Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0905(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0380/2018

Testi mressqa :

A8-0380/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/11/2018 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0470

Testi adottati
PDF 315kWORD 48k
Il-Ħamis, 29 ta' Novembru 2018 - Brussell Verżjoni proviżorja
Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
P8_TA-PROV(2018)0470A8-0380/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N8-0120/2018 – C8-0466/2018 – 2018/0905(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Novembru 2018 għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (C8-0466/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0380/2018),

A.  billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jressaq lill-Parlament il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju u li l-President għandu jintgħażel abbażi ta' proċedura miftuħa ta' għażla minn fost l-individwi mhux membri tal-Kunsill Governattv li għandhom reputazzjoni u esperjenza rikonoxxuta f'operazzjonijiet bankarji u finanzjarji;

B.  billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dak ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.  billi, b'ittra bid-data tas-7 ta' Novembru 2018, il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta lill-Parlament proposta għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju;

D.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad għadda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1024/2013; billi fit-twettiq ta' dik l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat propost;

E.  billi l-kumitat organizza smigħ mal-kandidat propost fl-20 ta' Novembru 2018, li matulu l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat;

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 320, 30.11.2013, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2018Avviż legali