Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0224(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0401/2018

Testi mressqa :

A8-0401/2018

Dibattiti :

CRE 11/12/2018 - 23
PV 16/04/2019 - 19
CRE 16/04/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 12.11
CRE 12/12/2018 - 12.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0509
P8_TA(2019)0395

Testi adottati
PDF 543kWORD 160k
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I
P8_TA-PROV(2018)0509A8-0401/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (COM(2018)0435 – C8-0252/2018 – 2018/0224(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Huwa l-objettiv tal-Unjoni li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha u tħeġġeġ il-kompetittività tagħha, inkluż fl-industrija tagħha, waqt li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni biex jinkisbu prijoritajiet strateġiċi ta' l-Unjoni, li fl-aħħar mill-aħħar għandhom l-għan li =jippromwovu l-paċi, il-valuri tal-Unjoni u l-benesseri tal-popli tagħha.
(1)  Huwa l-objettiv tal-Unjoni li ssaħħaħ l-eċċellenza xjentifika u l-bażijiet teknoloġiċi tagħha fejn ir-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkulaw liberament u tħeġġeġ il-kompetittività tagħha, inkluż fl-industrija tagħha, biex issaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, waqt li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni biex jinkisbu l-prijoritajiet u l-impenji strateġiċi tal-Unjoni, li fl-aħħar mill-aħħar għandhom l-għan li jippromwovu l-paċi, il-valuri tal-Unjoni u l-benesseri tal-popli tagħha;
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Biex jitwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjali fl-ilħuq ta' dan l-objettiv ġenerali, l-Unjoni għandha tinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' Orizzont Ewropa - Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021-2027 (il-"Programm") biex tappoġġa l-ħolqien u d-diffużjoni ta' teknoloġiji u għarfien ta' kwalità għolja, biex jissaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, biex tappoġġa l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u s-soċjetà ħalli tindirizza l-isfidi globali u tippromwovi l-kompetittività industrijali; trawwim tal-forom kollha ta' innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, u ssaħħaħ l-iskjerament fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi; u tottimizza t-twassil ta' tali investiment imsaħħaħ għal aktar impatt fi ħdan iż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
(2)  Biex jitwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjali fl-ilħuq ta' dan l-objettiv ġenerali u jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-UE tal-investimenti RŻI tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' Orizzont Ewropa - Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021-2027 (il-"Programm") biex tappoġġa l-ħolqien, id-diffużjoni u t-trasferiment ta' teknoloġiji u għarfien ta' kwalità għolja fl-Unjoni, biex jissaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi globali inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-bidla fil-klima, u fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, biex tappoġġa l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli fl-industrija u s-soċjetà tal-Unjoni ħalli toħloq impjiegi u ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività industrijali; Il-programm jenħtieġ li jrawwem il-forom kollha ta' innovazzjoni, isaħħaħ l-iskjerament fis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi u jottimizza t-twassil ta' investimenti.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ilħuq ta' mira globali ta' 3 % tal-PDG tal-Unjoni investiti fir-riċerka u l-iżvilupp, skont il-mira ewlenija tal-UE2020. L-ilħuq tal-mira se jirrikjedi li l-Istati Membri u s-settur privat jikkomplimentaw il-Programm mal-azzjonijiet ta' investiment imsaħħa tagħhom stess fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-promozzjoni ta' attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni meqjusa bħala meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni għandha tqis il-prinċipju ta' innovazzjoni kif propost fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2018 intitolata "Aġenda Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni imġedda - l-opportunità tal-Ewropa li ssawwar il-ġejjieni tagħha" (COM(2018)306).
(3)  Il-promozzjoni ta' attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni meqjusa bħala meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni jenħtieġ li tqis il-prinċipju ta' innovazzjoni bħala xprunatur ewlieni sabiex l-assi sostanzjali tal-għarfien tal-UE jinbidlu b'mod aktar rapidu u aktar intensiv f'innovazzjonijiet.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Ix-Xjenza Miftuħa, Innovazzjoni Miftuħa, Miftuħin għad-Dinja jikkostitwixxu prinċipji ġenerali, li jenħtieġjiżguraw l-eċċellenza u l-impatt tal-investiment tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn għandhom jiġu osservati fl-implimentazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari għall-ippjanar strateġiku fir-rigward tal-pilastru ‘Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali”.
(4)  It-tkomplija ta' "Xjenza Miftuħa, Innovazzjoni Miftuħa, Miftuħin għad-Dinja" filwaqt li jiġu salvagwardjati l-interessi xjentifiċi u soċjoekonomiċi tal-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-eċċellenza u l-impatt tal-investiment tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u ssaħħaħ il-kapaċità R&I tal-Istati Membri kollha. Dan jenħtieġ li jwassal għal implimentazzjoni bbilanċjata tal-Programm.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Ix-xjenza miftuħa, inkluż l-aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi u d-data ta' riċerka, għandha l-potenzjal li żżid il-kwalità, l-impatt u l-benefiċċji tax-xjenza u taċċellera l-avvanz tal-għarfien billi tagħmlu aktar affidabbli, aktar effiċjenti u preċiż, jinftiehem aħjar mis-soċjetà u li jwieġeb għall-isfidi tas-soċjetà. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jipprovdu aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi vvalutati mill-pari, id-data tar-riċerka, u riżultati tar-riċerka b'mod miftuħ u nondiskriminatorju, bla ħlas u kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tat-tixrid, u li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid l-aktar wiesa' possibbli li jistgħu jagħtu. Aktar enfasi jenħtieġ li b'mod partikulari jingħata lill-ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka, li jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji FAIR ta' 'Traċċabilità', 'Aċċessibilità', 'Interoperabilità' u 'Riutilizzabilità', notevolment permezz tal-integrazzjoni tal-Pjanijiet tal-Ġestjoni tad-Data. Fejn ikun xieraq, il-benefiċjarji għandhom jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offruti mill-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa u jaderixxu ma' aktar prinċipji u prattiki tax-xjenza miftuħa.
(5)  Ix-xjenza miftuħa għandha l-potenzjal li żżid il-kwalità, l-impatt u l-benefiċċji tax-xjenza u taċċellera l-avvanz tal-għarfien billi tagħmlu aktar affidabbli, aktar effiċjenti u preċiż, jinftiehem aħjar mis-soċjetà u li jwieġeb għall-isfidi tas-soċjetà. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jipprovdu aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi vvalutati mill-pari, id-data tar-riċerka, u riżultati tar-riċerka b'mod miftuħ u nondiskriminatorju, bla ħlas u kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tat-tixrid, u li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid l-aktar wiesa' possibbli li jistgħu jagħtu. F'dak li għandu x'jaqsam mad-data tar-riċerka, il-prinċipju jenħtieġ li jkun "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm hu meħtieġ", sabiex b'hekk tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa ta' reġimi ta' aċċess differenti minħabba l-interess soċjoekonomiku tal-Unjoni, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità, it-tħassib dwar is-sigurtà u interessi leġittimi oħra. Aktar enfasi jenħtieġ li tingħata lill-ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka, li jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji FAIR ta' 'Traċċabilità', 'Aċċessibilità', 'Interoperabilità' u 'Riutilizzabilità', notevolment permezz tal-integrazzjoni tal-Pjanijiet tal-Ġestjoni tad-Data. Fejn ikun xieraq, il-benefiċjarji għandhom jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offruti mill-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa u mill-Infrastruttura Ewropea tad-Data u jaderixxu ma' aktar prinċipji u prattiki tax-xjenza miftuħa. L-aċċess miftuħ reċiproku jenħtieġ li jitħeġġeġ fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali xjentifika u teknoloġika fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni rilevanti.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Il-benefiċjarji tal-SMEs huma mħeġġa jagħmlu użu mill-istrumenti eżistenti bħall-Helpdesk għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali tal-SMEs li jappoġġja lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tal-Unjoni Ewropea biex jipproteġu kif ukoll jinfurzaw id-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IP) tagħhom permezz tal-għoti ta' informazzjoni u servizzi bla ħlas, fil-forma ta' pariri kunfidenzjali dwar il-proprjetà intellettwali u kwistjonijiet relatati, kif ukoll it-taħriġ, il-materjali u r-riżorsi online.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-konċepiment u d-disinn tal-Programm jenħtieġiwieġeb għall-ħtieġa tal-istabbiliment ta' massa kritika ta' attivitajiet appoġġjati, fl-Unjoni kollha u permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali, skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs). L-implimentazzjoni tal-programm għandha ssaħħaħ l-isforzi għall-kisba ta' dan l-għan.
(6)  It-tnissil u d-disinn tal-Programm jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtieġa tal-istabbiliment ta' massa kritika ta' attivitajiet appoġġjati fl-Unjoni kollha u permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali, filwaqt li jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fil-Programm, skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi. L-implimentazzjoni tal-programm jenħtieġ li ssaħħaħ l-isforzi għall-kisba ta' dan l-għan.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  L-attivitajiet appoġġati taħt dan il-Programm għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-Unjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress kontra dawk l-għanijiet u l-prijoritajiet u għall-iżvilupp ta' prijoritajiet ġodda jew riveduti.
(7)  L-attivitajiet appoġġjati taħt dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi, tal-prijoritajiet u tal-impenji tal-Unjoni u tal-Programm, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress kontra dawk l-għanijiet, il-prijoritajiet, l-impenji u għall-iżvilupp ta' prijoritajiet ġodda jew riveduti.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Il-Programm jenħtieġ li jfittex allinjament ma' pjanijiet direzzjonali u strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni Ewropej li diġà jeżistu.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-Programm jenħtieġiżomm approċċ bilanċjat bejn l-investiment minn isfel għal fuq (xprunat mill-investigaturi jew l-innovaturi) u minn fuq għal isfel (determinat skont prijoritajiet definiti strateġikament), skont in-natura tal-komunitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma involuti, it-tipi u l-iskop tal-attivitajiet imwettqa u l-impatti li huma mfittxija. It-taħlita ta' dawn il-fatturi għandha tiddetermina l-għażla tal-approċċ għall-partijiet rispettivi tal-Programm, li lkoll jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm.
(8)  Il-Programm jenħtieġ li jżomm approċċ bilanċjat bejn l-investiment minn isfel għal fuq (xprunat mill-investigaturi jew l-innovaturi) u minn fuq għal isfel (determinat skont prijoritajiet definiti strateġikament), skont in-natura tal-komunitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma involuti madwar l-Unjoni, ir-rati ta' suċċess skont il-qasam ta' intervent, it-tipi u l-iskop tal-attivitajiet imwettqa, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-impatti li huma mfittxija. It-taħlita ta' dawn il-fatturi jenħtieġ li tiddetermina l-għażla tal-approċċ għall-partijiet rispettivi tal-Programm, li lkoll jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Għadd ta' azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni jenħtieġ li japplikaw loġika ta' Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fejn iż-żmien għall-għotja jenħtieġ li ma jaqbiżx is-6 xhur. Dan jenħtieġ li jippermetti aċċess minn isfel għal fuq aktar mgħaġġel għall-fondi għal konsorzji kollaborattivi żgħar li jkopru azzjonijiet minn riċerka fundamentali għall-applikazzjoni tas-suq.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
(8b)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-istadji kollha ta' riċerka u ta' innovazzjoni speċjalment fi ħdan proġetti kollaborattivi. Ir-riċerka fundamentali hija assi essenzjali u kundizzjoni importanti biex tiżdied il-kapaċità tal-Unjoni li tattira l-aqwa xjenzati sabiex issir ċentru globali ta' eċċellenza. Jenħtieġ li jiġi żgurat il-bilanċ bejn ir-riċerka bażika u r-riċerka applikata. Flimkien mal-innovazzjoni, dan se jappoġġja l-kompetittività ekonomika, it-tkabbir u l-impjiegi tal-Unjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 8c (ġdida)
(8c)  Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ta' Orizzont Ewropa, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-approċċi multidixxipplinari, interdixxipplinari u transdixxipplinari bħala elementi neċessarji għall-progress xjentifiku ewlieni.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 8d (ġdida)
(8d)  L-interazzjoni mas-soċjetà għandha titrawwem permezz ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli bħala element trasversali li jfittex li jibni kooperazzjoni effettiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà. Dan jippermetti lill-atturi kollha tas-soċjetà (ir-riċerkaturi, iċ-ċittadini, dawk li jfasslu l-politika, in-negozji, l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur eċċ.) biex jaħdmu flimkien matul il-proċess kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex kemm il-proċess kif ukoll l-eżiti tiegħu jiġu allinjati aħjar mal-valuri, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tas-soċjetà Ewropea.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt il-pilastru "Xjenza Miftuħa" għandhom jiġu determinati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza. L-aġenda tar-riċerka jenħtieġ li tiġi stabbilita f'kollegament mill-qrib mal-komunità xjentifika. Ir-riċerka jenħtieġ li tiġi ffinanzjata fuq il-bażi tal-eċċellenza.
(9)  Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt il-pilastru "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" jiġu determinati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza. L-aġenda tar-riċerka jenħtieġ li tiġi stabbilita f'kollegament mill-qrib mal-komunità xjentifika u tinkludi enfasi fuq l-attirazzjoni ta' talenti ġodda fil-qasam tar-R&I, u riċerkaturi żgħażagħ filwaqt li ssaħħaħ iż-ŻER u tevita l-eżodu tal-imħuħ. Ir-riċerka jenħtieġ li tiġi ffinanzjata fuq il-bażi tal-eċċellenza.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali" huwa stabbilit permezz ta' clusters ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, li jimmassimizzaw l-integrazzjoni tal-oqsma ta' ħidma rispettivi filwaqt li jiżguraw livelli għoljin u sostenibbli ta' impatt fir-rigward tar-riżorsi li jintefqu. Dan se jinkoraġġixxi kollaborazzjoni transdixxiplinarja, transettorjali, transpolitika u transkonfinali fit-twettiq tal-SDGs tan-NU u l-kompetittività tal-industriji tal-Unjoni fihom.
(10)  Il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" jenħtieġ li jiġi stabbilit permezz ta' clusters ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, li jimmassimizzaw l-integrazzjoni tal-oqsma ta' ħidma rispettivi filwaqt li jiżguraw livelli għoljin u sostenibbli ta' impatt għall-Unjoni fir-rigward tar-riżorsi li jintefqu. Dan se jinkoraġġixxi kollaborazzjoni transdixxiplinarja, transettorjali, transpolitika u transfruntiera fit-twettiq tal-SDGs tan-NU u tal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u fejn ikun meħtieġ jindirizza l-isfidi soċjetali u l-kompetittività tal-industriji tal-Unjoni fihom. L-attivitajiet taħt dan il-pilastru jenħtieġ li jkopru l-firxa sħiħa tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni inklużi r-R&Ż, il-pilotar, id-dimostrazzjoni, u l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, ir-riċerka normattiva minn qabel u l-iffissar ta' standards, u l-introduzzjoni fis-suq ta' innovazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett fir-riċerka fi prijoritajiet iddefiniti b'mod strateġiku.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-involviment sħiħ tal-industrija fil-Programm, fil-livelli kollha, minn intraprendituri individwali u minn impriżi żgħar u ta' daqs medju sa intrapriżi ta' skala kbira, jenħtieġ li jikkostitwixxi wieħed mill-mezzi ewlenin li permezz tagħhom jiġu mwettqa l-għanijiet tal-Programm, b'mod speċifiku lejn il-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi sostenibbli. L-industrija jenħtieġli tikkontribwixxi perspettivi u prijoritajiet stabbiliti permezz tal-proċess ta' ppjanar strateġiku li jenħtieġjappoġġja l-iżvilupp ta' programmi ta' ħidma. Dan l-impenn mill-industrija jenħtieġparteċipazzjoni fl-azzjonijiet appoġġati f’livelli mill-inqas paragunabbli ma' dawk taħt il-qafas preċedenti tal-programm Orizzont 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Orizzont 2020”).
(11)  L-involviment sħiħ u f'waqtu tal-industrija fil-Programm, fil-livelli kollha minn intraprendituri individwali u impriżi żgħar u ta' daqs medju sa intrapriżi ta' skala kbira, jenħtieġ li jkompli, b'mod speċifiku lejn il-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi sostenibbli fl-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni privata-pubblika u jittejjeb l-investimenti fir-R&I mis-settur privat.
__________________
13
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Jenħtieġ li konsultazzjonijiet bejn diversi partijiet ikkonċernati, inklużi s-soċjetà ċivili u l-industrija, jikkontribwixxu għall-perspettivi u l-prijoritajiet stabbiliti permezz tal-proċess tal-ippjanar strateġiku. Dan jenħtieġ li jirriżulta fi pjanijiet strateġiċi tal-R&I adottati permezz ta' atti delegati. Imbagħad dawk il-pjanijiet strateġiċi jenħtieġ li jiġu implimentati permezz tal-iżvilupp ta' programmi ta' ħidma.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Huwa importanti li l-industrija tiġi appoġġjata biex tibqa' jew issir mexxejja fid-dinja fl-innovazzjoni, id-diġitazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni, notevolment permezz tal-investimenti fit-teknoloġiji abilitanti ewlenin li se jsostnu n-negozju fil-ġejjieni. L-azzjonijiet tal-Programm għandhom jintużaw biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' falliment fis-swieq jew investiment subottimali, b'mod proporzjonat, bla ma jiġu ddupplikati jew imrassa ’l barra l-finanzjamenti privati u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan se jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programma u r-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE, biex jiġu evitati distorzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
(12)  Huwa importanti li l-industrija tal-Unjoni tiġi appoġġjata biex tibqa' jew issir mexxejja fid-dinja fl-innovazzjoni, id-diġitazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni, notevolment permezz tal-investimenti fit-teknoloġiji abilitanti ewlenin li se jsostnu n-negozju fil-ġejjieni. It-teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (KETs) huma mistennija li jkollhom rwol ċentrali fl-"Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali Ewropea" tal-Pilastru II u jenħtieġ li jkomplu jiġu konnessi mal-Inizjattivi Ewlenin tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) sabiex il-proġetti ta' riċerka jkunu jistgħu jkopru l-katina tal-innovazzjoni kollha kemm hi. L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jirriflettu l-Istrateġija tal-Politika Industrijali tal-Unjoni sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' falliment fis-swieq jew investiment subottimali, isaħħu l-investimenti b'mod proporzjonat u trasparenti, bla ma jiġu ddupplikati jew imrassa 'l barra l-finanzjamenti privati u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u redditu pubbliku fuq l-investimenti. Dan se jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programma u r-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE fis-settur tal-RŻI, biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  L-SMEs jikkostitwixxu sors sinifikanti ta' innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa. Għalhekk, fl-Orizzont Ewropa hemm bżonn ta' parteċipazzjoni b'saħħitha mill-SMEs, kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. Abbażi tal-aħjar prattiki minn Orizzont 2020, Orizzont Ewropa jenħtieġ li jkompli jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-Programm Qafas b'mod integrat. Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri u dispożizzjonijiet baġitarji adegwati, inkluża l-implimentazzjoni ta' strument għall-SMEs li jimxi kompletament minn isfel għal fuq li jwettaq innovazzjoni inkrementali, b'sejħiet miftuħa ddedikati matul l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-innovazzjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-programm għandu jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni b'mod integrat, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-kunċett tar-riċerka, inkluż l-iżvilupp sperimentali jenħtieġjintuża skont il-Manwal ta' Frascati żviluppat mill-OECD, filwaqt li l-kunċett tal-innovazzjoni jenħtieġjintuża skont il-Manwal ta' Oslo żviluppat mill-OECD u mill-EUROSTAT, b’segwiment ta' approċċ wiesa’ li jkopri l-innovazzjoni soċjali. Id-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level (TRL) jenħtieġli jkomplu, bħal fil-Programm Qafas Orizzont 2020 preċedenti, u għandhom jitqiesu fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, u d-definizzjoni ta' tipi ta' azzjoni disponibbli f’sejħiet għal proposti. Fil-prinċipju, l-għotjiet ma għandhomx jingħataw għal azzjonijiet li fihom l-attivitajiet jaqbżu lil TRL 8. Il-programm ta' ħidma għal sejħa partikolari taħt il-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali" jista' jippermetti għotjiet għal validazzjoni ta' prodotti u replikazzjoni fis-suq fuq skala kbira.
(13)  Il-programm jenħtieġ li jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni b'mod integrat, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-kunċett tar-riċerka, inkluż l-iżvilupp sperimentali jenħtieġ li jintuża skont il-Manwal ta' Frascati żviluppat mill-OECD, filwaqt li l-kunċett tal-innovazzjoni jenħtieġ li jintuża skont il-Manwal ta' Oslo żviluppat mill-OECD u mill-EUROSTAT, b'segwiment ta' approċċ wiesa' li jkopri l-innovazzjoni soċjali, id-disinn u l-kreattività. Id-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level (TRL) jenħtieġ li jitqiesu fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni. Il-programm ta' ħidma għal sejħa partikolari taħt il-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali" jista' jippermetti għotjiet għal validazzjoni ta' prodotti u replikazzjoni fis-suq fuq skala kbira.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 (COM(2018) 2 final) pprovdiet sett ta' rakkomandazzjonijiet għal dan il-Programm, inklużi r-Regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid, li jibnu fuq il-lezzjonijiet meħuda mill-Programm preċedenti kif ukoll mill-kontribut tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu li jsir aktar investiment b'mod ambizzjuż sabiex jilħaq il-massa kritika u jiġi mmassimizzat l-impatt; biex jingħata appoġġ lill-innovazzjoni rivoluzzjonarja; biex tingħata prijorità lill-investimenti tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) f'oqsma ta' valur miżjud għoli, notevolment permezz ta' orjentazzjoni tal-missjonijiet, l-involviment taċ-ċittadini u komunikazzjoni wiesgħa; biex jiġi rrazzjonalizzat ix-xenarju tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż billi jiġu ssimplifikati l-firxa ta' inizjattivi ta' sħubija u l-iskemi ta' kofinanzjament; l-iżvilupp ta' aktar sinerġiji konkreti bejn strumenti differenti ta' finanzjament mill-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li jgħinu biex jiġi mmobilizzat il-potenzjal mhux sfruttat biżżejjed tar-R&I madwar l-Unjoni; biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali u tissaħħaħ it-trasparenza għas-sehem ta' pajjiżi terzi; u tkompli s-simplifikazzjoni bbażata fuq l-esperjenzi tal-implimentazzjoni minn Orizzont 2020.
(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 (COM(2018) 2 final) u r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas (2016/2147(INI)) ipprovdew sett ta' rakkomandazzjonijiet għal dan il-Programm, inklużi r-Regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid, li jibnu fuq il-lezzjonijiet meħuda mill-Programm preċedenti kif ukoll mill-kontribut tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu li jsir aktar investiment b'mod ambizzjuż sabiex jilħaq il-massa kritika u jiġi mmassimizzat l-impatt; biex jingħata appoġġ lill-innovazzjoni rivoluzzjonarja; biex tingħata prijorità lill-investimenti tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) f'oqsma ta' valur miżjud għoli, notevolment permezz ta' orjentazzjoni tal-missjonijiet, l-involviment sħiħ, konxju u fil-pront taċ-ċittadini u komunikazzjoni wiesgħa; biex jiġi rrazzjonalizzat ix-xenarju tal-finanzjament tal-Unjoni sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tar-R&I tal-Istati Membri kollha, inkluż billi jiġu ssimplifikati l-firxa ta' inizjattivi ta' sħubija u l-iskemi ta' kofinanzjament; l-iżvilupp ta' aktar sinerġiji konkreti bejn strumenti differenti ta' finanzjament mill-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li jgħinu biex jiġi mmobilizzat il-potenzjal mhux sfruttat biżżejjed tar-R&I madwar l-Unjoni; biex jiġu involuti aħjar l-infrastrutturi tar-riċerka ffinanzjati mill-UE - speċjalment mill-FEŻR - fil-proġetti tal-Programm, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali u tissaħħaħ it-trasparenza għas-sehem ta' pajjiżi terzi filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-interess tal-Unjoni u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fil-Programm; u tkompli s-simplifikazzjoni bbażata fuq l-esperjenzi tal-implimentazzjoni minn Orizzont 2020.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Il-programm għandu jfittex sinerġiji ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, mit-tfassil tagħhom u l-ippjanar strateġiku, sal-għażla, it-tmexxija, il-komunikazzjoni, it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, il-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza tal-proġetti. Bil-ħsieb li jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet u d-dupplikazzjoni u jiżdied l-effett ta' lieva tal-finanzjament tal-Unjoni, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni lejn attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet, dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.
