurtà li jaffettwaw in-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli u jirrakkomandaw modi li jindirizzawhom.

(99)  Fejn il-forniment tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jiddependi fuq riżorsi pubbliċi li l-użu tagħhom huwa soġġett għal awtorizzazzjoni speċifika, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu lill-awtorità kompetenti għall-ħruġ tagħha d-dritt li timponi tariffi sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli ta' dawk ir-riżorsi, skont il-proċeduri previsti f'din id-Direttiva ▌. F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu ħlasijiet jew tariffi fir-rigward tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra dawk previsti minn din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom approċċ konsistenti għall-istabbiliment ta' dawn il-ħlasijiet jew it-tariffi sabiex ma jipprovdux piż finanzjarju żejjed marbut mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu għall-fornituri ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(100)  Biex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi, it-tariffi jenħtieġ li jirriflettu s-sitwazzjoni ekonomika u teknika tas-suq ikkonċernat kif ukoll kull fattur sinifikanti li jiddetermina l-valur tagħhom. Fl-istess waqt, jenħtieġ li t-tariffi jiġu stabbiliti b'mod li jiżgura l-assenjazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-għan li għalih jintużaw it-tariffi għad-drittijiet ta' użu u d-drittijiet biex jinstallaw l-faċilitajiet . Jenħtieġ li jkun possibbli li, pereżempju, tali tariffi jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra li ma jistgħux jiġu koperti bil-ħlasijiet amministrattivi. Fejn, fil-każ ta' proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi, tariffi għad-drittijiet ta' użu tal-ispektrum tar-radju jikkonsistu kollha kemm huma jew parzjalment f'ammont ta' darba biss, l-arranġamenti tal-ħlas jenħtieġ li jiżguraw li dawk it-tariffi fil-prattika ma jwasslux għal għażla fuq il-bażi ta' kriterji li mhumiex relatati mal-mira li jiġi żgurat l-aħjar użu tal-ispektrum tar-radju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tippubblika, fuq bażi regolari, studji komparattivi u, skont kif xieraq, gwida oħra fir-rigward tal-aħjar prattiki għall-assenjazzjoni tal-ispektrum tar-radju, l-assenjazzjoni ta' riżorsi ta' numerazzjoni jew l-għoti ta' drittijiet ta' passaġġ.

(101)  It-tariffi imposti fuq l-impriżi għad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet dwar jekk għandhomx jingħataw tali drittijiet u jintużaw ir-riżorsi tal-ispektrum tar-radju. Bil-ħsieb li jiġi żgurat l-aħjar użu tal-ispektrum tar-radju, jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk jistabbilixxu l-prezzijiet ta' riżerva b'mod li jwassal għal assenjazzjoni effiċjenti ta' dawk id-drittijiet, irrispettivament mit-tip ta' proċedura ta' għażla użata. L-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll l-ispejjeż possibbli marbuta mal-adempiment tal-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni imposti biex jiġu insegwiti għanijiet oħra ta' politika ▌. B'hekk, jenħtieġ li titqies ukoll is-sitwazzjoni kompetittiva tas-suq ikkonċernat inkluż l-użi alternattivi possibbli tar-riżorsi.

(102)  L-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispektrum tar-radju jiddependi fuq id-disponibbiltà tan-netwerks u l-faċilitajiet assoċjati. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għan li jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra japplikaw tariffi għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u għad-drittijiet biex jiġu installati l-faċilitajiet, iqisu l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-infrastruttura bil-ħsieb li jinkiseb l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaraw li jiżguraw l-applikazzjoni, kemm jista' jkun, ta' arranġamenti għall-ħlas tat-tariffi għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju marbuta mad-disponibbiltà attwali tar-riżorsi b'mod li jappoġġa l-investimenti meħtieġa biex jiġi promoss tali żvilupp ta' infrastruttura u l-forniment ta' servizzi relatati. Jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ħlas jiġu speċifikati b'mod oġġettiv, trasparenti, proporzjonat u nondiskriminatorju qabel jinfetħu proċeduri għall-għoti ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju.

(103)  Għandu jkun żgurat li jkunu jeżistu proċeduri għall-għoti ta' drittijiet għall-istallazzjoni ta' faċilitajiet li jkunu f'waqthom, nondiskriminatorji u trasparenti, sabiex jiġu garantiti l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta u effettiva. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-esproprjazzjoni jew l-użu tal-proprjetà, eżerċizzju normali tad-drittijiet fuq il-proprjetà, l-użu normali tad-dominju pubbliku, jew għall-prinċipju tan-newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà.

(104)  Il-permessi maħruġa lill-fornituri ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali għall-istabbiliment ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' elementi ġodda tan-netwerk. Il-kumplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta' passaġġ jistgħu għalhekk jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Konsegwentement, l-akkwist tad-drittijiet għall-passaġġ mill-impriżi awtorizzati jenħtieġ li jkun simplifikat. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta' passaġġ, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq il-websajts tagħhom.

(105)  Jenħtieġ li jissaħħu s-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet ta' passaġġ, sabiex jiżguraw l-introduzzjoni jew il-firxa ta' netwerk ġdid b'mod ġust, effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq xi impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq biex tagħti aċċess għan-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika tagħha. It-titjib tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jista' jnaqqas l-impatt ambjentali ġenerali tat-tqegħid ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika u jservi s-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika u jissodisfa l-għanijiet tal-ippjanar tal-bliet u l-irħula. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li l-impriżi li jkunu bbenefikaw minn drittijiet li jinstallaw faċilitajiet f'proprjetà pubblika jew privata jikkondividu tali faċilitajiet jew proprjetà, inkluża l-kolokalizzazzjoni fiżika, wara perijodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom, fl-oqsma speċifiċi fejn ir-raġunijiet ta' interess ġenerali jimponu tali kondiviżjoni. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fejn hemm konġestjoni kbira fis-sottoswol u fejn hemm bżonn li jingħeleb ostaklu naturali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li, b'mod partikolari, ikunu jistgħu jimponu l-qsim ta' elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati, bħal tubi, kondjuwits, arbli, toqob tal-ispezzjonar u kaxxi tat-triq, torrijiet u kostruzzjonijiet ta' appoġġ oħra, bini jew dħul għal bini, u koordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet ċivili għal raġunijiet ambjentali jew raġunijiet oħra ta' politika pubblika. Għall-kuntrarju, jenħtieġ li jkun kompitu tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jiddefinixxu r-regoli dwar it-tqassim tal-ispejjeż tal-kondiviżjoni tal-faċilità jew il-proprjetà, biex jiġi żgurat li jkun hemm tqassim xieraq tar-riskju bejn l-impriżi konċernati. Fid-dawl tal-obbligi imposti bid-Direttiva 2014/61/UE, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, l-awtoritajiet lokali, jistabbilixxu wkoll proċeduri ta' koordinazzjoni xierqa, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward ta' xogħlijiet pubbliċi u faċilitajiet jew proprjetà pubbliċi xierqa oħra li jenħtieġ li jinkludu proċeduri li jiżguraw li partijiet interessati għandhom informazzjoni rigward faċilitajiet jew proprjetà pubbliċi xierqa u xogħlijiet pubbliċi għaddejjin u ppjanati, li huma jiġu notifikati dwar tali xogħlijiet f'manjiera f'waqtha, u li l-qsim jiġi kemm jista' jkun iffaċilitat.

(106)  Fejn operaturi mobbli jkunu meħtieġa li jaqsmu torrijiet jew arbli għal raġunijiet ambjentali, dak il-qsim mandatarju jista' jwassal għal tnaqqis fil-livelli massimi tas-saħħa tat-trażmissjoni permissibbli għal kull operatur għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, u dan jista' jeħtieġ lill-operaturi li jistallaw aktar siti biex jiżguraw kopertura nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu li jirrikonċiljaw l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta' saħħa in kwistjoni fil-waqt li jieħdu kont xieraq tal-approċċ prekawzjonarju stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE(32).

(107)  L-ispektrum tar-radju huwa riżors pubbliku skars ta' valur importanti kemm pubbliku kif ukoll fis-suq. Huwa kontribut essenzjali għas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq ir-radju u sa fejn dan għandu x'jaqsam ma' dawn in-netwerks u s-servizzi, jenħtieġ li għalhekk ikunu allokati u assenjati b'mod effiċjenti mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħrajn skont miri armonizzati u prinċipji li jirregolaw l-azzjoni tagħhom kif ukoll fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jingħata kont tal-interessi demokratiċi, soċjali, lingwistiċi u kulturali relatati mal-użu tal-ispektrum tar-radju ▌. Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tistabbilixxi qafas għall-armonizzazzjoni tal-ispektrum tar-radju.

(108)  L-attivitajiet dwar il-politika dwar l-ispektrum tar-radju fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu bla ħsara għall-miżuri meħuda, fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, skont il-liġi tal-Unjoni biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward ta' netwerks pubbliċi tal-gvern u għad-difiża, tar-regolamentazzjoni tal-kontenut u tal-politiki dwar l-awdjoviżiv u l-media, u għad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispektrum tar-radju tagħhom għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u d-difiża. ▌

(109)  Huwa essenzjali li tkun żgurata l-konnettività mifruxa f'kull Stat Membru għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u koeżjoni soċjali u territorjali. Hekk kif il-konnettività u l-użu ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jsiru element integrali għas-soċjetà u l-benessri Ewropej, jenħtieġ li l-Istati Membri jistinkaw biex jiżguraw kopertura broadband bla fili madwar l-Unjoni kollha. Jenħtieġ li tali kopertura tinkiseb fl-UE kollha billi l-Ewropa tafda fuq l-impożizzjoni mill-Istati Membri tar-rekwiżiti xierqa ta' kopertura, li jenħtieġ li jiġu adattati għal kull żona moqdija u limitati għall-piż proporzjonat sabiex ma tixxekkilx l-introduzzjoni mill-fornituri tas-servizz. Minħabba r-rwol ewlieni li jaqdu sistemi bħal netwerks ta' żoni lokali bir-radju (RLANs) billi jipprovdu broadband bla fili ta' veloċità għolja fuq ġewwa, jenħtieġ li l-miżuri jkollhom l-għan li jiżguraw ir-rilaxx suffiċjenti tal-baned tal-ispektrum tar-radju li huma partikolarment assi ta' valur għall-introduzzjoni kosteffiċjenti ta' netwerks bla fili b'kopertura universali, b'mod partikolari fuq ġewwa. Barra minn hekk, jenħtieġ li miżuri konsistenti u kkoordinati għal kopertura terrestri bla fili ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni, msejsa fuq l-aħjar prattiki nazzjonali għall-obbligi ta' liċenzja tal-operaturi, jimmiraw li jilħqu l-objettiv tal-programm tal-politika tal-ispektrum tar-radju li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess, kemm ġewwa kif ukoll barra, għall-veloċitajiet l-aktar rapidi tal-broadband ta' mhux anqas minn 30 Mbps sal-2020, u jenħtieġ li jimmiraw li jiksbu viżjoni ambizzjuża għal soċjetà gigabit fl-Unjoni. It-tali miżuri ser jippromwovu servizzi diġitali innovattivi u jiżguraw benefiċċji soċjoekonomiċi fit-tul. Il-kopertura uniformi tat-territorju kif ukoll il-konnettività fl-Istati Membri kollha jenħtieġ li jkunu massimizzati u affidabbli, bil-ħsieb li jiġu promossi servizzi domestiċi u transfruntieri u applikazzjonijiet bħall-karozzi konnessi u s-saħħa elettronika. ▌

(110)  Il-ħtieġa li jkun żgurat li ċ-ċittadini ma jiġux esposti għal kampi elettromanjetiċi f'livell li jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika hija imperattiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu għall-konsistenza madwar l-Unjoni biex jindirizzaw din il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-approċċ prekawzjonarju meħud fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE, sabiex jaħdmu biex jiġu żgurati kondizzjonijiet aktar konsistenti tal-introduzzjoni. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/1535, bil-ħsieb ukoll li jipprovdu trasparenza għall-partijiet ikkonċernati u sabiex l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jirreaġixxu.

(111)  L-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju, u r-regolamentazzjoni tat-tagħmir appoġġat mill-istandardizzazzjoni, huma komplementari u għandhom bżonn li jkunu kkoordinati mill-qrib biex jilħqu l-għanijiet konġunti tagħhom b'mod effikaċi, bl-appoġġ tal-RSPG. Il-koordinazzjoni bejn il-kontenut u ż-żmien tal-mandati lis-CEPT taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u t-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-korpi ta' standardizzazzjoni, bħal pereżempju l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, anke fir-rigward ta' riċevituri tar-radju, jenħtieġ li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' sistemi futuri, jappoġġaw l-opportunitajiet ta' kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju u jiżguraw ġestjoni effiċjenti tal-ispektrum tar-radju.

(112)  Id-domanda għal spektrum armonizzat tar-radju mhijiex uniformi f'kull parti tal-Unjoni. Fejn ikun hemm nuqqas ta' domanda għal banda sħiħa jew parti minn banda armonizzata fil-livell reġjonali jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni,, jippermettu l-użu alternattiv tal-banda, pereżempju biex tkopri nuqqas ta' provvista fis-suq għal ċerti użi, sakemm dan in-nuqqas fid-domanda jippersisti u sakemm l-użu alternattiv ma jippreġudikax l-użu armonizzat tal-banda minn Stati Membri oħra u li dan jieqaf meta d-domanda għall-użu armonizzat jimmaterjalizza.

(113)  Il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju u l-aċċess għall-ispektrum tar-radju ġiet stabbilita permezz ta' awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizz, sabiex l-utenti tal-ispektrum tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji u servizzi li jridu japplikaw f'baned tal-ispektrum tar-radju ddikjarati disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Pjanijiet Nazzjonali rilevanti ta' Allokazzjoni tal-Frekwenzi skont il-liġi tal-Unjoni ("il-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija u l-prinċipju tan-newtralità tas-servizz"). Id-determinazzjoni amministrattiva tat-teknoloġiji u s-servizzi jenħtieġ li tapplika biss meta l-għanijiet ta' interess ġenerali jkunu f'periklu u għandha tkun ġustifikata b'mod ċar u soġġetta għal reviżjoni perjodika.

(114)  Ir-restrizzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija jenħtieġ li jkunu adatti u ġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata interferenza dannuża, pereżempju billi jkunu imposti maskli għall-emissjoni u livelli ta' enerġija biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-kampijiet elettromanjetiċi, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq ta' servizzi permezz ta' livell adegwat ta' kwalità teknika ta' servizz, filwaqt li ma tiġix prekluża l-possibbiltà li jiġi użat aktar minn servizz wieħed fl-istess banda tal-ispektrum tar-radju, sabiex ikun żgurat l-użu komuni b'mod xieraq tal-ispektrum tar-radju, b'mod partikolari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali, biex jiġi salvagwardat l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, jew biex jiġi sodisfatt l-għan ta' interess ġenerali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(115)  L-utenti tal-ispektrum tar-radju jenħtieġ li jkollhom il-libertà li jagħżlu s-servizzi li jixtiequ joffru permezz tal-ispektrum tar-radju. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jkunu permessi miżuri li jkunu jeħtieġu li l-għoti ta' servizz speċifiku biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar, bħalma huma s-sikurezza tal-ħajja, il-ħtieġa li titħeġġeġ il-koeżjoni soċjali, reġjonali u territorjali, jew il-prevenzjoni tal-użu ineffiċjenti tal-ispektrum tar-radju, ikun permess meta jkun meħtieġ u proporzjonat. Dawk l-għanijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-media, kif definiti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni. Għajr fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tas-sikurezza tal-ħajja jew, bħala eċċezzjoni, sabiex jiġu sodisfatti objettivi oħra ta' interess ġenerali kif definiti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni, l-eċċezzjonijiet jenħtieġ li ma jwasslux għal ċerti servizzi li jkollhom użu esklussiv, iżda jenħtieġ li jagħtuhom prijoritajiet sabiex, sa fejn hu possibbli, servizzi jew teknoloġiji oħra jikkoeżistu fl-istess banda tal-ispektrum tar-radju. Id-definizzjoni tal-ambitu u n-natura ta' kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-media taqa' fl-ambitu tal-kompetenza tal-Istati Membri.

(116)  Minħabba li l-allokazzjoni tal-ispektrum tar-radju lil teknoloġiji jew servizzi speċifiċi hija eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġiji u tas-servizzi u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz jew tat-teknoloġija użata, kull proposta għal din l-allokazzjoni jenħtieġ li tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.

(117)  Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu, bħala eċċezzjoni, li jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bbażati fuq raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, l-Istati Membri jenħtieġ li jispjegaw ir-raġunijiet għal tali limitazzjoni.

(118)  L-ispektrum tar-radju jenħtieġ li jkun ġestit b'mod li tiġi evitata interferenza dannuża. Il-kunċett bażiku tal-interferenza dannuża jenħtieġ għalhekk li jkun definit kif jixraq biex ikun żgurat li l-intervent regolatorju jkun limitat sal-punt meħtieġ biex tkun evitata din l-interferenza, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-bżonn li jitqiesu metodi avvanzati għall-protezzjoni kontra l-interferenzi dannużi, bil-għan li jiġu applikati dawk it-teknoloġiji u l-metodi ta' ġestjoni tal-ispektrum tar-radju, sabiex jiġu evitati, sakemm huwa possibbli, l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-noninterferenza u tan-nonprotezzjoni. It-trasport huwa element qawwi transfruntier u d-diġitalizzazzjoni tiegħu toħloq sfidi. Il-vetturi (bħal metro, tal-linja, karozzi, trakkijiet, ferroviji) qed isiru aktar u aktar awtonomi u konnessi. Fis-suq intern, il-vetturi jivvjaġġaw b'mod aktar faċli lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Komunikazzjonijiet affidabbli, u li jevitaw interferenzi dannużi, huma kruċjali għat-tħaddim sikur u tajjeb tal-vetturi u tas-sistemi tal-komunikazzjonijiet li jkun hemm fuqhom.

(119)  Bi tkabbir fid-domanda għall-ispektrum tar-radju u applikazzjonijiet u teknoloġiji ġodda u diversi li jeħtieġu aċċess u użu aktar flessibbli tal-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju billi jiddeterminaw l-aktar reġimi ta' awtorizzazzjoni xierqa għal kull xenarju u billi jistabbilixxu regoli xierqa u trasparenti u l-kondizzjonijiet għalihom. L-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju dejjem aktar jiżgura l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu billi jippermetti li diversi utenti jew apparati indipendenti jaċċessaw l-istess banda tal-ispektrum tar-radju taħt tipi differenti ta' reġimi legali sabiex jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali tal-ispektrum tar-radju, iżidu l-effiċjenza tal-użu u jiffaċilitaw l-aċċess ta' utenti ġodda għall-ispektrum tar-radju. L-użu kondiviż jista' jkun ibbażat fuq l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew l-użu eżentat minn liċenzja li jippermetti, taħt kondizzjonijiet speċifiċi tal-kondiviżjoni, li diversi utenti jaċċessaw u jużaw l-istess spektrum tar-radju f'żoni ġeografiċi differenti jew f'perijodi ta' żmien differenti. Tista' wkoll tkun ibbażata fuq drittijiet individwali tal-użu skont arranġamenti bħal aċċess kondiviż liċenzjat fejn l-utenti kollha (flimkien mal-utenti eżistenti u dawk ġodda) jaqblu dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess kondiviż, taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti, b'tali mod li jiżguraw kwalità minima garantita tat-trażmissjoni bir-radju. Meta l-Istati Membri jippermettu l-użu kondiviż taħt diversi reġimi ta' awtorizzazzjoni, jenħtieġ li dawn ma jistabbilixxux durati ferm diverġenti għal dak l-użu taħt diversi reġimi ta' awtorizzazzjoni.

(120)  L-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-użu tal-ispektrum tar-radju jistgħu jiffaċilitaw l-aktar użu effettiv tal-ispektrum tar-radju u f'xi każijiet jippromwovu l-innovazzjoni u jkunu favur il-kompetizzjoni, filwaqt li d-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju f'każijiet oħra jistgħu jkunu l-aktar reġim ta' awtorizzazzjoni xieraq fil-preżenza ta' ċerti ċirkostanzi speċifiċi. Id-drittijiet individwali tal-użu jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, pereżempju, meta l-karatteristiċi favorevoli ta' propagazzjoni tal-ispektrum tar-radju jew il-livell ta' qawwa previst tat-trażmissjoni jimplikaw li l-awtorizzazzjonijiet ġenerali ma jkunux jistgħu jindirizzaw it-tħassib dwar interferenza fid-dawl tal-kwalità ta' servizz meħtieġa. Miżuri tekniċi bħal soluzzjonijiet biex tittejjeb ir-reżiljenza tar-riċevitur jistgħu jippermettu l-użu ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew il-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju, u possibbilment jevitaw l-użu sistematiku tal-prinċipju tan-noninterferenza u tan-nonprotezzjoni.

(121)  Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u tinżamm iċ-ċertezza legali u l-istabbiltà tal-investiment, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu bil-quddiem kriterji xierqa biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-objettiv tal-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju mid-detenturi tad-drittijiet meta jimplimentaw il-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali tal-użu u tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali. Il-partijiet interessati jenħtieġ li jkunu involuti fid-definizzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet u jiġu infurmati b'mod trasparenti dwar kif il-ħarsien tal-obbligi tagħhom ser jiġi vvalutat.

(122)  Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli għad-dħul fis-suq, jiġifieri permezz tal-ħżin antikompetittiv, jenħtieġ li l-infurzar ta' kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-ispektrum tar-radju mill-Istati Membri jkun effettiv u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti kollha jieħdu sehem fejn meħtieġ. Il-kondizzjonijiet ta' infurzar jenħtieġ li jinkludu l-applikazzjoni ta' klawsola "tużah jew titilfu". Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-esponiment possibbli għal penali għal nuqqas ta' użu tal-ispektrum tar-radju, jenħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel il-limiti ta' użu, inkluż f'termini ta' żmien, kwantità jew identità tal-ispektrum tar-radju. Jenħtieġ li n-negozjar u l-leasing tal-ispektrum tar-radju jiżguraw l-użu effettiv mid-detentur oriġinali tad-dritt.

(123)  Fejn jiġu stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati għal banda tal-ispektrum tar-radju taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom jiddeċiedu dwar l-aktar reġim ta' awtorizzazzjoni xieraq li għandu jiġi applikat f'dik il-banda jew partijiet minnha. Fejn l-Istati Membri kollha x'aktarx jiffaċċjaw problemi simili li soluzzjonijiet diverġenti għalihom jistgħu jifframmentaw is-suq intern fit-tagħmir, u b'hekk iwasslu għal dewmien fil-varar ta' sistemi 5G, jista' jkun meħtieġ li Kummissjoni, waqt li tagħti l-akbar attenzjoni lill-opinjoni tal-RSPG, tirrakkomanda soluzzjonijiet komuni, filwaqt li jkunu rikonoxxuti miżuri ta' armonizzazzjoni teknika fis-seħħ. Dan jista' jipprovdi sett ta' għodod komuni għall-Istati Membri li jkunu jistgħu jqisu meta jidentifikaw reġimi ta' awtorizzazzjoni konsistenti xierqa li għandhom jiġu applikati għal banda, jew parti minn banda, skont fatturi bħad-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tal-propagazzjoni tal-baned, id-diverġenza bejn l-użu urban u rurali, il-ħtieġa possibbli li jiġu protetti s-servizzi eżistenti u l-implikazzjonijiet li jirriżultaw għall-ekonomiji ta' skala fil-manifattura.

(124)  Il-kondiviżjoni tal-infrastruttura tan-netwerk, u f'xi każijiet il-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju, tista' tippermetti li jkun hemm użu aktar effiċjenti u effettiv tal-ispektrum tar-radju u li tiġi żgurata l-introduzzjoni rapida tan-netwerks, b'mod speċjali f'żoni b'densità iżgħar ta' popolazzjoni. Meta jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li magħhom jintrabtu d-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li jawtorizzaw forom ta' kondiviżjoni jew ta' koordinazzjoni bejn l-impriżi bil-ħsieb li jiġi żgurat użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju jew konformità mal-obbligi ta' kopertura, f'konformità mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.

(125)  Ir-rekwiżit tal-osservanza tal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tan-newtralità tas-servizz fl-għoti ta' drittijiet ta' użu, flimkien mal-possibbiltà ta' trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, isejjes il-libertà u l-mezzi biex jitwasslu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, u b'dan jiffaċilita wkoll li jinkisbugħanijiet ta' interess ġenerali. Din id-Direttiva ma tippreġudikax jekk l-ispektrum tar-radju ikunx assenjat direttament lill-fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew lill-entitajiet li jużaw dawn in-netwerks jew servizzi. Dawk l-entitajiet jistgħu jkunu fornituri ta' kontenut ta' xandir bir-radju jew televiżjoni. Ir-responsabbiltà għall-konformità mal-kondizzjonijiet marbutin mad-dritt ta' użu għall-ispektrum tar-radju u l-kondizzjonijiet rilevanti marbutin mal-awtorizzazzjoni ġenerali jenħtieġ li f'kull każ tkun tal-impriża li lilha jkun ingħata d-dritt ta' użu għall-ispektrum tar-radju. Ċerti obbligi imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-media awdjoviżivi jistgħu jeħtieġu l-użu ta' kriterji u proċeduri speċifiċi għall-għoti ta' drittijiet ta' użu tal-ispektrum tar-radju biex jintlaħaq objettiv speċifiku ta' interess ġenerali stabbilit mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni. Madankollu, il-proċedura għall-għoti ta' tali dritt jenħtieġ li f'kull każ tkun oġġettiva, trasparenti, nondiskriminatorja u proporzjonata.

(126)  Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikjedi li kwalunkwe restrizzjoni nazzjonali għad-drittijiet garantiti bl-Artikolu 56 tat-TFUE jenħtieġ li tkun oġġettivament ġustifikata u proporzjonata u jenħtieġ li ma teċċedix dik li hija meħtieġa biex jinkisbu il-miri tagħha. Barra minn hekk, l-ispektrum tar-radju mogħti mingħajr ma tiġi segwita proċedura miftuħa jenħtieġ li ma jintużax għal skopijiet oħra għajr għall-għan ta' interess ġenerali li għalih ikun ingħata. F'każ bħal dan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jikkummentaw fi żmien raġonevoli. Bħala parti mill-proċedura tal-applikazzjoni għall-għoti tad-drittijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jivverifikaw jekk l-applikant ikunx kapaċi li jikkonforma mal-kondizzjonijiet li jridu jkunu marbuta ma' dawn id-drittijiet. Dawk il-kondizzjonijiet jenħtieġ li jiġu riflessi fil-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti f'termini oġġettivi, trasparenti, xierqa u nondiskriminatorji qabel ma tiġi varata kwalunkwe proċedura kompetittiva ta' għażla. Għall-finijiet li jiġu applikati tali kriterji, l-applikant jista' jintalab li jibgħat l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova tal-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma' dawk il-kondizzjonijiet. Fejn ma tiġix provduta tali informazzjoni, l-applikazzjoni għad-dritt tal-użu għall-ispektrum tar-radju tista' tiġi miċħuda.

(127)  L-Istati Membri jenħtieġ, qabel l-għoti tad-dritt, jeżiġu biss il-verifika tal-elementi li tista' tintwera b'mod raġonevoli minn applikant normalment prudenti filwaqt li jitqies b'mod xieraq il-valur importanti kemm pubbliku kif ukoll il-valur fis-suq tal-ispektrum tar-radju bħala riżorsa pubblika skarsa. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' verifika sussegwenti li l-kriterji ta' eliġibbiltà ġew sodisfatti, pereżempju permezz ta' stadji importanti, fejn il-kriterji ma jistgħux raġonevolment jiġu sodisfatti inizjalment. Biex jiġi ppreservat l-użu effikaċi u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jagħtux drittijiet fejn l-eżami tagħhom jindika li l-applikanti mhumiex kapaċi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jitħaffef l-użu sperimentali limitat biż-żmien. B'durata twila biżżejjed tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ispektrum tar-radju jenħtieġ li tiżdied il-prevedibbiltà tal-investiment biex jingħata kontribut għall-firxa aktar rapida tan-netwerk u servizzi aħjar, u tiżdied ukoll l-istabbiltà li ssostni n-negozjar u l-leasing tal-ispektrum tar-radju. Sakemm l-użu tal-ispektrum tar-radju ma jkunx awtorizzat għal perijodu mingħajr limitu, tali durata jenħtieġ li tqis kemm l-għanijiet segwiti kif ukoll tkun suffiċjenti biex jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-investimenti magħmula. Filwaqt li durata itwal tista' tiżgura l-prevedibbiltà tal-investiment, miżuri li jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, bħal pereżempju s-setgħa tal-awtorità kompetenti li temenda jew tirtira d-dritt fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu, jew il-faċilitazzjoni tan-negozjabbiltà u l-leasing tal-ispektrum tar-radju, ser iservu biex tiġi evitata akkumulazzjoni mhux xierqa ta' spektrum tar-radju u biex tiġi appoġġata flessibbiltà akbar fid-distribuzzjoni tar-riżorsi tal-ispektrum tar-radju. Żieda fl-użu ta' tariffi annwalizzati hija wkoll mezz biex tiġi żgurata valutazzjoni kontinwa tal-użu tal-ispektrum tar-radju mid-detentur tad-dritt.

(128)  Meta wieħed iqis l-importanza tal-innovazzjoni teknika, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprevedu drittijiet biex jintuża l-ispektrum tar-radju għal skopijiet sperimentali, soġġetti għal restrizzjonijiet u kondizzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġustifikati b'mod strett min-natura sperimentali ta' tali drittijiet.

(129)  Meta jiġu biex jiddeċiedu jekk iġeddux id-drittijiet tal-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju diġà mogħtija, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu kemm l-għanijiet tal-qafas regolatorju u għanijiet oħra skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali ser jintlaħqu aħjar. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din jenħtieġ li tkun soġġetta għal proċedura miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti u bbażata fuq analiżi ta' kif il-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ikkonċernati ġew sodisfatti. Meta jiġu biex jivvalutaw il-ħtieġa li jġeddu d-drittijiet ta' użu, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżnu l-impatt kompetittiv tat-tiġdid tad-drittijiet assenjati fuq il-promozzjoni ta' esplojtazzjoni iktar effiċjenti jew ta' użi ġodda innovattivi li jistgħu jirriżultaw jekk il-banda tinfetaħ għal utenti ġodda.Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeterminaw huma f'dan ir-rigward billi jippermettu biss durata limitata għat-tiġdid sabiex jiġi evitat tfixkil serju tal-użu stabbilit. Filwaqt li deċiżjonijiet dwar jekk għandux isir tiġdid tad-drittijiet assenjati qabel l-applikabbiltà ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jirrispettaw xi regoli li diġà japplikaw, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li ma jippreġudikawx l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(130)  Meta jiġġeddu d-drittijiet eżistenti tal-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju, l-Istati Membri għandhom, flimkien mal-valutazzjoni tal-ħtieġa li ġġedded d-dritt, jirrevedu t-tariffi marbuta magħhom bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn ikomplu jippromwovu l-aħjar użu, filwaqt li jitqiesu, inter alia, l-iżviluppi tas-suq u l-evoluzzjoni teknoloġika. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa xieraq li kwalunkwe aġġustamenti fit-tariffi eżistenti jridu jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħal dawk applikabbli għall-għoti ta' drittijiet ġodda ta' użu.

(131)  Il-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju tista' tiġi żgurata billi jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti kontinwu tal-ispektrum tar-radju li diġà ġie assenjat. Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali lid-detenturi tad-drittijiet, il-possibbilita' tat-tiġdid tad-drittijiet tal-użu jenħtieġ li jiġi kkunsidrata fi żmien xieraq qabel l-iskadenza tad-drittijiet ikkonċernati, pereżempju, meta d-drittijiet ikunu ġew assenjati għal 15-il sena jew iktar mill-inqas sentejn qabel l-iskadenza ta’ dawk id-drittijiet sakemm il-possibbiltà tat-tiġdid kienet eskluża b'mod ċar fil-ħin tal-assenjazzjoni tad-drittijiet. Fl-interess tal-ġestjoni kontinwu tar-riżorsi, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jsegwu tali kunsiderazzjoni fuq l-inizjattiva tagħhom stess kif ukoll bi tweġiba għal talba mingħand iċ-ċessjonarju. It-tiġdid tad-dritt tal-użu jenħtieġ li ma jingħatax kontra r-rieda taċ-ċessjonarju.

(132)  It-trasferiment tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju jista' jkun mezz effettiv biex jiżdied l-użu effiċjenti tal-ispektrum. F'ġieħ il-flessibbiltà u l-effiċjenza, u biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-spettru tar-radju mis-suq, jenħtieġ li l-Istati Membri awtomatikament jippermettu lill-utenti tal-ispektrum tar-radju biex jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet tagħhom tal-użu għall-ispektrum tar-radju lil partijiet terzi billi jsegwu proċedura sempliċi u soġġett għall-kondizzjonijiet marbuta ma' dawn id-drittijiet u mar-regoli tal-kompetizzjoni, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli. Sabiex jiġu ffaċilitati tali trasferimenti jew leasing, sakemm il-miżuri ta' implimentazzjoni teknika adottati taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE jiġu rispettati, l-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jikkunsidraw talbiet biex ikollhom id-drittijiet tal-ispektrum tar-radju diviżi jew disaggregati u l-kondizzjonijiet għall-użu riveduti.

(133)  Il-miżuri meħuda speċifikament biex jippromwovu l-kompetizzjoni fl-għoti jew fit-tiġdid tad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju jenħtieġ li jiġu deċiżi mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, li jkollhom l-għarfien ekonomiku, tekniku u tas-suq neċessarju. Il-kondizzjonijiet tal-assenjazzjoni tal-ispektrum tar-radju jistgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-kondizzjonijiet għad-dħul. Aċċess limitat għall-ispektrum tar-radju, b'mod partikolari meta l-ispektrum tar-radju huwa skars, jista' joħloq ostaklu għad-dħul tal-investiment jew ixekkel l-investiment, il-firxa tan-netwerk, il-forniment ta' servizzi jew applikazzjonijiet ġodda, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. Drittijiet ġodda tal-użu, inklużi dawk li jkunu nkisbu permezz tat-trasferiment jew il-leasing, u l-introduzzjoni ta' kriterji flessibbli ġodda għall-użu tal-ispektrum tar-radju, jistgħu jinfluwenzaw ukoll il-kompetizzjoni eżistenti. Fejn ċerti kondizzjonijiet użati biex jippromwovu l-kompetizzjoni jiġu applikati ħażin, dawn jista' jkollhom effetti oħra; pereżempju, il-limiti u riżervi tal-ispektrum tar-radju jistgħu joħolqu skarsità artifiċjali, obbligi għall-aċċess bl-ingrossa jistgħu jillimitaw bla bżonn il-mudelli kummerċjali fin-nuqqas ta' setgħa fis-suq, u l-limiti fuq it-trasferimenti jistgħu jxekklu l-iżvilupp tas-swieq sekondarji. Għaldaqstant, hu meħtieġ eżami konsistenti u oġġettiv tal-kompetizzjoni għall-impożizzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet u għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti. Għalhekk, l-użu ta' dawn il-miżuri għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni dettaljata u oġġettiva tas-suq u l-kondizzjonijiet tiegħu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħrajn. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li dejjem jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju u jevitaw distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz ta' ħżin antikompetittiv.

(134)  Abbażi tal-opinjonijiet tal-RSPG, l-adozzjoni ta' data ta' skadenza komuni biex tkun tista' tintuża banda tal-ispektrum tar-radju li ġiet armonizzata skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tista' tkun kemm neċessarja biex jiġu evitati interferenzi transfruntieri kif ukoll tajba biex jittieħdu l-benefiċċji kollha tal-miżuri relatati ta' armonizzazzjoni teknika għas-swieq tat-tagħmir u għall-introduzzjoni ta' netwerks u servizzi ta' kapaċità għolja ħafna. Fejn jiġi permess l-użu ta' banda tal-ispektrum tar-radju tidħol il-ħtieġa li jiġi assenjat spektrum tar-radju taħt reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali jew taħt drittijiet individwali tal-użu sabiex jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju hekk kif jitlesta l-proċess ta' assenjazzjoni. Sabiex jiġu assenjati baned tal-ispektrum tar-radju, jista' jkun meħtieġ li tiġi rilaxxata banda okkupata minn utenti oħra u li dawn jiġu kumpensati. L-implimentazzjoni ta' data ta' skadenza komuni li tippermetti l-użu tal-baned armonizzati għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż għall-5G, tista' madankollu tiġi affettwata fi Stat Membru partikolari minn problemi relatati ma' kwistjonijiet mhux solvuti ta' koordinazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri jew ma' pajjiżi terzi, mal-kumplessità tal-iżgurar tal-migrazzjoni teknika tal-utenti eżistenti ta' banda; ma' restrizzjoni għall-użu tal-banda bbażata fuq għan ta' interess ġenerali, mas-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali jew ma' force majeure. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha biex jitnaqqas kull dewmien għall-minimu f'termini ta' kopertura ġeografika, żmien u firxa tal-ispektrum tar-radju. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, fejn xieraq, fid-dawl tal-valutazzjoni tagħhom taċ-ċirkostanzi rilevanti, jitolbu li l-Unjoni tipprovdi appoġġ legali, politiku u tekniku sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet ta' koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju ma' pajjiżi ġirien tal-Unjoni, inkluż pajjiżi kandidati u pajjiżi aderenti, b'tali mod li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu josservaw l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

(135)  Sabiex ikunu żgurati aktar disponibbiltajiet koordinati tal-ispektrum tar-radju sal-2020 sabiex tintlaħaq veloċità għolja ħafna tan-netwerks fissi u bla fili fil-kuntest tal-5G, il-baned 3.4‑3.8 GHz u 24.25‑27.5 GHz ġew identifikati mill-RSPG bħala baned ta' prijorità xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni tal-5G sal-2020. Il-baned 40.5‑43.5 GHz u 66‑71 GHz ġew identifikati wkoll għal aktar studju. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li, sal-31 ta' Diċembru 2020, il-baned kollha jew il-biċċa l-kbira tal-baned 3.4‑3.8 GHz u 24.25‑27.5 GHz ikunu disponibbli għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' broadband bla fili taħt kondizzjonijiet armonizzati stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika adottati taħt l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, li jikkumplimentaw id-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33), peress li dawk il-baned għandhom kwalitajiet speċifiċi, f'termini ta' kopertura u ta' kapaċità tad-data, li jippermettulhom li jiġu magħquda b'mod xieraq biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-5G. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiġu affettwati minn interferenzi li x'aktarx jirriżultaw minn pajjiżi terzi li, f'konformità mar-Regolamenti tar-Radju tal-UIT, jkunu identifikaw dawk il-baned għal servizzi li mhumiex servizzi ta' telekomunikazzjoni mobbli internazzjonali. Dan jista' jkollu effett fuq l-obbligu li jissodisfa data ta' implimentazzjoni komuni. L-użu futur tal-banda ta' 26 GHz għal servizzi terrestri bla fili tal-5G huwa probabbli, li fost l-oħrajn, jimmira lejn żoni urbani u żoni hotspot suburbani, filwaqt li tista' tkun prevista xi tip ta' introduzzjoni tul toroq prinċipali u linji tal-ferrovija f'żoni rurali. Dan jipprovdi l-opportunità biex tintuża l-banda 26 GHz għal servizzi oħra minbarra dawk bla fili 5G li huma barra dawk iż-żoni ġeografiċi, pereżempju, għal komunikazzjonijiet speċifiċi tan-negozju jew l-użu fuq ġewwa, u għalhekk jippermetti lill-Istati Membri jiddeżinjaw u jagħmlu dik il-banda disponibbli fuq bażi mhux esklussiva.

(136)  Fejn id-domanda għal banda tal-ispektrum tar-radju taqbeż id-disponibbiltà u minħabba f'hekk Stat Membru jikkonkludi li d-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju jridu jkunu limitati, jenħtieġ li jiġu applikati proċeduri xierqa u trasparenti għall-għoti ta' dawn id-drittijiet biex tkun evitata kull diskriminazzjoni u jiġi ottimizzat l-użu tar-riżors skars. Tali limitazzjoni jenħtieġ li tkun ġustifikata, proporzjonata u bbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-kondizzjonijiet tas-suq, filwaqt li tingħata l-importanza xierqa lill-benefiċċji ġenerali tal-utenti u lill-għanijiet tas-suq nazzjonali u tas-suq intern. L-għanijiet li jirregolaw kwalunkwe proċedura ta' limitazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod ċar minn qabel. Meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-proċedura tal-għażla l-aktar xierqa, u f'konformità mal-miżuri ta' koordinazzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw, fil-ħin u b'mod trasparenti, il-partijiet kollha interessati dwar il-ġustifikazzjoni, l-għanijiet u l-kondizzjonijiet tal-proċedura. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw, fost l-oħrajn, proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi għall-assenjazzjoni tal-ispektrum tar-radju jew ta' riżorsi ta' numerazzjoni b'valur ekonomiku eċċezzjonali. Fl-amministrazzjoni ta' dawk l-iskemi, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu l-għanijiet ta' din id-Direttiva . Jekk Stat Membru jsib li aktar drittijiet jistgħu jsiru disponibbli f'banda, dan għandu jibda l-proċess għalihom.

(137)  Iż-żieda kbira fid-domanda għall-ispektrum tar-radju, u fid-domanda tal-utenti finali għall-kapaċità ta' broadband bla fili, titlob li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi, kumplementari, li jippermettu aċċess effiċjenti tal-ispektrum, inkluż soluzzjonijiet ta' sistemi tal-aċċess bla fili b'qawwa baxxa b'firxiet li joperaw fuq żoni żgħar, bħal RLANs u netwerks ta' punti ta' aċċess ċellulari żgħar b'qawwa baxxa. Dawn is-sistemi kumplementari ta' aċċess bla fili, b'mod partikolari l-punti ta' aċċess RLAN aċċessibbli għall-pubbliku, iżidu l-aċċess għall-internet għall-utenti finali u jgħinu biex jittaffa t-traffiku mobbli għall-operaturi tat-telefonija mobbli. L-RLANs jużaw spektrum armonizzat tar-radju mingħajr il-bżonn ta' awtorizzazzjoni individwali jew id-dritt tal-użu għall-ispektrum tar-radju. Sal ġurnata tal-lum, il-biċċa l-kbira tal-punti tal-aċċess RLAN jużawhom l-utenti privati bħala estensjoni lokali bla fili tal-konnessjoni broadband fissa tagħhom. L-utenti finali, fil-limiti tal-abbonament tal-internet tagħhom stess, jenħtieġ li ma jinżammux lura milli jaqsmu l-aċċess RLAN tagħhom ma' oħrajn, sabiex jiżdied l-għadd ta' punti ta' aċċess disponibbli, b'mod partikolari f'żoni b'popolazzjoni densa, tiġi mmassimizzata l-kapaċità tad-data bla fili permezz tal-użu mill-ġdid tal-ispektrum tar-radju u tinħoloq infrastruttura broadband bla fili kumplementari kosteffettiva li tkun aċċessibbli għal utenti finali oħra. Għalhekk, għandhom jitneħħew restrizzjonijiet mhux meħtieġa għall-introduzzjoni u l-interkonnessjoni tal-punti tal-aċċess RLAN.

(138)  L-awtoritajiet pubbliċi jew il-fornituri pubbliċi ta' servizzi li jużaw l-RLANs fl-istabbilimenti tagħhom għall-istaff tagħhom, il-viżitaturi jew il-klijenti, pereżempju, biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi elettroniċi tal-gvern jew għall-informazzjoni dwar it-trasport pubbliku jew l-immaniġġjar tat-traffiku fit-toroq, jistgħu jipprovdu wkoll aċċess għall-punti tal-aċċess bħal dawn għall-użu ġenerali miċ-ċittadini bħala servizz anċillari għal servizzi li dawn joffru lill-pubbliku f'dawn l-istabbilimenti, sal-limitu permess skont il-kompetizzjoni u r-regoli tal-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, il-fornitur ta' dan l-aċċess lokali għan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f'proprjetà privata jew madwarha jew f'żona pubblika limitata abbażi mhux kummerċjali jew bħala servizz anċillari għal attività oħra li mhix dipendenti fuq dan l-aċċess, bħal pereżempju hotspots tar-RLAN li huma għall-klijenti ta' attivitajiet kummerċjali oħra jew għall-pubbliku ġenerali f'dik iż-żona, jistgħu jkunu soġġetti għall-konformità mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju, iżda jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi kondizzjonijiet jew rekwiżiti imposti fuq l-awtorizzazzjonijiet ġenerali applikabbli għall-fornituri ta' netwerks jew servizzi pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew għal obbligi rigward l-utenti finali jew interkonnessjoni. Madankollu, tali fornitur jenħtieġ li jibqa' soġġett għar-regoli tar-responsabbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34). Qed jitfaċċaw aktar teknoloġiji bħal-LiFi u ser jikkomplementaw il-kapaċitajiet attwali tal-ispektrum tar-radju tal-RLANs u l-punt ta' aċċess bla fili biex jinkludu punti ta' aċċess viżibbli bbażati fuq id-dawl u jwasslu għal netwerks ibridi ta' żona lokali li jippermettu komunikazzjoni ottika bla fili.

(139)  Minħabba li l-punti tal-aċċess bla fili f'żoni żgħar b'qawwa baxxa, bħal ċelloli femto, pico, metro jew micro, jistgħu jkunu żgħar ħafna u jagħmlu użu minn tagħmir diskret simili għal dak ta' routers domestiċi tal-RLAN, li ma jirrikjedu l-ebda permessi lil hinn minn dawk li huma meħtieġa għall-użu tal-ispektrum tar-radju, u meta jitqies l-impatt pożittiv ta' tali punti ta' aċċess fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju u fuq l-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet bla fili, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni għall-użu tagħhom tiġi limitata kemm jista' jkun possibbli. Bħala riżultat, sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żoni żgħar, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit applikabbli relatat mal-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jissottomettu għal ebda permess individwali l-introduzzjoni ta' tali apparat fuq bini li mhuwiex uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent identifikat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tagħhom, ħlief għal raġunijiet ta' sikurezza pubblika. Għal dak il-għan, il-karatteristiċi tagħhom, bħall-karatteristiċi tad-daqs, il-piż u l-livell ta' emissjonijiet massimi, jenħtieġ li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni b'mod proporzjonat għall-introduzzjoni lokali u biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika, kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE. Għat-tħaddim ta' punti tal-aċċess bla fili f'żoni żgħar, jenħtieġ li jkun japplika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/53/UE. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà privata stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-proċedura biex jitqiesu l-applikazzjonijiet għal permessi tiġi ssimplifikata u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim kummerċjali u kwalunkwe spiża amministrattiva involuta jenħtieġ li tkun limitata għall-ispejjeż amministrattivi relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-proċess ta' valutazzjoni ta' talba għal permess tieħu l-iqsar żmien possibbli, u fil-prinċipju mhux aktar minn erba' xhur.

(140)  Il-binjiet pubbliċi u infrastruttura pubblika oħra jiġu miżjura u użati ta' kuljum minn għadd sinifikanti ta' utenti finali li jeħtieġu konnettività biex jużaw il-governanza elettronika, it-trasport elettroniku, u servizzi oħra. Infrastruttura pubblika oħra, bħal-lampi tat-toroq, id-dwal tat-traffiku, toffri siti ta' valur kbir għall-introduzzjoni ta' ċelloli żgħar, pereżempju, minħabba d-densità tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jissottomettu l-iżvilupp ta' punti tal-aċċess bla fili f'żoni żgħar għal permessi individwali minn qabel, jenħtieġ li l-operaturi jkollhom dritt għal aċċess għal dawk is-siti pubbliċi għall-fini li jissodisfaw b'mod adegwat id-domanda. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li tali bini pubbliku u infrastruttura pubblika oħra jkunu disponibbli b'kondizzjonijiet raġonevoli għall-introduzzjoni ta' ċelloli żgħar bil-ħsieb li jikkumplementaw id-Direttiva 2014/61/UE u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva. Id-Direttiva 2014/61/UE ssegwi approċċ funzjonali u timponi obbligi ta' aċċess għal infrastruttura fiżika biss meta din tkun parti minn netwerk, u biss jekk tkun proprjetà ta' jew tintuża minn operatur ta' netwerk, u b'hekk tħalli ħafna binjiet li huma proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi jew użati minnhom barra mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għall-kuntrarju, m'hemmx il-ħtieġa ta' obbligu speċifiku għall-infrastruttura fiżika, bħal tubi jew arbli użati għal sistemi ta' trasport intelliġenti, li jkunu proprjetà ta' operaturi tan-netwerks (fornituri ta' servizzi ta' trasport jew il-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi), u li jospitaw partijiet ta' netwerk, u b'hekk tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/61/UE.

(141)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-aċċess u l-interkonnessjoni japplikaw għal netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-fornituri ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li mhumiex pubbliċi ma għandhomx obbligi tal-aċċess jew tal-interkonnessjoni taħt din id-Direttiva ħlief fejn, meta jibbenefikaw minn aċċess għan-netwerks pubbliċi, jistgħu jkunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri.

(142)  It-terminu "aċċess" għandu firxa wiesgħa ta' tifsiriet, u huwa għalhekk meħtieġ li jiġi definit eżatt kif it-terminu huwa wżat f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju ta' kif jintuża f'miżuri oħra tal-Unjoni . Operatur jista' jkun sid tan-netwerk jew tal-faċilitajiet tal-bażi jew jista' jikri wħud minnhom jew kollha kemm huma.

(143)  F'suq miftuħ u kompetittiv, jenħtieġ li ma jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jimpedixxu lill-impriżi milli jinnegozjaw arranġamenti ta' aċċess u ta' interkonnessjoni bejniethom, b'mod partikolari arranġamenti transfruntieri, bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-TFUE. Fil-kuntest biex jinkiseb suq aktar effiċjenti, u tassew pan-Ewropew, b'kompetizzjoni effettiva, aktar għażla u servizzi kompetittivi lill-utenti finali, l-impriżi li jirċievu talbiet għall-aċċess jew għall-interkonnessjoni mingħand impriżi oħra li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali biex jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku għandhom fil-prinċipju jikkonkludu dawn l-arranġamenti fuq bażi kummerċjali u jinnegozjaw bona fide.

(144)  Fi swieq fejn għad baqa' differenzi kbar fis-saħħa tal-innegozjar bejn l-impriżi, u fejn xi impriżi joqgħodu fuq l-istruttura fornuta minn oħrajn għat-twassil tas-servizzi tagħhom, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas regolatorju biex jiġi żgurat li s-suq jiffunzjona b'mod effettiv. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jiżguraw, fejn in-negozjati kummerċjali jfallu, aċċess u interkonnessjoni adegwati u l-interoperabilità ta' servizzi fl-interess tal-utent finali. B'mod partikolari, dawn jistgħu , jiżguraw konnettività minn tarf sa tarf billi jimponu obbligi proporzjonati fuq l-impriżi li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utent finali. Il-kontroll tal-mezzi tal-aċċess jista' jinvolvi l-propjetà jew il-kontroll tal-konnessjoni fiżika ma l-utent finali (sew jekk fiss jew mobbli), jew il-kapaċità li jiġi mibdul jew irtirat in-numru jew in-numri nazzjonali meħtieġa għall-aċċess tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk tal-utent finali. Dan ikun il-każ pereżempju jekk l-operaturi ta' netwerk jirrestrinġu b'mod mhux raġonevoli l-għażla tal-utent finali għall-aċċess ta' portals u servizzi tal-internet.

(145)  Fid-dawl tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiżguraw li l-impriżi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom u l-mudell kummerċjali, sew jekk integrati vertikalment jew separati, jistgħu jiġu interkonnessi b'termini u kondizzjonijiet raġonevoli, bil-ħsieb li jipprovdu konnettività minn tarf sa tarf u aċċess għall-internet.

(146)  Miżuri legali jew amministrattivi nazzjonali li jorbtu t-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess jew l-interkonnessjoni għall-attivitajiet ta' parti li tfittex l-interkonnessjoni, u speċifikament sal-livell tal-investiment tagħha fl-infrastruttura tan-netwerk, u mhux għas-servizzi ta' interkonnessjoni jew aċċess fornuti, jistgħu joħolqu distorsjoni tas-suq, u jistgħu għalhekk ma jkunx kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni.

(147)  L-operaturi tan-netwerks li jikkontrollaw l-aċċess lill-klijenti tagħhom stess jagħmlu dan fuq il-bażi ta' numri jew indirizzi uniċi minn firxa ta' numri jew indirizzi pubblikati. Operaturi oħra ta' netwerks jeħtieġ li jkunu jistgħu jwasslu t-traffiku lill-klijenti tagħhom, u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jinterkonnettjaw direttament jew indirettament ma' xulxin. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stipulati d-drittijiet u l-obbligi għan-negozjar tal-interkonnessjoni.

(148)  L-interoperabilità hija ta' benefiċċju għall-utenti finali u hija mira importanti ta' dak il-qafas regolatorju. L-inkoraġġiment tal-interoperabilità huwa wieħed mill-miri għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra kif stipulat f'dkn il-qafas. Dak il-qafas jipprovdi wkoll li l-Kummissjoni tippubblika lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet li jkopru l-forniment ta' servizzi, interfaċċi tekniċi jew funzjonijiet ta' netwerk, bħala l-bażi biex tinkoraġġixxi l-armonizzazzjoni fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-istandards jew speċifikazzjonijiet ippubblikati sa fejn huwa strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

(149)  Bħalissa kemm il-konnettività minn tarf għall-ieħor kif ukoll l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza jiddependu fuq li l-utenti finali jużaw servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq n-numri. Żviluppi teknoloġiċi ulterjuri jew żieda fl-użu ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti minn numri jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' interoperabbiltà suffiċjenti bejn is-servizzi ta' komunikazzjoni. Konsegwenza ta' dan, ostakli sinifikanti għad-dħul fis-suq u ostakli għal innovazzjoni ulterjuri 'l quddiem jistgħu jitfaċċaw u jheddu il-konnettività ▌ effettiva minn tarf għall-ieħor bejn l-utenti finali ▌.

(150)  Fejn jinqalgħu tali kwistjonijiet ta' interoperabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob rapport mill-BEREC li jkollu jipprovdi evalwazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tar-rapport tal-BEREC u evidenza oħra disponibbli u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti fuq is-suq intern, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddeċiedi jekk hemmx ħtieġa għal intervent regolatorju min-naħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra. Jekk il-Kummissjoni tqis li tali intervent regolatorju jenħtieġ li jiġi kkunsidrat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, jenħtieġ li hija tkun tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni ta' interventi regolatorji possibbli mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, inkluż b'mod partikolari l-obbligi ta' pubblikazzjoni u permess għall-użu, il-modifika u d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u fornituri oħra u miżuri li jimponu l-użu obbligatorju ta' standards jew speċifikazzjonijiet fuq il-fornituri kollha jew dawk speċifiċi.

(151)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jivvalutaw, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, jekk kwalunkwe intervent ikunx neċessarju u ġustifikat biex tiġi żgurata konnettività minn tarf għall-ieħor ▌, u jekk iva, jimponu obbligi proporzjonati, skont il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, fuq dawk il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri b'livell sinifikanti ta' kopertura u ta' użu mill-utenti. Jenħtieġ li t-terminu sinifikanti jiġi interpretat fis-sens li l-kopertura ġeografika u l-għadd ta' utenti finali tal-fornitur ikkonċernat jirrappreżentaw massa kritika sabiex jinkiseb l-għan tal-iżgurar tal-konnettività minn tarf għall-ieħor bejn l-utenti finali. Jenħtieġ li l-fornituri b'numru limitat ta' utenti finali jew kopertura ġeografika limitata li tkun tikkontribwixxi biss b'mod marġinali biex jintlaħaq dak l-għan, normalment ma jkunux soġġetti għal dawk l-obbligi tal-interoperabbiltà.

(152)  F'sitwazzjonijiet fejn l-impriżi jiġu mċaħħda minn aċċess għal alternattivi vijabbli għal wajers, kejbils u faċilitajiet assoċjati mhux replikabbli fil-bini jew sal-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni u sabiex jippromwovu eżiti kompetittivi fl-interess tal-utenti finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jingħataw is-setgħa jimponu obbligi tal-aċċess fuq l-impriżi kollha, irrispettivament minn deżinjazzjoni bħala li għandhom saħħa sinifikanti ▌ fis-suq. F'dak ir-rigward, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ostakli tekniċi u ekonomiċi kollha ta' replikazzjoni futura tan-netwerks. Madankollu, minħabba li tali obbligi f'ċerti każijiet jistgħu jkunu intrużivi, idgħajfu l-inċentivi għall-investimenti, u jistgħu jkollhom l-effett li jsaħħu l-pożizzjoni tal-atturi dominanti, jenħtieġ li dawn jiġu imposti biss meta dan ikun ġustifikat u proporzjonat għall-ilħuq ta' kompetizzjoni sostenibbli fis-swieq rilevanti. Is-sempliċi fatt li infrastruttura waħda jew aktar bħal din diġà teżisti jenħtieġ li ma jiġix neċessarjament interpretat bħala li juri li l-assi tagħha jistgħu jiġu replikati. Jekk ikun meħtieġ flimkien ma' tali obbligi tal-aċċess, jenħtieġ li l-impriżi jkunu jistgħu jiddependu wkoll fuq l-obbligi biex jipprovdu aċċess għal infrastruttura fiżika abbażi tad-Direttiva 2014/61/UE. Jenħtieġ li kwalunkwe obbligu impost mill-awtorità regolatorja nazzjonali taħt din id-Direttiva u d-deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet kompetenti oħrajn taħt id-Direttiva 2014/61/UE sabiex jiġi żgurat aċċess għal infrastruttura fiżika ġewwa l-bini jew għal infrastruttura fiżika sal-punt ta' aċċess jkunu konsistenti.

(153)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu, sa fejn ikun meħtieġ, jimponu obbligi fuq impriżi biex jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet imsemmija f'anness ta' din id-Direttiva, jiġifieri interfaċċi ta' programmazzjoni ta' applikazzjonijiet (API) u gwidi elettroniċi tal-programmi (EPG), sabiex jiġi żgurat mhux biss l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għal servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni diġitali, iżda wkoll għal servizzi komplementari relatati. Jenħtieġ li tali servizzi komplementari jkunu jistgħu jinkludu servizzi relatati mal-programm li huma mfassla speċifikament biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-utenti finali b'diżabbiltà, u s-servizzi televiżivi konnessi relatati mal-programm.

(154)  Huwa importanti li meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw il-punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni sal-punt li jkunu beħsiebhom jimponu obbligi tal-aċċess, jagħżlu punt skont il-linji gwida tal-BEREC. L-għażla ta' punt aktar qrib l-utenti finali ser ikun aktar ta' benefiċċju għall-kompetizzjoni tal-infrastruttura u t-tnedija ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna. B'dan il-mod, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali l-ewwel tikkunsidra li tagħżel punt f'bini jew eżatt barra mill-bini. Jista' jkun iġġustifikat li jiġu estiżi l-obbligi tal-aċċess għal wajers u kejbils lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni ▌filwaqt li tali obbligi jiġu limitati għall-punti kemm jista' jkun qrib l-utenti finali li jkunu kapaċi jospitaw numru suffiċjenti ta' utenti finali, fejn jintwera li r-replikazzjoni tiffaċċa ostakli fiżiċi jew ekonomiċi għoljin u nontranżitorji, li jwasslu għal problemi ta' kompetizzjoni sinifikanti jew fallimenti tas-suq fil-livell tal-bejgħ bl-imnut għad-detriment tal-utenti finali. Il-valutazzjoni tar-replikabbiltà tal-elementi tan-netwerk tirrikjedi rieżami tas-suq li huwa differenti minn analiżi li tivvaluta s-saħħa sinifikanti fis-suq, u b'hekk l-awtorità regolatorja nazzjonali ma għandhiex bżonn tistabbilixxi saħħa sinifikanti fis-suq sabiex timponi dawn l-obbligi. Min-naħa l-oħra, it-tali rieżami jirrikjedi valutazzjoni ekonomika suffiċjenti tal-kondizzjonijiet tas-suq, biex jistabbilixxi jekk il-kriterji meħtieġa biex jimponu obbligi lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni huma sodisfatti. Tali obbligi estiżi ta' aċċess huma aktar probabbli li jkunu meħtieġa f'żoni ġeografiċi fejn il-każ kummerċjali għall-varar ta' infrastruttura alternattiva huwa aktar riskjuż, pereżempju minħabba densità tal-popolazzjoni aktar baxxa jew minħabba l-għadd limitat ta' binjiet b'ħafna abitazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, konċentrazzjoni għolja ta' unitajiet domestiċi tista' tindika li l-impożizzjoni ta' tali obbligi ma tkunx meħtieġa. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw ukoll jekk tali obbligi jkollhomx il-potenzjal li jsaħħu l-pożizzjoni ta' impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu obbligi tal-aċċess għal elementi attivi jew virtwali ta' netwerks li jintużaw għall-forniment ta' servizz fuq tali infrastruttura jekk l-aċċess għal elementi passivi jkun ekonomikament ineffiċjenti jew fiżikament imprattikabbli, u jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li, fin-nuqqas ta' tali intervent, l-għan tal-obbligu ta' aċċess ikun evitat. Sabiex tissaħħaħ prattika regolatorja konsistenti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozz tagħha ta' miżuri li jestendu l-obbligi ta' aċċess lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni, fejn il-BEREC jikkondividi d-dubji serji tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' miżura mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-għanijiet regolatorji ta' din id-Direttiva.

(155)  F'tali każijiet, sabiex ikunu konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità, jista' jkun xieraq għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jeskludu ċerti kategoriji ta' sidien jew intrapriżi, jew it-tnejn, minn obbligi li jmorru lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni, li jenħtieġ li jiġu determinati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minħabba li hemm riskju li obbligu ta' aċċess mhux ibbażat fuq id-deżinjazzjoni ta' impriża bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq jikkomprometti l-każ kummerċjali tagħhom għal elementi ta' netwerk introdotti reċentement, partikularment minn proġetti lokali żgħar. Jenħtieġ li impriżi bl-ingrossa biss ma jkunux soġġetti għal obbligi ta' aċċess bħal dawn jekk dawn joffru aċċess alternattiv effettiv fuq bażi kummerċjali għal netwerk b'kapaċità kbira ħafna, fuq termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, inkluż fir-rigward tal-prezz. Jenħtieġ li jkun possibbli li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għal fornituri oħra fuq l-istess termini. L-eżenzjoni tista' ma tkunx xierqa għal fornituri li jirċievu finanzjament pubbliku.

(156)  Il-kondiviżjoni ▌ ta' infrastruttura passiva użata fl-għoti ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bla fili ▌ f'konformità mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni tista' tkun partikolarment utli biex tiġi massimizzata l-konnettività b'kapaċità kbira ħafna madwar l-Unjoni, speċjalment f'żoni ta' anqas densità fejn ir-replikazzjoni hija imprattikabbli u l-utenti finali jirriskjaw li jkunu mċaħħda minn din il-konnettività. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkunu jistgħu, eċċezzjonalment, jimponu tali kondiviżjoni ▌ jew aċċess għal roaming lokalizzat, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jekk dik il-possibbiltà tkun ġiet stabbilita b'mod ċar fil-kondizzjonijiet oriġinali għall-għoti tad-dritt ta' użu u juru l-benefiċċji ta' din il-kondiviżjoni fit-tentattiv li jingħelbu ostakli insormontabbli ekonomiċi jew fiżiċi u aċċess għan-netwerks jew għas-servizzi jkun għalhekk severament defiċjenti jew ineżistenti, u filwaqt li jitqiesu għadd ta' fatturi, inkluż b'mod partikolari l-ħtieġa ta' kopertura tul ir-rotot ewlenin tat-trasport, kif ukoll għal għażla u kwalità aħjar tas-servizzi għall-utenti finali kif ukoll il-ħtieġa li jinżammu l-inċentivi tat-tifrix tal-infrastruttura. F'ċirkostanzi fejn l-utenti finali m'għandhomx aċċess, u l-kondiviżjoni tal-infrastruttura passiva waħedha mhux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta' infrastruttura attiva. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jibqgħu flessibbli biex jagħżlu l-aktar obbligu xieraq ta' kondiviżjoni jew ta' aċċess li jenħtieġ li jkun proporzjonat u ġustifikat fuq il-bażi tan-natura tal-problema identifikata.

(157)  Waqt li huwa xieraq f'xi ċirkostanzi li awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra timponi obbligi fuq impriżi irrispettivament minn deżinjazzjoni bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-miri bħal ma huma l-konnettività minn tarf għal ieħor jew l-operabbiltà bejn is-servizzi, huwa meħtieġ li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti skont il-qafas regolatorju u, b'mod partikolari, mal-proċeduri tan-notifika tiegħu. Jenħtieġ li tali obbligi jiġu imposti biss fejn dan ikun ġustifikat sabiex jiġu żgurati l-objettivi ta' din id-Direttiva, u meta jkunu ġustifikati b'mod oġġettiv, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji bil-għan li jiġu promossi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli, l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti, u billi jingħata l-benefiċċju massimu lill-utenti finali, u imposti skont il-proċeduri ta' notifika rilevanti.

(158)  Sabiex jingħelbu ostakli insormontabbli ekonomiċi jew fiżiċi biex jipprovdu lill-utenti finali b'servizzi jew netwerks li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju u fejn jippersistu diskrepanzi ta' kopertura mobbli, l-għeluq tagħhom jista' jirrikjedi l-aċċess u l-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva, jew, fejn dan ma jkunx biżżejjed, il-kondiviżjoni ta' infrastruttura attiva, jew ftehimiet ta' aċċess għal roaming lokalizzat. Mingħajr preġudizzju għall-kondiviżjoni tal-obbligi marbuta mad-drittijiet tal-użu fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, u partikularment miżuri għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkunu beħsiebhom jieħdu miżuri li jimponu l-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva jew meta l-aċċess u l-kondiviżjoni passivi mhumiex biżżejjed, il-kondiviżjoni ta' infrastruttura attiva, jew ftehimiet ta' aċċess għal roaming lokalizzat, huma jistgħu, madankollu, wkoll ikunu msejħa biex jikkunsidraw ir-riskju possibbli għall-parteċipanti tas-suq f'żoni li mhumiex moqdijin tajjeb.

(159)  Ir-regoli tal-kompetizzjoni weħidhom jistgħu ma jkunux dejjem suffiċjenti biex jiżguraw id-diversità kulturali u l-pluraliżmu fix-xandir fil-qasam tat-televiżjoni diġitali. L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq jagħmlu meħtieġa r-reviżjoni tal-obbligi sabiex jingħata aċċess kondizzjonali fuq termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji fuq bażi regolari, ▌minn Stat Membru għas-suq nazzjonali tiegħu ▌, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit jekk huwiex ġustifikat li jestendi l-obbligi għall-EPGs u l-APIs, sa fejn huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali ta' servizzi ta' xandir diġitali speċifikati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw is-servizzi ta' xandir diġitali li għalihom l-aċċess mill-utenti finali għandu jiġi żgurat b'kull mezz leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv li huma jqisu meħtieġ.

