Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2244(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0399/2018

Testi mressqa :

A8-0399/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 12.1

Testi adottati :

P8_TA(2018)0500

Testi adottati
PDF 127kWORD 49k
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2018: Tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn (riżorsi proprji)
P8_TA(2018)0500A8-0399/2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: Tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u l-aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (13961/2018 – C8-0488/2018 – 2018/2244(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2018, adottat b'mod definittiv fit-30 ta' Novembru 2017(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018, adottat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Ottubru 2018 (COM(2018)0704),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018, adottata mill-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (13961/2018 – C8-0488/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0399/2018),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018 għandu l-għan li jaġġorna kemm mil-lat ta' nefqa kif ukoll mil-lat ta' dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi;

B.  billi, mil-lat ta' nefqa, l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018 inaqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-linji baġitarji b'EUR 48,7 miljun u b'EUR 44,7 miljun rispettivament, fl-intestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" u fl-intestatura 2 "Tkabbir sostenibbli – riżorsi naturali";

C.  billi, mil-lat ta' dħul, l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018 jikkonċerna reviżjoni ta' previżjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), il-bażijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u l-baġit tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-iffinanzjar tagħhom, li kollha jaffettwaw id-distribuzzjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' riżorsi proprji tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni;

1.  Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 fl-aħħar qed tilħaq ritmu kostanti u tirriżulta biss f'aġġustament minuri mil-lat ta' nefqa meta mqabbel mal-baġits ta' emenda sinifikanti ħafna adottati fl-2016 u fl-2017; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipattu għad-dewmien kbir akkumulat matul dawn l-aħħar tliet snin;

2.  Jieħu nota tal-proċess tekniku tal-ibbilanċjar mill-ġdid tar-riżorsi proprji li sar meħtieġ bir-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali u tal-VAT u b'aġġornamenti għall-korrezzjoni tar-Renju Unit;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2018;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 57, 28.2.2018, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ottubru 2019Avviż legali