(15)  Il-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tkompli tikkontribwixxi għar-riċerka u l-innovazzjoni. Għalhekk, jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-koordinazzjoni u lill-komplementarjetà bejn iż-żewġ politiki tal-Unjoni. Il-programm jenħtieġ li jfittex allinjament tar-regoli u s-sinerġiji ma' programmi oħrajn tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, mit-tfassil tagħhom u l-ippjanar strateġiku, sal-għażla, it-tmexxija, il-komunikazzjoni, it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, il-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza tal-proġetti. Bil-ħsieb li jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet u d-dupplikazzjoni u jiżdied l-effett ta' lieva tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti u għall-benefiċjarji, it-tipi kollha ta' sinerġiji jenħtieġ li jsegwu l-prinċipju "azzjoni waħda ssegwi sett ta' regoli wieħed":
—  trasferimenti minn programmi oħra tal-Unjoni inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għal attivitajiet ta’ Orizzont Ewropa jistgħu jsiru fuq bażi volontarja . F'tali każijiet, dawn se jsegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa, iżda se jintużaw biss għall-benefiċċju tal-Istat Membru jew l-awtorità maniġerjali, skont kif ikun rilevanti, li jiddeċiedi li jagħmel it-trasferiment.
—  kofinanzjament ta' azzjoni minn Orizzont Ewropa u programm ieħor tal-Unjoni jista' jiġi previst ukoll filwaqt li ma jaqbiżx il-kostijiet eleġibbli totali tal-azzjoni. F'tali każijiet, għandhom japplikaw biss ir-regoli ta' Orizzont Ewropa u jenħtieġ li jiġu evitati l-awditi doppji;
—  Siġilli ta' Eċċellenza jenħtieġ li jingħataw awtomatikament lill-proposti kollha li jkunu qabżu l-limitu ta' "eċċellenza" fl-Orizzont Ewropa iżda li ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba restrizzjonijiet baġitarji. F'tali każijiet, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ bl-eċċezzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-iżjed kontribut effettiv lejn l-objettivi ta' politika tal-Unjoni, il-Programm għandu jidħol fi Sħubiji Ewropej ma' msieħba tas-settur pubbliku u/jew privat. Dawn jinkludu l-industrija, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka, korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħalma huma fondazzjonijiet li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni, sakemm l-impatti mixtieqa jistgħu jinkisbu b'mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Unjoni waħedha.
(16)  Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-iżjed kontribut effettiv lejn l-objettivi u l-impenji ta' politika tal-Unjoni, il-Programm għandu jidħol fi Sħubiji Ewropej ma' msieħba privati u/jew tas-settur pubbliku, fuq il-bażi tal-eżitu tal-Ippjanar Strateġiku. Dawn jinkludu l-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni, ċentri ta' kompetenza, inkubaturi tan-negozju, parks tax-xjenza u tat-teknoloġija, korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali, fejn ikun xieraq, li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni, sakemm l-impatti mixtieqa jistgħu jinkisbu b'mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Unjoni waħedha.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Il-Programm jenħtieġisaħħaħ il-kooperazzojni bejn is-Sħubiji Ewropej u l-imsieħba mis-settur privat u/jew pubbliku fil-livell internazzjonali inkluż permezz tal-konġunzjoni ta'/ programmi tar-riċerka u innovazzjoni u investiment transkonfinali fir-riċerka u innovazzjoni li jġibu benefiċċji reċiproki lin-nies u n-negozji filwaqt li jiżguraw li l-UE tista' tiddefendi l-interessi tagħha f’oqsma strateġiċi.
(17)  Il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-kooperazzojni bejn is-Sħubiji Ewropej u l-imsieħba mis-settur privat u/jew pubbliku fil-livell internazzjonali inkluż permezz tal-konġunzjoni ta'/ programmi tar-riċerka u innovazzjoni u investiment transkonfinali fir-riċerka u innovazzjoni li jġibu benefiċċji reċiproki lin-nies u n-negozji filwaqt li jiżguraw li l-Unjoni tista' tiddefendi l-interessi tagħha.
__________________
__________________
14 Ara eż. l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi qafas ta' skrinjar għall-Investiment Dirett Barrani fl-UE, COM(2017)487.
14 Ara eż. l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi qafas ta' skrinjar għall-Investiment Dirett Barrani fl-UE, COM(2017)487.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  L-FET Ewlenin taw prova li huma strument effettivi u effiċjenti, filwaqt li joffru benefiċċji lis-soċjetà bi sforz konġunt u kkoordinat mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, u l-FET ewlenin eżistenti li taw prova tal-benefiċċji tagħhom jenħtieġ li jibqgħu jiġu appoġġjati.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jenħtieġ li jkompli jipprovdi lill-politiki tal-UE b'appoġġ indipendenti ta' evidenza xjentifika u appoġġ tekniku matul iċ-ċiklu ta' politika kollu. L-azzjonijiet diretti tal-JRC għandhom ikunu implimentati b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, u billi tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali
(18)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jenħtieġ li jkompli jipprovdi lill-politiki tal-UE b'appoġġ indipendenti ta' evidenza xjentifika u appoġġ tekniku matul iċ-ċiklu ta' politika kollu. L-azzjonijiet diretti tal-JRC jenħtieġ li jkunu implimentati b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet rilevanti tal-utenti tal-JRC, ir-restrizzjonijiet baġitarji u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, u billi tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Il-pilastru "Innovazzjoni Miftuħa" jenħtieġ li jistabbilixxi sensiela ta' miżuri għal appoġġ integrat għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri u l-intraprenditorija bl-għan tat-twettiq u t-tħaffif tal-innovazzjoni rivoluzzjonarja għat-tkabbir mgħaġġel tas-suq. Jenħtieġ li dan jattira kumpaniji innovattivi b'potenzjal ta' espansjoni fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni u joffri għotjiet veloċi, flessibbli u ta' koinvestimenti, inkluż ma' investituri privati. Dawn l-objettivi jenħtieġjiġu segwiti permezz tal-ħolqien ta' Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Dan il-Pilastru jenħtieġjappoġġa wkoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-ekosistemi ta' innovazzjoni Ewropea b'mod ġenerali, b'mod partikolari permezz ta' kofinanzjament ta' sħubiji ma' atturi nazzjonali u reġjonali ta' appoġġ għall-innovazzjoni.
(19)  Il-pilastru "Ewropa Innovattiva" jenħtieġ li jistabbilixxi sensiela ta' miżuri għal appoġġ integrat għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri u l-intraprenditorija mmexxija mir-riċerka bl-għan tat-twettiq u t-tħaffif tal-innovazzjoni rivoluzzjonarja għat-tkabbir mgħaġġel tas-suq kif ukoll tal-promozzjoni tal-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni f'oqsma strateġiċi. Jenħtieġ li dan jattira kumpaniji innovattivi, inklużi SMEs u negozji ġodda, b'potenzjal ta' espansjoni fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni u joffri għotjiet veloċi, flessibbli u ta' koinvestimenti, inkluż ma' investituri privati. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ħolqien ta' Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Dan il-Pilastru jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT u l-ekosistemi ta' innovazzjoni Ewropea b'mod ġenerali, fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari permezz ta' kofinanzjament ta' sħubiji ma' atturi nazzjonali u reġjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, ta' appoġġ għall-innovazzjoni.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-għanijiet tal-politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz tal-instrumenti finanzjarji u garanzija baġitarja skont tieqa ta' politika tal-Fond InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġjintuża biex jindirizza n-nuqqasijiet fis-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonali u l-azzjonijiet jenħtieġli ma jiddupplikawx jew irossu ’l barra l-finanzjament privat jew iservu ta' distorzjoni għall-kompetizzjoni fis-Suq Intern. L-azzjonijiet jenħtieġikollhom valur miżjud Ewropew ċar.
(20)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-investiment fl-attivitajiet ta' riskju ogħla u mhux lineari bħar-riċerka u l-innovazzjoni, huwa essenzjali li Orizzont Ewropa, b'mod partikolari l-EIC kif ukoll l-EIT bil-KICs tiegħu, jaħdem f'sinerġija mal-prodotti finanzjarji li għandhom jintużaw skont InvestEU. F'dan ir-rigward, l-esperjenza li tkun inkisbet mill-istrumenti finanzjarji użati skont Orizzont 2020 bħal InnovFin u l-garanzija ta' self għall-SMEs, jenħtieġ li sservi bħala bażi b'saħħitha biex jingħata dan l-appoġġ immirat. L-EIC jenħtieġ li jiżviluppa intelligence strateġika u attivitajiet ta' evalwazzjoni f'ħin reali sabiex jimmaniġġjaw u jikkoordinaw fi żmien xieraq id-diversi attivitajiet tiegħu
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  L-EIC permezz tal-istrumenti tiegħu – Pathfinder u Accelerator –jenħtieġ jimmira lejn l-identifikazzjoni, l-iżvilupp u l-iskjerament tas-suq tal-innovazzjonijiet u jappoġġa l-iżvilupp rapidu tagħhom biex javvanzaw lejn il-livelli tal-UE u internazzjonali. Permezz ta' appoġġ koerenti u simplifikat għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja, l-EIC għandha timla l-vojt attwali fl-appoġġ pubbliku u l-investiment privat għal innovazzjoni rivoluzzjonarja. L-istrumenti tal-EIC jappellaw għal elementi tal-ġestjoni u ġuridiċi apposta biex jirriflettu l-għanijiet speċifiċi tagħha, b'mod partikolari, l-attivitajiet ta' skjerament tas-suq.
imħassar
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Permezz ta' finanzjament imħallat mill-EIC, Accelerator mistenni jxejjen il-"wied tal-mewt" bejn ir-riċerka, il-prekummerċjalizzazzjoni tal-massa u t-tkabbir tal-kumpaniji. b'mod partikolari, Accelerator mistenni jipprovdi appoġġ lil operazzjonijiet li jippreżentaw tali riskji teknoloġiċi jew tas-suq li m'humiex ikkunsidrati bħala bankabbli u ma jkunux jistgħu jillevaw investimenti sinifikanti mis-suq, u b'hekk jikkumplimenta l-programm InvestEU stabbilit bir-Regolament …15 ..
(22)  Permezz ta' finanzjament imħallat mill-EIC, Accelerator tal-EIC mistenni jxejjen il-"wied tal-mewt" bejn ir-riċerka, il-prekummerċjalizzazzjoni tal-massa u t-tkabbir tal-kumpaniji. b'mod partikolari, Accelerator mistenni jipprovdi appoġġ lil operazzjonijiet li jippreżentaw tali riskji teknoloġiċi jew tas-suq li m'humiex ikkunsidrati bħala bankabbli u ma jkunux jistgħu jillevaw investimenti sinifikanti mis-suq, u b'hekk jikkumplimenta l-programm InvestEU stabbilit bir-Regolament …15 ..
__________________
__________________
15
15 ...
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  L-EIT, primarjament permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) tiegħu jenħtieġjimmira li jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni li jindirizzaw l-isfidi globali, billi tittrawwem l-integrazzjoni tan-negozju, ir-riċerka, l-edukazzjoni ogħla u l-intraprenditorija. L-EIT jenħtieġ li jippromwovi l-innovazzjoni fl-attivitajiet tiegħu u jenħtieġ li jappoġġja l-integrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fl-ekosistema tal-innovazzjoni, b'mod partikulari billi: jistimula l-edukazzjoni imprenditorjali, jippromwovi kollaborazzjonijiet mhux dixxiplinari qawwija bejn l-industrija u l-komunità akkademika; u jidentifika kwalifiki prospettivi għall-innovaturi tal-futur biex jindirizzaw l-isfidi globali, li jinkludu kwalifiki diġitali avvanzati u ta' innovazzjoni. L-iskemi ta' appoġġ ipprovduti mill-IET jenħtieġli jibbenefikaw lill-benefiċjarji tal-EIC, filwaqt li negozji ġodda li ħerġin mill-KICs tal-EIT jenħtieġikollhom aċċess għall-azzjonijiet tal-EIC. Filwaqt li l-enfasi tal-EIT fuq l-ekosistemi tal-innovazzjoni mistennija jagħmluha b'mod naturali idoena fi ħdan il-pilastru "Innovazzjoni Miftuħa", l-ippjanar tal-KICs tagħha għandhom ikunu allinjati permezz tal-proċess ta' ppjanar strateġiku mal-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali".
(23)  L-EIT, primarjament permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) tiegħu u l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, jenħtieġ li jimmira li jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' kapaċità ġenerali tal-Unjoni għall-innovazzjoni li jindirizzaw l-isfidi globali, billi titrawwem l-integrazzjoni tan-negozju, ir-riċerka, l-edukazzjoni ogħla u l-intraprenditorija. F'konformità mal-att tat-twaqqif tiegħu, mar-Regolament tal-EIT1a u mal-Aġenda tal-Innovazzjoni Strateġika tal-EIT1b, l-EIT jenħtieġ li jippromwovi l-innovazzjoni fl-attivitajiet tiegħu u jenħtieġ li jappoġġja l-integrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fl-ekosistema tal-innovazzjoni, b'mod partikulari billi: jistimula l-edukazzjoni imprenditorjali, jippromwovi kollaborazzjonijiet mhux dixxiplinari qawwija bejn l-industrija u l-komunità akkademika; u jidentifika kwalifiki prospettivi għall-innovaturi tal-futur biex jindirizzaw l-isfidi globali, li jinkludu kwalifiki diġitali avvanzati u ta' innovazzjoni. L-iskemi ta' appoġġ ipprovduti mill-EIT jenħtieġ li jibbenefikaw lill-benefiċjarji tal-EIC, filwaqt li negozji ġodda li ħerġin mill-KICs tal-EIT jenħtieġ li jkollhom aċċess rapidu għall-azzjonijiet tal-EIC. Filwaqt li l-enfasi tal-EIT fuq l-ekosistemi tal-innovazzjoni mistennija jenħtieġ li tagħmlu b'mod naturali idoneu fi ħdan il-pilastru "Ewropa Innovattiva", dan jenħtieġ li jappoġġja wkoll lill-pilastri l-oħra kollha kif xieraq u l-ippjanar tal-KICs tiegħu jenħtieġ li jkun allinjat permezz tal-proċess ta' ppjanar strateġiku mal-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali". Duplikazzjoni bejn KICs u strumenti oħra fl-istess qasam, b'mod partikolari Sħubiji oħra, jenħtieġ li jiġu evitati.
__________________
1a Regolament (UE) 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 (ĠU L 97/1, 9.4.2008), kif emendat bir-Regolament (UE) 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347/174, 20.12.2013.
1b Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  L-iżgurar u ż-żamma ta' kondizzjonijiet indaqs għal kumpaniji li jikkompetu f'suq partikolari hija rekwiżit ewlieni ħalli l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u disruptiva jimxu ’l quddiem, u b'hekk b'mod partikolari l-innovaturi żgħar u ta' daqs medju jaħsdu l-benefiċċji tal-investiment tagħhom u jieħdu sehem mis-suq.
(24)  L-iżgurar u ż-żamma ta' kondizzjonijiet indaqs għal kumpaniji li jikkompetu f'suq partikolari hija rekwiżit ewlieni ħalli l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u disruptiva jimxu ’l quddiem, u b'hekk b'mod partikolari l-innovaturi żgħar u ta' daqs medju jaħsdu l-benefiċċji tal-investiment tagħhom u jieħdu sehem mis-suq. B'mod simili, ċertu grad ta' ftuħ fl-iskala tal-innovazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati – li jindirizzaw netwerk kbir ta' benefiċjarji – jista' jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-bini tal-kapaċità tal-SMEs, peress li jipprovdilhom il-mezzi meħtieġa biex jattiraw l-investimenti u biex jirnexxu.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Il-programm għandu jippromwovi u jintegra l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u inizjattivi bbażati fuq interess komuni, benefiċċju reċiproku u impenji globali għall-implimentazzjoni tal-SDGs tan-NU. Il-kooperazzjoni internazzjonali għandha timmira li ssaħħaħ l-eċċellenza tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-attrazzjoni u l-kompetittività ekonomika u industrijali tal-Unjoni, biex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-soċjetà, kif inkorporati fl-SDGs tan-NU, u biex jingħata appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi segwit approċċ ta' ftuħ ġenerali għall-parteċipazzjoni internazzjonali u azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali mmirata, inkluż permezz ta' eliġibbiltà xierqa għall-finanzjament ta' entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi bi dħul minn baxx sa medju. Fl-istess waqt, jenħtieġli tiġi promossa l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi mal-Programm.
(25)  Il-programm jenħtieġ li jippromwovi u jintegra l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u inizjattivi bbażati fuq l-interess tal-Unjoni, u l-benefiċċji reċiproki u l-impenji globali għall-implimentazzjoni tal-SDGs tan-NU. Il-kooperazzjoni internazzjonali jenħtieġ li timmira li ssaħħaħ l-eċċellenza tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-attrazzjoni u l-kompetittività ekonomika u industrijali, biex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-soċjetà, kif inkorporati fl-SDGs tan-NU, u biex jingħata appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi segwit approċċ ta' ftuħ ġenerali għall-parteċipazzjoni internazzjonali reċiproka u azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali mmirata, filwaqt li jeħtieġ li jiġu applikati kriterji ta' eliġibbiltà xierqa, li jqisu l-livelli differenti tal-kapaċitajiet R&I, għall-finanzjament ta' entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi bi dħul minn baxx sa medju. Fl-istess waqt, jenħtieġ li tiġi promossa l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi mal-Programm fejn tkun prevista ir-reċiproċità u fejn l-interess tal-Unjoni jiġi ssalvagwardjat u tiġi promossa iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fil-Programm.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tal-interazzjonijiet tagħhom, Orizzont l-Ewropa jenħtieġli jimpenja u jinvolvi lilll-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini fit-tfassil u l-ħolqien konġunt ta' aġendi u kontenut responsabbli mir-riċerka u l-innovazzjoni, jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, jagħmel l-għarfien xjentifiku aċċessibbli għall-pubbliku, u jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tiegħu. Huwa jenħtieġli jagħmel fil-Programm kollu u permezz ta' attivitajiet apposta fil-parti “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”. L-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fir-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġli jsir flimkien ma' attivitajiet ta' komunikazzjoni mal-pubbliku li jiġġeneraw u jsostnu l-appoġġ pubbliku għall-Programm. Il-programm jenħtieġli jfittex ukoll li jneħħu l-ostakli u jagħti spinta lis-sinerġiji bejn ix-xjenza, it-teknoloġija, il-kultura u l-arti biex tinkiseb kwalità ġdida ta' innovazzjoni sostenibbli.
(26)  Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tal-interazzjonijiet tagħhom, Orizzont l-Ewropa jenħtieġ li jimpenja u jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini fit-tfassil u l-ħolqien konġunt ta' aġendi u kontenut responsabbli mir-riċerka u l-innovazzjoni (RRI), li jissodisfaw it-tħassib, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, jagħmel l-għarfien xjentifiku aċċessibbli għall-pubbliku u jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tiegħu.. Il-miżuri meħuda biex jitjieb l-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jiġi mmonitorjat.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)  Orizzont Ewropa jenħtieġ li jappoġġja teknoloġiji ġodda li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-ostakoli li jipprevjenu l-aċċess u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabbiltà u li konsegwentement irażżnu l-iżvilupp ta' soċjetà verament inklużiva.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)  Bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, il-partijiet kollha tal-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tnaqqis sinifikanti tad-distakk tar-R&I, b'mod partikolari billi jżidu l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet tar-R&I tal-Programm, ixerrdu l-eċċellenza xjentifika, jagħtu spinta lil mudelli ġodda tal-kooperazzjoni tar-R&I, inaqqsu d-differenza fir-remunerazzjoni bejn ir-riċerkaturi fi ħdan l-Unjoni, jimmodernizzaw l-ekosistemi tar-R&I nazzjonali u jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata fil-panels ta' evalwazzjoni, fil-gruppi ta' esperti u fil-bordijiet xjentifiċi.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma intitolati għal miżuri speċifiċi (filwaqt li titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom) fir-rigward tal-aċċess għall-programmi orizzontali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ għaldaqstant li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE' (COM (2017) 623 final) kif approvata mill-Kunsill fit-12 ta' April 2018.
(27)  Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma intitolati għal miżuri speċifiċi (filwaqt li titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom) fir-rigward tal-aċċess għall-programmi orizzontali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ għaldaqstant li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE' (COM (2017) 623 final) kif approvata mill-Kunsill fit-12 ta' April 2018 u fejn possibbli jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm jenħtieġli jimmiraw lejn l-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi bejn is-sessi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, b’konformità mal-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tat-TFUE. Id-dimensjoni tal-ġeneru jenħtieġ li tiġi integrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u segwita fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka.
(28)  L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jimmiraw lejn l-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, jevitaw il-preġudizzju bejn il-ġeneri, jintegraw b'mod adegwat id-dimensjoni tal-ġeneri fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni, bl-għan li jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali kif imsemmi fl-Artikolu 141(3) tat-TFUE u fid-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol, kif ukoll jiżguraw l-aċċessibbiltà tar-riċerkaturi b'diżabbiltà għar-riċerka u l-innovazzjoni.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet fis-settur tal-industrija tad-difiża, dispożizzjonijiet dettaljati għall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti ta' riċerka tad-difiża għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament16 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża li jiddefinixxi r-regoli ta' parteċipazzjoni fil-qasam tar-riċerka tad-difiża. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa skont il-Fond Ewropew għad-Difiża għandhom ikunu ffokati esklussivament fuq applikazzjonijiet tad-difiża.
(29)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet fis-settur tal-industrija tad-difiża, dispożizzjonijiet dettaljati għall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti ta' riċerka tad-difiża jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-Regolament16 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża li jiddefinixxi r-regoli ta' parteċipazzjoni fil-qasam tar-riċerka tad-difiża. Għalkemm jistgħu jiġu mħeġġa s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Fond Ewropew għad-Difiża filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-azzjonijiet li jittieħdu taħt Orizzont Ewropa jenħtieġ li jkunu ffokati esklussivament fuq applikazzjonijiet ċivili.
__________________
__________________
16
16 ...
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
(31a)  Simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tad-dewmien għall-benefiċjarji jenħtieġ li tiġi mfittxija kontinwament fl-istabbiliment, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-programm.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 31b (ġdida)
(31b)  Sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali fil-qasam diġitali u sabiex titqies il-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti sabiex wieħed ikun jista' jibbenefika mill-opportunitajiet li qed jiżdiedu tat-teknoloġiji diġitali, jenħtieġ li jiġi allokat biżżejjed baġit għall-prijoritajiet diġitali ewlenin.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: L-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE23 ], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(33)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE23 ], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Jenħtieġ li l-Programm iqis debitament l-ispeċifiċitajiet ta' dawn it-territorji sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom u jiġu appoġġjati l-kooperazzjoni u s-sinerġiji, b'mod partikolari mar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll mal-pajjiżi terzi viċin tagħhom.