(160)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu wkoll lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom li tirrevedi l-obbligi fir-rigward tal-aċċess kondizzjonat għal servizzi ta' xandir diġitali sabiex issir stima permezz ta' analiżi tas-suq jekk jirtirawx jew jemendawx il-kondizzjonijiet għall-impriżi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq rilevanti. Dan l-irtirar jew emenda jenħtieġ li ma jolqotx ħażin l-aċċess għall-utenti finali ta' dawn is-servizzi jew il-prospetti għal kompetizzjoni effettiva.

(161)  Hemm ħtieġa ta' obbligi ex ante f'ċerti ċirkostanzi sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' suq kompetittiv, li l-kondizzjonijiet tiegħu jiffavorixxu introduzzjoni u adozzjoni ta' netwerks u servizzi b'kapaċità kbira ħafna, u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-utent finali. It-tifsira ta' saħħa sinifikanti fis-suq f a f'din id-Direttiva hija ekwivalenti għall-kunċett ta' dominanza kif definit fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(162)  Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li jkunu jgawdu pożizzjoni konġunta dominanti mhux biss fejn jeżistu rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom iżda wkoll fejn l-istruttura tas-suq rilevanti tiffavorixxi effetti koordinati, jiġifieri, tinkoraġġixxi mġiba antikompetittiva parallela jew allinjata fis-suq.

(163)  Huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex ante jiġu imposti f'suq bl-ingrossa fi swieq biss fejn ikun hemm impriża waħda jew aktar b'saħħa sinifikanti fis-suq, bil-ħsieb li tiġi żgurata kompetizzjoni sostenibbli u ▌ fejn ir-rimedji tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ma jkunux suffiċjenti biex jindirizzaw dik il-problema. Il-Kummissjoni għandha ħejjiet linji gwida fil-livell tal- Unjoni skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni biex l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jsegwu fl-istima jekk il-kompetizzjoni hijiex effettiva f'suq partikolari u fl-istima tas-saħħa sinifikanti fis-suq. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jenħtieġ li janalizzaw jekk is-suq fi prodott partikolari jew servizz ikunx effettivament kompetittiv f'żona ġeografika partikolari, li tista' tkun it-territorju kollu jew parti minnu tal-Istat Membru konċernat jew partijiet ġirien tat-territorji tal-Istati Membri meqjusa flimkien. Analiżi tal-kompetizzjoni effettiva jenħtieġ li jinkludi analiżi dwar jekk is-suq hux prospettivament kompetittiv, u b'hekk jekk xi nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva hijiex dejjiema. Dawk il-linji gwida jenħtieġ ukoll jindirizzaw il-kwistjoni ta' swieq ġodda emerġenti, fejn fil-fatt il-mexxej tas-suq x'aktarx li jkollu sehem sostanzjali tas-suq iżda m'għandux jiġi soġġett għal obbligi mhux adattati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi regolarment il-linji gwida, b'mod partikolari fl-okkażjoni ta' reviżjoni tal-liġi eżistenti, fil-waqt li jittieħed kont tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-ħsieb ekonomiku u tal-esperjenza preżenti tas-suq bil-ħsieb li tassigura li jibqgħu adattati f'suq li jiżviluppa b'mod mgħaġġel. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom il-ħtieġa li jikkooperaw ma xulxin fejn jinstab li s-suq rilevanti jkun transnazzjonali.

(164)  Biex jiġi stabbilit jekk impriża jkollhiex saħħa sinifikanti fis-suq f'suq speċifiku, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jenħtieġ li jaġixxu skont il-liġi tal-Unjoni u jqisu kemm jista' jkun il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti tas-suq.

(165)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jiddefinixxu s-swieq ġeografiċi rilevanti fit-territorju tagħhom filwaqt li jieħdu kont tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti (ir-'Rakkomandazzjoni') adottata skont din id-Direttiva u fil-waqt li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom mill-inqas janalizzaw is-swieq li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni, inklużi dawk is-swieq li huma elenkati iżda ma jkunux għadhom qed jiġu rregolati fil-kuntesti nazzjonali jew lokali speċifiċi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li janalizzaw is-swieq li mhumiex inklużi f'din ir-Rakkomandazzjoni, iżda li huma rregolati fit-territorju ta' ġurisdizzjoni tagħhom fuq il-bażi ta' analiżi tas-swieq preċedenti, jew ta' swieq oħra, jekk ikollhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jikkunsidraw sodisfatti t-tliet kriterji pprovduti f'din id-Direttiva.

(166)  Is-swieq transnazzjonali jistgħu jiġu ddefiniti meta jkunu ġġustifikati permezz tad-definizzjoni tas-suq ġeografiku, filwaqt li jitqiesu l-fatturi kollha tal-provvista u tad-domanda skont il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. Il-BEREC huwa l-aktar korp adattat biex iwettaq tali analiżi, billi jgawdi mill-esperjenza kollettiva estensiva ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jkun qed jiddefinixxi s-swieq fuq livell nazzjonali. Għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali meta ssir analiżi tas-swieq transnazzjonali potenzjali. Jekk is-swieq transnazzjonali jiġu definiti u jkun iġġustifikat għalihom intervent regolatorju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw reazzjoni regolatorja xierqa, inkluż fil-proċess ta' notifika lill-Kummissjoni. Huma jistgħu wkoll jikkooperaw bl-istess mod fejn swieq transnazzjonali ma jkunux identifikati iżda li fit-territorji tagħhom il-kondizzjonijiet tas-suq ikunu biżżejjed omoġenji sabiex huma jibbenefikaw minn approċċ regolatorju koordinat, bħal pereżempju f'termini ta' spejjeż simili, strutturi ta' swieq jew operaturi fis-swieq, jew fil-każ ta' domanda transnazzjonali jew komparabbli tal-utenti finali.

(167)  F'ċerti ċirkostanzi is-swieq ġeografiċi huma definiti bħala nazzjonali jew sottonazzjonali, pereżempju minħabba n-natura nazzjonali jew lokali tat-tifrix tan-netwerk, li tiddetermina l-limiti ta' saħħa potenzjali fis-suq tal-impriżi f'termini ta' provvista bl-ingrossa, iżda għad hemm domanda transnazzjonali sinifikanti minn waħda jew iżjed kategoriji ta' utenti finali. Dan jista' b'mod partikolari jkun il-każ għal talba minn utenti finali tan-negozju b'operazzjonijiet ta' faċilitajiet f'iktar minn sit wieħed fi Stati Membri differenti. Jekk din it-talba transnazzjonali ma tiġix sodisfatta b'mod suffiċjenti min-naħa tal-fornituri, pereżempju jekk ikunu frammentati tul il-fruntieri nazzjonali jew lokali, jista' jkun il-każ li jinqala' x-xkiel fis-suq intern. Għaldaqstant, il-BEREC jenħtieġ li jingħata s-setgħa li jipprovdi linji gwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar approċċi regolatorji komuni biex jiġi żgurat li d-domanda transnazzjonali tista' tintlaħaq b'mod sodisfaċenti, filwaqt li jipprovdi bażi għall-interoperabbiltà ta' prodotti ta' aċċess għall-operaturi madwar l-Unjoni u li jippermetti effiċjenza u ekonomiji ta' skala minkejja n-naħa tal-provvista frammentata. Il-linji gwida tal-BEREC jenħtieġ li jsawru l-għażliet tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji biex isegwu l-objettiv tas-suq intern meta jimponu l-obbligi regolatorji fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq fil-livell nazzjonali filwaqt li jipprovdu gwida għall-armonizzazzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi ta' prodotti għall-aċċess bl-ingrossa li huma kapaċi li jissodisfaw tali domanda transnazzjonali identifikata, fl-interess tas-suq intern.

(168)  L-għan ta' kwalunkwe intervent regolatorju ex ante huwa finalment biex jiġu prodotti benefiċċji għall-utenti finali f'termini ta' prezz, kwalità u għażla billi jagħmel is-swieq tal-imnut kompetittivi fuq bażi sostenibbli. Huwa probabbli li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali gradwalment jibdew isibu li ħafna mis-swieq bl-imnut ikunu kompetittivi anke fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni tas-suq bl-ingrossa, speċjalment meta jitqies it-titjib mistenni fl-innovazzjoni u l-kompetizzjoni.

(169)  Għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-bidu tal-identifikazzjoni tas-swieq bl-ingrossa li huma suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante huwa l-analiżi tas-swieq bl-imnut korrispondenti. L-analiżi ta' kompetizzjoni effettiva fil-livell bl-ingrossa u bl-imnut ssir minn perspettiva li tħares' il quddiem fuq orizzont ta' żmien partikolari, u hija mmexxija mil-liġi tal-kompetizzjoni, inkluża, kif xieraq, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja,. Jekk jiġi konkluż li s-swieq bl-imnut ikunu kompetittivi b'mod effettiv fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni ex ante tas-suq jew swieq rilevanti korrispondenti, jenħtieġ li dan iwassal lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tikkonkludi li r-regolamentazzjoni ma għadhiex meħtieġa fuq livell bl-ingrossa rilevanti.

(170)  Matul it-tranżizzjoni gradwali għal swieq deregolati, il-ftehimiet kummerċjali, inkluż dawk dwar koinvestiment u aċċess bejn l-operaturi ser isiru gradwalment iktar komuni, u jekk ikunu sostenibbli u jtejbu d-dinamiki kompetittivi, huma jistgħu jikkontribwixxu għall-konklużjoni li suq bl-ingrossa partikolari ma jeħtieġx regolamentazzjoni ex ante. L-istess loġika tapplika b'lura, sat-tmiem imprevedibbli ta' ftehimiet kummerċjali fuq suq mhux regolat. L-analiżi ta' tali ftehimiet għandhom jieħdu kont li l-prospett tar-Regolament jista' jkun raġuni biex il-proprjetarji tan-netwerk jidħlu f'negozjati kummerċjali. Bil-ħsieb li tiġi żgurata kunsiderazzjoni adegwata tal-impatt tar-regolamentazzjoni imposta fuq swieq relatati sabiex jiġi determinat jekk suq partikolari jiġġustifikax regolamentazzjoni ex ante, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li s-swieq jiġu analizzati b'mod konsistenti u fejn ikun possibbli, fl-istess żmien, jew kemm jista' jkun qrib ta' xulxin fiż-żmien.

(171)  Meta wieħed jivvaluta kemm ir-regolament tal-ingrossa isolvi problemi fil-livell ta' bejgħ bl-imnut, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jieħdu kont tal-fatt li diversi swieq bl-ingrossa jistgħu jipprovdu inputs upstream bl-ingrossa għal suq bl-imnut partikolari, u, min-naħa l-oħra, li suq bl-ingrossa uniku jista' jipprovdi inputs upstream bl-ingrossa għal diversi swieq ta' bejgħ bl-imnut. Barra minn hekk, dinamiki kompetittivi f'suq partikulari jistgħu jiġu influwenzati minn swieq li huma kontigwi iżda mhux f'relazzjoni vertikali, bħalma jista' jkun il-każ bejn ċerti swieq fissi u mobbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jwettqu dik il-valutazzjoni individwali għal kull suq bl-ingrossa li jiġi kkunsidrat għar-regolamentazzjoni, billi jibdew bir-rimedji għall-aċċess għall-infrastruttura ċivili, minħabba li dawn ir-rimedji normalment iwasslu għal kompetizzjoni iktar sostenibbli inkluż kompetizzjoni fl-infrastruttura, u wara jkomplu billi janalizzaw is-swieq tal-operaturi kollha li jitqiesu bħala suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante skont l-ordni tal-idoneità probabbli tagħhom sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati ta' kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Meta jiddeċiedu dwar ir-rimedju speċifiku li għandu jiġi impost, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jivvalutaw il-vijabbiltà teknika tiegħu u jwettqu analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż, filwaqt li jqisu kemm hu adatt biex jindirizza l-problemi identifikati ta' kompetizzjoni fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, filwaqt li jippermetti kompetizzjoni bbażata fuq id-differenzazzjoni u n-newtralità tat-teknoloġija. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkunsidraw il-konsegwenzi li jiġi impost rimedju speċifiku li, jekk ikun fattibbli biss fuq ċerti tipoloġiji tan-netwerk, jista' jikkostitwixxi diżinċentiv għall-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, fl-interess tal-utenti finali.

(172)  Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' newtralità tat-teknoloġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu inċentivi permezz tar-rimedji imposti, u, meta jkun possibbli, qabel l-introduzzjoni gradwali tal-infrastruttura, għall-iżvilupp ta' arkitettura tan-netwerk flessibbli u miftuħa, li eventwalment tnaqqas il-piż u l-kumplessità tar-rimedji li jiġu imposti fi stadju iktar 'il quddiem. F'kull stadju tal-valutazzjoni, qabel ma l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina jekk kwalunkwe rimedju addizzjonali, aktar ta' piż, jenħtiġx li jiġi impost fuq l-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq, jenħtieġ li din tfittex li tiddetermina jekk is-suq bl-imnut ikkonċernat ikunx effettivament kompetittiv, b'kont meħud ukoll ta' kwalunkwe arranġamenti kummerċjali rilevanti jew ċirkostanzi tas-suq bl-ingrossa oħrajn, inklużi tipi ta' regolamentazzjoni oħra diġà fis-seħħ, bħal pereżempju obbligi ġenerali ta' aċċess għal assi mhux replikabbli jew obbligi imposti skont id-Direttiva 2014/61/UE, u ta' kwalunkwe regolamentazzjoni diġà meqjusa xierqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali għal impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Tali valutazzjoni, bl-għan li tiżgura li r-rimedji l-aktar adatti biss meħtieġa biex jindirizzaw b'mod effettiv kwalunkwe problema identifikata fl-analiżi tas-suq huma imposti, ma tipprekludix awtorità regolatorja nazzjonali milli ssib li taħlita ta' tali rimedji flimkien, anke jekk ta' intensità differenti, skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, toffri l-inqas mod intrużiv biex tiġi indirizzata l-problema. Anki jekk dawn id-differenzi ma jwasslux għad-definizzjoni ta' swieq ġeografiċi distinti, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jiġġustifikaw id-differenza bejn ir-rimedji xierqa imposti bl-intensità differenti tar-restrizzjonijiet kompetittivi.

(173)  Ir-regolamentazzjoni ex ante imposta fil-livell bl-ingrossa, li fil-prinċipju hija inqas intrużiva minn regolamentazzjoni fuq il-bejgħ bl-imnut, titqies bħala suffiċjenti biex tindirizza problemi potenzjali tal-kompetizzjoni dwar is-suq/swieq downstream għall-konsumatur. L-avvanzi fil-funzjonament tal-kompetizzjoni mindu ġie fis-seħħ il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi qed jintwerew permezz tad-deregolamentazzjoni progressiva tas-swieq bl-imnut madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, ir-regoli li jirrigwardaw l-impożizzjoni ta' rimedji ex ante fuq l-impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li, fejn possibbli, jiġu simplifikati u jsiru iktar prevedibbli. Għalhekk, ▌ jenħtieġ li tipprevali l-impożizzjoni ta' kontrolli regolatorji ex ante fuq il-bażi tad-deżinjazzjoni ta' impriża bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-swieq bl-ingrossa.

(174)  Jenħtieġ li meta awtorità regolatorja nazzjonali tirtira regolamentazzjoni fuq il-bejgħ bl-ingrossa, hija tiddefinixxi perijodu xieraq ta' notifika biex tiżgura transizzjoni sostenibbli għal suq deregolat. Meta tiddefinixxi tali perijodu ta' notifika, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tieħu kont tal-ftehimiet eżistenti bejn il-fornituri ta' aċċess u dawk li jfittxu l-aċċess li jkunu saru fuq il-bażi ta' obbligi regolatorji imposti. B'mod partikolari, dawn il-ftehimiet jistgħu jipprovdu protezzjoni legali kuntrattwali lil min ifittex aċċess għal perijodu determinat. L-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tqis ukoll il-possibbiltà effettiva li parteċipanti tas-suq jibdew xi tip ta' aċċess bl-ingrossa jew offerti ta' koinvestiment kummerċjali li jistgħu jkunu preżenti fis-suq u l-ħtieġa li jiġi evitat perijodu estiż ta' arbitraġġ regolatorju possibbli. L-arranġamenti ta' tranżizzjoni stabbiliti mill-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li jieħdu kont tal-limitu u t-tul ta' sorveljanza regolatorja ta' ftehimiet preeżistenti, ladarba jibda l-perijodu ta' preavviż.

(175)  Sabiex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kondizzjonijiet regolatorji, jeħtieġ li jkun hemm skadenza għall-analiżijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment, u bi skeda ta' żmien xierqa u raġonevoli. Hemm ir-riskju li meta awtorità regolatorja nazzjonali tonqos milli tanalizza s-suq fl-iskadenza speċifikata, dan jipperikola s-suq intern, u l-azzjonijiet normali kontra l-ksur ta' liġi ma jħallux l-effett mixtieq f'waqtu. Alternattivament, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tkun tista' titlob l-assistenza tal-BEREC biex tikkompleta l-analiżi tas-suq. Tali assistenza tista' pereżempju tieħu l-forma ta' task force speċifika komposta minn rappreżentanti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra.

(176)  Minħabba livell għoli ta' innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tiġi adattata rapidament b'mod koordinat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni. L-esperjenza wriet li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista' toħloq xkiel għas-suq intern.

(177)  Madankollu, fl-interess ta' stabbiltà u prevedibbiltà akbar ta' miżuri regolatorji, il-perijodu massimu permess bejn l-analiżijiet tas-suq jenħtieġ li jiġi estiż minn tlieta sa ħames snin, dejjem jekk il-bidliet fis-suq matul dan il-perijodu ta' intervent ma jkunux jeħtieġu analiżi ġdida. Fid-determinazzjoni ta' jekk awtorità regolatorja nazzjonali ma kkonformatx mal-obbligi tagħha biex tanalizza s-swieq u nnotifikat l-abbozz ta' miżura korrispondenti mill-inqas kull ħames snin, notifika li tinkludi valutazzjoni ġdida tad- definizzjoni tas-suq u ta' saħħa sinifikanti fis-suq biss ser titqies bħala l-bidu ta' ċiklu ġdid ta' ħames snin tas-suq. Is-sempliċi notifika ta' rimedji regolatorji ġodda jew emendati, imposti abbażi ta' analiżi tas-suq preċedenti u mhux riveduta mhux ser titqies li sodisfatt dan l-obbligu. In-nuqqas ta' konformità minn awtorità regolatorja nazzjonali mal-obbligu li tagħmel analiżi tas-suq f'intervalli regolari kif stipulat f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jitqiesx, fih innifsu, bħala raġuni għall-invalidità jew l-inapplikabbiltà ta' obbligi eżistenti imposti minn dik l-awtorità regolatorja nazzjonali fis-suq inkwistjoni.

(178)  L-impożizzjoni ta' obbligu speċifiku fuq impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq ma teħtieġx analiżi addizzjonali tas-suq iżda pjuttost ġustifikazzjoni li l-obbligu in kwistjoni huwa xieraq u proporzjonat b'relazzjoni man-natura tal-problema identifikata dwar is-suq in kwistjoni, u dwar is-suq tal-bejgħ bl-imnut relatat.

(179)  Meta tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-obbligi u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu imposti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu l-kondizzjonijiet kompetittivi differenti li jkun hemm fiż-żoni differenti fl-Istati Membri tagħhom fil-waqt li jieħdu kont b'mod partikolari tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont din id-Direttiva.

(180)  Meta jkunu qed iqisu jekk jimponux rimedji għall-kontroll tal-prezzijiet u, jekk ikun il-każ, f'liema forma, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jippruvaw jippermettu li min jinvesti jkollu qligħ ġust minn proġett partikolari ġdid ta' investiment. B'mod partikolari, jista' jkun hemm riskji marbuta ma' proġetti ta' investiment speċifiċi għal netwerks ta' aċċess ġodda li jappoġġaw prodotti li ma jkunx hemm ċertezza dwar id-domanda għalihom fiż-żmien li jsir l-investiment.

(181)  Jenħtieġ li r-reviżjonijiet tal-obbligi imposti fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq matul il-perijodu ta' żmien ta' analiżi tas-suq jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jieħdu kont tal-impatt fuq kondizzjonijiet kompetittivi ta' żviluppi ġodda, pereżempju ta' ftehimiet volontarji li jkunu għadhom kif ġew konklużi bejn impriżi, bħal ftehimiet dwar aċċess u koinvestiment, u b'hekk jipprovdu l-flessibbiltà li hija partikolarment meħtieġa fil-kuntest ta' ċikli regolatorji itwal. Jenħtieġ li tiġi applikata loġika simili fil-każ ta' ksur jew terminazzjoni mhux prevedibbli ta' ftehim kummerċjali, jew jekk tali ftehim ikollu effetti diverġenti mill-analiżi tas-suq. Jekk it-tmiem ta' ftehim eżistenti iseħħ f'suq mhux regolat, għandu mnejn ikun hemm bżonn ta' analiżi ġdida tas-suq. Fin-nuqqas ta' bidla importanti unika fis-suq iżda fil-każ ta' swieq dinamiċi, jista' jkun meħtieġ li titwettaq analiżi tas-suq aktar ta' spiss minn kull ħames snin, pereżempju mhux aktar kmieni minn kull tliet snin kif kien il-każ sad-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li s-swieq jitqiesu bħala dinamiċi jekk l-evoluzzjoni teknoloġika u x-xejriet tad-domanda tal-utent finali x'aktarx jevolvu b'tali mod li l-konklużjonijiet tal-analiżi jkunu ġew sostitwiti fuq perijodu ta' żmien medju għal grupp sinifikanti ta' żoni ġeografiċi jew ta' utenti finali fis-suq ġeografiku jew dak tal-prodotti ddefiniti mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

(182)  It-trasparenza tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess u l-interkonnessjoni, inkluż il-prezzijiet, isservi biex jitħaffu n-negozjati, jiġi evitat tilwim u tingħata kunfidenza lill-parteċipanti tas-suq li servizz mhux qed jiġi fornut b'kondizzjonijiet diskriminatorji. Iċ-ċarezza u t-trasparenza tal-interfaċċi tekniċi jistgħu jkunu partikolarment importanti biex tiġi żgurata l-interoperabilità. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi li l-informazzjoni ssir pubblika, jenħtieġ li hija tkun tista' wkoll tispeċifika l-mod li bih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli, u jekk tkunx bla ħlas, waqt li jittieħed kont tan-natura u l-għan tal-informazzjoni kkonċernata.

(183)  Fid-dawl tal-varjetà ta' topoloġiji ta' netwerks, prodotti ta' aċċess u ċirkostanzi tas-suq li kien hemm sa mill-2002, l-għanijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2002/19/KE, li jikkonċerna l-aċċess disassoċjat għal-linja lokali, u l-prodotti għall-aċċess għall-fornituri ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju, jistgħu jintlaħqu aħjar u b'mod aktar flessibbli, billi jiġu pprovduti linji gwida dwar il-kriterji minimi għal offerta ta' referenza li għandhom jiġu żviluppati u aġġornati perjodikament mill-BEREC. Għalhekk dak l-Anness II jenħtieġ li jitħassar.

(184)  Il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni jiżgura li impriżi li għandhom is-saħħa fis-suq ma jfixklux il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fejn ikunu impriżi vertikalment integrati li jfornu servizzi lill-impriżi li magħhom jikkompetu fi swieq downstream.

(185)  Sabiex tiġi indirizzata u pprevenuta mġiba diskriminatorja mhux relatata mal-prezz, l-ekwivalenza tal-inputs (EoI) hi normalment l-aktar mod żgur biex tinkiseb protezzjoni effettiva mid-diskriminazzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk jingħataw inputs bl-ingrossa regolati abbażi ta' EoI, x'aktarx iwasslu għal spejjeż ogħla tal-konformità milli jwasslu l-forom oħra ta' obbligi ta' nondiskriminazzjoni. Dawn l-ispejjeż ogħla tal-konformità jenħtieġ li jitkejlu skont il-benefiċċji ta' kompetizzjoni downstream aktar qawwija, u tar-rilevanza ta' nondiskriminazzjoni garanziji f'ċirkostanzi fejn l-operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq ma jkunx soġġett għal kontrolli ta' prezz dirett. B'mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jikkunsidraw li l-forniment ta' inputs tal-ingrossa permezz ta' sistemi ġodda fuq il-bażi ta' EoI hu aktar probabbli li joħloq biżżejjed benefiċċji netti, u għalhekk ikun proporzjonat, meta jitqies li l-ispejjeż inkrementali ta' konformità jkunu aktar baxxi, b'mod komparattiv, biex jiġi żgurat li sistemi mibnijin ġodda jkunu konformi mal-EoI. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu wkoll jekk l-obbligi humiex proporzjonati għal impriżi milquta, pereżempju, billi jqisu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u jevalwaw id-diżinċentivi possibbli għall-introduzzjoni ta' sistemi ġodda, meta mqabbel ma' titjib aktar inkrementali, fil-każ li dawn ta' qabel ikunu soġġetti għal obbligi regolatorji aktar restrittivi. Fi Stati Membri b'għadd kbir ta' impriżi, fuq skala żgħira, deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, l-impożizzjoni tal-EoI fuq kull waħda minn dawk l-impriżi tista' tkun sproporzjonata.

(186)  Is-separazzjoni tal-kontabbiltà tippermetti li l-prezzijiet tat-trasferimenti interni jsiru viżibbli, u tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivverifikaw il-konformità mal-obbligi għan-nondiskriminazzjoni fejn applikabbli. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni ppubblikat ir-Rakkomandazzjoni 2005/698/KE(35).

(187)  L-assi tal-inġinerija ċivili li jistgħu jospitaw netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huma kruċjali għas-suċċess tat-tifrix ta' netwerks ▌ ġodda minħabba l-ispiża għolja biex jiġu duplikati, u l-iffrankar sinifikanti li jista' jsir meta jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. Għalhekk, minbarra r-regoli dwar l-infrastruttura fiżika stabbiliti fid-Direttiva 2014/61/UE, huwa neċessarju rimedju speċifiku f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn l-assi tal-inġinerija ċivili jkunu l-proprjetà ta' impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq. Meta l-assi tal-inġinerija ċivili jeżistu u jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw, l-effett pożittiv tal-ksib ta' aċċess effettiv għalihom fuq it-tifrix ta' infrastruttura ta' kompetizzjoni jkun għoli ħafna, u għalhekk ikun meħtieġ li jiġi żgurat li l-aċċess għal dawn l-assi jista jintuża bħala rimedju awtonomu bl-għan li jitjiebu d-dinamika kompetittiva u d-dinamika tal-introduzzjoni fi kwalunkwe suq downstream, li għandhom jiġu kkunsidrati qabel ma tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu imposti rimedji potenzjali oħra, u mhux biss bħala rimedju anċillari għal prodotti jew servizzi oħra bl-ingrossa jew bħala rimedju limitat għall-impriżi li jagħmlu użu minn tali prodotti jew servizzi oħra bl-ingrossa. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jivvalutaw l-assi storiċi tal-inġinerija ċivili li jistgħu jerġgħu jintużaw fuq il-bażi tal-valur nett tal-kontabbiltà regolatorja tad-deprezzar akkumulat meta jsir il-kalkolu, indiċjat b'indiċi tal-prezz xieraq, bħall-indiċi tal-prezz bl-imnut, u bl-esklużjoni ta' dawk l-assi li jkunu deprezzati għalkollox matul perijodu ta' mhux inqas minn 40 sena, iżda li jkunu għadhom qed jintużaw.

(188)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li, meta jimponu obbligi ta' aċċess għal infrastrutturi ġodda u mtejba, jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' aċċess jirriflettu ċ-ċirkustanzi li jimmotivaw id-deċiżjoni għal investiment, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-ispejjeż ta' tnedija, ir-rata mistennija ta' kemm ser jintlaqgħu l-prodotti u s-servizzi l-ġodda u l-livelli mistennija tal-prezz bl-imnut. Barra minn hekk, sabiex min jinvesti jingħata ċ-ċertezza rigward l-ippjanar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu, jekk ikun japplika, it-termini u l-kondizzjonijiet għall-aċċess li jkunu konformi rigward perjodi xierqa ta' analiżi. Fil-każ li l-kontrolli tal-prezzijiet jitqiesu xierqa, tali termini u kondizzjonijiet jistgħu jinkludu arranġamenti dwar l-ipprezzar li jiddependu mill-volumi jew mit-tul tal-kuntratt skont il-liġi tal-Unjoni u sakemm ma jkollhomx effett diskriminatorju. Kull kondizzjoni ta' aċċess li tiġi imposta jenħtieġ li tħares il-ħtieġa li tinżamm il-kompetizzjoni effettiva fis-servizzi lill-konsumaturi u lin-negozji.

(189)  L-obbligu tal-aċċess għall-infrastruttura tan-netwerks jista' jkun ġustifikat bħala mezz biex tiżdied il-kompetizzjoni, iżda hu meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jibbilanċjaw id-drittijiet ta' sid tal-infrastruttura li jisfrutta l-infrastruttura tiegħu għall-benefiċċju tiegħu stess, u d-drittijiet ta' fornituri oħra ta' servizzi li jkollhom aċċess għall-faċilitajiet li huma essenzjali għall-forniment ta' servizzi kompetituri.

(190)  Fi swieq fejn għadd ikbar ta' netwerks ta' aċċess jistgħu jkunu mistennija fuq bażi li tħares 'il quddiem, hu aktar probabbli li l-utenti finali jibbenefikaw minn titjib fil-kwalità tan-netwerks, bis-saħħa ta' kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura, meta mqabbla ma' swieq fejn għad hemm biss netwerk wieħed. L-adegwatezza ta' kompetizzjoni fuq parametri oħra, bħal pereżempju prezz u għażla, x'aktarx li tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi kompetittivi nazzjonali u lokali. Fil-valutazzjoni tal-adegwatezza ta' kompetizzjoni fuq tali parametri u l-ħtieġa għal intervent regolatorju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jqisu wkoll jekk l-aċċess bl-ingrossa ikunx disponibbli għal kwalunkwe impriża interessata fuq termini kummerċjali raġonevoli li jippermettu riżultati kompetittivi sostenibbli għall-utenti finali fis-suq bl-imnut. L-applikazzjoni tar-regoli ġenerali ta' kompetizzjoni ▌ fi swieq ikkaratterizzati minn kompetizzjoni sostenibbli u effettiva bbażata fuq infrastruttura jenħtieġ li tkun biżżejjed.

(191)  Fejn huma imposti obbligi fuq impriżi li jeħtieġu minnhom li jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-elementi ta' netwerks u faċilitajiet assoċjati u l-użu tagħhom, jenħtieġ li dawk it-talbiet jiġu rifjutati biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi bħalma huma l-fattibbiltà teknika jew il-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-netwerk. Fejn l-aċċess jiġi rifjutat, jenħtieġ li l-parti milquta tkun tista tissottometti l-każ għall-proċeduri ta' soluzzjoni ta' tilwim taħt din id-Direttiva . Impriża li jkollha imposti fuqha obbligi ta' aċċess ma tistax tkun meħtieġa li tforni tipi ta' aċċess li ma jkunx fis-setgħa tagħha li tforni. L-impożizzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' obbligu ta' aċċess li jżid il-kompetizzjoni fuq medda qasira ta' żmien jenħtieġ li ma tnaqqasx l-inċentivi biex il-kompetituri jinvestu f'faċilitajiet alternattivi li jiżguraw aktar kompetizzjoni sostenibbli jew prestazzjoni aħjar u aktar benefiċċji għall-utenti finali fuq medda twila ta' żmien. Meta jintgħażel l-inqas intervent regolatorju intrużiv u skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, pereżempju, jiddeċiedu li jeżaminaw mill-ġdid l-obbligi imposti fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u jemendaw kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż, bl-irtirar tal-obbligi, billi jimponu jew ma jimponux obbligi ta' aċċess ġodda jekk dan ikun fl-interessi tal-utenti u l-kompetizzjoni sostenibbli fis-servizzi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu kondizzjonijiet tekniċi u operazzjonali fuq il-fornitur u/jew il-benefiċjarji ta' aċċess obbligatorju skont il-liġi tal-Unjoni . B'mod partikolari l-impożizzjoni ta' standards tekniċi jenħtieġ li tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2015/1535.

(192)  Il-kontroll tal-prezzijiet jista' jkun meħtieġ meta l-analiżi tas-suq f'suq partikolari turi kompetizzjoni ineffiċjenti. B'mod partikolari, l-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jenħtieġ li jevitaw il-kompressjoni tal-prezzijiet b'mod li d-differenza bejn il-prezz tagħhom bl-imnut u l-prezzijiet għall-interkonnessjoni jew għall-aċċess mitluba lill-kompetituri li jfornu servizzi bl-imnut simili ma tkunx adegwata biex tiżgura kompetizzjoni sostenibbli. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkalkula l-ispejjeż magħmula fl-istabbiliment ta' servizz obbligatorju taħt din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi permess qligħ raġonevoli fuq il-kapital investit inkluż l-ispejjeż adatti għall-ħaddiema u l-bini, bil-valur tal-kapital aġġustat fejn meħtieġ biex jirrifletti l-valur kurrenti tal-assi u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet. Il-metodu tal-irkupru tal-ispejjeż jenħtieġ li jkun xieraq għaċ-ċirkostanzi filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli u l-introduzzjoni ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna u b'hekk jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-utenti finali , u jenħtieġ li jqis il-ħtieġa ta' prezzijiet bl-ingrossa prevedibbli u stabbli għall-benefiċċju ta' kull operatur li jixtieq jintroduċi netwerks ġodda u mtejba, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/466/UE(36).

(193)  Minħabba l-inċertezza rigward ir-rata ta' materjalizzazzjoni ta' domanda għall-forniment ta' servizzi tal-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss huwa importanti sabiex jiġu promossi l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti li dawn l-operaturi li jinvestu f'netwerks ġodda jew imtejba jitħallew ċertu livell ta' flessibbiltà fl-ipprezzar. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jiddeċiedu li jżommu jew li ma jimponux prezzijiet regolati ta' aċċess bl-ingrossa fuq netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss jekk ikunu preżenti biżżejjed salvagwardji għall-kompetizzjoni. Aktar speċifikament, biex timpedixxi prezzijiet eċċessivi fi swieq fejn hemm impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, il-flessibbiltà fl-ipprezzar jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn salvagwardji addizzjonali biex titħares il-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti finali, bħal obbligi stretti ta' nondiskriminazzjoni, miżuri li jiżguraw ir-replikabbiltà teknika u ekonomika ta' prodotti downstream, u restrizzjoni dimostrabbli fil-prezz għall-konsumatur li tirriżulta minn kompetizzjoni tal-infrastruttura jew prezz ankra li jkun ġej minn prodotti tal-aċċess regolati oħra, jew it-tnejn li huma. Dawk is-salvagwardji kompetittivi ma jippreġudikawx l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' ċirkostanzi oħra li fihom ikun xieraq li ma jiġux imposti prezzijiet tal-aċċess regolati għal ċerti inputs bl-ingrossa, bħal fejn l-elastiċità kbira tal-prezzijiet tad-domanda tal-utent finali twassal biex ma jkunx ser ikun hemm qligħ jekk impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq timponi prezzijiet ferm ogħla mil-livell kompetittiv jew meta densità aktar baxxa tal-popolazzjoni tnaqqas l-inċentivi għall-iżvilupp ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna u l-awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li l-aċċess effettiv u nondiskriminatorju jkun żgurat permezz ta' obbligi imposti b'konformità ma' din id-Direttiva.

(194)  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali timponi obbligi li tiġi implimentata sistema ta' kontabbiltà tal-ispejjeż sabiex jiġu appoġġati l-kontrolli tal-prezzijiet, jenħtieġ li hija tkun tista' twettaq awditu annwali biex tiżgura l-konformità ma dik is-sistema ta' kontabbiltà tal-ispejjeż, sakemm ikollha l-persunal kwalifikat meħtieġ, jew li tkun tista' teżiġi li l-awditu jitwettaq minn korp ieħor kwalifikat, indipendenti mill-impriża kkonċernata.

(195)  Fl-Unjoni, is-sistema ta' ħlas għat-terminazzjoni ta' telefonata bil-vuċi bl-ingrossa hija bbażata fuq il-prinċipju Tħallas in-Netwerk tal-Parti li Tagħmel it-Telefonata (Calling Party Network Pays). Analiżi ta' kemm jista' jkun hemm tibdil fid-domanda u fil-provvista turi li attwalment jew fil-futur prevedibbli, ma hemm ebda sostituti fil-livell bl-ingrossa li jistgħu jirrestrinġu l-iffissar tat-tariffi għat-terminazzjoni f'netwerk partikolari. Jekk wieħed iqis in-natura tal-aċċess b'żewġ possibbiltajiet tas-swieq ta' terminazzjoni, problemi potenzjali oħra ta' kompetizzjoni jinkludu l-kontrosussidjar bejn l-operaturi. Dawk il-problemi potenzjali ta' kompetizzjoni huma komuni kemm għas-swieq ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi fuq linji fissi kif ukoll fuq dawk mobbli. Għalhekk, fid-dawl tal-kapaċità u l-inċentivi tal-operaturi li jipprovdu s-servizz ta' terminazzjoni li jgħollu l-prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-ispejjeż, l-orjentazzjoni tal-ispejjeż titqies bħala l-intervent l-aktar adatt biex jiġi indirizzat dan it-tħassib f'tul ta' żmien medju. Żviluppi futuri tas-suq jistgħu jbiddlu d-dinamika ta' dawk is-swieq sal-punt fejn ir-regolamentazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar.

(196)  Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju biex jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni relatati ma' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi bl-ingrossa b'mod konsistenti fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi, permezz ta’ att delegat, rata massima unika ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi għal servizzi mobbli u rata massima unika ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi għal servizzi fissi li japplikaw madwar l-Unjoni kollha.

(197)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi l-kriterji u l-parametri dettaljati li fuq il-bażi tagħhom jiġu ffissati l-valuri tar-rati ta' terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi. Ir-rati ta' terminazzjoni madwar l-Unjoni naqsu b'mod konsistenti u mistennija li jkomplu jagħmlu dan. Meta l-Kummissjoni tiddetermina r-rati massimi ta' terminazzjoni fl-ewwel att delegat li tadotta skont din id-Direttiva, jenħtieġ li tinjora kwalunkwe devjazzjoni nazzjonali eċċezzjonali mhux ġustifikata min dik ix-xejra.

(198)  Minħabba l-inċertezza attwali dwar ir-rata ta' materjalizzazzjoni ta' domanda għal servizzi tal-broadband b'kapaċità kbira ħafna kif ukoll ekonomiji ta' skala u ta' densità ġenerali, ftehimiet ta' koinvestiment joffru benefiċċji sinifikanti f'termini ta' qsim ta' spejjeż u riskji, li jippermettu lill-impriżi fuq skala iżgħar li jinvestu b'termini ekonomikament razzjonali u b'hekk jippromwovu kompetizzjoni sostenibbli u fit-tul, inkluż f'oqsma fejn il-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura tista' ma tkunx effiċjenti. Tali investimenti konġunti jistgħu jieħdu forom differenti, inkluż sjieda konġunta tal-assi tan-netwerk jew qsim tar-riskju fit-tul permezz ta' kofinanzjament jew permezz ta' ftehimiet ta' xiri. F'dak il-kuntest, ftehimiet ta' xiri li jikkostitwixxu investimenti konġunti jinvolvu l-akkwist ta' drittijiet speċifiċi għal kapaċità ta' natura strutturali, li jinvolvu livell ta' kodeterminazzjoni u jippermettu lill-koinvestituri jikkompetu b'mod effettiv u sostenibbli fit-tul fi swieq downstream fejn tkun attiva l-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq. B'kuntrast, ftehimiet ta' aċċess kummerċjali li huma limitati għall-kiri tal-kapaċità ma jwasslux għal tali drittijiet u b'hekk jenħtieġ li ma jitqisux bħala investimenti konġunti.

(199)  Fejn impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tagħmel offerta għal koinvestiment fuq termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji ▌ f'netwerks b'kapaċità kbira ħafna li jikkonsistu minn elementi ta' fibra ottika sal-bini jew l-istazzjon bażi tal-utenti finali, u b'hekk tipprovdi opportunità għal impriżi ta' daqsijiet u kapaċitajiet finanzjarji differenti biex isiru koinvestituri fl-infrastruttura, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tkun tista' żżomm lura milli timponi obbligi skont din id-Direttiva fuq in-netwerk il-ġdid b'kapaċità kbira ħafna jekk mill-inqas koinvestitur potenzjali wieħed ikun daħal fi ftehim ta' koinvestiment ma’ dik l-impriża . Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li tagħmel offerta vinkolanti ta' koinvestiment li ma tkunx għadha wasslet għal ftehim, u tiddeċiedi, li ma timponix obbligi regolatorji addizzjonali, tista' tagħmel dan, dejjem jekk il-kondizzjoni għal tali ftehim tkun trid tiġi konkluża qabel tieħu effett il-miżura deregolatorja. Fejn ma jkunx teknikament prattikabbli li jintużaw elementi ta' fibra ottika sal-fond tal-utenti finali, jenħtieġ li n-netwerks b'kapaċità kbira ħafna, magħmula minn elementi ta' fibra ottika sal-prossimità immedjata ta', jiġifieri eżatt barra, dan il-bini, jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-istess trattament regolatorju.

(200)  Meta tagħmel determinazzjoni li żżomm lura milli timponi obbligi, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tieħu tali passi wara li tiżgura li l-offerti ta' koinvestiment jikkonformaw mal-kriterji meħtieġa u jsiru b'rieda tajba. It-trattament regolatorju differenzjat ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami f'analiżijiet sussegwenti tas-suq li, b'mod partikolari wara li jkun għadda xi żmien, jaf jitlob aġġustamenti għat-trattament regolatorju. F'ċirkostanzi ġustifikati kif mistħoqq, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jimponu obbligi fuq dawn l-elementi ġodda tan-netwerk meta jistabbilixxu li ċerti swieq, fin-nuqqas ta' intervent regolatorju, iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' kompetizzjoni sinifikanti. B'mod partikolari, meta jkun hemm bosta swieq downstream li ma laħqux l-istess livell ta' kompetizzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu rimedji asimmetriċi speċifiċi biex jippromwovu kompetizzjoni effettiva, pereżempju, iżda mhux limitat għal, swieq speċifiċi bl-imnut, bħal prodotti ta' komunikazzjoni elettronika għal utenti finali tan-negozju. Biex iżommu l-kompetittività tas-swieq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ ukoll li jħarsu d-drittijiet ta' dawk li jridu aċċess u li ma jipparteċipawx f'koinvestiment partikolari. Dan għandu jinkiseb billi jinżammu prodotti ta' aċċess eżistenti jew, fejn l-elementi tan-netwerks antiki jitneħħew fi żmien debitu, permezz tal-impożizzjoni ta' prodotti ta' aċċess b'mill-inqas funzjonalità u kwalità komparabbli għal dawk li kienu diġà disponibbli fuq l-infrastruttura antika, fiż-żewġ każijiet soġġett għal mekkaniżmu xieraq li jista' jiġi adattat validat mill-awtorità regolatorja nazzjonali li ma jdgħajjifx l-inċentivi għall-koinvestituri.

(201)  Sabiex tittejjeb il-prattika regolatorja konsistenti fl-Unjoni kollha, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkonkludu li l-kondizzjonijiet l-offerta ta' koinvestiment ġew sodisfatti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali tirtira l-abbozz ta' miżuri tagħha jew billi ma timponix obbligi jew billi tintervjeni b'obbligi regolatorji biex tindirizza problemi sinifikanti ta' kompetizzjoni, fejn il-BEREC jikkondividi d-dubji serji tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' miżura mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-għanijiet regolatorji ta' din id-Direttiva. Fl-interess tal-effiċjenza, awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tkun tista' tressaq notifika unika lill-Kummissjoni ta' abbozz ta' miżura li tkun marbuta ma' skema ta' koinvestiment li tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti. Fejn il-Kummissjoni ma tħaddimx is-setgħat tagħha li titlob l-irtirar tal-abbozz ta' miżura, ikun sproporzjonat għal notifiki simplifikati sussegwenti ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet individwali tal-awtorità regolatorja nazzjonali fuq il-bażi tal-istess skema, inkluż barra minn hekk evidenza ta' konklużjoni attwali ta' ftehim ma' mill-inqas koinvestitur wieħed, li jkunu soġġetti għal deċiżjoni li titlob tneħħija fin-nuqqas ta' bidla fiċ-ċirkostanzi. Barra minn hekk, obbligi imposti fuq impriżi irrispettivament mid-deżinjazzjoni tagħhom bħala li għandhom, jew le, saħħa sinifikanti fis-suq, skont din id-Direttiva jew id-Direttiva 2014/61/UE jibqgħu japplikaw. Obbligi b'rabta ma' ftehimiet ta' koinvestiment huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(202)  L-iskop tas-separazzjoni funzjonali, li biha l-impriża integrata vertikalment tkun meħtieġa tistabbilixxi entitajiet ta' negozju li joperaw b'mod separat, huwa li jkun żgurat il-forniment ta' prodotti għall-aċċess kompletament ekwivalenti lill-operaturi kollha li jieħdu servizz mingħandha, inklużi d-diviżjonijiet tal-impriża stess li jkunu integrati vertikalment u li jieħdu servizz mingħandha. Is-separazzjoni funzjonali għandha l-kapaċità li ttejjeb il-kompetizzjoni f'diversi swieq rilevanti billi tnaqqas b'mod sinifikanti l-inċentiv għad-diskriminazzjoni u billi tiffaċilita l-verifika u l-infurzar tal-konformità mal-obbligi kontra d-diskriminazzjoni. F'każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli li s-separazzjoni funzjonali tkun ġustifikata bħala rimedju fejn f'bosta mis-swieq konċernati jkun hemm falliment persistenti biex titnaqqas kemm jista' jkun id-diskriminazzjoni, jew fejn ftit li xejn jkun hemm prospetti ta' kompetizzjoni fl-infrastruttura f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li wieħed ikun dar għal wieħed jew iktar rimedji li qabel kienu kkunsidrati xierqa. Madankollu, huwa importanti ħafna li wieħed jiżgura li l-impożizzjoni tagħha tippreżerva l-inċentivi tal-impriża kkonċernata biex tinvesti fin-netwerk tagħha, u li ma twassal għall-ebda effett negattiv potenzjali fuq il-benessri tal-konsumatur. L-impożizzjoni tagħha titlob analiżi koordinata tas-swieq rilevanti differenti li jkunu relatati man-netwerk ta' aċċess, skont il-proċedura tal-analiżi tas-suq. Meta jagħmlu l-analiżi tas-suq u jfasslu d-dettalji ta' dak ir-rimedju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-prodotti li jridu jkunu ġestiti mill-entitajiet tan-negozju li joperaw b'mod separat, waqt li jingħata każ tal-punt sa fejn tasal il-firxa tan-netwerk u l-livell ta' progress teknoloġiku, li jistgħu jaffettwaw is-sostitwibbiltà tas-servizzi fissi u tar-radju. Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-proposti għas-separazzjoni funzjonali jenħtieġ li jiġu approvati minn qabel mill-Kummissjoni.

(203)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali ma xxekkilx il-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet differenti ta' negozju separati sabiex jiġi żgurat li jitħarsu d-drittijiet ta' sorveljanza ekonomika u tal-ġestjoni tal-kumpannija omm.

(204)  Fejn impriża integrata vertikalment tagħżel li tittrasferixxi parti sostanzjali tal-proprjetà tagħha, jew parti minnha, fin-netwerk għall-aċċess lokali favur entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor jew billi tistabbilixxi entità ta' negozju separata biex tinnegozja l-prodotti għall-aċċess, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tevalwa l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba, inkluż kull impenn tal-aċċess offrut minn din l-impriża, fuq l-obbligi regolatorji kollha eżistenti li jkunu imposti fuq l-impriża integrata vertikalment sabiex jiġi żgurat li kull arranġament ġdid ikun kompatibbli ma' din id-Direttiva. L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata jenħtieġ li tagħmel analiżi ġdida tas-swieq li fihom tkun topera l-entità segregata, u timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi skont kif ikun xieraq. Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tkun tista' titlob informazzjoni mill-impriża.

(205)  Huwa diġà possibbli llum f'xi swieq li bħala parti mill-analiżi tas-suq l-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru impenji li jkollhom l-għan li jindirizzaw problemi ta' kompetizzjoni identifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali u li l-awtorità regolatorja nazzjonali mbagħad tqis meta tiddeċiedi dwar l-obbligi regolatorji xierqa. Kwalunkwe żvilupp ġdid fis-suq jenħtieġ li jitqies fid-deċiżjoni dwar l-aktar rimedji xierqa. Madankollu, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar trattament regolatorju ta' koinvestimenti, in-natura tal-impenji offruti fiha nnifisha ma tillimitax id-diskrezzjoni mogħtija lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex timponi rimedji fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. Sabiex tittejjeb it-trasparenza u tingħata ċertezza legali fl-Unjoni kollha, il-proċedura biex l-impriżi joffru impenji u biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutawhom, filwaqt li l-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq jitqiesu permezz ta' test tas-suq, u jekk xieraq isiru vinkolanti fuq l-impriża li tieħu l-impenn u infurzabbli mill-awtorità regolatorja nazzjonali, jenħtieġ li tiġi stipulata f'din id-Direttiva. Ħlief jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun għamlet vinkolanti l-impenji dwar koinvestimenti u ddeċidiet li ma timponix obbligi, dik il-proċedura hi mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' analiżi tas-suq u l-obbligu li jiġu imposti rimedji xierqa u proporzjonati biex jindirizzaw il-falliment tas-suq identifikat.

(206)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jagħmlu l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment, għal perijodu speċifiku li jenħtieġ li ma jaqbiżx il-perijodu li għalih jiġu offruti, wara li jkunu għamlu test tas-suq permezz ta' konsultazzjoni pubblika ta' partijiet interessati. Fejn l-impenji jkunu saru vinkolanti, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tqis il-konsegwenzi ta' din id-deċiżjoni fl-analiżi tas-suq tagħha u tqishom meta tagħżel l-aktar miżuri regolatorji xierqa. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkunsidraw l-impenji li jkunu saru minn perspettiva ta' sostenibbiltà li tħares 'l quddiem, b'mod partikolari meta jagħżlu l-perijodu li għalih ikunu qed jimpenjaw rwieħhom, u jenħtieġ li jqisu l-valur stabbilit mill-partijiet interessati fil-konsultazzjoni pubblika dwar kondizzjonijiet tas-suq stabbli u prevedibbli. Impenji vinkolanti marbuta mas-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment li ġew identifikati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, f'suq rilevanti wieħed jew iktar jistgħu jżidu l-prevedibbiltà u t-trasparenza għall-proċess tal-implimentazzjoni tas-separazzjoni ppjanata, pereżempju billi jiġi pprovdut pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni b'miri ċari u konsegwenzi prevedibbli fil-każ li ma' jintlaħqux ċerti miri.

(207)  L-impenji jistgħu jinkludu l-ħatra ta' fiduċjarju tal-monitoraġġ, li l-identità u l-mandat tiegħu jenħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, u l-obbligu fuq l-impriża li toffrihom biex tipprovdi rapporti perjodiċi ta' implimentazzjoni.

(208)  Sidien tan-netwerk ▌li l-mudell ta' negozju tagħhom huwa ▌ limitat għall-forniment ta' servizzi bl-ingrossa għal oħrajn, jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-ħolqien ta' suq bl-ingrossa b'saħħtu, b'effetti pożittivi fuq il-kompetizzjoni downstream bl-imnut. Barra minn hekk, il-mudell ta' negozju tagħhom jista' jkun attraenti għal investituri potenzjali b'assi inqas volatili tal-infrastruttura u b'perspettiva fit-tul dwar l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna. Madankollu, il-preżenza ta' impriża bl-ingrossa biss ma twassalx neċessarjament għal swieq tal-bejgħ bl-imnut effettivament kompetittivi, u l-impriżi bl-ingrossa biss jistgħu jiġu deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, partikolarment fis-swieq ġeografiċi u fis-swieq tal-prodotti. Ċerti riskji ta' kompetizzjoni li jirriżultaw mill-imġiba ta' impriżi li jsegwu mudelli ta' negozju bl-ingrossa biss jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk għal impriżi integrati vertikalment, sakemm il-mudell bl-ingrossa biss ikun ġenwin u ma jeżistu ebda inċentivi biex issir diskriminazzjoni bejn il-fornituri downstream. Ir-reazzjoni regolatorja għalhekk jenħtieġ li tkun proporzjonalment inqas intrużiva, iżda jenħtieġ li tippreżerva b'mod partikolari l-possibbiltà li jiġu introdotti obbligi b'rabta ma' prezzijiet ġusti u raġonevoli. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jintervjenu jekk jinqalgħu problemi ta' kompetizzjoni li jkunu ta' detriment għall-utenti finali. Impriża attiva f'suq bl-ingrossa li tipprovdi servizzi bl-imnut lil utenti tan-negozju akbar minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biss jenħtieġ li titqies bħala impriża bl-ingrossa biss.

(209)  Biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni minn netwerks antiki tar-ram għal netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, li tkun fl-interess tal-utenti finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jissorveljaw l-inizjattivi proprji tal-operaturi tan-netwerk f'dan ir-rigward u jistabbilixxu, fejn meħtieġ, il-kondizzjonijiet għal proċess xieraq ta' migrazzjoni, pereżempju permezz ta' avviż minn qabel, trasparenza u disponibbiltà ta' prodotti alternattivi ta' aċċess ta' mill-inqas kwalità komparabbli, ladarba sid in-netwerk ikun wera l-ħsieb u r-rieda ▌li jaqleb għal netwerks aħjar. Sabiex jiġi evitat dewmien mhux ġustifikat għall-migrazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirtiraw obbligi ta' aċċess għan-netwerk tar-ram ladarba jkun ġie stabbilit proċess ta' migrazzjoni adegwat u tkun ġiet żgurata konformità mal-kondizzjonijiet u l-proċess għall-migrazzjoni mill-infrastruttura antika. Madankollu, sid in-netwerk jenħtieġ li jkun jista' jiddekummissjona netwerks antiki. Dawk li jridu aċċess li jkunu qed jagħmlu migrazzjoni minn prodott ta' aċċess ibbażat fuq infrastruttura antika għal prodott ta' aċċess ibbażat fuq teknoloġija jew mezz aktar avvanzat jenħtieġ li jkunu jistgħu jtejbu l-aċċess tagħhom għal kwalunkwe prodott regolat b'kapaċità akbar, iżda jenħtieġ li ma jkunux mitluba jagħmlu dan. Fil-każ ta' titjib, dawk li jridu aċċess għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet regolatorji għall-aċċess għall-prodott ta' aċċess b'kapaċità ikbar, kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali fl-analiżi tas-suq tagħha.

(210)  Il-liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet u l-kompetizzjoni dejjem tikber u l-għażla għal servizzi ta' komunikazzjonijiet jimxu id f'id ma' azzjoni parallela biex jinħoloq qafas regolatorju armonizzat li jassigura t-twassil ta' servizz universali. Il-kunċett ta' servizz universali jenħtieġ li jevolvi biex jirrifletti l-avvanzi fit-teknoloġija, fl-iżviluppi tas-suq u fil-bidliet fit-talba tal-utent.

(211)  Taħt l-Artikolu 169 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-konsumaturi.

(212)  Is-servizz universali huwa xibka ta' sigurtà li tiżgura li jkun disponibbli sett ta' mill-inqas is-servizzi minimi lill-utenti finali kollha u bi prezz li jista' jintlaħaq għall-konsumaturi, fejn riskju ta' esklużjoni soċjali minħabba n-nuqqas ta' tali aċċess iżomm liċ-ċittadini milli jkollhom parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa fis-soċjetà.

(213)  L-aċċess għall-internet broadband bażiku huwa kważi universalment disponibbli fl-Unjoni kollha u użat b'mod wiesa' ħafna għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet. Madankollu, ir-rata tal-adozzjoni ġenerali hija inqas mid-disponibbiltà billi għad hemm dawk li mhumiex konnessi minħabba raġunijiet relatati mal-għarfien, l-ispiża, il-ħiliet u minħabba l-għażla. L-aċċess adegwat bi prezz li jista' jintlaħaq għall-internet broadband sar ta' importanza kruċjali għas-soċjetà u għall-ekonomija b'mod ġenerali. Huwa jipprovdi l-bażi għal parteċipazzjoni f'ekonomija u soċjetà diġitali permezz ta' servizzi online essenzjali.

(214)  Ħtieġa speċjali ta' servizz universali hija li jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess bi prezz affordabbli għal aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, ▌ f'post fiss. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jiżguraw l-affordabbiltà ta' servizzi ta' aċċess għall-internet broadband u ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi minbarra f'post fiss ▌ liċ-ċittadini li ma joqogħdux f'post wieħed, meta dawn iqisu li dan ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa tal-konsumaturi fis-soċjetà. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari f'dak il-kuntest biex jiġi żgurat li l-utenti finali b'diżabbiltà jkollhom aċċess ekwivalenti. Jenħtieġ li ma jkun hemm ebda limitazzjoni fuq il-mezzi tekniċi li bihom il-konnessjoni tiġi fornuta, hekk li jippermettu għal teknoloġiji bil-fili jew bla fili, u lanqas limitazzjoni fuq il-kategorija ta' fornituri li jipprovdu l-obbligi kollha ta' servizz universali jew parti minnhom.

(215)  Il-veloċità tal-aċċess tal-internet esperjenzata minn utent partikolari tista' tiddependi minn għadd ta' fatturi inkluż il-fornitur(i) tal-konnettività tal-internet kif ukoll l-applikazzjoni partikolari li għaliha qed tintuża konnessjoni. Huwa f'idejn l-Istati Membri, filwaqt li jqisu r-rapport ta' BEREC dwar l-aħjar prattika, li jiddefinixxu l-aċċess adegwat għall-internet broadband fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali u l-bandwidth minima li tgawdi l-maġġoranza tal-konsumaturi fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru sabiex ikun hemm livell adegwat ta' inklużjoni soċjali u parteċipazzjoni fl-ekonomija u s-soċjetà diġitali fit-territorju tagħhom. Is-servizz ta' aċċess adegwat affordabbli għall-internet broadband jenħtieġ li jkollu biżżejjed bandwidth biex jappoġġa l-aċċess għal u l-użu ta' mill-inqas sett minimu ta' servizzi bażiċi li jirriflettu s-servizzi użati mill-maġġoranza tal-utenti finali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissorvelja l-iżvilupp fl-użu tal-internet biex tidentifika dawk is-servizzi online użati mill-maġġoranza ta' utenti finali madwar l-Unjoni u meħtieġa għal parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà u taġġorna l-lista kif meħtieġ. Ir-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-aċċess għal internet miftuħ, b'mod partikolari tar-Regolament (UE) 2015/2120, jenħtieġ li japplikaw għal kull servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband.

(216)  Il-konsumaturi jenħtieġ li ma jkunux obbligati li jkollhom aċċess għal servizzi li ma jridux u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għal konsumaturi eliġibbli biex jirrestrinġu, fuq talba, is-servizz universali affordabbli għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi.

(217)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jestendu miżuri marbutin mal-affordabbiltà u l-kontroll tal-miżuri għan-nefqa għal impriżi mikro u impriżi żgħar u ta' daqs medju u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, dejjem jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet rilevanti.

(218)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jkunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut għal dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-obbligi ta' servizz universali. Tali monitoraġġ jenħtieġ li jitwettaq b'tali mod li ma jirrappreżentax piż amministrattiv eċċessiv la għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u oħrajn kompetenti u lanqas għal fornituri ta' dawn is-servizzi.

(219)  Prezz affordabbli jfisser prezz definit mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali fid-dawl ta' kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu li l-prezzijiet bl-imnut għal aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi mhumiex affordabbli għal konsumaturi bi dħul baxx jew bżonnijiet soċjali speċjali, fosthom anzjani, utenti finali b'diżabilità u konsumaturi li jgħixu f'żoni rurali jew ġeografikament iżolati, jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lil dawk il-konsumaturi b'appoġġ dirett għal skopijiet ta' komunikazzjoni, li jistgħu jkunu parti minn allowances soċjali jew vouchers għal, jew pagamenti diretti lil, dawk il-konsumaturi. Din tista' tkun alternattiva xierqa filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu minimizzati d-distorsjonijiet tas-suq. Alternattivament, jew addizzjonalment, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta' tali servizzi joffru għażliet jew pakketti ta' tariffi bażiċi lil dawk il-konsumaturi.

(220)  Biex tkun żgurata l-affordabbiltà jistgħu jkunu meħtieġa għażliet jew pakketti ta' tariffi speċjali biex jittrattaw il-ħtiġijiet ta' utenti bi dħul baxx jew utenti bi ħtiġijiet soċjali speċjali ▌. Tali offerti jenħtieġ li jingħataw b'karatteristiċi bażiċi, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-funzjonament tas-suq. L-affordabbiltà għall-konsumaturi individwali jenħtieġ li tissejjes fuq id-dritt tagħhom li jagħmlu kuntratti ma' fornitur, id-disponibbiltà ta' numru, il-konnessjoni kontinwa tas-servizz u l-abbiltà tagħhom li jissorveljaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom.

(221)  Fejn Stat Membru jirrikjedi li l-fornituri joffru lill-konsumaturi bi dħul baxx jew ħtiġijiet soċjali speċjali għażliet jew pakketti ta' tariffi differenti minn dawk provduti skont kondizzjonijiet kummerċjali normali, dawk l-għażliet jew pakketti ta' tariffi jenħtieġ li jingħataw mill-fornituri kollha ta' servizzi ta' aċċess għall-internet u ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-rekwiżit li l-fornituri kollha ta' servizzi tal-aċċess għall-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi joffru għażliet ta' tariffi jew pakketti jenħtieġ li ma jirriżultax f'piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv għal dawk il-fornituri jew l-Istati Membri. Fejn Stat Membru juri li hemm tali piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv, fuq il-bażi ta' valutazzjoni oġġettiva, huwa jista' jiddeċiedi b'eċċezzjoni li jimponi l-obbligu li jiġu offruti għażliet jew pakketti speċifiċi ta' tariffi biss lil fornituri deżinjati. Il-valutazzjoni oġġettiva jenħtieġ li tqis ukoll il-benefiċċji li jinħolqu għal konsumaturi bi dħul baxx jew bi ħtiġijiet soċjali speċjali minn għażla ta' fornituri u l-benefiċċji għall-fornituri kollha li jistgħu jgawdu milli jkunu fornitur ta' servizz universali. Fejn Stat Membru jiddeċiedi b'eċċezzjoni li jimponi l-obbligu li joffri għażliet jew pakketti speċifiċi ta' tariffi biss fuq fornituri magħżula, jenħtieġ li jiżgura li konsumaturi bi dħul baxx jew ħtiġijiet soċjali speċjali jkollhom għażla ta' fornituri li joffru tariffi soċjali. Madankollu, f'ċerti sitwazzjonijiet jista' jkun li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiggarantixxu għażla ta' fornituri, pereżempju fejn impriża waħda biss tipprovdi servizzi fiż-żona tar-residenza tal-benefiċjarju, jew jekk l-għoti ta' għażla toħloq piż organizzattiv u finanzjarju addizzjonali li jkun eċċessiv fuq l-Istat Membru.

(222)  Jenħtieġ li l-affordabbiltà ma tibqax aktar ostaklu għall-aċċess tal-konsumaturi għas-sett minimu ta' servizzi ta' konnettività. Dritt għal kuntratt ma' fornitur jenħtieġ li jfisser li l-konsumaturi li jistgħu jiffaċċjaw ċaħda, b'mod partikolari dawk bi dħul baxx jew bi ħtiġijiet soċjali speċjali, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jidħlu f'kuntratt għall-forniment ta' servizz ta' aċċess adegwat għall-internet broadband bi prezz affordabbli u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-inqas f'post fiss ma' kwalunkwe fornitur ta' servizzi bħal dawn f'dak il-post jew il-fornitur magħżul, fejn Stat Membru jkun iddeċieda b'eċċezzjoni li jagħżel fornitur wieħed jew aktar biex joffru dawn l-għażliet jew pakketti ta' tariffi. Sabiex jiġu minimizzati r-riskji finanzjarji bħan-nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet, il-fornituri jenħtieġ li jkunu ħielsa li jagħtu l-kuntratt skont termini ta' ħlas minn qabel, fuq il-bażi ta' unitajiet individwali bi prezz affordabbli mħallsa minn qabel.

(223)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati minn servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' numru għal perijodu raġonevoli, anke f'perijodi ta' nuqqas ta' użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi. Il-fornituri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimplimentaw mekkaniżmi biex jivverifikaw l-interess kontinwu tal-konsumatur biex in-numru jinżamm disponibbli.

(224)  Il-fatt li jingħata kumpens lill-fornituri ta' tali servizzi f'tali ċirkostanzi ma jfissirx li dan għandu jirriżulta f'distorsjoni tal-kompetizzjoni, sakemm dawn il-fornituri jiġu kumpensati għall-ispiża netta speċifika involuta u sakemm il-piż tal-ispiża netta jiġi rkuprat b'mod newtrali fir-rigward tal-kompetizzjoni.

(225)  Sabiex jivvalutaw il-ħtieġa għal miżuri ta' affordabbiltà, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, jkunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u d-dettalji ta' offerti ta'għażliet ta' tariffi jew pakketti ta' tariffi għall-konsumaturi bi dħul baxx u utenti finali bi bżonnijiet soċjali speċjali.

(226)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu miżuri biex jippromwovu l-ħolqien ta' suq għal prodotti u servizzi affordabbli li jinkorporaw faċilitajiet għal konsumaturi b'diżabbiltà, inkluż tagħmir b'teknoloġiji ta' assistenza. Dan jista' jinkiseb, fost l-oħrajn, billi ssir referenza għall-istandards Ewropej, jew billi jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni ta' rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu miżuri xierqa skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, li jagħtu flessibbiltà biex l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi bħal per eżempju jekk is-suq ma jkunx qed joffri prodotti affordabbli u servizzi li jinkorporaw faċilitajiet għal konsumaturi b'diżabbiltà f'kondizzjonijiet ekonomiċi normali. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu appoġġ finanzjarju dirett lill-utenti finali.

Jenħtieġ li l-ispiża ta' servizzi ta' trażmissjoni għal konsumaturi b'diżabbiltà tkun ekwivalenti għall-ispiża medja tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi.

(227)  Is-servizzi ta' trażmissjoni jirreferu għal servizzi li jippermettu komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn utenti finali remoti ta' modi differenti ta' komunikazzjoni, (pereżempju, test, sinjal, diskors) billi tiġi pprovduta konverżjoni bejn dawk il-modi ta' komunikazzjoni, normalment minn operatur uman. Test f'ħin reali huwa definit skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi u jirreferi għal konverżazzjoni fl-għamla ta' test f'sitwazzjonijiet minn punt għal punt jew f'konferenzjar multiplu fejn it-test li jiddaħħal jintbagħat b'tali mod li l-komunikazzjoni titqies mill-utent bħala kontinwa skont il-karattru.

