Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0220(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0359/2018

Testi mressqa :

A8-0359/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.11

Testi adottati :

P8_TA(2018)0493

Testi adottati
PDF 129kWORD 50k
It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
L-ikkomplimentar tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
P8_TA(2018)0493A8-0359/2018
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0397),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0250/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0359/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 95.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2018 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplementa l-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
P8_TC1-COD(2018)0220

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/26.)

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ottubru 2019Avviż legali