__________________
__________________
23 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
23 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm b'mod prattiku.
(34)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji tal-Programm. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm b'mod prattiku.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Ir-regoli komuni fil-Programm kollu jenħtieġli jiżguraw li jkun hemm qafas koerenti li jiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-programmi appoġġati finanzjarjament mill-baġit tal-Programm, inkluż il-parteċipazzjoni fil-programmi ġestiti minn entitatjiet tal-finanzjament bħall-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE, u parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. Il-flessibbilità li jiġu adottati regoli speċifiċi jenħtieġli tiġi żgurata fejn ikun iġġustifikat.
(38)  Ir-regoli u r-rekwiżiti komuni fil-Programm kollu jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm għodod ta' implimentazzjoni ssimplifikati u komuni inkluż għall-monitoraġġ u r-rapportar u qafas koerenti li jiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-programmi appoġġati finanzjarjament mill-baġit tal-Programm, inkluż il-parteċipazzjoni fil-programmi ġestiti minn entitatjiet tal-finanzjament bħall-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE, u parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. L-adozzjoni ta' regoli speċifiċi jenħtieġ li tkun possibbli iżda l-eċċezzjonijiet iridu jkunu limitati għal meta jkun strettament meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Programm għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Azzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu f'konformità ma' kwalunkwe obbligu ġuridiku inkluż il-liġi internazzjonali u ma' kwalunkwe deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni bħall-avviż tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 201324 , kif ukoll mal-prinċipji etiċi, li jinkludu li jiġi evitat kwalunkwe ksur tal-integrità tar-riċerka. Fl-attivitajiet ta' riċerka għandu jittieħed kont tal-Artikolu 13 TFUE u għandu jitnaqqas l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tagħhom jiġi sostitwit.
(39)  Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Programm jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Azzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu f'konformità ma' kwalunkwe obbligu ġuridiku inkluż il-liġi internazzjonali u ma' kwalunkwe deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni bħall-avviż tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 201324 , kif ukoll mal-prinċipji etiċi, li jinkludu li jiġi evitat kwalunkwe ksur tal-integrità tar-riċerka. Jenħtieġ li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fl-attivitajiet ta' riċerka jenħtieġ li jittieħed kont tal-Artikolu 13 tat-TFUE u jenħtieġ li jitnaqqas l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tagħhom jiġi sostitwit.
__________________
__________________
24 ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9.
24 ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  F'konformità mal-għanijiet tal-kooperazzjoni internazzjonali kif stabbiliti fl-Artikoli 180 u 186 tat-TFUE, il-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jenħtieġ li jiġi promoss. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li tkun f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikoli 75 u 215 tat-TFUE u jenħtieġ li jkunu f'konformità mal-liġi internazzjonali. Għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, is-sigurtà jew l-awtonomija tal-Unjoni, il-parteċipazzjoni f'azzjonjiet speċifiċi tal-Programm tista' tkun limitata għal entitajiet stabbiliti fi Stati Membri biss, jew lil entitajiet stabbiliti f'pajjiżi assoċjati jew pajjiżi terzi oħra speċifikati flimkien mal-Istati Membri.
(40)  F'konformità mal-għanijiet tal-kooperazzjoni internazzjonali kif stabbiliti fl-Artikoli 180 u 186 tat-TFUE, jenħtieġ li tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-aħjar interess xjentifiku, tas-soċjetà, ekonomiku u teknoloġiku tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li tkun f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikoli 75 u 215 tat-TFUE u jenħtieġ li jkunu f'konformità mal-liġi internazzjonali. Għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, is-sigurtà jew l-awtonomija tal-Unjoni, il-parteċipazzjoni f'azzjonjiet speċifiċi tal-Programm tista' tkun limitata għal entitajiet stabbiliti fi Stati Membri biss, jew lil entitajiet stabbiliti f'pajjiżi assoċjati jew pajjiżi terzi oħra speċifikati flimkien mal-Istati Membri.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima.
(41)  Filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-bidla fil-klima hija waħda mill-akbar sfidi globali u soċjetali u filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm se jikkontribwixxi mill-inqas 35 % tal-infiq tiegħu għall-appoġġ tal-obbjettivi klimatiċi kif xieraq u bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni tal-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-infiq ta' 30 % tal-baġit tal-UE. Sabiex dan l-objettiv jiġi mmonitorjat u vverifikat, l-infiq kollu relatat mal-klima jrid jiġi rreġistrat biex ikopri l-programmi tal-baġit tal-Unjoni kollha u jiġi rifless fil-partijiet xierqa tal-programmi ta' ħidma. L-infiq stmat tagħhom fuq teknoloġiji partikolari fi ħdan it-teknoloġija ta' enerġija nadifa jenħtieġ li jinqasam biex tiġi żgurata l-komparabbiltà internazzjonali. Sabiex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri [Rapport 31/2016], il-mekkaniżmi ta' integrazzjoni tal-klima jenħtieġ li jiddiferenzjaw ex-post bejn il-mitigazzjoni u l-adattament meta jirrapportaw.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  L-użu ta' informazzjoni dwar tagħrif eżistenti sensittiv jew l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati għal riżultati sensittivi jista' jkollu effett ħażin fuq l-interessi tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar tal-Istati Membri. Għaldaqstant it-trattament ta' data kunfidenzjali u informazzjoni klassifikata jenħtieġ li jkun irregolat mil-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli interni tal-Istituzzjonijiet, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444/KE, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE.
(43)  L-użu ta' informazzjoni dwar tagħrif eżistenti sensittiv jew l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati għal riżultati u data tar-riċerka sensittivi jista' jkollu effett ħażin fuq l-interessi tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar tal-Istati Membri. Għaldaqstant it-trattament ta' data kunfidenzjali u informazzjoni klassifikata jenħtieġ li jkun irregolat mil-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli interni tal-Istituzzjonijiet, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444/KE, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet minimi għall-parteċipazzjoni, kemm bħala regola ġenerali fejn konsorzju għandu jkollu mill-inqas entità ġuridika waħda minn Stat Membru, u fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet ta' tip partikolari ta' azzjonijiet taħt il-Programm.
imħassar
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 45
(45)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Unjoni lil parteċipanti f’azzjonijiet taħt il-Programm. L-għotjiet għandhom jiġu implimentati filwaqt li jitqiesu l-forom kollha ta' kontribuzzjoni stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, inklużi s-somom f'daqqa, il-finanzjamenti b’rata fissa jew il-kostijiet unitarji, bil-għan li sseħħ aktar simplifikazzjoni.
(45)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Unjoni lil parteċipanti f'azzjonijiet taħt il-Programm. L-għotjiet se jkunu t-tip ewlieni ta' finanzjament fi ħdan il-Programm. Tipi oħrajn ta' finanzjament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, b'konsiderazzjoni, b'mod partikolari, tal-kostijiet ta' kontroll, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji stabbilit fir-Regolament Finanzjarju bil-għan li sseħħ aktar simplifikazzjoni. Qabel ma kwalunkwe sistema ġdida ta' rimborż tal-kostijiet tkun tista' titqies bħala simplifikazzjoni reali għall-benefiċjarji, din jenħtieġ li tiġi ppreċeduta minn evalwazzjoni estensiva u pożittiva.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Ir-rati ta' finanzjament imsemmija f’dan ir-Regolament huma indikati bħala massimi sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ta' kofinanzjament.
imħassar
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi għal aċċettazzjoni usa' tal-prattiki abitwali taż-żamma tal-kontijiet tal-ispiża tal-benefiċjarji fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal u spejjeż għal kull unità tal-oġġetti u s-servizzi fatturati internament.
(47)  B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi għal aċċettazzjoni usa' tal-prattiki abitwali taż-żamma tal-kontijiet tal-ispiża tal-benefiċjarji fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal u spejjeż għal kull unità tal-oġġetti u s-servizzi fatturati internament. L-użu ta' kostijiet unitarji għal oġġetti u servizzi fatturati internament li jikkombinaw kostijiet diretti u kostijiet indiretti jenħtieġ li jkun għażla li tista' tintgħażel mill-benefiċjarji kollha. Il-kostijiet stmati permezz ta' koeffiċjenti ta' allokazzjoni jenħtieġ li jkunu eliġibbli.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Is-sistema attwali ta' rimborż tal-ispejjeż attwali tal-persunal se tiġi ssimplifikata aktar billi tibni fuq l-approċċ ta' rimunerazzjoni bbażat fuq il-proġetti żviluppati taħt Orizzont 2020 u b'aktar allinjament mar-Regolament Finanzjarju.
(48)  Is-sistema attwali ta' rimborż tal-ispejjeż attwali tal-persunal se tiġi ssimplifikata aktar billi tibni fuq l-approċċ ta' rimunerazzjoni bbażat fuq il-proġetti żviluppati taħt Orizzont 2020 u b'aktar allinjament mar-Regolament Finanzjarju, li timmira għal "paga ugwali għal xogħol ugwali" bħala prinċipju ġenerali u li tagħlaq id-distakk tar-remunerazzjoni bejn ir-riċerkaturi tal-UE involuti fil-Programm.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 50
(50)  Regoli li jiggvernaw ir-riżultati tal-użu u d-disseminazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jipproteġu, jużaw, jiddiseminaw u jagħtu aċċess għal dawk ir-riżultati kif ikun adatt. Aktar enfasi jenħtieġ li jingħata lill-użu tar-riżultati, b'mod partikulari fl-Unjoni. Il-benefiċjarji jenħtieġ jaġġornaw il-pjanijiet tagħhom dwar l-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati tagħhom matul u wara t-tmiem tal-azzjoni.
(50)  Regoli li jirregolaw ir-riżultati tal-użu u tat-tixrid jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jipproteġu, jużaw, ixerrdu u jagħtu aċċess għal dawk ir-riżultati kif ikun adatt, filwaqt li jqisu l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji u kwalunkwe limitazzjoni oħra, bħal regoli dwar il-protezzjoni tad-data, regoli dwar il-privatezza u s-sigurtà kif ukoll drittiijiet tal-proprjetà intellettwali, kunfidenzjalità jew il-kompetittività ekonomika globali tal-Unjoni. Aktar enfasi jenħtieġ li jingħata lill-użu tar-riżultati, speċjalment fl-Unjoni. Il-benefiċjarji jenħtieġ li jaġġornaw il-pjanijiet tagħhom dwar l-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati tagħhom matul u wara t-tmiem tal-azzjoni.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 51
(51)  L-elementi ewlenin tas-sistema ta' valutazzjoni u l-għażla tal-proposta tal-programm predeċessur Orizzont 2020 b'enfasi partikolari fuq l-eċċellenza jenħtieġ tinżamm. Il-proposti jenħtieġ ikomplu jintgħażlu fuq il-bażi ta' evalwazzjoni magħmula minn esperti indipendenti. Fejn rilevanti, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tal-portafoll ta' proġetti jenħtieġ titqies.
(51)  L-elementi ewlenin tas-sistema ta' valutazzjoni u l-għażla tal-proposta tal-programm predeċessur Orizzont 2020 b'enfasi partikolari fuq il-kriterji ta' "eċċellenza", "impatt" u "kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni" jenħtieġ li tinżamm. Il-proposti jenħtieġ li jkomplu jintgħażlu fuq il-bażi ta' evalwazzjoni magħmula minn esperti indipendenti li jirriżultaw mill-ogħla numru possibbli ta' Stati Membri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza evalwazzjoni anonima fejn xieraq u tanalizza r-riżultati tagħha sabiex jiġi evitat il-preġudizzju tal-għażla. Fejn rilevanti, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tal-portafoll ta' proġetti jenħtieġ titqies minn esperti indipendenti.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 52
(52)  Firxa usa’ ta' kontrodipendenza fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet – inkluż ma' programmi oħrajn tal-Unjoni – jenħtieġ tiġi prevista, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni. Il-kontrodipendenza jenħtieġ tkun espliċitament prevista billi jiġu kkunsidrati wkoll elementi oħra ta' assigurazzjoni bħal sistemi u proċessi ta' awditjar.
(52)  Firxa sistematika ta' kontrodipendenza fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet ma' programmi oħrajn tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi implimentata skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju għall-partijiet kollha tal-Programm, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni. Il-kontrodipendenza jenħtieġ li tkun espliċitament prevista billi jiġu kkunsidrati wkoll elementi oħra ta' assigurazzjoni bħal sistemi u proċessi ta' awditjar.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 53
(53)  Sfidi speċifiċi fil-qasam tar-riċerka tal-innovazzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati bi premjijiet, inkluż permezz ta' premjijiet komuni jew konġunti fejn hu adatt, organizzati mill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament ma' korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.
(53)  Sfidi speċifiċi fl-oqsma tar-riċerka u tal-innovazzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati bi premjijiet, inkluż permezz ta' premjijiet komuni jew konġunti fejn hu adatt, organizzati mill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament ma' korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ. B'mod partikolari, jenħtieġ li jingħataw premjijiet lil proġetti li jiġbdu x-xjentisti lejn pajjiżi li qed jikbru kif ukoll lil proġetti ta' suċċess biex tiżdied il-viżibilità tagħhom u jippermettu li tiżdied il-promozzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 54
(54)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu ċerti għanijiet tal-azzjonijiet u jwasslu għal riżultati, b'qies, b'mod partikolari, tal-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet ta' flus, dan għandu jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' spejjeż unitarji.
(54)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu ċerti għanijiet tal-azzjonijiet u jwasslu għal riżultati, b'qies, b'mod partikolari, tal-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu 1
Suġġett
Suġġett
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (il-"Programm") u r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (il-"Programm") u r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm u jiddetermina l-qafas li jirregola l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.
2.  Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
2.  Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
3.  Il-programm għandu jiġi implimentat permezz ta':
3.  Il-programm għandu jiġi implimentat permezz ta':
(a)  il-programm speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni …/…/EU25 , li tinkludi kontribuzzjoni finanzjarja lill-EIT;
(a)  il-programm speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni …/…/EU25 , li jinkludi l-motivazzjoni u l-oqsma ta' intervent tal-EIT;
(b)  il-programm speċifiku dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża, stabbilit bir-Regolament .../.../UE.
(b)  il-programm speċifiku dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża, stabbilit bir-Regolament .../.../UE.
4.  It-termini "Orizzont Ewropa", "il-Programm" u "programm speċifiku" użati f'dan ir-Regolament jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti biss għall-programm speċifiku deskritt fil-paragrafu 3(a), sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor.
4.  It-termini "Orizzont Ewropa", "il-Programm" u "programm speċifiku" użati f'dan ir-Regolament ma jindirizzawx kwistjonijiet rilevanti għall-programm speċifiku deskritt fil-paragrafu 3(b), sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor.
4.a   L-EIT għandu jimplimenta l-Programm skont il-Pjan Strateġiku tar-R&I u l-Aġenda tal-Innovazzjoni Strateġika tal-EIT għall-perjodu 2021-2027 bir-riżerva li kwalunkwe KIC maħluqa ġdida għandha tinvolvi riżorsi baġitarji addizzjonali u adegwati, biex ma tagħmilx ħsara lill-objettivi u l-impenji tal-KICs eżistenti.
__________________
__________________
25
25
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 2
Artikolu 2
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)  'infrastrutturi tar-riċerka' tfisser faċilitajiet li jipprovdu riżorsi u servizzi lill-komunitajiet tar-riċerka biex iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tagħhom. Din id-definizzjoni tinkludi r-riżorsi umani assoċjati, u tkopri tagħmir maġġuri jew settijiet ta' strumenti; faċilitajiet relatati mal-għarfien bħall-kollezzjonijiet, arkivji jew infrastrutturi tad-data xjentifika; sistemi tal-informatika, netwerks tal-komunikazzjoni, u kwalunkwe infrastruttura oħra, ta' natura unika u miftuħa għall-utenti esterni, essenzjali biex tinkiseb l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fejn rilevanti, dawn jistgħu jintużaw lil hinn mir-riċerka, pereżempju għal servizzi edukattivi jew pubbliċi u dawn jistgħu ikunu ''siti uniċi'', ''virtwali'' jew '’distribwiti'';
(1)  "infrastrutturi tar-riċerka" tfisser faċilitajiet li jipprovdu riżorsi u servizzi lill-komunitajiet tar-riċerka biex iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tagħhom. Din id-definizzjoni tinkludi r-riżorsi umani assoċjati, u tkopri tagħmir maġġuri jew settijiet ta' strumenti b'mod partikolari dawk appoġġjati minn fondi oħra tal-Unjoni kif imsemmi fl-Anness IV; faċilitajiet relatati mal-għarfien bħall-kollezzjonijiet, arkivji jew infrastrutturi tad-data xjentifika; sistemi tal-informatika, netwerks tal-komunikazzjoni, u kwalunkwe infrastruttura oħra, ta' natura unika u miftuħa għall-utenti esterni, essenzjali biex tinkiseb l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fejn rilevanti, dawn jistgħu jintużaw lil hinn mir-riċerka, pereżempju għal servizzi edukattivi jew pubbliċi u dawn jistgħu ikunu ''siti uniċi'', ''virtwali'' jew ''distribwiti'';
(2)  "strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti" għandha l-istess tifsira bħal strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 u tissodisfa l-kundizzjonijiet abilitanti stipulati fir-Regolament [Common Provisions Regulation];
(2)  "strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti" għandha l-istess tifsira bħal strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 u tissodisfa l-kundizzjonijiet abilitanti stipulati fir-Regolament [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];
(3)  ''Sħubija Ewropea'' tfisser inizjattiva fejn l-Unjoni, flimkien mas-sħab privati u/jew pubbliċi (bħalma huma l-industrija, organizzazzjonijiet tar-riċerka, korpi b’missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi fondazzjonijiet), jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inklużi dawk relatati mal-adozzjoni ta' politika, regolatorja u tas-suq;
(3)  "Sħubija Ewropea" tfisser inizjattiva fejn l-Unjoni, flimkien mas-sħab privati u/jew pubbliċi (bħalma huma l-industrija, l-universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka inklużi infrastrutturi tar-riċerka, korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi u fondazzjonijiet), jimpenjaw irwieħhom li jappoġġjaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inklużi dawk konformi mal-Artikolu 185 u 187 tat-TFUE, u dawk relatati mal-adozzjoni ta' politika, regolatorja u tas-suq;
(4)  "aċċess miftuħ" tfisser il-prattika li jingħata aċċess online tar-riżultati tar-riċerka li jirriżultaw minn azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm, partikolarment pubblikazzjonijiet xjentifiċi u data ta' riċerka, mingħajr ħlas għall-utent finali;
(4)  "aċċess miftuħ" tfisser il-prattika li jingħata aċċess online tar-riżultati tar-riċerka li jirriżultaw minn azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm, partikolarment pubblikazzjonijiet xjentifiċi u data ta' riċerka, mingħajr ħlas għall-utent finali; Fir-rigward tad-data tar-riċerka, l-interessi tal-privatezza u tas-sigurtà rilevanti, kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-kunfidenzjalità, il-kompetittività ekonomika globali tal-Unjoni Ewropea u interessi leġittimi oħra jeħtieġ li jiġu indirizzati skont il-prinċipju "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm hu meħtieġ" u skont in-"nonparteċipazzjonijiet robusti";
(5)  "missjoni" tfisser portafoll ta' azzjonijiet maħsuba biex jinkiseb għan li jista' jitkejjel fi ħdan qafas ta' żmien stipulat, u l-impatt fuq ix-xjenza u t-teknoloġija u/jew is-soċjetà u ċ-ċittadini li ma jistgħux jinkisbu permezz ta' azzjonijiet individwali;
(5)  "missjoni" tfisser portafoll ta' azzjonijiet ta' R&I mmexxija minn eċċellenza li jistgħu jkunu intersettorjali jew trażversali maħsuba biex jinkiseb għan li jista' jitkejjel fi ħdan qafas ta' żmien stipulat u jkollhom impatt fuq ix-xjenza u t-teknoloġija, is-soċjetà, it-tfassil tal-politika u/jew id-diplomazija u ċ-ċittadini u li ma jistgħux jinkisbu permezz ta' azzjonijiet individwali;
(6)  "akkwist pubbliku prekummerċjali" jfisser l-akkwist ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp li jinvolvu l-kondiviżjoni tal-benefiċċji tar-riskji skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u żvilupp kompetittiv f'fażijiet, fejn hemm separazzjoni ċara tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp akkwistati mill-iskjerar ta' volumi kummerċjali ta' prodotti aħħarin;
(6)  "akkwist pubbliku prekummerċjali" tfisser l-akkwist ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp li jinvolvu l-kondiviżjoni tal-benefiċċji tar-riskji skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u żvilupp kompetittiv f'fażijiet, fejn hemm separazzjoni ċara tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp akkwistati mill-iskjerar ta' volumi kummerċjali ta' prodotti aħħarin;
(7)  "akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi" tfisser akkwist fejn l-awtoritajiet kontraenti jaġixxu bħala klijenti ta' tnedija għal prodotti jew servizzi innovattivi li għalissa għad mhumiex disponibbli fuq bażi kummerċjali fuq skala kbira, u jistgħu jinkludu l-ittestjar tal-konformità.
(7)  "akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi" tfisser akkwist fejn l-awtoritajiet kontraenti jaġixxu bħala klijenti ta' tnedija għal prodotti jew servizzi innovattivi li għalissa għad mhumiex disponibbli fuq bażi kummerċjali fuq skala kbira, u jistgħu jinkludu l-ittestjar tal-konformità.