(228)  Għal komunikazzjoni ta' data b'rati ta' data li huma biżżejjed biex jippermettu aċċess adegwat għall-internet broadband, il-konnessjonijiet tat-telefonija fissa huma kważi universalment disponibbli u użati mill-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-kopertura tal-broadband fiss standard u d-disponibbiltà fl-Unjoni fl-2015 kienet ta' 97% tad-djar, b'rata medja ta' 72% ta' adozzjoni, u s-servizzi bbażati fuq it-teknoloġiji bla fili għandhom użu saħansitra usa'. Madankollu, hemm differenzi bejn l-Istati Membri rigward id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' broadband fiss bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.

(229)  Is-suq għandu rwol ewlieni x'jaqdi biex jiżgura d-disponibbiltà ta' aċċess għall-internet bil-broadband b'kapaċità li kull ma tmur dejjem tikber. F'oqsma fejn is-suq ma jiflaħx jagħti s-servizz mixtieq, jibdew jidhru għodda oħra ta' politika pubblika biex jappoġġaw id-disponibbiltà ta' konnessjonijiet ta' aċċess adegwat għall-internet broadband, fil-prinċipju, aktar kosteffettivi u b'inqas distorsjoni tas-suq meta mqabbla ma' obbligi ta' servizz universali, pereżempju l-użu ta' strumenti finanzjarji bħal dawk disponibbli taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-użu tal-finanzjament pubbliku mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, li jorbtu l-obbligi ta' kopertura mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju biex jappoġġjaw l-introduzzjoni ta' netwerks tal-broadband f'żoni anqas popolati u l-investiment pubbliku f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

(230)  Jekk, wara li tkun twettqet valutazzjoni xierqa, meta jitqiesu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku tal-introduzzjoni tan-netwerks immexxija mill-awtorità kompetenti, jew l-aħħar informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati tal-ewwel stħarriġ ġeografiku, jintwera li la s-suq u lanqas il-mekkaniżmi ta' intervent pubbliku m'huma x'aktarx kapaċi jipprovdu l-utenti finali f'ċerti żoni b'konnessjoni kapaċi li tipprovdi servizz ta' aċċess adegwat għall-internet broadband hekk kif iddefinit mill-Istati Membri u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss, l-Istat Membru jenħtieġ li jkun jista' jagħżel b'eċċezzjoni fornituri differenti jew settijiet ta' fornituri ta' dawk is-servizzi fil-partijiet rilevanti differenti tat-territorju nazzjonali. Minbarra l-istħarriġ ġeografiku, l-Istati Membri jeħtieġ li jkunu jistgħu jużaw, fejn meħtieġ, kull evidenza addizzjonali biex jistabbilixxu sa liema punt huma disponibbli servizzi ta' aċċess adegwat għall-internet broadband u komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss. Din l-evidenza addizzjonali tista' tinkludi data disponibbli għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali permezz tal-proċedura ta' analiżi tas-suq u data miġbura mingħand l-utenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrestrinġu l-obbligi ta' servizz universali li jsostnu d-disponibbiltà ta' servizzi ta' aċċess adegwat għall-internet broadband għall-post jew residenza primarja tal-utent finali. M'għandu jkun hemm ebda limitazzjoni fuq il-mezzi tekniċi li bihom l-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss jkunu fornuti, b'mod li jkunu permessi teknoloġiji bil-fili jew bla fili, u lanqas xi limitazzjoni rigward liema impriżi jfornu l-obbligi kollha ta' servizz universali jew parti minnhom.

(231)  F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu abbażi ta' kriterji oġġettivi liema impriżi jkunu deżinjati bħala fornituri tas-servizz universali, fejn xieraq waqt li jieħdu kont tal-kapaċità u r-rieda ta' impriżi li jaċċettaw l-obbligi tas-servizz universali kollha jew parti minnhom. Dan ma jipprekludix l-Istati Membri milli jinkludu, fil-proċess tad-deżinjazzjoni, kondizzjonijiet speċifiċi ġustifikati fuq raġunijiet ta' effiċjenza, inklużi r-raggruppament ta' żoni ġeografiċi jew komponenti jew l-iffissar ta' perijodi minimi għad-deżinjazzjoni.

(232)  L-ispejjeż biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' konnessjoni li kapaċi tagħti servizz ta' aċċess adegwat għall-internet broadband kif identifikat skont din id-Direttiva u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss bi prezz affordabbli fi ħdan l-obbligi ta' servizz universali jenħtieġ li jiġu stmati, b'mod partikolari billi ssir valutazzjoni tal-piżijiet finanzjarji mistennija għall-fornituri u għall-utenti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(233)  A priori, rekwiżiti biex tiġi żgurata kopertura territorjali nazzjonali imposta fil-proċedura tad-deżinjazzjoni x'aktarx li teskludi jew tiskoraġġixxi ċerti impriżi milli japplikaw biex jiġu maħtura bħala fornituri ta' servizz universali. Id-deżinjazzjoni ta' fornituri b'obbligi ta' servizz universali għal perijodu eċċessiv jew indefinit jista' jwassal ukoll għal esklużjoni a priori ta' ċerti fornituri. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħżel fornitur wieħed jew aktar għal raġunijiet ta' affordabbiltà, jeħtieġ li jkun possibbli għal dawk il-fornituri li jkunu differenti minn dawk magħżulin għall-element tad-disponibbiltà tas-servizz universali.

(234)  Meta fornitur li jkun, fuq bażi eċċezzjonali, iddeżinjat biex jipprovdi għażliet jew pakketti ta' tariffi differenti minn dawk provduti taħt kondizzjonijiet kummerċjali normali, kif identifikati taħt din id-Direttiva jew biex jiżgura d-disponibbiltà fl-lok fiss ta' servizz ta' aċċess adegwat tal-internet broadband jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, kif identifikati taħt din id-Direttiva, jagħżel li jċedi l-attivitajiet kollha tiegħu fin-netwerk tal-aċċess lokali fit-territorju nazzjonali, jew parti sostanzjali minnhom, meqjusa fid-dawl tal-obbligi tiegħu ta' servizz universali, lil entità legali separata li tkun proprjetà effettiva ta' entità differenti, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tevalwa l-effetti tat-tranżazzjoni biex tiżgura l-kontinwità tal-obbligi tas-servizz universali fit-territorju nazzjonali kollu jew f'partijiet minnu. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti li imponiet l-obbligi tas-servizz universali jenħtieġ li tiġi infurmata mill-fornitur qabel iċ-ċessjoni. L-evalwazzjoni tal-awtorità kompetenti m'għandhiex tippreġudika t-tlestija tat-tranżazzjoni.

(235)  Sabiex tiġi pprovduta stabbiltà u jiġi appoġġat it-trasferiment gradwali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jiggarantixxu l-provvista ta' servizzi universali fit-territorju tagħhom, minbarra l-aċċess adegwat għall-internet broadband u għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss, li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' obbligi ta' servizzi universali tagħhom fuq il-bażi tad-Direttiva 2002/22/KE fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm is-servizzi jew servizzi simili ma jkunux disponibbli taħt ċirkostanzi kummerċjali normali. Li tiġi permessa l-kontinwazzjoni tal-forniment ta' telefons pubbliċi bi ħlas lill-pubbliku ġenerali bl-użu ta' muniti, karti ta' kreditu jew debitu, jew kards imħallsin minn qabel, fosthom kards għall-użu bi prefissi tat-telefon, direttorji u servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju skont is-sistema tas-servizz universali, sakemm tkun qed tintwera' l-ħtieġa, tista' tagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà meħtieġa biex iqisu kif xieraq iċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Dan jista' jinkludi l-provvediment ta' telefons pubbliċi bi ħlas fil-punti tad-dħul ewlenin tal-pajjiż, bħall-ajruporti jew l-istazzjonijiet tal-ferrovija u tal-karozzi tal-linja, kif ukoll postijiet li jintużaw min-nies f'każ ta' emerġenza, bħal sptarijiet, għases tal-pulizija u żoni ta' emerġenza fl-awtostrada, sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet raġonevoli tal-utenti finali, inklużi b’mod partikolari utenti finali b'diżabbiltà.

(236)  L-Istati Membri jenħtieġ li jissorveljaw is-sitwazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-użu tagħhom ta' aċċess adegwat tal-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi u b'mod partikolari fir-rigward tal-affordabbiltà. L-affordabbiltà ta' aċċess adegwat għall-internet broadband u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi hija relatata mal-informazzjoni li l-utenti jirċievu fir-rigward tal-ispejjeż tal-użu kif ukoll tal-ispiża relattiva tal-użu mqabbla ma' servizzi oħra, u hija wkoll relatata mal-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw l-infiq. L-affordabbiltà għalhekk tfisser l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi permezz ta' obbligi imposti fuq il-fornituri. Dawk l-obbligi jinkludu livell speċifiku ta' kontijiet dettaljati, il-possibbiltà tal-konsumaturi li selettivament jimblukkaw ċerti sejħiet, per eżempju sejħiet bi prezz għoli lil servizzi primjum, li jikkontrollaw l-infieq permezz ta' mezzi ta' ħlas minn qabel, u li jpaċu tariffi ta' konnessjoni minn qabel. Dawn il-miżuri jistgħu jeħtieġu li jiġu riveduti u mibdula fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq. Kontijiet dettaljati fuq l-użu tal-aċċess għall-internet jenħtieġ li jindikaw biss il-ħin, it-tul u l-ammont tal-konsum matul sessjoni ta' użu iżda ma jindikawx is-siti web jew il-punti ta' tmiem tal-internet konnessi matul tali sessjoni ta' użu.

(237)  Ħlief fil-każi ta' ħlas tard persistenti tal-kontijiet jew nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet, jenħtieġ li l-konsumaturi intitolati għal tariffi affordabbli jkunu, sa meta t-tilwim jissolva, protetti mill-qtugħ immedjat min-netwerk għal raġuni ta' kont mhux imħallas, u, b'mod partikolari fil-każ ta' tilwim dwar kontijiet għolja għall-servizzi b'rati primjum, jibqgħu jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi u livell minimu ta' servizz ta' aċċess għall-internet kif definit mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li dak l-aċċess jibqa' jiġi fornut biss jekk l-abbonat ikompli jħallas it-tariffi tal-kiri tal-linja jew tal-aċċess għall-internet bażiku.

(238)  Fejn il-forniment ta' aċċess adegwat għall-internet broadband u tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi jew il-forniment ta' servizzi oħra ▌skont din id-Direttiva jwassal għal piż inġust fuq fornitur, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż u d-dħul kif ukoll il-benefiċċji intanġibbli li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi kkonċernati, dak il-piż inġust jista' jiġi inkluż fi kwalunkwe kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligi ta' servizzi universali.

(239)  L-Istati Membri jenħtieġ li, fejn neċessarju, jistabbilixxu mekkaniżmi għall-iffinanzjar tal-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali fil-każi fejn jintwera li l-obbligi jistgħu biss jiġu fornuti b'telf jew bi spiża netta li jaqgħu barra li-standards kummerċjali normali. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali tiġi kkalkolata kif imiss u li kull iffinanzjar jitwettaq b'distorsjoni minima għas-suq u għall-impriżi, u jkun kompatibbli mal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

(240)  Kwalunkwe kalkolu ta' spiża netta ta' obbligi ta' servizz universali jenħtieġ li jieħu kont debitu tal-ispejjeż u d-dħul, kif ukoll tal-benefiċċji intanġibbli li jirriżultaw mill-forniment tas-servizz universali, iżda jenħtieġ li ma jfixkilx l-għan ġenerali li jiġi assigurat li l-istrutturi tal-prezzijiet jirriflettu l-ispejjeż. Kwalunkwe spiża netta ta' obbligi ta' servizz universali jenħtieġ li tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' proċeduri trasparenti.

(241)  Li jittieħed kont tal-benefiċċji intanġibbli tfisser li estimu f'termini monetarji, tal-benefiċċji indiretti li impriża tikseb minħabba l-pożizzjoni tagħha bħala fornitur ta' servizz universali, jenħtieġ li jitnaqqas mill-ispiża netta diretta tal-obbligi ta' servizz universali sabiex jiġi stabbilit il-piż globali tal-ispiża.

(242)  Meta obbligu ta' servizz universali jirrappreżenta piż inġust fuq fornitur, huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi għall-irkupru effiċjenti tal-ispejjeż netti. L-irkupru permezz ta' fondi pubbliċi jikkostitwixxi metodu wieħed ta' rkupru tal-ispejjeż netti tal-obbligi ta' servizz universali. Il-kondiviżjoni tal-ispejjeż netti tal-obbligi tas-servizz universali bejn il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi huwa metodu ieħor. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffinanzjaw l-ispejjeż netti ta' elementi differenti ta' servizz universali permezz ta' mekkaniżmi differenti, jew li jiffinanzjaw l-ispejjeż netti ta' xi wħud mill-elementi jew kollha minn xi wieħed mill-mekkaniżmi jew minn kombinazzjoni tat-tnejn. Aċċess adegwat għall-internet broadband huwa ta' benefiċċju mhux biss għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi iżda wkoll għall-ekonomija diġitali usa' u għas-soċjetà kollha kemm hi. Li tiġi pprovduta konnessjoni li tappoġġa l-veloċitajiet broadband għal għadd ikbar ta' utenti finali tippermettilhom jużaw servizzi online u b'hekk jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà diġitali. Li jiġu żgurati konnessjonijiet bħal dawn abbażi ta' obbligi ta' servizz universali sservi kemm l-interess pubbliku kif ukoll l-interessi tal-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawk il-fatti jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri meta jagħżlu u jfasslu mekkaniżmi għall-irkupru tal-ispejjeż netti.

(243)  Fil-każ tal-irkupru tal-ispejjeż permezz tal-kondiviżjoni tal-ispiża netta tal-obbligu tas-servizz universali bejn il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dak il-metodu ta' allokazzjoni fost il-fornituri jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji u jkun skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan il-prinċipju ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jeżentaw operaturi ġodda li ma jkunux kisbu preżenza sinifikanti fis-suq. Kwalunnkwe mekkaniżmu ta' finanzjament jenħtieġ li jiżura li l-parteċipanti fis-suq jikkontribwixxu biss għall-iffinanzjar ta' obbligi ta' servizz universali u mhux għal attivitajiet oħra li mhumiex direttament marbuta mal-forniment ta' obbligi ta' servizz universali. Jenħtieġ li l-mekkaniżmi tal-irkupru jirrispettaw il-prinċipji tal-liġi tal-Unjoni, u b'mod partikolari fil-każ ta' mekkaniżmi ta' kondiviżjoni, dawk tan-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità. Kwalunkwe mekkaniżmu ta' finanzjament jenħtieġ li jiżgura li l-utenti fi Stat Membru wieħed ma jikkontribwixxux għall-ispejjeż tal-forniment ta' servizz universali fi Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali tinqasam bejn il-fornituri kollha jew ċerti klassijiet speċifikati tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' kondiviżjoni jirrispetta l-prinċipji ta’ trasparenza, l-anqas distorsjoni tas-suq, in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità. L-anqas distorsjoni fis-suq tfisser li l-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jkunu rkuprati b'mod li sa fejn possibbli jimminimizza l-impatt tal-piż finanzjarji li jaqa' fuq l-utenti finali, pereżempju billi l-kontribuzzjonijiet jitqassmu bl-aktar mod wiesa' possibbli.

(244)  Il-fornituri li jibbenefikaw minn finanzjar ta' servizz universali jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali livell suffiċjenti ta' dettal tal-elementi speċifiċi li jeħtieġu dak l-iffinanzjar sabiex jiġġustifikaw it-talba tagħhom. L-iskemi tal-Istati Membri għal-istima u l-iffinanzjar ta' obbligi ta' servizzi universali jenħtieġ li jiġu komunikati lill-Kummissjoni għall-verifikazzjoni tal-kompatibbiltà mat-TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw trasparenza u kontroll effettivi tal-ammonti mitluba biex jiffinanzjaw obbligi ta' servizz universali. Il-kalkolu tal-ispejjeż netti tal-forniment tas-servizz universali jenħtieġ li jkun ibbażat fuq metodoloġija oġġettiva u trasparenti biex jiżgura l-iktar dispożizzjonijiet kosteffettivi tas-servizzi universali u jippromwovi kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipanti tas-suq. Li ssir magħrufa l-metodoloġija maħsuba biex tintuża biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż netti tal-elementi tas-servizz universali individwali minn qabel ma jkun implimentat il-kalkolu jista' jgħin biex tinkiseb iktar trasparenza.

(245)  L-Istati Membri mhumiex permessi jimponu fuq il-parteċipanti tas-suq kontribuzzjonijiet finanzjarji li jirrelataw ma' miżuri li mhumiex parti mill-obbligi ta' servizz universali. L-Istati Membri individwali jibqgħu ħielsa li jimponu miżuri speċjali (barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' obbligi ta' servizz universali) u jiffinanzjawhom b'konformità mal-liġi tal-Unjoni iżda mhux permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-parteċipanti tas-suq.

(246)  Sabiex jkun appoġġat b'mod effettiv il-moviment liberu ta' merkanzija, servizzi u persuni fl-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw ċerti riżorsi ta' numerazzjoni nazzjonali, b'mod partikolari ċerti numri mhux ġeografiċi, b'mod ekstraterritorjali, jiġifieri barra t-territorju tal-Istat Membru li qed jassenja. Fid-dawl tar-riskji konsiderevoli ta' frodi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet interpersonali, tali użu extraterritorjali jenħtieġ li jkun permess biss għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali. L-infurzar tal-liġijiet nazzjonali rilevanti, b'mod partikolari regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi u regoli oħrajn marbutin mal-użu ta' riżorsi ta' numerazzjoni jenħtieġ li jiġi żgurat mill-Istati Membri indipendentement minn ▌ fejn ikunu ingħataw id-drittijiet ta' użu ▌u fejn ir-riżorsi ta' numerazzjoni jkunu qed jintużaw fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li japplikaw il-liġi nazzjonali tagħhom għar-riżorsi ta' numerazzjoni użati fit-territorju tagħhom, inkluż fejn id-drittijiet ikunu ngħataw fi Stat Membru ieħor.

(247)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi ta' numerazzjoni minn Stat Membru ieħor, ma għandhomx kontroll fuq dawk ir-riżorsi ta' numerazzjoni. Għaldaqstant hu essenzjali li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru li jagħti d-drittijiet ta' użu extraterritorjali tiżgura wkoll il-protezzjoni effettiva tal-utenti finali fl-Istati Membri fejn jintużaw dawn in-numri. Bil-ħsieb li tinkiseb protezzjoni effettiva, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorià kompetenti oħra li tagħti d-drittijiet ta' użu extraterritorjali jenħtieġ li tallaċċja kondizzjonijiet skont din id-Direttiva fir-rigward tar-rispett mill-fornitur ta’ regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi u regoli oħrajn marbutin mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn ikunu ser jintużaw dawk ir-riżorsi.

(248)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ta' dawk l-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi ta' numerazzjoni jkunu jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn li jkunu taw id-drittijiet ta' użu għar-riżorsi ta' numerazzjoni biex jgħinuhom fl-infurzar tar-regoli tagħha. Il-miżuri ta' infurzar mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn li jkunu taw id-drittijiet ta' użu jenħtieġ li jinkludu penali dissważivi, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur serju tal-irtirar tad-dritt ta' użu extraterritorjali għar-riżorsi tan-numerazzjoni assenjati lill-impriża kkonċernata. Ir-rekwiżiti dwar l-użu exstraterritorjali jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri biex jimblukkaw, skont il-każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin. L-użu extraterritorjali ta' riżorsi ta' numerazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal regoli tal-Unjoni relatati mal-forniment ta' servizzi tar-roaming, inkluż dawk relattivi għall-prevenzjoni ta' użu anomalu jew abbużiv tas-servizzi tar-roaming li huma soġġetti għal regolamentazzjoni tal-prezzijiet għall-bejgħ bl-imnut u li jibbenefikaw minn rati ta' roaming bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jkunu jistgħu jidħlu fi ftehimiet speċifiċi dwar l-użu extraterritorjali ta' riżorsi tan-numerazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(249)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu servizzi ta' proviżjonament "over-the-air" ta' riżorsi għall-innumerar sabiex jiġi faċilitat il-bdil ta' fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-proviżjonament "over-the-air" tar-riżorsi tan-numerazzjoni jippermetti għall-programmazzjoni mill-ġdid tal-identifikaturi tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mingħajr aċċess fiżiku għal apparati kkonċernati. Din il-karatteristika hija partikolarment rilevanti għal servizzi bejn magna u oħra, jiġifieri servizzi li jinvolvu trasferiment awtomatizzat ta' data u informazzjoni bejn l-apparati u l-applikazzjonijiet ibbażati fuq software bi ftit jew mingħajr interazzjoni umana. Il-fornituri ta' tali servizzi bejn magna u oħra jista' ma jkollhomx rikors għal aċċess fiżiku għall-apparati tagħhom minħabba l-użu tagħhom f'kondizzjonijiet remoti, jew minħabba l-għadd kbir ta' apparati introdotti jew il-modi tal-użu tagħhom. Fid-dawl tas-suq bejn magna u oħra emerġenti u t-teknoloġiji l-ġodda, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jiżguraw in-newtralità tat-teknoloġija fil-promozzjoni tal-proviżjonament tas-servizzi "over-the-air".

(250)  L-aċċess għar-riżorsi tan-numerazzjoni fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji huwa essenzjali għall-impriżi biex jikkompetu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu d-drittijiet tal-użu ta' riżorsi ta' numerazzjoni lill-impriżi minbarra l-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fid-dawl tar-rilevanza li kull ma tmur dejjem tikber tan-numri għal-servizzi varji tal-Internet tal-Oġġetti. L-elementi kollha għall-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni jenħtieġ li jkunu amministrati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn, inkluż il-kodiċi tal-punti użati fl-indirizzar tan-netwerks. Fejn ikun hemm il-ħtieġa tal-armonizzazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni fl-Union biex isostnu l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropew jew servizzi transfruntieri, b'mod partikolari servizzi ġodda bbażati fuq magna għal magna bħalma huma karozzi konnessi, u fejn id-domanda ma tistax tiġi sodisfatta abbażi tar-riżorsi eżistenti ta' numerazzjoni stabbiliti , il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni bl-assistenza tal-BEREC.

(251)  Jenħtieġ li jkun possibbli l-adempiment tar-rekwiżit li jiġu ppubblikati deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet tal-użu għar-riżorsi ta' numerazzjoni billi dawk id-deċiżjonijiet isiru pubblikament aċċessibbli permezz ta' website.

(252)  Filwaqt li jitqiesu l-aspetti partikolari marbutin mar-rappurtar ta' tfal neqsin, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-impenn tagħhom li jiżguraw li tassew ikun disponibbli fit-territorji tagħhom servizz li jaħdem tajjeb għar-rappurtar ta' tfal neqsin bin-numru "116000". Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li jintlaħaq livell suffiċjenti ta' kwalità tas-servizz fit-tħaddim tan-numru "116 000".

(253)  B'mod parallel mal-hotline għat-tfal neqsin "116000", bosta Stati Membri jiżguraw ukoll li t-tfal ikollhom aċċess għal servizz faċli għat-tfal li jħaddem linja ta' għajnuna li tgħin lit-tfal li jeħtieġu kura u protezzjoni bl-użu tan-numru "116111". Dawn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini, u b'mod partikolari fost it-tfal u fost is-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal, dwar l-eżistenza tal-linja ta' għajnuna "116111".

(254)  Suq intern jimplika li l-utenti finali jista' jkollhom aċċess għan-numri kollha inklużi fil-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni ta' Stati Membri oħra, u għas-servizzi, li jużaw numri li mhumiex ġeografiċi , inklużi n-numri tal-freephone u tar-rata primjum, fl-ambitu tal- Unjoni , ħlief fejn l-utent finali msejjaħ ikun għażel, għal raġunijiet kummerċjali, li jillimita l-aċċess minn ċerti żoni ġeografiċi. L-utenti finali jenħtieġ li wkoll ikunu jistgħu jaċċessaw numri mit Telefonati Bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN). Jenħtieġ li l-aċċess transfruntier għar-riżorsi ta' numerazzjoni u għas-servizzi assoċjati ma jiġix ostakolat, ħlief f'każi ġustifikati b'mod oġġettiv, pereżempju għall-ġlieda kontra l-frodi jew l-abbuż (pereżempju, f'konnessjoni ma' ċerti servizzi ta' rati primjum), meta n-numru jkun definit bħala li għandu ambitu nazzjonali biss (pereżempju, kodiċi qasir nazzjonali), jew meta mhuwiex▌ ekonomikament fattibbli. It-tariffi imposti fuq partijiet li jagħmlu sejħa minn barra l-Istat Membru konċernat mhux meħtieġa li jkunu l-istess bħal dawk tal-partijiet li jagħmlu sejħa minn ġewwa dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-utenti jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b'mod ċar dwar kwalunkwe ħlasijiet applikabbli għan-numri ta' telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal sejħiet internazzjonali aċċessibbli permezz ta' kodiċi standard ta' ddajljar internazzjonali. Fejn id-dħul mill-interkonnessjoni jew minn servizzi oħrajn jinżammu mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dħul miżmum minn servizzi jitħallas lura lill-utenti finali milqutin mill-frodi jew użu ħażin rilevanti fejn possibbli.

(255)  F'konformità mal-prinċijpu ta' proporzjonalità, jenħtieġ li numru ta' dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-utenti finali f'din id-Direttiva ma japplikawx għal impriżi mikro li jipprovdu biss servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-definizzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju, li tinkludi impriżi mikro, għandha tiġi interpretata strettament. Sabiex jiġu inklużi biss l-intrapriżi li huma impriżi mikro ġenwinament indipendenti, jeħtieġ li tiġi eżaminata l-istruttura tal-impriżi mikro li jiffurmaw grupp ekonomiku, li s-setgħa tiegħu tissupera s-setgħa ta' impriża mikro, u li jiġi żgurat li d-definizzjoni ta' impriżi mikro ma tiġix evitata b'mezzi purament formali.

(256)  It-tlestija tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi teħtieġ it-tneħħija tal-ostakli għall-utenti finali biex ikollhom aċċess transfruntier għal servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi madwar l-Unjoni kollha. Il-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku jenħtieġ li ma jċaħħdux jew ma jillimitawx l-aċċess jew ma jiddiskriminawx kontra l-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità ▌, jew tal-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom. Madankollu, id-differenzjazzjoni jenħtieġ li tkun tista' ssir skont differenzi ġustifikati oġġettivament fl-ispejjeż u r-riskji, mhux limitati għall-miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tal-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi regolati ta' roaming bl-imnut.

(257)  L-implimentazzjoni diverġenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali ħolqot ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw kemm il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll l-utenti finali. Dawn l-ostakli jenħtieġ li jitnaqqsu billi jiġu applikati l-istess regoli li jiżguraw livell komuni għoli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni kollha. L-armonizzazzjoni sħiħa kkalibrata tad-drittijiet tal-utenti finali koperti minn din id-Direttiva jenħtieġ li żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-utenti finali kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u jenħtieġ li tnaqqas b'mod sinifikanti l-ostakli għad-dħul u l-piż ta' konformità mhux neċessarju li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tar-regoli. L-armonizzazzjoni sħiħa tgħin biex jingħelbu l-ostakoli għall-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw minn tali dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw drittijiet tal-utenti finali li fl-istess ħin jipproteġu l-fornituri nazzjonali kontra l-kompetizzjoni minn Stati Membri oħra. Sabiex jintlaħaq livell komuni għoli ta' protezzjoni, f'din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu msaħħa diversi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw drittijiet tal-utenti finali, fid-dawl tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri. L-armonizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom iżżid il-fiduċja tal-utenti finali fis-suq intern peress li jibbenefikaw minn livell daqstant għoli ta' protezzjoni meta jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom iżda wkoll filwaqt li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħrajn. L-armonizzazzjoni sħiħa jenħtieġ li testendi biss għas-suġġetti koperti mid-dispożizzjonijiet dwar l-utenti finali f'din id-Direttiva. Għaldaqstant, jenħtieġ li ma taffettwax il-liġi nazzjonali b'rabta ma' dawk l-aspetti ta' protezzjoni tal-utenti finali, fosthom xi aspetti ta' miżuri ta' trasparenza li mhumiex koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. Pereżempju, miżuri marbutin ma' obbligi ta' trasparenza li mhumiex koperti minn din id-Direttiva jenħtieġ li jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' armonizzazzjoni sħiħa filwaqt li rekwiżiti addizzjonali marbutin mat-trasparenza koperti minn din id-Direttiva, bħall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni, jenħtieġ li jitqiesu inkompatibbli. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet mhux indirizzati b'mod speċifiku f'din id-Direttiva, b'mod partikolari sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet emerġenti ġodda.

(258)  Il-kuntratti huma għodda importanti għall-utenti finali biex jiġu żgurati t-trasparenza ta' informazzjoni u ċ-ċertezza legali. Il-parti 'l kbira tal-fornituri tas-servizzi f'ambjent kompetittiv jikkonkludu kuntratti mal-klijenti tagħhom għal raġunijiet ta' xewqat kummerċjali. B'żieda ma' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti tal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li tirrelata mal-kuntratti, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE(37) u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(38), japplikaw għal transazzjonijiet tal-konsumatur li jirrelataw man-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-inklużjoni ta' rekwiżiti ta' informazzjoni f'din id-Direttiva, li jistgħu jkunu meħtieġa wkoll skont id-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li ma twassalx għal duplikazzjoni tal-informazzjoni f'dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali. L-informazzjoni rilevanti pprovduta fir-rigward ta' din id-Direttiva, inkluż kwalunkwe rekwiżit ta' informazzjoni aktar preskrittiv u aktar dettaljat, jenħtieġ li titqies bħala li tissodisfa r-rekwiżiti korrispondenti skont id-Direttiva 2011/83/UE.

(259)  Xi wħud minn dawk id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li a priori japplikaw biss għall-konsumaturi, jiġifieri dawk dwar l-informazzjoni dwar il-kuntratti, it-tul massimu tal-kuntratti u l-pakketti, jenħtieġ li jibbenefikaw minnhom mhux biss il-konsumaturi, iżda wkoll impriżi mikro u impriżi żgħar, u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ kif definiti fil-liġi nazzjonali. Il-pożizzjoni ta' negozjar ta' dawk il-kategoriji ta' intrapriżi u organizzazzjonijiet hija komparabbli ma' dik tal-konsumaturi u għaldaqstant jenħtieġ li jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni sakemm b'mod espliċitu ma jirrinunzjawx għal dawk id-drittijiet. L-obbligi dwar l-informazzjoni dwar il-kuntratti f'din id-Direttiva, fosthom dawk tad-Direttiva 2011/83/UE li huma msemmijin f'din id-Direttiva, jenħtieġ li japplikaw irrispettivament minn jekk isirx pagament u mill-ammont tal-pagament li għandu jsir mill-konsumatur. L-obbligi marbutin mal-informazzjoni dwar il-kuntratti, inkluż dawk li jinsabu fid-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li japplikaw awtomatikament għal impriżi mikro, impriżi żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ sakemm ma jippreferux jinnegozjaw termini kuntrattwali individwalizzati mal-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Għall-kuntrarju tal-impriżi mikro, impriżi żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, impriżi akbar normalment ikollhom setgħa akbar ta' negozjar u, għalhekk, ma jkunux jiddependu fuq l-istess rekwiżiti kuntrattwali ta' informazzjoni bħall-konsumaturi. Dispożizzjonijiet oħrajn, bħall-portabbiltà tan-numri, li huma importanti wkoll għall-impriżi akbar jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għall-utenti finali kollha. L-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ huma entitajiet ġuridiċi li ma jagħmlux qligħ għas-sidien jew għall-membri tagħhom. Tipikament, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ ikunu organizzazzjonijiet tal-karità jew tipi oħra ta' organizzazzjoni ta' interess pubbliku. Għalhekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni komparabbli, huwa leġittimu li dawn l-organizzazzjonijiet jiġu ttrattati bl-istess mod bħal impriżi mikro jew impriżi żgħar taħt din id-Direttiva, sa fejn huma kkonċernati d-drittijiet tal-utenti finali.

(260)  L-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jeħtieġu, lil hinn mir-regoli kuntrattwali orizzontali, għadd limitat ta' dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali. B'mod partikolari, l-utenti finali jenħtieġ li jkunu infurmati, fost l-oħrajn, bi kwalunkwe livelli ta' kwalità tas-servizz offruti, il-kondizzjonijiet għal promozzjonijiet u t-terminazzjoni ta' kuntratti, il-pjanijiet ta' tariffi applikabbli u t-tariffi għal servizzi soġġetti għal kondizzjonijiet ta' prezzar partikolari. Dik l-informazzjoni hi rilevanti għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, fornitur ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-obbligi dwar rekwiżiti ta' informazzjoni għal kuntratti fejn dak il-fornitur, u persuni jew kumpaniji affiljati, ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni marbuta direttament jew indirettament mal-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal fejn università tagħti lill-viżitaturi aċċess b'xejn għan-netwerk tal-Wi-Fi tagħha fuq il-kampus mingħajr ma tirċievi ebda remunerazzjoni kemm jekk permezz ta' pagament mingħand l-utenti kif ukoll permezz ta' dħul pubbliċitarju.

(261)  Sabiex l-utent finali jkun jista' jagħmel għażla infurmata sew, hu essenzjali li l-informazzjoni rilevanti meħtieġa tiġi pprovduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem u b'mezz li jservi għal żmien twil jew, fejn dan ma jkunx fattibbli u mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni ta' mezz li jservi għal żmien twil mogħtija fid-Direttiva 2011/83/UE, f'dokument, li jsir disponibbli mill-fornitur u li tingħata notifika dwaru lill-utent, li jkun faċli li jitniżżel, jinfetaħ u jiġi kkonsultat fuq apparat, użat b'mod komuni mill-konsumaturi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-għażla, il-fornituri jenħtieġ ukoll li jippreżentaw sommarju tat-termini essenzjali tal-kuntratt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-BEREC, jenħtieġ li tadotta kuntratt mudell għal tali sommarji ta' kuntratti. L-informazzjoni pprovduta qabel jiġi konkluż il-kuntratt kif ukoll il-mudell tas-sommarju jenħtieġ li jikkostitwixxu parti integrali mill-kuntratt finali. Is-sommarju tal-kuntratt jenħtieġ li jkun konċiż u jkun jista' jinqara faċilment, idealment mhux itwal mill-ekwivalenti ta' naħa waħda ta' paġna tad-daqs A4 jew, fejn għadd ta' servizzi differenti jinġabru flimkien f'kuntratt waħdieni, l-ekwivalenti ta' mhux aktar minn tliet paġni, ta' naħa waħda u tad-daqs A4.

(262)  Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120, id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva fir-rigward ta' informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess għal, jew l-użu ta', servizzi u applikazzjonijiet kif ukoll informazzjoni dwar it-tfassil tat-traffiku saru obsoleti u għandhom jitħassru.

(263)  Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika kwalunkwe kondizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir, bħal permezz ta' "SIM-locking" ta' apparati ċellulari, jekk tali kondizzjonijiet mhumiex projbiti taħt il-liġi nazzjonali, u kwalunkwe ħlas dovut mat-terminazzjoni tal-kuntratt, kemm qabel jew fid-data tal-iskadenza miftiehma, inkluż kwalunkwe spiża imposta sabiex jinżamm it-tagħmir. Fejn l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali inkluż fil-kuntratt fil-mument meta dan ġie konkluż, kwalunkwe kumpens dovut jenħtieġ li ma jaqbiżx il-valur pro rata temporis tiegħu kkalkulat fuq il-bażi tal-valur fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, jew fuq il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu metodi oħra għall-kalkolu tar-rata tal-kumpens, fejn din ir-rata tkun daqs dak il-kumpens ikkalkulat jew inqas minnu. Jenħtieġ li l-fornitur ineħħi, bla ħlas, kwalunkwe restrizzjoni għall-użu tat-tagħmir terminali fuq netwerks oħrajn, sa mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.

(264)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu sostantiv fuq il-fornitur marbut mas-sigurtà bis-saħħa ta' din id-Direttiva , il-kuntratt jenħtieġ li jispeċifika t-tip ta' azzjoni li l-fornitur jista' jieħu fil-każ ta' inċidenti ta' sigurtà , theddid jew vulnerabbiltajiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kuntratt jispeċifika wkoll kwalunkwe arranġamenti ta' kumpens u rifużjoni jekk fornitur jagħti rispons mhux adegwat għal inċident ta' sigurtà, inkluż jekk inċident ta' sigurtà, li tingħata notifika dwaru lill-fornitur, iseħħ minħabba vulnerabbiltajiet magħrufin fis-software jew fil-hardware, li għalihom ikun inħareġ software korrettiv mill-manifattur jew l-iżviluppatur u l-fornitur tas-servizz ma jkunx applika dak is-software korrettiv u ma jkun ħa ebda kontromiżura xierqa oħra.

(265)  Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, aġġornata u komparabbli dwar offerti u servizzi hija element ewlieni għall-konsumaturi fi swieq kompetittivi fejn diversi fornituri joffru s-servizzi. Utenti finali jenħtieġ li jkunu jistgħu jqabblu l-prezzijiet ta' diversi servizzi offruti fis-suq faċilment abbażi ta' informazzjoni pubblikata f'forma faċilment aċċessibbli. Sabiex ikunu jistgħu iqabblu faċilment il-prezzijiet u s-servizz, l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu, mingħand il-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet jew servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament, għal trasparenza akbar marbuta mal-informazzjoni, inklużi tariffi, il-kwalità tas-servizz, il-kondizzjonijiet marbutin mat-tagħmir terminali fornut, u statistika rilevanti oħra. Kwalunkwe rekwiżit bħal dan għandu jqis kif xieraq il-karatteristiċi ta' dawk in-netwerks u s-servizzi. Jenħtieġ li dawn ukoll jiżguraw li partijiet terzi jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas informazzjoni pubblikament disponibbli li tkun ippubblikata minn dawn l-impriżi , bil-ħsieb li jipprovdu għodda ta' tqabbil.

(266)  L-utenti finali ta' spiss mhumiex konxji tal-kost tal-imġiba tal-konsum tagħhom jew ikollhom xi diffikultajiet biex jikkalkulaw il-konsum ta' ħin tagħhom jew il-konsum tad-data tagħhom meta jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jippermettu kontroll aħjar tal-baġit tal-komunikazzjonijiet tagħhom, huwa importanti li l-utenti finali jiġu pprovduti b'faċilitajiet li jippermettulhom li jsegwu l-konsum tagħhom fil-waqt. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet dwar limiti ta' konsum li jipproteġu lill-utenti finali minn "xokkijiet meta jasal il-kont", inkluż b'rabta mas-servizzi b'rati primjum u servizzi oħrajn soġġetti għal kondizzjonijiet ta' pprezzar partikolari. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu li l-informazzjoni dwar dawn il-prezzijiet tingħata qabel jingħata s-servizz u ma jippreġudikax il-possibbiltà tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu obbligi ġenerali għal servizzi b'rata primjum biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-utenti finali.

(267)  L-għodod tat-tqabbil indipendenti, bħal websajts, huma mezz effettiv għall-utenti finali sabiex jivvalutaw il-merti ta' fornituri differenti ta' servizzi ta' aċċess għall-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali, fejn jiġu fornuti għal pagamenti monetarji diretti rikorrenti jew ibbażati fuq il-konsum, u sabiex jiksbu informazzjoni imparzjali, b'mod partikolari billi jqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-parametri tal-kwalità f'post wieħed. Tali għodod jenħtieġ li jkunu operazzjonalment indipendenti mill-fornituri tas-servizz u jenħtieġ li ebda fornitur tas-servizz ma jingħata trattament favorevoli fir-riżultati tat-tfittxijiet. Tali għodod jenħtieġ li jimmiraw li jipprovdu informazzjoni li tkun kemm ċara u konċiża, kif ukoll sħiħa u komprensiva. Jenħtieġ li huma jkollhom l-għan li jinkludu l-usa' firxa possibbli ta' offerti, sabiex tagħti ħarsa ġenerali rappreżentattiva u tkopri parti sinifikanti tas-suq. L-informazzjoni mogħtija f'tali strumenti jenħtieġ li tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti. L-utenti finali jenħtieġ li jkunu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess b'xejn għal mill-anqas waħda minn dawn l-għodod fit-territorji rispettivi tagħhom. Fejn ikun hemm biss għodda waħda fi Stat Membru u din l-għodda tieqaf topera jew ma tibqax konformi mal-kriterji tal-kwalità, l-Istat Membru jenħtieġ li jiżgura li l-utenti finali jkollhom aċċess fi żmien raġonevoli għal għodda oħra ta' tqabbil fil-livell nazzjonali.

(268)  Għodod ta' tqabbil indipendenti ▌ jistgħu jiġu operati minn impriżi privati, jew mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom, madankollu dawn għandhom jiġu operati f'konformità ma' kriterji ta' kwalità speċifikati inkluż ir-rekwiżit li jipprovdu dettalji tas-sidien tagħhom, li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata, jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament, jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom se jkun ibbażat it-tqabbil u jinkludu firxa wiesgħa ta' offerti ▌li jkopru parti sinifikanti tas-suq. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu kemm il-darba l-għodod ta' tqabbil għandhom jirrevedu u jaġġornaw l-informazzjoni li jagħtu lill-utenti finali, filwaqt li jqisu l-frekwenza li biha l-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet ▌interpersonali disponibbli pubblikament, ġeneralment jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom dwar it-tariffi u l-kwalità. ▌

(269)  Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess pubbliku fir-rigward tal-użu tas-servizzi ta' aċċess għall-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, u biex tiġi mħeġġa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipproduċu u jxerrdu, jew jieħdu ħsieb li tixxerred, bl-għajnuna ta' fornituri ta' tali servizzi, informazzjoni ta' interess pubbliku relatata mal-użu ta' tali servizzi. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali informazzjoni tinkludi informazzjoni ta' interess pubbliku fir-rigward tal-ksur l-aktar komuni u l-konsegwenzi legali tagħhom, pereżempju rigward ksur ta' dritt tal-awtur, użu illegali ieħor u d-disseminazzjoni ta' kontenut dannuż, u parir u mezzi ta' protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, pereżempju dawk li jirriżultaw mill-iżvelar ta' informazzjoni personali f'ċerti ċirkostanzi, kif ukoll riskji għall-privatezza u għad-data personali, u d-disponibbiltà ta' software li hu faċli biex tużah u li jista' jiġi kkonfigurat jew għażliet ta' software li jippermettu l-protezzjoni tat-tfal jew ta' persuni vulnerabbli. L-informazzjoni tista' tiġi kkoordinata permezz tal-proċedura ta' kooperazzjoni stabbilita f'din id-Direttiva. Tali informazzjoni ta' interess pubbliku jenħtieġ li tiġi aġġornata meta neċessarju u jenħtieġ li tiġi ppreżentata f'formati faċilment komprensibbli, kif determinat minn kull Stat Membru, u fuq kwalunkwe websajt ta' awtorità pubblika nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet u servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament jiddisseminaw din l-informazzjoni standardizzata lill-konsumaturi tagħhom kollha b'mod li jitqies xieraq mill- ▌awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. It-tixrid ta' informazzjoni bħal din, madankollu, jenħtieġ li ma jimponix piż eċċessiv fuq il-fornituri. Jekk jagħmel dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikjedu li tali tixrid isir bil-mezzi użati mill-fornituri fil-komunikazzjonijiet mal-utenti finali magħmula waqt l-attivitajiet ordinarji tan-negozju.

(270)  Fin-nuqqas ta' regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni , il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi huma meqjusa legali jew dannużi f'konformità mal-liġi sostantiva u proċedurali nazzjonali. Huwa kompitu tal-Istati Membri, u mhux tal-fornituri tan-netwerks jew servizzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, biex jiddeċiedu, waqt li jiġu segwiti l-proċeduri dovuti, jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew servizzi humiex legali jew dannużi. Din id-Direttiva ▌ u d-Direttiva 2002/58/KE huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, li, fost l-oħrajn, fiha regola ta' "mere conduit" għal fornituri ta' servizzi intermedjarji, kif definit fiha.

(271)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn, jew, fejn rilevanti, awtoritajiet kompetenti oħrajn f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jingħataw is-setgħa li jissorveljaw il-kwalità tas-servizzi u jiġbru sistematikament informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizzi offruti mill-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament, sakemm dawn tal-aħħar ikunu jistgħu joffru livelli minimi ta' kwalità tas-servizz permezz tal-kontroll ta' mill-inqas xi wħud mill-elementi tan-netwerk jew inkella bis-saħħa ta' ftehim fil-livell ta' servizz għal dak il-għan, inkluż il-kwalità marbuta mal-forniment ta' servizzi lil ▌utenti finali b'diżabbiltà. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinġabar fuq il-bażi ta' kriterji li jippermettu l-komparabbiltà bejn il-fornituri tas-servizzi u bejn l-Istati Membri. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bħal dawn, li joperaw f'ambjent kompetittiv, aktarx li jagħtu nformazzjoni adegwata u aġġornata dwar is-servizzi tagħhom pubblikament disponibbli għal raġunijiet ta' vantaġġ kummerċjali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn, jew, fejn rilevanti, awtoritajiet kompetenti oħrajn f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ikunu jistgħu jeżiġu l-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni fejn jiġi muri li din l-informazzjoni mhijiex effettivament disponibbli għall-pubbliku. Fejn il-kwalità tas-servizz ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament tiddependi minn kwalunkwe fattur estern, bħall-kontroll tat-trażmissjoni tas-sinjali jew il-konnettività tan-netwerk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn jenħtieġ li jkunu jistgħu jesiġu li l-fornituri ta' tali servizzi jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom kif meħtieġ.

(272)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn jistabbilixxu wkoll il-metodi ta' kejl li jridu jiġu applikati mill-fornituri tas-servizz biex jittejjeb it-tqabbil tad-data provduta. Sabiex tiġi faċilitata l-paragunabbiltà madwar l-Unjoni u biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, il-BEREC jenħtieġ li jadotta linji gwida dwar parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn jenħtieġ li jqisu bl-aktar reqqa.

(273)  Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-aħjar interess tagħhom li jagħmlu dan. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li dawn ikunu kapaċi jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew metodi prattiċi, inkluż kondizzjonijiet kuntrattwali, proċeduri u ħlasijiet. Dak ma jipprekludix lill-fornituri milli jistabbilixxu perijodi kuntrattwali minimi raġonevoli sa 24 xahar fil-kuntratti tal-konsumaturi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet għal tul ta' żmien massimu iqsar u li jippermettu lill-konsumaturi jibdlu l-pjanijiet ta' tariffi jew itemmu l-kuntratt waqt il-perijodu tal-kuntratt mingħajr ma jġarrbu spejjeż addizzjonali fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali, bħal-livelli ta' kompetizzjoni u l-istabbiltà tal-investimenti fin-netwerks. Indipendentement minn dan il-kuntratt ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, il-konsumaturi jistgħu jippreferu u jibbenefikaw minn perijodu itwal ta' rimborż għal konnessjonijiet fiżiċi. Tali impenji tal-konsumatur jistgħu jkunu fattur importanti li jiffaċilita l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna sal-bini tal-utent finali jew qrib ħafna tiegħu, inkluż permezz ta' skemi ta' aggregazzjoni tad-domanda li jippermettu lill-investituri tan-netwerk biex inaqqsu r-riskji tal-użu inizjali. Madankollu, id-drittijiet tal-konsumaturi li jibdlu l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif stabbilit f'din id-Direttiva, jenħtieġ li ma jkunux ristretti b'tali perijodi ta' rimborż f'kuntratti dwar konnessjonijiet fiżiċi u jenħtieġ li tali kuntratti ma jkoprux tagħmir terminali jew ta' aċċess għall-internet, bħal handsets, routers jew modems. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trattament ugwali ta' entitajiet, inkluż l-operaturi, li jiffinanzjaw l-użu ta' konnessjoni fiżika ta' kapaċità għolja ħafna mal-istabbiliment tal-utenti finali, inkluż fejn tali finanzjament huwa permezz ta' kuntratt li jitħallas permezz ta' rati.

(274)  L-estensjoni awtomatika ta' kuntratti għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi hija wkoll possibbli. F'dawk il-każijiet, l-utenti finali jenħtieġ li jkunu jistgħu jtemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ▌wara l-iskadenza tat- ▌termini kuntrattwali ▌.

(275)  Jenħtieġ li kwalunkwe bidla fil-kondizzjonijiet kuntrattwali proposti mill-fornituri ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali independenti min-numri, li ma jkunux għall-benefiċċju tal-utent finali, ▌ pereżempju rigward it-taxxi, it-tariffi, il-limitazzjonijiet fil-volum tad-data, il-veloċitajiet tad-data, il-kopertura jew l-ipproċessar tad-data personali, tagħti d-dritt lill-utent finali biex itemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab spejjeż, anke jekk dawn ikunu kkombinati ma' xi bidliet ta' benefiċċju. Kwalunkwe bidla fil-kondizzjonijiet kuntrattwali mill-fornitur jenħtieġ li għaldaqstant tagħti d-dritt lill-utent finali biex itemm il-kuntratt sakemm kull bidla ma tkunx fiha nfisha ta' ġid għall-utent finali, jew sakemm il-bidliet ma jkunux ta' natura purament amministrattiva, bħal bidla fl-indirizz tal-fornitur, u ma jkollhom ebda effett negattiv fuq l-utent finali, jew sakemm il-bidliet ma jkunux strettament imposti minn bidliet leġislattivi jew regolatorji, bħal rekwiżiti ġodda marbutin mal-informazzjoni dwar il-kuntratti imposti mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Jekk bidla tkunx esklużivament għall-ġid tal-utent finali jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi. Id-dritt tal-utent finali li jtemm il-kuntratt jenħtieġ li jiġi eskluż biss jekk il-fornitur ikun jista' juri li l-bidliet kollha fil-kuntratt ikunu esklużivament ta' ġid għall-utent finali jew ikunu ta' natura purament amministrattiva mingħajr ebda effett negattiv fuq l-utent finali.

(276)  L-utenti finali jenħtieġ li jiġu notifikati dwar kull bidla fil-kondizzjonijiet kuntrattwali b'mezz li jservi għal żmien twil. Jenħtieġ li l-utenti finali minbarra konsumaturi, impriżi mikro jew impriżi żgħar, jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ ma jibbenefikawx mid-drittijiet imsemmijin hawn fuq li jtemmu l-kuntratt f'każ ta' modifika ta' kuntratt, sa fejn ikunu kkonċernati servizzi ta' trażmissjoni użati għal servizzi minn magna għal magna. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu protezzjonijiet speċifiċi għal utenti finali b'rabta mat-terminazzjoni ta' kuntratti meta l-utenti finali jbiddlu l-post ta' residenza tagħhom. Id-dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni ta' kuntratti jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar ir-raġunijiet li għalihom jistgħu jintemmu kuntratti jew li għalihom jistgħu jinbidlu t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali mill-fornitur tas-servizz jew mill-utent finali.

(277)  Il-possibbiltà tal-bdil tal-fornituri hija importanti biex ikun hemm kompetizzjoni effettiva f'ambjent kompetittiv. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn fornitur għal ieħor, jenħtieġ li żżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv. Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jiżguraw il-kontinwità tas-servizz sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jibdlu l-fornituri mingħajr ma jiġu mfixkla minħabba r-riskju ta' telf ta' servizz u fejn ikun teknikament possibbli jippermettu li ssir il-bidla fid-data mitluba mill-utenti finali.

(278)  Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni tal-għażliet għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għas-swieq ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Jenħtieġ li l-utenti finali li jitolbu dan ikunu jistgħu jżommu n-numri tagħhom indipendentement mill-fornitur tas-servizz u għal żmien limitat fil-perijodu ta' bdil bejn fornitur tas-servizz u ieħor. Il-forniment ta' din il-faċilità bejn konnessjonijiet għan-netwerk pubbliku tat-telefon f'lok fiss u mhux fiss mhux kopert b'din id-Direttiva. Iżda, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet għall-portabilità tan-numru bejn netwerks li jfornu servizzi f'lok fiss u netwerks mobbli.

(279)  L-impatt tal-portabilità tan-numri jissaħħaħ konsiderevolment meta jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar it-tariffi, kemm għall-utenti finali li jġorru n-numru tagħhom kif ukoll għall-utenti finali li jagħmlu sejħa lil dawk li jkun ġarrew in-numru tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li, fejn possibbli, jiffaċilitaw it-trasparenza tat-tariffi adatta bħala parti mill-implimentazzjoni tal-portabilità tan-numri.

(280)  Meta jiġi assigurat li l-ipprezzar għal interkonnessjoni relatata mal-forniment ta' portabilità tan-numri tkun orjentata mal-ispiża, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq komparattivi.

(281)  Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni tal-għażliet għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u jenħtieġ li jiġi implimentat mingħajr dewmien żejjed, hekk li n-numru jkun funzjonalment attivat fi żmien ġurnata waħda tax-xogħol u l-utent finali ma jesperjenzax telf ta' servizz li jdum aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol mid-data miftiehma. Id-dritt ta' portabbiltà tan-numru jenħtieġ li jiġi attribwit lill-utent finali li jkollu l-kuntratt rilevanti (imħallas minn qabel jew wara) mal-fornitur. Sabiex jiġi ffaċilitat f'punt uniku ta' servizz li tippermetti biex jibdlu l-provditur bla intoppi għal utenti finali, il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor jenħtieġ li jmexxih il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fejn rilevanti, awtoritajiet kompetenti oħra, ikunu jistgħu jippreskrivu l-proċess globali tal-bidla u tal-portabbiltà tan-numri, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u l-iżviluppi teknoloġiċi. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn disponibbli, rekwiżit għall-portabbiltà li sseħħ bi proviżjonament "over the air", sakemm l-utent finali ma jitlobx mod ieħor. L-esperjenza miksuba f'ċerti Stati Membri wriet li hemm riskju li l-utenti finali jinbidlilhom il-fornitur mingħajr ma jkun ingħata l-kunsens tagħhom. Filwaqt li din hija kwistjoni li jenħtieġ li tiġi indirizzata l-ewwel nett mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu miżuri proporzjonati minimi bħal dawn fir-rigward tal-proċess ta' kommutazzjoni, inklużi penali xierqa, kif huma meħtieġa biex jitnaqqsu riskji bħal dawn u sabiex jiżguraw li l-utenti finali jkunu protetti matul il-proċess kollu ta' bidla, mingħajr ma l-proċess isir inqas attraenti għalihom. Id-dritt tal-portabbiltà tan-numri jenħtieġ li ma jkunx ristrett minn kondizzjonijiet kuntrattwali.

(282)  Sabiex jiġi żgurat li l-bidla u l-portabbiltà jseħħu fil-limiti ta' żmien previsti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu għall-kumpens tal-utenti finali minn fornituri b'mod faċli u f'waqtu fejn ftehim bejn fornitur u utent finali ma jiġix rispettat. Jenħtieġ li tali miżuri jkunu proporzjonati mad-dewmien li jkun hemm sabiex il-fornitur jikkonforma mal-ftehim. L-utenti finali jenħtieġ li mill-inqas jingħataw kumpens għal dewmien li jaqbeż jum wieħed tax-xogħol fl-attivazzjoni tas-servizz, il-portabbiltà ta' numru, jew it-telf ta' servizz, u fejn il-fornituri jitilfu appuntamenti miftiehma ta' servizz jew installazzjoni. Kumpens addizzjonali jista' jkun ukoll fl-għamla ta' tnaqqis awtomatiku tar-remunerazzjoni f'każijiet fejn il-fornitur li qed jittrasferixxi jkollu jkompli jforni s-servizzi tiegħu sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi.

(283)  Il-pakketti li jkunu jinkludu mill-inqas servizz ta' aċċess għall-internet jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, kif ukoll servizzi oħrajn bħal servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri disponibbli pubblikament, ▌xandir lineari u servizzi minn magna għal magna, jew tagħmir terminali qed isiru dejjem aktar mifruxin u huma element importanti tal-kompetizzjoni. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li pakkett jitqies li jeżisti f'sitwazzjonijiet meta l-elementi tal-pakkett jiġu fornuti jew mibjugħin mill-istess fornitur fil-qafas tal-istess kuntratt jew kuntratt relatat jew marbut mill-qrib. Filwaqt li l-pakketti ħafna drabi jwasslu benefiċċji għall-konsumaturi, huma jistgħu jagħmlu l-bidla iktar diffiċli jew tiswa aktar flus u jżidu ir-riskji ta' "lock-in" kuntrattwali. Fejn servizzi differenti u tagħmir terminali f'pakkett ikunu soġġetti għal regoli diverġenti dwar it-terminazzjoni ta' kuntratt u l-bidla minn fornitur għal ieħor, jew dwar impenji kuntrattwali fir-rigward tal-akkwist ta' tagħmir terminali, il-konsumaturi effettivament qed jiġu mxekkla fid-drittijiet tagħhom taħt din id-Direttiva li jagħmlu l-bidla għal offerti kompetittivi għall-pakkett kollu jew għal partijiet minnu. Ċerti dispożizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva b'rabta mal-informazzjoni fil-qosor dwar il-kuntratt, it-trasparenza, it-tul ta' żmien tal-kuntratt u t-terminazzjoni u l-bidla jenħtieġ li, għaldaqstant, japplikaw għall-elementi kollha ta' pakkett, fosthom it-tagħmir terminali, servizzi oħrajn bħall-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali, u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li mhumiex direttament koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet. L-obbligi kollha tal-utenti finali applikabbli skont din id-Direttiva għal servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi partikolari meta jiġi fornut jew mibjugħ bħala servizz separat jenħtieġ li jkunu applikabbli wkoll meta jkun parti minn pakkett b'mill-inqas servizz ta' aċċess għall-internet jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri disponibbli pubblikament. Kwistjonijiet kuntrattwali oħra, bħar-rimedji applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, jenħtieġ li jiġu rregolati bir-regoli applikabbli għal element rispettivi tal-pakkett, pereżempju permezz tar-regoli ta' kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew għall-forniment ta' kontenut diġitali. Madankollu, dritt ta' terminazzjoni ta' kwalunkwe element ta' pakkett li jinkludi mill-inqas servizz ta' aċċess għall-internet jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri disponibbli pubblikament qabel tmiem iż-żmien miftiehem tal-kuntratt minħabba nuqqas ta' konformità jew nuqqas ta' forniment jenħtieġ li jagħti lil konsumatur id-dritt li jtemm l-elementi kollha tal-pakkett. Barra minn hekk, sabiex il-konsumaturi jżommu l-kapaċità tagħhom li jibdlu l-fornituri faċilment, jenħtieġ li ma jkunux ristretti ma' fornitur partikolari permezz ta' estensjoni kuntrattwali de facto tal-perijodu tal-kuntratt tal-bidu.

(284)  Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri għandhom l-obbligu li jipprovdu aċċess lis-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aktar minħabba nuqqas ta' fattibbiltà teknika, dawn jaf ma jkunux jistgħu jipprovdu aċċess għal servizzi ta' emerġenza jew għal-lok ta' min qed jagħmel is-sejħa, jew it-tnejn l'huma. F'dawn il-każijiet, dawn jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom kif xieraq fil-kuntratt. Tali fornituri jenħtieġ li jipprovdu lill-konsumaturi tagħhom informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt inizjali u jaġġornawha fl-eventwalità ta' kwalunkwe bidla fil-forniment , tal-aċċess tas-servizzi ta' emerġenza , pereżempju bħala parti mill-informazzjoni fil-fatturi. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi kwalunkwe limitazzjonijiet rigward kopertura territorjali, abbażi tal-parametri tekniċi ta' operat tas-servizz ta' komunikazzjonijiet ippjanati u l-infrastruttura disponibbli. Meta s-servizz ma jiġix provdut b'konnessjoni mmexxija biex tagħti l-kwalità speċifikata tas-servizz , l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll il-livell ta' affidabbiltà tal-aċċess u l-informazzjoni dwar minn fejn toriġina s-sejħa mqabbla ma' servizz li huwa pprovdut b'din il-konnessjoni , b'kont meħud tat-teknoloġija attwali u l-istandards ta' kwalità, kif ukoll kwalunkwe kwalità ta' parametri ta' servizz speċifikata taħt din id-Direttiva.

(285)  Jenħtieġ li l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta' emerġenza permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw kwalunkwe mezz ta' ħlas, minn kwalunkwe apparat li jippermetti servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali abbażi tan-numri, inkluż meta jużaw servizzi roaming fi Stat Membru. Il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma mezz ta' komunikazzjoni li tinkludi mhux biss servizzi ta' komunikazzjonijiet tal-vuċi, iżda wkoll SMS, messaġġi, vidjo jew tipi oħra ta' komunikazzjonijiet, pereżempju servizzi ta' test f'ħin reali, konverżazzjoni totali u trażmissjoni. L-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet u t-tagħmir tekniku tal-PSAPs, jenħtieġ li jkunu kapaċi jiddeterminaw liema servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri huma xierqa għas-servizzi ta' emerġenza, inkluż il-possibbiltà li dawk l-għażliet jiġu limitati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi u l-ekwivalenti tagħhom għal utenti finali b'diżabilitajiet jew li jiżdiedu għażliet addizzjonali kif miftiehem mal-PSAPs nazzjonali. Il-komunikazzjoni ta' emerġenza tista' tiġi adottata f'isem persuna permezz ta’ servizz ta' sejħiet ta' emerġenza jew servizz eCall immuntat fil-vettura kif definit fir-Regolament (UE) 2015/758.

(286)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri jipprovdu aċċess affidabbli u preċiż għal servizzi ta' emerġenza filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji u l-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali u l-kapaċitajiet tal-PSAPs nazzjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-kapaċità tal-PSAPs li jittrattaw komunikazzjonijiet ta' emerġenza b'aktar minn lingwa waħda. Meta s-servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali abbażi tan-numri ma jiġix ipprovdut permezz ta' konnessjoni li tiġi ġestita biex tagħti kwalità speċifika ta' servizz, il-fornitur tas-servizz jista' ma jkunx jista jiżgura li s-sejħiet ta' emerġenza magħmula permezz tas-servizz tagħhom ikunu trasferiti għall-aktar PSAP adatt bl-istess affidabbiltà. Għal tali fornituri indipendenti min-netwerk, jiġifieri fornituri li mhumiex integrati ma' fornitur ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoniijiet elettroniċi, l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa mhux dejjem taf tkun fattibbli teknikament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards li ser jiżguraw trasferiment preċiż u affidabbli u konnessjoni għas-servizzi ta' emerġenza jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun sabiex jippermettu li fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali jkunu indipendenti min-netwerk ibbażat fuq in-numri biex jissodisfaw l-obbligi li jirrigwardaw l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa f'livell komparabbli ma' dak meħtieġ minn fornituri oħra ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bħal dawn. Fejn tali standards u s-sistemi relatati tal-PSAP ma jkunux ġew implimentati, jenħtieġ li s-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u indipendenti min-netwerk ma jkunux mitluba jipprovdu aċċess għas-servizzi ta' emerġenza ħlief b'mod li jkun teknikament fattibbli jew ekonomikament vijabbli. Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-għażla minn Stat Membru ta' PSAP uniku u ċentrali għar-riċeviment ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza. Madankollu, jenħtieġ li dawn il-fornituri jgħarrfu lill-utenti finali meta l-aċċess għan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" jew għall-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa ma jkunx appoġġat.

(287)  Sabiex jittejbu r-rappurtar u l-kejl tal-prestazzjoni mill-Istati Membri b'rabta mat-tweġib u t-trattament ta' telefonati ta' emerġenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li kull sentejn, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112".

(288)  L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw li s-servizzi ta' emerġenza, inkluż in-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112", ikunu aċċessibbli ugwalment għall- ▌utenti finali b'diżabbiltà, b'mod partikolari għal dawk l-utenti finali torox, b'impediment fis-smigħ, b'impediment fid-diskors u dawk torox u għomja u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Dan jista' jinvolvi l-forniment ta' tagħmir terminali speċjali għal utenti finali b'diżabbiltà meta metodi ta' komunikazzjoni oħrajn ma jkunux adattati għalihom.

(289)  Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" sabiex jittejjeb il-livell ta' ħarsien u sigurtà għaċ-ċittadini waqt l-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni. Għal dak il-għan, iċ-ċittadini jenħtieġ li jsiru konxji, meta jivvjaġġaw fi kwalunkwe Stat Membru, b'mod partikolari permezz ta' informazzjoni pprovduta fil-vendi tal-karozzi tal-linja, fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-portijiet jew l-ajruporti u fid-direttorji tat-telefon, fil-materjal u l-kontijiet mibgħuta lill-abbonati, li n-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" jista' jintuża bħala numru ta' emerġenza uniku kullimkien ġewwa l- Unjoni . Din hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli kemm tappoġġa kif ukoll tissupplimenta inizjattivi tal-Istati Membri biex tkompli żżid il-konoxxenza tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u perjodikament biex tevalwa l-kuxjenza tal-pubbliku dwar dan in-numru".

(290)  L-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, li tapplika għall-komunikazzjonijiet kollha ta' emerġenza, ittejjeb il-livell ta' protezzjoni u s-sigurtà tal-utenti finali u tgħin lis-servizzi ta' emerġenza fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom, sakemm it-trasferiment ta' komunikazzjoni u data assoċjata għas-servizzi ta' emerġenza konċernati jiġi garantit mis-sistema nazzjonali ta' PSAPs. Ir-riċeviment u l-użu ta' informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, li tinkludi kemm informazzjoni dwar minn fejn toriġina s-sejħa bbażata fuq in-netwerk u, meta disponibbli, informazzjoni mtejba tal-post minn fejn toriġina s-sejħa bbażata fuq il-handset, jenħtieġ li jkunu konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-ipproċessar ta' data personali u miżuri ta' sigurtà. Impriżi li jipprovdu lokalizzazzjoni bbażata fuq netwerk, jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli lil servizzi tal-emerġenza hekk kif is-sejħa tasal għand dak is-servizz indipendentement mit-teknoloġija użata. Madankollu, it-teknoloġiji tal-lokalizzazzjoni bbażati fuq il-handset urew li huma ferm aktar preċiżi u kosteffettivi minħabba d-disponibbiltà tad-data pprovduta mis-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja u permezz tas-sistema tas-Satellita Galileo u Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita oħra u mid-data tal-wifi. Għalhekk informazzjoni meħuda mill-handset dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa jenħtieġ li tikkomplementa l-informazzjoni bbażata fuq netwerk dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa anke jekk il-post minn fejn toriġina s-sejħa meħud mill-handset isir disponibbli biss wara li tkun ġiet stabbilita l-komunikazzjoni ta' emerġenza. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħuda mill-handset dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa ssir disponibbli lill-aktar PSAP adatt. Jista' jkun li dan mhux dejjem ikun possibbli, pereżempju meta l-post minn fejn toriġina s-sejħa ma jkunx disponibbli fuq il-handset jew permezz tas-servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi interpersonali użat, jew meta ma jkunx teknikament fattibbli li dik l-informazzjoni tinkiseb. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-PSAPs ikunu kapaċi jiġbru u jimmaniġġaw l-informazzjoni disponibbli dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa, meta jkun fattibbli. L-istabbiliment u t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina s-sejħa għandhom ikunu bla ħlas kemm għall-utent finali kif ukoll għall-awtorità li tieħu ħsieb il-komunikazzjoni ta' emerġenza irrispettivament mill-mezzi ta' komunikazzjoni tal-istabbiliment, pereżempju permezz tat-telefon jew in-netwerk, jew il-mezzi ta' trażmissjoni, pereżempju permezz tal-kanali awdjo, SMS jew ibbażati fuq IP.

(291)  Sabiex tirreaġixxi għall-iżviluppi teknoloġiċi li jikkonċernaw l-informazzjoni preċiża dwar il-post minn fejn issir is-sejħa, l-aċċess ekwivalenti għall- ▌utenti finali b'diżabbiltà u routing tas-sejħiet lill-aktar PSAP adatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' att delegat, il-miżuri neċessarji biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà u l-kontinwità ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza fl-Unjoni, bħal dispożizzjonijiet funzjonali dwar ir-rwol tad-diversi partijiet tal-katina ta' komunikazzjoni, pereżempju, fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri, operaturi ta' netwerks u PSAPs, kif ukoll dispożizzjonijiet tekniċi li jiddeterminaw il-mezzi tekniċi biex iwettqu d-dispożizzjonijiet funzjonali. Miżuri bħal dawn jenħtieġ li jkunu bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi tal-emerġenza tal-Istati Membri.

(292)  Ċittadin fi Stat Membru wieħed li jkollu bżonn jikkuntattja lis-servizzi ta' emerġenza fi Stat Membru ieħor ma jistax jagħmel dan għax is-servizzi ta' emerġenza jista' ma jkollhom ebda informazzjoni ta' kuntatt għal servizzi ta' emerġenza fi Stati Membri oħrajn. Jenħtieġ għalhekk li tiġi introdotta bażi ta' data sikura ta' numri mal-Unjoni kollha għal servizz ewlieni ta' emerġenza f'kull pajjiż. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-BEREC iżomm bażi ta' data sikura ta' numri E.164 tan-numri tas-servizzi ta' emerġenza tal-Istati Membri, jekk tali bażi ta' data ma tinżammx minn organizzazzjoni oħra, sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta' emerġenza fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati mis-servizzi ta' emerġenza fi Stat Membru ieħor.

(293)  Ġiet żviluppata liġi nazzjonali diverġenti fir-rigward tat-trażmissjoni minn servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ta' twissijiet pubbliċi dwar emerġenzi u diżastri kbar imminenti jew li qed jiżviluppaw. Sabiex tiġi approssimata l-liġi f'dak il-qasam, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi li, meta jkunu stabbiliti sistemi ta' twissija pubblika, it-twissijiet pubbliċi għandhom jiġu trażmessi mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali mobbli bbażati fuq in-numri lill-utenti finali kollha kkonċernati. Jenħtieġ li l-utenti finali kkonċernati jitqiesu bħala li huma dawk l-utenti finali li jinsabu fiż-żoni ġeografiċi potenzjalment milquta minn emerġenzi u diżastri kbar imminenti jew li qed jiżviluppaw matul il-perijodu ta' twissija, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti.

(294)  Fejn jiġi żgurat li jintlaħqu b'mod effettiv l-utenti finali kollha kkonċernati, irrispettivament mill-post jew Stat Membru ta' residenza tagħhom, u jiġi sodisfatt l-ogħla livell ta' sigurtà tad-data, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu t-trażmissjoni ta' twissijiet pubbliċi permezz ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali mobbli bbażati fuq in-numri u għajr is-servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir jew permezz ta' applikazzjoni mobbli trażmessa permezz ta' servizzi ta' aċċess għall-internet. Sabiex l-utenti finali jiġu infurmati meta jidħlu fi Stat Membru dwar l-eżistenza ta' tali sistema ta' twissija pubblika, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li dawk l-utenti finali jirċievu, b'mod awtomatiku permezz ta' SMS, mingħajr dewmien u mingħajr ħlas, informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar kif jirċievu twissijiet pubbliċi, inkluż permezz ta' tagħmir terminali mobbli mhux attivat għal servizzi tal-aċċess tal-internet. Twissijiet pubbliċi għajr dawk li jiddependu minn servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali mobbli bbażati fuq in-numri jenħtieġ li jiġu trażmessi lill-utenti finali b'mod li jiġu riċevuti faċilment. Fejn sistema ta' twissijiet pubbliċi tiddependi minn applikazzjoni, jenħtieġ li ma tirrikjedix li l-utenti finali jagħmlu login jew jirreġistraw mal-awtoritajiet jew il-fornitur tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li data dwar fejn jinsabu l-utenti finali tiġi użata f’konformita' mad-Direttiva 2002/58/KE. Jenħtieġ li t-trażmissjoni ta' twissijiet pubbliċi tkun mingħajr ħlas għall-utenti finali. Fir-rieżami tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tivvaluta wkoll jekk huwiex possibbli u fattibbli, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li tiġi stabbilita sistema ta' twissija pubblika unika għall-Unjoni kollha sabiex il-pubbliku jiġi mwissi fil-każ ta' diżastru imminenti jew li qed jiżviluppa jew stat ta' emerġenza maġġuri fi Stati Membri differenti.

(295)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk il-proposti għal sistemi alternattivi, għajr dawk permezz ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali mobbli bbażati fuq in-numri, humiex tassew ekwivalenti għal tali servizzi, bl-akbar kunsiderazzjoni tal-linji gwida korrispondenti tal-BEREC. Tali linji gwida jenħtieġ li jiġu żviluppati wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' emerġenza sabiex jiġi żgurat li l-esperti dwar l-emerġenzi jkollhom rwol fl-iżvilupp tagħhom u li jkun hemm fehim komuni fost l-awtoritajiet ta' emerġenza ta' Stati Membri differenti dwar dak li hu meħtieġ biex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa ta' sistemi ta' twissijiet pubbliċi bħal dawn fl-Istati Membri filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu protetti waqt li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor.

(296)  F'konformità mal-għanijiet tal-Karta u l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, jenħtieġ li l-qafas regolatorju jiżgura li l-utenti finali kollha, inklużi ▌ utenti finali b'diżabbiltà, dawk aktar anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli u ekwivalenti għal servizzi ta' kwalità għolja affordabbli, irrispettivament mill-post ta' residenza tagħhom fl-Unjoni. Id-Dikjarazzjoni 22 annessa mal-Att finali ta' Amsterdam tiddikjara li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà meta jfasslu miżuri taħt l-Artikolu 114 tat-TFUE.

(297)  Sabiex jiġi żgurat li ▌utenti finali b'diżabbiltà jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u l-għażla ta' fornituri ta' servizz li jgawdu l-maġġoranza ta' utenti finali oħra, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jispeċifikaw, fejn xieraq u fid-dawl ta' kondizzjonijiet nazzjonali, u wara li jikkonsultaw lill-utenti finali b'diżabbiltà, ir-rekwiżiti ta' protezzjoni tal-konsumatur għal utenti finali b'diżabbiltà li għandhom jiġu sodisfatti minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, li l-fornituri jiżguraw li ▌utenti finali b'diżabbiltà jieħdu vantaġġ mis-servizzi tagħhom b'termini u kondizzjonijiet ekwivalenti, inkluż prezzijiet, tariffi u kwalità, bħal dawk offruti lill-utenti finali l-oħrajn tagħhom, irrispettivament minn kwalunkwe spejjeż addizzjonali mġarrba minn dawk il-fornituri. Rekwiżiti oħra jistgħu jkunu relatati ma' arranġamenti fil-livell tal-operaturi bejn il-fornituri. Sabiex jiġi evitat li jinħoloq piż eċċessiv fuq il-fornituri tas-servizz, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw jekk l-objettivi ta' aċċess u għażla ekwivalenti jistgħux jinkisbu mingħajr tali miżuri.

(298)  Minbarra l-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi, din id-Direttiva tistipula rekwiżiti ġodda u msaħħa ta' affordabbiltà u disponibbiltà għal tagħmir terminali relatat u tagħmir speċifiku u servizzi speċifiċi għal utenti finali b'diżabbiltà. Għaldaqstant, l-obbligu korrispondenti fid-Direttiva 2002/22/KE li jobbliga lill-Istati Membri biex iħeġġu d-disponibbiltà ta' tagħmir terminali għal ▌utenti finali b'diżabbiltà sar obsolet u jenħtieġ li jitħassar.

(299)  Ġiet żviluppata kompetizzjoni effettiva fil-forniment ta' servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju u direttorji skont, fost oħrajn, l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE(39). Sabiex tinżamm dik il-kompetizzjoni effettiva, il-fornituri ▌kollha ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li jattribwixxu numri minn pjan ta' numerazzjoni lill-utenti finali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu jkunu obbligati li jagħmlu l-informazzjoni rilevanti disponibbli, b'mod ġust, orjentat lejn l-ispiża u nondiskriminatorju.

(300)  L-utenti finali jenħtieġ li jkunu informati dwar id-dritt tagħhom li jiddeċiedu jekk iridux li jiġu inklużi f'direttorju. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali ibbażati fuq in-numri jenħtieġ li jirrispettaw d-deċiżjoni tal-utenti finali meta data titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri tas-servizzi tad-direttorju. L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE jiżgura d-dritt tal-utenti finali għall-privatezza fir-rigward tal-inklużjoni tal-informazzjoni personali tagħhom f'direttorju pubbliku.

(301)  Il-miżuri fil-livell bl-ingrossa li jiżguraw l-inklużjoni ta' data ta' utent finali f'bażijiet ta' data jenħtieġ li jirrispettaw is-salvagwardji għall-protezzjoni ta' data personali taħt ▌ ir-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE. Il-provvista orjentata lejn l-ispiża tad-data lill-fornituri tas-servizz, bil-possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu mekkaniżmu ċentralizzat biex jipprovdu informazzjoni aggregata komprensiva lill-fornituri tad-direttorju, u l-forniment ta' aċċess għan-netwerk b'kondizzjonijiet raġonevoli u trasparenti, jenħtieġ li titlesta sabiex jiġi żgurat li utenti finali jibbenefikaw bis-sħiħ mill-kompetizzjoni, li ppermettiet b'mod wiesa' li tkun tista' titneħħa r-regolamentazzjoni tal-bejgħ bl-imnut minn fuq dawn is-servizzi u l-forniment ta' offerti tas-servizzi tad-direttorju b'kondizzjonijiet raġonevoli u trasparenti.

(302)  Wara l-abolizzjoni tal-obbligu tas-servizz universali għas-servizzi tad-direttorju u b'kunsiderazzjoni tal-eżistenza ta' suq li jiffunzjona għal dawn is-servizzi, id-dritt li jkollhom aċċess għas-servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefon ma baqax neċessarju. Madankollu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali xorta waħda jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu obbligi u kondizzjonijiet fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, sabiex jinżammu l-aċċess u l-kompetizzjoni f'dak is-suq ▌ .

(303)  L-utenti finali jenħtieġ li jkunu jistgħu jgawdu garanzija ta' interoperabilità fir-rigward tat-tagħmir kollu mibjugħ fl-Unjoni għar-riċeviment tar-radju f'vetturi ġodda ta' kategorija M u tat-televiżjoni diġitali. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeħtieġu standards minimi armonizzati fir-rigward ta' dak it-tagħmir. Dawn li-standards jistgħu jiġu adattati minn żmien għal żmien fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

(304)  Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jadottaw miżuri skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 għall-interoperabbiltà ta' riċevituri tar-radju tal-konsumatur, jenħtieġ li dawn ikunu kapaċi jirċievu u jirriproduċu s-servizzi tar-radju fornuti permezz tax-xandir bir-radju terrestri diġitali jew permezz ta' netwerks tal-IP, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-interoperabbiltà. Dan jista' jtejjeb ukoll is-sikurezza pubblika, billi jippermetti lill-utenti jiddependu fuq sett usa' ta' teknoloġiji biex jaċċessaw u jirċievu informazzjoni ta' emerġenza fl-Istati Membri.

(305)  Huwa mixtieq li l-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu l-aktar konnettività sħiħa possibbli għas-settijiet tat-televiżjoni diġitali. L-interoperabilità hija kunċett li qiegħed jevolvi fis-swieq dinamiċi. Il-korpi tal-istandardizzazzjoni jenħtieġ li jagħmlu minn kollox biex jiżguraw li standards adatti jevolvu flimkien mat-teknoloġiji konċernati. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġi zgurat li konnetturi jkunu disponibbli fuq settijiet tat-televiżjoni diġitali li jkunu kapaċi jgħaddu l-elementi kollha meħtieġa ta' sinjal diġitali, inklużi faxex tas-smigħ u tal-video, informazzjoni dwar aċċess kondizzjonat, informazzjoni dwar is-servizz, informazzjoni API u informazzjoni dwar il-protezzjoni kontra l-ikkupjar. Jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva tiżgura li l-funzjonalità assoċjata mal-konnetturi, jew implimentata fil-konnetturi, ma tiġix limitata mill-operaturi tan-netwerk, fornituri tas-servizz jew manifatturi tat-tagħmir u tkompli tevolvi f'konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi. Għat-turija u l-preżentazzjoni tas-servizzi tat-televiżjoni konnessi, ir-realizzazzjoni ta' standard komuni permezz ta' mekkaniżmu mmexxi mis-suq hija rikonoxxuta bħala benefiċċju għall-konsumatur. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jieħdu inizjattivi ta' politika, konsistenti mat-Trattati biex jinkoraġġixxu dan l-iżvilupp.

(306)  Id-dispożizzjonijiet dwar l-interoperabbiltà tat-tagħmir tar-radju u tat-televiżjoni tal-konsumaturi ma jimpedixxux lir-riċevituri tar-radju tal-karozzi f'vetturi ġodda tal-kategorija 'M' milli jkunu kapaċi jirċievu u jirriproduċu servizzi tar-radju pprovduti permezz ta' xandir bir-radju analogu terrestri u dawk id-dispożizzjonijiet lanqas ma jimpedixxu lill-Istati Membri milli jimponu obbligi biex jiżguraw li r-riċevituri tar-radju diġitali jkunu kapaċi jirċievu u jirriproduċu xandiriet bir-radju analogi terrestri.

(307)  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni, din id-Direttiva ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jadottaw regolamenti tekniċi relatati mat-tagħmir tat-televiżjoni diġitali terrestri, biex titħejja l-migrazzjoni ta' konsumaturi lejn standards tax-xandir terrestri ġodda, u tiġi evitata l-provvista ta' tagħmir li ma jkunx konformi mal-istandards li għandhom jiġu introdotti.

(308)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistipulaw obbligi ta' trażmissjoni "must-carry" proporzjonati fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fl-interess ta' konsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika, iżda dawk l-obbligi jenħtieġ li jkunu imposti biss fejn ikunu neċessarji biex jissodisfaw il-miri ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mal-liġi tal-Unjoni u jenħtieġ li jkunu proporzjonati u trasparenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu applikati obbligi ta' trażmissjoni "must-carry" għal servizzi speċifiċi ta' radju u ta' kanali ta' trażmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari forniti minn fornitur ta' servizz tal-media speċifikat. L-obbligi imposti mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu raġonevoli, jiġifieri jenħtieġ li jkunu proporzjonati u trasparenti fid-dawl ta' miri ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar, u jistgħu, fejn xieraq, jinvolvu dispożizzjoni għal remunerazzjoni proporzjonata. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu ġustifikazzjoni ċara għall-obbligi ta' trażmissjoni "must-carry" li huma jimponu fil-liġi nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li dawn l-obbligi jkunu trasparenti, proporzjonati u definiti kif xieraq. L-obbligi jenħtieġ li jitfasslu b'mod li jiġu pprovduti inċentivi suffiċjenti għal investiment effiċjenti fl-infrastruttura.

(308)  L-obbligi ta' trażmissjoni "must-carry" jenħtieġ li jkunu suġġetti għal reviżjoni perjodika ta' mill-inqas kull ħames snin, sabiex jinżammu aġġornati mal-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq biex jiġi żgurat li jkomplu jkunu proporzjonati mal-għanijiet li jridu jinkisbu. Tali obbligi jistgħu, fejn xieraq, jinvolvu dispożizzjoni għal remunerazzjoni proporzjonata li jenħtieġ li tkun stipulata fil-liġi nazzjonali. Fejn dak ikun il-każ, il-liġi nazzjonali jenħtieġ li tiddetermina wkoll il-metodoloġija applikabbli għall-kalkolu tar-remunerazzjoni xierqa. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tevita inkonsistenza mar-rimedji ta' aċċess li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq il-fornituri ta' servizzi ta' trażmissjoni użati għax-xandir li jkunu ġew indikati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. Madankollu, fejn kuntratt għal żmien determinat iffirmat qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jipprevedi metodoloġija differenti, jenħtieġ li jkun possibbli li dik il-metodoloġija tkompli tiġi applikata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt. Fin-nuqqas ta' dispożizzjoni nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni, il-fornituri ta' kanali tax-xandir bir-radju jew tat-televiżjoni u l-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi użati għat-trażmissjoni ta' dawk il-kanali tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni jenħtieġ li jkunu kapaċi jaqblu kuntrattwalment fuq remunerazzjoni proporzjonata.

(310)  In-netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi użati għad-distribuzzjoni ta' xandir bir-radju jew bit-televiżjoni lill-pubbliku jinkludu netwerks ta' xandir bil-cable, bl-IPTV, bis-satellita jew terrestri. Jistgħu wkoll jinkludu netwerks oħra sa fejn u sakemm n-numru sinifikanti ta' utenti finali jużaw dawk in-netwerks bħala l-mezz prinċipali tagħhom biex jirċievu xandir bir-radju jew bit-televiżjoni. L-obbligi ta' trażmissjoni "must-carry" marbutin ma' trażmissjonijiet ta' xandiriet televiżivi analogi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati biss fejn in-nuqqas ta' tali obbligu jikkawża interruzzjoni sinifikanti għal għadd sinifikanti ta' utenti finali jew meta ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor ta' trażmissjoni ta' kanali ta' xandir televiżiv speċifikati. L-obbligi ta' trażmissjoni "must-carry" jistgħu jinkludu t-trażmissjoni ta' servizzi speċifikament maħsuba biex jippermettu aċċess ekwivalenti minn utenti finali b'diżabbiltà. Għaldaqstant is-servizzi komplementari jinkludu servizzi mfassla biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għal utenti finali b'diżabilitajiet, bħat-test bil-vidjo, sottotitolar għall-utenti finali li huma torox jew neqsin mis-smigħ, deskrizzjoni awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali, u jistgħu jinkludu aċċess għal data mhux ipproċessata relatata fejn meħtieġ. Fid-dawl tal-forniment u tar-riċeviment dejjem jiżdiedu ta' servizzi konnessi tat-televiżjoni u l-importanza kontinwa ta' EPGs għall-għażla tal-utent finali, it-trażmissjoni ta' data relatata mal-programmi meħtieġa biex tappoġġa l-funzjonalitajiet ta' EPGs u tat-televiżjoni konnessi tista' tiġi inkluża fl-obbligi ta' trażmissjoni"must-carry". Jenħtieġ li jkun possibbli li tali data relatata mal-programmi tinkludi informazzjoni dwar il-kontenut tal-programmi u kif taċċessah iżda mhux il-kontenut tal-programm innifsu.

(311)  Il-faċilitajiet tal-identifikazzjoni tal-linja li tagħmel is-sejħa huma normalment disponibbli fuq l-exchanges tat-telefon moderni u jistgħu għalhekk jiġu fornuti aktar u aktar bi spiża żgħira jew mingħajr ebda spiża. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li jimponu obbligi għall-forniment ta' dawn il-faċilitajiet fejn huma digà disponibbli. Id-Direttiva 2002/58/KE tissalvagwarda l-privatezza tal-utenti fir-rigward ta' kontijiet dettaljati, billi tagħtihom il-mezzi biex jipproteġu d-dritt tagħhom għall-privatezza meta l-identifikazzjoni tal-linja li tagħmel is-sejħa tiġi implimentata. L-iżvilupp ta' dawk is-servizzi fuq bażi pan-Ewropew għandu jibbenefika lill-konsumaturi u huwa inkoraġġit b'din id-Direttiva. Prattika komuni tal-fornituri tas-servizzi ta' aċċess għall-internet hija li jipprovdu indirizz elettroniku lill-klijenti bl-użu tal-isem kummerċjali jew it-trade mark tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali ma jsofrux minn effetti ta' rbit relatati mar-riskju li jintilef l-aċċess għall-posta elettronika meta jibdlu s-servizzi ta' aċċess għall-internet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu obbligi fuq fornituri ta' tali servizzi biex, fuq talba, jew jaċċessaw il-posta elettronika tagħhom, jew jittrasferixxu l-posta elettronika mibgħuta lill-kont(ijiet) tal-posta elettronika rilevanti. Il-faċilità jenħtieġ li tingħata mingħajr ħlas u għal perijodu li jitqies xieraq mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

(312)  Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri għandha tiżgura li l-parteċipanti fis-suq u parteċipanti potenzjali ġodda fis-suq jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u jkunu jafu fejn isibu l-informazzjoni dettaljata relevanti. Il-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali tgħin lill-partijiet interessati fl-Istati Membri l-oħra jsibu l-informazzjoni relevanti.

(313)  Sabiex jiġi żgurat li s-suq pan-Ewropew fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jkun effettiv u effiċjenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissorvelja u tippubblika l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet li jikkontribwixxu biex jiġu determinati l-prezzijiet għall-utenti finali.

(314)  Sabiex tiġi determinata l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni , il-Kummissjoni jeħtieġ tkun taf liema impriżi ġew identifikati li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u liema obbligi tqiegħdu fuq il-parteċipanti tas-suq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Minbarra l-pubblikazzjoni ta' dik l-informazzjoni fil-livell nazzjonali, għalhekk hemm bżonn li l-Istati Membri jippreżentaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri huma meħtieġa jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jagħmlu dan b'mezzi elettroniċi, soġġett għal ftehim dwar il-proċeduri xierqa tal-awtentikazzjoni.

(315)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi, soċjali u tas-suq, fosthom l-evoluzzjoni tal-istandards tekniċi, biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi, u biex ikun żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta' rata massima unika ta' terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli fl-Unjoni kolla ▌; l-adozzjoni ta' miżuri relatati mal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza fl-Unjoni; u l-adattament tal-Annessi ▌ ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, hu importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt it-tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(40). B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin meta jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li għandhom x'jaqsmu mat-tħejjija tal-atti delegati.

(316)  Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta deċiżjonijiet li jsolvu interferenzi dannużi transfruntieri bejn l-Istati Membri; għall-identifikazzjoni ta' approċċ armonizzat jew ikkoordinat bl-iskop li tiġi indirizzata l-implimentazzjoni inkonsistenti ta' approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll in-numerazzjoni, inklużi firxiet tan-numri, il-portabilità tan-numri u tal-elementi ta' identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112"; biex issir obbligatorja l-implimentazzjoni ta' standards jew ta' speċifikazzjonijiet, jew biex jitneħħew standards jew speċifikazzjonijiet mill-parti obbligatorja tal-lista tal-istandards; għall-adozzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi sabiex jiġu mmaniġġati adegwatament ir-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi, kif ukoll iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifikar ta' inċidenti ta' sigurtà; għall-ispeċifikazzjoni tad-dettalji rilevanti relatati mad-drittijiet individwali kummerċjabbli, disponibbli għall-pubbliku, f'format elettroniku standardizzat meta jinħolqu d-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju; għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira; għall-awtorizzazzjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali biex, jew għall-prevenzjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali milli, timponi fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq obbligi biex jagħtu aċċess jew obbligi ta' interkonnessjoni; għall-armonizzazzjoni ta' numri speċifiċi jew firxiet ta' numerazzjoni biex tindirizza d-domanda mhix issodisfatta transfruntiera jew pan-Ewropea għar-riżorsi tan-numerazzjoni; u għall-ispeċifikazzjoni ta' kuntratt mudell għas-sommarji ta' kuntratti li jrid jiġi pprovdut lill-konsumaturi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(41).

(317)  Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta, kif meħtieġ, wara li tqis sew l-opinjoni tal-BEREC, rakkomandazzjonijiet relatati mal-identifikazzjoni tas-swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti, relatati man-notifiki taħt il-proċedura għall-konsolidament tas-suq intern u relatati mal-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju.

(318)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva perjodikament, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-ħtieġa ta' emendi fid-dawl tal-kondizzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq li jinbidlu.

(319)  Meta twettaq l-analiżi tagħha tal-funzjonament ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa jekk, fid-dawl ta' żviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni u kemm tal-ħarsien tal-konsumatur, hemmx ħtieġa kontinwa għad-dispożizzjonijiet dwar regolamentazzjoni ex ante speċifika skont is-setturi jew jekk dawk id-dispożizzjonijiet jenħtiġx li jiġu emendati jew imħassra. Peress li din id-Direttiva tintroduċi approċċi ġodda għar-regolamentazzjoni tas-setturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-possibbiltà tal-estensjoni ta' obbligi simmetriċi lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni u t-trattament regolatorju ta' koinvestimenti, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari fil-valutazzjoni ta' kif jaħdmu.

(320)  L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq futuri, b'mod partikolari bidliet fl-użu ta' servizzi differenti ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u l-ħila tagħhom li jiżguraw aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza, jistgħu jipperikolaw il-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-utenti finali. Il-BEREC għaldaqstant jenħtieġ li jissorvelja dawk l-iżviluppi fl-Istati Membri u jippubblika regolarment opinjoni li tinkludi valutazzjoni tal-impatt ta' żviluppi bħal dawn fuq l-applikazzjoni fil-prattika tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva marbutin mal-utenti finali. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kemm jista' jkun l-opinjoni tal-BEREC, jenħtieġ li tippubblika rapport u tippreżenta proposta leġislattiva fejn tqis meħtieġ li jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi ta' din id-Direttiva.

(321)  Jenħtieġ li d-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE jitħassru.

(322)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissorvelja t-tranżizzjoni mill-qafas eżistenti għall-qafas il-ġdid .

(323)  Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jinkiseb qafas armonizzat u simplifikat għar-regolamentazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi assoċjati, tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tan-netwerks u tas-servizzi, tal-użu tal-ispektrum tar-radju u r-riżorsi tan-numerazzjoni, tal-aċċess għan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-faċilitajiet assoċjati, u l-interkonnessjoni tagħhom, u tal-protezzjoni tal-utent finali ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti ta' din l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(324)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(42), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li jehmżu, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom ma' dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(325)  Jenħtieġ li l-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostanzjali meta mqabbel mad-Direttivi mħassra. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti joħroġ mid-Direttivi preċedenti.

(326)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għad-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XII, il-Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

PARTI I

QAFAS (REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR)

TITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, GĦAN U OBJETTIVI, DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I

SUĠĠETT, GĦAN U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u għanijiet

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolamentazzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tan-netwerks tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi assoċjati, u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali. Din tistabbilixxi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, ta' awtoritajiet kompetenti oħra, u tistabbilixxi lista ta' proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f'kull parti tal-Unjoni.

2.  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma li:

(a)  timplimenta suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jwassal għall-introduzzjoni u l-adozzjoni ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna, kompetizzjoni sostenibbli, interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, aċċessibbiltà, sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi u benefiċċji għall-utenti finali; u

(b)  tiżgura l-forniment fl-Unjoni kollha ta' servizzi affordabbli, ta' kwalità tajba u disponibbli pubblikament permezz ta' kompetizzjoni u għażla effettivi, li tittratta ċ-ċirkostanzi fejn il-ħtiġijiet tal-utenti finali, fosthom ▌ dawk b'diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għas-servizzi fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, ma jiġux sodisfatti biżżejjed mis-suq, u tistabbilixxi d-drittijiet meħtieġa tal-utenti finali.

3.  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal:

(a)  obbligi imposti mil-liġi nazzjonali b'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b)  miżuri li ttieħdu fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li jsegwu l-objettivi ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva;

(c)  azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri għal finijiet ta' ordni pubbliku u sigurtà pubblika u għad-difiża;

(d)  Regolamenti (UE) Nru 531/2012 u (UE) 2015/2120, u d-Direttiva 2014/53/UE.

4.  Il-Kummissjoni, il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("BEREC") u l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jiżguraw il-konformità tal-ipproċessar ta' data personali mar-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser sistemi tat-trażmissjoni , ibbażati jew le fuq infrastruttura permanenti jew kapaċità tal-amministrazzjoni ċentralizzata, u, meta applikabbli, tagħmir għall-bdil jew għar-routing u riżorsi oħra, li jinkludi elementi tan-netwerk li mhumiex attivi, li jippermettu t-twassil tas-sinjali bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi elettromanjetiċi oħrajn, inklużi netwerks tas-satellita, netwerks fissi (circuit-switched u packet-switched, inkluż l-internet) u netwerks mobbli, sistemi tal-kejbil tal-elettriku, sal-punt li dawn jintużaw għall-għan tat-trażmissjoni tas-sinjali, netwerks użati għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni, u netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta' informazzjoni mwassla;

(2)  "netwerk b'kapaċità kbira ħafna" tfisser jew netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ▌ jikkonsisti għalkollox minn elementi tal-fibrottika mill-inqas sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post fejn qed iservi, jew netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkun kapaċi jagħti, taħt kondizzjonijiet tas-soltu waqt il-peak-time, prestazzjoni tan-netwerk simili mil-lat ta' meded tal-baned tad-downlink u tal-uplink disponibbli, reżiljenza, parametri relatati mal-iżbalji, u latenza u l-varjazzjoni tagħha; il-prestazzjoni tan-netwerk tista' titqies simili irrispettivament minn jekk l-esperjenza tal-utent finali tvarjax minħabba l-karatteristiċi minnhom innifishom differenti tal-mezz li bih in-netwerk fl-aħħar jikkonnetta mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(3)  "swieq transnazzjonali" tfisser swieq identifikati skont l-Artikolu 65, li jkopru l-Unjoni jew parti sostanzjali minnha, li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;

(4)  "servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser servizz li normalment jingħata bi ħlas permezz ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludi, esklużi s-servizzi li jipprovdu, jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq, kontenut trażmess b'servizzi u netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, it-tipi ta' servizzi li ġejjin:

(a)  "servizz ta' aċċess għall-internet" kif definit fil-punt (2) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/2120;

(b)  servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali; u

(c)  servizzi li jikkonsistu għalkollox jew parzjalment mit-twassil tas-sinjali bħas-servizzi ta' trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna u għax-xandir;

(5)  "servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali" tfisser servizz li normalment jingħata bi ħlas u li jippermetti l-iskambju interpersonali u interattiv dirett tal-informazzjoni b'netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn għadd definit ta' persuni, fejn il-permezz li jibdew jew li qed jieħdu sehem fil-komunikazzjoni jiddeterminaw min jirċeviha u ma tinkludix is-servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċement bħala karatteristika anċillari minuri li għandha rabta intrinsika ma' servizz ieħor;

(6)  "servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri" tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jaqbad ma' riżorsi ta' numerazzjoni assenjati pubblikament, jiġifieri numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni ▌ nazzjonali jew internazzjonali, jew li jippermetti komunikazzjoni ma' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni ▌ nazzjonali jew internazzjonali;

(7)  "servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri" tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li ma jaqbadx ma' riżorsi ta' numerazzjoni assenjati pubblikament, jiġifieri numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni ▌ nazzjonali jew internazzjonali, jew li ma jippermettix komunikazzjoni ma' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni ▌ nazzjonali jew internazzjonali;

(8)  "netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użat kompletament jew parzjalment biex jipprovdi servizzi, disponibbli għall-pubbliku, ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jappoġġaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(9)  "punt tat-terminazzjoni tan-netwerk" tfisser il-punt fiżiku fejn utent finali jingħata aċċess għal netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li fil-każ tan-netwerks li jinvolvu l-bdil jew ir-routing, jiġi identifikat b'indirizz speċifiku tan-netwerk, li jista' jitqabbad ma' numru jew isem ta' utent finali;

(10)  "faċilitajiet assoċjati" tfisser is-servizzi assoċjati, l-infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma' netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ma' servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmlu possibbli jew jappoġġaw il-forniment tas-servizzi permezz ta' dak in-netwerk jew servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu l-bini jew l-entrati tal-bini, is-sistemi tal-wajers fil-bini, l-antenni, t-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ, it-tubi, il-kondjuwits, it-toqob tal-ispezzjonar u l-kaxxi tat-triq;

(11)  "servizz assoċjat" tfisser servizz assoċjat ma' netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmel possibbli jew jappoġġa l-forniment, l-awtoforniment jew il-forniment awtomatizzat tas-servizzi permezz ta' dak in-netwerk jew is-servizz, jew li għandu l-potenzjal li jagħmel dan, u jinkludi traduzzjoni tan-numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, sistemi ta' aċċess kondizzjonali u gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs), ▌ kif ukoll servizzi oħra bħas-servizz tal-identità, il-lok u l-preżenza;

(12)  "sistema ta' aċċess kondizzjonali" tfisser kull mezz tekniku , sistema tal-awtentikazzjoni u/jew arranġament li bih l-aċċess għal servizz protett tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni b'forma li tiftiehem ikun bil-kondizzjoni ta' abbonament jew forma oħra ta' awtorizzazzjoni individwali minn qabel;

(13)  "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;

(14)  "utent finali" tfisser utent li ma jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;

(15)  "konsumatur" tfisser kull persuna fiżika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għall-finijiet lil hinn min-negozju, mill-kummerċ , mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(16)  "forniment tan-netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi" tfisser l-istabbiliment, l-operazzjoni, il-kontroll jew id-disponibbiltà ta' dak in-netwerk;

(17)  "tagħmir diġitali mtejjeb tat-televiżjoni" tfisser kaxxi set-top maħsuba għall-konnessjoni mas-settijiet tat-televiżjoni jew mas-settijiet tat-televiżjoniet diġitali integrati, li kapaċi jirċievu servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni;

(18)  "interfaċċa tal-programmazzjoni ta' applikazzjoni" jew "API" tfisser interfaċċi bejn l-applikazzjonijiet disponibbli mix-xandara jew mill-fornituri tas-servizzi, u r-riżorsi tat-tagħmir diġitali mtejjeb tat-televiżjoni għas-servizzi diġitali tat-televiżjoni jew tar-radju;

(19)  "allokazzjoni ta' spektrum tar-radju" tfisser id-deżinjazzjoni ta' banda partikolari tal-ispektrum tar-radju għall-użu minn tip wieħed jew aktar ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet bir-radju, meta xieraq, b'kondizzjonijiet speċifiċi;

(20)  "interferenza dannuża" tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonament ta' servizz tan-navigazzjoni bir-radju jew ta' servizzi oħra tas-sikurezza jew li inkella tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizz tal-komunikazzjonijiet bir-radju li jopera skont ir-regolamenti internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli;

(21)  "sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi" tfisser l-abbiltà tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jirreżistu, f'livell partikolari ta' fiduċja, kull azzjoni li tikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità ta' dawk in-netwerks u s-servizzi, ta' data maħżuna, mibgħuta jew proċessata, jew tas-servizzi relatati offruti minn dawk in-netwerks jew is-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew aċċessibbli permezz tagħhom;

(22)  "awtorizzazzjoni ġenerali" tfisser il-qafas legali stabbilit minn Stat Membru li jiżgura d-drittijiet għall-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li jistabbilixxi obbligi speċifiċi għas-setturi li jkunu jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, skont din id-Direttiva;

(23)  "punt tal-aċċess bla fili f'żona żgħira" tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għan-netwerk bla fili b'potenza baxxa li jopera f'medda qasira, li juża spektrum tar-radju liċenzjat jew spektrum tar-radju eżenti mil-liċenzja jew taħlita tagħhom, li jista jintuża bħala parti minn netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jista' jkun mgħammar b'antenna waħda jew aktar b'impatt viżiv baxx u li tippermetti li l-utenti jkollhom aċċess bla fili għal netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi rrispettivament minn jekk it-topoloġija tan-netwerk sottostanti hix mobbli jew fissa;

(24)  "netwerk ta' żona lokali bir-radju" jew "RLAN" tfisser sistema tal-aċċess bla fili b'potenza baxxa, li topera f'medda żgħira, b'riskju baxx ta' interferenza ma' sistemi oħra bħal dawn użati fil-qrib minn utenti oħrajn, li tuża spektrum armonizzat tar-radju b'mod mhux esklussiv;

(25)  "spektrum armonizzat tar-radju" tfisser spektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati relattivi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tiegħu permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;

(26)  "użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju" tfisser aċċess minn żewġ utenti jew aktar biex jintużaw l-istess baned tal-ispektrum tar-radju taħt arranġament ta' kondiviżjoni definit, awtorizzat ▌ abbażi ta' awtorizzazzjoni ġenerali, drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi approċċi regolatorji bħall-aċċess kondiviż liċenzjat bil-għan li jiffaċilitaw l-użu kondiviż ta' banda tal-ispektrum tar-radju, soġġetti għal ftehim vinkolanti tal-partijiet kollha involuti, b'konformità mar-regoli ta' kondiviżjoni kif inklużi fid-drittijiet tagħhom ta' użu għall-ispektrum tar-radju biex ikun żgurat li l-utenti kollha jkollhom arranġamenti tal-kondiviżjoni prevedibbli u affidabbli, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni;

(27)  "aċċess" tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, b'kondizzjonijiet definiti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu provduti s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż meta jintużaw għall-forniment ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew servizzi tal-kontenut tax-xandir; din tkopri, fost l-oħrajn: l-aċċess għall-elementi ta' netwerk u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta' tagħmir, b'mezzi fissi jew mhux fissi (b'mod partikolari dan jinkludi l-aċċess mal-linja lokali u għal faċilitajiet u servizzi meħtieġa għall-forniment ta' servizzi fuq il-linja lokali); l-aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi pajpijiet, arbli u bini; l-aċċess għal sistemi rilevanti tas-softwer, inklużi is-sistemi ta' appoġġ operazzjonali; l-aċċess għal sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet tad-dejta għall-ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta' manutenzjoni u tiswija, u kontijiet; l-aċċess għat-traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; l-aċċess għal netwerks fissi u mobbli, ▌ partikolarment għar-roaming; l-aċċess għal sistema tal-aċċess kondizzjonali għal servizzi diġitali tat-televiżjoni u l-aċċess għal servizzi tan-netwerk virtwali;

(28)  "interkonnessjoni" tfisser tip speċifiku ta' aċċess implimentat bejn operaturi ta' netwerks pubbliċi permezz ta’ konnessjoni fiżika u loġika ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi użati mill-istess impriża jew minn impriża differenti sabiex l-utenti ta' impriża waħda jkunu jistgħu jikkomunikaw ma' utenti tal-istess impriża jew ta' impriża oħra, jew biex ikollhom aċċess għal servizzi pprovduti minn impriża oħra fejn tali servizzi huma fornuti mill-partijiet involuti jew minn partijiet oħra li jkollhom aċċess għan-netwerk; hija;

(29)  "operatur" tfisser impriża li tipprovdi jew li hija awtorizzata tipprovdi netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilità assoċjata;

(30)  "linja lokali" tfisser il-mogħdija fiżika użata minn sinjali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jqabbbu l-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk ma' qafas tad-distribuzzjoni jew ma' faċilità ekwivalenti fin-netwerk pubbliku fiss tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(31)  "sejħa" tfisser konnessjoni stabbilita b'servizz, disponibbli għall-pubbliku, ta' komunikazzjonijiet interpersonali li tippermetti komunikazzjonijiet bil-vuċi fiż-żewġ direzzjonijiet;

(32)  " servizz ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi" tfisser servizz, disponibbli għall-pubbliku, ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li joriġina u jirċievi, direttament jew indirettament, sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali, permezz ta' numru jew numri fi pjan ta' numerazzjoni ▌ nazzjonali jew internazzjonali;

(33)  "numru ġeografiku" tfisser numru mill-pjan ta' numerazzjoni ▌ nazzjonali fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku wżat biex jittrasferixxi sejħiet għall-post fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(34)  "numru mhux ġeografiku" tfisser numru minn pjan nazzjonali ta' numerazzjoni ▌ li ma jkunx numru ġeografiku, bħalma huma numri mobbli, numri bla ħlas u numri b'rati primjum;

(35)  "servizzi tal-konverżazzjoni totali" tfisser servizz ta' konverżazzjoni multimedjali fil-ħin reali li jipprovdi trasferiment simettriku bidirezzjonali fil-ħin reali ta' vidjos, ta' test u tal-vuċi fil-ħin reali bejn utenti f'żewġ postijiet jew aktar;

(36)  "ċentru li jwieġeb is-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika" jew "PSAP" tfisser post fiżiku fejn tasal l-ewwel komunikazzjoni ta' emerġenza u li tkun fir-responsabbiltà ta' awtorità pubblika jew ta' organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;

(37)  "l-aktar PSAP adatt" tfisser PSAP stabbilit mill-awtoritajiet responsabbli biex ikopri s-sejħiet ta' emerġenza minn żona partikolari jew għal sejħiet ta' emerġenza ta' tip partikolari;

(38)  "komunikazzjoni ta' emerġenza" tfisser komunikazzjoni permezz tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bejn utent finali u l-PSAP biex tintalab u tasal għajnuna ta' emerġenza mis-servizzi ta' emerġenza;

(39)  "servizz ta' emerġenza" tfisser servizz, rikonoxxut bħala tali mill-Istat Membru, li jipprovdi għajnuna immedjata u malajr meta jkun hemm, b'mod partikolari, riskju dirett għall-ħajja jew ta' ġrieħi gravi, għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-pubblika jew ta' individwu, għall-proprjetà privata jew pubblika, jew għall-ambjent, b'konformità mal-liġi nazzjonali;

(40)  "informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa" tfisser, f'netwerk pubbliku mobbli, id-data pproċessata, derivata mill-infrastruttura tan-netwerk jew mill-handsets, li tindika l-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali mobbli tal-utent finali, u, f'netwerk pubbliku fiss, id-data dwar l-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(41)  "tagħmir terminali" tfisser tagħmir terminali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE(43);

(42)  "inċident tas-sigurtà" tfisser avveniment li jkollu, fil-fatt, effett ħażin fuq is-sigurtà ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

KAPITOLU II

OBJETTIVI

Artikolu 3

Objettivi ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qed jitwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu miżuri kollha meħtieġa u proporzjonati biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2. L-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju ("RSPG"), u l-BEREC għandhom ukoll jikkontribwixxu biex jinkisbu dawk l-objettivi.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jikkontribwixxu skont il-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' politiki mmirati lejn il-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll tal-pluraliżmu tal-media.

2.  Fil-kuntest ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu għal kull wieħed minn dawn l-objettivi ġenerali li ġejjin, li mhumiex elenkati f'ordni ta' prijorità:

(a)  il-promozzjoni tal-konnettività u l-aċċess għal, u l-użu ta', netwerks b'kapaċità kbira ħafna, ▌inkluż netwerks fissi, mobbli u bla fili, miċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-Unjoni;

(b)  il-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet assoċjati, inkluża kompetizzjoni effiċjenti bbażata fuq l-infrastruttura , u fil-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi assoċjati;

(c)  il-kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakli li fadal, u jeħfiefu l-kondizzjonijiet konverġenti għal, l-investiment fi, u l-forniment ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, mal-Unjoni kollha, billi jinħolqu regoli komuni u approċċi regolatorji prevedibbli, billi jiġi ffavorit l-użu effettiv, effiċjenti u kkoordinat tal-ispektrum tar-radju, l-innovazzjoni miftuħa, l-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej, il-forniment, id-disponibbiltà u l-interoperabbiltà tas-servizzi trans-Ewropej, u l-konnettività minn tarf għall-ieħor;

(d)  il-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, ▌billi jiżguraw il-konnettività u d-disponibbiltà u l-adozzjoni mifruxa tan-netwerks ta' kapaċità kbira ħafna, inkluż netwerks fissi ▌, mobbli u bla fili, u ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi jippermettu l-benefiċċji kollha mil-lat ta' għażla, prezz u kwalità abbażi tal-kompetizzjoni effettiva, billi jżommu n-netwerks u s-servizzi siguri, billi jiżguraw livell għoli u komuni ta' protezzjoni għall-utenti finali permezz tar-regoli speċifiċi għas-settur meħtieġa u billi jindirizzaw il-ħtiġijiet, bħal ▌ prezzijiet affordabbli, ta' gruppi soċjali speċifiċi, b'mod partikolari ▌ utenti b'diżabbiltà, utenti finali anzjani u utenti finali bi bżonnijiet soċjali speċjali, u l-għażla u l-aċċess ekwivalenti għal utenti finali b'diżabbiltà.

3.  Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi punti ta' riferiment u rapporti dwar l-effettività tal-miżuri tal-Istat Membru biex jilħqu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tkun megħjuna mill-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-RSPG.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, filwaqt li jippruvaw jilħqu l-għanijiet politiċi msemmija fil-paragrafu 2 u speċifikati f'dan il-paragrafu għandhom,fost l-oħrajn:

(a)  jippromwovu l-prevedibbiltà regolatorja billi jiżguraw approċċ regolatorju konsistenti tul perijodi adegwati ta' rieżami kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni bejniethom, ▌mal-BEREC, mal-RSPG u, ▌mal-Kummissjoni;

(b)  jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fit-trattament tal-fornituri tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(c)  japplikaw il-liġi tal-UE b'mod teknoloġikament newtrali, sa fejn dan ikun konsistenti biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-paragrafu 1;

(d)  jippromwovu l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti f'infrastrutturi ġodda u mtejba, inkluż billi jiżguraw li kull obbligu tal-aċċess jikkunsidra kif jixraq ir-riskju għall-impriżi li jinvestu u billi jippermettu diversi arranġamenti koperattivi bejn l-investituri u l-partijiet li jitolbu l-aċċess biex ikun diversifikat ir-riskju tal-investiment, filwaqt li jiżguraw li jitħarsu l-kompetizzjoni fis-suq u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

(e)  iqisu kif xieraq il-varjetà ta' kondizzjonijiet dwar l-infrastruttura, il-kompetizzjoni, iċ-ċirkostanzi tal-utenti finali u, partikularment, tal-konsumaturi fid-diversi żoni ġeografiċi fi Stat Membru inkluża l-infrastruttura lokali ġestita minn persuni fiżiċi mingħajr skop ta' qligħ;

(f)  jimponu obbligi regolatorji ex ante biss sal-punt meħtieġ sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni effettiva u sostenibbli fl-interess tal-utenti finali u jtaffu jew ineħħu tali obbligi malli tintlaħaq dik il-kondizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jaġixxu b'mod imparzjali, oġġettiv u trasparenti, u b'manjiera nondiskriminatorja u proporzjonata.

Artikolu 4

Ippjanar strateġiku u koordinazzjoni tal-politika tal-ispektrum tar-radju

1.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni, fl-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni skont il-politiki tal-Unjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f'komunikazzjonijiet elettroniċi. Għal dan il-għan, dawn għandhom iqisu fost l-oħrajn l-aspetti ekonomiċi, tas-sikurezza, tas-saħħa, tal-interess pubbliku, ▌ tal-libertà tal-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki tal-Unjoni kif ukoll l-interessi varji tal-komunitajiet tal-utenti tal-ispektrum tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispektrum tar-radju u jkunu evitati interferenzi dannużi.

2.  B'koperazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koordinazzjoni tal-approċċi politiċi għall-ispektrum tar-radju fl-Unjoni u, meta xieraq, il-kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3.  L-Istati Membri▌, permezz tal-RSPG, għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 1, u, fuq it-talba tagħhom, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, b'appoġġ għall-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni, billi:

(a)  jiżviluppaw l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

(b)  jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u ta' liġijiet oħra tal-Unjoni u bil-ħsieb li jsir kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern;

(c)  jikkoordinaw l-approċċi tagħhom fir-rigward tal-għoti u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju u jippubblikaw rapporti jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju.

Il-BEREC għandu jieħu sehem fi kwistjonijiet dwar l-oqsma ta' kompetenzi tagħhom b'rabta mar-regolamentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni relatata mal-ispektrum tar-radju.

4.  Il-Kummissjoni, waqt li tagħti l-akbar attenzjoni lill-opinjoni tal-RSPG ▌ tista' tippreżenta proposti leġislattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-finijiet tal-istabbiliment ta' programmi pluriennali ta' politika dwar l-ispektrum tar-radju, li jindikaw l-orjentamenti u l-għanijiet ta' politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju b'konformità ma' din id-Direttiva, kif ukoll bil-għan li jitqiegħed għad-dispożizzjoni spektrum armonizzat tar-radju għall-użu kondiviż jew għal użu li ma jkunx soġġett għal drittijiet individwali.

TITOLU II

STRUTTURA ISTITUZZJONALI U GOVERNANZA

KAPITOLU I

AWTORITAJIET REGOLATORJI NAZZJONALI U AWTORITAJIET KOMPETENTI OĦRA

Artikolu 5

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kompitu stabbilit f'din id-Direttiva jitwettaq minn awtorità kompetenti.

Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli mill-anqas għal dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)  jimplimentaw ir-regolamentazzjoni tas-suq ex ante, inkluża l-impożizzjoni ta' obbligi tal-aċċess u tal-interkonnessjoni;

(b)  jiżguraw is-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-impriżi ▌;

(c)   iwettqu l-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju u deċiżjonijiet dwaru jew, fejn dawn il-kompiti huma assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, jagħtu pariri rigward l-elementi ▌ tal-iffurmar tas-suq u l-kompetizzjoni ta' proċessi nazzjonali relatati mad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;

(d)   jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'koordinazzjoni, fejn rilevanti, ma' awtoritajiet kompetenti oħra;

(e)  jivvalutaw u jimmonitorjaw mill-qrib kwistjonijiet ta' ffurmar tas-suq u ta' kompetizzjoni fir-rigward tal-aċċess miftuħ għall-internet;

(f)   ▌ jivvalutaw il-piż inġust u jikkalkulaw l-ispiża netta tal-forniment ta’ servizz universali;

(g)  jiżguraw il-portabbiltà tan-numru bejn il-fornituri;

(h)  iwettqu kwalunkwe kompitu ieħor li din id-Direttiva tirriżerva għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jassenjaw kompiti oħra previsti f'din id-Direttiva u f'liġijiet oħra tal-Unjoni lil awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni tas-suq jew ma' dħul fis-suq, bħal awtorizzazzjoni ġenerali u dawk relatati ma kwalunkwe rwol ikkonferit lill-BEREC. Fejn dawk il-kompiti relatati mal-kompetizzjoni tas-suq jew id-dħul fis-suq jiġu assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, huma għandhom ifittxu jikkonsultaw mal-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tittieħed deċiżjoni. Għall-finijiet li jikkontribwixxu fil-kompiti tal-BEREC, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu intitolati jiġbru d-data meħtieġa u informazzjoni oħra mill-parteċipanti tas-suq.

L-Istati Membri jistgħu jassenjaw ukoll kompiti oħra lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali abbażi ta' liġi nazzjonali, inkluża liġi nazzjonali li timplimenta liġi tal-Unjoni.

B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-istabbiltà tal-kompetenzi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jittrasponu din id-Direttiva fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-qafas regolatorju tal-Unjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif emendat fl-2009.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra tal-istess Stat Membru jew ta' Stati Membri differenti għandhom, fejn meħtieġ, ▌ jidħlu f'arranġamenti kooperattivi ma' xulxin biex jippromwovu l-kooperazzjoni regolatorja.

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kompiti li jkunu meħtieġa jwettqu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra b'format aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari meta dawk il-kompiti jkunu assenjati lil aktar minn korp wieħed. Meta xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jew tal-liġi dwar il-konsumaturi, fejn jidħlu kwistjonijiet ta' interess komuni. Meta aktar minn awtorità waħda jkollha l-kompetenza biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti rispettivi ta' kull awtorità jiġu ppubblikati b'format aċċessibbli faċilment.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull awtorità regolatorja nazzjonali u awtorità kompetenti oħra assenjati kompiti taħt din id-Direttiva, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dwar il-bidliet fihom.

Artikolu 6

L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta' awtoritajiet kompetenti oħra billi jiżguraw li dawn ikunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi netwerks, tagħmir jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri li jżommu s-sjieda jew il-kontroll ta' impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom ir-riżorsi tekniċi, umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.

Artikolu 7

Ħatra u tneħħija mill-kariga ta' membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni fl-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-supplenti tagħhom, għandhom jinħatru għal terminu ta' mill-anqas tliet snin minn fost il-persuni bi statura rikonoxxuta u bl-esperjenza professjonali, abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza u wara proċedura miftuħa u trasparenti tal-għażla. ▌ L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità fit-teħid tad-deċiżjonijiet ▌.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni fl-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-supplenti tagħhom ikunu jistgħu jitneħħew mill-kariga matul it-terminu tagħhom biss jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw aktar il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijiethom li jkunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali qabel il-ħatra tagħhom.

3.  Id-deċiżjoni biex jitneħħa mill-kariga l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitneħħew mill-kariga l-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni, għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tneħħija. Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiġi mneħħi mill-kariga jew, fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta' raġunijiet. Fil-każ li d-dikjarazzjoni ta' raġunijiet ma tiġix ippuklikata, għandha tiġi ppublikata fuq it-talba ta' dik il-persuna. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal rieżami ta' qorti, fuq punt ta' fatti u fuq punti ta' liġi.

Artikolu 8

Indipendenza politika u responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv, inkluż fl-iżvilupp ta' proċeduri interni u tal-organizzazzjoni tal-persunal, għandhom joperaw b'mod trasparenti u responsabbli skont il-liġi tal-Unjoni, u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand xi korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom bil-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni b'konformità mal-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi tal-appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 31 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew ibiddlu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena, fost l-oħrajn dwar il-qagħda tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dwar id-deċiżjonijiet li joħorġu, dwar ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom u dwar kif dawk ir-riżorsi jiġu attribwiti, kif ukoll dwar pjanijiet futuri. Ir-rapporti tagħhom għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 9

Kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom baġits annwali separati għandhom ikollhom awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat. Dawk il-baġits għandhom jiġu ppubblikati.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adattati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom, l-awtonomija finanzjarja ma għandhiex twaqqaf is-superviżjoni jew il-kontroll skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Kwalunkwe kontroll fuq il-baġit tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkun eżerċitat b'mod trasparenti u jiġi ppubblikat.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex ikunu jistgħu jieħdu sehem u jikkontribwixxu b'mod attiv fil-BEREC.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-BEREC

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-BEREC ta' promozzjoni ta' aktar koordinazzjoni u konsistenza regolatorji jkunu appoġġati b'mod attiv mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rispettivi tagħhom.

2.  Meta jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom għas-swieq nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali iqisu bis-sħiħ il-linji gwida, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni, l-aħjar prattiki u l-metodoloġiji adottati mill-BEREC.

Artikolu 11

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, għandhom japplikaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, u l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal dik tal-awtorità trasferenti.

KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI

TAQSIMA 1

PARTI ĠENERALI

Artikolu 12

Awtorizzazzjoni ġenerali ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu lil xi impriża milli tipprovdi n-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief meta dan ikun meħtieġ minħabba r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tat-TFUE. Kull limitu bħal dan għal-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun ġustifikat kif xieraq u għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni.

2.  Il-forniment ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minbarra l-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali u indipendenti min-numri biss, jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew għad-drittijiet tal-użu msemmija fl-Artikoli 46 u 94, ikunu soġġetti biss għall-awtorizzazzjoni ġenerali.

3.  Fejn Stat Membru jidhirlu li xi rekwiżit ta' notifika jkun ġustifikat għall-impriżi soġġetti għal awtorizzazzjonijiet ġenerali, dak l-Istat Membru jista' jeżiġi li tali impriżi biss iressqu notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra. L-Istat Membru ma għandux jeżiġi li tali impriżi jiksbu xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor minn tali awtorità jew xi awtorità oħra qabel jeżerċitaw id-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali.

Man-notifika ▌, meta tintalab, l-impriża tista' tibda l-attività, fejn meħtieġ soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu taħt din id-Direttiva. ▌

4.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni mingħand persuna fiżika jew ġuridika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tal-intenzjoni li jinbdew il-fornimenti tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima li hi meħtieġa ħalli l-BEREC u dik l-awtorità jkunu jistgħu jżommu reġistru jew lista tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik l-informazzjoni għandha tkun limitata għal:

(a)  isem il-fornitur;

(b)  l-istatus legali, il-forma u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur, f'liema reġistru pubbliku tal-kummerċ jew reġistru pubbliku ieħor tal-Unjoni hu rreġistrat il-fornitur;

(c)  l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur fl-Unjoni, meta jkollu, u, fejn applikabbli, kull fergħa sekondarja fi Stat Membru;

(d)  l-indirizz tas-sit web tal-fornitur, fejn applikabbli, assoċjat mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(e)  il-persuna ta' kuntatt u d-dettalji ta' kuntatt;

(f)  deskrizzjoni fil-qosor tan-netwerks jew tas-servizzi maħsuba biex jiġu fornuti;

(g)  l-Istati Membri kkonċernati; u

(h)  id-data meta mistennija tinbeda l-attività.

L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit ta' notifika separat jew addizzjonali.

Sabiex jiġu approssimati r-rekwiżiti ta' notifika, il-BEREC għandu jippubblika linji gwida għall-mudell ta' notifika u jżomm bażi tad-data tal-Unjoni għan-notifiki trażmessi lill-awtoritajiet kompetenti. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, permezz ta' mezz elettroniku, jibagħtu kull notifika riċevuta lill-BEREC, bla dewmien. In-notifiki li jsiru lill-awtoritajiet kompetenti qabel ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] għandhom jintbagħtu lill-BEREC sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Artikolu 13

Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u mad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta' numerazzjoni, u obbligi speċifiċi

1.  L-awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u d-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u d-drittijiet tal-użu għan-numri jistgħu jkunu soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness I. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu nondiskriminatorji, proporzjonati u trasparenti. Fil-każ ta' drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, tali kondizzjonijiet għandhom jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu u jkunu konformi mal-Artikoli 45 u 51, u, fil-każ tad-drittijiet ta' użu għal riżorsi ta' numerazzjoni, għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 94.

2.  L-obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu mposti fuq impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-Artikolu 61(1) u (5) u l-Artikoli 62, 68 u 83 jew fuq dawk deżinjati biex jipprovdu s-servizz universali taħt din id-Direttiva għandhom ikunu separati legalment mid-drittijiet u mill-obbligi tal-awtorizzazzjoni ġenerali. Sabiex tinkiseb it-trasparenza, il-kriterji u l-proċeduri għall-impożizzjoni ta' dawk l-obbligi speċifiċi fuq impriżi individwali għandhom jissemmew fl-awtorizzazzjoni ġenerali.

3.  L-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jkun fiha biss il-kondizzjonijiet speċifiċi għal dak is-settur u stabbiliti fit-Taqsimiet A, B u C Anness I u ma għandhiex tidduplika l-kondizzjonijiet li huma applikabbli għall-impriżi bis-saħħa ta' xi liġi nazzjonali oħra.

4.  L-Istati Membri ma għandhomx jidduplikaw il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali meta jagħtu d-dritt ta' użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta' numerazzjoni.

Artikolu 14

Dikjarazzjonijiet biex jeħfief l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' installazzjoni tal-faċilitajiet u tad-drittijiet ta' interkonnessjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien ġimgħa mit-talba ta' xi impriża, joħorġu dikjarazzjonijiet standardizzati li jkunu jikkonfermaw, fejn applikabbli, li l-impriża tkun ippreżentat notifika taħt l-Artikolu 12(3). Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jagħtu d-dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li taħthom kwalunkwe impriża li tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jkollha d-dritt li tapplika għal drittijiet biex tinstalla faċilitajiet, tinnegozja interkonnessjoni, u tikseb aċċess jew interkonnessjoni, sabiex ikun faċilitat l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet, pereżempju f'livelli oħra tal-gvern jew b'rabta ma' impriżi oħrajn. Fejn xieraq, tali dikjarazzjonijiet jistgħu jinħarġu wkoll bħala risposta awtomatika wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 2

DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI

Artikolu 15

Lista minima tad-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali

1.  L-impriżi taħt awtorizzazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 12, għandu jkollhom id-dritt li:

(a)  jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b)  ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa biex jinstallaw il-faċilitajiet ikkunsidrati f'konformità mal-Artikolu 43;

(c)  jużaw, soġġett għall-Artikoli 13, 46 u 55, l-ispektrum tar-radju b'rabta mas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(d)  ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa tal-użu tar-riżorsi ta' numerazzjoni kkunsidrati f'konformità mal-Artikolu 94.

2.  Fejn tali impriżi jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, l-awtorizzazzjoni ġenerali għandha tagħtihom id-dritt li:

(a)  jinnegozjaw l-interkonnessjoni ma', u fejn applikabbli, jiksbu aċċess għal, jew interkonnessjoni minn, fornituri oħra ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li jkunu koperti b'awtorizzazzjoni ġenerali fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva;

(b)  jingħataw opportunità li jiġu deżinjati biex jipprovdu elementi differenti tas-servizz universali jew ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali skont l-Artikolu 86 jew 87.

Artikolu 16

Ħlasijiet amministrattivi

1.  Kull ħlas amministrattiv impost fuq impriżi li jipprovdu netwerk jew servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ingħata dritt tal-użu, għandu:

(a)  ikopri, fit-total, biss l-ispejjeż amministrattivi mġarrba bil-ġestjoni, bil-kontroll u bl-infurzar tas-sistema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 13(2), li jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni, l-analiżi tas-suq, il-monitoraġġ tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll il-ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta' leġislazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u

(b)  jiġi mpost fuq l-impriżi individwali b'mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jnaqqas kemm jista' jkun l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet assoċjati.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ħlasijiet amministrattivi lil impriżi li l-fatturat tagħhom ikun ▌ inqas minn ċertu limitu jew li l-attivitajiet tagħhom ma jilħqux ċertu sehem minimu mis-suq jew li għandhom ambitu territorjali limitat ħafna.

2.  Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jimponu ħlasijiet amministrattivi, dawn għandhom jippubblikaw rapport annwali tal-ispejjeż amministrattivi tagħhom u tat-total tal-ħlasijiet miġbura. Fejn teżisti differenza bejn it-total tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.

Artikolu 17

Separazzjoni fil-kontabbiltà u rapporti finanzjarji

1.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li jkollhom drittijiet speċjali jew esklussivi għall-forniment ta' servizzi f'setturi oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor:

(a)  iżommu kontijiet separati għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, sal-punt li kien ikun meħtieġ kieku dawk l-attivitajiet kienu mwettqa minn entitajiet legalment indipendenti, biex jiġu identifikati l-elementi kollha tal-ispiża u tad-dħul, bil-bażi tal-kalkolu tagħhom u l-metodi dettaljati tal-attribuzzjoni użati, relatati ma' tali attivitajiet, inkluż tqassim dettaljat tal-assi fissi u tal-ispejjeż strutturali; jew

(b)  ikollhom separazzjoni strutturali għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-impriżi li jkollhom fatturat totali annwali ta' anqas minn EUR 50 miljun f'attivitajiet assoċjati ma' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni.

2.  Fejn impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-liġi tal-kumpaniji u ma jkunux jissodisfaw l-kriterji tal-impriżi żgħar u medji tar-regoli dwar il-kontabbiltà fil-liġi tal-Unjoni, ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew, jintbagħtu għal awditi indipendenti u jiġu ppubblikati. Il-verifika għandha ssir skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-kontijiet separati meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1.

TAQSIMA 3

EMENDA U IRTIRAR

Artikolu 18

Emenda tad-drittijiet u l-obbligi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni jew id-drittijiet li jiġu installati l-faċilitajiet ikunu jistgħu jiġu emendati biss meta jkun ġustifikat oġġettivament u b'mod proporzjonat, filwaqt li jitqiesu kif xieraq, meta jkun adattat, il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta' numerazzjoni.

2.  Ħlief fejn l-emendi proposti jkunu minuri, u jkun intlaħaq qbil dwarhom mad-detentur tad-drittijiet jew tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 għandha ssir ▌notifika kif xieraq bl-intenzjoni li jsiru dawn l-emendi. Il-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom biżżejjed żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti. Dak il-perijodu ma għandux ikun inqas minn erba' ġimgħat ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

L-emendi għandhom jiġu ppubblikati, flimkien mar-raġunijiet għalihom.

Artikolu 19

Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 (5) u (6), l-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet ta' intallazzjoni tal-faċilitajiet jew id-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta' numerazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għalih ikunu ngħataw, ħlief fejn dan ikun ġustifikat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u, fejn applikabbli, b'konformità mal-Anness I, u ma' dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għall-irtirar ta' drittijiet.

2.  B'konformità mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, jew it-twettiq ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika adottati taħt l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-limitazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju, inklużi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 49 ta' din id-Direttiva, abbażi ta' proċeduri stabbiliti minn qabel u definiti b'mod ċar, b'konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni. F'tali każijiet, id-detenturi tad-drittijiet jistgħu, fejn xieraq u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma' dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, jiġu kkumpensati b'mod adatt.

3.  Modifika fl-użu tal-ispektrum tar-radju minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) jew (5) ma għandhiex, waħedha, tiġġustifika l-irtirar ta' dritt ta' użu għall-ispektrum tar-radju.

4.  Kwalunkwe intenzjoni li jiġu limitati jew irtirati drittijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta' numerazzjoni mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni ▌ mal-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 23.

KAPITOLU III

Għoti ta' informazzjoni, stħarriġ u mekkaniżmu ta' konsultazzjoni

Artikolu 20

Rekwiżit ta' informazzjoni lill-impriżi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati, jew servizzi assoċjati, jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluż l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta', jew mad-deċiżjonijiet jew opinjonijiet adottati f'konformità ma', din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(44)(45). B'mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista' jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa u li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri, kif ukoll informazzjoni dwar netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, li tkun disaggregata fil-livell lokali u dettaljata b'mod suffiċjenti biex tippermetti l-istħarriġ ġeografiku u d-deżinjazzjoni ta' żoni f'konformità mal-Artikolu 22. ▌

Fejn l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-ewwel subparagrafu mhijiex suffiċjenti biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC iwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, tali informazzjoni tista' tintalab minn impriżi rilevanti oħra li huma attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew setturi relatati mill-qrib.

L-impriżi deżinjati bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq fejn jidħlu s-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data tal-kontabbiltà dwar is-swieq bl-imnut assoċjati mas-swieq bl-ingrossa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jitolbu l-informazzjoni minn punt waħdieni tal-informazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE.

Kwalunkwe talba għall-informazzjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq tal-kompitu u magħha għandhom jingħataw ir-raġunijiet għaliha.