(8)  "drittijiet ta' aċċess" tfisser drittijiet għall-użu tar-riżultati jew tagħrif eżistenti;
(8)  "drittijiet ta' aċċess" tfisser id-drittijiet li jintużaw riżultati jew tagħrif eżistenti skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament;
(9)  "tagħrif eżistenti" tfisser kwalunkwe data, għarfien jew informazzjoni tkun xi tkun il-forma jew in-natura tagħha, tanġibbli jew intanġibbli, inkluż kwalunkwe dritt bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li huwa: (i) miżmum mill-benefiċjarji qabel l-adeżjoni tagħhom mal-azzjoni; (ii) identifikat mill-benefiċjarji bil-miktub bħala meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew għall-użu tar-riżultati tagħha;
(9)  "tagħrif eżistenti" tfisser kwalunkwe data, għarfien jew informazzjoni tkun xi tkun il-forma jew in-natura tagħha, tanġibbli jew intanġibbli, inkluż kwalunkwe dritt bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li huwa: (i) miżmum mill-benefiċjarji qabel l-adeżjoni tagħhom mal-azzjoni; u (ii) identifikat mill-benefiċjarjifi ftehim bil-miktub kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew għall-użu tar-riżultati tagħha;
(10)  "disseminazzjoni" tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta' mezzi adatti (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew mill-użu tar-riżultati), inkluż permezz ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi bi kwalunkwe mezz;
(10)  "disseminazzjoni" tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta' mezzi adatti (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew mill-użu tar-riżultati), inkluż permezz ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi bi kwalunkwe mezz;
(11)  "użu" jfisser l-użu tar-riżultati f'attivitajiet oħra ta' riċerka u innovazzjoni għajr dawk koperti mill-azzjoni kkonċernata, jew għall-iżvilupp, il-ħolqien, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew għall-ħolqien u l-għoti ta' servizz, jew f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni;
(11)  "użu" tfisser l-użu tar-riżultati f'attivitajiet oħra ta' riċerka u innovazzjoni għajr dawk koperti mill-azzjoni kkonċernata, jew fost l-oħrajn, l-użu kummerċjali bħall-iżvilupp, il-ħolqien, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew għall-ħolqien u l-għoti ta' servizz, jew f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni;
(12)  "kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli" tfisser kundizzjonijiet adatti, inklużi termini finanzjarji possibbli jew kundizzjonijiet mingħajr ħlas ta' drittjiet, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għal aċċess, pereżempju l-valur attwali jew potenzjali tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti li jintalab l-aċċess għalih u/jew l-ambitu, it-tul ta' żmien jew kwalunkwe karatteristika oħra tal-użu previst;
(12)  "kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli" tfisser kundizzjonijiet adatti, inklużi termini finanzjarji possibbli jew kundizzjonijiet mingħajr ħlas ta' drittjiet, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għal aċċess, pereżempju l-valur attwali jew potenzjali tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti li jintalab l-aċċess għalih u/jew l-ambitu, it-tul ta' żmien jew kwalunkwe karatteristika oħra tal-użu previst;
(13)  "korp ta' finanzjament" tfisser korp jew awtorità, minbarra l-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, li lilhom il-Kummissjoni fdat il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt il-Programm;
(13)  "korp ta' finanzjament" tfisser korp jew awtorità, minbarra l-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, li lilhom il-Kummissjoni fdat il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt il-Programm;
(14)  "organizzazzjoni internazzjonali ta' riċerka Ewropea" tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;
(14)  "organizzazzjoni internazzjonali ta' riċerka Ewropea" tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;
(15)  "entità legali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista', meta taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;
(15)  "entità legali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista', meta taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;
(15a)  "pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni" tfisser dawk il-pajjiżi identifikati permezz tal-indikatur kompost tal-Eċċellenza fir-Riċerka (l-intensità tar-R&Ż, l-eċċellenza fix-xjenza u t-teknoloġija, l-intensità tal-għarfien tal-ekonomija, il-kontribut tat-teknoloġija avvanzata u t-teknoloġija medja għall-bilanċ kummerċjali) u b'limitu korrettiv ta' 70 % tal-medja tal-Unjoni26a
(16)  "entità legali mingħajr skop ta' qligħ" tfisser entità ġuridika li skont il-forma legali tagħha hija mingħajr skop ta' qligħ jew li għandha obbligu ġuridiku jew statutorju li ma tqassamx qligħ lil partijiet interessati jew il-membri individwali tagħha;
(16)  "entità legali mingħajr skop ta' qligħ" tfisser entità ġuridika li skont il-forma legali tagħha hija mingħajr skop ta' qligħ jew li għandha obbligu ġuridiku jew statutorju li ma tqassamx qligħ lill-azzjonisti tagħha jew lill-membri individwali tagħha;
(17)  "midcap" tfisser kumpanija li mhijiex intrapriża mikro, żgħira u ta' daqs medju ("SME") kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE27 , u li għandha n-numru ta' impjegati sa 3000 fejn l-għadd totali tal-persunal huwa kkalkulat skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni;
(17)  "midcap" tfisser kumpanija li mhijiex intrapriża mikro, żgħira u ta' daqs medju ("SME") kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE27 , u li għandha n-numru ta' impjegati sa 3000 fejn l-għadd totali tal-persunal huwa kkalkulat skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni;
(18)  "riżultati" tfisser kwalunkwe prodott tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal data, għarfien jew informazzjoni, fi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut magħhom, inklużi drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
(18)  "riżultati" tfisser kwalunkwe output tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal data, għarfien jew informazzjoni, fi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut magħhom, inklużi drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
(19)  "siġill ta' eċċellenza" tfisser tikketta ċertifikata li turi li proposta sottomessa għal sejħa għall-proposti qabżet il-limiti kollha stabbiliti fil-programm ta' ħidma, imma ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta' baġit disponibbli għal dik is-sejħa fil-programm ta' ħidma;
(19)  "siġill ta' eċċellenza" tfisser tikketta ċertifikata li turi li proposta sottomessa għal sejħa għall-proposti qabżet il-limiti kollha stabbiliti fil-programm ta' ħidma, imma ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta' baġit disponibbli għal dik is-sejħa fil-programm ta' ħidma, iżda li jaf tirċievi appoġġ minn sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali;
(19a)  "pjan strateġiku tar-Riċerka u l-Innovazzjoni" tfisser dokument adottat permezz ta' att delegat kull sentejn li jissupplimenta l-Programm Speċifiku, u wara proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa obbligatorju b'diversi partijiet ikkonċernati mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew, mal-partijiet ikkonċernati tar-RŻI, inkluż mas-soċjetà ċivili. Dan jiddefinixxi l-prijoritajiet, l-istrumenti u t-tipi xierqa ta' azzjoni u forom ta' implimentazzjoni, u għaldaqstant iservi bħala bażi għall-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma Dan jinkludi b'mod partikolari l-missjonijiet magħżula, is-sħubijiet kuntrattwali jew istituzzjonali stabbiliti reċentement jew kontinwi, FET ewlenin u KICs;
(20)  "programm ta' ħidma" tfisser id-dokument adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku28 skont l-Artikolu 12 tiegħu jew dokument ekwivalenti fil-kontenut u l-istruttura adottat minn korp ta' finanzjament.
(20)  "programm ta' ħidma" tfisser id-dokument adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku28 skont l-Artikolu 12 tiegħu jew dokument ekwivalenti fil-kontenut u l-istruttura adottat minn korp ta' finanzjament.
(21)  "avvanz rimborsabbli" tfisser il-parti ta' finanzjament imħallat ta' EIC jew Orizzont Ewropa li tikkorrisponi ma' self skont it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju, iżda li hija direttament mogħtija mill-Unjoni fuq bażi mingħajr skop ta' qligħ biex tkopri l-ispejjeż ta' attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta' innovazzjoni, u titqies li titħallas lura mill-benefiċjarju lill-Unjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-kuntratt;
(21)  "avvanz rimborsabbli" tfisser il-parti ta' finanzjament imħallat tal-Programm Orizzont Ewropa li tikkorrispondi ma' self skont it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju, iżda li hija direttament mogħtija mill-Unjoni fuq bażi mingħajr skop ta' qligħ biex tkopri l-ispejjeż ta' attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta' innovazzjoni, u titqies li titħallas lura mill-benefiċjarju lill-Unjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-kuntratt;
(22)  "kuntratt" tfisser ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni jew korp ta' finanzjament ma' entità ġuridika li timplimenta l-innovazzjoni u t-twassil fis-suq ta' azzjoni u li tkun appoġġata minn finanzjament imħallat ta' EIC jew Orizzont Ewropa.
(22)  "kuntratt" tfisser ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni jew korp ta' finanzjament ma' entità ġuridika li timplimenta l-innovazzjoni u t-twassil fis-suq ta' azzjoni u li tkun appoġġata minn finanzjament imħallat tal-Programm Orizzont Ewropa.
(23)  "informazzjoni klassifikata" tfisser informazzjoni klassifikata tal-UE kif definita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, kif ukoll informazzjoni klassifikata tal-Istati Membri, informazzjoni klassifikata ta' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha ftehim ta' sigurtà u informazzjoni klassifikata ta' organizzazzjoni internazzjonali li magħha l-Unjoni għandha ftehim ta' garanzija;
(23)  "informazzjoni klassifikata" tfisser informazzjoni klassifikata tal-UE kif definita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, kif ukoll informazzjoni klassifikata tal-Istati Membri, informazzjoni klassifikata ta' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha ftehim ta' sigurtà u informazzjoni klassifikata ta' organizzazzjoni internazzjonali li magħha l-Unjoni għandha ftehim ta' garanzija;
(24)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjoni appoġġata mill-baġit tal-UE, inkluż fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li tikkombina forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b'forom ripagabbli ta' appoġġ minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħrajn ta' finanzjament pubbliku, kif ukoll minn istitutzzjonijiet finanzjarji u investituri kummerċjali.
(24)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjoni appoġġata mill-baġit tal-UE, inkluż fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li tikkombina forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b'forom ripagabbli ta' appoġġ minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħrajn ta' finanzjament pubbliku, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji u investituri kummerċjali.
(25)  "Finanzjament imħallat ta' EIC jew Orizzont Ewropa" tfisser appoġġ finanzjarju uniku lil azzjoni tal-iskjerar tas-suq u l-innovazzjoni, li jikkonsisti f'kombinazzjoni speċifika ta' għotja jew avvanz rimborsabbli b'investiment f'ekwità.
(25)  "Finanzjament imħallat tal-Programm Orizzont Ewropa" tfisser appoġġ finanzjarju uniku lil azzjoni tal-iskjerar tas-suq u l-innovazzjoni, li jikkonsisti f'kombinazzjoni speċifika ta' għotja jew avvanz rimborsabbli b'investiment f'ekwità;
(25a)  "azzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni" tfisser azzjoni li primarjament tikkonsisti minn attivitajiet li għandhom l-għan li jistabbilixxu għarfien ġdid u/jew li jesploraw il-fattibbiltà ta' teknoloġija, prodott, proċess, servizz jew soluzzjoni ġdida jew imtejjba. Dan jista' jinkludi r-riċerka bażika u applikata, l-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-teknoloġija, l-ittestjar u l-validazzjoni ta' prototip ta' skala żgħira f'laboratorju jew f'ambjent simulat;
(25b)  "azzjoni ta' innovazzjoni" tfisser azzjoni li primarjament tikkonsisti minn attivitajiet immirati direttament lejn il-produzzjoni ta' pjanijiet u arranġamenti jew disinji ta' prodotti, proċessi jew servizzi ġodda, mibdula jew imtejba, li possibbilment jinkludu l-prototipi, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni, l-ippilotar, il-validazzjoni tal-prodotti fuq skala kbira u r-replikazzjoni fis-suq;
(25c)  "riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-ERC" tfisser azzjonijiet ta' riċerka mmexxija minn investigatur prinċipali, ospitat minn benefiċjarju wieħed jew aktar tal-ERC biss;
(25d)  "azzjoni ta' taħriġ u ta' mobbiltà" tfisser azzjoni mmirata lejn it-titjib tal-ħiliet, l-għarfien u l-prospetti tal-karriera tar-riċerkaturi bbażata fuq il-mobbiltà bejn il-pajjiżi, u, jekk rilevanti, bejn is-setturi jew id-dixxiplini;
(25e)  "azzjoni ta' kofinanzjament tal-programm" tfisser azzjoni li tipprovdi kofinanzjament lil programm ta' attivitajiet stabbiliti u/jew implimentati minn entitajiet li jimmaniġġjaw u/jew jiffinanzjaw programmi ta' riċerka u innovazzjoni, apparti mill-korpi ta' finanzjament tal-Unjoni;
(25f)  "azzjoni ta' akkwist pubbliku prekummerċjali" tfisser azzjoni bl-għan primarju li jitwettqu proċeduri ta' akkwist pubbliku prekummerċjali implimentati mill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti;
(25g)  "azzjoni ta' akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi" tfisser azzjoni bl-għan primarju li jitwettqu proċeduri ta' akkwist pubbliku konġunti jew ikkordinati ta' soluzzjonijiet innovattivi implimentati mill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti;
(25h)  "azzjoni ta' koordinazzjoni u appoġġ" tfisser azzjoni li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Programm, esklużi l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni;
(25i)  "akkwist pubbliku" tfisser l-implimentazzjoni ta' partijiet tal-Programm marbut mal-interessi strateġiċi u l-awtonomija tal-Unjoni u t-twettiq, għall-iskopijiet tal-Kummissjoni stess, ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku għal studji, prodotti, servizzi u kapaċitajiet;
(25j)  "entità affiljata" tfisser kwalunkwe entità legali li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, jew li direttament jew indirettament tikkontrolla parteċipant;
__________________
__________________
26 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.
26 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.
26a Il-Kummissjoni tista' tirrieżamina u jekk ikun meħtieġ taġġorna l-lista tal-pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha.
27
27
28 ĠU ....
28 ĠU ....
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
Għanijiet tal-programm
Għanijiet tal-programm
1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjetali tal-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u li jsaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni u jrawwem il-kompetittività tagħha, inkluż fl-industrija tagħha, iwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jwassal l-impatt xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku u soċjetali tal-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u li jsaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni kollha kemm hi, biex isaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jrawwem il-kompetittività tagħha. Ir-riċerka u l-industrija għandhom iwettqu l-prijoritajiet u l-politiki strateġiċi tal-Unjoni, jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll jikkontribwixxu biex jinkiseb investiment globali ta' 3 % tal-PDG investit fir-riċerka u l-iżvilupp, f'konformità mal-impenn magħmul mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni.
2.  Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
2.  Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(-a)  ġodda biex jiżviluppaw, jippromwovu u jxerrdu l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika;
(a)  appoġġ għall-ħolqien u t-tixrid ta' għarfien, ħiliet, teknoloġiji u soluzzjonijiet għall-isfidi globali ġodda u ta' kwalità għolja.
(a)  appoġġ għall-ħolqien u t-tixrid ta' għarfien, ħiliet, teknoloġiji u soluzzjonijiet ta' kwalità għolja bbażati kemm fuq ir-riċerka fundamentali kif ukoll dik applikata sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi t-tibdil fil-klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;
(aa)  għan li jitnaqqas b'mod sinifikanti d-distakk fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni, b'mod partikolari billi tiżdied il-parteċipazzjoni f'Orizzont Ewropa ta' Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-Riċerka u l-Innovazzjoni meta mqabbla mal-Programm Qafas preċedenti;
(b)  tisħiħ tal-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, u jappoġġa l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u s-soċjetà biex dawn jindirizzaw l-isfidi globali;
(b)  tisħiħ tal-valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament tar-RŻI, tal-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, u appoġġ tal-aċċess għal soluzzjonijiet innovattivi fis-soċjetà u l-industrija Ewropea u l-użu tagħhom;
(c)  trawwim tal-forom kollha ta' innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, u ssaħħaħ l-iskjerament fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi;
(c)  trawwim tal-forom kollha ta' innovazzjoni u tisħiħ tal-iskjerament u l-isfruttament tas-suq tar-riżultati tar-RŻI speċjalment fl-Unjoni;
(d)  ottimizzar tat-twassil tal-Programm għal aktar impatt fi ħdan iż-Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa.
(d)  ottimizzar tat-twassil tal-Programm għat-tisħiħ u ż-żieda tal-impatt u l-attraenza tar-RŻI taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Artikolu 4
Artikolu 4
Struttura tal-Programm
Struttura tal-Programm
1.  Il-programm huwa maqsum fil-partijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3:
1.  Il-programm huwa maqsum fil-partijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3:
(1)  Pilastru I "Xjenza Miftuħa", li jfittex li jikseb l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) u wkoll jappoġġa l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b) u (c), bil-komponenti li ġejjin:
(1)  Pilastru I "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" bil-komponenti li ġejjin:
(a)  il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC);
(a)  il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC);
(b)  l-Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA);
(b)  l-Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA);
(c)  infrastrutturi tar-riċerka.
(c)  infrastrutturi tar-riċerka.
(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali", li jfittex li jikseb l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) u wkoll jappoġġa l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a) u (c), bil-komponenti li ġejjin:
(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" bil-komponenti li ġejjin:
(a)  cluster "Saħħa";
(a)  cluster "Saħħa";
(b)  cluster "Soċjetajiet Inklużivi u Soċjetà Sigura";
(b)  cluster "Soċjetà Inklużiva u Kreattiva";
(ba)  cluster "Soċjetajiet Siguri";
(c)  cluster "Diġitali u Indusrija";
(c)  cluster "Diġitali, Industrija u l-Ispazju";
(d)  cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà";
(d)  cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà";
(e)  cluster "Ikel u Riżorsi Naturali";
(e)  cluster "Ikel, Riżorsi Naturali u l-Agrikoltura";
(f)  azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC).
(f)  azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC).
(3)  Pilastru III "Innovazzjoni Miftuħa", li jfittex li jikseb l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) u wkoll jappoġġa l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a) u (b), bil-komponenti li ġejjin:
(3)  Pilastru III "Ewropa Innovattiva" bil-komponenti li ġejjin:
(a)  il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC);
(a)  il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC);
(b)  l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea;
(b)  l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea;
(c)  l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).
(c)  l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).
(4)  Parti "Tisħiħ taż-Żona tar-Riċerka Ewropea", li tfittex li tikseb l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) u wkoll tappoġġa l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), (b) u (c), bil-komponenti li ġejjin:
(4)  Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" bil-komponenti li ġejjin:
(a)  sil-kondiviżjoni tal-eċċellenza;
(a)  it-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni madwar l-Unjoni;
(b)  ir-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I.
(b)  ir-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I.
2.  Il-linji prinċipali tal-attivitajiet huma stabbiliti fl-Anness I.
2.  Il-linji prinċipali tal-attivitajiet huma stabbiliti fl-Anness I.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 5
Artikolu 5
Artikolu 5
Riċerka għad-difiża
Riċerka għad-difiża
1.  L-attivitajiet li għandhom jiġu mwettqa taħt il-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) u li huma stabbiliti fir-Regolament … li jistabbilixxi Fond Ewropew għad-Difiża, għandhom ikunu riċerka b'fokus esklussiv fuq applikazzjonijiet tad-difiża, bil-għan li tħeġġeġ il-kompetittività, l-effiċjenza u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża.
1.  L-attivitajiet li għandhom jiġu mwettqa taħt il-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) u li huma stabbiliti fir-Regolament … li jistabbilixxi Fond Ewropew għad-Difiża, għandhom jiffukaw esklużivament fuq ir-riċerka u l-applikazzjonijiet tad-difiża, bil-għan li titħeġġeġ il-konsolidazzjoni, il-kompetittività, l-effiċjenza u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u jiġu evitati dupplikazzjonijiet bejn iż-żewġ programmi.
2 Dan ir-Regolament ma japplikax għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), bl-eċċezzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 1(1) u (3) u l-Artikolu 9(1).
2 Dan ir-Regolament ma japplikax għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), bl-eċċezzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 1(1) u (3) u l-Artikolu 9(1).
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Artikolu 6
Artikolu 6
Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE
Ippjanar strateġiku u implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta mal-korpi ta' finanzjament imsemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta mal-korpi ta' finanzjament imsemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-Programm jista' jipprovdi fondi għal azzjonijiet indiretti fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet (inklużi għotjiet operattivi), premjijiet u akkwisti. Jista' wkoll jipprovdi finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
2.  Il-Programm jista' jipprovdi fondi għal azzjonijiet indiretti fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet (inklużi għotjiet operattivi), li għandhom ikunu l-forma ewlenija ta' appoġġ taħt il-programm, premjijiet u akkwisti. Jista' wkoll jipprovdi finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
3.  Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-azzjonijiet indiretti.
3.  Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-azzjonijiet indiretti.
4.  It-tipi ewlenin ta' azzjoni li jridu jintużaw skont il-Programma huma stipulati u definiti fl-Anness II. Il-forom kollha tal-fondi għandhom jintużaw b'mod flessibbli fl-għanijiet kollha tal-Programm bl-użu tagħhom jiġi ddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-għanjiet partikolari.
4.  It-tipi ewlenin ta' azzjoni li jridu jintużaw skont il-Programm huma stipulati u definiti fl-Artikolu 2 u fl-Anness II. Il-forom tal-finanzjament, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jintużaw b'mod flessibbli fl-għanijiet kollha tal-Programm u l-użu tagħhom jiġi ddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-għanijiet partikolari.
5.  Il-Programm għandu jappoġġja wkoll azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC. Meta dawk l-azzjonijiet jikkontribwixxu għal inizjattivi stabbiliti skont l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-TFUE, din il-kontribuzzjoni ma għandhiex titqies bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lil dawk l-inizjattivi.
5.  Il-Programm għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC. Meta dawk l-azzjonijiet jikkontribwixxu għal inizjattivi stabbiliti skont l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-TFUE, din il-kontribuzzjoni ma għandhiex titqies bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lil dawk l-inizjattivi.
6.  L-implimentazzjoni tal-programm speċifiku29 għandha tkun ibbażata fuq ippjanar pluriennali strateġiku u trasparenti ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, b'mod partikolari fil-każ tal-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali", wara konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati dwar il-prijoritajiet u t-tipi ta' azzjoni xierqa u l-forom ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw. Dan għandu jiżgura allinjament ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni.
6.  L-implimentazzjoni tal-programm speċifiku29 għandha tkun ibbażata fuq Pjanijiet Speċifiċi tar-R&I u f'konformità mal-għanijiet kollha tal-Programm kif stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jsegwu proċess ta' ppjanar pluriennali strateġiku trasparenti, inklużiv u strateġiku ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, b'mod partikolari fil-każ tal-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali Ewropea".
Għandhom isiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-Parlament Ewropew, mal-partijiet ikkonċernati fir-RŻI u fl-industrija inklużi l-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija (ETPs), ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u gruppi konsultattivi indipendenti ta' esperti ta' livell għoli dwar il-prijoritajiet u t-tipi ta' azzjoni xierqa u l-forom ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw. L-Ippjanar Strateġiku għandu jiżgura l-allinjament ma' programmi tal-Unjoni rilevanti oħra u jżid il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-programmi ta' finanzjament u l-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali għar-RŻI, u b'hekk tissaħħaħ l-ERA.
6a.  Il-Programm għandu jipprovdi lill-benefiċjarji kollha l-possibbiltà li japplikaw għall-finanzjament b'mod aktar rapidu. Għadd ta' azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni għandhom japplikaw loġika ta' Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni meta ż-żmien għall-għotja ma għandux ikun ta' aktar minn 6 xhur. Dan għandu jippermetti aċċess minn isfel għal fuq aktar rapidu għall-fondi għal konsorzji kollaborattivi żgħar li jkopru azzjonijiet minn riċerka fundamentali għall-applikazzjoni tas-suq. Talbiet skont l-approċċ tar-Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jkun kontinwament miftuħ b'dati ta' skadenza u jiġi implimentat fil-programmi ta' ħidma skont il-clusters, l-EIC u l-parti tat-"tixrid tal-eċċellenza".
7.  L-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa għandhom primarjament jitwettqu permezz ta' sejħiet għal proposti, uħud minnhom organizzati bħala parti minn missjonijiet u Sħubijiet Ewropej.
7.  L-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa għandhom jitwettqu permezz ta' sejħiet għal proposti, uħud minnhom organizzati bħala parti minn missjonijiet u Sħubijiet Ewropej, ħlief l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 39 dwar il-Premjijiet.
8.  L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont Ewropa għandhom ikunu ffokati fuq applikazzjonijiet ċivili.
9.  Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ bejn is-sessi, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kkonċernat, fil-panels ta' evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-gruppi esperti.
__________________
__________________
29
29
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Prinċipji ta' finanzjament tal-UE u kwistjonijiet trażversali
1.  L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont Ewropa għandhom ikunu ffokati esklużivament fuq applikazzjonijiet ċivili. Trasferimenti baġitarji bejn il-Programm u l-Fond Ewropew għad-Difiża m'għandhomx ikunu permessi.
2.  Orizzont Ewropa għandu jiżgura approċċ multidixxiplinari u, meta jkun xieraq, għandu jiggarantixxi l-integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u umanistiċi fl-attivitajiet kollha żviluppati taħt il-Programm.
3.  Il-partijiet kollaborattivi tal-Programm għandhom jiżguraw bilanċ bejn TRLs baxxi u dawk għoljin biex titkopra l-katina tal-valur kollha.
4.  Il-Programm għandu jimmira li jnaqqas b'mod sinifikanti d-distakk tal-RŻI fl-Unjoni u jippromwovi kopertura ġeografika wiesgħa fil-proġetti kollaborattivi. Dawk l-isforzi għandhom jiġu riflessi f'miżuri proporzjonali mill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-fondi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ ġeografiku Ewropew, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kkonċernat, fil-proġetti ffinanzjati, fil-panels ta' evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-bordijiet u l-gruppi esperti mingħajr ma jiġu mminati l-kriterji ta' eċċellenza.
5.  Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-dimensjoni tal-ġeneri fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u għandu jindirizza l-kawżi tal-iżbilanċ bejn il-ġeneri. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kkonċernat, fil-panels ta' evalwazzjoni u fil-korpi konsultattivi rilevanti oħra bħall-bordijiet u l-gruppi esperti.
6.  Il-Programm għandu jimmira lejn is-simplifikazzjoni amministrattiva kontinwa u t-tnaqqis tal-piż għall-benefiċjarji.
7.  L-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika għandha tkun integrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u tiġi applikata fl-istadji kollha taċ-ċiklu ta' riċerka.
8.  Il-programm għandu jipprevedi, meta jkun applikabbli, impenn soċjetali biex jiġi allinjat aħjar il-proċess tar-R&I u l-eżiti tiegħu mal-valuri u l-ħtiġijiet tas-soċjetà, billi jiġi promoss l-impenn xjentifiku u l-attivitajiet tal-edukazzjoni xjentifika u billi joħolqu u jfasslu b'mod konġunt l-aġendi xjentifiċi permezz tal-impenn taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tar-R&I;
9.  Il-programm għandu jiżgura trasparenza u responsabbiltà suffiċjenti ta' finanzjament pubbliku fil-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni biex b'hekk jissalvagwardja l-interess pubbliku.
10.  Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli gwida u informazzjoni suffiċjenti għall-parteċipanti potenzjali kollha meta tiġi ppubblikata s-sejħa għal proposti, b'mod partikolari l-mudell ta' ftehim tal-għotja applikabbli.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Missjonijiet
Missjonijiet
1.  Il-missjonijiet għandhom ikunu pprogrammati fi ħdan il-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali", iżda jistgħu jibbenefikaw ukoll minn azzjonijiet imwettqa f'partijiet oħra tal-Programm.
1.  Il-missjonijiet għandhom ikunu pprogrammati fi ħdan il-pilastru "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali Ewropea", iżda jistgħu jibbenefikaw ukoll minn azzjonijiet imwettqa f'partijiet oħra tal-Programm kif ukoll azzjonijiet imwettqa skont programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni taħt ir-regoli tal-Orizzont Ewropa.
2.  Il-missjonijiet għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 5 tal-Programm Speċifiku. Il-valutazzjoni għandha ssir skont l-Artikolu 26.
2.  Il-kontenut tal-missjonijiet, l-għanijiet, il-miri, l-iskedi taż-żmien u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-Pjanijiet Strateġiċi tar-R&I kif identifikati, kif definit fl-Artikolu 2 u speċifikat fl-Artikolu 6 tal-Programm Qafas u fl-Artikolu 5 tal-Programm Speċifiku. Il-valutazzjoni għandha ssir skont l-Artikolu 26.
2a.  Matul l-ewwel sentejn tal-programm, massimu ta' 10 % tal-baġit annwali tal-Pilastru II għandu jiġi pprogrammat permezz ta' talbiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-missjonijiet. Għall-aħħar tliet snin tal-programm, u biss wara evalwazzjoni pożittiva tal-għażla tal-missjoni u l-proċess ta' mmaniġġjar, dan il-perċentwal jista' jiżdied. Is-sehem baġitarju totali dedikat għall-missjonijiet għandu jkun speċifikat fil-Pjanijiet Strateġiċi tar-R&I.
2b.  Evalwazzjoni sħiħa tal-missjonijiet li tkopri l-kamp ta' applikazzjoni, il-governanza, il-ħatra tal-Bord u l-azzjonijiet preliminari tiegħu għandha titwettaq skont l-objettivi li jistgħu jitkejlu rispettivi tagħhom. Ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn din l-evalwazzjoni għandhom jitqiesu qabel jiġu pprogrammati missjonijiet ġodda jew qabel jitkomplew, jiġu tterminati jew ridirezzjonati dawk eżistenti.
3.  Il-missjonijiet għandhom:
3.  Il-missjonijiet għandhom:
(a)  ikollhom valur miżjud tal-UE ċar u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Ewropa;
(a)  ikollhom valur miżjud tal-UE ċar u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet, l-għanijiet u l-impenji tal-Unjoni;
(aa)  ikunu inklużivi, iħeġġu impenn wiesa' u jiżguraw il-parteċipazzjoni ta' bosta tipi ta' partijiet ikkonċernati u jwasslu riżultati tar-RŻI li jkunu ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha;
(b)  ikunu kuraġġużi u ta' ispirazzjoni, u allura jkollhom rilevanza soċjali jew ekonomika;
(b)  ikunu kuraġġużi, ta' ispirazzjoni u jkollhom rilevanza soċjetali, xjentifika, teknoloġika, diplomatika, ambjentali jew ekonomika wiesgħa;
(c)  jindikaw direzzjoni ċara u jkollhom miri, li jistgħu jitkejlu u marbutin biż-żmien;
(c)  jindikaw direzzjoni ċara u jkollhom miri, ikunu jistgħu jitkejlu u jkunu marbutin biż-żmien;
(d)  ikunu ċċentrati fuq attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ambizzjużi imma realistiċi;
(d)  jintgħażlu b'mod trasparenti u jkunu ċċentrati fuq attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ambizzjużi, immexxija mill-eċċellenza imma realistiċi, f'kull stadju ta' żvilupp;
(da)  jinkludu element ta' urġenza fir-rigward tal-objettivi tal-missjoni, ikollhom il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala u l-mobilizzazzjoni wiesgħa tar-riżorsi mitluba li huma meħtieġa u jkollhom l-iskop uniku li jwasslu għall-eżitu tal-missjoni;
(e)  iħeġġu l-attività madwar id-dixxiplini, is-setturi u l-atturi;
(e)  iħeġġu l-attività bejn id-dixxiplini (inklużi x-xjenzi soċjali u umanistiċi), is-setturi u l-atturi;
(f)  ikunu miftuħa għal soluzzjonijiet multipli, minn isfel għal fuq.
(f)  ikunu miftuħa għal soluzzjonijiet multipli, minn isfel għal fuq.
(fa)  jiksbu sinerġiji b'mod trasparenti ma' programmi tal-Unjoni oħra kif ukoll ma' fondi pubbliċi u privati, inkluż permezz tal-involviment attiv tal-ekosistemi tal-innovazzjoni nazzjonali u reġjonali.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni (EIC) għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet taħt il-Pilastru III "Ewropa Innovattiva" li huma relatat mal-EIC. L-EIC għandu jopera f'konformità mal-prinċipji li ġejjin: jiffoka fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u radikali, l-awtonomija, l-abbiltà li jieħu riskju, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà.
2.  L-EIC għandu jkun miftuħ għal kull tip ta' innovatur, minn individwi għal universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka u kumpaniji, negozji ġodda, b'mod partikolari SMEs u midcaps u minn benefiċjarji uniċi għal konsorzja multidixxiplinari. Mill-inqas 70 % tal-baġit tal-EIC għandu jkun iddedikat għal negozji ġodda u SMEs innovattivi.
3.  Il-Bord tal-EIC u l-elementi tal-ġestjoni tal-EIC huma definiti fid-Deċiżjoni (UE)... [Programm Speċifiku] u l-annessi tiegħu.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Artikolu 8
Artikolu 8
Sħubijiet Ewropej
Sħubijiet Ewropej
1.  Partijiet minn Orizzont Ewropa jistgħu jitwettqu permezz ta' Sħubijiet Ewropej. L-involviment tal-Unjoni fis-Sħubijiet Ewropej jista' jkollu kwalunkwe wieħed mill-forom li ġejjin:
1.  Partijiet minn Orizzont Ewropa jistgħu jiġu implimentati permezz ta' Sħubijiet Ewropej. L-involviment tal-Unjoni fis-Sħubijiet Ewropej jista' jkollu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a)  il-parteċipazzjoni fi sħubiji stabbiliti fuq il-bażi ta' memoranda ta' ftehim u/jew arranġamenti kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 2(3), li jispeċifikaw l-objettivi tas-sħubija, l-impenji finanzjarji relatati u/jew il-kontribuzzjonijiet in natura tal-imsieħba, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-indikaturi tal-impatt, u l-outputs li jridu jirriżultaw. Dawn jinkludu l-identifikazzjoni ta' attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li huma implimentati mill-imsieħba u mill-Programm (Sħubijiet Ewropej Koprogrammati);
(a)  il-parteċipazzjoni fi sħubijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' memoranda ta' ftehim u/jew arranġamenti kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u s-sħab imsemmija fl-Artikolu 2(3), li jispeċifikaw l-objettivi tas-sħubija, l-impenji finanzjarji relatati u/jew il-kontribuzzjonijiet in natura tas-sħab, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-indikaturi tal-impatt, u l-outputs li jridu jirriżultaw. Dawn jinkludu l-identifikazzjoni ta' attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li huma implimentati mis-sħab u mill-Programm (Sħubijiet Ewropej Koprogrammati);
(b)  il-parteċipazzjoni fi u kontribut finanzjarju għal programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, ibbażat fuq l-impenn ta' l-imsieħba għal kontribuzzjonijiet u in natura u l-integrazzjoni ta' l-attivitajiet rilevanti tagħhom bl-użu ta' Azzjoni kofinanzjata tal-programm (Sħubijiet Ikkofinanzjati Ewropej);
(b)  il-parteċipazzjoni fi u kontribut finanzjarju għal programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, ibbażat fuq l-impenn tas-sħab għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura u l-integrazzjoni tal-attivitajiet rilevanti tagħhom bl-użu ta' azzjoni kofinanzjata tal-Programm (Sħubijiet Ikkofinanzjati Ewropej);
(c)  il-parteċipazzjoni fi u kontribut finanzjarju għal programmi ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa minn diversi Stati Membri b'konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE, jew minn korpi stabbiliti skont l-Artikolu 187 TFUE, bħalma huma l-Impriżi Konġunti, jew mill-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni tal-EIT b'konformità mar-[Regolament EIT] (Kooperazzjoni Istituzzjonalizzata Ewropea), li għandha tiġi implimentata biss fejn forom oħra ta' Sħubijiet Ewropej ma tkunx se tikseb l-objettivi jew ma tiġġenerax l-impatti meħtieġa mistennija, u jekk ikun iġġustifikat minn perspettiva fit-tul u grad għoli ta' integrazzjoni, inkluż il-ġestjoni ċentrali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha.
(c)  il-parteċipazzjoni fi u kontribut finanzjarju u/jew kontribuzzjonijiet in natura għal programmi ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa minn diversi Stati Membri b'konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE, jew minn korpi stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE, bħalma huma l-Impriżi Konġunti, jew mill-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni tal-EIT b'konformità mar-[Regolament EIT] (Sħubijiet Istituzzjonalizzati Ewropej), li għandha tiġi implimentata biss fejn forom oħra ta' Sħubijiet Ewropej ma jkunux se jiksbu l-objettivi jew ma jiġġenerawx l-impatti meħtieġa mistennija, u jekk ikun iġġustifikat minn perspettiva fit-tul u grad għoli ta' integrazzjoni, inkluż il-ġestjoni ċentrali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha.
2.  Is-Sħubijiet Ewropej għandhom:
2.  Is-Sħubijiet Ewropej għandhom:
(a)  Jiġu stabbiliti f'każijiet fejn jiksbu b'mod aktar effettiv l-objettivi ta' Orizzont Ewropa milli kieku l-Unjoni waħedha;
(a)  jiġu stabbiliti biss f'każijiet li fihom jiksbu b'mod aktar effettiv l-objettivi ta' Orizzont Ewropa meta mqabbla ma' partijiet oħra tal-Programm Qafas;
(b)  Jaderixxu mal-prinċipji tal-valur miżjud tal-Unjoni, it-trasparenza, il-ftuħ, l-impatt, l-effett ta' lieva, l-impenn finanzjarju fit-tul tal-partijiet kollha involuti, il-flessibbiltà, il-koerenza u l-komplementarjetà ma' inizjattivi fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali;
(b)  jaderixxu mal-prinċipji tal-valur miżjud tal-Unjoni, it-trasparenza, il-ftuħ, l-impatt, l-effett ta' lieva b'saħħtu, l-impenn finanzjarju fit-tul u/jew in natura tal-partijiet kollha involuti, il-flessibbiltà, il-koerenza u l-komplementarjetà ma' inizjattivi fil-livell tal-Unjoni, lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;
(c)  Ikunu limitati fiż-żmien u jinkludu l-kondizzjonijiet għat-tneħħija gradwali tal-fondi mill-Programm.
(c)  ikunu limitati fiż-żmien u jinkludu l-kondizzjonijiet għat-tneħħija gradwali tal-fondi mill-Programm.
2a.  Is-Sħubijiet kollha għandhom jiġu identifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tar-R&I, kif imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Anness III tal-Programm Qafas u l-Anness I tal-Programm Speċifiku, qabel ma jiġu implimentati fil-programmi ta' ħidma jew fil-pjanijiet ta' ħidma.
Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-tneħħija gradwali tagħhom huma stabbiliti fl-Anness III.
Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-tneħħija gradwali tagħhom huma stabbiliti fl-Anness III.
Emendi 71 u 172
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Baġit
Baġit
1.  L-envelopp finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas għall-perjodu 2020-2027 għandu jkun ta' EUR 94 100 000 000 fi prezzijiet attwali għall-programmi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) u, barra minn hekk, l-ammont għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), kif stabbilit bir-Regolament… li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas għall-perjodu 2020-2027 għandu jkun ta' EUR 120 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għall-programmi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) u, barra minn hekk, l-ammont għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), kif stabbilit bir-Regolament… li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża.
2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel nofs sentenza, għandha tkun:
2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel nofs sentenza, għandha tkun:
(a)  EUR 25 800 000 000 għall-Pilastru I "Xjenza Miftuħa" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom
(a)  27,42 % għall-Pilastru I "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom
(1)  EUR 16 600 000 000 għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka;
(1)  17,64 % għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka;
(2)  EUR 6 800 000 000 għall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;
(2)  7,23 % għall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;
(3)  EUR 2 400 000 000 għall-infrastruttura ta' riċerka;
(3)  2,55 % għall-infrastrutturi ta' riċerka;
(b)  EUR 52 700 000 000 għall-Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom
(b)  55,48 % għall-Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom
(1)  EUR 7 700 000 000 għall-cluster "Saħħa";
(1)  8,16 % għall-cluster "Saħħa";
(2)  EUR 2 800 000 000 għall-cluster "Soċjetà Inklużiva u Sigura";
(2)  2,50 % għall-cluster "Soċjetà Inklużiva u Kreattiva";
(2a)  2,00 % għall-cluster "Soċjetajiet Siguri";
(3)  EUR 15 000 000 000 għall-cluster "Diġitali u Industrija";
(3)  15,94 % għall-cluster "Diġitali, l-Industrija u l-Ispazju";
(4)  EUR 15 000 000 000 għall-cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà";
(4)  15,84 % għall-cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà";
(5)  EUR 10 000 000 000 għall-cluster "Ikel u Riżorsi Naturali";
(5)  9,00 % għall-cluster "Ikel, Riżorsi Naturali u l-Agrikoltura";
(6)  EUR 2 200 000 000 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC);
(6)  2,04 % għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).
(c)  EUR 13 500 000 000 għall-Pilastru III "Innovazzjoni Miftuħa" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom
(c)  12,71 % għall-Pilastru III "Ewropa Innovattiva" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom:
(1)  EUR 10 500 000 000 għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni inklużi sa EUR 500 000 000 għall-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni;
(1)  8,71 % għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) inklużi sa 0,53 % għall-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni;
(2)  EUR 3 000 000 000 għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT);
(2)  4 % għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).
(d)  EUR 2 100 000 000 għall-Parti "Tisħiħ taż-Żona tar-Riċerka Ewropea" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom
(d)  4,39 % għall-Parti "Tisħiħ taż-Żona tar-Riċerka Ewropea" bil-komponenti li ġejjin:
(1)  EUR 1 700 000 000 għal "kondiviżjoni tal-eċċellenza";
(1)  4,00 % għat-Tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni madwar l-Unjoni;
(2)  EUR 400 000 000 għal "riforma u tisħiħ tas-Sistema Ewropea tar-R&I".
(2)  0,39 % għar-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I.
3.  Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista', bil-proċedura baġitarja annwali, tvarja mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 sa massimu ta' 10 %. L-ebda tali varjazzjoni ma għandha titħalla fir-rigward tal-ammonti msemmija fil-punti (b) (6) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-amount totali stipulat għall-Parti "Tisħiħ taż-Żona tar-Riċerka Ewropea" tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
3.  Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista', bil-proċedura baġitarja annwali, tvarja mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 sa massimu ta' 10 %, inkluża l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati.
3 a.  Bħala parti mill-għan ġenerali tal-Unjoni tal-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-infiq ta' 30 % mill-baġit tal-Unjoni bħala appoġġ għall-għanijiet klimatiċi, azzjonijiet taħt il-Programm għandhom jikkontribwixxu mill-inqas 35 % tan-nefqa taħt il-Programm għall-għanijiet klimatiċi meta jkun xieraq.
3 b.  Mill-inqas EUR 2,5 biljun għandhom ikunu dedikati għal għotjiet għall-innovazzjoni inkrementali fl-SMEs f'konformità mal-istrument imsemmi fl-Artikolu 43a ta' dan ir-Regolament u fl-Anness I għad-Deċiżjoni.
3 c.  45 % tal-baġit għall-cluster "Soċjetà Inklużiva u Kreattiva" għandu jappoġġa riċerka dwar is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż il-wirt kulturali tal-Unjoni, li għandu jinkludi EUR 300 miljun assenjati għall-ħolqien ta' Cloud għall-Wirt Kulturali Ewropew kif stabbilit fl-Anness I għall-Programm Speċifiku wara valutazzjoni tal-impatt li jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew.
3 d.  Mill-inqas EUR 1 biljun għandu l-għan li jkun dedikat għar-Riċerka Quantum taħt il-cluster "Diġitali, Industrija u Spazju" taħt il-Pilastru II.
4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel nofs sentenza, jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, kontroll, awditjar, evalwazzjoni u attivitajiet oħra u spejjeż meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż l-infiq amministrattiv kollu, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-ksib tal-għanijiet tiegħu. Dan jista' barra minn hekk ikopri spejjeż relatati mal-azzjonijiet ta' studji, laqgħat ta' esperti, informazzjoni u komunikazzjoni meħtieġa sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll in-nefqiet marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza oħra teknika u amministrattiva meħtieġa marbuta mal-ġestjoni tal-Programm.
4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel nofs sentenza, jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, kontroll, awditjar, evalwazzjoni u attivitajiet oħra u spejjeż meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż l-infiq amministrattiv kollu, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-ksib tal-għanijiet tiegħu. Dawk l-ispejjeż ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-ammont totali taħt il-Programm. Dan jista' barra minn hekk ikopri spejjeż relatati mal-azzjonijiet ta' studji, laqgħat ta' esperti, informazzjoni u komunikazzjoni meħtieġa sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll in-nefqiet marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza oħra teknika u amministrattiva meħtieġa marbuta mal-ġestjoni tal-Programm.
5.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 4, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.
5.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 4, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.
6.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
6.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
7.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta' ħidma tista' tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021.
7.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta' ħidma tista' tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021.
8.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri skont il-ġestjoni kondiviża u trasferibbli skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX [... Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu trasferiti fil-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Meta jkun possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istati Membru kkonċernat.
9.  Orizzont Ewropa tfassal biex jiġi implimentat f'sinerġija ma' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni oħrajn. Lista mhux eżawrjenti ta' tali sinerġiji ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni hija inkluża fl-Anness IV.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 10
Artikolu 10
Artikolu 10
Aċċess miftuħ u data miftuħa
Aċċess miftuħ u data miftuħa
1.  Aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata taħt il-Programm għandu jkun żgurat b'konformità mal-Artikolu 35(3). L-aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka għandu jkun żgurat f'konformità mal-prinċipju "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm hu meħtieġ". L-aċċess miftuħ għal prodotti oħra tar-riċerka għandu jkun inkoraġġit.
1.  Aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata taħt il-Programm għandu jkun żgurat b'konformità mal-Artikolu 35(3). L-aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka għandu jkun żgurat f'konformità mal-prinċipju "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm hu meħtieġ".
1a.  L-aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka għandu jiġi rikonoxxut għal reġimi ta' aċċess differenti minħabba l-interess ekonomiku tal-Unjoni, id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità, tħassib dwar is-sigurtà u interessi leġittimi oħra, inkluża l-possibbiltà għal nonparteċipazzjoni. Il-pjanijiet tal-ġestjoni tad-data matul it-tul tal-proġett għandhom jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli.
1b.  Aċċess miftuħ reċiproku għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi u data tar-riċerka għandu jiġi promoss internazzjonalment, filwaqt li jitqiesu l-interessi industrijali u tal-kompetittività tal-Unjoni. B'mod partikolari, aċċess miftuħ reċiproku għandu jiġi mħeġġeġ u previst fil-ftehimiet kollha ta' assoċjazzjoni u ta' kooperazzjoni tax-Xjenza u t-Teknoloġija ma' pajjiżi terzi, inklużi ftehimiet iffirmati mill-korpi ta' finanzjament fdati bl-immaniġġjar indirett tal-Programm.
2.  Ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka għandha tkun żgurata f'konformità mal-prinċipji "Traċċabilità", "Aċċessibilità", "Interoperabilità" u "Riutilizzabilità" (FAIR).
2.  Ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka għandha tkun żgurata f'konformità mal-prinċipji tad-data "Traċċabilità", "Aċċessibilità", "Interoperabilità" u "Riutilizzabilità" (FAIR).
3.  Ix-xjenza miftuħa tiġi prattikata lil hinn mill-aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka u l-ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka għandha tiġi promossa.
3.  Għandhom jiġu promossi prattiki tax-xjenza miftuħa li jmorru lil hinn mill-aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi u l-ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
Finanzjament kumplimentari u kkombinat
Finanzjament kumplimentari, ikkombinat u kumulattiv
1.   Orizzont Ewropa għandu jiġi implimentat f'sinerġija ma' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni oħra filwaqt li tiġi mfittxija simplifikazzjoni amministrattiva massima. Lista mhux eżawrjenti ta' sinerġiji ma' programmi ta' finanzjament oħra hija inkluża fl-Anness IV. Sett uniku ta' regoli għandu japplika għal azzjoni kofinanzjata tar-RŻI.
L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:
2.   Is-Siġill ta' Eċċellenza għandu jingħata għall-partijiet kollha tal-Programm. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:
(a)  ġew evalwati f'sejħa għall-prosposti skont il-Programm;
(a)  ġew ivvalutati f'sejħa għall-prosposti skont il-Programm;
(b)  jikkonformu mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta' dik is-sejħa għall-proposti;
(b)  jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta' dik is-sejħa għall-proposti;
(c)  ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont dik is-sejħa għall-proposti minħabba ristrezzjonijiet baġitarji,
(c)  ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont dik is-sejħa għall-proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji,
ma jistgħux jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], sakemm it-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ.
ma jistgħux jirċievu appoġġ mill-fondi nazzjonali jew reġjonali, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], mingħajr ma tkun meħtieġa kwalunkwe applikazzjoni u evalwazzjoni ulterjuri u dment li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Bl-eċċezzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat, għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ.