L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-pront u f'konformità mal-limiti taż-żmien u l-livell ta' dettall mitlub.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba raġunata, bl-informazzjoni meħtieġa għaliha biex twettaq il-kompiti tagħha taħt it-TFUE. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq ta' dawk il-kompiti. Meta l-informazzjoni provduta tkun tirreferi għall-informazzjoni provduta qabel mill-impriżi meta kienet talbithom l-awtorità, dawk l-impriżi għandhom ikunu informati b'dan. Sal-punt meħtieġ, u sakemm l-awtorità li provdiet l-informazzjoni tkun għamlet talba espliċita u raġunata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni provduta disponibbli lil awtorità oħra bħalha fi Stat Membru ieħor.

Soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mibgħuta lil awtorità waħda, tista' ssir disponibbli għal awtorità oħra bħalha fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru differenti, u għall-BEREC, wara talba sostanzjata, meta meħtieġ biex xi awtorità, jew il-BEREC ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont il-liġi tal-Unjoni.

3.  Fejn l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1, inkluża informazzjoni miġbura fil-kuntest ta' stħarriġ ġeografiku, titqies kunfidenzjali mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti l-oħra skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali ▌, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandhom jiżguraw tali kunfidenzjalità. Tali kunfidenzjalità m'għandhiex timpedixxi l-kondiviżjoni f'waqtha ta' informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għall-finijiet ta' rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali u l-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra jippubblikaw l-informazzjoni li tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw it-termini għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta' dak l-aċċess.

Artikolu 21

Informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 20 u għall-obbligi tal-informazzjoni u tar-rappurtar skont il-liġi nazzjonali barra mill-awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu biss ▌jeżiġu lill-impriżi biex jipprovdu informazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu jew l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), li tkun proporzjonata u ġustifikata oġġettivament b'mod partikolari għall-finijiet ta':

(a)  verifika, fuq bażi sistematika jew skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjoni 1 tal-Parti A, mal-kondizzjonijiet 2 u 6 tal-Parti D, u mal-kondizzjonijiet 2 u 7 tal-Parti E, tal-Anness I u tal-konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(2);

(b)  verifika, abbażi ta' skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjonijiet kif stipulat fl-Anness I meta jasal ilment jew meta l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet oħra biex temmen li kondizzjoni ma tkunx qed titħares jew fil-każ ta' xi investigazzjoni mill-awtorità kompetenti bl-inizjattiva tagħha stess;

(c)  twettiq tal-proċeduri għal, u l-valutazzjoni ta', talbiet għall-għoti tad-drittijiet tal-użu;

(d)  il-pubblikazzjoni ta' rapporti komparattivi tal-kwalità u tal-prezz tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;

(e)  tqabbil ta' statistika, rapporti jew studji definiti b'mod ċar;

(f)  twettiq ta' analiżi tas-suq għall-finijiet ta' din id-Direttiva inkluż data dwar is-swieq downstream jew is-swieq tal-imnut assoċjata mas-swieq jew relatata magħhom li huma s-suġġett tal-analiżi tas-suq;

(g)  salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi tan-numerazzjoni;

(h)  l-evalwazzjoni tal-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista' jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jkunu disponibbli għall-kompetituri, dwar il-kopertura territorjali, dwar il-konnettività disponibbli għall-utenti finali jew dwar l-identifikazzjoni▌ taż-żoni skont l-Artikolu 22;

(i)  it-twettiq ta' stħarriġ ġeografiku;

(j)  rispons għal talbiet motivati għal informazzjoni mill-BEREC.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) u (d) sa (j) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tintalab qabel jingħata, jew bħala kondizzjoni għal, l-aċċess għas-suq.

Il-BEREC jista' jiviluppa mudelli għal talbiet għal informazzjoni, fejn meħtieġ, biex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni u l-analiżi konsolidata tal-informazzjoni miksuba.

2.  Fejn jidħlu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirreferi b'mod partikolari għall-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju kif ukoll għall-konformità ma' kull obbligu tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz marbut mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-verifika tagħhom.

3.  Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jeżiġu li impriżi jipprovdu informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinfurmawhom bl-għan speċifiku għalfejn se tintuża din l-informazzjoni.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra ma għandhomx jidduplikaw it-talbiet għal informazzjoni li diġà għamel il-BEREC taħt l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/…(46) fejn il-BEREC ikun għamel l-informazzjoni riċevuta disponibbli għal dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 22

Stħarriġ ġeografiku dwar l-introduzzjonijiet tan-netwerks

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jagħmlu stħarriġ ġeografiku dwar il-firxa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li kapaċi jwasslu l-broadband ("in-netwerks tal-broadband") sa .. [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] ▌u għandhom jaġġornawh mill-anqas kull tliet snin sussegwentement.

Dan l-istħarriġ ġeografiku għandu jinkludi stħarriġ dwar il-firxa ġeografika ta' tali netwerks tal-broadband fit-territorju tagħhom, kif meħtieġ għall-kompiti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u għall-istħarriġ meħtieġ għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ▌.

L-istħarriġ ġeografiku jista' jinkludi wkoll tbassir għal perijodu ddeterminat mill-awtorità rilevanti tal-firxa tan-netwerks tal-broadband, inkluż netwerks ta' kapaċità għolja ħafna fit-territorju tagħhom.

Tali tbassir għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar l-introduzzjonijiet ippjanati minn kwalunkwe impriża jew awtorità pubblika, ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna u aġġornamenti jew estensjonijiet sinifikanti ta' ▌ netwerks ta' mill-inqas veloċitajiet ta' download ta' 100 Mbps. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jeżiġu li impriżi u awtoritajiet pubbliċi jipprovdu tali informazzjoni sa fejn din tkun disponibbli u tista' tingħata bi sforz raġonevoli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi, fir-rigward ta' kompiti speċifikament attribwiti lilha taħt din id-Direttiva, il-grad safejn ikun xieraq li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni kollha miġbura jew parti minnha fil-kuntest ta' tali tbassir.

Fejn ma jsirx stħarriġ ġeografiku mill-awtorità regolatorja nazzjonali, dan għandu jsir b'kooperazzjoni ma' dik l-awtorità sa fejn dan ikun rilevanti għall-kompiti tagħha.

L-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ ġeografiku għandha tkun f'livell adegwat ta' dettall lokali u għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni fuq il-kwalità tas-servizz u l-parametri tiegħu u għandha tiġi ttrattata f'konformità mal-Artikolu 20(3).

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jiddeżinjaw ▌ żona b'konfini territorjali ċari fejn, abbażi tal-informazzjoni miġbura u kwalunkwe tbassir imħejji skont il-paragrafu 1, ikun ġie determinat li, tul il-perijodu tat-tbassir rilevanti, ▌ l-ebda impriża jew awtorità pubblika ma tkun introduċiet jew ippjanat li tintroduċi netwerk b'kapaċità kbira ħafna jew b'mod sinifikanti li taġġorna jew testendi n-netwerk tagħha għal prestazzjoni ta' mill-anqas 100 Mbps bħala veloċitajiet tad-download ▌. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw iż-żoni ▌ deżinjati.

3.  Fi ħdan żona ▌ deżinjata, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jistiednu lill-impriżi u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu netwerks ta' kapaċità kbira ħafna tul id-durata tal-perijodu ta' tbassir rilevanti. Fejn din l-istedina tirriżulta f'dikjarazzjoni minn impriża jew awtorità pubblika dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan, l-awtorità rilevanti tista' teżiġi li impriżi u awtoritajiet pubbliċi oħra jiddikjaraw kull intenzjoni li jintroduċu netwerks ta' kapaċità kbira ħafna, jew jaġġornaw jew jestendu b'mod sinifikanti n-netwerks tagħha għal prestazzjoni ta' veloċitajiet ta' download ta' mill-inqas 100 Mbps f'din iż-żona. L-awtorità rilevanti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'dawn is-sottomissjonijiet, biex mill-anqas tiżgura livell simili ta' dettall bħal dak li tqies fi kwalunkwe tbassir skont il-paragrafu 1. Hija għandha tinforma wkoll lil kull impriża jew awtorità pubblika li tesprimi l-interess tagħha jekk iż-żona ▌ deżinjata hijiex koperta jew aktarx tkun koperta b'netwerk ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, li toffri veloċitajiet tad-download inqas minn 100 Mbps abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1.

4.  Il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 3 għandhom jittieħdu f'konformità ma' proċedura effiċjenti, oġġettiva, trasparenti u nondiskriminatorja, fejn l-ebda impriża ma tkun ▌eskluża a priori. ▌

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali responsabbli biex jallokaw fondi pubbliċi għall-introduzzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex ifasslu pjanijiet nazzjonali tal-broadband, biex jiddefinixxu obbligi ta' kopertura marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u biex jivverifikaw id-disponibbiltà tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligu tas-servizzi universali fit-territorju tagħhom, iqisu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku u ta' kwalunkwe żona ▌deżinjata skont il-paragrafi 1, 2, u 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jwettqu l-istħarriġ ġeografiku jagħtu dawk ir-riżultati bil-kondizzjoni li l-awtorità riċeventi tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità u protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali bħall-awtorità trasferenti u jinfurmaw lill-partijiet li pprovdew l-informazzjoni. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli għall-BEREC u għall-Kummissjoni meta jitolbuhom, u bl-istess kondizzjonijiet.

6.  Jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu d-data li tirrizulta mill-istħarriġiet ġeografiċi li ma tkunx soġġetta għal kunfidenzjalità kummerċjali aċċessibbli direttament f'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE biex jiġi permess l-użu mill-ġdid tagħha. Huma għandhom ukoll, fejn tali għodod mhumiex disponibbli fis-suq, jagħmlu disponibbli l-għodod tal-informazzjoni biex l-utenti finali ▌ jkunu jistgħu jiddeterminaw id-disponibbiltà tal-konnettività f'żoni differenti, b'livell ta' dettall meħtieġ biex jappoġġa l-għażla tagħhom tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz.

7.  Sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] biex jagħti kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-istħarriġiet ġeografiċi u t-tbassiriet, wara li jikkonsulta lill-partijiet konċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u awtoritajiet nazzjonali rilevanti, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida biex jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra dwar l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Mekkaniżmu ta' konsultazzjoni u trasparenza

1.  Għajr f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 26 jew 27 jew l-Artikolu 32(10), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri skont din id-Direttiva , jew meta jkollhom l-intenzjoni jipprevedu restrizzjonijiet skont l-Artikolu 45(4) u (5), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, dawn jagħtu l-opportunità lill-partijiet konċernati biex jikkummentaw fuq l-abbozz tal-miżura fi żmien raġonevoli , filwaqt li jkunu qiesu l-kumplessità tal-kwistjoni u, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn 30 jum.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 35, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-RSPG fil-mument tal-pubblikazzjoni bi kwalunkwe abbozz ta' miżura li taqa' fl-ambitu tal-proċedura ta' għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55 (2) u tkun relatata mal-użu tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jippermetti l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi broadband bla fili tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ('netwerks u servizzi ta' broadband bla fili').

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw il-proċeduri tal-konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu aċċessati l-konsultazzjonijiet attwali kollha.

4.  Ir-riżultati tal-proċedura ta' konsultazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta' informazzjoni kunfidenzjali skont regoli tal-Unjoni u regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali.

Artikolu 24

Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-fehmiet ta' utenti finali, partikolarment tal-konsumaturi, u ta' utenti finali b'diżabbiltà, tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet kollha tal-utenti finali u tal-konsumaturi, inkluż aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbiltà, li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, b'mod partikolari meta jkun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, b'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu mekkaniżmu ta' konsultazzjoni, aċċessibbli għall-utenti finali b'diżabbiltà, li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijet tal-utent finali u tal-konsumaturi li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.  Il-partijiet konċernati jistgħu jiżviluppaw mekkaniżi, bil-gwida tal-awtoritajiet kompetenti b'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jinvolvu lill-konsumaturi, lill-gruppi tal-utenti jew lill-fornituri tas-servizzi, biex titjieb il-kwalità ġenerali tal-forniment tas-servizzi billi fost l-oħrajn, jiġu żviluppati u sorveljati kodiċi tal-kondotta u standards tal-operazzjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali skont il-liġi tal-Unjoni li tippromwovi l-għanijiet tal-politika kulturali u dwar il-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-media, l-awtoritajiet kompetenti b'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ▌ jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-setturi interessati fil-promozzjoni tal-kontenut legali fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik il-koperazzjoni tista' tinkludi wkoll il-koordinazzjoni tal-informazzjoni ta' interess pubbliku li trid tkun ssir disponibbli skont l-Artikolu 103(4).

Artikolu 25

Riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra responsabbli għal, jew mill-inqas korp indipendenti wieħed b'kompetenza esperta ppruvata fi, l-applikazzjoni tal-Artikoli 102 sa 107 u l-Artikolu 115 ta' din id-Direttiva hija elenkata bħala entità alternattiva tar-riżoluzzjoni tat-tilwim f'konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/EU bil-ħsieb li tirrisolvi tilwim bejn fornituri u konsumaturi li jirriżulta taħt din id-Direttiva u li jkun relatat mal-adempiment ta' kuntratti. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-aċċess għal proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni tat-tilwim pprovduti minn dik l-awtorità jew dak il-korp lil ▌ utenti finali għajr konsumaturi, b'mod partikolari impriżi mikro u impriżi żgħar.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2013/11/UE, fejn tali tilwim ikun jinvolvi partijiet fi Stati Membri differenti, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom bil-ħsieb li t-tilwim jiġi riżolt.

Artikolu 26

Riżoluzzjoni ta' tilwim bejn impriżi

1.  Fil-każ ta' tilwim li jinqala' b'rabta mal-obbligi eżistenti skont din id-Direttiva bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru, jew bejn dawn l-impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefika mill-obbligi tal-aċċess jew tal-interkonnessjoni jew bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru u l-fornituri tal-faċilitajiet assoċjati , l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, meta titlobha xi waħda mill-partijiet u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-iqsar żmien possibbli abbażi ta' proċeduri ċari u effiċjenti, u f'kull każ fi żmien erba' xhur għajr f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtorità regolatorja nazzjonali.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jirrifjutaw li jsolvu t-tilwim fejn mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, ikunu jeżistu u jkunu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fi żmien qasir u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-partijiet dwar dan mingħajr dewmien. Jekk, wara erba' xhur, it-tilwim ma jissolviex, u jekk it-tilwim ma jkunx tressaq quddiem il-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju, l-awtorità regolatorja nazzjonali, meta tintalab minn xi waħda mill-partijiet, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-inqas żmien possibbli u f'kull każ fi żmien erba' xhur.

3.  Għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu deċiżjonijiet immirati biex tikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Kull obbligu impost fuq impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandu jkun konformi ma' din id-Direttiva .

4.  Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha ssir aċċessibbli għall-pubbliku, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità -kummerċjali. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-partijiet konċernati dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni.

5.  Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tressaq l-azzjoni quddiem il-qrati.

Artikolu 27

Riżoluzzjoni ta' tilwim transfruntier

1.  Fil-każ ta' tilwim li jinqala' taħt din id-Direttiva bejn l-impriżi fi Stati Membri differenti, għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal tilwim relatat mal-koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju koperta bl-Artikolu 28.

2.  Kull parti tista' tirreferi t-tilwim lill-awtorità jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. Fejn it-tilwim jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw it-tilwim lill-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim ▌, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

3.  Fejn tkun saret tali notifika, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni biex jistieden lill-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati biex jieħdu azzjoni speċifika ħalli jissolva t-tilwim jew biex ma jieħdu l-ebda azzjoni, fl-iqsar żmien possibbli, u f'kull każ fi żmien erba' xhur għajr f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

4.  L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex jirriżolvu t-tilwim. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni, ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti finali, kull waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti tista' tieħu l-inizjattiva hi stess jew titlob lill-partijiet biex jiġu adottati miżuri provviżorji.

5.  Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala parti mir-riżoluzzjoni t-tilwim għandu jkun konformi ma' din id-Direttiva, u jqis bis-sħiħ l-opinjoni adottata mill-BEREC, jiġi adottat fi żmien xahar minn tali opinjoni.

6.  Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.

Artikolu 28

Koordinazzjoni tal-Ispektrum tar-Radju bejn l-Istati Membri

1.  L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispektrum tar-radju jkun organizzat fit-territorju tagħhom b'tali mod li l-ebda Stat Membru ieħor ma jkun imfixkel milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju, skont il-liġi tal-Unjoni, speċjalment minħabba interferenza dannuża transfruntiera bejn l-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa għal dan il-għan mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom bil-liġi internazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti bħar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU u l-Ftehimiet Reġjonali tal-ITU dwar ir-Radju.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u, fejn ikun xieraq, permezz tal-RSPG, fil-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispektrum tar-radju, biex:

(a)  jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 1;

(b)  jirriżolvu kull problema jew tilwima b'rabta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew mal-interferenza transfruntiera dannuża bejn Stati Membri, kif ukoll ma' pajjiżi terzi, li timpedixxi lill-Istati Membri milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.

3.  Biex jiżgura l-konformità mal-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru affettwat ▌ jista' jitlob lill-RSPG biex juża s-servizzi tiegħu, biex isolvi kwalunkwe problema jew tilwima marbuta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew l-interferenza transfruntiera dannuża. Fejn ikun xieraq, l-RSPG jista' joħroġ opinjoni li tipproponi riżoluzzjoni koordinata fir-rigward ta' tali problema jew tilwima

4.  Fejn l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunux irriżolvew il-problema jew it-tilwima, u fuq it-talba ta' kwalunkwe Stat Membru affettwat ▌, il-Kummissjoni tista', filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ ta' kwalunkwe opinjoni tal-RSPG li tirrakkomanda soluzzjoni koordinata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tadotta deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kkonċernati mill-kwistjoni mhux riżolta ta' interferenza dannuża permezz ta' atti ta' implimentazzjoni biex issolvi interferenzi transfruntiera dannużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar li jżommuhom milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

5.  L-Unjoni għandha, fuq it-talba ta' kwalunkwe Stat Membru affettwat, tipprovdi appoġġ legali, politiku u tekniku sabiex jissolvew kwistjonijiet ta' koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju ma' pajjiżi ġirien tal-Unjoni, inkluż pajjiżi kandidati u pajjiżi li ser jissieħbu, b'tali mod li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu josservaw l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Fil-forniment ta' tali assistenza, l-Unjoni għandha tippromwovi l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.

TITOLU III

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 29

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi, fejn meħtieġa, multi u penali predeterminati jew perjodiċi mhux kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew ta' kull deċiżjoni vinkolanti ▌adottata mill-Kummissjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Fil-limiti tal-liġi ▌ nazzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jimponu dawn il-penali. Il-penali previsti għandhom ikunu adatti, effettivi, proporzjonati u dissważivi. ▌

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) f'każ biss li impriża jew awtorità pubblika konxjament jew b'negliġenza kbira tipprovdi informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta.

Meta jiġi determinat l-ammont tal-multi jew penali perjodiċi imposti fuq impriża jew awtorità pubblika talli konxjament jew b'negliġenza kbira pprovdew informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), għandu jitqies, fost oħrajn, jekk l-imġiba tal-impriża jew l-awtorità pubblika kellhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u, b'mod partikolari, jekk, għall-kuntrarju tal-informazzjoni oriġinarjament ipprovduta jew kwalunkwe aġġornament tagħha, l-impriża jew awtorità pubblika applikatx, estendietx jew tejbitx netwerk, jew ma applikatx netwerk u naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal dik il-bidla fil-pjan.

Artikolu 30

Konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta' numerazzjoni u konformità ma' obbligi speċifiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta' numerazzjoni, mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) u mal-obbligu li jintuża l-ispektrum tar-radju b'mod effettiv u effiċjenti skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 45 (1) u l-Artikolu 47.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-impriżi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta' numerazzjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għar-riżorsi ta' numerazzjoni jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47, skont l-Artikolu 21.

2.  Fejn ▌ awtorità kompetenti tiskopri li impriża ma tkunx konformi ma' xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta' numerazzjoni, jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), din għandha tinnotifika lill-impriża b'dik is-sejba u tagħti l-opportunità lill-impriża biex tiddikjara l-fehmiet tagħha, f'limitu taż-żmien raġonevoli.

3.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li teżiġi l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 minnufih jew f'limitu taż-żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu:

(a)  fejn xieraq, penali finanzjarji dissważivi li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b'effett retroattiv; u

(b)  ordnijiet ta' waqfien jew ta' dewmien tal-forniment ta' servizz jew ta' pakkett ta' servizzi, li jekk jissoktaw, ▌iwasslu għal dannu sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi tal-aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom jiġu bbażati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli għall-impriżi biex dawn jiġu konformi mal-miżura.

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa li timponi, fejn xieraq, penali finanzjarji fuq l-impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skont l-obbligi imposti fl-Artikolu 21(1)(a) jew (b) u fl-Artikolu 69, f'perijodu taż-żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità ▌ kompetenti.

5.  F'każ ta' ksur serju jew ripetut tal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta' numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2), meta jkunu fallew il-miżuri mmirati biex jiżguraw il-konformità kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa ▌ lill-awtoritajiet kompetenti biex timpedixxi impriża milli tkompli tipprovdi n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew jissospendu jew jirtiraw dawk id-drittijet tal-użu. L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtorità kompetenti biex timponi penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-penali jistgħu jiġu applikati biex ikopru l-perijodu ta' kull ksur, anki jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rettifikat.

6.  Minkejja l-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tieħu miżuri interim urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali, fejn ikollha evidenza ta' ksur tal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta' numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għas-sikurezza pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika jew li jkun ser joħloq problemi ekonomiċi jew operazzjonali serji għal fornituri jew utenti oħra tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew utenti oħra tal-ispektrum tar-radju. L-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-impriża kkonċernata opportunità raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti tista' tikkonferma l-miżuri proviżorji li għandhom ikunu validi għal massimu ta' tliet xhur, iżda meta ma jkunux intemmu l-proċeduri ta' infurzar, dawn jistgħu jiġu estiżi għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn tliet xhur.

7.  L-impriżi għandu jkollhom id-dritt għal appell kontra l-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31.

Artikolu 31

Dritt ta' appell

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu netwerks jew ▌servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilitajiet assoċjati li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jkollhom id-dritt li jappellaw kontra dik id-deċiżjoni quddiem korp tal-appell li jkun ▌ indipendenti għalkollox mill-partijiet involuti u ta' kull intervent estern jew pressjoni politika li tista' tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemha. Dan il-korp, li jista' jkun qorti, għandu jkollu l-kompetenza xierqa biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ jitqiesu kif xieraq.

Sa meta jkun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tibqa' tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri proviżorji skont il-liġi nazzjonali.

2.  Fejn il-korp tal-appell imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunx ta' natura ġudizzjarja, għandu xorta waħda jagħti raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont il-każ, id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun soġġetta għar-rieżami minn qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 tat-TFUE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu għall-appell ikun effettiv.

3.  L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġett ġenerali tal-appelli, in-numru tat-talbiet għall-appell, id-durata tal-proċedimenti tal-appell u n-numru tad-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġu konċeduti miżuri proviżorji. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali informazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi, lill-Kummissjoni u lill-BEREC fuq talba motivata minnhom.

TITOLU IV

PROĊEDURI TAS-SUQ INTERN

KAPITOLU I

Artikolu 32

It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni u mal-BEREC, b'mod trasparenti, biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, ta' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, dawn għandhom jaħdmu, b'mod partikolari, mal-Kummissjoni u mal-BEREC biex jidentifikaw l-aktar tipi ta' strumenti u rimedji adattati biex jiġu trattati tipi partikolari ta' sitwazzjonijiet fis-suq.

3.  Għajr meta jkun previst mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet u/jew fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 34, meta titlesta l-konsultazzjoni pubblika, jekk ikun meħtieġ taħt l-Artikolu 23, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tieħu miżura li:

(a)  taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 61, 64, 67, 68 jew 83; u

(b)  tkun taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri,

din għandha tippubblika l-abbozz tal-miżura u tikkomunikah lill-Kummissjoni, lill-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri l-oħra, fl-istess ħin, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għall-miżura, skont l-Artikolu 20(3) ▌. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar dak l-abbozz tal-miżura fi żmien xahar. Dan il-perijodu ta' xahar ma għandux jiġi estiż.

4.  L-abbozz ta' miżura msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jiġi adottat għal xahrejn oħra, fejn dik il-miżura jkollha l-għan li:

(a)  tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk definiti fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1); jew

(b)  tiddeżinja impriża bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma' oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, taħt l-Artikolu 67(3) jew (4);

u tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tqis li l-abbozz tal-miżura jkun joħloq ostaklu għas-suq intern jew għandha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni u b'mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Dak il-perijodu ta' xahrejn ma għandux jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-BEREC u lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra bir-riżervi tagħha f'tali każ u tippubblikahom fl-istess waqt.

5.  Il-BEREC għandu jippubblika opinjoni dwar ir-riżervi tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jinżamm, jew emendat jew irtirat u, fejn xieraq, għandu jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan.

6.  Fi żmien ix-xahrejn imsemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista' jew:

(a)  tieħu deċiżjoni li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz tal-miżura; jew

(b)  tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha msemmija fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC qabel ma tieħu deċiżjoni.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex dan ikun emendat.

7.  Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu li teżiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fejn l-abbozz tal-miżura jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23, u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

8.  L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-kummenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u, ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4 u l-punt (a) tal-paragrafu 6, tista' tadotta l-abbozz tal-miżura li jirriżulta, u għandha, meta tagħmel dan, tikkomunikah lill-Kummissjoni.

9.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

10.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti, permezz ta' deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, din tista' tadotta miżuri proporzjonati u provviżorji minnufih. Din għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien flimkien mar-raġunijiet sħaħ lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, u lill-BEREC. Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirrendi permanenti dawk il-miżuri jew biex testendi l-perijodu li għalih huma applikabbli, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.

11.  Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira abbozz ta' miżura fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 33

Il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji

1.  Fejn miżura maħsuba koperta mill-Artikolu 32(3) ikollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq impriża bl-applikazzjoni tal-Artikolu 61 jew 67 flimkien mal-Artikoli ▌ 69 sa 76 u l-Artikolu 83, il-Kummissjoni tista', fil-perijodu ta' xahar imsemmi mill-Artikolu 32(3), tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC bir-raġunijiet tagħha għalfejn tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq intern jew bid-dubji serji tagħha dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni. F'tali każ, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta' tali notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, wara li tieħu kont bis-sħiħ ta' kull kumment tal-Kummissjoni, tal-BEREC jew ta' kull awtorità regolatorja nazzjonali oħra.

2.  Fi żmien il-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-aktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti.

3.  Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-BEREC għandu ▌ joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, meta jkun xieraq, jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi raġunijiet u tiġi ppubblikata.

4.  Jekk fl-opinjoni tiegħu, il-BEREC jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, dan għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata bil-għan li tiġi identifikata l-aktar miżura xierqa u effettiva. Qabel jintemm il-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' jew:

(a)  temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha billi tieħu kont bis-sħiħ tan-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll tal-opinjoni tal-BEREC; jew

(b)  iżżomm l-abbozz tal-miżura tagħha.

5.  Il-Kummissjoni tista', fi żmien xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, jekk ikun il-każ:

(a)  toħroġ rakkomandazzjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura, inklużi proposti speċifiċi għal dak il-għan, u tipprovdi raġunijiet għar-rakkomandazzjoni tagħha, b'mod partikolari meta l-BEREC ma jkunx jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni;

(b)  tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha indikati skont il-paragrafu 1; jew

(c)  għall-abbozz ta' miżuri li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 61(3) jew taħt l-Artikolu 76(2), tieħu deċiżjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, fejn il-BEREC jikkondividi d-dubji serji tal-Kummissjoni, akkumpanjata minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex ikun emendat l-abbozz tal-miżura, soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(7), li għandha tapplika mutatis mutandis.

6.  Fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 5 jew tneħħi r-riżervi tagħha skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tikkomunika l-miżura finali adottata lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Dak il-perijodu jista' jiġi estiż biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista' twettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23.

7.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura abbażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 5, din għandha tipprovdi raġunijiet.

8.  L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-abbozz tal-miżura proposta f'kull fażi tal-proċedura.

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

Wara konsultazzjoni pubblika u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tkun ħadet kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjonijiet jew linji gwida fir-rigward tal-Artikolu 32 li jistabbilixxu l-forma, il-kontenut u l-livell ta' dettalji li jridu jingħataw fin-notifiki meħtieġa skont l-Artikolu 32(3), iċ-ċirkostanzi meta n-notifiki ma jkunux meħtieġa, u l-kalkolu tal-limiti taż-żmien.

KAPITOLU II

ASSENJAZZJONI KONSISTENTI TAL-ISPEKTRUM TAR-RADJU

Artikolu 35

Proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari

1.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tkun biħsiebha twettaq proċedura ta' għażla skont l-Artikolu 55(2) fir-rigward tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun possibbli l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi ta' broadband bla fili, hija għandha, skont l-Artikolu 23, tinforma lill-RSPG bi kwalunkwe abbozz ta' miżura li jaqa' fl-ambitu tal-proċedura tal-għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55(2), u tindika jekk u meta ser titlob lill-RSPG biex ilaqqa' Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari.

Meta jintalab jagħmel dan, l-RSPG għandu jorganizza Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari biex jiddiskuti u jiskambja l-fehmiet dwar l-abbozzi tal-miżuri trażmessi u għandu jiffaċilita l-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar dawk l-abbozzi ta' miżuri.

Il-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun magħmul mill-membri tal-RSPG u organizzat u ppresedut minn rappreżentant tal-RSPG.

2.   Mhux aktar tard minn waqt il-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont l-Artikolu 23, l-RSPG jista' jieħu, b'mod eċċezzjonali, l-inizjattiva li jlaqqa' Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari skont ir-regoli ta' proċedura biex jorganizzah sabiex jiġu skambjati l-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar l-abbozz tal-miżura relatat ma' proċedura tal-għażla meta jqis li l-abbozz tal-miżura jkun jippreġudika b'mod sinifikanti l-ħila tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta' awtorità kompetenti oħra li tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 3, 45, 46 u 47.

3.  L-RSPG għandu jiddefinixxi minn qabel u jagħmel pubbliċi l-kriterji oġġettivi għat-tlaqqigħ eċċezzjonali tal-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari.

4.  Waqt il-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-abbozz tal-miżura:

(a)  jippromwovi l-iżvilupp tas-suq intern, inkluż il-forniment transfruntier tas-servizzi, kif ukoll il-kompetizzjoni, u jimmassimizza l-benefiċċji għall-konsumatur, u b'mod ġenerali jikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, 45, 46 u 47 ta' din id-Direttiva, kif ukoll id-Deċiżjonijiet Nru 676/2002/KE u Nru 243/2012/UE;

(b)  jiżgura l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju; u

(c)  jiżgura kondizzjonijiet stabbli u prevedibbli ta' investiment għall-utenti eżistenti u prospettivi tal-ispektrum tar-radju meta jiġu skjerati n-netwerks għall-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu fuq l-ispektrum tar-radju.

5.  Il-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni volontarja minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC.

6.  Il-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jitlaqqa' darba biss waqt il-proċess nazzjonali ta' tħejjija u konsultazzjoni ġenerali ta' proċedura tal-għażla unika li tikkonċerna banda waħda tal-ispektrum tar-radju jew aktar, ħlief jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra titlob li jitlaqqa' mill-ġdid.

7.  Fuq talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li talbet il-laqgħa, l-RSPG jista' jadotta rapport dwar kif l-abbozz tal-miżura jilħaq l-għanijiet previsti fil-paragrafu 4, filwaqt li jirrifletti l-fehmiet skambjati fil-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari.

8.  Kull sena fi Frar l-RSPG għandu jippubblika rapport li jikkonċerna l-abbozzi tal-miżuri diskussi skont il-paragrafi 1 u 2. Ir-rapport għandu jindika l-esperjenzi u l-aħjar prattiki nnutati.

9.  Wara l-Forum ta' Evalwazzjoni bejn il-Pari, fuq talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li talbet l-laqgħa, l-RSPG jista' jadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-miżura.

Artikolu 36

Assenjazzjoni armonizzata ta' spektrum tar-radju

Fejn l-użu ta' spektrum tar-radju jkun ġie armonizzat, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri tal-aċċess jkunu ġew miftiehma, u l-impriżi li lilhom għandu jiġi assenjat l-ispektrum tar-radju ikunu ntgħażlu skont ftehimiet internazzjonali u r-regoli tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu d-dritt ta' użu ta' dan l-ispektrum tar-radju skont dan. Sakemm il-kondizzjonijiet nazzjonali kollha marbuta mad-dritt ta' użu tal-ispektrum tar-radju konċernati jkunu ġew sodisfatti fil-każ ta' proċedura ta' għażla komuni, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi kondizzjonijiet, kriterji addizzjonali jew proċeduri oħra li jirrestrinġu, ibiddlu jew idewmu l-implimentazzjoni korretta tal-assenjazzjoni komuni ta' dak l-ispektrum tar-radju.

Artikolu 37

Proċess ta' awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

Żewġ Stati Membri jew iżjed jistgħu jikkooperaw ma' xulxin u mal-RSPG filwaqt li jqisu kwalunkwe interess espress mill-parteċipanti tas-suq, billi b'mod konġunt jistabbilixxu l-aspetti komuni ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni u, fejn jixraq, b'mod konġunt ukoll imexxu l-proċedura tal-għażla biex jingħataw id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju. ▌

Fit-tfassil tal-proċess ta' awtorizzazzjoni konġunta, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-kriterji li ġejjin:

(a)  il-proċessi individwali ta' awtorizzazzjoni nazzjonali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti skont skeda maqbula b'mod konġunt;

(b)  għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u għall-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati;

(c)  għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet komuni jew paragunabbli li jridu jinhemżu mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati, fost l-oħrajn biex l-utenti jitħallew jiġu assenjati blokok simili tal-ispektrum tar-radju;

(d)  għandu jkun miftuħ fi kwalunkwe żmien għal Stati Membri oħra sa meta l-proċess ta' awtorizzazzjoni konġunta jkun sar.

Fejn, minkejja l-interess espress minn parteċipanti fis-suq, l-Istati Membri ma jaġixxux b'mod konġunt, huma għandhom jinformaw lil dawk il-parteċipanti fis-suq bir-raġunijiet li jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom.

KAPITOLU III

PROĊEDURI TA' ARMONIZZAZZJONI

Artikolu 38

Proċeduri ta' armonizzazzjoni

1.  Fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni tista', wara li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, jew tal-RSPG fejn rilevanti, tadotta rakkomandazzjonijiet jew, soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, deċiżjonijiet, permezz ta' atti ta' implementazzjoni, biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva u sabiex ikomplu jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu kont bis-sħiħ tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.

3.  Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu biss l-identifikazzjoni ta' approċċ armonizzat jew ikkoordinat bl-iskop li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)  l-implimentazzjoni inkonsistenti ta' approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 64 u 67, meta dan joħloq ostaklu għas-suq intern; tali deċiżjonijiet ma għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 32; f'tali każ, il-Kummissjoni ma għandhiex tipproponi abbozz ta' deċiżjoni ħlief:

(i)  wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni, u

(ii)  wara li tkun ħadet kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta' tali deċiżjoni, li għandha tkun pprovduta mill-BEREC fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni;

(b)  in-numerazzjoni, inkluż il-firxiet tan-numri, il-portabilità tan-numri u tal-elementi ta' identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112".

4.  L-atti ta' implementazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

5.  Il-BEREC jista', fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.

6.  Jekk il-Kummissjoni ma tkunx adottat la rakkommandazzjoni u lanqas deċiżjoni fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni ta' opinjoni mill-BEREC li tindika l-eżistenza ta' diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva li jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, hija għandha tinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill bir-raġunijiet talli m'għamlitx hekk, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.

Fejn il-Kummissjoni tkun adottat rakkommandazzjoni skont il-paragrafu 1, iżda l-implimentazzjoni inkonsistenti li qed toħloq ostakli għas-suq intern tippersisti għal sentejn mill-adozzjoni, il-Kummissjoni għandha, soġġett għall-paragrafu 3, tadotta deċiżjoni permezz ta' atti ta' implementazzjoni skont il-paragrafu 4.

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fi żmien sena ulterjuri minn kwalunkwe rakkommandazzjoni adottata skont it-tieni subparagrafu, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bir-raġunijiet għalfejn m'għamlitx hekk, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.

Artikolu 39

Standardizzazzjoni

1.  Il-Kummissjoni ▌ għandha tħejji u tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet mhux obbligatorji biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva (UE) 2015/1535, li l-istandards imħejjija mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec), u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)).

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-provvista ta' servizzi, interfaċċi tekniċi jew funzjonijiet tan-netwerks, sa fejn strettament meħtieġ biex tiġi żgurata interoperabilità tas-servizzi, konnettività minn tarf sa tarf, faċilitazzjoni ta' bdil ta' fornituri u portabilità tan-numri u identifikaturi, u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

Fejn ma jkunux ġew pubblikati standards jew speċifikazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

Fin-nuqqas ta' tali standards jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni li jużawhom, jew il-partijiet rilevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew partijiet rilevanti jkunu ineffettivi.

Kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew f'dan il-paragrafu ma għandhomx jimpedixxu l-aċċess kif ikun meħtieġ taħt din id-Direttiva, meta dan ikun fattibbli.

3.  Jekk l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati sabiex l-interoperabilità tas-servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista' tiġi żgurata, l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet tista' ssir obbligatorja taħt il-proċedura stipulata fil-paragrafu 4, sa fejn strettament meħtieġ biex tiġi żgurata dik l-interoperabilità u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

4.  Fejn il-Kummissjoni tkun biħsiebha tagħmel l-implimentazzjoni ta' ċerti standards jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta' servizzi armonizzati ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha tneħħihom mil-lista ta' standards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

6.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 m'għadhomx jikkontribwixxu għall-provvista ta' servizzi armonizzati ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma għadhomx aktar jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, hija għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

7.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

8.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta' xi wieħed mir-rekwiżiti essenzjali, speċifikazzjonijiet ta' interfaċċja jew standards armonizzati li għalihom tapplika d-Direttiva 2014/53/UE.

TITOLU V

SIGURTÀ ▌

Artikolu 40

Is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati u proporzjonati sabiex jimmaniġġaw adegwatament ir-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi. Filwaqt li titqies it-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B'mod partikolari, il-miżuri, inkluż il-kriptaġġ fejn ikun adatt, għandhom jittieħdu biex jevitaw u jimminimizzaw l-impatt tal-inċidenti ta' sigurtà fuq l-utenti u fuq netwerks oħra u servizzi .

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ("ENISA") għandha tiffaċilita, skont ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47), il-koordinazzjoni tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu riskji għas-sigurtà u ostakli għas-suq intern.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw mingħajr dewmien mhux dovut lill-awtorità kompetenti ▌ l-inċident tas-sigurtà li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi.

Sabiex jiġi determinat id-daqs tal-impatt ta' inċident ta' sigurtà, fejn disponibbli għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari l-parametri li ġejjin:

(a)  in-numru ta' utenti affettwati mill-inċident ta' sigurtà;

(b)  it-tul tal-inċident ta' sigurtà;

(c)  il-firxa ġeografika taż-żona affettwata mill-inċident ta' sigurtà;

(d)  kemm ġie affettwat il-funzjonament tan-netwerk jew tas-servizz;

(e)  kemm l-impatt jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà.

Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-ENISA. L-awtorità kompetenti konċernata tista' tgħarraf lill-pubbliku jew titlob lill-fornituri kkonċernati biex jagħmlu dan, fejn tistabbilixxi li jkun fl-interess pubbliku li l-inċident ta' sigurtà ikun żvelat.

Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti konċernata għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni u lill-ENISA dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skont dan il-paragrafu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' theddida partikolari u sinifikanti ta' inċident tas-sigurtà f'netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f'servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, il-fornituri ta' tali netwerks jew servizzi għandhom jinfurmaw lill-utenti potenzjalment affettwati minn tali theddida b'kull miżura protettiva possibbli jew rimedji li jistgħu jittieħdu mill-utenti. Fejn adatt, il-fornituri għandhom ukoll jinfurmaw lill-utenti tagħhom bit-theddida nfisha.

4.  L-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.

5.  Il-Kummissjoni, b'kont meħud bis-sħiħ tal-opinjoni tal-ENISA, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddettaljaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika skont il-paragrafu 2. Huma għandhom ikunu bbażati kemm jista' jkun fuq standards Ewropej u internazzjonali, u ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex isegwu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Artikolu 41

Implimentazzjoni u infurzar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jimplimentaw l-Artikolu 40, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet vinkolanti, inkluż dawk dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi rremedjat inċident tas-sigurtà jew għall-prevenzjoni li jseħħ inċident meta tkun ġiet identifikata theddida sinifikanti u l-limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni, lill-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-fornituri ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku biex:

(a)  jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà ▌ tas-servizzi u n-netwerks tagħhom, inkluż id-dokumenti dwar il-politika ta' sigurtà; u

(b)  jikkontribwixxu għal verifika tas-sigurtà mwettqa minn korp indipendenti kwalifikat jew awtorità kompetenti u tagħmel ir-riżultati ta' din disponibbli lill-awtorità kompetenti; l-ispiża tal-verifika għandha titħallas mill-fornitur.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta' nuqqas ta' konformità u l-effetti tagħhom fuq is-sigurtà u tan-netwerks u s-servizzi.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jimplimentaw l-Artikolu 40, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jiksbu l-assistenza ta' Skwadra ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters ("CSIRT") deżinjata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1148 fir-rigward ta' kwistjonijiet li jkunu parti mill-kompiti tas-CSIRTs skont il-punt 2 tal-Anness I ta' dik id-Direttiva.

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn ikun xieraq u skont il-liġi nazzjonali, jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi, mal-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data.

PARTI II

NETWERKS

TITOLU I

DĦUL U INTRODUZZJONI FIS-SUQ

KAPITOLU I

TARIFFI

Artikolu 42

Tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti timponi tariffi għad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju jew drittijiet li jiġu installati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jintużaw għall-forniment ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati li jiżguraw l-aqwa użu ta' dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi jkunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-għanijiet ġenerali ta' din id-Direttiva.

2.  Fir-rigward tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li t-tariffi applikabbli jkunu stabbiliti f'livell li jiżgura l-assenjazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi:

(a)  jistabbilixxu prezzijiet ta' riżerva bħala tariffi minimi għad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju billi jqisu l-valur ta' dawk id-drittijiet fl-użi alternattivi possibbli tagħhom;

(b)  iqisu l-ispejjeż involuti bil-kondizzjonijiet mehmuża ma' dawk id-drittijiet; u

(c)  japplikaw, sa fejn hu l-aktar possibbli, arranġamenti tal-ħlas marbuta mad-disponibbiltà reali tal-użu tal-ispektrum tar-radju.

KAPITOLU II

AĊĊESS GĦALL-ART

Artikolu 43

Dritt ta' aċċess

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità kompetenti tqis applikazzjoni għall-għoti ta' drittijiet:

–  biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma' jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew

–  biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma' jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,

dik l-awtorità kompetenti:

(a)  taġixxi abbażi ta' proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief fil-każ ta' esproprjazzjoni, u

(b)  issegwi l-prinċipji ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma' dawk id-drittijiet.

Il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jvarjaw skont jekk l-applikant jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew le.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu l-proprjetà jew kontroll ta' impriżi li jipprovdu netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliċi jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, ikun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.

Artikolu 44

Il-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta' elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  Fejn operatur ikun eżerċita d-dritt taħt il-liġi nazzjonali li jinstalla faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, jew inkella fuqha jew taħtha, jew ikun ħa vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew għall-użu ta' proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti ▌ jistgħu jimponu l-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi tan-netwerk u tal-faċilitajiet assoċjati li jkunu installati fuq dik il-bażi, sabiex jipproteġu l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u tal-irħula.

Il-kolokalizzazzjoni jew il-kondiviżjoni ta' elementi tan-netwerk u ta' faċilitajiet li jkunu installati u l-kondiviżjoni tal-proprjetà jistgħu jiġu imposti biss wara perijodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw opportunità jesprimu fehmiethom, u jistgħu jiġu imposti biss fiż-żoni speċifiċi li fihom din il-kondiviżjoni titqies neċessarja bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-ewwel subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta' faċilitajiet jew ta' proprjetà bħal dawn, inkluż art, bini, entrati tal-bini, wajers tal-bini, arbli, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta' appoġġ, tubi, kondjuwits, tappieri, armadji jew miżuri li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. Fejn neċessarju, Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità regolatorja nazzjonali jew kompetenti oħra għal xi wieħed jew aktar mill-kompiti li ġejjin:

(a)  biex tikkoordina l-proċess previst f'dan l-Artikolu,

(b)  biex taġixxi bħala punt uniku ta' informazzjoni,

(c)  biex tistabbilixxi regoli dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà u tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi.

2.  Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun rilevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

KAPITOLU III

AĊĊESS GĦALL-ISPEKTRUM TAR-RADJU

Taqsima 1

Awtorizzazzjonijiet

Artikolu 45

Il-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju

1.  B'kont debitu meħud tal-fatt li l-ispektrum tar-radju huwa beni pubbliku li għandu valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-territorju tagħhom skont l-Artikoli 3 u 4. Huma għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni, il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali, u l-għoti ta' drittijiet individwali, ta' użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minn awtoritajiet kompetenti jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, li jiffavorixxu l-kompetittività, nondiskriminatorji u proporzjonati.

Bl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali rilevanti, inkluż ir-Regolamenti tal-ITU tar-Radju u ftehimiet oħra adottati fil-qafas tal-ITU applikabbli għall-ispektrum tar-radju, bħall-ftehim milħuq fil-Konferenza Reġjonali dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2006, u jkunu jistgħu jqisu l-konsiderazzjonijiet tal-politika pubblika.

2.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju minn netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mal-Unjoni kollha, b'konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu fi tfittxija għal benefiċċji għall-konsumatur bħal kompetizzjoni, ekonomiji ta' skala u interoperabbiltà ta' netwerks u servizzi. Waqt li jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, fost l-oħrajn billi:

(a)  jippruvaw jiksbu kopertura broadband bla fili tat-territorju nazzjonali u tal-popolazzjoni tagħhom ta' kwalità u ta' veloċità għolja, kif ukoll kopertura tar-rotot tat-trasport nazzjonali u Ewropej ewlenin, inkluż in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(48);

(b)  jiffaċilitaw l-iżvilupp rapidu fl-Unjoni ta' teknoloġiji u ta' applikazzjonijiet ġodda ta' komunikazzjonijiet bla fil, inkluż meta jkun xieraq, f'approċċ transsettorjali;

(c)  jiżguraw il-prevedibbiltà u l-konsistenza fl-għoti, it-tiġdid, l-emendar, il-limitazzjoni u l-irtirar tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju sabiex jiġu promossi investimenti fit-tul;

(d)  jiżguraw, skont l-Artikoli 28 u 46 rispettivament, il-prevenzjoni ta' interferenza transfruntiera jew nazzjonali li tkun dannuża, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa u ta' rimedju għal dak l-iskop;

(e)  jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju bejn użi simili jew differenti tal-ispektrum tar-radju ▌ skont id-dritt tal-kompetizzjoni;

(f)  japplikaw l-iżjed sistema xierqa u l-inqas sistema oneruża ta' awtorizzazzjoni possibbli skont l-Artikolu 46 b'tali mod li jiġu mmassimizzati l-flessibbiltà, il-kondiviżjoni u l-effiċjenza fl-użu tal-ispektrum tar-radju;

(g)  japplikaw regoli għall-għoti, għat-trasferiment, għat-tiġdid, għall-modifikazzjoni u għall-irtirar tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju li jkunu stabbiliti ▌ b'mod ċar u trasparenti sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza, il-konsistenza u l-prevedibbiltà regolatorji;

(h)  jippruvaw jiksbu konsistenza u prevedibbiltà fl-Unjoni kollha rigward il-mod kif l-użu tal-ispektrum tar-radju jiġi awtorizzat biex tiġi protetta s-saħħa pubblika b'kont meħud tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, u fil-kuntest tal-iżvilupp ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika għal banda tal-ispektrum tar-radju taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni tista' titlob lill-RSPG joħroġ opinjoni li tirrakkomanda l-aktar reġimi adatti ta' awtorizzazzjoni għall-użu tal-ispektrum tar-radju f'dik il-banda jew f'partijiet minnha. Fejn xieraq u filwaqt li jieħu kont bis-sħiħ ta' dik l-opinjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjoni bil-ħsieb li jiġi promoss approċċ konsistenti fl-Unjoni fir-rigward tar-reġimi ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' dik il-banda.

Fejn il-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra l-adozzjoni ta' miżuri skont l-Artikolu 39 (1), (4), (5) u (6), hija tista' titlob l-opinjoni tal-RSPG fir-rigward tal-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni bħal din għall-koordinazzjoni, għall-armonizzazzjoni u għad-disponibbiltà tal-ispektrum tar-radju. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-RSPG meta tieħu kwalunkwe pass sussegwenti.

3.  Fil-każ ta' nuqqas ta' domanda nazzjonali jew reġjonali tas-suq għall-użu ta' banda fl-ispektrum armonizzat tar-radju, l-Istati Membri jistgħu jippermettu użu alternattiv ta' dik il-banda kollha jew ta' parti minnha, inkluż l-użu eżistenti, skont il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, dment li:

(a)  il-kostatazzjoni ta' nuqqas ta' domanda tas-suq għall-użu ta' tali banda atkun ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23, inkluża valutazzjoni li tħares 'il quddiem tad-domanda tas-suq;

(b)  tali użu alternattiv ma jimpedixxix jew ixekkel id-disponibbiltà jew l-użu ta' tali banda fi Stati Membri oħra; u

(c)  l-Istat Membru kkonċernat iqis kif dovut id-disponibbiltà jew l-użu fit-tul ta' tali banda fl-Unjoni u l-ekonomiji ta' skala għat-tagħmir li jirriżultaw mill-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju fl-Unjoni.

Kwalunkwe deċiżjoni biex ikun permess l-użu alternattiv ▌fuq bażi eċċezzjonali għandha tkun soġġetta għal rieżami regolari ▌ u għandha fi kwalunkwe każ tkun rieżaminata minnufih fuq talba debitament ġustifikata minn utent prospettiv lill-awtorità kompetenti għall-użu tal-banda skont il-miżura ta' implimentazzjoni teknika. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni meħuda, flimkien mar-raġunijiet għaliha, kif ukoll bl-eżitu ta' kwalunkwe rieżami.

4.  Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' teknoloġija użati għall-forniment ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu jistgħu jintużaw fl-ispektrum tar-radju ddikjarat disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan ta' Allokazzjoni ta' Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u nondiskriminatorji fuq it-tipi ta' teknoloġija tan-netwerk tar-radju jew tal-aċċess bla fili użati għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn dan ikun iġġustifikat biex:

(a)  tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara;

(b)  titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi , filwaqt li jittieħed kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE;

(c)  tiġi żgurata kwalità teknika ta' servizz;

(d)  tiġi żgurata l-massimizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju ▌;

(e)  ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju; jew

(f)  jiġi żgurat li jinkiseb għan ta' interess ġenerali taħt il-paragrafu 5.

5.  Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jkunu provduti fl-ispektrum tar-radju ddikjarat disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan ta' Allokazzjoni ta' Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u nondiskriminatorji fuq it-tipi ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ser ikunu pprovduti, inkluż, fejn hu meħtieġ, biex jiġi sodisfatt rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-ITU dwar ir-Radju.

Miżuri li jeħtieġu li jiġi provdut servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'banda speċifika disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikun ġustifikati sabiex jiġi żgurat l-adempiment ta' objettiv ta' interess ġenerali kif stabbilit mill-Istati Membri taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż iżda mhux limitat għal:

(a)  sikurezza tal-ħajja;

(b)  il-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali;

(c)  l-evitar ta' użu ineffiċjenti tal-ispektrum tar-radju; jew

(d)  il-promozzjoni ta' diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-media, pereżempju ▌ il-forniment ta' servizzi ta' xandir bir-radju u t-televiżjoni.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta' kull servizz ieħor ta' komunikazzjonijiet elettroniċi f'medda speċifika tista' tiġi prevista biss fejn tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti s-servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu, b'mod eċċezzjonali, jestendu wkoll tali miżura sabiex jissodisfaw għanjiet ta' interess ġenerali oħrajn kif stabbiliti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.

6.  L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, u għandhom jagħmlu pubbliċi r-riżultati ta' dawk ir-rieżamijiet.

7.  Ir-restrizzjonijiet stabbiliti qabel il-25 ta' Mejju 2011 għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Artikolu 46

Awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju

1.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-użu ta' spektrum, inkluż l-użu kondiviż, tar-radju taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali u jillimitaw l-għoti tad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju għal sitwazzjonijiet fejn tali drittijiet huma neċessarji biex jimmassimizzaw l-użu effiċjenti fid-dawl tad-domanda u fil-waqt li jieħdu kont tal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu. Fil-każijiet kollha l-oħra, dawn għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu tal-ispektrum tar-radju f'awtorizzazzjoni ġenerali.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq ir-reġim l-aktar xieraq għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju, filwaqt li jieħdu kont ta':

(a)  il-karatteristiċi speċifiċi tal-ispektrum tar-radju kkonċernat;

(b)  il-bżonn ta' protezzjoni kontra l-interferenza dannuża;

(c)  l-iżvilupp ta' kondizzjonijiet affidabbli għall-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju, fejn xieraq;

(d)  il-ħtieġa li tkun żgurata l-kwalità teknika tal-komunikazzjonijiet jew tas-servizz;

(e)  għanijiet ta' interess ġenerali kif stabbiliti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(f)  il-ħtieġa li jkun salvagwardat l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju.

Meta jkunu qed jikkunsidraw jekk joħorġux awtorizzazzjonijiet ġenerali jew jekk jagħtux drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju, filwaqt li jqisu l-miżuri ta' implimentazzjoni teknika adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jimminimizzaw il-problemi ta' interferenza dannuża, inkluż f'każijiet ta' użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju abbażi ta' taħlita ta' awtorizzazzjoni ġenerali u drittijiet individwali tal-użu. ▌

Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li jawtorizzaw l-użu tal-ispektrum tar-radju abbażi ta' taħlita ta' awtorizzazzjoni ġenerali u ta' drittijiet individwali tal-użu, b'kont meħud tal-effetti probabbli ta' taħlitiet differenti ta' awtorizzazzjoni ġenerali u ta' drittijiet individwali tal-użu u ta' trasferimenti gradwali minn kategorija għall-oħra fuq il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u d-dħul fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jippruvaw jimminimizzaw ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju billi jieħdu kont xieraq ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-ġestjoni ta' interferenza dannuża sabiex jiġi impost l-inqas reġim ta' awtorizzazzjoni oneruż possibbli.

2.  Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li ▌ l-kondizzjonijiet tal-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju jkunu stabbiliti b'mod ċar ▌ . Tali kondizzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.

Artikolu 47

Kondizzjonijiet marbutin ma' drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorbtu kondizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 13(1) b'tali mod li jiżguraw l-użu ottimali u l-aktar effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju ▌. Dawn għandhom, qabel l-assenjazzjoni jew it-tiġdid ta' tali drittijiet, jistabbilixxu b'mod ċar kwalunkwe tali kondizzjoni, inkluż il-livell ta' użu meħtieġ u l-possibbiltà ta' kummerċ jew ta' leasing sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dawk il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 30. Il-kondizzjonijiet marbuta mat-tiġdid tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju ma għandhomx jipprovdu vantaġġi indebiti lid-detenturi eżistenti ta' dawk id-drittijiet.

Tali kondizzjonijiet għandhom jispeċifikaw il-parametri applikabbli, inkluża kwalunkwe skadenza għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' użu, li f'każ li ma jiġux sodisfatti jagħtu d-dritt lill-awtorità kompetenti biex tirtira d-dritt ta' użu jew timponi miżuri oħra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-ħin u b'mod trasparenti, jikkonsultaw u jinfurmaw lill-partijiet interessati dwar il-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali tal-użu ▌ qabel ma dawn jiġu imposti. Għandhom jiddeterminaw bil-quddiem il-kriterji għall-valutazzjoni tal-adempiment ta' dawk il-kondizzjonijiet u għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati b'mod trasparenti.

2.  Meta jorbtu kondizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju jew il-promozzjoni tal-kopertura, jipprevedu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(a)  il-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva jew attiva li tiddependi fuq l-ispektrum tar-radju, jew il-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju,

(b)  kif ukoll ftehimiet kummerċjali ta' aċċess għal roaming, jew

(c)  il-varar, b'mod konġunt, ta' infrastrutturi għall-forniment ta' netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu l-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju fil-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju. L-implimentazzjoni mill-impriżi ta' kondizzjonijiet marbuta skont dan il-paragrafu għandhom jibqgħu soġġetti għad-dritt tal-kompetizzjoni.

Taqsima 2

Drittijiet ta' użu

Artikolu 48

L-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

1.  Fejn ikun meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, meta mitluba, lil kull impriża għall-forniment ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 12, soġġett għall-Artikolu 13, għall-punt (c) tal-Artikolu 21(1) u għall-Artikolu 55, u għal kwalunkwe regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi f'konformità ma' din id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għal kriterji u proċeduri speċifiċi adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju lil fornituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali skont il-liġi tal-Unjoni, id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, uskont l-Artikolu 45.

3.  Tista' tapplika eċċezzjoni għar-rekwiżit ta' proċeduri miftuħa fejn l-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju lill-fornituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta' interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għal drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla skont kriterji ta' eliġibbiltà oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji li jiġu stabbiliti minn qabel u li jirriflettu l-kondizzjonijiet li jridu jiġu marbuta ma' dawn id-drittijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-informazzjoni neċessarja kollha mill-applikanti biex jivvalutaw, abbażi ta' dawk il-kriterji, il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw ma' dawk il-kondizzjonijiet. Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li applikant ma għandux l-abilità meħtieġa, din għandha tagħti deċiżjoni motivata b'mod xieraq għal dan.

5.  Meta jagħtu drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti jew leased mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet. L-Artikoli 45 u 51 għandhom japplikaw.

6.  L-awtorità kompetenti għandha tieħu, tikkomunika u tagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju malajr kemm jista' jkun wara r-riċezzjoni tal-applikazzjoni kompluta u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ ta' spektrum tar-radju dikjarat disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan Nazzjonali ta' Allokazzjoni tal-Frekwenzi. Dak il-limitu ta' żmien għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(7) u għal kwalunkwe ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju jew ta' pożizzjonijiet orbitali.

Artikolu 49

Id-durata tad-drittijiet

1.  Fejn Stati Membri jawtorizzaw l-użu tal-ispektrum tar-radju permezz ta' drittijiet individwali tal-użu għal perijodu limitat, dawn għandhom jiżguraw li d-dritt tal-użu jingħata għal perijodu li hu adatt fid-dawl tal-għanijiet segwiti skont l-Artikolu 55(2), b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kompetizzjoni, kif ukoll, b'mod partikolari, l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, u li jiġu promossi l-innovazzjoni u investimenti effiċjenti, inkluż billi jingħata lok għal perijodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta' investiment.

2.  Fejn l-Istati Membri jagħtu drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju li għalihom ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE biex ikun possibbli l-użu ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ta' broadband bla fili ("servizzi ta' broadband bla fili") għal perijodu limitat, huma għandhom jiżguraw prevedibbiltà regolatorja għad-detenturi tad-drittijiet għal mill-inqas 20 sena fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' investiment f'infrastruttura li tiddependi fuq l-użu ta' tali spektrum tar-radju, b'kont meħud tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu huwa soġġett, fejn rilevanti, għal kwalunkwe modifika tal-kondizzjonijiet marbuta ma' dawk id-drittijiet għall-użu skont l-Artikolu 18.

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali drittijiet ikunu validi għal perijodu ta' mill-inqas 15-il sena u jinkludu, fejn meħtieġ għall-konformità mal-ewwel subparagrafu, estensjoni adegwata tiegħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-kriterji ġenerali għal estensjoni tad-durata tad-drittijiet ta' użu, b'mod trasparenti, għall-partijiet interessati kollha qabel ma jagħtu drittijiet ta' użu, bħala parti mill-kondizzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 55(3) u (6). Tali kriterji ġenerali għandhom jikkonċernaw:

(a)  il-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju kkonċernat, l-għanijiet segwiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45(2), jew il-ħtieġa li jiġu sodisfatti għanijiet ta' interess ġenerali relatati mas-sikurezza tal-ħajja, l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew id-difiża; u

(b)  il-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni.

Mhux aktar tard minn sentejn qabel jiskadi l-perijodu ta' żmien inizjali ta' dritt individwali ta' użu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni oġġettiva u li tħares 'il quddiem tal-kriterji ġenerali stipulati għal estensjoni tad-durata ta' dak id-dritt tal-użu fid-dawl tal-punt (c) tal-Artikolu 45(2). Dment li l-awtorità kompetenti ma bdietx azzjoni ta' infurzar għan-nonkonformità mal-kondizzjonijiet tad-drittijiet ta' użu skont l-Artikolu 30, hija għandha tagħti estensjoni tad-durata tad-dritt tal-użu ħlief jekk tikkonkludi li tali estensjoni ma tkunx tikkonforma mal-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-dritt dwar jekk għandhiex tingħata l-estensjoni tad-durata tad-dritt tal-użu jew le.

Jekk ma tistax tingħata tali estensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-Artikolu 48 għall-għoti ta' drittijiet ta' użu għal dik il-banda speċifika tal-ispektrum tar-radju.

Kwalunkwe miżura taħt dan il-paragrafu għandha tkun proporzjonata, nondiskriminatorja, trasparenti u motivata.

B'deroga mill-Artikolu 23, il-partijiet interessati għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kwalunkwe abbozz ta' miżura skont it-tielet u r-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal perijodu ta' mill-inqas tliet xhur.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 19 u 30.

Meta jistabbilixxu t-tariffi għad-dritt ta' użu, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-mekkaniżmu previst taħt dan il-paragrafu.

3.  Fejn ikun debitament iġġustifikat , l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fil-każijiet li ġejjin:

(a)  f'żoni ġeografikament limitati fejn l-aċċess għal netwerks b'veloċità għolja huwa skars ħafna jew nieqes u dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 45(2);

(b)  għal proġetti speċifiċi ta' terminu qasir;

(c)  għal użu sperimentali;

(d)  għal użi tal-ispektrum tar-radju li, skont l-Artikolu 45(4) u (5), li jistgħu jikkoeżistu ma' servizzi ta' broadband bla fili; jew

(e)  għal użu alternattiv tal-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 45(3).

4.  L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw id-durata tad-drittijiet ta' użu stabbiliti f'dan l-Artikolu biex tiġi żgurata l-iskadenza simultanja tad-durata tad-drittijiet f'banda waħda jew aktar.

Artikolu 50

It-tiġdid ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju fil-ħin qabel l-iskadenza tad-durata ta' dawk id-drittijiet, ħlief għal-liċenzji fejn, fil-mument tal-assenjazzjoni, il-possibbiltà ta' tiġdid tkun ġiet espliċitament eskluża. Għal dak l-iskop, dawk l-awtoritajiet għandhom jivvalutaw il-ħtieġa ta' tali tiġdid ▌ fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tad-detentur tad-dritt, u f'dan il-każ tal-aħħar mhux iżjed kmieni minn ħames snin qabel l-iskadenza tad-durata tad-drittijiet ikkonċernati. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-klawsoli ta' tiġdid applikabbli għad-drittijiet eżistenti.

2.  Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fost l-oħrajn:

(a)  it-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 45(2) u l-Artikolu 48(2), kif ukoll tal-għanijiet ta' politika pubblika skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)  l-implimentazzjoni ta' miżura ta' implimentazzjoni teknika adottata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;

(c)  ir-rieżami tal-implimentazzjoni xierqa tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ikkonċernat;

(d)  il-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni jew tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tiegħu skont l-Artikolu 52;

(e)  il-ħtieġa li l-użu tal-ispektrum tar-radju jsir iktar effiċjenti fid-dawl tal-evoluzzjoni teknoloġika jew tas-suq;

(f)  il-ħtieġa li jiġi evitat tfixkil gravi fis-servizz.

3.  Meta jikkunsidraw it-tiġdid possibbli tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju li għalihom l-għadd ta' drittijiet ta' użu jkun limitat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja ▌, u għandhom, fost l-oħrajn:

(a)  jagħtu lill-partijiet interessati kollha ▌ l-opportunità li jesprimu fehmiethom permezz ta' konsultazzjoni pubblika f'konformità mal-Artikolu 23; u

(b)  jiddikjaraw b'mod ċar ir-raġunijiet għal tali tiġdid possibbli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandhom iqisu kwalunkwe evidenza li tirriżulta mill-konsultazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ▌ta' dan il-paragrafu tad-domanda tas-suq minn impriżi oħra apparti dawk li jkollhom id-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju fil-banda kkonċernata meta tiddeċiedi jekk iġġeddidx id-drittijiet ta' użu jew torganizzax proċedura ta' għażla ġdida sabiex tagħti d-drittijiet ta' użu skont l-Artikolu 55.

4.  Deċiżjoni li ġġedded id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju tista' tiġi akkumpanjata minn rieżami tat-tariffi kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet l-oħrajn marbuta magħha. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jaġġustaw it-tariffi tad-drittijiet ta' użu skont l-Artikolu 42.

Artikolu 51

Trasferiment jew lease ta' drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jistgħu jittrasferixxu jew jagħtu b'lease lil impriżi oħra drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju ▌.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw ▌ li dan il-paragrafu ma japplikax fejn id-dritt individwali tal-impriża tal-użu għall-ispektrum tar-radju kien inizjalment mogħti bla ħlas jew assenjat għax-xandir.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni ta' impriża li tittrasferixxi jew tagħti b'lease drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju, kif ukoll it-trasferiment effettiv tagħhom tkun innotifikata skont proċeduri nazzjonali lill-awtorità ▌kompetenti ▌u tkun ippubblikata. Fil-każ ta' spektrum armonizzat tar-radju, kwalunkwe tali trasferiment għandu jkun konformi ma' talidużu armonizzat.

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew il-lease ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju fejn jinżammu l-kondizzjonijiet oriġinali marbuta mad-drittijiet ta' użu. Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat in-nuqqas ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari skont l-Artikolu 52, l-Istati Membri għandhom:

(a)  jissottomettu t-trasferimenti u l-leases għall-proċedura li tkun l-inqas oneruża possibbli;

(b)  ma jirrifjutawx il-lease ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju fejn il-lokatur jimpenja ruħu li jibqa' responsabbli għall-adempiment tal-kondizzjonijiet oriġinali marbuta mad-drittijiet ta' użu;

(c)  ma jirrifjutawx it-trasferiment ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju sakemm ma jkunx hemm riskju ċar li d-detentur il-ġdid ma jkunx jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet oriġinali tad-dritt ta' użu ▌;

Kwalunkwe ħlas amministrattiv impost fuq l-impriżi b'konnessjoni mal-ipproċessar ta' applikazzjoni għat-trasferiment jew il-lease ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju għandu jikkonforma mal-Artikolu 16.

Il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu huma mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jinfurzaw il-konformità mal-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta' użu fi kwalunkwe żmien, kemm fir-rigward tal-lokatur kif ukoll tal-lokatarju, skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffaċilitaw it-trasferiment jew il-lease ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju billi jagħtu kunsiderazzjoni f'waqtha lil kwalunkwe talba biex jiġu adattati l-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt u billi jiġi żgurat li dawk id-drittijiet jew l-ispektrum tar-radju jkunu jistgħu jinqasmu jew jiġu diżaggregati bl-aqwa mod possibbli.

Fid-dawl ta' kwalunkwe trasferiment jew lease ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu d-dettalji rilevanti relatati mad-drittijiet individwali kummerċjabbli f'format elettroniku standardizzat biex ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom iżommu dawk id-dettalji sakemm jibqgħu jeżistu d-drittijiet.

▌Il-Kummissjoni tista' tadotta ▌ atti ta' implimentazzjoni biex jiġu speċifikati dawk id-dettalji rilevanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Artikolu 52

Kompetizzjoni

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern meta jiddeċiedu li jagħtu, jemendaw jew iġeddu drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f'konformità ma' din id-Direttiva.

2.  Meta l-Istati Membri jagħtu, jemendaw jew iġeddu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tagħhom, fuq parir ipprovdut minn awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jieħdu miżuri xierqa bħal:

(a)  jillimitaw l-ammont ta' baned tal-ispektrum tar-radju li għalih jingħataw drittijiet ta' użu lil kwalunkwe impriża, jew f'ċirkustanzi ġustifikati, jorbtu kondizzjonijiet ma' tali drittijiet ta' użu, bħall-forniment ta' aċċess għall-operaturi, ir-roaming nazzjonali jew reġjonali, f'ċerti baned jew f'ċerti gruppi ta' baned b'karatteristiċi simili;

(b)  jirriżervaw, jekk ikun adatt u ġustifikat fir-rigward ta' sitwazzjoni speċifika fis-suq nazzjonali, ċerta parti minn banda jew grupp ta' baned tal-ispektrum tar-radju għall-assenjazzjoni lil impriżi ġodda fis-suq;

(c)  jirrifjutaw li jagħtu drittijiet ġodda tal-użu tal-ispektrum tar-radju jew jippermettu użi ġodda tal-ispektrum tar-radju f'ċerti baned, jew jorbtu kondizzjonijiet mal-għoti ta' drittijiet tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju jew mal-awtorizzazzjoni tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjazzjoni, trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet ta' użu;

(d)  jinkludu kondizzjonijiet li jipprojbixxu jew jimponu kondizzjonijiet fuq trasferimenti ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-fużjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali, fejn dawn it-tipi tat-trasferimenti x'aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni;

(e)  jemendaw id-drittijiet eżistenti f'konformità ma' din id-Direttiva fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata ex-post distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, filwaqt li jqisu l-kondizzjonijiet tas-suq u l-parametri referenzjarji disponibbli, jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq valutazzjoni oġġettiva u li tħares 'il quddiem tal-kondizzjonijiet kompetittivi tas-suq, ta' jekk tali miżuri humiex meħtieġa biex tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva, u tal-effetti probabbli ta' tali miżuri fuq investimenti eżistenti u futuri minn parteċipanti tas-suq, b'mod partikolari għall-varar ta' netwerks. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu kont tal-approċċ għall-analiżi tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 67(2).

3.  Meta japplikaw il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jaġixxu f'konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 18, 19, 23 u 35.

TAQSIMA 3

PROĊEDURI

Artikolu 53

Koordinament ta' meta jsiru assenjazzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jikkoordinaw l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni ▌ b'kont meħud tas-sitwazzjonijiet differenti tas-swieq nazzjonali. Din tista' tinkludi l-identifikazzjoni ta' data massima komuni waħda, jew, fejn ikun xieraq, ta' diversi dati komuni li sal-wasla tagħhom l-użu ta' ispektrum armonizzat speċifiku tar-radju għandu jiġi awtorizzat.

2.  Fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta' broadband bla fili, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju, kemm jista' jkun malajr u mill-inqas 30 xahar wara l-adozzjoni ta' dik il-miżura, jew kemm jista' jkun malajr wara t-tneħħija ta' kwalunkwe deċiżjoni biex ikun permess l-użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali skont l-Artikolu 45(3) ta' din id-Direttiva. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2017/899 u għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi atti leġislattivi.

3.  Stat Membru jista' jipposponi l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal banda speċifika taħt iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  sa fejn iġġustifikat minn restrizzjoni fuq l-użu ta' dik il-banda bbażata fuq l-għan ta' interess ġenerali previst fil-punt (a) jew (d) tal-Artikolu 45(5);

(b)  fil-każ ta' kwistjonijiet ta' koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti li jirriżultaw f'interferenza dannuża ma' pajjiżi terzi, dment li l-Istat Membru affettwat ikun, fejn xieraq, talab l-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(5);

(c)  is-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali u d-difiża; jew

(d)  force majeure.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrieżamina tali posponiment mill-inqas kull sentejn.

4.  Stat Membru jista' jipposponi l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2 għal banda speċifika sa fejn neċessarju u sa 30 xahar fil-każ ta':

(a)  kwistjonijiet ta' koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti f'interferenza dannuża bejn l-Istati Membri, dment li l-Istat Membru affettwat ikun ħa l-miżuri meħtieġa kollha fil-ħin skont l-Artikolu 28(3) u (4);

(b)   il-ħtieġa li tiġi żgurata, u l-kumplessità li tiġi żgurata, il-migrazzjoni teknika tal-utenti eżistenti ta' dik il-banda.

5.  F'każ ta' posponiment taħt il-paragrafu 3 jew 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni fil-ħin, filwaqt li jagħti r-raġunijiet.

Artikolu 54

Għażla ta' żmien kkoordinata tal-assenjazzjoni għal baned 5G speċifiċi

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, għal sistemi terrestri kapaċi jipprovdu servizzi ta' broadband bla fili, l-Istati Membri għandhom, fejn neċessarju biex jiġi ffaċilitat il-varar tal-5G, jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex:

(a)  jirrikonoxxu u jippermettu l-użu ta' blokok suffiċjentement kbar tal-banda 3.4 - 3.8 GHz;

(b)  jippermettu l-użu ta' mill-inqas 1 GHz tal-banda 24.25 - 27.5 Ghz, dment li hemm evidenza ċara ta' domanda tas-suq u nuqqas ta' restrizzjonijiet sinifikanti għall-migrazzjoni ta' utenti eżistenti jew tqegħid għad-dispożizzjoni tal-banda.

2.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn ġustifikat, skont l-Artikolu 45(3) jew l-Artikolu 53(2), (3) jew (4).

3.  Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet armonizzati stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

Artikolu 55

Proċedura biex jiġi limitat l-għadd ta' drittijiet ta' użu li għandhom jingħataw għall-ispektrum tar-radju

1.  Mingħajr preġudizzju ▌ għall-Artikolu 53, fejn Stat Membru jikkonkludi li dritt ta' użu għall-ispektrum tar-radju ma jistax ikun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ġenerali u fejn jikkunsidra jekk jillimitax l-għadd tad-drittijiet ta' użu li jridu jingħataw għall-ispektrum tar-radju, huwa għandu, fost l-oħrajn:

(a)  b'mod ċar jiddikjara r-raġunijiet għal-limitazzjoni tad-drittijiet ta' użu, b'mod partikolari billi jieħu kont debitu tal-ħtieġa li jimmassimizza l-benefiċċji għall-utenti u li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kompetizzjoni , u jirrieżamina, skont kif meħtieġ, il-limitazzjoni f'intervalli regulari jew fuq it-talba raġonevoli tal-impriżi affettwati;

(b)  jagħti lill-partijiet kollha interessati, nklużi utenti u konsumaturi, l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kull limitazzjoni permezz ta' konsultazzjoni pubblika skont Artikolu 23. ▌

2.  Meta Stat Membru jikkonkludi li l-għadd ta' drittijiet ta' użu għandu jiġi limitat, dan għandu jistabbilixxi b'mod ċar, u jagħti r-raġunijiet għal, l-għanijiet segwiti permezz ta' proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva taħt dan l-Artikolu, u fejn possibbli għandu jikkwantifikahom, filwaqt li jagħti l-importanza mistħoqqa għall-ħtieġa li jiġu sodisfatti l-għanijiet tas-suq nazzjonali u intern. L-għanijiet li l-Istat Membru jista' jistabbilixxi bil-ħsieb li titfassal proċedura speċifika tal-għażla għandhom, flimkien mal-promozzjoni tal-kompetizzjoni, ikunu limitati għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)  il-promozzjoni tal-kopertura;

(b)   l-iżgurar tal-kwalità meħtieġa tas-servizz;

(c)   il-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi jittieħed kont tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ta' użu u tal-livell tat-tariffi;

(d)  il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp tan-negozju ▌.

L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tiddefinixxi u tiġġustifika b'mod ċar is-selezzjoni tal-proċedura tal-għażla, inkluż kwalunkwe fażi preliminari biex ikun hemm aċċess għall-proċedura tal-għażla. Din għandha wkoll tiddikjara b'mod ċar l-eżitu ta' kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq u għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-użu u selezzjoni possibbli ta' miżuri skont l-Artikolu 35.

3.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni dwar il-proċedura tal-għażla magħżula u r-regoli relatati, filwaqt li jiddikjaraw b'mod ċar ir-raġunijiet għaliha ▌. Għandhom jippubblikaw ukoll il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu marbuta mad-drittijiet ta' użu.

4.  Wara li jkun stabbilixxa l-proċedura tal-għażla, l-Istat Membru għandu jistieden applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' użu.

5.  Fejn Stat Membru jikkonkludi li jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali ta' użu għall-ispektrum tar-radju jew kombinazzjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ta' drittijiet individwali tal-użu, ▌ huwa għandu jippubblika dik il-konklużjoni u jibda l-proċess għall-għoti ta' tali drittijiet.

6.  Fejn l-għoti ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju jeħtieġ li jkun limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet abbażi ta' kriterji tal-għażla u proċedura ▌ tal-għażla li jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Kwalunkwe tali kriterju tal-għażla għandu jagħti l-importanza dovuta lill-kisba tal-objettivi u lir-rekwiżiti fl-Artikoli 3, 4, 28 u 45.

7.  Fejn għandhom jintużaw proċeduri ta' għażla kompetittivi jew komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta' sitt ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 48(6) sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li dawk il-proċeduri jkunu ġusti, raġonevoli, miftuħa u trasparenti għall-partijiet interessati kollha, iżda b'mhux aktar minn tmien xhur, soġġett għal kwalunkwe skeda ta' żmien speċifika stabbilita skont l-Artikolu 53.

Dawk it-termini ta' żmien għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-koordinazzjoni tas-satelliti.

8.  Dan Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment ta' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 51.

KAPITOLU III

L-INTRODUZZJONI U L-UŻU TAT-TAGĦMIR TAN-NETWERK BLA FIL

Artikolu 56

L-aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-forniment tal-aċċess permezz ta' RLANs għal netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju għal dak il-forniment, soġġett biss għall-kondizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali relatata mal-użu tal-ispektrum tar-radju kif imsemmi fl-Artikolu 46(1).

Fejn dak il-forniment ma jkunx parti minn attività ekonomika jew ikun anċillari għal attività ekonomika jew għal servizz pubbliku li ma jiddependix fuq it-twassil tas-sinjali f'dawk in-netwerks, kwalunkwe impriża, awtorità pubblika jew utent finali li jipprovdi tali aċċess ma għandux ikun soġġett għal xi awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 12, għal xi obbligi fir-rigward tad-drittijiet tal-utenti finali skont it-Titolu II tal-Parti III, jew għal obbligi ta' interkonnessjoni tan-netwerks tagħhom skont l-Artikolu 61(1).

2.  Għandu japplika l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/31/KE.

3.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu lill-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament milli jippermettu lill-pubbliku l-aċċess għan-netwerks tagħhom permezz ta' RLAN, li jistgħu jinsabu fi stabbiliment ta' utent finali, soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali u għall-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali.

4.  F'konformità b'mod partikolari mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament ma jirrestrinġux unilateralment jew jimpedixxu lill-utenti finali milli:

(a)  jaċċessaw RLANs tal-għażla tagħhom provduti minn partijiet terzi; jew

(b)  jippermettu b'mod reċiproku jew b'mod iktar ġenerali li utenti finali oħra jaċċessaw in-netwerks ta' tali fornituri permezz ta' RLANs, inkluż abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-RLANs ta' utenti finali differenti.

5.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jillimitaw jew jimpedixxu lill-utenti finali milli jippermettu l-aċċess, reċiproku jew b'xi mod ieħor, għall-RLANs tagħhom minn utenti finali oħra, inkluż abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-RLANs ta' utenti finali differenti.

6.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn l-forniment tal-aċċess lill-pubbliku għall-RLANs:

(a)  minn korpi tas-settur pubbliku jew f'żoni pubbliċi qrib stabbilimenti okkupati minn tali korpi tas-settur pubbliku, meta dak il-forniment ikun anċillari għas-servizzi pubbliċi pprovduti f'dawk l-istabbilimenti;

(b)  minn inizjattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi jew korpi tas-settur pubbliku li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli b'mod reċiproku jew b'mod iktar ġenerali l-RLANs ta' utenti finali differenti, inkluż, meta jkun applikabbli, l-RLANs li għalihom jiġi pprovdut l-aċċess pubbliku f'konformità mal-punt (a).

Artikolu 57

L-introduzzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira

1.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li kwalunkwe regola li tirregola l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira tkun konsistenti fuq livell nazzjonali. Tali regoli għandhom ikunu ppubblikati minn qabel l-applikazzjoni tagħhom.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jissoġġettaw l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti skont il-paragrafu 2 għal kwalunkwe permess ta' ppjanar urban individwali jew għal permessi individwali oħra anterjuri.

B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu permessi għall-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira fuq bini jew siti ta' valur arkitettoniku, storiku jew naturali protetti skont il-liġi nazzjonali jew, fejn meħtieġ, għal raġunijiet ta' sikurezza pubblika. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/61/UE għandu japplika għall-għoti ta' dawk il-permessi.

2.  Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi bħad-daqs massimu, il-piż massimu u, fejn xieraq, il-potenza massima ta' emissjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sat-30 ta' Ġunju 2020.

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE u għar-reġim ta' awtorizzazzjoni applikabbli għall-użu tal-ispektrum tar-radju rilevanti.

4.  L-Istati Membri għandhom, billi japplikaw, fejn rilevanti, il-proċeduri adottati skont id-Direttiva 2014/61/UE, jiżguraw li l-operaturi jkollhom id-dritt li jaċċessaw kull infrastruttura fiżika kkontrollata minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali pubbliċi, li hija teknikament adattata biex tospita punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira jew li tkun meħtieġa biex jgħaqqdu tali punti ta' aċċess ma' netwerk ta' bażi, inkluż tagħmir tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-toroq, dwal tat-traffiku, kartelluni, waqfiet tax-xarabank u tat-tramm, u stazzjonijiet tal-metro. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess skont termini u kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji, li għandhom isiru pubbliċi f'punt ta' informazzjoni uniku.

5.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim kummerċjali, l-użu ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi tariffi jew imposti li jmorru lil hinn mill-imposti amministrattivi skont l-Artikolu 16.

Artikolu 58

Regolamenti tekniċi dwar il-kampijiet elettromanjetiċi

Il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/1535 għandhom japplikaw fir-rigward ta' kwalunkwe abbozz ta' miżura minn Stat Membru li timponi rekwiżiti għall-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess bla fili f'żona żgħira fir-rigward ta' kampijiet elettromanjetiċi differenti minn dawk previsti fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

TITOLU II

AĊĊESS

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, PRINĊIPJI TA' AĊĊESS

Artikolu 59

Qafas ġenerali għall-aċċess u l-interkonnessjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jimpedixxu impriżi fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti milli jinnegozjaw bejniethom ftehim jew arranġamenti tekniċi u kummerċjali għall-aċċess jew interkonnessjoni, skont il-liġi tal-Unjoni. L-impriża li titlob aċċess jew interkonnessjoni ma għandhiex il-ħtieġa li tkun awtorizzata li topera fl-Istat Membru fejn jintalbu l-aċċess jew l-interkonnessjoni, jekk ma tkunx qed tipprovdi servizzi jew ma tkunx topera netwerk f'dak l-Istat Membru.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu fis-seħħ miżuri legali jew amministrattivi li jeżiġu li l-impriżi, meta jagħtu aċċess jew interkonnessjoni, joffru termini u kondizzjonijiet differenti lil impriżi differenti għal servizzi ekwivalenti jew miżuri li jimponu obbligi li mhumiex relatati mal-aċċess u servizzi ta' interkonnessjoni attwalment fornuti mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 60

Drittijiet u obbligi ta' impriżi

1.  L-operaturi ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skont l-Artikolu 15, l-obbligu li jinnegozjaw ma' xulxin l-interkonnessjoni ta' netwerk bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Unjoni kollha. L-operaturi għandhom joffru aċċess u interkonnessjoni lill-impriżi oħra fuq termini u kondizzjonijiet konsistenti mal-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikoli 61, 62 u 68.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li impriżi li jakkwistaw informazzjoni minn impriża oħra qabel, matul jew wara l-proċess tan-negozjar tal-arranġamenti għall-aċċess jew interkonnessjoni jużaw dik l-informazzjoni unikament għall-għan li għalih kienet provduta u li jirrispettaw f'kull waqt il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna. Tali impriżi ma għandhomx jgħaddu l-informazzjoni riċevuta lil xi parti oħra, b'mod partikolari dipartimenti oħra, sussidjarji jew sħab, li għalihom dik l-informazzjoni tista' tipprovdi vantaġġ kompetittiv.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li n-negozjati jitmexxew permezz ta' intermedjarji newtrali meta l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu jirrikjedu dan.

KAPITOLU II

AĊĊESS U INTERKONNESSJONI

Artikolu 61

Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta' aċċess u interkonnessjoni

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra fil-każ ta' punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom, waqt li jaġixxu biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabbiltà ta' servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b'mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli l-introduzzjoni ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, investiment u innovazzjoni effiċjenti, u jagħtu l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.

Dawn għandhom jipprovdu gwida u jippubblikaw l-proċeduri applikabbli biex jinkisbu l-aċċess u l-interkonnessjoni biex jiġi żgurat li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u operaturi b'firxa ġeografika limitata jistgħu jibbenefikaw mill-obbligi imposti.

2.  B'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta' impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 68, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew awtoritajiet kompetenti oħra fil-każ tal-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, għandhom ikunu jistgħu jimponu:

(a)  sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata konnettività tarf sa tarf, obbligi fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluża, f'każijiet ġustifikati, l-obbligazzjoni li jagħmlu interkonnessjoni tan-netwerk tagħhom fejn dan ma jkunx diġà l-każ;

(b)  f'każijiet iġġustifikati u sa fejn meħtieġ, obbligi, fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;

(c)  f'każijiet ġustifikati, fejn il-konnettività minn tarf sa tarf bejn utenti finali hija pperikolata minħabba nuqqas ta' interoperabbiltà bejn servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konnettività bejn utenti finali, obbligi fuq fornituri rilevanti ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li jilħqu livell sinifikanti ta' kopertura u użu mill-utenti, sabiex isiru interoperabbli s-servizzi tagħhom;

(d)  sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għas-servizzi tar-radju diġitali u x-xandir televiżiv u servizzi komplementarji relatati speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fil-Parti II tal-Anness II dwar termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.

L-obbligi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu imposti biss:

(i)  sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u jistgħu jinkludu obbligi proporzjonati fuq fornituri ta' dawk is-servizzi biex jippubblikaw u jippermettu l-użu, il-modifika u r-ridistribuzzjoni ta' informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u fornituri oħra, jew biex jużaw u jimplimentaw standards jew speċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 39(1) jew ta' kwalunkwe standard Ewropew jew internazzjonali rilevanti ieħor,

(ii)  fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC u billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tiegħu, tkun sabet li jkun hemm theddida konsiderevoli ▌għall-konnettività minn tarf sa tarf ▌ fl-Unjoni Ewropea kollha jew mill-inqas fi tliet Stati Membri u tkun adottat miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe obbligu li jaf jiġi impost.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

3.  B'mod partikolari, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi, fuq talba raġonevoli, biex jingħata aċċess għall-wajers u għall-kejbils u l-faċilitajiet assoċjati fil-bini jew sal-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn dak il-punt ikun jinsab barra l-bini. Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet li r-replikazzjoni ta' tali elementi tan-netwerk ma tkunx effiċjenti ekonomikament jew prattikabbli fiżikament, tali obbligi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq il-proprjetarji ta' tali wajers u kejbils u faċilitajiet assoċjati, fejn dawk il-proprjetarji ma jkunux fornituri ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-kondizzjonijiet imposti tal-aċċess jistgħu jinkludu regoli speċifiċi dwar l-aċċess għal tali elementi tan-netwerk u għall-faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, dwar it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-aċċess, li meta jkun xieraq, jiġu aġġustati biex jitqiesu l-fatturi ta' riskju.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, filwaqt li tqis, fejn applikabbli, l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe analiżi tas-suq rilevanti, li l-obbligi imposti skont l-ewwel subparagrafu ma jindirizzawx suffiċjentement ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux transitorji għar-replikazzjoni li fuqhom hija bbażata sitwazzjoni tas-suq eżistenti jew emerġenti li tillimita b'mod sinifikanti l-eżiti kompetittivi għal utenti finali, hija tista' testendi ▌ l-impożizzjoni ta' tali obbligi ta' aċċess, b'termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew distribuzzjoni, sa punt li hija tiddetermina bħala l-eqreb għall-utenti finali kapaċi li jospitaw għadd suffiċjenti ta' konnessjonijiet ta' utenti finali li għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli għal dawk li jfittxu aċċess effiċjenti. Meta tiddetermina sa fejn tasal l-estensjoni lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-linji gwida rilevanti tal-BEREC. Jekk ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi tal-aċċess attivi jew virtwali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu obbligi skont it-tieni subparagrafu fuq fornituri ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiddeterminaw li:

(a)  il-fornitur ikollu l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1) u jagħmel disponibbli mezz alternattiv vijabbli u simili lil utenti finali ▌ billi jipprovdi aċċess għal netwerk b'kapaċità kbira ħafna lil kwalunkwe impriża, b'termini u kondizzjonijiet ▌ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli; l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dik l-eżenzjoni għal fornituri oħra li joffru, b'termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, aċċess għal netwerk b'kapaċità kbira ħafna; jew

(b)  l-impożizzjoni ta' obbligi tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika jew finanzjarja tal-introduzzjoni ta' netwerk ġdid b'mod partikolari minn proġetti lokali iżgħar.

B'deroga mill-punt (a) tat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dak il-punt fejn in-netwerk ikkonċernat ikun iffinanzjat pubblikament.

Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-BEREC jista' jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti ta' dan il-paragrafu, billi jistabbilixxi l-kriterji rilevanti biex jiġu determinati:

(a)  l-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew distribuzzjoni;

(b)  il-punt, lil hinn mill-ewwel punt ta' konċentrazzjoni jew ta' distribuzzjoni, kapaċi li jospita għadd suffiċjenti ta' konnessjonijiet ta' utenti finali biex impriża effiċjenti tkun tista' tegħleb l-ostakli sinifikanti għar-replikabbiltà identifikati;

(c)  liema introduzzjonijiet ta' netwerks jistgħu jitqiesu bħala ġodda;

(d)  liema proġetti jistgħu jitqiesu bħala żgħar; u

(e)  liema ostakli ekonomiċi jew fiżiċi għar-replikazzjoni huma kbar u mhux transitorji.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq l-impriżi li jipprovdu jew li jkunu awtorizzati li jipprovdu netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, obbligi rigward il-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva ▌ jew obbligi biex jiġu konklużi ftehimiet ta' aċċess għal roaming lokalizzat, fiż-żewġ każijiet jekk ikunu direttament neċessarji għall-forniment lokali ta' servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dment li l-ebda mezz alternattiv vijabbli u simili ta' aċċess għal utenti finali ma jsir disponibbli għal xi impriża b'termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu tali obbligi biss fejn din il-possibbiltà tkun ġiet prevista b'mod ċar mal-għoti tad-drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju u fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet li, fiż-żona soġġetta għal tali obbligi, l-introduzzjoni ta' infrastruttura xprunata mis-suq għall-forniment ta' netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju tkun soġġetta għal ostakli ekonomiċi jew fiżiċi li ma jistgħux jiġu megħluba u għalhekk l-aċċess għan-netwerks jew is-servizzi mill-utenti finali ikun skars ħafna jew nieqes għal kollox. F'dawn iċ-ċirkustanzi fejn l-aċċess u l-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva waħedhom ma jkunux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta' infrastruttura attiva.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu:

(a)  il-ħtieġa li tiġi massimizzata l-konnettività fl-Unjoni kollha, tul ir-rotot ewlenin tat-trasport u b'mod partikolari żoni territorjali, u l-possibbiltà li tiżdied b'mod sinifikanti l-għażla ta' servizzi u servizzi ta' kwalità ogħla għall-utenti finali;

(b)  l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju;

(c)  il-fattibbiltà teknika tal-kondiviżjoni u l-kondizzjonijiet assoċjati;

(d)  l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura kif ukoll kompetizzjoni bbażata fuq is-servizz;

(e)  l-innovazzjoni teknoloġika;

(f)  il-ħtieġa essenzjali li jiġi appoġġat l-inċentiv għall-ospitant biex l-ewwel nett ivara l-infrastruttura.

F'każ ta' soluzzjoni tat-tilwim, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu fuq il-benefiċjarju tal-obbligu ta' kondiviżjoni jew ta' aċċess, l-obbligu li jikkondividi l-ispektrum tar-radju mal-ospitant tal-infrastruttura fiż-żona rilevanti.

5.  L-obbligi u l-kondizzjonijiet imposti skont il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, dawn għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra li imponew tali obbligi u kondizzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-riżultati tagħhom sa ħames snin wara l-adozzjoni tal-miżura preċedenti adottata f'relazzjoni mal-istess impriżi u għandhom jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jiġu rtirati jew emendati fid-dawl tal-kondizzjonijiet li jevolvu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinnotifikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tagħhom skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

6.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha s-setgħa li tintervjeni fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ġustifikat sabiex jiġu żgurati l-għanijiet ta' politika tal-Artikolu 3, skont din id-Direttiva u, b'mod partikolari, mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32.

7.  Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sabiex jingħata kontribut għal definizzjoni konsistenti ta' fejn jinsabu l-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC għandu jadotta linji gwida dwar approċċi komuni għall-identifikazzjoni tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk f'topoloġiji differenti tan-netwerk, wara li jagħmel konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta' dawk il-linji gwida meta jiddefinixxu l-lok tal-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk.

Artikolu 62

Sistemi ta' aċċess kondizzjonali u faċilitajiet oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li il-kondizzjonijiet stipulati fil-Parti I tal-Anness II japplikaw b'relazzjoni mal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi ta' televiżjoni u ta' radju diġitali mxandra lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezz ta' trażmissjoni.

2.  Fejn, bħala riżultat ta' analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67(1), awtorità regolatorja nazzjonali ssib li impriża waħda jew aktar ma jkollhomx saħħa sinifikanti tas-suq fis-suq rilevanti, hija tista' temenda jew tirtira l-kondizzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-impriżi, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32, biss sa fejn:

(a)  l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u l-kanali u s-servizzi tax-xandir speċifikati skont l-Artikolu 114 ma jintlaqtux ħażin b'dik l-emenda jew dak l-irtirar; u

(b)  il-prospetti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin ma jintlaqtux ħażin b'tali emenda jew irtirar:

(i)  servizzi bl-imnut ta' xandir bit-televiżjoni u bir-radju diġitali; u

(ii)  sistemi għall-aċċess kondizzjonali u faċilitajiet assoċjati oħra.

Għandu jingħata perijodu adatt ta' avviż lill-partijiet affettwati b'tali emenda jew irtirar tal-kondizzjonijiet.

3.  Il-kondizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi b'relazzjoni mal-aspett ta' preżentazzjoni ta' EPGs u faċilitajiet ta' elenkar u ta' navigazzjoni simili.

4.  Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom, kemm jista' jkun malajr wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u perjodikament wara, li jirrieżaminaw il-kondizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu, billi jwettqu analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67(1) biex jiddeterminaw jekk iżommux, jemendawx jew jirtirawx il-kondizzjonijiet applikati.

KAPITOLU III

ANALIŻI TAS-SUQ U SAĦĦA SINIFIKANTI FIS-SUQ

Artikolu 63

Impriżi b'saħħa sinifikanti fis-suq

1.  Fejn din id-Direttiva tirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jistabbilixxu jekk impriżi jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 67, il-paragrafu 2 ▌ ta' dan Artikolu għandu japplika.

2.  Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntement ma' oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta' dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, klijenti jew klijenti eventwali.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jaġixxu, meta jivvalutaw jekk żewġ impriżi jew aktar humiex f'pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, skont il-liġi tal-Unjoni u jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.

3.  Fejn impriża jkollha saħħa sinifikanti f'suq speċifiku, tista' wkoll tiġi deżinjata bħala li għandha tali saħħa f'suq ieħor li jkun relatat mill-qrib, fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq jippermettu li s-saħħa fis-suq speċifiku tagħti l-effett ta' leverage fis-suq relatat mill-qrib, biex b'hekk tissaħħaħ is-saħħa tal-impriża fis-suq. Konsegwentement, jistgħu jiġu applikati rimedji mmirati biex jimpedixxu tali leverage fis-suq relatat mill-qrib skont l-Artikoli 69, 70, 71 u 74.

Artikolu 64

Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq

1.  Wara l-konsultazzjoni pubblika inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni, għandha tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti ('ir-Rakkomandazzjoni'). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta' prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f'din id-Direttiva , bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu definiti f'każijiet speċifiċi skont id-dritt tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi s-swieq tal-prodotti u tas-servizzi fir-Rakkomandazzjoni fejn, wara li tosserva x-xejriet globali fl-Unjoni, ssib li kull wieħed mit-tliet kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1) ġie sodisfatt.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rakkomandazzjoni sa ... ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u regolarment sussegwentementi.

2.  Wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tippubblika ▌ linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq ("il-linji gwida SMP") li għandhom ikunu skont il-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-linji gwida SMPgħandhom jinkludu gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta' saħħa sinifikanti fis-suq għall-kuntest speċifiku ta' regolamentazzjoni ex ante tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'kont meħud tat-tliet kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1).

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu, wara li jittieħed kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u tal-linji gwida SMP, is-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b'mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju tagħhom billi jittieħed kont, fost l-oħrajn, tal-livell ta' kompetizzjoni fil-livell tal-infrastruttura f'dawk iż-żoni, skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fejn rilevanti, jieħdu kont ukoll tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont l-Artikolu 22(1). Huma għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 65

Il-proċedura għall-identifikazzjoni tas-swieq transnazzjonali

1.  Jekk il-Kummissjoni jew minn tal-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jissottomettu talba motivata inkluż evidenza ta' sostenn, il-BEREC għandu jwettaq analiżi ta' suq transnazzjonali potenzjali. Wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b'kont meħud bis-sħiħ tal-analiżi mwettqa mill-BEREC, il-Kummissjoni ▌ tista' tadotta deċiżjonijiet li jidentifikaw is-swieq transnazzjonali skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u l-linji gwida SMP adottati skont l-Artikolu 64. ▌

2.  Fil-każ tas-swieq transnazzjonali identifikati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ikkonċernati għandhom konġuntement iwettqu analiżi tas-suq, waqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida SMP u jiddeċiedu b'mod miftiehem dwar kwalunkwe impożizzjoni, manutenzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligi regolatorji msemmija fl-Artikolu 67(4). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'mod konġunt l-abbozz ta' miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju skont l-Artikoli 32 u 33.

Żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew iktar jistgħu wkoll jinnotifikaw b'mod konġunt l-abbozz ta' miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju fin-nuqqas ta' swieq transnazzjonali, meta jqisu li l-kondizzjonijiet tas-suq fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom ikunu omoġenji biżżejjed.

Artikolu 66

Il-proċedura għall-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali

1.  Il-BEREC għandu jwettaq analiżi tad-domanda transnazzjonali tal-utenti finali għal prodotti u għal servizzi li jkunu pprovduti f'suq wieħed jew iktar tal-Unjoni elenkat/i fir-Rakkomandazzjoni, jekk jirċievi talba motivata li tipprovdi evidenza ta' sostenn mill-Kummissjoni jew minn tal-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati u li tindika li jkun hemm problema serja fid-domanda li trid tiġi indirizzata. Il-BEREC jista' wkoll iwettaq din l-analiżi jekk jirċievi talba motivata minn parteċipanti fis-suq li tipprovdi biżżejjed evidenza ta' sostenn u jikkunsidra li jkun hemm problema serja fid-domanda li trid tiġi indirizzata. L-analiżi tal-BEREC hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe sejba tas-swieq transnazzjonali skont l-Artikolu 65(1) u għal kwalunkwe sejba tas-swieq ġeografiċi nazzjonali jew sottonazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 64(3).

Dik l-analiżi tad-domanda transnazzjonali tal-utenti finali tista' tinkludi prodotti u servizzi li jkunu pprovduti fi swieq ta' prodotti jew ta' servizzi li jkunu ġew definiti b'modi differenti minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar meta jkunu tqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, diment li dawk il-prodotti u s-servizzi jkunu sostitwibbli b'dawk ipprovduti f'wieħed mis-swieq elenkati fir-Rakkomandazzjoni.

2.  Jekk il-BEREC jikkonkludi li d-domanda transnazzjonali tal-utenti finali teżisti, hija sinifikanti u mhijiex sodisfatta biżżejjed bil-provvista fuq bażi kummerċjali jew regolata, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida dwar approċċi komuni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jissodisfaw id-domanda transnazzjonali identifikata, inkluż meta jkun xieraq, meta jimponu rimedji skont l-Artikolu 68. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta' dawk il-linji gwida meta jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawk il-linji gwida jistgħu jipprovdu l-bażi għall-interoperabilità ta' prodotti ta' aċċess bl-ingrossa mal-Unjoni kollha u jistgħu jinkludu gwida għall-armonizzazzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi ta' prodotti ta' aċċess bl-ingrossa li huma kapaċi jissodisfaw tali domanda transnazzjonali identifikata. ▌

Artikolu 67

Proċedura ta' analiżi tas-suq

1.  L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiddeterminaw jekk suq rilevanti definit skont l-Artikolu 64(3) ikunx tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbilit f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida SMP u għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 meta jkunu qed iwettqu tali analiżi.

Suq jista' jiġi kkunsidrat li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f'din id-Direttiva jekk ikunu sodisfatti l-kriterji kollha li ġejjin :

(a)  ikunu preżenti ostakli strutturali, legali jew regolatorji kbar u mhux transitorji għad-dħul;

(b)  ikun hemm struttura tas-suq li ma tkunx tidher inklinata lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jkun tqies l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u sorsi oħra ta' kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;

(c)  id-dritt tal-kompetizzjoni waħdu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza b'mod adegwat il-falliment jew fallimenti tas-swieq identifikati.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq analiżi ta' suq li jkun inkluż fir-Rakkomandazzjoni, din għandha tikkunsidra li l-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ġew sodisfatti, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistabbilixxix li kriterju jew iktar minn tali kriterji ma jkunx ġie sodisfatt fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.

2.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq l-analiżi meħtieġa mill-paragrafu 1, din għandha tikkunsidra l-iżviluppi minn perspettiva li tħares 'il quddiem fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni imposta abbażi ta' dan l-Artikolu f'dak is-suq rilevanti, u filwaqt li tqis dawn kollha li ġejjin:

(a)  ▌żviluppi tas-suq li jaffettwaw il-probabbiltà li s-suq rilevanti jkun inklinat lejn kompetizzjoni effettiva▌;

(b)  ix-xkiel kollu rilevanti għall-kompetizzjoni, fil-livell bl-ingrossa u fil-livell bl-imnut tal-operaturi, irrispettivament minn jekk is-sorsi ta' dan ix-xkiel ikunux netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tipi oħra ta' servizzi jew ta' applikazzjonijiet li jkunu paragunabbli mill-perspettiva tal-utent finali, u irrispettivament minn jekk dan ix-xkiel ikunx parti mis-suq rilevanti;

(c)  tipi oħra ta' regolamentazzjoni jew ta' miżuri li jkunu imposti u li jkun qed jaffettwaw is-suq rilevanti jew is-suq jew is-swieq bl-imnut relatati matul il-perijodu rilevanti, inkluż, mingħajr limitazzjoni, l-obbligi imposti skont l-Artikoli 44, 60 u 61;

(d)  regolament impost fuq is-swieq rilevanti oħra abbażi ta' dan l-Artikolu.

3.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li suq rilevanti ma jiġġustifikax l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-proċedura fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew fejn l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ma ġewx sodisfatti, ma għandhiex timponi jew iżżomm xi obbligi regolatorji speċifiċi regolatorji f'konformità mal-Artikolu 68. Fejn ikun hemm diġà obbligi regolatorji speċifiċi għas-settur imposti skont l-Artikolu 68, għandha tirtira dawk l-obbligi mqiegħda fuq impriżi f'dak is-settur rilevanti.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati minn tali rtirar tal-obbligi jkollhom perijodu xieraq ta' avviż, li jiġi definit billi jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa li tiġi żgurata transizzjoni sostenibbli għall-benefiċjarji ta' dawn l-obbligi u l-utenti finali, l-għażla tal-utenti finali, u li r-regolamentazzjoni ma tissoktax lil hinn minn dak li jkun neċessarju. Meta jistabbilixxu tali perijodu ta' avviż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi u perijodi ta' avviż b'rabta mal-ftehimiet eżistenti ta' aċċess.

4.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li f'suq rilevanti l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu hija ġġustifikata, hija għandha tidentifika kwalunkwe impriża li individwalment jew flimkien ma' impriżi oħra għandhom saħħa sinifikanti f'dak is-suq rilevanti skont l-Artikolu 63. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi fuq dawk l-impriżi l-obbligi regolatorji speċifiċi xierqa f'konformità mal-Artikolu 68 jew iżżomm jew temenda tali obbligi fejn diġà jeżistu jekk tqis li l-eżitu għall-utenti finali ma jkunx effettivament kompetittiv fl-assenza ta' dawk l-obbligi.

5.  Miżuri meħuda skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-suq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta' miżura korrispondenti skont l-Artikolu 32:

(a)  fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tal-miżura preċedenti meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun iddefinixxiet is-suq rilevanti u ddeterminat liema impriżi għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. B'mod eċċezzjonali, dak il-perijodu ta' ħames snin jista' jiġi estiż għal mhux aktar minn sena oħra, fejn l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun innotifikat proposta motivata għal estensjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel l-iskadenza tal-ħames snin, u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien xahar mill-estensjoni notifikata;

(b)  fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta' Rakkomandazzjoni riveduta dwar is-swieq rilevanti, għas-swieq li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni; jew

(c)  fi żmien tliet snin mill-adeżjoni tagħhom, għall-Istati Membri li għadhom kif issieħbu mal-Unjoni.

6.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tqis li possibbilment ma tlestix jew ma tkunx lestiet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata fit-tlestija tal-analiżi tas-suq speċifiku u l-obbligi speċifiċi li ser jiġu imposti. B'din l-assistenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha, fi żmien sitt xhur mil-limitu stipulat fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, tinnotifika l-abbozz ta' miżura lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32.

KAPITOLU IV

RIMEDJI TA' AĊĊESS IMPOSTI FUQ IMPRIŻI B'SAĦĦA SINIFIKANTI FIS-SUQ

Artikolu 68

Impożizzjoni, emendar jew irtirar tal-obbligi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u l-Artikoli 76 sa 81.

2.  Fejn impriża tkun deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti f'suq speċifiku bħala riżultat tal-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, skont kif xieraq, ▌ jimponu xi wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħżel l-inqas mod intrużiv biex tindirizza problemi identifikati fl-analiżi tas-suq.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80 biss fuq impriżi li ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal:

(a)  l-Artikoli 61 u 62,

(b)  l-Artikoli 44 u 17 ta' din id-Direttiva, il-Kondizzjoni 7 fil-Parti D tal-Anness I kif applikata bis-saħħa tal-Artikolu 13(1) ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 97 u 106 ta' din id-Direttiva u dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE li fihom obbligi fuq impriżi li ma jkunux dawk deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, jew

(c)  il-ħtieġa ta' konformità ma' obbligi internazzjonali.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq obbligi oħra għall-aċċess jew interkonnessjoni barra minn dawk stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, tadotta deċiżjonijiet permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jawtorizzaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali tieħu, jew jipprojbixxu lill-awtorità regolatorja nazzjonali milli tieħu, tali miżuri.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 118(3).

4.  L-obbligi imposti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu:

(a)  bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata minn awtorità regolatorja nazzjonali fl-analiżi tagħha tas-suq, billi jittieħed kont, fejn xieraq, tal-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 66;

(b)  proporzjonati, li jagħtu kas, fejn possibbli, tal-ispejjeż u l-benefiċċji ▌;

(c)  ġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3; u

(d)  jiġu imposti biss wara li ssir konsultazzjoni f'konformità mal-Artikoli 23 u 32.

5.  B'relazzjoni mal-ħtieġa ta' konformità ma' obbligi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet li jimponu, jemendaw jew jirtiraw obbligi fuq impriżi lill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

6.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-impatt ta' żviluppi ġodda tas-suq, bħal fir-rigward ta' ftehimiet kummerċjali, inkluż il-ftehimiet ta' koinvestiment, li jinfluwenzaw id-dinamika kompetittiva.

Jekk dawk l-iżviluppi ma jkunux importanti biżżejjed biex jirrikjedu analiżi ġdida tas-suq skont l-Artikolu 67, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta mingħajr dewmien jekk ikunx neċessarju li jsir rieżami tal-obbligi imposti fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u tiġi emendata kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż billi jiġu rtirati obbligi jew jiġu imposti obbligi ġodda, sabiex jiġi żgurat li dawn l-obbligi jibqgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Tali emendi għandhom jiġu imposti biss wara konsultazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 23 u 32.

Artikolu 69

Obbligu ta' trasparenza

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu, skont l-Artikolu 68, obbligi ta' trasparenza b'relazzjoni mal-interkonnessjoni jew aċċess, li jeħtieġu li l-impriżi jagħmlu pubblika informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar kontabilità, prezzijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tan-netwerk u l-iżviluppi mistennija tiegħu, kif ukoll termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, inkluża kwalunkwe kondizzjoni li tibdel l-aċċess għal, jew l-użu ta', servizzi u applikazzjonijiet, partikolarment fir-rigward ta' migrazzjoni minn infrastruttura antika, fejn tali kondizzjonijiet ikunu permessi minn Stati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.  B'mod partikolari, fejn impriża jkollha obbligi ta' nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li dik l-impriża tippubblika offerta ta' referenza, li għandha tkun suffiċjentement diżassoċjata biex jiġi żgurat li l-impriżi ma jiġux mitluba li jħallsu għal faċilitajiet li mhumiex meħtieġa għas-servizz mitlub. Dik l-offerta għandha tinkludi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti imqassma f'komponenti skont il-ħtiġijiet tas-suq, u t-termini u kondizzjonijiet assoċjati inkluż il-prezzijiet. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', fost l-oħrajn, timponi bidliet għall-offerti ta' referenza biex tagħti effett lill-obbligi imposti taħt din id-Direttiva.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw l-informazzjoni preċiża li għandha tkun disponibbli, il-livell tad-dettal meħtieġ u l-mod ta' pubblikazzjoni.

4.  Sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sabiex jingħata kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-obbligi ta' trasparenza, il-BEREC għandu joħroġ, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, linji gwida dwar il-kriterji minimi għal offerta ta' referenza u għandu jirrieżaminahom fejn neċessarju sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Meta jipprovdi dawn il-kriterji minimi, il-BEREC għandu jilħaq l-għanijiet tal-Artikolu 3, u għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji tal-obbligi ta' aċċess u tal-utenti finali li jkunu attivi f'iżjed minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għandu jikkunsidra kwalunkwe linja gwida tal-BEREC li tidentifika d-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 66 u kwalunkwe deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni.

Minkejja l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fejn impriża jkollha obbligi taħt l-Artikolu 72 jew 73 dwar aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura tan-netwerk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' offerta ta' referenza filwaqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida tal-BEREC dwar il-kriterji minimi għal offerta ta' referenza, għandhom jiżguraw li jkunu speċifikati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, fejn rilevanti, kif ukoll il-livelli ta' servizz korrispondenti, u jimmonitorjaw mill-qrib u jiżguraw il-konformità magħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jiddeterminaw minn qabel, fejn neċessarju, il-penali finanzjarji assoċjati f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

Artikolu 70

Obbligu ta' nondiskriminazzjoni

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi ta' nondiskriminazzjoni, b'relazzjoni mal-interkonnessjoni jew l-aċċess.

2.  L-obbligi ta' nondiskriminazzjoni għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li l-impriża tapplika kondizzjonijiet ekwivalenti f'ċirkostanzi ekwivalenti lil fornituri oħra ta' servizzi ekwivalenti, u li tforni servizzi u informazzjoni lill-oħrajn taħt l-istess kondizzjonijiet u tal-istess kwalità bħal dawk li tforni għas-servizzi tagħha stess, jew dawk tas-sussidjarji tagħha jew fi sħab magħha. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq dik l-impriża biex tipprovdi prodotti u servizzi tal-aċċess lill-impriżi kollha, inkluż lilha stess, bl-istess perijodi taż-żmien, termini u kondizzjonijiet, inklużi dawk dwar il-livelli tal-prezz u tas-servizz, u permezz tal-istess sistemi u l-istess proċessi, ħalli tkun żgurata l-ekwivalenza tal-aċċess.

Artikolu 71

Obbligu tas-separazzjoni tal-kontabbiltà

1.  Awtorità regolatorja nazzjonali tista', skont l-Artikolu 68, timponi obbligi għas-separazzjoni tal-kontabbiltà b'relazzjoni ma' attivitajiet speċifikati relatati mal-interkonnessjoni jew l-aċċess.

B'mod partikolari, awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirrikjedi li impriża integrata vertikalment tagħmel trasparenti l-prezzijiet bl-ingrossa tagħha u l-prezzijiet tat-trasferimenti interni tagħha fost l-oħrajn biex fost l-oħrajn tiżgura l-konformità fejn ikun hemm obbligu ta' nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 70 jew, fejn meħtieġ, biex jiġi evitat sussidju reċiproku inġust. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 , biex tiġi faċilitata l-verifika tal-konformità mal-obbligi ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jirrikjedu li r-rekords tal-kontabbiltà, inkluż id-data dwar id-dħul riċevut mingħand partijiet terzi, jiġu provduti meta mitluba. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippublikaw informazzjoni li tkun tista' tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv, waqt li jikkonformaw ma' regoli tal-Unjoni u regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.

Artikolu 72

Aċċess għall-inġinerija ċivili

1.  Awtorità regolatorja nazzjonali tista' timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi fuq impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-inġinerija ċivili u għall-użu tagħha, inkluż, iżda mhux biss, il-binjiet jew l-aċċess għall-binjiet, il-kejbils tal-binjiet inkluż il-wajers, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ, arbli, kanali, kondjuwits, kmamar tal-ispezzjonar, toqob tal-ispezzjonar, u kabinetti, fejn, b'kont meħud tal-analiżi tas-suq, l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li ċaħda tal-aċċess jew għotja tal-aċċess b'termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli u b'effett simili, ikunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli ▌ u dan ma jkunx fl-interess tal-utent finali.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq impriża biex tipprovdi aċċess skont dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk l-assi li huma affettwati mill-obbligu humiex parti mis-suq rilevanti skont l-analiżi tas-suq, dment li l-obbligu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 3.

Artikolu 73

Obbligi ta' aċċess għal, u użu ta', elementi speċifiċi ta' netwerks u faċilitajiet assoċjati

1.  Awtorità regolatorja nazzjonali tista' timponi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68, obbligi fuq impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta', elementi speċifiċi ta' netwerks u faċilitajiet assoċjati, f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jkunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli ▌, u li ma jkunux fl-interess tal-utent finali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-impriżi, fost l-oħrajn:

(a)  jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal, u l-użu ta', elementi fiżiċi speċifiċi ta' netwerks u faċilitajiet assoċjati, skont kif xieraq, inkluż ▌ aċċess diżassoċjat għal-linja u s-sub-linja lokali;

(b)  jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u servizzi tan-netwerks, attivi jew virtwali, speċifiċi;

(c)  jinnegozjaw bona fide ma' impriżi li jitolbu l-aċċess;

(d)  ma jirtirawx aċċess diġà mogħti għal faċilitajiet;

(e)  jipprovdu servizzi speċifiċi bl-ingrossa biex jinbiegħu mill-ġdid minn partijiet terzi;

(f)  jagħtu aċċess miftuħ lill-interfaċċi tekniċi, protokolli jew teknoloġiji oħra prinċipali li huma indispensabbli għall-interoperabbiltà tas-servizzi jew għas-servizzi tan-netwerks virtwali;

(g)  jipprovdu l-kolokalizzazzjoni jew forom oħra ta' użu komuni tal-faċilitajiet assoċjati;

(h)  jipprovdu s-servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi minn tarf sa tarf lill-utenti, ▌ jew tar-roaming fuq netwerks mobbli;

(i)  jipprovdu aċċess għal sistemi ta' sostenn operazzjonali jew sistemi simili ta' softwer li hu meħtieġ biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi;

(j)  jagħmlu interkonnessjoni ma' netwerks jew faċilitajiet tan-netwerks;

(k)  jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħalma huma servizzi tal-identità, il-lok u l-preżenza.

Ma' dawk l-obbligi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu kondizzjonijiet li jkopru l-ekwità, r-raġonevolezza u l-puntwalità.

2.  Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw l-adegwatezza tal-impożizzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-obbligi possibbli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari, fejn huma jkunu jivvalutaw, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk għandhomx ikunu imposti tali obbligi u kif, għandhom janalizzaw jekk forom oħra tal-aċċess għall-inputs bl-ingrossa fl-istess suq bl-ingrossa jew ieħor relatat, humiex ser ikunu ▌ biżżejjed biex tiġi indirizzata l-problema identifikata fl-interessi tal-utenti finali. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi ▌ offerti ta' aċċess kummerċjali, aċċess regolat skont l-Artikolu 61, jew aċċess regolat eżistenti jew ippjanat għal inputs bl-ingrossa oħra skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont b' mod partikolari tal-fatturi li ġejjin:

(a)  il-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-użu jew tal-istallazzjoni ta' faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq, b'kont meħud tan-natura u t-tip ta' interkonnessjoni jew aċċess involuti, inkluż il-vijabbiltà ta' prodotti oħra tal-aċċess upstream bħall-aċċess għall-kanali;

(b)  l-evoluzzjoni teknoloġika mistennija li taffettwa t-tfassil u l-ġestjoni tan-netwerk;

(c)  il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità tat-teknoloġija li tippermetti lill-partijiet ifasslu u jimmaniġġjaw in-netwerk tagħhom stess;

(d)  il-fattibbiltà tal-forniment tal-aċċess propost, b'relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;

(e)  l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, b'kont meħud ta' kwalunkwe investiment pubbliku li jkun sar u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment fir-rigward b'mod partikolari tal-investimenti fin-netwerks b'kapaċità kbira ħafna u l-livelli ta' riskju assoċjati magħhom;

(f)  il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq terminu twil, b'attenzjoni partikolari lejn il-kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura li tkun ekonomikament effiċjenti u l-mudelli kummerċjali innovattivi li jappoġġaw il-kompetizzjoni sostenibbli, bħal dawk ibbażati fuq koinvestiment fin-netwerks;

(g)  fejn xieraq, kull drittijiet rilevanti ta' proprjetà intellettwali;

(h)  il-forniment ta' servizzi pan-Ewropej.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra, skont l-Artikolu 68, timponi obbligi abbażi tal-Artikolu 72 jew ta' dan l-Artikolu, hija għandha teżamina jekk l-impożizzjoni waħedha ta' obbligi skont l-Artikolu 72 tkunx mezz proporzjonat biex jiġu promossi l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali.

3.  Meta jimponu obbligi fuq impriża biex jipprovdi l-aċċess skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tekniċi jew operazzjonali li jridu jkunu sodisfatti mill-fornituri jew mill-benefiċjarji ta' dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-netwerk. Meta jkun hemm obbligi li jridu jiġu segwiti xi standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi speċifiċi, dawn għandhom ikunu konformi mal-istandards u mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39.

Artikolu 74

Kontroll tal-prezzijiet u obbligi ta' kontabbiltà tal-ispejjeż

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi rigward l-irkupru tal-ispejjeż u l-kontroll tal-prezzijiet, inkluż obbligi rigward l-orjentazzjoni tal-prezzijiet lejn l-ispejjeż u l-obbligi li jikkonċernaw is-sistemi tal-kontabbiltà tal-ispejjeż, għall-forniment ta' tipi speċifiċi ta' interkonnessjoni jew aċċess, f'sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva jfisser li l-impriża kkonċernata tista' ssostni prezzijiet f'livell eċċessivament għoli, jew tista' tikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali.

Meta jiddeterminaw jekk ikunx xieraq li jkun hemm obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali fit-tul fir-rigward tal-introduzzjoni u l-adozzjoni tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, u b'mod partikolari n-netwerks b'kapaċità kbira ħafna. B'mod partikolari, sabiex jinkoraġġixxu l-investimenti mill-impriża, inkluż fin-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-impriża. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jidhrilhom li jkun xieraq li jsiru kontrolli tal-prezzijiet, dawn għandhom jippermettu lill-impriża rata raġonevoli ta' qligħ fuq il-kapital adegwat investit, b'kont meħud ta' kwalunkwe riskju speċifiku għal proġett tan-netwerk tal-investiment ġdid partikolari.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw li ma jimponux jew iżommu l-obbligi skont dan l-Artikolu fejn jistabbilixxu li hemm ċertu limitu evidenti għall-prezz bl-imnut u li kwalunkwe obbligu impost b'konformità mal-Artikoli 69 sa 73, inkluż, b'mod partikolari, kwalunkwe test tar-replikabbiltà ekonomika impost skont l-Artikolu 70, jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw li huwa xieraq li jiġu imposti obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet għal aċċess għal elementi ta' netwerk eżistenti, dawn għandhom iqisu wkoll li l-benefiċċji tal-prezzijiet bl-ingrossa prevedibbli u stabbli b'mod li jiżguraw dħul effiċjenti fis-suq u inċentivi biżżejjed għall-impriżi kollha biex jużaw netwerks ġodda u mtejba.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull mekkaniżmu ta' rkupru tal-ispejjeż jew metodoloġija tal-iffissar tal-prezzijiet li jkunu obbligatorji, iservu biex jippromwovu l-introduzzjoni ta' netwerks ġodda u mtejba, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u jimmassimizzaw il-benefiċċji sostenibbli għall-utent finali. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq kompetittivi komparabbli.

3.  Fejn impriża jkollha obbligu li torjenta l-prezzijiet tagħha lejn l-ispejjeż, l-oneru tal-prova li l-prezzijiet huma bażati fuq l-ispejjeż, inkluża rata raġonevoli ta' qligħ fuq l-investiment, għandu jkun fuq l-impriża konċernata. Għall-fini tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-forniment effiċjenti ta' servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jużaw metodi ta' kontabbiltà tal-ispejjeż indipendenti minn dawk użati mill-impriża. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li impriża tipprovdi ġustifikazzjoni sħiħa għall-prezzijiet tagħha, u jistgħu, fejn xieraq, jirrikjedu li l-prezzijiet jiġu aġġustati.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta l-implimentazzjoni tas-sistema tal-kontabilità tal-ispejjeż hija obbligatorja sabiex issostni l-kontrolli tal-prezzijiet, għandha ssir pubblikament disponibbli deskrizzjoni tas-sistema tal-kontabilità tal-ispejjeż, li tkun turi mill-inqas il-kategoriji prinċipali li skonthom l-ispejjeż huma raggruppati u r-regoli użati għall-allokazzjoni tal-ispejjeż. Korp kwalifikat indipendenti għandu jivverifika l-konformità mas-sistema ta' kontabilità tal-ispejjeż u kull sena għandu jippubblika dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità.

Artikolu 75

Ir-rati ta' terminazzjoni

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, tadotta att delegat skont l-Artikolu 117 li jissupplimenta din id-Direttiva billi jistabbilixxi rata massima unika ta' terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi fuq linja mobbli fl-Unjoni kollha u rata massima unika ta' terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi fuq linja fissa fl-Unjoni kollha (flimkien imsejħa 'rati ta' terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha'), li jkunu imposti fuq kwalunkwe fornitur ta' terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi fuq linja mobbli jew ta' servizzi ta' terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi fuq linja fissa, rispettivament, fi kwalunkwe Stat Membru.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha ▌:

(a)  tikkonforma mal-prinċipji, il-kriterji u l-parametri previsti fl-Anness III;

(b)  meta tistabbilixxi għall-ewwel darba r-rati ta' terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha ▌, għandha tqis il-medja ponderata tal-ispejjeż effiċjenti fin-netwerks fissi u mobbli stabbiliti f'konformità mal-prinċipji previsti fl-Anness III applikati fl-Unjoni kollha; ▌ir-rati ta' terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha fl-ewwel att delegat ma għandhomx ikunu ogħla mill-ogħla rata fost ir-rati li kienu fis-seħħ sitt xhur qabel l-adozzjoni ta' dak l-att delegat fl-Istati Membri kollha, wara kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal ċirkostanzi nazzjonali eċċezzjonali;

(c)  tieħu kont tal-għadd totali ta' utenti finali f'kull Stat Membru, biex tiżgura ponderazzjoni xierqa tar-rati massimi ta' terminazzjoni, kif ukoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jwasslu għal differenzi sinifikanti bejn Stati Membri meta jiġu biex jiddeterminaw ir-rati massimi ta' terminazzjoni fl-Unjoni;

(d)  tieħu kont tal-informazzjoni dwar is-suq ipprovduta mill-BEREC, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew direttament, mill-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; u

(e)  tikkunsidra l-ħtieġa li jitħalla perijodu transizzjonali ta' mhux aktar minn 12-il xahar sabiex jippermetti aġġustamenti fi Stati Membri fejn dan ikun meħtieġ abbażi tar-rati imposti preċedentement.

2.  Filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu kull ħames snin u għandha tikkunsidra f'kull tali okkażjoni, bl-applikazzjoni tal-kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1), jekk jibqax meħtieġ li jkunu stabbiliti r-rati ta' terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha a. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi, wara r-rieżami tagħha skont dan il-paragrafu, li ma timponix rata massima ta' terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi fuq linja mobbli jew rata massima ta' terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi fuq linja fissa, jew li ma timponi ebda waħda minnhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jwettqu analiżi tas-swieq tat-terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi f'konformità mal-Artikolu 67, biex jivvalutaw jekk l-impożizzjoni ta' obbligi regolatorji hijiex neċessarja. Jekk awtorità regolatorja nazzjonali timponi, bħala riżultat ta' din l-analiżi, rati ta' terminazzjoni orjentati lejn l-ispejjeż f'suq rilevanti, għandha ssegwi l-prinċipji, il-kriterji u l-parametri stabbiliti fl-Anness III u l-abbozz ta' miżura tagħha għandu jkun soġġett għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib, u jiżguraw konformità ma', l-applikazzjoni tar-rati ta' terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha mill-fornituri tas-servizzi ta' terminazzjoni bil-vuċi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lil fornitur tas-servizzi ta' terminazzjoni ta' telefonati bil-vuċi biex jemenda r-rata imposta lil impriżi oħra jekk din ma tkunx konformi mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw annwalment lill-Kummissjoni u lill-BEREC rigward l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 76

It-trattament regolatorju ta' elementi ġodda tan-netwerk b'kapaċità kbira ħafna

1.  L-impriżi li ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti f'suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 jistgħu joffru impenji skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 79 u soġġett għat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu biex jiftħu l-introduzzjoni ta' netwerk ġdid b'kapaċità kbira ħafna li jikkonsisti f'elementi tal-fibra ottika sal-bini jew stazzjon bażi tal-utenti finali, għall-koinvestiment, pereżempju billi tiġi offruta l-koproprjetà jew il-kondiviżjoni tar-riskju fit-tul permezz tal-kofinanzjament jew permezz ta' ftehimiet ta' akkwist li jwasslu għal drittijiet speċifiċi ta' natura strutturali minn fornituri oħra ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tivvaluta dawk l-impenji, hija għandha tiddetermina, b'mod partikolari, jekk l-offerta ta' koinvestiment tikkonformax mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  hija miftuħa fi kwalunkwe moment matul il-ħajja tan-netwerk għal kwalunkwe fornitur ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b)  tkun tippermetti lil koinvestituri oħra li jkunu fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jikkompetu b'mod effettiv u sostenibbli fit-tul fi swieq downstream fejn l-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tkun attiva, b'termini li jinkludu:

(i)  kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji li jippermettu aċċess għall-kapaċità sħiħa tan-netwerk sa fejn tkun soġġetta għall-koinvestiment;

(ii)  il-flessibbiltà mil-lat ta' valur u żmien tal-parteċipazzjoni ta' kull koinvestitur;

(iii)  il-possibbiltà li tiżdied il-parteċipazzjoni bħal din fil-futur; u

(iv)  drittijiet reċiproċi mogħtija mill-koinvestituri wara l-introduzzjoni tal-infrastruttura koinvestita ▌;

(c)  issir pubblika mill-impriża fil-ħin u, jekk l-impriża ma jkollhiex il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1), mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-introduzzjoni tan-netwerk il-ġdid; dak il-perijodu jista' jittawwal skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali;

(d)  dawk li jfittxu l-aċċess li ma jkunux qed jieħdu sehem fil-koinvestiment jistgħu jibbenefikaw mill-bidu mill-istess kwalità, veloċità, kondizzjonijiet u lħuq tal-utenti finali bħal kif kienu disponibbli qabel l-introduzzjoni, akkumpanjati b'mekkaniżmu ta' adattament maż-żmien, ikkonfermat fid-dawl ta' żviluppi fis-swieq bl-imnut relatati, li jżomm l-inċentivi għall-parteċipazzjoni fil-koinvestiment; tali mekkaniżmu għandu jiżgura li dawk li jfittxu l-aċċess ikollhom aċċess għall-elementi b'kapaċità kbira ħafna tan-netwerk fi żmien u abbażi ta' termini trasparenti u nondiskriminatorji li jirriflettu b'mod xieraq il-livelli ta' riskju mġarrba mill-koinvestituri rispettivi fi stadji differenti tal-introduzzjoni u b'kont meħud tas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq bl-imnut;

(e)  tikkonforma mill-inqas mal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV u ssir bona fide.

2.  Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, b'kont meħud tar-riżultati tat-test tas-suq imwettaq b'konformità mal-Artikolu 79(2), li l-impenn ta' koinvestiment offrut jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tagħmel dak l-impenn vinkolanti skont l-Artikolu 79(3), u ma għandha timponi l-ebda obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 68 fir-rigward tal-elementi tan-netwerk ġdid b'kapaċità kbira ħafna li huma soġġetti għall-impenji, jekk mill-inqas koinvestitur potenzjali wieħed ikun daħal fi ftehim ta' koinvestiment mal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-trattament regolatorju taċ-ċirkostanzi li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tar-riżultati ta' kwalunkwe test tas-suq imwettaq b'konformità mal-Artikolu 79(2), iżda li għandhom impatt fuq il-kompetizzjoni u jittieħed kont tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 67 u 68.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, awtorità regolatorja nazzjonali tista', f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, timponi, iżżomm jew tadatta rimedji b'konformità mal-Artikoli 68 sa 74 fir-rigward ta' netwerks ġodda b'kapaċità kbira ħafna sabiex jiġu indirizzati problemi sinifikanti ta' kompetizzjoni fi swieq speċifiċi meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn is-swieq, dawn il-problemi ta' kompetizzjoni ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mod ieħor.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom kontinwament jimmonitorjaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u jistgħu jirrikjedu li impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tipprovdilhom dikjarazzjonijiet annwali ta' konformità.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta' awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 26(1), fil-każ li tinqala' tilwima bejn impriżi fir-rigward ta' ftehim ta' koinvestiment meqjus minnha li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-BEREC, wara li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, u l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 77

Separazzjoni funzjonali

1.  Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi adatti imposti skont l-Artikoli 69 sa 74 jkunu naqsu milli jiksbu kompetizzjoni effettiva u li hemm problemi ta' kompetizzjoni jew fallimenti fis-suq li huma importanti u persistenti identifikati fir-rigward tal-provvista bl-ingrossa ta' ċerti swieq ta' prodotti ta' aċċess, hija tista' timponi, fuq bażi eċċezzjonali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(3), obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista bl-ingrossa ta' dawn il-prodotti ta' aċċess f'entità ta' negozju li topera b'mod indipendenti.

Dik l-entità ta' negozju għandha tipprovdi l-prodotti u s-servizzi ta' aċċess lill-impriżi kollha, inkluż entitajiet ta' negozju oħrajn fi ħdan il-kumpannija prinċipali (parent company), fl-istess perijodi ta' żmien, bl-istess termini u kondizzjonijiet, inkluż dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta' servizz, u permezz tal-istess sistemi u proċessi.

2.  Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha timponi obbligu ta' separazzjoni funzjonali, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:

(a)  provi li jiġġustifikaw il-konklużjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)  valutazzjoni raġunata li tikkonkludi li f'perijodu raġonevoli, il-prospett ta' kompetizzjoni ibbażata fuq l-infrastruttura huwa ineżistenti jew limitat;

(c)  analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja nazzjonali, fuq l-impriża, b'mod partikolari fuq il-ħaddiema tal-impriża separata, u fuq is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollu kemm hu, u fuq inċentivi għall-investiment fih, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali u territorjali, u fuq partijiet ikkonċernati oħra, inkluż, b'mod partikolari, l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni u kwalunkwe effett riżultanti potenzjali fuq il-konsumaturi;

(d)  analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni jew fallimenti tas-swieq li jkunu identifikati.

3.  L-abbozz ta' miżura għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)  in-natura preċiża u l-livell ta' separazzjoni, waqt li jispeċifika b'mod partikolari l-istatus ġuridiku tal-entità ta' negozju separata;

(b)  identifikazzjoni tal-assi tal-entità ta' negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti minn din l-entità;

(c)  l-arranġamenti ta' governanza biex tkun żgurata l-indipendenza tal-impjegati tal-entità ta' negozju separata, u l-istruttura ta' inċentivi korrispondenti;

(d)  ir-regoli biex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi;

(e)  ir-regoli biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b'mod partikolari lejn partijiet involuti oħrajn;

(f)  il-programm ta' monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluż il-pubblikazzjoni ta' rapport annwali.

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 68(3) dwar dak l-abbozz ta' miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-netwerk tal-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67. Abbażi ta' dik l-analiżi, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 23 u 32.