2a.   F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX [... Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], l-awtorità maniġerjali, fuq bażi volontarja, tista' titlob it-trasferiment ta' partijiet tal-allokazzjonijiet finanzjarji tagħha lejn Orizzont Ewropa. Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali fondi trasferiti jiġu allokati kompletament għall-programmi u/jew proġetti li se jiġu implimentati fl-Istat Membru jew fir-reġjun, kif applikabbli, li jkunu oriġinaw minnu.
2b.   B'awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikanti, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-allokazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fis-sistema ta' informazzjoni dwar proġetti magħżula sabiex ikun permess skambju rapidu ta' informazzjoni u l-awtoritajiet ta' finanzjament ikunu jistgħu jipprovdu finanzjament għall-azzjonijiet magħżula.
Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 12
Artikolu 12
Artikolu 12
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a)  Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;
(a)  Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;
(b)  pajjiżi ta' adeżjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(b)  pajjiżi ta' adeżjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(c)  pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(c)  pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(d)  it-territorji u l-pajjiżi terzi li jissodisfaw l-kriterji kollha li ġejjin:
(d)  it-territorji u l-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
i.  kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;
i.  kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;
ii.  impenn fir-rigward ta' ekonomija tas-suq miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, inkluż trattament ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bl-appoġġ ta' istituzzjonijiet demokratiċi;
ii.  impenn fir-rigward ta' ekonomija tas-suq miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, inkluż trattament ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, bl-appoġġ ta' istituzzjonijiet demokratiċi;
iii.  promozzjoni attiva ta' politiki li jtejbu l-benessri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini.
iii.  promozzjoni attiva ta' politiki li jtejbu l-benesseri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini.
L-assoċjazzjoni mal-Programm ta' kull wieħed mill-pajjiżi terzi skont il-punt (d) għandha tkun skont il-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni ta' pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:
Assoċjazzjoni sħiħa jew parzjali mal-Programm ta' kull wieħed mill-pajjiżi terzi skont il-punt (d) għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-benefiċċji tal-Unjoni. B'mod partikolari għandha tkun skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li dak il-ftehim:
–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
–  jikkonferixxi d-dritt ta' koordinazzjoni ta' azzjoni taħt il-Programm dment li tkun ta' benefiċċju għall-Unjoni u li tkun żgurata l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni;
–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm, inkluż il-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal (sotto)programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
2.  L-iskop ta' assoċjazzjoni ta' kull pajjiż terz ma' dan il-Programm għandu jqis l-għan li jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni permezz tal-innovazzjoni. Għaldaqstant, bl-eċċezzjoni tal-membri taż-ŻEE, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, xi partijiet tal-Programm jistgħu jiġu esklużi minn ftehim ta' assoċjazzjoni ma' xi pajjiż speċifiku.
2.  L-iskop ta' assoċjazzjoni ta' kull pajjiż terz mal-Programm għandu jqis l-għan li jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni permezz tal-innovazzjoni u għandu jevita l-eżodu ta' mħuħ mill-Unjoni. Għaldaqstant, bl-eċċezzjoni tal-membri taż-ŻEE, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, xi partijiet monobenefiċjarji tal-Programm jistgħu jiġu esklużi minn ftehim ta' assoċjazzjoni ma' xi pajjiż speċifiku, b'mod speċifiku dawk dedikati lill-entitajiet privati.
3.  Il-Ftehim ta' assoċjazzjoni għandu, fejn xieraq, jipprevedi l-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni fi programmi ekwivalenti tal-pajjiżi assoċjati b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
3.  Il-Ftehim ta' assoċjazzjoni għandu, meta jkun xieraq, jipprevedi u jfittex il-parteċipazzjoni reċiproka ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni fi programmi ekwivalenti tal-pajjiżi assoċjati b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
4.  Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika ta' kwalunkwe żbilanċ sinifikanti meta mqabbla mal-ammont li entitajiet stabbiliti f'pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-Programm, b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż fil-ġestjoni, l-eżekuzzjoni u l-operat tal-Programm.
4.  Il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta' assoċjazzjoni li jiddeterminaw il-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika biennali ta' kwalunkwe żbilanċ meta mqabbla mal-ammont li entitajiet stabbiliti f'pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-Programm, b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż fil-ġestjoni, l-eżekuzzjoni u l-operat tal-Programm.
4a.  Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati kollha għandhom ikunu inklużi fil-partijiet rilevanti tal-Programm dment li t-tqassim tal-baġit kif speċifikat fl-Artikolu 9(2) jiġi rrispettat. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament waqt il-proċedura baġitarja annwali l-baġit totali ta' kull parti tal-Programm, filwaqt li tidentifika kull wieħed mill-pajjiżi assoċjati, kontribuzzjonijiet individwali u l-bilanċ finanzjarju tagħhom.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – titolu
Azzjonijiet eliġibbli
Azzjonijiet eliġibbli u prinċipji etiċi
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 15
Artikolu 15
Artikolu 15
Etika
Etika
1.  L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġislazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.
1.  L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġislazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.
Attenzjoni partikulari għandha tingħata lill-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali ta' persuna, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa umana.
2.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jipprovdu:
2.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jipprovdu:
(a)  awtovalutazzjoni ta' etika li tidentifika u tagħti d-dettalji prevedibbli kollha relatati ma' kwistjonijiet etiċi b'rabta mal-objettiv, l-implimentazzjoni u l-impatt probabbli tal-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati, inkluż konferma ta' konformità mal-paragrafu 1, u deskrizzjoni ta' kif din se tiġi żgurata;
(a)  awtovalutazzjoni ta' etika li tidentifika u tagħti d-dettalji prevedibbli kollha relatati ma' kwistjonijiet etiċi b'rabta mal-objettiv, l-implimentazzjoni u l-impatt probabbli tal-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati, inkluż konferma ta' konformità mal-paragrafu 1, u deskrizzjoni ta' kif din se tiġi żgurata;
(b)  konferma li l-attivitajiet se jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea għall-Integrità tar-Riċerka ppubblikata mill-Akkademji Ewropej kollha u li l-ebda attività eskluża mill-finanzjament ma tkun se titwettaq;
(b)  konferma li l-attivitajiet se jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea għall-Integrità tar-Riċerka ppubblikata mill-Akkademji Ewropej kollha u li l-ebda attività eskluża mill-finanzjament ma tkun se titwettaq;
(c)  Fil-każ ta' attivitajiet imwettqa barra mill-Unjoni, konferma li l-istess attivitajiet kieku kienu jitħallew jitwettqu f'xi Stat Membru; and
(c)  fil-każ ta' attivitajiet imwettqa barra mill-Unjoni, konferma li l-istess attivitajiet kieku kienu jitħallew jitwettqu f'xi Stat Membru; and
(d)  għall-attivitajiet li jagħmlu użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni umani, kif adatt, dettalji tal-miżuri ta' liċenzjar u ta' kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll dettalji tal-approvazzjonijiet etiċi li għandhom jinkisbu qabel jibdew l-attivitajiet ikkonċernati.
(d)  għall-attivitajiet li jagħmlu użu minn ċelloli staminali tal-embrijuni umani, kif adatt, dettalji tal-miżuri ta' liċenzjar u ta' kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll dettalji tal-approvazzjonijiet etiċi li għandhom jinkisbu qabel jibdew l-attivitajiet ikkonċernati.
3.  Il-proposti għandhom jiġu skrinjati b'mod sistematiku sabiex jiġu identifikati dawk l-azzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet etiċi kumplessi jew serji u jissottomettuhom għal valutazzjoni tal-etika. Il-valutazzjonijiet etiċi għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni sakemm ma jkunux delegati lill-korp ta' finanzjament. Għal azzjonijiet li jinvolvu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni umani jew embrijuni umani, il-valutazzjoni tal-etika għandha tkun mandatorja. Eżamijiet jew valutazzjonijiet tal-etika għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti tal-etika. Il-Kummissjoni u l-korpi ta' finanzjament għandhom jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri tal-etika kemm jista' jkun possibbli,
3.  Il-proposti għandhom jiġu skrinjati b'mod sistematiku sabiex jiġu identifikati dawk l-azzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet etiċi kumplessi jew serji u jissottomettuhom għal valutazzjoni tal-etika. Il-valutazzjonijiet etiċi għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni dment li ma jkunux delegati lill-korp ta' finanzjament. Għal azzjonijiet li jinvolvu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni umani jew embrijuni umani, il-valutazzjoni tal-etika għandha tkun obbligatorja. L-iskrinjar jew valutazzjonijiet tal-etika għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti tal-etika. Il-Kummissjoni u l-korpi ta' finanzjament għandhom jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri tal-etika.
4.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jiksbu l-approvazzjonijiet kollha jew dokumenti mandatorji oħra mingħand il-kumitati tal-etika rilevanti lokali nazzjonali jew korpi oħrajn bħall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data qabel jinbdew l-attivitajiet rilevanti. Dawk id-dokumenti għandhom jinżammu maħżuna u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni jew il-korp ta' finazjament meta jintalbu.
4.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jiksbu l-approvazzjonijiet kollha jew dokumenti obbligatorji oħra mingħand il-kumitati tal-etika rilevanti lokali nazzjonali jew korpi oħrajn bħall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data qabel jinbdew l-attivitajiet rilevanti. Dawk id-dokumenti għandhom jinżammu maħżuna u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament meta jintalbu.
5.  Jekk adatt, kontrolli tal-etika għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament. Għal kwistjonijiet etiċi kumplessi jew serji, il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni sakemm ma jkunux delegati lill-korp ta' finanzjament.
5.  Jekk adatt, kontrolli tal-etika għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament. Għal kwistjonijiet etiċi kumplessi jew serji, il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni dment li ma jkunux delegati lill-korp ta' finanzjament.
Kontrolli tal-etika għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti tal-etika.
Kontrolli tal-etika għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti tal-etika.
6.  Azzjonijiet li mhumiex etikament aċċettabbli jistgħu jiġu miċħuda jew terminati fi kwalunkwe mument.
6.  Azzjonijiet li mhumiex etikament aċċettabbli għandhom jinċaħdu jew jiġu terminati hekk kif tiġi stabbilita inaċċettabbiltà etika.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 16
Artikolu 16
Artikolu 16
Sigurtà
Sigurtà
1.  L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sigurtà u b'mod partikolari r-regoli dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata kontra żvelar mhux awtorizzat, inkluż il-konformità ma' kwalunkwe liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti. Fil-każ ta' riċerka mwettqa barra l-Unjoni bl-użu u/jew bil-ġenerazzjoni ta' informazzjoni klassifikata, huwa meħtieġ li, minbarra l-osservanza ta' dawn ir-rekwiżiti, ftehim ta' sigurtà għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz li fih titwettaq ir-riċerka.
1.  L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sigurtà u b'mod partikolari r-regoli dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata kontra żvelar mhux awtorizzat, inkluż il-konformità ma' kwalunkwe liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti. Fil-każ ta' riċerka mwettqa barra l-Unjoni bl-użu u/jew bil-ġenerazzjoni ta' informazzjoni klassifikata, huwa meħtieġ li, minbarra l-osservanza ta' dawn ir-rekwiżiti, ftehim ta' sigurtà għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz li fih titwettaq ir-riċerka.
2.  Fejn hu adatt, il-proposti għandhom jinkludu awtovalutazzjoni tas-sigurtà li tidentifika kwalunkwe kwistjoni tas-sigurtà u tiddeskrivi kif dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati sabiex tiġi ssodisfata l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni relevanti.
2.  Fejn hu adatt, il-proposti għandhom jinkludu awtovalutazzjoni tas-sigurtà li tidentifika kwalunkwe kwistjoni tas-sigurtà u tiddeskrivi kif dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati sabiex tiġi ssodisfata l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni relevanti.
3.  Fejn hu adatt, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jwettaq skrutinju tas-sigurtà għall-proposti li jkollhom kwistjonijiet tas-sigurtà.
3.  Fejn hu adatt, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jwettaq skrutinju tas-sigurtà għall-proposti li jkollhom kwistjonijiet tas-sigurtà.
4.  Fejn xieraq, l-azzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444/KE, u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.
4.  Fejn xieraq, l-azzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444/KE, u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.
5.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jiżguraw protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni klassifikata użata u/jew iġġenerata mill-azzjoni. Huma għandhom jipprovdu prova tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal u/jew tal-faċilità mill-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali relevanti, qabel il-bidu tal-attivitajiet ikkonċernati.
5.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jiżguraw protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni klassifikata użata u/jew iġġenerata mill-azzjoni. Huma għandhom jipprovdu prova tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal u/jew tal-faċilità mill-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali relevanti, qabel il-bidu tal-attivitajiet ikkonċernati fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-korp ta' finanzjament.
6.  Jekk esperti esterni jkollhom jittrattaw informazzjoni klassifikata, l-approvazzjoni tas-sigurtà adatta għandha tkun meħtieġa qabel jinħatru dawk l-esperti.
6.  Jekk esperti esterni jkollhom jittrattaw informazzjoni klassifikata, l-approvazzjoni tas-sigurtà adatta għandha tkun meħtieġa qabel jinħatru dawk l-esperti.
7.  Fejn hu adatt, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' jwettaq kontrolli tas-sigurtà.
7.  Fejn hu adatt, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' jwettaq kontrolli tas-sigurtà.
8.  Azzjonijiet li ma jikkonformawz mar-regoli tas-sigurtà jistgħu jiġu miċħuda jew terminati fi kwalunkwe mument.
8.  Azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli tas-sigurtà jistgħu jiġu miċħuda jew terminati fi kwalunkwe mument.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 18
Artikolu 18
Artikolu 18
Entitajiet eliġibbli għall-parteċipazzjoni
Entitajiet eliġibbli għall-parteċipazzjoni
1.  Kwalunkwe entità legali, irrispettivament mill-post fejn ġiet stabbilita, jew organizzazzjoni internazzjonali tista' tipparteċipa f'azzjonijiet taħt il-Programm, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu ġew sodisfatti flimkien ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra stabbilita fil-programm ta' ħidma jew is-sejħa.
1.  Kwalunkwe entità legali, irrispettivament mill-post fejn ġiet stabbilita, inklużi entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew organizzazzjoni internazzjonali, tista' tipparteċipa f'azzjonijiet taħt il-Programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati flimkien ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra stabbilita fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa.
2.  L-entitajiet għandhom ikunu parti minn konsorzju li għandu jinkludi mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi indipendenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż assoċjat u li mill-inqas wieħed minnhom ikun stabbilit fi Stat Membru, sakemm:
2.  L-entitajiet għandhom ikunu parti minn konsorzju li għandu jinkludi mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi indipendenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor inklużi reġjuni ultraperiferiċi jew f'pajjiż assoċjat u li mill-inqas tnejn minnhom ikunu stabbiliti fi Stat Membru, dment li l-azzjoni tkun waħda msemmija fil-paragrafu 3 jew 4;
(a)  il-programm ta' ħidma ma jipprovidx mod ieħor, jekk ikun ġustifikat;
(b)  l-azzjoni hija waħda msemmija fil-paragrafi 3 jew 4.
3.  L-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), l-azzjonijiet tat-taħriġ u l-mobilità jew azzjonijiet ta' kofinanzjamant ta' programm jistgħu jiġu implimentati minn entità legali waħda jew aktar, li waħda minnhom trid tkun stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat.
3.  L-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), l-azzjonijiet tat-taħriġ u l-mobilità jew azzjonijiet ta' kofinanzjament ta' programm jistgħu jiġu implimentati minn entità legali waħda jew aktar, li waħda minnhom trid tkun stabbilita fi Stat Membru jew fejn applikabbli, pajjiż assoċjat kif imsemmi fl-Artikolu 12(1).
4.  Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ jistgħu jiġu implimentati minn entità legali waħda jew aktar, li tista' tkun stabbilita fi Stat Membru, pajjiż assoċjat jew f'pajjiż terz ieħor.
4.  Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ jistgħu jiġu implimentati minn entità legali waħda jew aktar, li tista' tkun stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat jew f'pajjiż terz ieħor.
5.  Għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, is-sigurtà jew l-awtonomija tal-Unjoni, il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi li l-parteċipazzjoni tista' tkun limitata għal dawk l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri biss, jew dawk l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati jew pajjiżi terzi oħra speċifikati flimkien mal-Istati Membri.
5.  Għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, is-sigurtà jew l-awtonomija tal-Unjoni, il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi li l-parteċipazzjoni tista' tkun limitata għal dawk l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri biss, jew dawk l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati jew pajjiżi terzi oħra speċifikati flimkien mal-Istati Membri.
6.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi kriterji ta' eliġibbiltà b'żieda ma' dawk stipulati fil-paragrafi 2, 3, 4, u 5 skont ir-rekwiżiti ta' politika speċifiċi jew skont in-natura u l-għanijiet tal-azzjoni, inkluż in-numru ta' entitajiet ġuridiċi, it-tip ta' entità ġuridika u l-post ta' stabbiliment.
6.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi kriterji ta' eliġibbiltà b'żieda ma' dawk stipulati fil-paragrafi 2, 3, 4, u 5 skont ir-rekwiżiti ta' politika speċifiċi jew skont in-natura u l-għanijiet tal-azzjoni, inkluż in-numru ta' entitajiet ġuridiċi, it-tip ta' entità ġuridika u l-post ta' stabbiliment.
7.  Fil-każ ta' azzjonijiet li jibbenefikaw minn ammonti skont l-Artikolu 9(8), il-parteċipazzjoni għandha tkun limitata għal entità ġuridika waħda stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Amministrattiva deleganti, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor mal-Awtorità ta' Ġestjoni u prevista fil-programm ta' ħidma.
7.  Fil-każ ta' azzjonijiet li jibbenefikaw minn ammonti skont l-Artikolu 11, il-parteċipazzjoni għandha tkun limitata għal entità ġuridika waħda stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Amministrattiva deleganti, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor mal-Awtorità ta' Ġestjoni u prevista fil-programm ta' ħidma.
8.  Fejn ikun indikat fil-programm ta' ħidma, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta jista' jipparteċipa f'azzjonijiet.
8.  Fejn ikun indikat fil-programm ta' ħidma, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta jista' jipparteċipa f'azzjonijiet.
9.  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, organizzazzjonijiet internazzjonali Ewropej tar-riċerka u entitajiet legali maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni għandhom jitqiesu li huma stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dawk li fihom huma stabbilit l-entitajiet legali oħra li qed jipparteċipaw fl-azzjoni.
10.  Għall-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u l-azzjonijiet tat-taħriġ u l-mobilità, l-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kwartieri ġenerali fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat għandhom jitqiesu li huma stabbiliti f'dan l-Istat Membru jew pajjiż assoċjat.
10.  Għall-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u l-azzjonijiet tat-taħriġ u l-mobilità, l-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kwartieri ġenerali fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat għandhom jitqiesu li huma stabbiliti f'dan l-Istat Membru jew pajjiż assoċjat.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Artikolu 19
Artikolu 19
Entitajiet eliġibbli għall-finanzjament
Entitajiet eliġibbli għall-finanzjament
1.   Il-benefiċjarji huma eliġibbli għall-finanzjament jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat.
1.   Il-benefiċjarji huma eliġibbli għall-finanzjament jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat kif iddefinit fl-Artikolu 12(1).
Fil-każ ta' azzjonijiet li jibbenefikaw minn ammonti skont l-Artikolu 9(8), huma biss l-entitajiet stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Maniġerjali li deleganti li għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament minn dawn l-ammonti.
Fil-każ ta' azzjonijiet li jibbenefikaw minn ammonti skont l-Artikolu 11(3), huma biss l-entitajiet stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Maniġerjali li deleganti li għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament minn dawn l-ammonti.
1a.  Fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament f'azzjoni jekk il-kwartieri ġenerali tagħhom ikunu jinsabu fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat.
1b.   Fil-każ ta' pajjiżi bi dħul minn baxx sa medju u b'mod eċċezzjonali fil-każ ta' pajjiżi terzi oħrajn mhux assoċjati, dawn jistgħu jkunu eliġibbli għall-fondi f'azzjoni jekk:
(a)  il-pajjiż terz ikun identifikat fil-programm ta' ħidma; u
(b)  il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament iqisu li l-parteċipazzjoni tiegħu hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-azzjoni;
2.  L-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi mhux assoċjati fil-prinċipju għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' pajjiżi bi dħul minn baxx sa medju u b'mod eċċezzjonali fil-każ ta' pajjiżi terzi oħrajn mhux assoċjati, dawn jistgħu jkunu eliġibbli għall-fondi f'azzjoni jekk:
2.  L-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi mhux assoċjati oħra għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom. Jistgħu jiġu stabbiliti ftehimiet tal-R&Ż bejn dawk il-pajjiżi terzi mhux assoċjati u l-Unjoni kull fejn jitqies li jkun utli, u jista' jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kofinanzjament simili għal dawk maqbula fi ħdan Orizzont 2020. Dawk il-pajjiżi għandhom jiżguraw aċċess reċiproku għall-entitajiet ġuridiċi tal-Unjoni għal dawk il-programmi ta' finanzjament RŻI tal-pajjiżi, kif ukoll reċiproċità f'aċċess miftuħ għar-riżultati xjentifiċi u d-data xjentifika u għal termini ġusti u ekwitabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
(a)  il-pajjiż terz ikun identifikati fil-programm ta' ħidma adottat mill-Kummissjoni; or
(b)  il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament iqisu li l-parteċipazzjoni tiegħu hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-azzjoni;
3.  Entitajiet affiljati huma eliġibbli għall-finanzjament f'azzjoni jekk huma stabbiliti fi Stat Membru, Pajjiż assoċjat, jew f'pajjiż terz identifikat fil-programm ta' ħidma adottat mill-Kummissjoni.
3.  Entitajiet affiljati huma eliġibbli għall-finanzjament f'azzjoni jekk huma stabbiliti fi Stat Membru jew Pajjiż assoċjat.
3a.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill, filwaqt li tispeċifika, għal kull pajjiż terz mhux assoċjat l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni pprovduti lill-entitajiet parteċipattivi u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti mill-istess pajjiż lill-entitajiet tal-Unjoni li jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 20
Artikolu 20
Artikolu 20
Sejħiet għal proposti
Sejħiet għal proposti
1.  Fil-każ tal-azzjonijiet kollha, ħlief attivitajiet ta' tranżizzjoni ta' Pathfinder tal-EIC, il-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandu jkun inkluż fil-programm ta' ħidma.
1.  Fil-każ tal-azzjonijiet kollha, il-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandu jkun inkluż fil-programm ta' ħidma.
Il-programmi ta' ħidma se jispjegaw għaliex għandha tiġi ffinanzjata azzjoni partikolari b'referenza għar-riżultati ta' proġetti preċedenti speċifiċi u għall-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà.
2.  Għall-attivitajiet ta' tranżizzjoni ta' Pathfinder tal-EIC:
(a)  it-tnedija u l-kontenut tas-sejħiet għal proposti għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għall-għanijiet u l-baġit stabbiliti mill-programm ta' ħidma b'rabta mal-portafoll ta' azzjonijiet ikkonċernati;
(b)  għotjiet ta' ammont fiss li ma jaqbiżx EUR 50,000 jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti biex jitwettqu azzjonijiet urġenti ta' koordinazzjoni u appoġġ għat-tisħiħ tal-komunità ta' benefiċjarji tal-portafoll jew għall-valutazzjoni ta' spin-offs possibbli jew innovazzjoni li toħloq is-suq potenzjali.
3.   Jekk ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tagħhom, is-sejħiet jistgħu jiġu ristretti biex jiġu żviluppati attivitajiet addizzjonali jew biex jiżdiedu sħab addizzjonali għal azzjonijiet eżistenti.
3.   Jekk ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tagħhom, is-sejħiet jistgħu jiġu ristretti biex jiġu żviluppati attivitajiet addizzjonali jew biex jiżdiedu sħab addizzjonali għal azzjonijiet eżistenti.
4.   Sejħa għal proposti mhijiex meħtieġa għal azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ jew azzjonijiet ta' kofinanzjamant ta' programm li:
4.   Sejħa għal proposti mhijiex meħtieġa għal azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ jew azzjonijiet ta' kofinanzjamant ta' programm li:
(a)  jridu jitwettqu miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jew l-entitajiet ġuridiċi identifikati fil-programm ta' ħidma u
(a)  jridu jitwettqu miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jew l-entitajiet ġuridiċi identifikati fil-programm ta' ħidma u
(b)  ma jaqgħux fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni ta' sejħa għal proposti.
(b)  ma jaqgħux fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni ta' sejħa għal proposti.
5.   Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika s-sejħiet li għalihom se jingħataw "Siġilli ta' Eċċellenza". B'awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikant, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu kondiviżi ma' awtoritajiet finanzjarji interessati, soġġett għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' konfidenzjalità.
5.   Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika s-sejħiet li għalihom se jingħataw "Siġilli ta' Eċċellenza". B'awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikant, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu kondiviżi ma' awtoritajiet finanzjarji interessati, soġġett għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' konfidenzjalità.
5a.   biex jiġi indirizzat l-abbonament żejjed, il-Kummissjoni tista' tapplika, għal numru ta' sejħiet, proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 21
Artikolu 21
Artikolu 21
Sejħiet konġunti
Sejħiet konġunti
Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' joħroġ sejħa konġunta għal proposti ma':
Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' joħroġ sejħa konġunta għal proposti ma':
(a)  pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom;
(a)  pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom;
(b)  organizzazzjonijiet internazzjonali;
(b)  organizzazzjonijiet internazzjonali;
(c)  entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.
(c)  entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.
Fil-każ ta' sejħa konġunta, proċeduri konġunti għandhom jiġu stabbiliti għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-proposti. Il-proċeduri għandhom jinvolvu grupp bilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti.
Fil-każ ta' sejħa konġunta, il-konsorzji li japplikaw għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konġunti għall-għażla u għall-evalwazzjoni tal-proposti. Il-proċeduri għandhom jinvolvu grupp bilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 22
Artikolu 22
Artikolu 22
L-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi
L-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi
1.  L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu jew ikollhom bħala l-għan primarju tagħhom l-akkwist prekummerċjali jew l-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi li għandhom jitwettqu mill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE31, 2014/25/UE32 and 2009/81/KE33.
1.  L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu jew ikollhom bħala l-għan primarju tagħhom l-akkwist prekummerċjali jew l-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi li għandhom jitwettqu mill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE31, 2014/25/UE32 and 2009/81/KE33.
2.  Il-proċeduri tal-akkwist:
2.  Il-proċeduri tal-akkwist:
(a)  għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali, ġestjoni finanzjarja tajba, proporzjonalità u regoli tal-kompetizzjoni;
(a)  għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali, ġestjoni finanzjarja tajba, proporzjonalità u regoli tal-kompetizzjoni;
(b)  għal akkwist prekummerċjali, jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet speċifiċi bħal li l-post tal-prestazzjoni tal-attivitajiet akkwistati jiġi limitat għat-territorju tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati;
(b)  għal akkwist prekummerċjali, tista' tintuża l-proċedura ssimplifikata u/jew aċċellerata, u jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet speċifiċi bħal li l-post tal-prestazzjoni tal-attivitajiet akkwistati jiġi limitat għat-territorju tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati;
(c)  jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (provenjenza multipla); kif ukoll
(c)  jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (provenjenza multipla); kif ukoll
(d)  għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerta(i) li toffri l-aħjar valur għall-flus waqt li tiżgura nuqqas ta' kunflitt ta' interess.
(d)  għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerta(i) li toffri l-aħjar valur għall-flus waqt li tiżgura nuqqas ta' kunflitt ta' interess.
3.  Il-kuntrattur li jiġġenera riżultati fl-akkwist prekummerċjali għandu jkollu s-sjieda mill-inqas tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali involuti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom mill-inqas igawdu d-dritt tal-aċċess mingħajr ħlas ta' drittjiet għar-riżultati għall-użu tagħhom proprju u d-dritt li jagħtu, jew jirrikjedu lill-kuntratturi li jipparteċipaw li jagħtu, liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi biex jużaw ir-riżultati għall-awtorità kontraenti taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr ebda dritt ta' subliċenzjar. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta b'mod kummerċjali r-riżultati fi żmien perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrekjeduh li jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.
3.  Il-kuntrattur li jiġġenera riżultati fl-akkwist prekummerċjali għandu jkollu s-sjieda mill-inqas tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali involuti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom igawdu d-dritt tal-aċċess mingħajr ħlas ta' drittjiet għar-riżultati għall-użu tagħhom proprju. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta b'mod kummerċjali r-riżultati fi żmien perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw mal-kuntrattur u jinvestigaw ir-raġunijiet għal tali nuqqas ta' sfruttament. Wara tali konsultazzjoni, l-awtorità kontraenti tista' tirrekjedih li jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.
3a.   Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' sjieda, drittijiet ta' aċċess u liċenzjar jistgħu jiġu stabbiliti fil-kuntratti tal-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi.
__________________
__________________
31 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65).
31 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65).
32 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 243).
32 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 243).
33 Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti tax-xogħol, kuntratti ta' forniment u kuntratti ta' servizzi mill-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.08.2009 p. 76).
33 Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti tax-xogħol, kuntratti ta' forniment u kuntratti ta' servizzi mill-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.08.2009 p. 76).
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 23
Artikolu 23
imħassar
Finanzjament kumulattiv
Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm kontribwenti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu fl-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ ta' programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi proratarja skont id-dokumenti li jistipulaw il-kundizzjonijiet tal-appoġġ.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – titolu
Kriterji tal-għażla
Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 25
Artikolu 25
Artikolu 25
Kriterji tal-għotjiet
Kriterji tal-għażla u tal-għotjiet
1.  Proposta għandha tiġi evalwata abbażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin:
1.  Proposta għandha tiġi evalwata abbażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin:
(a)  l-eċċellenza;
(a)  l-eċċellenza;
(b)  l-impatt;
(b)  l-impatt;
(c)  il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni.
(c)  il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni.
2.  Il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biss għandu japplika għall-proposti għall-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-ERC.
2.  Il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biss għandu japplika għall-proposti għall-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-ERC. Fil-każijiet fejn żewġ proġetti eċċellenti jew aktar jiksbu l-istess klassifikazzjoni biss, id-differenzjazzjoni għandha ssir billi jiġu applikati l-kriterji msemmija fil-punt (b) jew fil-punt (c) tal-paragrafu 1.
3.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi aktar dettalji tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għotja stabbiliti fil-paragrafu 1, u jista' jispeċifika l-piżijiet u l-limiti.
3.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi aktar dettalji tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għotja stabbiliti fil-paragrafu 1, inklużi l-piżijiet, il-limiti u r-regoli biex jiġu trattati proposti ex-aequo, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tas-sejħa għal proposti. Il-kundizzjonijiet biex jiġu ttrattati proposti ex-aequo jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-kriterji li ġejjin: SMEs, ġeneru, twessigħ tal-pajjiżi parteċipanti;
3a.   Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà ta' proċedura ta' sottomissjoni f'żewġ stadji u, fejn possibbli, proposti anonimizzati jistgħu jiġu evalwati matul l-ewwel stadju ta' evalwazzjoni abbażi tal-kriterji tal-għoti msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 26
Artikolu 26
Artikolu 26
Evalwazzjoni
Evalwazzjoni
1.  Il-proposti għandhom jiġu evalwati mill-kumitat evalwattiv li jista' jkun:
1.  Il-proposti għandhom jiġu evalwati mill-kumitat evalwattiv li għandu jkun:
–  kompost kompletament jew parzjalment minn esperti indipendenti esterni,
–  kompost minn esperti indipendenti esterni.
–   kompost minn rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jew korpi kif hemm indikat fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju.
Fil-każ tal-EIC u l-missjonijiet, il-kumitat ta' valutazzjoni jista' wkoll jinkludi rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jew korpi kif hemm indikat fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju.
Il-kumitat ta' valutazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.
Il-kumitat ta' valutazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.
2.  Meta jkun meħtieġ, il-kumitat tal-valutazzjoni għandu jikklassifika l-proposti li għaddew mil-limiti applikabbli, skont:
2.  Meta jkun meħtieġ, il-kumitat tal-valutazzjoni għandu jikklassifika l-proposti li għaddew mil-limiti applikabbli, skont:
–  it-tabella tal-valutazzjoni,
–  it-tabella tal-valutazzjoni,
–  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ksib ta' għanijiet tal-politika speċifiċi, inkluża l-kostituzzjoni ta' portafoll konsistenti ta' proġetti.
–  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ksib ta' għanijiet tal-politika speċifiċi, inkluża l-kostituzzjoni ta' portafoll konsistenti ta' proġetti.
Il-kumitat tal-valutazzjoni jista' wkoll jipproponi kwalunkwe aġġustament sostanzjali għall-proposti safejn hu meħtieġ għall-konsistenza tal-portafoll.
Il-kumitat tal-valutazzjoni jista' biss, b'mod eċċezzjonali u f'każijiet ġustifikati kif xieraq jipproponi aġġustament għall-proposti safejn hu meħtieġ għall-konsistenza tal-portafoll.
2a.   Il-proċess ta' evalwazzjoni għandu jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess u preġudizzju għar-reputazzjoni. It-trasparenza tal-kriterji tal-evalwazzjoni u tal-punteġġ tal-proposta għandha tkun garantita.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 27
Artikolu 27
Artikolu 27
Proċedura ta' reviżjoni ta' evalwazzjoni
Proċedura ta' reviżjoni ta' evalwazzjoni, mistoqsijiet u lmenti
1.  Applikant jista' jitlob reviżjoni ta' evalwazzjoni jekk jikkonsidra li l-proċedura ta' evalwazzjoni applikabbli ma ġietx applikata b'mod korrett għall-applikazzjoini tiegħu.
1.  Applikant jista' jitlob reviżjoni ta' evalwazzjoni jekk jikkonsidra li l-proċedura ta' evalwazzjoni applikabbli ma ġietx applikata b'mod korrett għall-applikazzjoni tiegħu.
2.  Reviżjoni ta' evalwazzjoni tapplika biss għall-aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni, mhux għall-evalwazzjoni tal-merti tal-proposta.
2.  Reviżjoni ta' evalwazzjoni tapplika biss għall-aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni, mhux għall-evalwazzjoni tal-merti tal-proposta.
2a.   Talba għal reviżjoni għandha tkun relatata ma' proposta speċifika u għandha tiġi sottomessa fi żmien 30 jum wara l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni. Il-kumitat ta' reviżjoni għandu jkun ippresedut u magħmul minn rappreżentanti li ma kinux involuti fis-sejħa għall-proposti. Il-kumitat irid jiddeċiedi jekk il-proposta tkunx teħtieġ li tiġi evalwata mill-ġdid jew jekk l-evalwazzjoni inizjali tiġix ikkonfermata. Huwa għandu jagħmel dan mingħajr dewmien bla bżonn, mingħajr ma jikkomprometti l-possibbiltajiet ta' għażla.
3.  Reviżjoni ta' evalwazzjoni ma għandhiex iddewwem il-proċess tal-għażla għall-proposti li mhumiex is-suġġett ta' reviżjoni.
3.  Reviżjoni ta' evalwazzjoni ma għandhiex iddewwem il-proċess tal-għażla għall-proposti li mhumiex is-suġġett ta' reviżjoni.
3a.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-eżistenza ta' proċedura għal parteċipanti biex ikunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet u lmenti diretti dwar l-involviment tagħhom f'Orizzont Ewropa. L-informazzjoni dwar kif wieħed għandu jirreġistra l-mistoqsijiet jew l-ilmenti għandha ssir disponibbli online b'mod faċli.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 28
Artikolu 28
Artikolu 28
Żmien għall-għotja
Żmien għall-għotja
1.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 194(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-perjodi li ġejjin għandhom japplikaw:
1.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 194(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-perjodi li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)  biex jiġu infurmati l-applikanti kollha bir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, perjodu massimu ta' ħames xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti;
(a)   biex jiġu infurmati l-applikanti kollha bir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, perjodu massimu ta' ħames xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti;
(b)  biex jiġu ffirmati l-ftehimiet tal-għotja mal-applikanti, perjodu massimu ta' tmien xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti.
(b)   biex jiġu ffirmati l-ftehimiet tal-għotja mal-applikanti, perjodu massimu ta' tmien xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti;
(ba)   għall-għotja speċifika ffirmata skont Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, perjodu massimu ta' sitt xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti.
Iż-żmien għall-għotja ma jridx jaffettwa il-kwalità tal-evalwazzjoni.
2.  Il-programm ta' ħidma għall-EIC jista' jistabbilixxi perjodi iqsar.
2.   Il-programm ta' ħidma għall-EIC jista' jistabbilixxi perjodi iqsar.
3.  Minbarra l-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqabżu fil-każ ta' azzjonijiet tal-ERC, missjonijiet u meta l-azzjonijiet ikunu sottomessi għal valutazzjoni tas-sigurtà jew tal-etika.
3.   Minbarra l-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqabżu fil-każ ta' azzjonijiet tal-ERC, missjonijiet u meta l-azzjonijiet ikunu sottomessi għal valutazzjoni tas-sigurtà jew tal-etika.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 29
Artikolu 29
Artikolu 29
Implimentazzjoni tal-għotja
Implimentazzjoni tal-għotja
1.  Jekk benefiċjarju jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu rigward l-implimentazzjoni teknika tal-azzjoni, il-benefiċjarji l-oħra għandhom jikkonformaw ma' dawk l-obbligi mingħajr finanzjament tal-Unjoni addizzjonali, sakemm ma jkunux espressament meħlusa minn dak l-obbligu. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull benefiċjarju għandha tkun limitata għad-dejn proprju tiegħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet relatati mal-Mekkaniżmu ta' Assikurazzjoni Reċiproka.
1.  Jekk benefiċjarju jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu rigward l-implimentazzjoni teknika tal-azzjoni, il-benefiċjarji l-oħra għandhom jikkonformaw ma' dawk l-obbligi mingħajr finanzjament tal-Unjoni addizzjonali, sakemm ma jkunux espressament meħlusa minn dak l-obbligu. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull benefiċjarju għandha tkun limitata għad-dejn proprju tiegħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet relatati mal-Mekkaniżmu ta' Assikurazzjoni Reċiproka.
2.  Il-ftehim tal-għotja jista' jistabbilixxi stadji importanti u ħlas parzjali ta' prefinanzjament irrelatat. Jekk l-istadji importanti ma jintlaħqux, l-azzjoni tista' tiġi sospiża, emendata jew itterminata.
2.  Il-ftehim tal-għotja jista' jistabbilixxi stadji importanti u ħlas parzjali ta' prefinanzjament irrelatat. Jekk l-istadji importanti ma jintlaħqux, l-azzjoni tista' tiġi sospiża, emendata, fil-każ li ma tinstab l-ebda azzjoni korrettiva, jew itterminata, fuq evalwazzjoni minn esperti indipendenti.
3.  L-azzjoni tista' tiġi terminata wkoll meta r-riżultati mistennija jkunu tilfu r-rilevanza tagħhom għall-Unjoni minħabba raġunijiet xjentifiċi, teknoloġiċi jew ekonomiċi, inkluż fil-każ tal-EIC u l-missjonijiet, ir-rilevanza tagħhom bħala parti minn portafoll ta' azzjonijiet.
3.  L-azzjoni tista' tiġi terminata wkoll meta r-riżultati u/jew l-istadji importanti mistennija jkunu tilfu r-rilevanza tagħhom kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-benefiċjarji minħabba raġunijiet xjentifiċi, teknoloġiċi jew ekonomiċi, inkluż fil-każ tal-EIC u l-missjonijiet, ir-rilevanza tagħhom bħala parti minn portafoll ta' azzjonijiet. Il-Kummissjoni trid tgħaddi minn proċedura mal-koordinatur tal-azzjoni u jekk xieraq mal-esperti esterni qabel ma tiddeċiedi li twaqqaf azzjoni.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 30
Artikolu 30
Artikolu 30
Ir-rati ta' finanzjament
Ir-rati ta' finanzjament
1.  Rata unika ta' finanzjament għal kull azzjoni għandha tapplika għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għandha tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.
1.  Rata unika ta' finanzjament għal kull azzjoni għandha tapplika għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għal kull azzjoni għandha tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.
2.  Il-programm jista' jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-azzjoni, ħlief għal:
2.  Il-programm jista' jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-azzjoni, ħlief għal:
(a)  azzjonijiet ta' innovazzjoni: sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta' qligħ, ħlief meta l-Programm jista' jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli totali;
(a)  azzjonijiet ta' innovazzjoni: sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta' qligħ, ħlief meta l-Programm jista' jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli totali;
(b)  azzjonijiet ta' kofinanzjamant ta' programm: mill-inqas 30 % tal-ispejjeż totali eliġibbli, u f'każijiet identifikati u ġġustifikati kif meħtieġ sa 70 %.
(b)  azzjonijiet ta' kofinanzjamant ta' programm: mill-inqas 30 % tal-ispejjeż totali eliġibbli, u f'każijiet identifikati u ġġustifikati kif meħtieġ sa 70 %.
3.  Ir-rati ta' finanzjament determinati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat b'rata fissa, fuq skala ta' kostijiet unitarji jew bħala somma f'daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.
3.  Ir-rati ta' finanzjament determinati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat b'rata fissa, fuq skala ta' kostijiet unitarji jew bħala somma f'daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 31
Artikolu 31
Artikolu 31
Kostijiet indiretti
Kostijiet indiretti
1.  Kostijiet eliġibbli indiretti għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni ta' rata fissa ta' 25 % tal-kostijiet eliġibbli diretti totali, esklużi l-kostijiet eliġibbli diretti għal subkuntratti, appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi u kwalunkwe kost ta' unità jew somma ta' darba li jinkludu kostijiet indiretti.
1.  Kostijiet eliġibbli indiretti għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni ta' rata fissa ta' 25 % tal-kostijiet eliġibbli diretti totali, esklużi l-kostijiet eliġibbli diretti għal subkuntratti, appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi u kwalunkwe kost ta' unità jew somma ta' darba li jinkludu kostijiet indiretti.
Fejn jixraq, spejjeż indiretti inklużi fl-ispejjeż unitarji jew somom f'daqqa għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża r-rata fissa stabbilita fil-paragrafu 1, ħlief għal spejjeż unitarji fil-każ ta' merkanzija u servizzi fatturati internament li għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-ispejjeż attwali, skont il-prattiki tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tas-soltu tal-benefiċjarji.
Fejn jixraq, spejjeż indiretti inklużi fl-ispejjeż unitarji jew somom f'daqqa għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża r-rata fissa stabbilita fil-paragrafu 1, ħlief għal spejjeż unitarji fil-każ ta' merkanzija u servizzi fatturati internament li għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-ispejjeż attwali, bi previżjoni għall-koeffiċjenti ta' allokazzjoni, skont il-prattiki tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tas-soltu tal-benefiċjarji.
2.  Madankollu, jekk previst fil-programm ta' ħidma l-kostijiet indiretti jistgħu jiġu dikjarati bħala somma ta' darba jew kostijiet ta' unità.
2.  Madankollu, jekk previst fil-programm ta' ħidma l-kostijiet indiretti jistgħu jiġu dikjarati bħala somma ta' darba jew kostijiet ta' unità.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 32
Artikolu 32
Artikolu 32
Kostijiet eliġibbli
Kostijiet eliġibbli
1.  B'żieda mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, għal benefiċjarji b'remunerazzjoni bbażata fuq il-proġett, il-kostijiet tal-persunal huma eliġibbli sar-remunerazzjoni li persuna titħallas għal xogħol fi proġetti simili ffinanzjati minn skemi nazzjonali.
1.  B'żieda mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, għall-benefiċjarji b'remunerazzjoni bbażata fuq il-proġett, il-kostijiet tal-persunal huma eliġibbli sar-remunerazzjoni li persuna titħallas għal xogħol fi proġetti simili ffinanzjati minn skemi nazzjonali. Limitat għat-tul ta' żmien ta' dan il-Programm, fl-Istati Membri eliġibbli għat-twessigħ tal-azzjonijiet, il-kostijiet fis-siegħa tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal livell li jirrappreżenta 1.25 darbiet il-livell nazzjonali għal remunerazzjoni fis-siegħa applikata għal proġetti RŻI ffinanzjati taħt skemi nazzjonali.
Mezzi ta' rimunerazzjoni bbażati fuq il-proġetti ta' rimunerazzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni ta' persuna fi proġetti jkunu parti mill-prattiċi normali ta' remunerazzjoni tal-benefiċjarju u jitħallsu b'mod konsistenti.
Mezzi ta' rimunerazzjoni bbażati fuq il-proġetti ta' rimunerazzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni ta' persuna fi proġetti jkunu parti mill-prattiċi normali ta' remunerazzjoni tal-benefiċjarju u jitħallsu b'mod konsistenti.
2.  B'deroga mill-Artikolu 190(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet tar-riżorsi li jitħallsu minn partijiet terzi permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura għandhom ikunu eliġibbli, sal-kostijiet eliġibbli diretti tal-parti terza.
2.  B'deroga mill-Artikolu 190(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet tar-riżorsi li jitħallsu minn partijiet terzi permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura għandhom ikunu eliġibbli, sal-kostijiet eliġibbli diretti tal-parti terza.
3.  B'deroga mill-Artikolu 192 tar-Regolament Finanzjarju, id-dħul iġġenerat mill-użu tar-riżultati ma għandux jitqies bħala dħul tal-azzjoni.
3.  B'deroga mill-Artikolu 192 tar-Regolament Finanzjarju, id-dħul iġġenerat mill-użu tar-riżultati ma għandux jitqies bħala dħul tal-azzjoni.
3a.   Il-benefiċjarji jistgħu jużaw il-prattiki tal-kontabbiltà tas-soltu tagħhom biex jidentifikaw u jiddikjaraw il-kostijiet imġarrba b'rabta ma' azzjoni. Il-Kummissjoni tista' tispeċifika numru limitat ta' kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-għotja. Il-Kummissjoni ma tirrifjutax il-prattiki kontabbilistiċi jekk l-eżiti tagħhom ma jvarjawx minn tagħha stess u jekk huma joffru l-istess livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
4.  B'deroga mill-Artikolu 203(4) tar-Regolament Finanzjarju, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji għandu jkun obbligatorju mal-pagament tal-bilanċ, jekk l-ammonti mitluba bħala spejjeż reali u l-ispejjeż unitarji kkalkulati skont il-prattiki tal-kontabbiltà tas-soltu jkunu ugwali jew aktar minn EUR 325,000.
4.  B'deroga mill-Artikolu 203(4) tar-Regolament Finanzjarju, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji għandu jkun obbligatorju mal-pagament tal-bilanċ, jekk l-ammonti mitluba bħala spejjeż reali u l-ispejjeż unitarji kkalkulati skont il-prattiki tal-kontabbiltà tas-soltu jkunu ugwali jew aktar minn EUR 325,000.