4.  Impriża li fuqha kienet imposta s-separazzjoni funzjonali tista' tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 69 sa 74 fi kwalunkwe suq speċifiku fejn hija tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 67, jew kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3).

Artikolu 78

Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment

1.  Impriżi li kienu deżinjati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f'suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali mill-inqas tliet xhur qabel ▌kwalunkwe trasferiment, li jkunu biħsiebhom jagħmlu, tal-assi tagħhom fin-netwerk għall-aċċess lokali jew ta' parti sostanzjali minnhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor, jew qabel jistabbilixxu entità ta' negozju separata biex huma jipprovdu lill-fornituri bl-imnut kollha, inklużi d-diviżjonijiet bl-imnut tagħha stess, prodotti ta' aċċess kompletament ekwivalenti.

Dawk l-impriżi għandhom ukoll jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar kwalunkwe bidla f'dak is-sens kif ukoll dwar l-eżitu finali tal-proċess ta' separazzjoni.

Tali impriżi jistgħu wkoll joffru impenji li rigward il-kondizzjonijiet tal-aċċess li jkollhom japplikaw għan-netwerk tagħhom matul perijodu ta' implimentazzjoni wara li tiġi implimentata l-għamla proposta ta' separazzjoni, bil-ħsieb li jkun żgurat aċċess effettiv u nondiskriminatorju mill-partijiet terzi. L-offerta tal-impenji għandha tinkludi dettalji biżżejjed, inkluż mil-lat ta' żmien għall-implimentazzjoni u durata, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodu massimu tar-rieżamijiet tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 67(5).

2.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba flimkien mal-impenji offruti, fejn applikabbli, fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skont din id-Direttiva.

Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi tad-diversi swieq relatati man-netwerk għall-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis kwalunkwe impenn offrut mill-impriża, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. B'hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-partijiet terzi skont l-Artikolu 23, u għandha tindirizza, b'mod partikolari, lil dawk il-partijiet terzi li huma affettwati direttament mit-tranżazzjoni maħsuba.

Abbażi tal-analiżi tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 23 u 32, filwaqt li tapplika, jekk xieraq l-Artikolu 80. Fid-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tagħmel l-impenji, vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment. B'deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment, għall-perijodu kollu li għalih ikunu offruti.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, l-entità ta' negozju li tkun separata b'mod legali jew b'mod operattiv li tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 67 tista' tkun soġġetta, skont kif ikun xieraq, għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 69 sa 74 fi kwalunkwe suq speċifiku, jew għal kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3), fejn kwalunkwe impenn offrut ma jkunx suffiċjenti biex jissodisfa l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji offruti mill-impriżi li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 2 u għandha tikkunsidra l-estensjoni tagħhom meta jiskadi l-perijodu li għalih inizjalment ġew offruti.

Artikolu 79

Proċedura ta' impenji

1.  L-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru lill-awtorità regolatorja nazzjonali impenji rigward kondizzjonijiet għalaċċess jew koinvestiment, jew għat-tnejn, li jkunu japplikaw għan-netwerks tagħhom, fir-rigward ta', fost l-oħrajn:

(a)  arranġamenti kooperattivi rilevanti għall-valutazzjoni ta' obbligi xierqa u proporzjonati skont l-Artikolu 68;

(b)  koinvestiment f'netwerks b'kapaċità kbira ħafna skont l-Artikolu 76; jew

(c)  aċċess effettiv u nondiskriminatorju minn partijiet terzi skont l-Artikolu 78, kemm matul perijodu ta' implimentazzjoni ta' separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment kif ukoll wara li tkun implimentata l-għamla ta' separazzjoni proposta.

L-offerta għal impenji għandha tkun suffiċjentement dettaljata inkluż rigward iż-żmien u l-ambitu tal-implimentazzjoni tagħhom u t-tul ta' żmien tagħhom, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista' twettaq il-valutazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Tali impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodi għat-twettiq tal-analiżi tas-suq prevista fl-Artikolu 67(5).

2.  Sabiex jiġi vvalutat kwalunkwe impenn offrut minn impriża skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, ħlief meta tali impenji evidentement ma jissodisfawx kondizzjoni waħda jew kriterju wieħed jew aktar, twettaq test tas-suq, partikolarment dwar it-termini offruti, billi twettaq konsultazzjoni pubblika ma' partijiet interessati, b'mod partikolari partijiet terzi li jkunu affettwati direttament. Il-koinvestituri potenzjali jew persuni li jfittxu l-aċċess jistgħu jipprovdu fehmiet dwar il-konformità tal-impenji offruti mal-kondizzjonijiet previsti, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78 u jistgħu jipproponu bidliet.

Fir-rigward tal-impenji offruti taħt dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, meta tivvaluta l-obbligi skont l-Artikolu 68(4), jkollha kunsiderazzjoni partikolari, ta':

(a)  evidenza fir-rigward tan-natura ġusta u raġonevoli tal-impenji offruti;

(b)  l-apertura tal-impenji għall-parteċipanti kollha fis-suq,

(c)  id-disponibbiltà ta' aċċess f'waqtha skont kondizzjonijiet ta' aċċess ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż lil netwerks b'kapaċità kbira ħafna, qabel il-varar ta' servizzi bl-imnut relatati; u

(d)  l-adegwatezza globali tal-impenji offruti biex jippermettu kompetizzjoni sostenibbli fi swieq downstream u biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni u l-adozzjoni kooperattivi ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna fl-interess tal-utenti finali.

B'kont meħud tal-fehmiet kollha espressi fil-konsultazzjoni, u sa fejn tali fehmiet huma rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq il-konklużjonijiet preliminari tagħha dwar jekk l-impenji offruti jikkonformawx mal-objettivi, kriterji u proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78, u taħt liema kondizzjonijiet hija tista' tikkunsidra tagħmel l-impenji vinkolanti. L-impriża tista' tirrevedi l-offerta inizjali tagħha sabiex tieħu kont tal-konklużjonijiet preliminari tal-awtorità regolatorja nazzjonali u bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti f'dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' toħroġ deċiżjoni sabiex tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment.

B'deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tagħmel vinkolanti xi impenji jew kollha kemm huma għal perijodu speċifiku li jista' jkun il-perijodu kollu li matulu jiġu offruti, u fil-każ ta' impenji ta' koinvestiment li saru vinkolanti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), hija għandha tagħmilhom vinkolanti għal perijodu ta' mhux inqas minn seba' snin.

Soġġett għall-Artikolu 76, dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67 u l-impożizzjoni ta' obbligi skont l-Artikolu 68.

Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħmel vinkolanti impenji skont dan l-Artikolu, hija għandha tivvaluta taħt l-Artikolu 68 il-konsegwenzi ta' dik id-deċiżjoni għall-iżvilupp tas-suq u l-adegwatezza ta' kwalunkwe obbligu li hija imponiet jew li, fin-nuqqas ta' dawk l-impenji, kienet tikkunsidra timponi skont dak l-Artikolu jew l-Artikoli 69 sa 74. Meta tinnotifika l-abbozz ta' miżura rilevanti skont l-Artikolu 68 f'konformità mal-Artikolu 32, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha takkumpanja l-abbozz ta' miżura nnotifikata b'deċiżjoni dwar l-impenji.

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-impenji li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bl-istess mod li timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-obbligi imposti taħt l-Artikolu 68 u għandha tikkunsidra l-estensjoni tal-perijodu ta' żmien li għalih kienu saru vinkolanti meta jiskadi l-perijodu inizjali. Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li impriża ma kkonformatx mal-impenji li saru vinkolanti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, hija tista' timponi penali fuq tali impriża skont l-Artikolu 29. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura għall-iżgurar tal-konformità ta' obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 30, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tivvaluta mill-ġdid l-obbligi imposti skont l-Artikolu 68(6).

Artikolu 80

Impriżi bl-ingrossa biss

1.  Awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeżinja impriża nieqsa mis-swieq tal-bejgħ bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti f'wieħed jew f'diversi swieq bl-ingrossa skont l-Artikolu 67, għandha tikkunsidra jekk dik l-impriża għandhiex il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)  il-kumpaniji kollha u l-unitajiet tan-negozju kollha fi ħdan l-impriża, ▌ il-kumpaniji kollha li huma kkontrollati, iżda mhux neċessarjament jappartjenu kollha kemm huma għall-istess sid finali, u kwalunkwe azzjonist li kapaċi jeżerċita l-kontroll fuq l-impriża, li għandhom biss attivitajiet, bħalissa u ppjanati għall-futur, fis-swieq bl-ingrossa għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u għalhekk ma għandhomx attivitajiet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika provduti lill-utenti finali fl-Unjoni;

(b)  l-impriża mhix marbuta tittratta ma' impriża unika u separata li topera downstream u li tkun attiva f'xi suq tal-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pprovduti lill-utenti finali privati jew kummerċjali, minħabba ftehim esklussiv, jew ftehim li de facto jammonta għal ftehim esklussiv.

2.  Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti, din tista' timponi biss fuq dik l-impriża obbligi li jkunu konformi mal-Artikoli 70 u 73 jew relattivi għal pprezzar ġust u raġonevoli jekk dan ikun ġustifikat abbażi ta' analiżi tas-suq inkluża valutazzjoni prospettiva tal-imġiba probabbli tal-impriża deżinjata bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.

3.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dak l-Artikolu fi kwalunkwe ħin jekk tikkonkludi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għadhomx sodisfatti u għandha, skont kif ikun xieraq, tapplika l-Artikoli 67 sa 74. L-impriżi għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi, li tkun rilevanti għall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha wkoll tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dan l-Artikolu jekk, abbażi ta' evidenza tat-termini u l-kondizzjonijiet offerti mill-impriża lill-klijenti downstream tagħha, l-awtorità tikkonkludi li nqalgħu, jew li x'aktarx jinqalgħu, problemi tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-utenti finali li jkunu jeħtieġu l-impożizzjoni ta' obbligu wieħed jew aktar minn dawk previsti fl-Artikolu 69, 71, 72 jew 74, jew l-emendar tal-obbligi imposti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

5.  L-impożizzjoni tal-obbligi u r-rieżami tagħhom skont dan l-Artikolu għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

Artikolu 81

Il-migrazzjoni minn infrastruttura antika

1.  L-impriżi li jkunu ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq fir-rigward ta' wieħed jew diversi swieq rilevanti skont l-Artikolu 67 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel u fil-ħin meta jkunu qed jippjanaw li jiddikummissjonaw jew jissostitwixxu b'infrastruttura ġdida xi partijiet tan-netwerk, inkluża l-infrastruttura antika meħtieġa għall-operazzjoni tan-netwerk tar-ram, li jkunu soġġetti għall-obbligi skont l-Artikoli 68 sa 80.

2.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li l-proċess tad-dikummissjonar jew ta' sostituzzjoni ikun jinkludi skeda taż-żmien u kondizzjonijiet trasparenti, inkluż perijodu xieraq ta' notifika u ta' tranżizzjoni, u għandha tistabbilixxi d-disponibbiltà ta' prodotti alternattivi li minn tal-inqas ikunu ta' kwalità komparabbli li jipprovdu aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk aġġornata li tissostitwixxi l-elementi mibdula jekk dan ikun meħtieġ biex jitħarsu l-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-utenti finali.

Fir-rigward tal-assi li huma proposti għal dikummissjonar jew sostituzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-obbligi wara li tkun żgurat li l-fornitur tal-aċċess:

(a)  stabbilixxa il-kondizzjonijiet xierqa dwar il-migrazzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta' prodott ta' aċċess alternattiv li minn tal-inqas ikun ta' kwalità komparabbli li tippermetti lil dawk li jfittxu aċċess jilħqu l-istess utenti finali; u

(b)  ikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-proċess notifikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali skont dan l-Artikolu.

Tali irtirar għandu jiġi implimentat skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

3.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-disponibbiltà ta' prodotti regolati imposta mill-awtorità regolatorja nazzjonali fuq l-infrastruttura tan-netwerk aġġornata f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 67 u 68.

Artikolu 82

Il-linji gwida tal-BEREC dwar netwerks b'kapaċità kbira ħafna

Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida dwar il-kriterji li jrid jissodisfa netwerk sabiex jitqies bħala netwerk b'kapaċità kbira ħafna, b'mod partikolari f'termini ta' meded ta' baned downlink u uplink, reżiljenza, parametri relatati mal-iżbalji, u latenza u l-varjazzjoni tagħha. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ dawk il-linji gwida. Il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida sal-31 ta' Diċembru 2025, u regolarment sussegwentement.

KAPITOLU V

KONTROLL REGOLATORJU FUQ SERVIZZI BL-IMNUT

Artikolu 83

Kontroll regolatorju fuq servizzi bl-imnut

1.  L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi regolatorji xierqa fuq impriżi li jkunu ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti f'suq bl-imnut partikolari skont l-Artikolu 63, fejn:

(a)  bħala riżultat ta' analiżi tas-suq imwettqa f'konformità mal-Artikolu 67, awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li suq bl-imnut partikolari identifikat f'konformità mal-Artikolu 64 mhuwiex effettivament kompetittiv; u

(b)  l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti taħt l-Artikoli 69 sa 74 ma jkunux ser jirriżultaw fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  L-obbligi imposti taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata u għandhom ikunu proporzjonati u ġustifikati fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-obbligi imposti jistgħu jinkludu rekwiżiti li l-impriżi deżinjati ma jimponux prezzijiet eċċessivi, ifixklu d-dħul fis-suq jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni billi jiffissaw prezzijiet predatorji, juri preferenza mhux dovuta għal utenti finali speċifiċi jew jirraggruppaw servizzi b'mod mhux raġonevoli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu japplikaw għal tali impriżi miżuri xierqa ta' limitu għall-prezz bl-imnut, miżuri biex jikkontrollaw tariffi individwali, jew miżuri biex jorjentaw tariffi lejn l-ispejjeż jew prezzijiet fi swieq komparabbli, sabiex jipproteġu l-interessi tal-utent finali filwaqt li jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, fejn impriża tkun soġġetta għar-regolazzjoni tat-tariffa bl-imnut jew kontrolli oħra rilevanti tal-imnut, jiġu implimentati s-sistemi meħtieġa u xierqa ta' kontabbiltà tal-ispejjeż. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw. Il-konformità mas-sistema ta' kontabilità tal-ispejjeż għandha tiġi verifikata minn korp kwalifikat indipendenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità tiġi ppubblikata kull sena.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85 u 88, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx japplikaw mekkaniżmi ta' kontroll tal-imnut taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil swieq ġeografiċi jew swieq tal-imnut fejn ikunu sodisfatti li jkun hemm kompetizzjoni effettiva.

PARTI III

SERVIZZI

TITOLU I

▌L-obbligi tas-servizz universali

Artikolu 84

Servizz universali affordabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha fit-territorji tagħhom ikollhom aċċess, bi prezz affordabbli, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, għal servizz disponibbli ta' aċċess adegwat għall-internet broadband u għal servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi bil-kwalità speċifikata fit-territorji tagħhom, inkluża l-konnessjoni sottostanti, f'post fiss.

2.  Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw ukoll l-affordabbiltà tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux ipprovduti f'post fiss, meta jqisu li dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa tal-konsumaturi fis-soċjetà.

3.  Kull Stat Membru għandu, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali u l-bandwidth minima li tgawdi l-maġġoranza tal-konsumaturi fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, u wara li jqis ir-rapport tal-BEREC dwar l-aħjar prattiki, jiddefinixxi s-servizz ta' aċċess adegwat għall-internet broadband għall-finijiet tal-paragrafu 1 bil-għan li jiżgura l-bandwidth meħtieġa għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Is-servizz ta' aċċess adegwat għall-internet broadband għandu jkun kapaċi jipprovdi l-bandwidth meħtieġa sabiex jappoġġa mill-inqas is-sett minimu ta' servizzi stabbilit fl-Anness V.

Sa ... [18-il xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-BEREC għandu, sabiex jikkontribwixxi lejn l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, b'kont meħud ta' data (Eurostat) disponibbli tal-Kummissjoni, ifassal rapport dwar l-aħjar prattiki tal-Istati Membri sabiex jappoġġa d-definizzjoni ta' servizz ta' aċċess adegwat għall-internet broadband skont l-ewwel paragrafu. Dak ir-rapport għandu jiġi aġġornat regolarment biex jirrifletti l-avvanzi u l-bidliet teknoloġiċi fix-xejriet ta' użu mill-konsumatur.

4.  Meta konsumatur jitlob hekk, il-konnessjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2, tista' tiġi limitata biex tappoġġa s-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi.

5.  L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ.

Artikolu 85

Il-forniment ta' servizzi universali affordabbli

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet oħra kompetenti għandhom jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tal-prezzijiet bl-imnut tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1) disponibbli fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet nazzjonali u tad-dħul tal-konsumatur nazzjonali.

2.  Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu li, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali, il-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1) ma jkunux affordabbli, għaliex il-konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għal tali servizzi, huma għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw l-affordabbiltà għal tali konsumaturi ta' servizzi ta' aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi minn tal-anqas f'post fiss.

Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li jingħata appoġġ lil tali konsumaturi għal finijiet ta' komunikazzjoni jew jeżiġu li l-fornituri ta' dawk is-servizzi joffru lil dawk il-konsumaturi ażliet alternattivi jew pakketti ta' tariffi li jkunu differenti minn dawk ipprovduti taħt kondizzjonijiet kummerċjali normali, jew it-tnejn. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li dawk il-fornituri japplikaw tariffi komuni, inkluż medjar ġeografiku fit-territorju kollu.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fejn l-impożizzjoni ta' obbligi taħt it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq il-fornituri kollha tirriżulta f'piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv ippruvat għall-fornituri jew għall-Istat Membru, Stat Membru jista', eċċezzjonalment, jiddeċiedi li jimponi l-obbligu li jiġu offruti dawk l-għażliet tariffarji jew pakketti speċifiċi fuq impriżi deżinjati biss. L-Artikolu 86 għandu japplika għal tali deżinjazzjonijiet mutatis mutandis. Fejn Stat Membru jiddeżinja impriżi, għandu jiżgura li l-konsumaturi kollha li jkollhom qligħ baxx jew bżonnijiet soċjali speċjali jgawdu minn għażla ta' impriżi li joffru alternattivi tariffarji li jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom, ħlief jekk ikun impossibbli tali għażla tkun żgurata jew jekk dan ikun joħloq piż organizzattiv jew finanzjarju addizzjonali li jkun eċċessiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi intitolati għal tali għażliet -alternattivi jew pakketti ta' tariffi jkollhom dritt li jikkonkludu kuntratt jew ma' fornitur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1), jew ma' impriża deżinjata f'konformità ma' dan il-paragrafu, u li n-numru tagħhom jibqa' disponibbli għalihom għal perijodu adegwat u li jkun evitat il-qtugħ mhux ġustifikat tas-servizz.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu għażliet alternattivi jew pakketti ta' tariffi lil konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali skont il-paragrafu 2, iżommu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħrajn infurmati bid-dettalji ta' dawn l-offerti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li taħthom l-impriżi jipprovdu għażliet alternattivi jew pakketti ta' tariffi skont il-paragrafu 2 ikunu trasparenti għalkollox u jiġu ppublikati u applikati skont il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jeżiġu li tali għażliet alternattivi jew pakketti ta' tariffi jiġu modifikati jew irtirati.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali, li jingħata appoġġ kif xieraq lill-konsumaturi b'diżabbiltà, u li jittieħdu miżuri speċifiċi oħrajn, fejn ikun adatt, biex jiġi żgurat li t-tagħmir terminali relatat, u tagħmir speċifiku u servizzi speċifiċi li jtejbu l-aċċess ekwivalenti, inklużi fejn meħtieġ servizzi ta' konverżazzjoni totali u servizzi ta' trażmissjoni, jkunu disponibbli u affordabbli.

5.  Meta japplikaw dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista' jkun id-distorsjonijiet fis-suq.

6.  L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ.

Artikolu 86

Id-disponibbiltà ta' servizz universali

1.  Fejn Stat Membru jkun stabbilixxa, wara li jqis ir-riżultati, fejn dawn ikunu disponibbli, tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont l-Artikolu 22(1), u kwalunkwe evidenza addizzjonali fejn neċessarja, li d-disponibbiltà f'post fiss ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, ma jistgħux ikunu żgurati b'ċirkostanzi kummerċjali normali jew bi strumenti potenzjali oħrajn tal-politika pubblika fit-territorju nazzjonali tiegħu jew partijiet minnu, dan jista' jimponi obbligi tas-servizz universali xierqa biex jintlaħqu t-talbiet raġonevoli kollha minn utenti finali għall-aċċess ta' dawn is-servizzi fil-partijiet rilevanti tat-territorju tiegħu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-aktar approċċ effiċjenti u adattat biex jiżguraw id-disponibbiltà f'post fiss ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband, kif definit skont l-Artikolu 84(3), u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, trasparenza, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista' jkun id-distorsjonijiet fis-suq, b'mod partikolari l-forniment tas-servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kondizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kondizzjonijiet kummerċjali normali, filwaqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.

3.  B'mod partikolari, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu obbligi biex tkun żgurata għal utenti finali d-disponibbiltà f'post fiss ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband, kif definit fl-Artikolu 84(3), u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, huma jistgħu jiddeżinjaw impriża waħda jew aktar biex jiggarantixxu tali disponibbiltà fit-territorju nazzjonali kollu. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw impriżi differenti jew settijiet ta' impriżi biex jipprovdu servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss jew biex ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali.

4.  Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw impriżi f'parti tat-territorju nazzjonali jew fit-territorju nazzjonali kollu biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' servizzi skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, huma għandhom jagħmlu dan billi jużaw mekkaniżmu ta' deżinjazzjoni effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u nondiskriminatorju, li bih ebda impriża ma tkun eskluża a priori milli tiġi deżinjata. Tali metodi ta' deżinjazzjoni għandhom jiżguraw li jkunu provduti servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss b'mod kosteffettiv u jistgħu jintużaw bħala mezz biex tiġi stabbilita l-ispiża netta tal-obbligu tas-servizz universali skont l-Artikolu 89.

5.  Meta impriża deżinjata b'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jkollha l-intenzjoni li tgħaddi l-assi tagħha, ta' network ta' aċċess lokali, kollha, jew parti sostanzjali minnhom, lil entità legali separata ta' sidien differenti, hija għandha tinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra b'mod f'waqtu, biex dik l-awtorità tkun tista' tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni intiża fuq il-forniment f'post fiss ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi. L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tista' timponi, temenda jew tirtira obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 13(2).

Artikolu 87

L-istatus tas-servizz universali eżistenti

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jiżguraw id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' servizzi oħra għajr is-servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi f'post fiss li kienu fis-seħħ fi … ▌ [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jekk jiġi stabbilit li hemm bżonn ta' tali servizzi fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali. Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw impriżi f'parti tat-territorju nazzjonali jew fit-territorju nazzjonali kollu għall-forniment ta' dawk is-servizzi, għandu japplika l-Artikolu 86. Il-finanzjament ta' dawk l-obbligi għandu jikkonforma mal-Artikolu 90.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-obbligi imposti skont dan l-Artikolu sa [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u sussegwentement kull tliet snin.

Artikolu 88

Kontroll tal-infiq

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jipprovdu faċilitajiet u servizzi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 84, il-fornituri ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi skont l-Artikoli 84 sa 87 jistabbilixxu termini u kondizzjonijiet b'tali mod li l-utent finali ma jkunx obbligat iħallas għal faċilitajiet jew servizzi li ma jkunux neċessarji jew li ma jkunux meħtieġa għas-servizz mitlub.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi msemmija fl-Artikolu 84 li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 85 joffru l-faċilitajiet speċifiċi u s-servizzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI kif applikabbli, sabiex il-konsumaturi jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri jistabbilixxu sistema biex jevitaw qtugħ mhux ġustifikat ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi jew ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband fir-rigward ta' konsumaturi msemmija fl-Artikolu 85, inkluż mekkaniżmu adegwat li jiċċekkja l-interess kontinwu fl-użu tas-servizz.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ.

3.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tkun tista' ma tapplikax il-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 fit-territorju nazzjonali tagħha kollu jew f'parti minnu jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-faċilità tkun disponibbli b'mod wiesa'.

Artikolu 89

L-ispejjeż ta' obbligi ta' servizz universali

1.  Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li forniment ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit fl-Artikolu 84(3) u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi kif stabbilit fl-Artikoli 84, 85 u 86 jew il-kontinwazzjoni tas-servizz universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 87 jista' jfisser piż inġust fuq il-fornituri ta' tali servizzi li jitolbu kumpens, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż netti ta' tali forniment.

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom:

(a)  jikkalkulaw l-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali, waqt li jqisu kull benefiċċju tas-suq li jakkrexxi għal fornitur ta' servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi kif stabbilit fl-Artikoli 84, 85 u 86 jew il-kontinwazzjoni tas-servizz universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 87, skont l-Anness VII; jew

(b)  jagħmlu użu mill-ispejjeż netti għall-forniment tas-servizz universali identifikat mill-mekkaniżmu magħżul skont l-Artikolu ▌ 86(4) ▌.

2.  Il-kontabilità u informazzjoni oħra li jservu bħala bażi għall-kalkolu tal-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu awditjati jew verifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-partijiet rilevanti u approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Ir-riżultat tal-kalkolu tal-ispejjeż u l-konklużjonijiet tal-verifika għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli.

Artikolu 90

Il-finanzjament ta' obbligi ta' servizz universali

1.  Fejn, fuq il-bażi tal-kalkolu tal-ispiża netta msemmija fl-Artikolu 89, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibu li l-fornitur huwa soġġetta għal piż inġust, l-Istati Membri għandhom, fuq talba mill-fornitur ikkonċernat, jiddeċiedu li jagħmlu xi waħda minn dawn, jew it-tnejn, li ġejjin:

(a)  jintroduċu mekkaniżmu biex jikkumpensaw lil dak il-fornitur għall-ispejjeż netti stabbiliti taħt kondizzjonijiet trasparenti minn fondi pubbliċi;

(b)  jikkondividu l-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali bejn il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.  Fejn l-ispiża netta tiġi kondiviża skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kondiviżjoni amministrat mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-benefiċjarji taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali. Tista' tiġi ffinanzjata biss l-ispiża netta, kif determinata skont l-Artikolu 89, tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

Il-mekkaniżmu ta' kondiviżjoni għandu jirrispetta l-prinċipji ta' trasparenza, l-anqas distorsjoni tas-suq, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità, skont il-prinċipji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jitolbux kontribuzzjonijiet mingħand impriżi li l-fatturat nazzjonali tagħhom ikun inqas minn limitu stabbilit.

Kwalunkwe imposta relatata mal-kondiviżjoni tal-ispiża ta' obbligi ta' servizz universali għandha tiġi diżaggregata u identifikata separatament għal kull impriża. Tali imposti ma għandhomx jiġu imposti jew jinġabru minn impriżi li ma jipprovdux servizzi fit-territorju tal-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-mekkaniżmu ta' kondiviżjoni.

Artikolu 91

Trasparenza

1.  Fejn l-ispiża netta tal-obbligi ta' servizzi universali trid tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 89, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prinċipji għall-kalkolu tal-ispiża netta, inklużi d-dettalji tal-metodoloġija li trid tiġi użata jkunu pubblikament disponibbli.

Fejn jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali kif imsemmija fl-Artikolu 90(2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prinċipji għall-kondiviżjoni tal-ispiża u l-kumpens tal-ispiża netta jkunu disponibbli għall-pubbliku.

2.  Soġġett għar-regoli tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapport ta' kull sena li jipprovdi d-dettalji tal-ispiża kalkolata tal-obbligi tas-servizz universali, li jidentifikaw il-kontributi li saru mill-impriżi kollha involuti, inkluż kull benefiċċju tas-suq li seta' akkrexxa għall-impriżi skont l-obbligi tas-servizz universali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

Artikolu 92

Servizzi obbligatorji addizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu servizzi addizzjonali għal dawk inklużi fl-obbligi tas-servizz universali msemmija fl-Artikoli 84 sa 87, pubblikament disponibbli fit-territorji tagħhom stess. F'tali każijiet, ma għandu jiġi impost ebda mekkaniżmu ta' kumpens li jinvolvi impriżi speċifiċi.

TITOLU II

RIŻORSI TA' NUMERAZZJONI

Artikolu 93

Riżorsi ta' numerazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jikkontrollaw l-għotja ta' drittijiet ta' użu tar-riżorsi kollha tan-numerazzjoni nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni u li jipprovdu riżorsi ta' numerazzjoni ▌ adegwati għall-forniment ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-għotja ta' drittijiet ta' użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni nazzjonali.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jagħtu wkoll drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni mill-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil impriżi għajr il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dment li ▌ riżorsi tan-numerazzjoni adegwati jkunu disponibbli biex jissodisfaw id-domanda attwali u prevedibbli għall-futur. Dawk l-impriżi għandhom juru l-kapaċità tagħhom li jamministraw ir-riżorsi tan-numerazzjoni u li jikkonformaw ma' kwalunkwe rekwiżit rilevanti stabbilit skont l-Artikolu 94. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jissospendu l-għoti ulterjuri ta' drittijiet ta' użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi bħal dawn jekk jintwera li jkun hemm riskju ta' eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

Sa … [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jadotta linji gwida, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, dwar kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-amministrazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni u tar-riskju ta' eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri nazzjonali għan-numerazzjoni jiġu applikati b'mod li jagħti trattament ugwali lill-fornituri kollha tas-servizzi pubblikament disponibbli tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u lill-impriżi ▌ eliġibbli skont il-paragrafu 2. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tingħatalha d-dritt ta' użu għal riżorsi tan-numerazzjoni ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tar-riżorsi tan-numerazzjoni użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.

4.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħmlu disponibbli firxa ta' ▌ numri mhux ġeografiċi li jistgħu jintużaw għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, fit-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u għall-Artikolu 97(2) ta' din id-Direttiva. Meta d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu ngħataw skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu lil impriżi għajr fornituri ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan il-paragrafu għandu japplika għas-servizzi speċifiċi li d-drittijiet tal-użu jkunu ngħataw għall-forniment tagħhom.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew oħrajn kompetenti għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet, elenkati fil-Parti E tal-Anness I li jistgħu jintrabtu mad-drittijiet tal-użu għal riżorsi tan-numerazzjoni użati għall-forniment ta' servizzi barra l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, u l-infurzar tagħhom, ikunu daqstant stretti bħal-kondizzjonijiet u mill-infurzar applikabbli għas-servizzi pprovduti ġewwa l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, f'konformità ma' din id-Direttiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw ukoll f'konformità mal-Artikolu 94(6) li l-fornituri li jużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tagħhom fi Stati Membri oħra jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli nazzjonali oħrajn relatati mal-użu ta' riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli f'dawk l-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni. Dan l-obbligu hu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' infurzar tal-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri.

Il-BEREC għandu jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn fuq talba tagħhom, biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta' użu extraterritorjali fl-Unjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew kompetenti oħrajn tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jistabbilixxi bażi tad-data dwar ir-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta' użu extraterritorjali fl-Unjoni. Għal dan il-għan, ▌l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti lill-BEREC. Meta r-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta' użu extraterritorjali ma jingħatawx mill-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità kompetenti responsabbli mill-għoti jew il-ġestjoni tagħhom għandha tikkonsulta lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċi "00" ikun il-kodiċi standard internazzjonali tal-aċċess. Jistgħu jsiru jew jissoktaw arranġamenti speċjali għall-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri bejn postijiet transfruntieri qrib xulxin bejn l-Istati Membri. ▌

L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jkollhom pjan tan-numerazzjoni komuni għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi tan-numri.

L-utenti finali affettwati minn tali arranġamenti jew ftehimiet għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 106, l-Istati Membri għandhom jippromwovu ▌ forniment fl-arja ▌ meta jkun fattibbli teknikament, biex jeħfief il-bdil tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti finali ▌, b'mod partikolari l-fornituri u l-utenti finali tas-servizzi bejn magna u oħra.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjani nazzjonali tagħhom ta' numerazzjoni, u ż-żidiet kollha sussegwenti jew emendi għalihom, jiġu ppubblikati, bla ħsara biss għall-limitazzjonijiet imposti fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali.

8.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta' numri speċifiċi jew firxiet ta' numri fil- fl-Unjoni meta dik tippromwovi kemm il-funzjonament tas-suq intern kif ukoll tappoġġa l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropej. Fejn meħtieġ biex tindirizza d-domanda transfruntiera jew pan-Ewropea għar-riżorsi tan-numerazzjoni li ma tkun ġiet sodisfatta, il-Kummissjoni għandha tadotta, b'kont meħud bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, atti ta' implimentazzjoni li jarmonizzaw numri speċifiċi jew firxiet ta' numerazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Artikolu 94

Proċedura għall-għoti ta' drittijiet ta' użu għar-riżorsi ta' numerazzjoni

1.  Fejn ikun meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali tal-użu ta' riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, fuq talba, lil kull impriża għall-forniment ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika koperti b'awtorizzazzjoni ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 12, soġġett għall-Artikolu 13 u għall-punt (c) tal-Artikolu 21(1) u għal kull regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi tan-numerazzjoni skont din id-Direttiva. ▌

2.  Id-drittijiet ta' użu ta' riżorsi tan-numerazzjoni għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali.

Meta jagħtu d-drittijiet ta' użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet.

Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni għal perijodu limitat, id-durata ta' dak il-perijodu għandha tkun adattata għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-objettiv segwit, u jitqies b'mod xieraq il-bżonn li jkun hemm lok għal perijodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta' investiment.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' drittijiet ta' użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni malajr kemm jista' jkun wara r-riċezzjoni tal-applikazzjoni kompluta u fi żmien tliet ġimgħat fil-każ tar-riżorsi tan-numerazzjoni li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi fil-pjan nazzjonali għan-numerazzjoni. Tali deċiżjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

4.  Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ikunu ddeterminaw, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 23, li d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni ta' valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta' proċeduri ta' għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ▌ jistgħu jestendu l-perijodu ta' tliet ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu b'mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra.

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ma għandhomx jillimitaw l-għadd ta' drittijiet individwali tal-użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-riżorsi tan-numerazzjoni.

6.  Fejn id-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu jinkludi l-użu extraterritorjali tagħhom fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 93(4), ▌l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jehmżu ma' dawk id-drittijiet ta' użu kondizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw konformità mar-regoli nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumaturi u mal-liġijiet nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli fl-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni.

Fuq talba minn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra ta' Stat Membru fejn jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni, li turi li nkisru regoli rilevanti tal-protezzjoni tal-konsumatur jew ▌ liġijiet nazzjonali ta' dak l-Istat Membru relatati mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istat Membru fejn ikunu ngħataw id-drittijiet ta' użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni għandhom jinfurzaw il-kondizzjonijiet mehmuża taħt l-ewwel subparagrafu ▌ skont l-Artikolu 30, inkluż f'każijiet serji billi jirtiraw id-dritt tal-użu extraterritorjali għar-riżorsi tan-numerazzjoni mogħtija lill-impriża kkonċernata.

Il-BEREC għandu jiffaċilita u jikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti involuti, u għandu jiżgura l-koordinazzjoni xierqa tal-ħidma bejniethom.

7.  Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi għajr lill-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 93(2).

Artikolu 95

It-tariffi għad-drittijiet tal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jippermettu ▌lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn li jimponu tariffi għad-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu ta' dawk ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b'relazzjoni mal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri stipulati fl-Artikolu 3.

Artikolu 96

Hotlines għat-tfal neqsin u għall-għajnuna lit-tfal

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess mingħajr ħlas għal servizz li jopera hotline biex jiġu rrappurtati każijiet ta' tfal nieqsa. Il-hotline għandu jkun disponibbli fuq in-numru "116000".

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali ▌ b'diżabbiltà jkun jista' jkollhom l-akbar aċċess possibbli għas-servizzi pprovduti bin-numru "116000" ▌ . Il-miżuri meħuda biex jiffaċilitaw l-aċċess minn utenti finali b'diżabbiltà għal dawk is-servizzi waqt li jkunu qed jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra għandhom ikunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti stabbiliti skont l-Artikolu 39.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtorità jew l-impriża li lilha ġiet assenjat in-numru "116000" allokat ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi operata l-hotline.

4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti finali jiġu infurmati b'mod adegwat dwar l-eżistenza u l-użu tas-servizzi pprovduti permezz tan-numru "116000" u, fejn xieraq, tan-numru "116111".

Artikolu 97

L-aċċess għan-numri u għas-servizzi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ekonomikament fattibbli, ħlief meta utent finali msejjaħ ikun għażel, għal raġunijiet kummerċjali, li jillimita l-aċċess minn sejħiet li jinsabu f'żoni ġeografiċi speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu:

(a)  ikollhom aċċess u jużaw servizzi bl-użu ta' numri nonġeografiċi fl-Unjoni; u

(b)  ikollhom aċċess għan-numri kollha provduti fl-Unjoni , irrispettivament mit-teknoloġija u t-tagħmir użat mill-operatur, inklużi dawk fil-pjani ta' numerazzjoni tal-Istati Membri u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet oħra kompetenti jkunu jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jimblukkaw fuq bażi każ b'każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin, u li jeħtieġu li f'tali każijiet fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jżommu interkonnessjoni rilevanti jew dħul ieħor minn sevizzi.

TITOLU III

DRITTIJIET TAL-UTENT FINALI

Artikolu 98

Eżenzjoni ta' ċerti impriżi mikro

Dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 99 u 100, ma japplikax għall-impriżi mikro li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm ma jipprovdux ukoll servizzi oħra tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu infurmati dwar eżenzjoni taħt l-ewwel paragrafu qabel ma jikkonkludu kuntratt ma' impriża mikro li tibbenefika minn tali eżenzjoni.

Artikolu 99

Nondiskriminazzjoni

Il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma għandhomx japplikaw għall-utenti finali rekwiżiti differenti jew kondizzjonijiet ġenerali ta' aċċess għal, jew użu ta', netwerks jew servizzi lil utenti finali, għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità ▌, il-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment tal-utent finali, ħlief jekk dak it-trattament differenti jkun oġġettivament ġustifikat.

Artikolu 100

Salvagwardja tad-drittijiet fundamentali

1.  Il-miżuri nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess ta' utenti finali jew l-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jirrispettaw ▌ il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni .

2.  Kwalunkwe miżura fir-rigward tal-aċċess ta', jew użu minn, utenti finali ta' servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet rikonoxxuti mill-Karta għandha tiġi imposta biss jekk tkun prevista mil-liġi u tirrispetta ▌ dawk id-drittijiet jew libertajiet, tkun ▌ proporzjonata ▌, meħtieġa, u ġenwinament tissodisfa l-għanijiet tal-interess ġenerali rikonoxxuti mil-liġi tal-Unjoni jew il-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn f'konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta ▌ u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, inkluż id-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess ġust. Konformement, tali miżuri għandhom jittieħdu biss jekk b'rispett kif dovut għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt tal-privatezza. Għandha tiġi garantita proċedura minn qabel li tkun ġusta u imparzjali, inkluż id-dritt tas-smigħ tal-persuna jew persuni konċernati, suġġett għall-ħtieġa ta' kondizzjonijiet xierqa u arranġamenti proċedurali xierqa f'każijiet ta' urġenza sostanzjati kif dovut skont il-Karta ▌.

Artikolu 101

Livell ta' armonizzazzjoni

1.  Fil-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali ▌ li jkunu diverġenti mill-Artikoli 102 sa 115, inkluż dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumaturi, sakemm dan it-Titolu ma jkunx jipprovdi mod ieħor.

2.  Sa ... ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li jkunu diverġenti minn dawk stipulati fl-Artikoli 102 sa 115 dment li dawk id-dispożizzjonijiet kienu fis-seħħ fi …... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kwalunkwe restrizzjoni għall-funzjonament tas-suq intern li tirriżulta minnhom tkun proporzjonata għall-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li għandha tiġi applikata abbażi ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 102

Rekwiżiti ta' informazzjoni għall- kuntratti

1.  Qabel ma konsumatur jintrabat b'kuntratt jew b'xi offerta korrispondenti, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna, għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2011/83/UE, ▌ kif ukoll l-informazzjoni elenkata fl-Anness VIII ta' din id-Direttiva sa fejn dik l-informazzjoni tkun relatata ma' servizz li jipprovdu.

L-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar u li jinftiehem faċilment fuq mezz li jservi għal żmien twil kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta ma jkunx fattibbli li jingħata fuq mezz li jservi għal żmien twil, fuq dokument li jista' jitniżżel faċilment u magħmul disponibbli mill-fornitur. Il-fornitur għandu espressament jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għad-disponibbiltà ta' dak id-dokument u l-importanza li jiġi downloaded għall-finijiet ta' dokumentazzjoni, referenza futura u riproduzzjoni mhux mibdula.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, fuq talba, b'format aċċessibbli għal utenti finali b'diżabbiltà skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandha ▌ wkoll tkun ipprovduta lill-utenti finali li huma impriżi mikro jew żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew għad-dispożizzjonijiet kollha.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għajr is-servizzi tat-trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu lill-konsumaturi sommarju tal-kuntratt konċiż u li jinqara faċilment▌. Dak is-sommarju għandu jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1. Dawk l-elementi ewlenin għandhom jinkludu mill-inqas ▌:

(a)  l-isem ▌, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt tal-fornitur u, jekk ikunu differenti, l-informazzjoni ta' kuntatt għal kwalunkwe lment;

(b)  il-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz mogħti;

(c)  il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġu attivati s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u għal kwalunkwe ħlas rikorrenti jew relatat mal-konsum, fejn is-servizz huwa pprovdut għal ħlas dirett ta' flus;

(d)  it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm;

(e)  kemm il-prodotti u s-servizzi huma maħsuba għal ▌utenti finali b'diżabbiltajiet;

(f)  fejn jidħlu s-servizzi tal-aċċess għall-internet, sommarju tal-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.

Sa … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell fil-qosor tal-kuntratt li għandu jintuża mill-fornituri biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-paragrafu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Il-fornituri soġġetti għall-obbligi taħt il-paragrafu 1 għandhom debitament jimlew dak il-mudell fil-qosor tal-kuntratt bl-informazzjoni meħtieġa u jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt mingħajr ħlas lill-konsumaturi, ▌ qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkluż kuntratti mill-bogħod.

Fejn, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, ikun impossibbli li jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt f'dak il-mument, dan għandu jiġi pprovdut mingħajr dewmien żejjed wara dan, u l-kuntratt għandu jsir effettiv meta l-konsumatur ikun ikkonferma l-qbil tiegħu wara li jkun irċieva s-sommarju tal-kuntratt.

4.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha ssir parti integrali mill-kuntratt u m'għandhiex tiġi mibdula għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kontraenti.

5.  Fejn is-servizzi tal-aċċess għall-internet jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet ▌interpersonali disponibbli pubblikament jitħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum, il-fornituri tagħhom għandhom joffru l-faċilità lill-konsumaturi biex isegwu u jikkontrollaw l-użu ta' kull wieħed minn dawk is-servizzi▌. Din il-faċilità għandha tinkludi aċċess għal informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum tas-servizzi inklużi fil-pjan tat-tariffa. B'mod partikolari, il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi qabel ma jintlaħaq kwalunkwe limitu ta' konsum kif stabbilit minn awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluż fil-pjan tariffarju tagħhom u meta servizz inkluż fil-pjan tariffarju tagħhom ikun totalment ikkunsmat.

6.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-fornituri jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-livell ta' konsum u li jimpedixxu temporanjament l-użu ulterjuri tas-servizz rilevanti li jeċċedi limitu finanzjarju jew ta' volum determinat mill-awtorità kompetenti.

7.  L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet relatati ma' aspetti mhux regolati minn dan l-Artikolu, b'mod partikolari sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet emerġenti ġodda.

Artikolu 103

It-trasparenza, it-tqabbil tal-offerti u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet jew servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament jagħmlu l-forniment ta' dawk is-servizzi soġġett għal termini u kondizzjonijiet, l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX tiġi ppubblikata b'mod ċar, li jinftiehem, u jista' jinqara minn magna u f'format aċċessibbli għal utenti finali b'diżabbiltajiet skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi, minn dawk il-fornituri kollha, jew mill-awtorità kompetenti stess f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità nazzjonali rilevanti. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment. L-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma kif għandha tiġi ppubblikata din l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, meta tintalab, lill-awtorità kompetenti u, fejn rilevanti, lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi pubblikata.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess bla ħlas għal mill-inqas għodda għat-tqabbil indipendenti waħda li tippermettilhom iqabblu u jevalwaw servizzi differenti ta' aċċess għall-internet u servizzi differenti ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament, u, fejn applikabbli, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u disponibbli pubblikament, fir-rigward ta':

(a)  il-prezzijiet u t-tariffi tas-servizzi pprovduti bi ħlas dirett ta' flus li jkun rikorrenti jew ibbażat fuq il-konsum, u

(b)  il-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz, fejn ikun offrut livell minimu tal-kwalità tas-servizz jew fejn l-impriża tkun meħtieġa li tippubblika tali informazzjoni skont l-Artikolu 104.

3.  L-għodda tat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 2 għandha:

(a)  topera b'mod indipendenti mill-fornituri ta' tali servizzi, u b'hekk tiżgura li dawk is-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;

(b)  tiżvela b'mod ċar is-sidien u l-operaturi tal-għodda ta' tqabbil;

(c)  tistabbilixxi kriterji oġġettivi u ċari li fuqhom għandu jistrieħ it-tqabbil;

(d)  tuża lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu;

(e)  tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

(f)  tkun miftuħa għal kwalunkwe fornitur ta' servizzi tal-aċċess għall-internet jew ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti, u tinkludi firxa wiesgħa ta' offerti li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara għal dan, qabel ma jintwerew ir-riżultati;

(g)  tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata;

(h)  tinkludi l-possibbiltà li jitqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz bejn l-offerti disponibbli għall-konsumaturi u, jekk ikun meħtieġ mill-Istati Membri, bejn dawk l-offerti u l-offerti standard disponibbli pubblikament għal utenti finali oħra.

Fuq talba tal-fornitur tal-għodda, l-għodod tat-tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (h) għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw, mingħajr ħlas, u f'formati ta' data miftuħa, l-informazzjoni ppubblikata mill-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi disponibbli għall-pubbliku ta' komunikazzjonijiet interpersonali ▌, għall-finijiet li dawn l-għodod tat-tqabbil indipendenti jsiru disponibbli.

4.  L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta' servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, jew it-tnejn, iqassmu informazzjoni ta' interess pubbliku bla ħlas lill-utenti finali eżistenti u ġodda, meta dan ikun xieraq, bil-mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F'dak il-każ, din l-informazzjoni ta' interess pubbliku għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti b'format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti li ġejjin:

(a)  l-aktar użi komuni tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament ▌ biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew biex wieħed ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari meta dan ikun jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; u

(b)  il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali meta wieħed juża s-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament.

Artikolu 104

Kwalità tas-servizz relatata mas-servizzi ta' aċċess għall-internet u servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali pubblikament disponibbli

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jobbligaw il-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet u ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali ▌ pubblikament disponibbli biex jippubblikaw informazzjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli, faċli għall-utent u aġġornata għall-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizzi tagħhom, sal-punt li jikkontrollaw mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew direttament jew permezz ta' ftehim fil-livell ta' servizz f'dan is-sens, u dwar miżuri meħudin biex ikun żgurat aċċess indaqs għall-▌utenti finali b'diżabbiltà. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament jinfurmaw lill-konsumaturi jekk il-kwalità tas-servizzi li jipprovdu tiddependix minn xi fatturi esterni, bħall-kontroll tat-trażmissjoni tas-sinjal jew il-konnettività tan-netwerk.

Dik l-informazzjoni għandha tingħata, meta tintalab, lill-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn rilevanti, lil awtoritajiet kompetenti oħrajn qabel ma tiġi ppubblikata.

Il-miżuri sabiex tiġi żgurata l-kwalità tas-servizz għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2015/2120.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jispeċifikaw, filwaqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida tal-BEREC, il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jiġu mkejla, il-metodi ta' kejl applikabbli, u l-kontenut, forma u mod tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata, inkluż mekkaniżmi possibbli ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità. Fejn ikun il-każ, għandhom jintużaw il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodu tal-kejl mogħtija fl-Anness X.

Sa… [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan il-paragrafu u tal-Anness X, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jadotta linji gwida li jiddeskrivu fid-dettall il-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz, inkluż il-parametri rilevanti għall-▌utenti finali b'diżabbiltà, il-metodi tal-kejl applikabbli, il-kontenut u l-format tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, u l-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità.

Artikolu 105

It-tul u t-terminazzjoni tal-kuntratt

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta' kuntratt ma jkunux diżinċentiv għall-bdil tal-fornitur tas-servizz u li l-kuntratti konklużi bejn konsumaturi u fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament ▌ għajr servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u, għajr servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna, ma jagħtux mandat għal perijodu ta' impenn li jkun itwal minn 24 xahar. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jitolbu perijodi massimi iqsar ta' impenn kuntrattwali.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-durata ta' kuntratti li jitħallsu ratealment meta l-konsumatur ikun ftiehem b'kuntratt separat li jħallas ratealmentesklużivament għall-introduzzjoni ta' konnessjoni fiżika, b'mod partikolari għal netwerks ta' kapaċità għolja ħafna. Kuntratti li jitħallsu ratealment għall-introduzzjoni ta' konnessjoni fiżika ma għandhomx jinkludu tagħmir terminali, bħal router jew modem, u ma għandhomx iżommu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dan l-Artikolu.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għall-utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal dawk id-dispożizzjonijiet.

3.  Fejn kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu għal prolungament awtomatiku ta' durata fissa għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għajr servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u għajr servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara tali prolungament, l-utenti finali jkunu intitolati li jtemmu l-kuntratt fi kwalunkwe mument b'perijodu massimu ta' notifika ta' xahar, kif determinat mill-Istati Membri u bla ma jġarrbu l-ebda spiża ħlief il-ħlasijiet sabiex jiġi riċevut is-servizz matul il-perijodu ta' notifika. Qabel ma l-kuntratt jiġi estiż awtomatikament, il-fornituri għandhom jinfurmaw lill-utenti finali, b'mod prominenti u f'waqtu u b'mezz li jservi għal żmien twil, dwar it-tmiem tal-impenn kuntrattwali u dwar il-mezz biex jiġi mitmum il-kuntratt. Barra minn hekk, u fl-istess ħin, il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti finali l-aħjar pariri dwar it-tariffi b'rabta mas-servizzi tagħhom. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti finali dawk l-aħjar informazzjoni dwar it-tariffi mill-inqas darba fis-sena.

4.  L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ulterjuri meta jiġu avżati b'modifiki fil-kondizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-fornitur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr is-servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali u indipendenti min-numri ▌ ħlief jekk il-modifiki proposti jkunu esklużivament għall-benefiċċju tal-utent finali, ikunu ta' natura purament amministrattiva u ma jkollhom ebda effett negattiv fuq l-utent finali jew ikunu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.

Il-fornituri għandhom javżaw lill-utenti finali bi kwalunkwe ▌ bidla fil-kondizzjonijiet kuntrattwali, mill-anqas xahar bil-quddiem, u għandhom simultanjament jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jtemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ulterjuri jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. Id-dritt li jiġi terminat il-kuntratt għandu jkun eżerċitabbli fi żmien xahar wara n-notifika. L-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-perijodu b'mhux aktar minn tliet xhur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifika tkun saret b'mod ċar u li jinftiehem b'mezz li jservi għal żmien twil ▌.

5.  Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, kontinwa jew li sseħħ frekwentement, bejn il-prestazzjoni attwali ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika għajr servizz tal-aċċess għall-internet u għajr servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u l-prestazzjoni indikata fil-kuntratt għandha titqies bħala bażi biex jiġu attivati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali, inkluż id-dritt li jintemm il-kuntratt mingħajr ħlas.

6.  Fejn utent finali jkollu d-dritt itemm kuntratt għal servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, qabel tmiem il-perijodu tal-kuntratt miftiehem skont din id-Direttiva jew dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali, ma għandu jkun dovut ebda kumpens mill-utent finali għajr għat-tagħmir terminali sussidjat li jibqa' jżomm.

Fejn l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali li jkun parti minn pakkett ▌fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, kull kumpens dovut ma għandux jaqbeż il-valur pro rata temporis tiegħu kif miftiehem fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt jew il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw metodi oħra biex tiġi kkalkulata r-rata ta' kumpens sakemm tali metodu ma jwassalx għal livell ta' kumpens li jaqbeż dak ikkalkolat skont it-tieni subparagrafu.

Il-fornitur għandu jneħħi, bla ħlas, kull kondizzjoni fuq l-użu ta' dak it-tagħmir terminali għal netwerks oħrajn, f'mument speċifikat mill-Istati Membri u sa mhux aktar tard minn meta jitħallas il-kumpens.

7.  Sa fejn jikkonċerna servizzi ta' trażmissjoni użati għal servizzi minn magna għal magna, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6 għandhom jibbenefikaw minnhom biss utenti finali li jkunu konsumaturi, impriżi mikro jew żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ.

Artikolu 106

Bdil tal-fornitur u portabbiltà tan-numru

1.  Fil-każ ta' bdil bejn il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-fornituri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-utent finali informazzjoni adegwata qabel u waqt il-proċess tal-bdil u jiżguraw il-kontinwità tas-servizz ta' aċċess għall-internet, sakemm dan ikun teknikament fattibbli. Il-fornitur riċeventi għandu jiżgura li l-attivazzjoni tas-servizz ta' aċċess għall-internet issir fl-iqsar żmien possibbli fid-data u fiż-żmien espressament miftiehma mal-utent finali. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu ta' aċċess għall-internet bl-istess kondizzjonijiet sa meta l-fornitur riċeventi jattiva s-servizzi tiegħu ta' aċċess għall-internet. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil ma għandux ikun aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-effiċjenza u s-sempliċità tal-proċess tal-bdil għall-utent finali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni ▌ jkollhom id-dritt li jżommu n-numri tagħhom, jekk jitolbu dan, indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz, skont il-Parti C tal-Anness VI.

3.  Fejn utent finali jtemm kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent finali jista' jżomm id-dritt li jittrasferixxi n-numru mill-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni għal fornitur ieħor għal minimu ta' xahar wara d-data ta' terminazzjoni, sakemm dak id-dritt ma jiġix rinunzjat mill-utent finali.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-ipprezzar fost il-fornituri relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru jkun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ebda ħlasijiet diretti ma jiġu applikati lil utenti finali.

5.  It-trasferiment tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli fid-dati maqbula espliċitament mal-utent finali. Fi kwalunkwe każ, l- utenti finali li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabilità ta' numru ma' fornitur ġdid għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol mid-data maqbula mal-utent finali. Fil-każ jekk ifalli l-proċess ta' trasferiment, il-fornitur trasferenti għandu jerġa' jattiva n-numru u s-servizzi relatati tal-utent finali sa meta t-trasferiment jirnexxi. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu bl-istess termini u kondizzjonijiet sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil tal-fornitur u tat-trasferiment tan-numri ma għandux idum aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol. L-operaturi li n-netwerks jew faċilitajiet tal-aċċess tagħhom jintużaw jew mill-fornitur trasferenti jew minn dak riċeventi, jew mit-tnejn li huma, għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda telf ta' servizz li jdewwem il-proċess tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri.

6.  Il-fornitur riċeventi għandu jmexxi l-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 u kemm il-fornituri riċeventi kif ukoll il-fornituri trasferenti għandhom jikkooperaw in bona fede. Huma la għandhom idewmu l-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri u lanqas jabbużaw minnhom u lanqas ma għandhom jittrasferixxu numri jew jjibdlu utenti finali mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom. Il-kuntratti tal-utenti finali mal-fornitur trasferenti għandhom jintemmu awtomatikament mal-konklużjoni tal-proċess tal-bdil.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu d-dettalji tal-proċessi globali tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti, il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utenti finali. Dan għandu jinkludi, fejn hu teknikament fattibbli, ir-rekwiżit għat-trasferiment tan-numri biex isir permezz tal-proviżjonament over-the-air, ħlief jekk utent finali jitlob mod ieħor. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu adegwatament informati u protetti matul il-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri u ma jinqalbux lejn fornitur ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom.

Il-fornituri trasferenti għandhom iħallsu lura, fuq talba, kull kreditu pendenti lill-konsumaturi li jużaw is-servizzi mħallsa minn qabel. Ir-rifużjoni għandha tkun soġġetta għal tariffa biss jekk dan ikun previst fil-kuntratt. Kwalunkwe tali tariffa għandha tkun proporzjonata u korrispondenti mal-ispejjeż attwali mġarrba mill-fornitur trasferenti fl-għoti tar-rifużjoni.

7.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali fil-każ ta' nuqqas minn fornitur milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu, inklużi dewmien, jew abbużi, fit-trasferiment tan-numri minn, jew f'isem, ta' fornitur.

8.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-kumpens lill-utenti finali mill-fornituri tagħhom b'mod faċli u f'waqtu fil-każ ta' nuqqas minn fornitur milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu, kif ukoll fil-każ ta' dewmien, jew abbużi, fil-proċessi tat-trasferiment tan-numri u tal-bdil, u fil-każ ta' servizz mitluf u appuntamenti ta' installazzjoni mitlufa.

9.  Minbarra l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness VIII, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu mgħarrfa kif xieraq dwar l-eżistenza tad-drittijiet għal kumpens imsemmija fil-paragrafi 7 u 8.

Artikolu 107

Offerti bħala pakkett

1.  Jekk pakkett ta' servizzi jew pakkett ta' servizzi u tagħmir terminali offrut lil konsumatur ikunu jinkludu tal-inqas servizz ta' aċċess għall-internet jew servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri ▌ pubblikament disponibbli, l-Artikolu 102(3), l-Artikolu 103(1), l-Artikolu 105 u l-Artikolu 106(1) għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett inklużi, mutatis mutandis, dawk mhux koperti mod ieħor minn dawk id-dispożizzjonijiet.

2.  Fejn il-konsumatur ikollu dritt, taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali skont il-liġi tal-Unjoni, itemm kwalunkwe element tal-pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 1 qabel tmiem iż-żmien miftiehem fil-kuntratt minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew nuqqas ta' forniment, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-konsumatur ikollu d-dritt itemm il-kuntratt fir-rigward tal-elementi kollha tal-pakkett.

3.  Abbonament għal servizzi addizzjonali jew tagħmir terminali pprovdut jew imqassam mill-istess fornitur ta' servizzi ta' aċċess għall-internet jew ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri ▌ pubblikament disponibbli ma għandux jestendi ▌ id-durata oriġinali tal-kuntratt li miegħu jiżdiedu dawk is-servizzi jew it-tagħmir terminali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espliċitament mod ieħor meta jabbona għas-servizzi addizzjonali jew it-tagħmir terminali.

4.  Il-paragrafi 1 u 3 japplikaw ukoll għal dawk l-utenti finali li jkunu impriżi mikro, impriżi żgħar, jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha.

5.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 fir-rigward ta' dispożizzjonijiet oħrajn stabbiliti f'dan it-Titolu.

Artikolu 108

Id-disponibbiltà tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà kollha possibbli ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi u ta' servizzi ta' aċċess għall-internet pprovduti fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fl-eventwalità ta' ħsara katastrofika fin-netwerk jew f'każi ta' force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta' emerġenza u trażmissjoni mingħajr interruzzjoni ta' twissijiet pubbliċi.

Artikolu 109

Komunikazzjonijiet ta' emerġenza u n-numru ta' emerġenza ▌uniku Ewropew

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti finali kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-utenti ta' telefons pubbliċi bi ħlas ,▌ ikollhom aċċess ▌ għas-servizzi ta' komunikazzjoni ta' emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom jużaw kwalunkwe mezz ta' ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u kwalunkwe numru nazzjonali ta' emerġenza speċifikat mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" minn netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li mhumiex pubblikament disponibbli iżda li jiffaċilitaw sejħiet lil netwerks pubbliċi, b'mod partikolari meta l-impriża responsabbli għal dak in-netwerk ma jipprovdix aċċess alternattiv u faċli għal servizz ta' emerġenza.

2.  L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u s-servizzi ta' emerġenza u l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, fejn dawk is-servizzi jippermettu lill-utenti finali joriġinaw sejħiet lejn numru fi pjan ta' numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jipprovdu aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza lejn l-aktar PSAP adatt. ▌

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull komunikazzjonijiet ta' emerġenza lejn in-numru uniku Ewropew "112" ta' emerġenza għandha titwieġeb b'mod xieraq u tiġi trattata bl-aktar mod adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta' emerġenza. Dawn komunikazzjonijiet ta' emerġenza għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu komunikazzjonijiet ta' emerġenza fuq in-numru jew numri nazzjonali ta' emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

4.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttivau kull sentejn sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112".

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess minn ▌utenti finali b'diżabbiltajiet għal servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak li minnu jgawdu utenti finali oħrajn f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltajiet, huma u jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor, ikollhom aċċess għal servizzi ta' emerġenza fuq bażi ekwivalenti bħal utenti finali oħrajn, fejn fattibbli, mingħajr ebda reġistrazzjoni minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom ifittxu li jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri u għandhom ikunu bbażati kemm jista' jkun fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 39. Tali miżuri ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa ssir disponibbli lill-aktar PSAP adatt mingħajr dewmien wara li tiġi stabbilita l-komunikazzjoni ta' emerġenza. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar mnejn qed issir is-sejħa li tkun ibbażata fuq in-netwerk kif ukoll, jekk disponibbli, dik li tkun toriġina minn handset. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbiliment u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn qed issir is-sejħa jkunu bla ħlas għall-utent finali u għall-PSAP fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kollha ta' emerġenza lejn in-numru uniku ta' emerġenza Ewropew "112". L-Istati Membri jistgħu jestendu dawk l-obbligi biex ikopru l-komunikazzjonijiet ta' emerġenza lejn in-numri nazzjonali ta' emerġenza. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti, jekk neċessarju wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post minn fejn qed issir is-sejħa.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112", kif ukoll il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu, inkluż permezz ta' inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri u l-utenti finali b'diżabbiltajiet. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f'formati aċċessibbli, li jindirizzaw tipi differenti ta' diżabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri.

8.  Sabiex ikun żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza lin-numru uniku ta' emerġenza Ewropew "112" fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-BEREC, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 117 li jissupplimentaw il-paragrafi 2, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu dwar il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà u l-kontinwità tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza fl-Unjoni fir-rigward ta' soluzzjonijiet ta' informazzjoni dwar il-post mnejn qed issir is-sejħa, aċċess ▌ għall-utenti finali b'diżabbiltajiet u tidwir lejn l-aktar PSAP adatt. L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sa … [4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta' emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u ma għandu jkollhom ebda impatt fuqhom.

Il-BEREC għandu jżomm bażi ta' data tan-numri E.164 tas-servizzi ta' emerġenza tal-Istati Membri sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jikkuntattjaw lil xulxin minn Stat Membru għal ieħor, jekk ma tkunx miżmuma bażi ta' data bħal dik minn organizzazzjoni oħra.

Artikolu 110

Sistema ta' twissija pubblika

1.  Sa … [42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkunu stabbiliti sistemi ta' twissija pubblika dwar emerġenzi maġġuri imminenti jew li qed jiżviluppaw, jintbagħtu twissijiet pubbliċi mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali mobbli bbażati fuq in-numri lill-utenti finali kkonċernati.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li twissijiet pubbliċi jintbagħtu permezz ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u mhumiex servizzi tax-xandir, jew permezz ta' applikazzjoni mobbli li tiddependi minn servizz ta' aċċess għall-internet, dment li l-effettività tas-sistema ta' twissija pubblika tkun ekwivalenti f'termini ta' kopertura u kapaċità li tilħaq l-utenti finali inkluż dawk preżenti biss temporanjament fiż-żona konċernata, waqt li jitqiesu b'mod assolut il-linji gwida tal-BEREC. It-twissijiet pubbliċi għandhom ikunu faċilment riċevibbli mill-utenti finali.

Sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u wara li jikkonsulta l-awtoritajiet inkarigati mill-PSAPs, il-BEREC għandu jippubblika linji gwida dwar kif jista' jitqies jekk l-effettività tas-servizzi tat-twissijiet pubbliċi taħt dan il-paragrafu hijiex ekwivalenti għall-effettività ta’ dawk fil-paragrafu 1.

Artikolu 111

Aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbiltà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jispeċifikaw ▌ ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament biex ikun żgurat li ▌utenti finali b'diżabbiltà:

(a)  ikollhom aċċess għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż l-informazzjoni kuntrattwali relatata pprovduta skont l-Artikolu 102, ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-maġġoranza tal-utenti finali; u

(b)  jibbenefikaw mill-għażla tal-impriżi u s-servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali.

2.  Meta l-Istati Membri jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huma għandhom jinkoraġġixxu l-konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 39.

Artikolu 112

Is-servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefon

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li jattribwixxu numri minn pjan ta' numerazzjoni jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha li jagħmlu disponibbli għall-iskopijiet tal-forniment ta' konsultazzjoni tad- direttorji pubblikament disponibbli u direttorji, l-informazzjoni kollha rilevanti f'format miftiehem fuq termini li jkunu ġusti, oġġettivi, orjentati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji.

2 L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa li jimponu obbligi u kondizzjonijiet fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess lill-utenti finali għall-forniment ta' servizzi ta' konsultazzjoni tad-direttorju skont l-Artikolu 61. Tali obbligi u kondizzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi, ekwitabbli, nondiskrimatorji u trasparenti.

3.  L-Istati Membri m'għandhomx iżommu xi restrizzjonijiet regolatorji li jimpedixxu lill-utenti finali fi Stat Membru wieħed milli jaċċessaw direttament is-servizz ta' konsultazzjoni tad-direttorju fi Stat Membru ieħor, permezz ta' sejħiet bil-vuċi jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw tali aċċess f'konformità mal-Artikolu 97.

4.  Dan l-Artikolu għandu japplika suġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b'mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE.

Artikolu 113

Interoperabbiltà ta' riċevituri tar-radju tal-karozza u tar-radju tal-konsumatur u -ta' tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumatur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità ta' riċevituri tar-radju tal-karozza u ta' tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumatur skont l-Anness XI.

2.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri tekniċi biex tkun żgurata l-interoperabilità ta' ta' riċevituri oħrajn tar-radju tal-konsumatur, filwaqt li jillimitaw l-impatt fuq is-suq ta' riċevituri tax-xandir bir-radju ta' valur baxx u filwaqt li jiġi żgurat li tali miżuri ma jkunux applikati fuq prodotti fejn riċevitur tar-radju huwa purament anċillari bħal smartphones u għal tagħmir użat minn dilettanti tar-radju.

3.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali biex jiżguraw li, fejn ikun adatt, it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jipprovdu lill-utenti finali tagħhom ikun interoperabbli sabiex, fejn ikun teknikament fattibbli, t-tagħmir tat-televiżjoni diġitali jista' jerġa' jintuża ma' fornituri oħra ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali.

Bla ħsara għall-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(49), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mat-tmiem tal-kuntratt tagħhom l-utenti finali jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali bi proċess faċli u bla ħlas, ħlief jekk il-fornitur juri li dan huwa għalkollox interoperabbli mas-servizzi tat-televiżjoni diġitali ta' fornituri oħra, inklużi dawk li l-utent finali jkun qaleb magħhom.

It-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jkun konformi ma' standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma' partijiet minnhom għandu jitqies bħala li jikkonforma mar-rekwiżit ta' interoperabbiltà stabbilit fit-tieni subparagrafu kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 114

Obbligi ta' trażmissjoni "must carry"

1.  L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi raġonevoli ta' trażmissjoni "must carry" għat-trażmissjoni ta' servizzi speċifiċi ta' radju u kanali ta' trasmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari relatati , b'mod partikolari servizzi ta' aċċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għal ▌utenti finali b'diżabbiltà u d-data li ssostni s-servizzi televiżivi konnessi u l-gwidi elettroniċi tal-programmi, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi wżati għad-distribuzzjoni ta' servizzi tar-radju jew ta' kanali ta' trażmissjoni televiżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta' utenti finali ta' tali netwerks u servizzi jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi bir-radju u kanali ta' trażmissjoni televiżiva. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali kif definiti b'mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.

2.  Sa … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, ħlief fejn l-Istati Membri jkunu wettqu tali rieżami matul l-erba' snin preċedenti.

3.  La l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lanqas l-Artikolu 59(2) m'għandhom jippreġudikaw il-kapaċità ta' Stat Membru li jistabbilixxi remunerazzjoni adatta, jekk ikun hemm, dwar miżuri meħuda skont dan l-Artikolu waqt li jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Meta tkun prevista remunerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu ta' remunerazzjoni jkun stipulat b'mod ċar fil-leġislazzjoni nazzjonali, inkluż, fejn rilevanti, il-kriterji għall-kalkolu ta' dik ir-remunerazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġi applikat b'mod proporzjonat u trasparenti.

Artikolu 115

Forniment ta' faċilitajiet addizzjonali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-fornituri kollha ta' servizzi tal-aċċess għall-internet u/jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament ibbażati fuq in-numri jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas il-faċilitajiet addizzjonali kollha, jew parti minnhom, elenkati fil-Parti B tal-Anness VI, soġġett għall-fattibbiltà teknika ▌, kif ukoll il-faċilitajiet addizzjonali kollha, jew parti minnhom, elenkati fil-Parti A tal-Anness VI.

2.  Meta japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu ulterjorment mill-lista ta' faċilitajiet addizzjonali fil-Partijiet A u B tal-Anness VI biex jiżguraw livell ogħla tal-protezzjoni tal-konsumatur.

3.  Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1 fit-territorju kollu tiegħu jew parti minnu jekk iqis, wara li jieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, li jkun hemm aċċess suffiċjenti għal dawk il-faċilitajiet.

Artikolu 116

Adattament tal-annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 li jemendaw l-Annessi V, VI, IX, X u XI sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali jew il-bidliet fid-domanda tas-suq.

PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 117

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 75,▌109 u 116 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli ▌75, 109 u 116 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

6.  L-att delegat adottat skont l-Artikoli ▌75, 109 u 116 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ▌xahrejn ▌ min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'▌xahrejn ▌ bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 118

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta' kumitat ('il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet'). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Għall-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4), il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza tal-Kumitat tal-Ispektrum tar-Radju stabbilit skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn tkun trid tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, matul il-perijodu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F'każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li jitqies l-Artikolu 8 tiegħu.

Fejn tkun trid tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, matul il-perijodu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F'każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

Artikolu 119

Skambju ta' informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti tal-operaturi tan-netwerks, il-provdituri tas-servizzi, l-utenti, l-konsumaturi, il-manifatturi u t-trade unions, kif ukoll ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.  Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet għandu, waqt li jagħti kont tal-politika tal- Unjoni dwar komunikazzjonijiet elettroniċi, iħajjar il-bdil ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq is-sitwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet regolatorji li jirrigwardaw netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.

Artikolu 120

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċilment għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom waqt li jiddeskrivu kif u fejn l-informazzjoni hija ppubblikata. L-ewwel tali avviż għandu jiġi pubblikat qabel ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u sussegwentement avviż għandu jiġi ppubblikat kull meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni li tinsab fih.

2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kopja ta' dawk l-avviżi kollha fil-waqt tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kondizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta' drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta' użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b'mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.

4.  Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tinżamm f'livelli differenti tal-gvern, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet fuq drittijiet għall-installazzjoni ta' faċilitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli, waqt li tieħu kont tal-ispejjeż involuti, biex toħloq sinteżi faċli biex tiftiehem ta' dik l-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f'livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet responsabbli, sabiex jiġu faċilitati l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-installazzjoni ta' faċilitajiet.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi speċifiċi mposti fuq impriżi taħt din id-Direttiva jiġu ppubblikati u li l-prodott u s-servizz speċifiċi, u s-swieq ġeografiċi jiġu identifikati. Soġġett għall-ħtieġa li tkun protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali, huma għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata ssir pubblikament disponibbli b'mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha nteressati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.

6.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li huma jagħmlu pubblikament disponibbli skont il-paragrafu 5 Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli f'forma faċilment aċċessibbli, u għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif jixraq.

Artikolu 121

Notifika u monitoraġġ

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ▌sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u minnufih warakull bidla sussegwenti ▌ bl-ismijiet tal-impriżi deżinjati bħala li għandhom obbligi ta' servizz universali taħt l-Artikolu 85(2)l-Artikolu 86 jew 87.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-impriżi ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, u l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva. Kull bidla li taffettwa l-obbligi imposti fuq impriżi jew tal-impriżi affettwati taħt din id-Direttiva għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 122

Proċeduri ta' reviżjoni

1.  Sa... [seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dawk ir-reviżjonijiet għandhom jevalwaw b'mod partikolari l-implikazzjonijiet għas-suq tal-Artikolu 61(3) u l-Artikoli 76, 78 u 79 u jekk is-setgħat ta' intervent ex ante u oħrajn bis-saħħa ta' din id-Direttiva humiex suffiċjenti biex jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jindirizzaw strutturi tas-suq oligopolistiċi mhux kompetittivi, u biex jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkompli tirnexxi għall-benefiċċju tal-utenti finali.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

2.  Sa... [seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ambitu tas-servizz universali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-ambitu jinbidel jew jiġi ridefinit.

Dik ir-reviżjoni għandha titwettaq fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, waqt li jittieħed kont, fost ħwejjeġ oħra, tar-rati tal-mobilità u d-data fid-dawl tat-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-utenti finali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tar-riżultat tar-reviżjoni.

3.  Il-BEREC għandu, sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull tliet snin, jippubblika opinjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u dwar l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Il-Kummissjoni tista' tippubblika, waqt li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti I u tal-Anness I, u tista' tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet, fejn hija tqis li dan ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati ostakli għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

Artikolu 123

Proċedura ta' reviżjoni speċifika dwar id-drittijiet tal-utent finali

1.  Il-BEREC għandu jissorvelja l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi rigward it-tipi differenti ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għandu, sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull tliet snin, jew fuq talba motivata mingħand mill-inqas tnejn mill-membri tiegħu minn Stat Membru, jippubblika opinjoni dwar dawn l-iżviluppi u dwar l-impatt tagħhom fuq l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III.

F'dik l-opinjoni, il-BEREC għandu jivvaluta sa fejn it-Titolu III tal-Parti III jissodisfa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-opinjoni għandha tieħu kont b'mod partikolari tal-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III fir-rigward tat-tipi ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi koperti. Bħala bażi għall-opinjoni, il-BEREC għandu janalizza b'mod partikolari:

(a)  sa fejn l-utenti finali tas-servizzi kollha ta' komunikazzjonijiet elettronċi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa u infurmati, inkluż abbażi ta' informazzjoni kuntrattwali sħiħa, u jkunu jistgħu jbiddlu faċilment il-fornitur tagħhom ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronċi ;

(b)  sa fejn in-nuqqas tal-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (a) irriżulta f'distorsjoni tas-suq jew f'dannu għall-utent finali;

(c)  sa fejn huwa mhedded b'mod tanġibbli l-aċċess effettiv għas-servizzi ta' emerġenza, b'mod partikolari minħabba żieda fl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri, minn nuqqas ta' interoperabbiltà jew żviluppi teknoloġiċi;

(d)  l-ispiża probabbli ta' kwalunkwe riaġġustament tal-obbligi fit-Titolu III tal-Parti III jew l-impatt fuq l-innovazzjoni għal fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.  Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III u tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dak it-Titolu fejn tqis li dan ikun neċessarju biex jiġi żgurat li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 jibqgħu jiġu sodisfatti.

Artikolu 124

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif dik id-dikjarazzjoni tiġi fformulata.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta' din id-Direttiva għandu japplika minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun permissibbli l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi- ta' broadband bla fili. Fir-rigward ta' baned tal-ispektrum tar-radju li għalihom ma ġewx stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta' din id-Direttiva għandu japplika mid-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni teknika f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 54 mill-31 ta' Diċembru 2020.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 125

Tħassir

Id-Direttivi 2002/19/KEE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, kif elenkati fl-Anness XII, Parti A, huma mħassra b'effett minn ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta' applikazzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Anness XII, Parti B.

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE huwa mħassar b'effett minn … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 126

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ ▌ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 127

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

LISTA TA' KONDIZZJONIJIET LI JISTGĦU JIĠU STIPULATI MA' AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI, ID-DRITTIJIET TA' UŻU GĦALL-ISPEKTRUM TAR-RADJU U D-DRITTIJIET TA' UŻU GĦAL RIŻORSI TA' NUMERAZZJONI

Dan l-Anness jipprovdi għall-finijiet tal-lista massima ta' kondizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għal netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, ħlief għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (il-Parti A), netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (il-Parti B), servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (il-Parti C), id-drittijiet ta' użu għall-frekwenzi tar-radju (il-Parti D), u d-drittijiet ta' użu għal riżorsi ta' numerazzjoni (il-Parti E).

A Kondizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġi stipulati ma' awtorizzazzjoni ġenerali

1.  Ħlasijiet amministrattivi skont l-Artikolu 16.

2.  Protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE

3.  L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt proċedura ta' notifika skont l-Artikolu 12 u għal għanijiet oħra kif inklużi fl-Artikolu 21.

4.  Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva 2002/58/KE.

5.  Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b'theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta' katastrofi serja.

6.  It-termini ta' użu waqt diżastri kbar jew emerġenzi nazzjonali biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bejn is-servizzi ta' emerġenza u l-awtoritajiet.

7.  Obbligi għal aċċess barra minn dawk previsti fl-Artikolu 13 li japplikaw għal impriżi li jfornu netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

8.  Miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità mal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39.

9.  Obbligi ta' trasparenza għall-fornituri ta' netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli sabiex tiġi żgurata konnettività end-to-end, skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3, u fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess minn awtoritajiet kompetenti għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex jiġi vverifikat dan l-iżvelar.

B.  Kondizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżdiedu ma' awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  Interkonnessjoni tan-netwerks f'konformità ma' din id-Direttiva.

2.  Obbligi ta' trażmissjoni "must carry" f'konformità ma' din id-Direttiva .

3.  Miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra kampi elettromanjetiċi kawżati minn netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

4.  Il-manutenzjoni tal-integrità ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skont din id-Direttiva inkluż b'kondizzjonijiet li jimpedixxu l-interferenza elettromanjetika bejn netwerks jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi skont id-Direttiva 2014/30/UE.

5.  Is-sigurtà ta' netwerks pubbliċi kontra aċċess mhux awtorizzat skont id-Direttiva 2002/58/KE.

6.  Kondizzjonijiet għall-użu ta' spektrum tar-radju, skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, fejn dak l-użu mhux magħmul soġġett għall-għoti ta' drittijiet individwali tal-użu skont l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 48 ta' din id-Direttiva.

c.  Kondizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżdiedu ma' awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numru

1.  Interoperabbiltà tas-servizzi skont din id-Direttiva.

2.  L-aċċessibbiltà mill-utenti finali għan-numri mill-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri, numri mill-UIFN, u fejn, teknikament u ekonomikament fattibbli, minn pjani għall-għoti tan-numri ta' Stati Membri oħrajn, u l-kondizzjonijiet skont din id-Direttiva.

3.  Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

4.  Restrizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta' kontenut illegali skont id-Direttiva 2000/31/KE u restrizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta' kontenut dannuż skont id-Direttiva 2010/13/UE.

D.  Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma' drittijiet ta' użu għall-ispektrum tar-radju

1.  L-obbligu li jkun provdut servizz jew li tintuża tip ta' teknoloġija fil-limiti tal-Artikolu 45 inkluż, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura u ta' kwalità.

2.  L-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju skont din id-Direttiva.

3.  Il-kondizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex tiġi evitata interferenza ta' ħsara u għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra l-kampi elettromanjetiċi, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE fejn dawk il-kondizzjonijiet huma differenti minn dawk inklużi fl-awtorizzazzjoni ġenerali.

4.  Id-dewmien massimu skont l-Artikolu 49, soġġett għal kull bidla fil-Pjan Nazzjonali ta' Allokazzjoni tal-Frekwenzi.

5.  It-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kondizzjonijiet għal dak it-trasferiment skont din id-Direttiva.

6.  It-tariffi għal drittijiet ta' użu skont l-Artikolu 42.

7.  Kull impenn li l-impriża li tikseb drittijiet ta' użu tkun għamlet fil-qafas ta' awtorizzazzjoni jew proċess ta' tiġdid ta' awtorizzazzjoni qabel ma l-awtorizzazzjoni tingħata jew, fejn japplika, qabel l-istedina għall-applikazzjoni għad-drittijiet tal-użu.

8.  Obbligi biex jiġi ppuljat jew jinqasam l-ispektrum tar-radju jew jiġi permess aċċess għall-ispektrum tar-radju għal utenti oħrajn f'reġjuni speċifiċi jew fuq il-livell nazzjonali.

9.  L-obbligi taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti li jirrelataw mal-użu ta' baned tal-ispektrum tar-radju.

10.  L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali ta' baned tal-ispektrum tar-radju.

E.  Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati mad-drittijiet ta' użu għal riżorsi ta' numerazzjoni

1.  L-identifikazzjoni tas-servizz li għalih in-numru għandu jintuża, inkluża kull ħtieġa marbuta mal-forniment ta' dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kull dubju, prinċipji ta' tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw fis-serje ta' numri speċifiċi bl-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(2).

2.  L-użu effettiv u effiċjenti ta' riżorsi ta' numerazzjoni skont din id-Direttiva.

3.  Rekwiżiti għall-portabbiltà tan-numri skont din id-Direttiva .

4.  Obbligu li jiġi provdut għall-utenti finali ta' direttorji pubbliċi t-tagħrif għall-għanijiet tal-Artikolu 112.

5.  Id-dewmien massimu skont l-Artikolu 94, soġġett għal kull bidla fil-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni.

6.  Trasferiment ta' drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur ta' drittijiet u l-kondizzjonijiet għal tali trasferiment skont din id-Direttiva, inkluża kwalunkwe kondizzjoni marbuta mad-dritt ta' użu għal numru li tkun vinkolanti għall-impriżi kollha li lilhom ġew ittrasferiti d-drittijiet.

7.  It-tariffi għad-drittijiet tal-użu skont l-Artikolu 95.

8.  Kull impenn li l-intrapriża li tikseb drittijiet ta' użu tkun għamlet fil-kors ta' proċedura ta' għażla kompetittiva jew komparattiva.

9.  Obbligi taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti li jirrelataw mal-użu tan-numri.

10.  Obbligi li jikkonċernaw l-użu extraterritorjali tan-numri fi ħdan l-Unjoni biex tiġi żgurata konformità mal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħra marbutin man-numri fl-Istati Membri barra dawk tal-kodiċi tal-pajjiż.

ANNESS II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRAŻMESSI LIT-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FL-UNJONI

Parti I: Kondizzjonijiet għas-sistemi ta' aċċess kondizzjonali li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 62(1)

Fir-rigward tal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju trażmessi lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skont l-Artikolu 62 li l-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)  l-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta' aċċess kondizzjonali, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, li jfornu servizzi ta' aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju u s-servizzi ta' aċċess li x-xandara tagħhom jiddependu fuqhom biex jilħqu kull grupp ta' telespettaturi u semmiegħa potenzjali għandhom:

–  joffru lix-xandara kollha, fuq bażi ekwa, raġonevoli u nondiskriminatorju kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, servizzi tekniċi li jippermettu li s-servizzi trażmessi diġitalment mix-xandara jiġu riċevuti minn telespettaturi jew semmiegħa awtorizzati permezz ta' decoders amministrati mill-operaturi tas-servizz, u jikkonformaw mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni,

–  iżommu kontabilità finanzjarja separata fir-rigward tal-attività tagħhom bħala operaturi ta' aċċess kondizzjonali.

(b)  meta jagħtu liċenzji lill-manifatturi ta' apparat tal-konsumatur, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-prodotti u sistemi ta' aċċess kondizzjonali għandhom jiżguraw li dan isir fuq termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji. Waqt li jittieħed kont tal-fatturi tekniċi u kummerċjali, id-detenturi tad-drittijiet ma għandhomx jissuġġettaw l-għoti tal-liċenzji għal kondizzjonijiet li jipprojbixxu, jiddiswadu jew jiskoraġġixxu l-inklużjoni fl-istess prodott ta':

–  interface komuni li jippermetti l-konnessjoni ma' diversi sistemi oħra ta' aċċess, jew

–  mezzi li huma speċifiċi għal sistema oħra ta' aċċess, basta li l-liċenzja tikkonforma mal-kondizzjonijiet rilevanti u raġonevoli li jiżguraw, sa fejn huwa konċernat, is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet ta' operaturi ta' sistema ta' aċċess kondizzjonali.

Parti II: Faċilitajiet oħra li għalihom jistgħu jiġu applikati kondizzjonijiet taħt il-punt (D) l-Artikolu 61(2)

(a)  Aċċess għal APIs;

(b)  Aċċess għal EPGs.

ANNESS III

KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAR-RATI BL-INGROSSA TA' TERMINAZZJONIBIL-VUĊI

Prinċipji, kriterji u parametri għad-determinazzjoni tar-rati bl-ingrossa ta' terminazzjoni bil-vuċi fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli, imsemmija fl-Artikolu 75(1):

(a)  ir-rati għandhom ikunu bbażati fuq l-irkupru tal-ispejjeż imġarrba minn operatur effiċjenti; l-evalwazzjoni tal-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq valuri tal-ispejjeż attwali; il-metodoloġija tal-ispejjeż li tikkalkula l-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq approċċ ta' mmudellar axxendenti li juża spejjeż inkrimentali fit-tul relatati mat-traffiku talli jiġi provdut is-servizz bl-ingrossa ta' terminazzjoni bil-vuċi lil partijiet terzi;

(b)  L-ispejjeż inkrimentali rilevanti tas-servizzi bl-ingrossa ta' terminazzjoni bil-vuċi għandhom jiġu determinati bid-differenza bejn l-ispejjeż totali fit-tul ta' operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa tiegħu tas-servizzi u l-ispejjeż totali fit-tul ta' dak l-operatur li ma jipprovdix servizzi bl-ingrossa ta' terminazzjoni bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(c)  għandhom jiġu allokati liż-żieda ta' terminazzjoni rilevanti dawk l-ispejjeż biss marbutin mat-traffiku li jkunu evitati fl-assenza ta' servizzi bl-ingrossa ta' terminazzjoni bil-vuċi;

(d)  l-ispejjeż marbutin mal-kapaċità addizzjonali tan-netwerk għandhom jiġu inklużi sakemm dawn huma kkawżati mill-bżonn li tiżdied il-kapaċità għall-iskop li jiġi provdut traffiku addizzjonali marbut mat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa;

(e)  il-miżati tal-ispektrum tar-radju għandhom jiġu esklużi miż-żieda tat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli bil-vuċi;

(f)  għandhom jiġu inklużi biss dawk l-ispejjeż kummerċjali bl-ingrossa li huma marbutin mal-forniment bl-ingrossa tas-servizz ta' terminazzjoni bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(g)  l-operaturi kollha tan-netwerk tat-telefonija fissa għandhom jitqiesu li jipprovdu servizzi ta' terminazzjoni bil-vuċi bl-istess spejjeż tal-unitajiet bħall-operatur effiċjenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

(h)  għall-operaturi tan-netwerk tat-telefon mobbli, l-iskala minima effiċjenti għandha tiġi ffissata f'sehem mis-suq li mhux anqas minn 20%;

(i)  l-approċċ rilevanti għad-deprezzament tal-assi għandu jkun deprezzament ekonomiku; u

(j)  l-għażla tat-teknoloġija tan-netwerks immudellati għandhom ikunu progressivi, ibbażati fuq in-netwerk ewlieni tal-IP filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji varji li probabbli ser ikunu jintużaw matul il-perijodu tal-validità tar-rata massima; fil-każ tat-netwerk tat-telefonija fissa, is-sejħiet għandhom jitqiesu li jkunu esklużivament packet switched.

ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-OFFERTI TA' KOINVESTIMENT

Meta tivvaluta offerta ta' koinvestiment skont l-Artikolu 76(1) ▌, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivverifika jekk ġewx sodisfatti mill-inqas il-kriterji li ġejjin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jikkunsidraw kriterji addizzjonali sa fejn dawn ikunu meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess ta' investituri potenzjali tal-koinvestiment, fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi lokali u l-istruttura tas-suq:

(a)  L-offerta ta' koinvestiment għandha tkun miftuħa għal kull impriża matul il-ħajja kollha tan-netwerk mibni taħt offerta ta' koinvestiment fuq bażi mhux diskriminatorja. L-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tista' tinkludi fl-offerta kondizzjonijiet raġonevoli dwar l-kapaċità finanzjarja ta' kwalunkwe impriża sabiex, pereżempju, koinvestituri potenzjali ikollhom juru li huma kapaċi jagħmlu l-ħlasijiet f'fażijiet li abbażi tagħhom l-introduzzjoni hija ppjanata, l-aċċettazzjoni ta' pjan strateġiku li abbażi tiegħu jitħejjew il-pjanijiet ta' introduzzjoni fuq terminu medju, u oħrajn.

(b)  L-offerta ta' koinvestiment għandha tkun trasparenti:

–  l-offerta għandha tkun disponibbli u faċilment identifikata fil-websajt tal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq;

–  għal kwalunkwe offerent potenzjali li jkun esprima interess, għandhom isirudisponibbli, mingħajr dewmien żejjed, termini dettaljati b'mod sħiħ, inklużi l-formola legali tal-ftehim ta' koinvestiment u, meta rilevanti, il-ftehimiet preliminari tar-regoli ta' governanza tal-mezz ta' koinvestiment; u

–  il-proċess, li bħall-pjan direzzjonali għat-twaqqif u l-iżvilupp tal-proġett ta' koinvestiment, għandu jkun jinbeda minn qabel, għandu jiġi spjegat bil-miktub lil kwalunkwe koinvestitur potenzjali, u l-istadji kollha sinifikanti għandhom jiġu kkomunikati b'mod ċar lill-impriżi kollha mingħajr kwalunkwe diskriminazzjoni.

(c)  L-offerta tal-koinvestiment għandha tinkludi t-termini lill-koinvestituri potenzjali li jiffavorixxu kompetizzjoni sostenibbli fit-tul, b'mod partikolari:

–  L-impriżi kollha għandhom jiġu offruti termini u kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għall-parteċipazzjoni fil-ftehim ta' koinvestiment relattiv għaż-żmien li jissieħbu, inklużi f'termini ta' kunsiderazzjoni finanzjarja meħtieġa għall-akkwist ta' drittijiet speċifiċi, f'termini tal-protezzjoni mogħtija lill-koinvesituri minn dawk id-drittijiet kemm fil-fażi ta' kostruzzjoni kif ukoll fil-fażi ta' sfruttament, pereżempju, billi jingħataw drittijiet inaljenabbli tal-użu (IRUs) għat-tul ta' ħajja mistenni tan-netwerk koinvestit u f'termini tal-kondizzjonijiet għas-sħubija u t-terminazzjoni potenzjali tal-ftehim ta' koinvestiment. Termini mhux diskriminatorji f'dan il-kuntest ma jimplikawx li l-koinvestituri kollha potenzjali għandhom jiġu offruti eżattament l-istess termini, inklużi t-termini finanzjarji, imma li l-varjazzjonijiet kollha tat-termini offruti għandhom ikunu ġġustifikati abbażi tal-istess kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u prevedibbli bħalma huwa n-numru ta' linji tal-utenti finali li għalih hemm impenn.

–  L-offerta għandha tippermetti flessibbiltà f'termini ta' valur u żmien tal-impenn provdut minn kull koinvestitur, pereżempju permezz ta' perċentaġġ maqbul u li potenzjalment jiżdied tal-linji tal-utenti finali f'żona partikolari, li għaliha l-koinvesituri għandhom il-possibbiltà li gradwalment jikkommettu ruħhom għaliha u li għandu jiġi stabbilit f'livell unitarju li jippermetti koinvestituri iżgħar b'riżorsi limitati jidħlu fil-koinvestiment fuq skala raġonevolment minima u jkabbru gradwalment il-parteċipazzjoni tagħhom filwaqt li jiżguraw livelli adegwati ta' impenn inizjali. Id-determinazzjoni tal-kunsiderazzjoni finanzjarja li trid tiġi provduta minn kull koinvestitur għandha bżonn tirrifletti l-fatt li investituri bikrin jaċċettaw riskji akbar u jimpenjaw il-kapital qabel.

–  Primjum li jiżdied maż-żmien għandu jiġi kkunsidrat bħala ġustifikat għal impenji li jsiru fi stadji aktar tard u għal koinvestituri ġodda li jidħlu għall-koinvestiment wara l-bidu tal-proġett, biex jirrifletti r-riskji diminuttivi u jwieżnu kull inċentiv biex jinżamm l-kapital fl-istadji bikrija.

–  Il-ftehim ta' koinvestiment għandu jippermetti l-għoti tad-drittijiet akkwistati mill-koinvesituri lil koinvestituri oħrajn jew lil partijiet terzi li lesti li jidħlu fi ftehim ta' koinvestiment sakemm l-impriża li tittrasferixxi tiġi obbligata li tissodisfa l-obbligi oriġinali tat-trasferent skont il-ftehim ta' koinvestiment.

–  Il-koinvestituri għandhom jagħtu lil xulxin drittijiet reċiproċi fuq termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli biex jaċċessaw l-infrastruttura koinvestita bl-iskop li jipprovdu servizzi downstream, inklużi lill-utenti finali, skont kondizzjonijiet trasparenti li għandhom ikunu trasparenti fl-offerta ta' koinvestiment u l-ftehim sussegwenti, b'mod partikolari fejn il-koinvestituri huma responsabbli b'mod individwali u b'mod separat għall-introduzzjoni ta' partijiet speċifiċi tan-netwerk. Jekk jinħoloq mezz ta' koinvestiment, dan għandu jipprovdi aċċess għan-netwerk lill-koinvestituri kollha, sew b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett, fuq ekwivalenza ta' bażi ta' inputs u skont termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inklużi kondizzjonijiet finanzjarji li jirriflettu l-livelli differenti ta' riskju aċċettat mill-koinvestituri individwali.

(d)  L-offerta ta' koinvestiment għandha tiżgura investiment sostenibbli li probabbli jissodisfa l-bżonnijiet tal-ġejjieni, bl-introduzzjoni ta' elementi ġodda tan-netwerk li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-introduzzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna.

ANNESS V

SETT MINIMU TA' SERVIZZI LI S-SERVIZZ TA' AĊĊESS ADEGWAT GĦALL-INTERNET BROADBAND SKONT L-ARTIKOLU 84(3) GĦANDU JKUN KAPAĊI LI JSOSTNI

(1)  Indirizz elettroniku

(2)  magni tat-tiftix li jippermettu tiftix u skoperta ta' kull tip ta' informazzjoni

(3)  għodda bażiċi onlajn ta' taħriġ u edukazzjoni

(4)  gazzetti jew aħbarijiet online

(5)  ix-xiri jew il-prenotazzjoni online ta' oġġetti jew servizzi

(6)  tiftix għall-impjiegi u għodda għat-tiftix għall-impjiegi

(7)  netwerking professjonali

(8)  servizzi bankarji fuq l-internet

(9)  l-użu tas-servizzi online tal-gvern

(10)  media soċjali u messaġġi istantanji

(11)  sejħiet u sejħiet bil-video (kwalità standard)

ANNESS VI

DESKRIZZJONI TA' FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 88 (KONTROLL TAL-INFIQ), FL-ARTIKOLU 115 (FAĊILITAJIET ADDIZZJONALI) U FL-ARTIKOLU 106 (▌BDIL TAL-FORNITUR U PORTABBILTÀ TAN-NUMRU)

Parti A: Il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikoli 88 u 115

Meta tiġi applikata abbażi tal-Artikolu 88, il-Parti A hija applikabbli għall-konsumaturi u kategoriji oħra ta' utenti finali fejn l-Istati Membri estendew il-benefiċjarji tal-Artikolu 88(2).

Meta applikata abbażi tal-Artikolu 115, il-Parti A hija applikabbli għal dawk il-kategoriji ta' utenti finali ddeterminati mill-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-punti (c), (d) u (g) ta' din il-Parti li japplikaw biss għall-konsumaturi.

(a)  Kontijiet dettaljati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, ikunu jistgħu jistabbilixxu l-livell bażiku ta' kontijiet dettaljati li jridu jiġu offruti mill-fornituri lill-utenti finali mingħajr ħlas sabiex dawn ikunu jistgħu:

(i)  jippermettu l-verifika u l-kontroll tat-tariffi mġarrba fl-użu tas-servizzi ta' aċċess għall-internet jew tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115; u

(ii)  jissorveljaw b'mod xieraq l-użu u l-ispejjeż li jagħmlu u b'hekk jeżerċitaw livell raġonevoli ta' kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.

Meta jkun xieraq, jistgħu jiġu offruti lill-utenti finali livelli addizzjonali ta' dettall għal ħlas ta' tariffi raġonevoli jew mingħajr ebda ħlas.

Dawn il-kontijiet dettaljati għandhom jinkludu referenza espliċita għall-identità tal-fornitur u għat-tul ta' żmien tas-servizzi imposti minn kwalunkwe numru primjum ħlief jekk l-utent finali jkun talab li din l-informazzjoni ma tissemmiex.

Is-sejħiet li jkunu mingħajr ħlas mill-utenti finali li jagħmel is-sejħa, inkluż sejħiet lil linji ta' għajnuna, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu identifikati fil-kont dettaljat tal-utent finali li jagħmel is-sejħa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu lill-operaturi biex jipprovdu mingħajr ħlas identifikazzjoni ta' min iċempel.

(b)  Imblukkar selettiv ta' sejħiet 'il barra, jew SMS primjum jew MMS, jew, fejn huwa teknikament fattibbli, tipi oħra ta' applikazzjonijiet simili, mingħajr ħlas

jiġifieri, il-faċilità li permezz tagħha l-utenti finali jistgħu, wara li jitolbu lill-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115 jimblokkaw, mingħajr ma jħallas, sejħiet 'il barra jew SMS primjum jew MMS jew tipi oħra ta' applikazzjonijiet simili, ta' tipi definiti jew lejn tipi definiti ta' numri.

(c)  Sistemi ta' ħlas minn qabel

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-fornituri joffru mezzi kif il-konsumaturi jħallsu għall-aċċess għan-netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew ta' servizzi ta' aċċess għall-internet, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115, fuq bażi ta' ħlas minn qabel.

(d)  Pagament rateali mqassam fuq tul ta' żmien tal-ħlasijiet għall-konnessjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-fornituri jippermettu lill-konsumaturi jħallsu għall-konnessjoni ma' netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fuq bażi ta' pagamenti rateali mqassma fuq tul ta' żmien.

(e)  Kontijiet li ma jitħallsux

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw miżuri speċifiċi, li jkunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ppubblikati, biex ikopru kontijiet ▌ mhux imħallsa maħruġa minn fornituri. Dawn il-miżuri jiżguraw li jingħata avviż debitu minn qabel lill-utenti finali dwar kwalunkwe interruzzjoni jew qtugħ tas-servizz konsegwenti. Ħlief fil-każijiet ta' frodi, ħlas persistenti tard jew nuqqas ta' ħlas, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw, sa fejn hu teknikament fattibbli li kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz tiġi konfinata għas-servizz ikkonċernat. Il-qtugħ tal-konnessjoni għan-nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet għandha sseħħ biss wara li tingħata t-twissija debita lill-utenti finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu perijodu ta' servizz limitat qabel il-qtugħ komplut tal-konnessjoni li matulu jkunu permessi biss sejħiet li ma jinvolvux ħlas mill-utenti finali (pereżempju sejħiet għan-numru "112") u livell ta' servizz minimu tas-servizzi ta' aċċess għall-internet, definit mill-Istati Membri fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali.

(f)  Informazzjoni dwar it-tariffi

jiġifieri, il-faċilità li permezz tagħha utenti finali jistgħu jitolbu lill-fornitur joffri informazzjoni dwar tariffi alternattivi rħas, jekk disponibbli.

(g)  Kontroll tal-ispiża

jiġifieri l-faċilità li permezz tagħha l-fornituri joffru mezzi oħra, jekk jiġi determinat li dawn huma xierqa mill-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jikkontrollaw l-ispejjeż ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi jew servizzi ta' aċċess għall-internet, jew servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115 inkluż allerti bla ħlas lill-konsumaturi f'każ ta' tendenzi ta' konsum mhux normali jew eċċessiv.

(h)  faċilità ta' diżattivazzjoni ta' ħruġ ta' kont minn parti terza

jiġifieri l-faċilità li utenti finali jiddiżaattivaw il-kapaċità ta' fornituri ta' servizzi ta' parti terza li jużaw il-kont ta' fornitur ta' servizz ta' aċċess għall-internet jew fornitur ta' servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali pubblikament disponibbli biex jitolbu l-ħlas għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.

Parti B: Faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 115

(a)  Identifikazzjoni tal-linja ta' mnejn dieħla t-telefonata

jiġifieri n-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa jiġi ppreżentat lill-persuna msejħa qabel ma s-sejħa tiġi stabbilita.

Din il-faċilità għandha tiġi pprovduta skont il-liġi rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, b'mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE.

Sal-limitu teknikament possibbli, l-operaturi għandhom jipprovdu data u sinjali li jiffaċilitaw l-offerta tal-identità tal-linja li tagħmel is-sejħa u ton ta' ddajljar minn naħa għall-oħra tal-konfini tal-Istati Membri.

(b)  trażmissjoni f'indirizz ġdid jew aċċess għal posta elettronika wara tmiem ta' kuntratt ma' fornitur ta' servizz ta' aċċess għall-internet.

Din il-faċilità għandha, fuq talba u mingħajr ħlas, tippermetti lill-utenti finali li jtemmu l-kuntratt tagħhom ma' fornitur ta' servizz ta' aċċess għall-internet biex jew ikollhom aċċess għall-posta elettronika li jirċievu fl-indirizzi elettroniċi tagħhom ibbażati fuq l-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur preċedenti, matul perijodu li l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis meħtieġ u proporzjonat, jew biex jittrasferixxu l-posta elettronika mibgħuta f'dak (jew dawk) l-indirizz(i) matul dak il-perijodu lejn indirizz elettroniku ġdid speċifikat mill-utent finali.

Parti C: L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabbiltà tan-numri msemmija fl-Artikolu 106

Ir-rekwiżit li l-utenti finali kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni telefonika, li jitolbu dan, jistgħu jżommu n-numri tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz għandu japplika:

(a)  fil-każ ta' numri ġeografiċi, f'post speċifiku; u

(b)  fil-każ ta' numri mhux ġeografiċi, fi kwalunkwe post.

Din il-Parti ma tapplikax għall-portabbiltà ta' numri bejn netwerks li jipprovdu servizzi f'post iffissat u netwerks mobbli.

ANNESS VII

KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA, JEKK IKUN HEMM, TA' OBBLIGI TA' SERVIZZ UNIVERSALI U STABBILIMENT TA' KWALUNKWE MEKKANIŻMU TA' KUMPENS JEW KONDIVIŻJONI SKONT L-ARTIKOLI 89 U 90

Parti a: Kalkolu tal-ispiża netta

L-obbligi għal servizz universali jirreferu għall-obbligi imqiegħda fuq impriża minn Stat Membru li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi universali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsidraw il-mezzi kollha biex jiżguraw inċentivi adatti għall-impriżi (maħtura jew le) biex jipprovdu obbligi ta' servizz universali b'effiċjenza fl-ispiża. Fit-twettiq ta' eżerċizzju ta' kalkolu, l-ispiża netta ta' obbligi ta' servizz universali għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal kwalunkwe impriża ▌ li topera bl-obbligi ta' servizz universali imqabbla mal-operazzjoni mingħajr obbligi ta' servizz universali. Attenzjoni debita għandha tingħata biex issir stima korretta tal-ispejjeż li x'impriża tkun għażlet li tevita li kieku ma kien hemm ebda obbligu ta' servizz universali. Il-kalkolu tal-ispiża netta għandu jistma l-benefiċċji, inklużi benefiċċji intanġibbli, għall-fornitur ta' servizz universali.

Il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq in-nefqiet attribwibbli għal:

(i)  l-elementi tas-servizzi identifikati li jistgħu jiġu biss provduti b'telf jew provduti taħt kondizzjonijiet ta' spiża li jaqgħu barra l-istandards normali kummerċjali.

Din il-kategorija tista' tinkludi elementi ta' servizz bħal aċċess għas-servizzi ta' emerġenza bit-telefon, il-forniment ta' ċerti telefons pubbliċi bi ħlas, il-forniment ta' ċerti servizzi jew tagħmir għal utenti finali ▌ b'diżabbiltajiet, u oħrajn;

(ii)  utenti finali jew gruppi ta' utenti finali speċifiċi li, waqt li jittieħed kont tal-ispiża għall-forniment tan-netwerk u servizz speċifiku, id-dħul ġenerat u kull medjar ġeografiku tal-prezzijiet imposti mill-Istat Membru, li s-servizz għalihom jista' jsir biss b'telf jew taħt kondizzjonjiet tal-ispiża li jaqgħu barra li-standards normali tal-kummerċ.

Din il-kategorija tinkludi wkoll dawk l-utenti finali jew gruppi ta' utenti finali li ma kinux jiġu servuti minn fornitur kummerċjali li ma kellux obbligu li jipprovdi servizz universali.

Il-kalkolu tal-ispiża netta ta' aspetti speċifiċi ta' obbligi ta' servizz universali għandu jsir separatament u sabiex jiġi evitat għadd doppju ta' xi benefiċċji u nefqiet diretti jew indiretti. L-ispiża netta globali ta' obbligi ta' servizzi universali għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tal-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-komponenti speċifiċi ta' obbligi ta' servizz universali, waqt li jittieħed kont ta' kull benefiċċju intanġibbli. Ir-responsabbiltà għall-verifikar tal-ispiża netta hija tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

Parti B: Kumpens għal spejjeż netti tal-obbligi ta' servizz universali

L-irkupru jew l-iffinanzjar ta' kull spiża netta ta' obbligi ta' servizz universali jista' jirrikjedi li impriżi b'obbligi ta' servizz universali jiġu kkumpensati għas-servizzi li jfornu taħt kondizzjonijiet mhux kummerċjali. Minħabba li dak il-kumpens jinvolvi trasferimenti finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk jitwettqu b'mod oġġettiv, trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Dan ifisser li t-trasferimenti jirriżultaw fl-anqas distorsjoni tal-kompetizzjoni u f'domanda tal-utent.

Skont l-Artikolu 90(3), mekkaniżmu ta' kondiviżjoni ibbażat fuq fond għandu juża mezzi trasparenti u newtrali għall-ġbir ta' kontribuzzjonijiet li jevitaw il-periklu ta' impożizzjoni doppja ta' kontribuzzjonijiet li jaqgħu kemm fuq l-outputs kif ukoll fuq l-inputs tal-impriżi.

Il-korp indipendenti li jamministra l-fond għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet minn impriżi li huma stmati bħala li għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-ispiża netta tal-obbligi ta' servizz universali fl-Istat Membru u għandu jissorvelja it-trasferiment tas-somom dovuti jew ħlasijiet amministrattivi lill-impriżi intitolati li jirċievu l-ħlasijiet minn dak il-fond.

ANNESS VIII

REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA SKONT L-ARTIKOLU 102 (REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI GĦAL KUNTRATTI)

A.  rekwiżiti ta' informazzjoni għal fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna

Fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta' trażmissjoni użati għall-forniment ta' servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(1)  bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz provdut, kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz sa fejn dawn qed jiġu offruti u, għal servizzi oħra għajr is-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri speċifiċi ta' kwalità ggarantiti.

Jekk ma jiġi offrut l-ebda livell minimu tal-kwalità tas-servizz, għandha ssir dikjarazzjoni f'dan is-sens.

(2)  bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, fejn u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull spiża rikorrenti jew relatata mal-konsum,

(3)  bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż tariffi tat-terminazzjoni possibbli, sal-punt li dawk il-kondizzjonijiet japplikaw:

(i)  kwalunkwe użu jew tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,

(ii)  kull tariffa relatata mal-bdil u l-arranġamenti għall-kumpens u r-rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-bdil, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri rispettivi,

(iii)  informazzjoni dwar id-dritt tal-konsumaturi li jużaw servizzi mħallsa minn qabel għal rifużjoni, fuq talba, ta' kwalunkwe kreditu li jifdal fil-każ ta' bdil, kif imfisser fl-Artikolu 106(6),

(iv)  kull tariffa dovuta minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluża informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull irkupru tal-ispejjeż b'rabta mat-tagħmir terminali,

(4)  kull arranġament ta' kumpens u ta' rifużjoni, inkluż, fejn applikabbli, referenza espliċita għad-drittijiet tal-konsumaturi, li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b'kuntratt ma jintlaħqux jew jekk il-fornitur iwieġeb b'mod inadegwat għal inċident ta' sigurtà, theddida jew vulnerabbiltà;

(5)  it-tip ta' azzjoni li tista' tittieħed mill-fornitur b'reazzjoni għal inċidenti tas-sigurtà jew għal theddid jew vulnerabbiltajiet.

B.  rekwiżiti ta' informazzjoni għal fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament

I.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A, il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(1)  bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz provdut:

(i)  kull livell minimu tal-kwalità tas-servizz sal-punt li dan qed jiġi offrut, u filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-linji gwida tal-BEREC adottati f'konformità mal-Artikolu 104(2) rigward:

–  għas-servizzi tal-aċċess għall-internet: mill-inqas latenza, jitter, telfien ta' pakketti;

–  għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament, fejn huma jeżerċitaw kontroll fuq mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew ikollhom ftehim fil-livell ta' servizz għal dan il-għan ma' impriżi li jipprovdu aċċess għan-netwerk: mill-inqas iż-żmien għall-konnessjoni inizjali, il-probabbiltà ta' falliment, id-dewmien fis-sinjalar tat-telefonata skont l-Anness X; u

(ii)  mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti finali li jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120, kull kondizzjoni, inkluż tariffi, imposti mill-fornitur dwar l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut;

(2)  bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, fejn u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull spiża rikorrenti jew relatata mal-konsum:

(i)  id-dettalji tal-pjan jew tal-pjanijiet tat-tariffi speċifiċi skont il-kuntratt u, għal kull tali pjan tat-tariffa t-tipi ta' servizzi offruti, inkluż meta applikabbli, il-volumi tal-komunikazzjonijiet (pereżempju MB, minuti, messaġġi) inklużi għal kull perijodu tal-ħlas, u l-prezz għall-unitajiet tal-komunikazzjoni addizzjonali,

(ii)  fil-każ ta' pjan jew pjanijiet tat-tariffi b'volum ta' komunikazzjonijiet stabbilit minn qabel, il-possibbiltà għall-konsumaturi li jiddifferixxu kwalunkwe volum mhux użat mill-perijodu tal-ħlas preċedenti għall-perijodu tal-ħlas li jmiss, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-kuntratt,

(iii)  il-faċilitajiet għas-salvagwardja tat-trasparenza fil-kontijiet u għall-monitoraġġ tal-livell tal-konsum,

(iv)  informazzjoni dwar it-tariffi rigward kull numru jew servizz soġġett għal kondizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari; fejn jidħlu l-kategoriji individwali tas-servizzi, l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu barra minn hekk li din l-informazzjoni tiġi pprovduta minnufih qabel il-konnessjoni tas-sejħa jew il-konnessjoni mal-fornitur tas-servizz,

(v)  għal servizzi f'pakkett u pakketti li jinkludu kemm is-servizzi u t-tagħmir terminali, il-prezz tal-elementi individwali tal-pakkett sal-punt li jiġu kummerċjalizzati wkoll separatament,

(vi)  id-dettalji u l-kondizzjonijiet, inkluż il-ħlas, ta' kull servizz ta' wara l-bejgħ, il-manutenzjoni, u l-assistenza għall-konsumatur, u

(vii)  il-mezzi li bihom tkun tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż tal-manutenzjoni kollha applikabbli;

(3)  bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta' żmien tal-kuntratt għal servizzi f'pakkett u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet tat-terminazzjoni tal-pakkett jew ta' elementi tiegħu;

(4)  mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-informazzjoni dwar liema data personali għandha tingħata qabel it-twettiq tas-servizz jew li tinġabar fil-kuntest tal-forniment tas-servizz;

(5)  dettalji fuq il-prodotti u s-servizzi maħsuba għall-utenti finali b'diżabbiltà u kif jistgħu jinkisbu l-aġġornamenti ta' din l-informazzjoni;

(6)  il-mezz biex jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż tilwim nazzjonali u transfruntier skont l-Artikolu 25;

II.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A u taħt il-punt I, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numru disponibbli pubblikament għandhom jipprovdu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(1)  kull limitazzjoni għall-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza jew għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata minħabba nuqqas ta' fattibbiltà teknika sa fejn is-servizz jippermetti lill-utenti finali jagħmlu telefonati lejn numru fi pjan nazzjonali jew internazzjonali ta' numerazzjoni;

(2)  id-dritt tal-utent finali li jaċċetta jew ma jaċċettax li jdaħħal id-data personali tiegħu fid-direttorju, u t-tipi ta' data kkonċernata, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE;

III.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A u taħt il-punt I, il-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet għandhom jipprovdu ukoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.

ANNESS IX

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKONT L-ARTIKOLU 103

(TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI)

L-awtorità kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f'dan l-Anness tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 103. L-awtorità kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi liema informazzjoni hija rilevanti biex tiġi ppubblikata mill-fornituri ta' servizzi ta' aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali ▌disponibbli pubblikament, u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità kompetenti nnifisha f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali ▌, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali kollha ▌jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Jekk jitqies xieraq, l-awtoritajiet kompetenti f'koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

1 Dettalji ta' kuntatt tal-impriża

2.  Servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon offruti

2.1.  Il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi offruti u l-karatteristiċi ewlenin ta' kull servizz provdut, inkluż kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz fejn offruti u kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir terminali fornut.

2.2.  Tariffi tas-servizzi offruti, inkluż l-informazzjoni dwar il-volumi tal-komunikazzjonijiet (bħal restrizzjonijiet fuq l-użu ta' data, numru ta' minuti ta' telefonati bil-vuċi, numru ta' messaġġi) ta' pjani ta' tariffi speċifiċi u dwar tariffi applikabbli għal unitajiet addizzjonali ta' komunikazzjoni, numri jew servizzi soġġetti għal kondizzjonijiet ta' ipprezzar partikolari, ħlasijiet għall-aċċess, u manutenzjoni, it-tipi kollha ta' ħlasijiet għall-użu, skemi ta' tariffi speċjali u mmirati u kwalunkwe imposta addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward tat-tagħmir tat-terminal.

2.3.  Servizzi ta' wara l-bejgħ ▌, manutenzjoni u assistenza għall-klijent offruti u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.

2.4.  Kondizzjonijiet ta' kuntratt standard, inklużi, it-tul taż-żmien tal-kuntratt, tariffi li jridu jitħallsu qabel terminazzjoni ta' kuntratt, drittijiet marbuta mat-terminazzjoni tal-offerti f'pakkett jew l-elementi tagħhom, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

2.5.  Jekk l-impriża hija fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numru, informazzjoni dwar l-aċċess ta' servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post fejn ikun jinsab min qed jagħmel is-sejħa, jew kull limitazzjoni fuq dan tal-aħħar. Jekk l-impriża hija fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, informazzjoni dwar il-grad sa fejn l-aċċess ta' servizzi ta' emerġenza jista' jiġi sostnut jew le.

2.6.  Dettalji tal-prodotti u s-servizzi, inkluż kull funzjoni, prattika, politika u proċedura u bidla fl-operazzjoni tas-servizz, speċifikament maħsuba għall-utenti finali b'diżabbiltajiet, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi.

3.  Mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim inklużi dawk żviluppati mill-impriża.

ANNESS X

PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Parametri tal-Kwalità tas-Servizz, Definizzjonijiet u Metodi ta' Kejl imsemmija fl-Artikolu 104

Għal fornituri ta' aċċess għal netwerk pubbliku ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

PARAMETRU

(Nota 1)

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Tul ta' żmien għall-konnessjoni inizjali

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Rata ta' ħsara għal kull linja ta' aċċess

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin tat-tiswija tal-ħsara

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Għall-fornituri ta'servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali li jeżerċitaw kontroll fuq mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew ikollhom ftehim fil-livell ta' servizz għal dan il-għan ma' impriżi li jipprovdu aċċess għan-netwerk

PARAMETRU

(Nota 2)

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Ħin tal-faċilitazzjoni tas-sejħa

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ilmenti dwar l-eżattezza tal-kontijiet

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Il-kwalità tal-konnessjoni tal-vuċi

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta' sejħiet li jaqgħu

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta' sejħiet mingħajr suċċess

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Probabbiltà ta' insuċċess

 

 

Dewmien fis-sinjal tas-sejħa

 

 

Numru tal-verżjoni tal-ETSI EG 202 057-1 huwa 1.3.1. (Lulju 2008)

Għal fornituri ta' servizzi tal-aċċess għall-internet

PARAMETRU

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Latenza (dewmien)

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Jitter

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Telfien ta' pakketti

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Nota 1

Il-parametri għandhom jippermettu li l-prestazzjoni tkun tista' tiġi analizzata f'livell reġjonali (jiġifieri mhux inqas mil-livell 2 fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali (NUTS) stabbilita mill-Eurostat).

Nota 2

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jeħtiġux li tinżamm informazzjoni aġġornata li tikkonċerna l-prestazzjoni għal dawk iż-żewġ parametri, jekk ikun hemm provi disponibbli li juru li l-prestazzjoni f'dawk iż-żewġ oqsma tkun sodisfaċenti.

ANNESS XI

INTEROPERABBILTÀ TA' RIĊEVITURI TAR-RADJU TAL-KAROZZA U TA' TAGĦMIR TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI TAL-KONSUMATUR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 113

1.  L-iscrambling algorithm komuni u reċiviment ħieles fl-arja

It-tagħmir kollu tal-konsumatur maħsub għar-riċeviment ta' sinjali diġitali tat-televiżjoni ▌ (jiġifieri xandir permezz ta' trażmissjoni terrestri, bil-cable jew bis-satellita ▌), għall-bejgħ jew kera jew xort'oħra magħmula disponibbli fl-Unjoni, kapaċi li jħollu s-sinjali diġitali tat-televiżjoni, għandu jkollu l-kapaċità li:

(a)  jippermetti li jinħallu dawk is-sinjali skont scrambling algorithm komuni Ewropew kif amministrat mill-organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandardizzazzjoni, attwalment l-ETSI,

(b)  juri sinjali li jkunu ġew trażmessi sakemm, fil-każ li dak it-tagħmir jiġi mikri, il-kerrej ikun f'konformità mal-ftehim rilevanti tal-kiri.

2.  Interoperabilità għal settijiet tat-televiżjoni diġitali

Kull sett diġitali tat-televiżjoni bi skrin integrali viżibbli ta' djagunal akbar minn 30 cm li jitqiegħed għall-bejgħ jew kera fl-Unjoni għandu jkun iffittjat b'tal-anqas konnessjoni waħda miftuħa (jew standardizzata minn, jew li tikkonforma ma' standard adottat minn, organizzazzjoni Ewropej rikonoxxuti tal-istandardizzazzjoni, jew li tikkonforma ma' speċifikazzjoni ta' industrija kollha) li jippermetti konnessjoni sempliċi għall-periferali, u li jkun jista' jgħaddi l-elementi rilevanti kollha ta' sinjal diġitali televiżiv, inkluża informazzjoni li tirrelata ma' servizzi interattivi u kondizzjonalment aċċessati.

3.  Interoperabbiltà għal riċevituri tar-radju tal-karozza

Kwalunkwe riċevitur tar-radju integrat f'vettura ġdida tal-kategorija M li jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni minn ... [sentejn wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] għandu jinkludi riċevitur li kapaċi jirċievi u jirriproduċi mill-inqas servizzi tar-radju pprovduti permezz ta' xandir bir-radju terrestri. Ir-riċevituri li jkunu konformi ma' standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma' partijiet minnhom għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw ma' dak ir-rekwiżit kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

ANNESS XII

Parti A

Direttivi mħassra

b'lista tal-emendi suċċessivi fihom

(imsemmija fl-Artikolu 125)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

 

Artikolu 1

 

Ir-Regolament (UE) 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12)

 

Artikolu 2

 

Ir-Regolament (UE) 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32)

 

Artikolu 10

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

 

Artikolu 3 u Anness

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

 

Artikolu 2

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51)

 

 

Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)

 

Artikolu 1 u Anness I

 

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1)

 

Artikolu 8

Parti B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 125)

Direttiva

Il-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

Id-data ta' applikazzjoni

2002/19/KE

24 ta' Lulju 2003

25 ta' Lulju 2003

2002/20/KE

24 ta' Lulju 2003

25 ta' Lulju 2003

2002/21/KE

24 ta' Lulju 2003

25 ta' Lulju 2003

2002/22/KE

24 ta' Lulju 2003

25 ta' Lulju 2003

ANNESS XIII

Tabella ta' korrelazzjoni

Id-Direttiva 2002/21/KE

Id-Direttiva 2002/20/KE

Id-Direttiva 2002/19/KE

Id-Direttiva 2002/22/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 1(3a)

 

 

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4) u (5)

 

 

 

Artikolu 1(5) u (6)

Il-punt (a) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (1) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (2) tal-Artikolu 2

Il-punt (b) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (3) tal-Artikolu 2

Il-punt (c) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (4) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (5) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (6) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (7) tal-Artikolu 2

Il-punt (d) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (8) tal-Artikolu 2

Il-punt (da) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (9) tal-Artikolu 2

Il-punt (e) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (10) tal-Artikolu 2

Il-punt (ea) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (11) tal-Artikolu 2

Il-punt (f) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (12) tal-Artikolu 2

Il-punt (g) tal-Artikolu 2

 

 

 

-

Il-punt (h) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (13) tal-Artikolu 2

Il-punt (i) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (14) tal-Artikolu 2

Il-punt (j) tal-Artikolu 2

 

 

 

-

Il-punt (k) tal-Artikolu 2

 

 

 

-

Il-punt (l) tal-Artikolu 2

 

 

 

-

Il-punt (m) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (15) tal-Artikolu 2

Il-punt (n) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (16) tal-Artikolu 2

Il-punt (o) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (17) tal-Artikolu 2

Il-punt (p) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (18) tal-Artikolu 2

Il-punt (q) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (19) tal-Artikolu 2

Il-punt (r) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (20) tal-Artikolu 2

Il-punt (s) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (21) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (22) tal-Artikolu 2

Artikolu 3(1)

 

 

 

Artikolu 5(1)

-

-

-

-

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(2)

 

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(3)

 

 

 

Artikolu 6(2)

Artikolu 3(3a), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 8(1)

-

-

-

-

Artikolu 8(2)

-

-

-

-

Artikolu 7(1)

Artikolu 3(3a), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 3(3a), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 9(1) u (3)

-

-

-

-

Artikolu 9(2)

Artikolu 3(3b)

 

 

 

Artikolu 10(1)

Artikolu 3(3c)

 

 

 

Artikolu 10(2)

Artikolu 3(4)

 

 

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 3(5)

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 3(6)

 

 

 

Artikolu 5(4)

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 31

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 20

-

-

-

-

Artikolu 22

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 23

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 7a

 

 

 

Artikolu 33

-

-

-

-

Il-punt (c) tal-Artikolu 33(5)

Artikolu 8(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 8(5)

 

 

 

Artikolu 3(3)

Artikolu 8a(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 4(1) u (2)

-

-

-

-

Artikolu 4(3)

Artikolu 8a(3)

 

 

 

Artikolu 4(4)

-

-

-

-

Artikolu 29

Artikolu 9(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 45(1) u (2)

-

-

-

-

Artikolu 45(3)

Artikolu 9(3)

 

 

 

Artikolu 45(4)

Artikolu 9(4) u (5)

 

 

 

Artikolu 45(5) u (6)

Artikolu 9(6) u (7)

 

 

 

-

Artikolu 9a

 

 

 

-

Artikolu 9b(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 51(1) u (2)

Artikolu 9b(3)

 

 

 

Artikolu 51(4)

-

-

-

-

Artikolu 51(3)

Artikolu 10(1)

 

 

 

Artikolu 95(1)

Artikolu 10(2)

 

 

 

Artikolu 95(3)

-

-

-

-

Artikolu 95(2)

-

-

-

-

Artikolu 95(4)

-

-

-

-

Artikolu 95(5)

-

-

-

-

Artikolu 95(6)

Artikolu 10(3)

 

 

 

Artikolu 95(7)

Artikolu 10(4)

 

 

 

Artikolu 95(8)

Artikolu 10(5)

 

 

 

-

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 43

Artikolu 12(1)

 

 

 

Artikolu 44(1)

Artikolu 12(2)

 

 

 

-

Artikolu 12(3)

 

 

 

Artikolu 61(2)

Artikolu 12(4)

 

 

 

-

Artikolu 12(5)

 

 

 

Artikolu 44(2)

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 17

Artikolu 13a(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 40(1), (2) u (3)

Artikolu 13a(4)

 

 

 

-

-

 

 

 

Artikolu 40(5)

-

-

-

-

Artikolu 40(4)

Artikolu 13b(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 41(1), (2) u (3)

-

-

-

-

Artikolu 41(4)

Artikolu 13b(4)

 

 

 

Artikolu 41(7)

-

-

-

-

Artikolu 41(5)

-

-

-

-

Artikolu 41(6)

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 63

Artikolu 15(1),(2),(3)

-

 

 

 

Artikolu 64(1),(2),(3)

-

Artikolu 15(4)

-

-

-

-

-

-

-

-

Artikolu 66

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 67

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 39

Artikolu 18

 

 

 

-

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 38

Artikolu 20

 

 

 

Artikolu 26

Artikolu 21(1)

 

 

 

Artikolu 27(1)

Artikolu 21(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

 

 

Artikolu 27(2)

Artikolu 21(2), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 27(3)

Artikolu 21(2), ir-raba' u l-ħames subparagrafi

 

 

 

Artikolu 27(4)

-

 

 

 

Artikolu 27(5)

Artikolu 21(3)

 

 

 

-

Artikolu 21(4)

 

 

 

Artikolu 27(6)

Artikolu 21a

 

 

 

Artikolu 29

Artikolu 22(1)

 

 

 

Artikolu 118(1)

Artikolu 22(2)

 

 

 

Artikolu 118(3)

Artikolu 22(3)

 

 

 

Artikolu 118(4)

-

-

-

-

Artikolu 11(2)

-

-

-

-

Artikolu 118(5)

-

-

-

-

Artikolu 117

Artikolu 23

 

 

 

Artikolu 119

Artikolu 24

 

 

 

Artikolu 120(1) u (2)

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 122(1)

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 125

Artikolu 28

 

 

 

Artikolu 124

Artikolu 29

 

 

 

Artikolu 127

Artikolu 30

 

 

 

Artikolu 128

Anness II

 

 

 

-

 

Artikolu 1

 

 

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 2(1)

 

 

-

 

Artikolu 2(2)

 

 

Il-punt (22) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (23) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (24) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (25) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (26) tal-Artikolu 2

 

Artikolu 3(1)

 

 

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 3(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' sentenzi

 

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 3(3)

 

 

Artikolu 12(4)

-

-

-

-

 

 

Artikolu 4

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 5(1)

 

 

Artikolu 46(1)

-

-

-

-

Artikolu 46(2) u (3)

 

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 48(1)

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 48(2)

 

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

 

 

Artikolu 48(5)

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

 

 

Artikolu 48(3)

-

-

-

-

Artikolu 48(4)

 

Artikolu 5(3)

 

 

Artikolu 48(6)

 

Artikolu 5(4) u (5)

 

 

Artikolu 93(4) u (5)

 

Artikolu 5(6)

 

 

Artikolu 52

-

-

-

-

Artikolu 93

 

Artikolu 6(1),(2),(3) u (4)

 

 

Artikolu 13

-

-

-

-

Artikolu 47

 

Artikolu 7

-

 

 

-

Artikolu 55

 

Artikolu 8

 

 

Artikolu 36

 

Artikolu 9

 

 

Artikolu 14

 

Artikolu 10

 

 

Artikolu 30

-

-

-

-

 

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 21

 

Artikolu 12

 

 

Artikolu 16

 

Artikolu 13

 

 

Artikolu 42

-

-

-

-

Artikolu 94

 

Artikolu 14(1)

 

 

Artikolu 18

 

Artikolu 14(2)

 

 

Artikolu 19

 

Artikolu 15

 

 

Artikolu 120(3) u (4)

 

Artikolu 16

 

 

-

 

Artikolu 17

 

 

-

 

Artikolu 18

 

 

-

 

Artikolu 19

 

 

-

 

Artikolu 20

 

 

-

 

Anness

 

 

Anness I

 

 

Artikolu 1 (1 u 2)

 

Artikolu 1(2) u (3)

 

 

Il-punt (a) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (27) tal-Artikolu 2

 

 

Il-punt (b) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (28) tal-Artikolu 2

 

 

Il-punt (c) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (29) tal-Artikolu 2

 

 

Il-punt (d) tal-Artikolu 2

 

-

 

 

Il-punt (e) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (30) tal-Artikolu 2

 

 

Artikolu 3

 

Artikolu 59

 

 

Artikolu 4

 

Artikolu 60

 

 

Artikolu 5

 

Artikolu 61

 

 

Artikolu 6

 

Artikolu 62

 

 

 

 

-

 

 

Artikolu 8

 

Artikolu 68

 

 

Artikolu 9

 

Artikolu 69

 

 

Artikolu 10

 

Artikolu 70

 

 

Artikolu 11

 

Artikolu 71

-

-

-

-

Artikolu 72

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 73

 

 

Artikolu 13

 

Artikolu 74

-

-

-

-

Artikolu 75

-

-

-

-

Artikolu 76

 

 

Artikolu 13a

 

Artikolu 77

 

 

Artikolu 13b

 

Artikolu 78

-

-

-

-

Artikolu 80

-

-

-

-

Artikolu 81

 

 

Artikolu 14

 

-

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 120(5)

 

 

Artikolu 16(1)

 

-

 

 

Artikolu 16(2)

 

Artikolu 121(4)

 

 

Artikolu 17

 

-

 

 

Artikolu 18

 

-

 

 

Artikolu 19

 

-

 

 

Artikolu 20

 

-

 

 

Anness I

 

Anness II

 

 

Anness II

 

-

-

-

-

-

Anness III

 

 

 

Artikolu 1

Artikolu 1(4) u (5)

 

 

 

Il-punt (a) tal-Artikolu 2

-

 

 

 

Il-punt (c) tal-Artikolu 2

Il-punt (32) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (d) tal-Artikolu 2

Il-punt (33) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (f) tal-Artikolu 2

Il-punt (34) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (35) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (37) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (38) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Il-punt (39) tal-Artikolu 2

-

-

-

-

Artikolu 84

-

-

-

-

Artikolu 85

 

 

 

Artikolu 3

Artikolu 86(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 4

-

 

 

 

Artikolu 5

-

 

 

 

Artikolu 6

-

 

 

 

Artikolu 7

-

 

 

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 86(3)

 

 

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 86(4)

 

 

 

Artikolu 8(3)

Artikolu 86(5)

 

 

 

Artikolu 9

-

-

-

-

-

Artikolu 87

 

 

 

Artikolu 10

Artikolu 88

 

 

 

Artikolu 11

-

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 89

 

 

 

Artikolu 13

Artikolu 90

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 91

 

 

 

Artikolu 15

Artikolu 122(2) u (3)

 

 

 

Artikolu 17

-

-

-

-

-

Artikolu 99

-

-

-

-

Artikolu 101

 

 

 

Artikolu 20(1)

Artikolu 102

 

 

 

Artikolu 20(2)

Artikolu 105(3)

 

 

 

Artikolu 21

Artikolu 103

 

 

 

Artikolu 22

Artikolu 104

 

 

 

Artikolu 23

Artikolu 108

 

 

 

Artikolu 23a

Artikolu 111

 

 

 

Artikolu 24

Artikolu 113

 

 

 

Artikolu 25

Artikolu 112

 

 

 

Artikolu 26

Artikolu 109

 

 

 

Artikolu 27

-

 

 

 

Artikolu 27a

Artikolu 96

 

 

 

Artikolu 28

Artikolu 97

 

 

 

Artikolu 29

Artikolu 115

 

 

 

Artikolu 30(1)

Artikolu 106(2)

 

 

 

Artikolu 30(2)

Artikolu 106(4)

 

 

 

Artikolu 30(3)

Artikolu 106(4)

 

 

 

Artikolu 30(4)

Artikolu 106(5)

 

 

 

Artikolu 30(5)

Artikolu 105(1)

 

 

 

Artikolu 31

Artikolu 114

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 92

 

 

 

Artikolu 33

Artikolu 24

 

 

 

Artikolu 34

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 35

Artikolu 116

 

 

 

Artikolu 36

Artikolu 121

 

 

 

Artikolu 37

-

 

 

 

Artikolu 38

-

 

 

 

Artikolu 39

-

 

 

 

Artikolu 40

-

 

 

 

Anness I

Anness V

 

 

 

Anness II

Anness VII

 

 

 

Anness III

Anness IX

 

 

 

Anness IV

Anness VI

 

 

 

Anness V

-

 

 

 

Anness VI

Anness X

 

 

 

 

Anness IV

(1)ĠU C 125, 21.4.2017, p. 56.
(2) ĠU C 207, 30.6.2017, p. 87.
(3)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2018.
(4)Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).
(5)Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).
(6)Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)
(7)Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
(8)Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(9)Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).
(10)ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
(11)Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(12)Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(13)Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(14)Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).
(15)Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(16)Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' April 1988, Bond van Adverteerders u Oħrajn vs L-Istat Netherlandiż, C-352/85, ECLI: EU:C:1988:196.
(17)Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p 77).
(18)Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1).
(19)Deċiżjon