Iċ-ċertifikati dwar ir-rendikonti finanzjarji jistgħu jinħarġu minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jkunu tawh is-setgħa li jwettaq awditjar fuq il-benefiċjarju jew minn awditur indipendenti kwalifikat biex iwettaq awditi statutorji ta' dokumenti tal-kontabbiltà skont id-Direttiva 2006/43/KE.
4a.   B'deroga mill-Artikolu 186(1) tar-Regolament Finanzjarju, għall-azzjonijiet ta' taħriġ u mobbiltà tal-MSCA, esklussivament f'każ ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri matul il-ħajja tal-għotja, l-ammont massimu tal-għotja għandu jiżdied bil-benefiċċji dovuti lir-riċerkatur f'dan ir-rigward.
4b.   Il-kostijiet iġġenerati mill-ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka skont il-prinċipji ta' "Traċċabbiltà", "Aċċessibbiltà", "Interoperabbiltà" u "Riutilizzabbiltà" (FAIR), għandhom ikunu eliġibbli.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 33
Artikolu 33
Artikolu 33
Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka
Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka
1.  Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka (il-"Mekkaniżmu") huwa b'dan stabbilit u għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2013. Il-Mekaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti mill-benefiċjarji:
1.  Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka (il-"Mekkaniżmu") huwa b'dan stabbilit u għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2013. Il-Mekaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti mill-benefiċjarji:
(a)  lill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE,
(a)  lill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE,
(b)  lill-Kummissjoni u korpi tal-Unjoni taħt "Orizzont 2020",
(b)  lill-Kummissjoni u korpi tal-Unjoni taħt "Orizzont 2020",
(c)  lill-Kummissjoni u korpi ta' finanzjament taħt il-Programm.
(c)  lill-Kummissjoni u korpi ta' finanzjament taħt il-Programm.
Il-kopertura tar-riskju rigward il-korpi ta' finanzjament imsemmija fil-punt c) tal-ewwel subparagrafu tista' tiġi implimentata permezz ta' sistema ta' kopertura indiretta stabbilita fil-ftehim applikabbli filwaqt li titqies in-natura tal-korp ta' finanzjament.
Il-kopertura tar-riskju rigward il-korpi ta' finanzjament imsemmija fil-punt c) tal-ewwel subparagrafu tista' tiġi implimentata permezz ta' sistema ta' kopertura indiretta stabbilita fil-ftehim applikabbli filwaqt li titqies in-natura tal-korp ta' finanzjament.
2.  Il-Mekkaniżmu għandu jiġi ġestit mill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli speċifiċi għat-tħaddim tal-Fond.
2.  Il-Mekkaniżmu għandu jiġi ġestit mill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli speċifiċi għat-tħaddim tal-Fond.
3.  Il-benefiċjarji għandhom jagħmlu kontribuzzjoni ta' 5 % tal-finanzjament tal-Unjoni għall-azzjoni. Abbażi ta' evalwazzjonijiet perjodiċi, din il-kontribuzzjoni tista' tittella' mill-Kummissjoni sa 8 % jew tista' titnaqqas inqas minn 5 %. Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji għall-Mekkaniżmu tista' tiġi kkumpensata mill-prefinanzjament inizjali u titħallas lill-Fond f'isem il-benefiċjarji.
3.  Il-benefiċjarji għandhom jagħmlu kontribuzzjoni ta' 5 % tal-finanzjament tal-Unjoni għall-azzjoni. Abbażi ta' evalwazzjonijiet trasparenti li jitwettqu kull sena, din il-kontribuzzjoni tista' tittella' mill-Kummissjoni sa 8 % jew tista' titnaqqas inqas minn 5 %. Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji għall-Mekkaniżmu tista' tiġi kkumpensata mill-prefinanzjament inizjali u titħallas lill-Fond f'isem il-benefiċjarji.
4.  Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji għandhom jintbagħtu lura mal-pagament tal-bilanċ.
4.  Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji għandhom jintbagħtu lura mal-pagament tal-bilanċ.
5.  Kwalunkwe ritorn finanzjarju ġġenerat mill-Mekkaniżmu għandu jiżdied mal-Mekkaniżmu. Jekk ir-ritorn huwa insuffiċjenti, il-Mekkaniżmu ma għandux jintervjeni u l-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jirkupra direttament mill-benefiċjarji jew partijiet terzi kwalunkwe ammont dovut.
5.  Kwalunkwe ritorn finanzjarju ġġenerat mill-Mekkaniżmu għandu jiżdied mal-Mekkaniżmu. Jekk ir-ritorn huwa insuffiċjenti, il-Mekkaniżmu ma għandux jintervjeni u l-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jirkupra direttament mill-benefiċjarji jew partijiet terzi kwalunkwe ammont dovut.
6.  L-ammonti rkuprati mill-Fond għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat lill-Mekkaniżmu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament Finanzjarju. Ladarba l-għotjiet kollha li r-riskju tagħhom huwa kopert direttament jew indirettament mill-Mekkaniżmu jkunu ġew kompletati, kwalunkwe somma li jkun għad fadal għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni u mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni, soġġett għad-deċiżjonijiet tal-awtorità leġislattiva.
6.  L-ammonti rkuprati mill-Fond għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat lill-Mekkaniżmu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament Finanzjarju. Ladarba l-għotjiet kollha li r-riskju tagħhom huwa kopert direttament jew indirettament mill-Mekkaniżmu jkunu ġew kompletati, kwalunkwe somma li jkun għad fadal għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni u mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni.
7.  Il-Mekkaniżmu jista' jinfetaħ għall-benefiċjarji ta' kwalunkwe programm ieħor direttament ġestjonat mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta modalitajiet għall-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji ta' programmi oħrajn.
7.  Il-Mekkaniżmu jista' jiġi estiż għall-benefiċjarji ta' kwalunkwe programm ieħor direttament ġestjonat mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta modalitajiet għall-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji ta' programmi oħrajn.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 34
Artikolu 34
Artikolu 34
Sjieda u protezzjoni
Sjieda u protezzjoni
1.  Il-benefiċjarji għandu jkollhom is-sjieda tar-riżultati li jiġġeneraw. Huma għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt tal-impjegati tagħhom jew ta' kwalunkwe parti oħra fir-rigward tar-riżultati jista' jiġi eżerċitat b'mod kompatibbli mal-obbligi tal-benefiċjarji f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.
1.  Il-benefiċjarji għandu jkollhom is-sjieda tar-riżultati li jiġġeneraw. Huma għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt tal-impjegati tagħhom jew ta' kwalunkwe parti oħra fir-rigward tar-riżultati jista' jiġi eżerċitat b'mod kompatibbli mal-obbligi tal-benefiċjarji f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.
Żewġ benefiċjarji jew aktar għandu jkollhom is-sjieda konġunta tar-riżultati jekk:
Żewġ benefiċjarji jew aktar għandu jkollhom is-sjieda konġunta tar-riżultati jekk:
(a)  huma ġġenerawhom b'mod konġunt; kif ukoll
(a)  huma ġġenerawhom b'mod konġunt; kif ukoll
(b)  mhuwiex possibbli li:
(b)  mhuwiex possibbli li:
(i)  tkun stabbilita l-kontribuzzjoni rispettiva ta' kull benefiċjarju,
(i)  tkun stabbilita l-kontribuzzjoni rispettiva ta' kull benefiċjarju,
or
or
(ii)  tisseparahom meta tapplika għal, tikseb jew iżżomm il-protezzjoni tagħhom.
(ii)  tisseparahom meta tapplika għal, tikseb jew iżżomm il-protezzjoni tagħhom.
Is-sidien konġunti għandhom jaqblu bil-miktub dwar l-allokkazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju tas-sjieda konġunta tagħhom. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, kull sid konġunt jista' jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi sabiex jużaw ir-riżultati ipposseduti b'mod konġunt (mingħajr ebda dritt ta' subliċenzjar), jekk is-sidien konġunti l-oħra jingħataw avviż minn qabel u kumpens ġust u raġonevoli. Is-sidien konġunti jistgħu jaqblu bil-miktub li japplikaw sistema oħra minflok sjieda konġunta.
Is-sidien konġunti għandhom jaqblu bil-miktub dwar l-allokkazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju tas-sjieda konġunta tagħhom. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor fil-Ftehim tal-Konsorzju u/jew fil-ftehim ta' sjieda konġunta, kull sid konġunt jista' jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi sabiex jużaw ir-riżultati ipposseduti b'mod konġunt (mingħajr ebda dritt ta' subliċenzjar), jekk is-sidien konġunti l-oħra jingħataw avviż minn qabel u kumpens ġust u raġonevoli. Is-sidien konġunti jistgħu jaqblu bil-miktub li japplikaw sistema oħra minflok sjieda konġunta.
2.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jipproteġu b'mod adegwat ir-riżultati tagħhom jekk protezzjoni hija possibbli u ġġustifikata, waqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet kollha relevanti, inklużi l-prospetti għal użu kummerċjali. Meta jiddeċiedu fuq il-protezzjoni, il-benefiċjarji għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji l-oħra fl-azzjoni.
2.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jipproteġu b'mod adegwat ir-riżultati tagħhom jekk protezzjoni hija possibbli u ġġustifikata, waqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet kollha relevanti, inklużi l-prospetti għal użu kummerċjali u interessi leġittimi oħra bħar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-regoli ta' sigurtà, flimkien mal-kompetittività ekonomika globali tal-Unjoni. Meta jiddeċiedu fuq il-protezzjoni, il-benefiċjarji għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji l-oħra fl-azzjoni.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 35
Artikolu 35
Artikolu 35
Użu u disseminazzjoni
Użu u disseminazzjoni
1.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jużaw ir-riżultati tagħhom, b'mod partikulari fl-Unjoni. L-isfruttament jista' jsir direttament mill-benefiċjarji jew indirettament, b'mod partikolari permezz tat-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati skont l-Artikolu 36.
1.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jisfruttaw ir-riżultati tagħhom, speċjalment fl-Unjoni. L-isfruttament jista' jsir direttament mill-benefiċjarji jew indirettament, b'mod partikolari permezz tat-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati skont l-Artikolu 36.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi ta' sfruttament addizzjonali.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi ta' sfruttament addizzjonali.
Jekk minkejja l-akbar sforzi tal-benefiċjarju sabiex jisfrutta r-riżultati tiegħu direttament jew indirettament ebda sfruttament ma jseħħ fi żmien perjodu partikolari kif identifikati fil-ftehim ta' l-għotja, il-benefiċjarju għandu juża pjattaforma elettronika xierqa kif identifikat fil-ftehim tal-għotja biex isib partijiet ikkonċernati ħalli jisfruttaw dawk ir-riżultati. Jekk ikun iġġustifikat abbażi ta' talba tal-benefiċjarju, dan l-obbligu jista' jiġi rinunzjat.
Jekk minkejja l-akbar sforzi tal-benefiċjarju sabiex jisfrutta r-riżultati tiegħu direttament jew indirettament ebda sfruttament ma jseħħ fi żmien perjodu partikolari kif identifikati fil-ftehim ta' l-għotja u, kif spjegat fil-Pjan tad-Disseminazzjoni u tal-Isfruttament tiegħu, l-attivitajiet ta' sfruttar jistgħu jiġu trasferiti lil parti oħra wara ftehim mal-benefiċjarji. Jekk ikun iġġustifikat abbażi ta' talba tal-benefiċjarju, dan l-obbligu jista' jiġi rinunzjat.
2.  Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, regoli tas-sigurtà jew interessi leġittimi, il-benefiċjarji għandhom jiddisseminaw ir-riżultati tagħhom malajr kemm jista' jkun.
2.  Il-benefiċjarji għandhom jiddisseminaw ir-riżultati tagħhom malajr kemm jista' jkun, f'format miftuħ, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni minħabba l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, ir-regoli tas-sigurtà jew l-interessi leġittimi.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi ta' tixrid addizzjonali.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi ta' tixrid addizzjonali filwaqt li jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u xjentifiċi tal-Unjoni.
3.  Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi japplika skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja. B'mod partikulari, il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li huma jew l-awturi jżommu biżżejjed drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħhom ta' aċċess miftuħ.
3.  Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi japplika skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja. B'mod partikolari, il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li huma jew l-awturi jżommu biżżejjed drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċess miftuħ FAIR.
Aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka għandha tkun ir-regola ġenerali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja, imma eċċezzjonijiet għandhom japplikaw jekk ikunu ġġustifikati, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji u kwalunkwe restrizzjoni, bħar-regoli tal-protezzjoni, tad-data, regoli tas-sigurtà jew regoli tal-proprjetà intellettwali.
Fir-rigward tat-tixrid tad-data tar-riċerka, il-ftehim tal-għoti, fil-kuntest tal-aċċess miftuħ FAIR għad-data tar-riċerka u l-preservazzjoni ta' tali data, għandu jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata aċċess ġust għar-riżultati, filwaqt li jiġu żgurati opt-outs skont il-prinċipju "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm meħtieġ". Eċċezzjonijiet għandhom japplikaw jekk ikunu ġġustifikati, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji u kwalunkwe restrizzjoni oħra, bħar-regoli tal-protezzjoni tad-data, privatezza, kunfidenzjalità, regoli tas-sigurtà, sigrieti kummerċjali, interessi kummerċjali leġittimi jew regoli tal-proprjetà intellettwali jew kompetittività esterna tal-Unjoni.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi addizzjonali għall-adeżjoni mal-prattiki tax-xjenza miftuħa.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi inċentivi addizzjonali għall-adeżjoni mal-prattiki tax-xjenza miftuħa.
4.  Il-benefiċjarji għandhom jamministraw id-data tar-riċerka kollha skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja u għandhom jistabbilixxu Pjan ta' Ġestjoni tad-Data.
4.  Il-benefiċjarji għandhom jamministraw id-data tar-riċerka kollha ġġenerata f'azzjoni ta' Orizzont Ewropa skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja u għandhom jistabbilixxu Pjan ta' Ġestjoni tad-Data.
Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi addizzjonali li jintuża l-Cloud Ewropw tax-Xjenza Miftuħa għall-ħżin u l-għoti tal-aċċess għad-data tar-riċerka.
Il-programm ta' ħidma jista' jħeġġeġ ulterjorment l-użu tal-Cloud Ewropw tax-Xjenza Miftuħa għall-ħżin u l-għoti tal-aċċess għad-data tar-riċerka.
5.  Il-benefiċjarji li għandhom l-intenzjoni li jiddisseminaw ir-riżultati tagħhom għandhom jagħtu avviż minn qabel lill-benefiċjarji l-oħra fl-azzjoni. Kwalunkwe benefiċjarju ieħor jista' joġġezzjona jekk jista juri li d-disseminazzjoni intenzjonata se tkun ta' dannu sinifikanti għall-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu. F'tali każijiet, id-disseminazzjoni ma tistax isseħħ sakemm jittieħdu passi adatti biex ikunu salvagwardjati dawk l-interessi leġittimi.
5.  Il-benefiċjarji li għandhom l-intenzjoni li jiddisseminaw ir-riżultati tagħhom għandhom jagħtu avviż minn qabel lill-benefiċjarji l-oħra fl-azzjoni. Kwalunkwe benefiċjarju ieħor jista' joġġezzjona jekk jista juri li d-disseminazzjoni intenzjonata se tkun ta' dannu sinifikanti għall-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu. F'tali każijiet, id-disseminazzjoni ma tistax isseħħ sakemm jittieħdu passi adatti biex ikunu salvagwardjati dawk l-interessi leġittimi.
6.  Sakemm il-programm ta' ħidma ma jipprevedix mod ieħor, il-proposti għandhom jinkludu pjan għall-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati. Jekk l-isfruttament mistenni jinvolvi l-iżvilupp, il-ħolqien, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew il-ħolqien u l-għoti ta' servizz, il-pjan għandu jinkludi strateġija għal sfruttament bħal dan. Jekk il-pjan jipprevedi sfruttament primarjament f'pajjiżi terzi mhux assoċjati, l-entitajiet ġuridiċi għandhom jispjegaw kif dan l-isfruttament għadu fl-interess tal-Unjoni.
6.  Sakemm il-programm ta' ħidma ma jipprevedix mod ieħor, il-proposti għandhom jinkludu pjan għall-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati. Jekk l-isfruttament mistenni jinvolvi l-iżvilupp, il-ħolqien, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew il-ħolqien u l-għoti ta' servizz, il-pjan għandu jinkludi strateġija għal sfruttament bħal dan. Jekk il-pjan jipprevedi sfruttament primarjament f'pajjiżi terzi mhux assoċjati, l-entitajiet ġuridiċi għandhom jiġġustifikaw kif dan l-isfruttament għadu fl-interess tal-Unjoni.
Il-benefiċjarji għandhom ikomplu jiżviluppaw il-pjan matul u wara t-tmiem tal-azzjoni.
Il-benefiċjarji jistgħu ikomplu jiżviluppaw il-pjan matul l-azzjoni, inkluż permezz tal-involviment pubbliku u l-edukazzjoni xjentifika.
7.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament, il-benefiċjarji għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tagħhom. Soġġett għall-interessi leġittimi tal-benefiċjarji, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
7.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament, il-benefiċjarji għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni neċessarja dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tagħhom, f'konformità mal-ftehim ta' għoti Soġġett għall-interessi leġittimi tal-benefiċjarji, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 36
Artikolu 36
Artikolu 36
Trasferiment u liċenzjar
Trasferiment u liċenzjar
1.  Il-benefiċjarji jistgħu jittrasferixxi s-sjieda tar-riżultati tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li l-obbligi tagħhom japplikaw ukoll għas-sid il-ġdid u li dan tal-aħħar għandu l-obbligu li jgħaddihom fi kwalunkwe trasferiment sussegwenti.
1.  Il-benefiċjarji jistgħu jittrasferixxi s-sjieda tar-riżultati tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li l-obbligi tagħhom japplikaw ukoll għas-sid il-ġdid u li dan tal-aħħar għandu l-obbligu li jgħaddihom fi kwalunkwe trasferiment sussegwenti.
2.  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub dwar partijiet terzi identifikati speċifikament jew sakemm ikun impossibbli skont il-liġi applikabbli, il-benefiċjarji li għandhom l-intenzjoni li jittrasferixxiu s-sjieda tar-riżultati għandhom jagħtu avviż minn qabel lill-benefiċjarji l-oħra li għad għandhom drittijiet ta' aċċess għar-riżultati. In-notifika trid tinkludi informazzjoni suffiċjenti dwar is-sid il-ġdid biex benefiċjarju jkun jista' jivvaluta l-effetti fuq id-drittijiet ta' aċċess tiegħu.
2.  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub dwar partijiet terzi identifikati speċifikament u dwar l-Entitajiet Affiljati tiegħu jew sakemm ikun impossibbli skont il-liġi applikabbli, il-benefiċjarji li għandhom l-intenzjoni li jittrasferixxiu s-sjieda tar-riżultati għandhom jagħtu avviż minn qabel lill-benefiċjarji l-oħra li għad għandhom drittijiet ta' aċċess għar-riżultati. In-notifika trid tinkludi informazzjoni suffiċjenti dwar is-sid il-ġdid biex benefiċjarju jkun jista' jivvaluta l-effetti fuq id-drittijiet ta' aċċess tiegħu.
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub dwar partijiet terzi identifikati speċifikament, benefiċjarju jista' joġġezzjona għat-trasferiment jekk ikun jista' juri li t-trasferiment se jaffettwalu ħażin id-drittijiet ta' aċċess tiegħu. F'dan il-każ, it-trasferiment ma jistax iseħħ sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim bejn il-benefiċjarji kkonċernati.
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub dwar partijiet terzi identifikati speċifikament u dwar l-Entitajiet Affiljati tiegħu, benefiċjarju jista' joġġezzjona għat-trasferiment jekk ikun jista' juri li t-trasferiment se jaffettwalu ħażin id-drittijiet ta' aċċess tiegħu. F'dan il-każ, it-trasferiment ma jistax iseħħ sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim bejn il-benefiċjarji kkonċernati. Il-ftehim tal-għotja għandu jistabbilixxi skadenzi f'dan ir-rigward.
3.  Il-benefiċjarji jistgħu jagħtu liċenzji għar-riżultati tiegħu jew b'mod ieħor jagħtu d-dritt li jisfruttawhom, jekk dan ma jkunx jaffettwa l-konformità mal-obbligi tagħhom.
3.  Il-benefiċjarji jistgħu jagħtu liċenzji għar-riżultati tiegħu jew b'mod ieħor jagħtu d-dritt li jisfruttawhom, jekk dan ma jkunx jaffettwa l-konformità mal-obbligi tagħhom.
4.  Meta dan ikun ġustifikat, il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi d-dritt tal-oġġezzjonar għal trasferimenti ta' pussess tar-riżultati, jew għall-għotjiet ta' liċenzja esklussiva fir-rigward tar-riżultati, jekk:
4.  Meta dan ikun ġustifikat, il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi d-dritt għall-Kummissjoni li toġġezzjona għal trasferimenti ta' pussess tar-riżultati, jew għall-għotjiet ta' liċenzja esklussiva fir-rigward tar-riżultati, jekk:
(a)  il-benefiċjarji li jiġġeneraw ir-riżultati jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni;
(a)  il-benefiċjarji li jiġġeneraw ir-riżultati jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni;
(b)  it-trasferiment jew l-liċenzja lil entità ġuridika stabbilita f'pajjiż terz; kif ukoll
(b)  it-trasferiment jew l-liċenzja lil entità ġuridika stabbilita f'pajjiż terz; kif ukoll
(c)  it-trasferiment jew il-liċenzja mhumiex konformi mal-interessi tal-Unjoni.
(c)  it-trasferiment jew il-liċenzja mhumiex konformi mal-interessi tal-Unjoni.
Għandhom jiġu promossi ftehimiet dwar it-trasferiment ta' teknoloġija.
Jekk id-dritt ta' oġġezzjoni japplika, il-benefiċjarju għandu jagħtu avviż minn qabel. Id-dritt ta' oġġezzjoni jista' jiġi rrinunzjat bil-miktub rigward trasferimenti jew għotjiet lil entitajiet legali identifikati speċifikament jekk hemm fis-seħħ miżuri li jissalvagwardjaw l-interessi tal-Unjoni.
Jekk id-dritt ta' oġġezzjoni japplika, il-benefiċjarju għandu jagħtu avviż minn qabel. Id-dritt ta' oġġezzjoni jista' jiġi rrinunzjat bil-miktub rigward trasferimenti jew għotjiet lil entitajiet legali identifikati speċifikament jekk hemm fis-seħħ miżuri li jissalvagwardjaw l-interessi tal-Unjoni.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 37
Artikolu 37
Artikolu 37
Drittijiet ta' aċċess
Drittijiet ta' aċċess
1.  Il-prinċipji dwar id-drittijiet ta' aċċess li ġejjin għandhom japplikaw:
1.  Il-prinċipji dwar id-drittijiet ta' aċċess li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)  talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta' aċċess jew kull rinunzja ta' drittijiet ta' aċċess għandha ssir bil-miktub;
(a)  talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta' aċċess jew kull rinunzja ta' drittijiet ta' aċċess għandha ssir bil-miktub;
(b)  sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor ma' min jagħti l-konċessjoni, id-drittijiet tal-aċċess ma jinkludux id-dritt għal sottoliċenzja;
(b)  sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor ma' min jagħti l-konċessjoni, id-drittijiet tal-aċċess ma jinkludux id-dritt għal sottoliċenzja;
(c)  il-benefiċjarji għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim tal-għotja rigward kwalunkwe restrizzjoni għall-għoti ta' aċċess għat-tagħrif eżistenti tagħhom;
(c)  il-benefiċjarji għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim tal-għotja rigward kwalunkwe restrizzjoni għall-għoti ta' aċċess għat-tagħrif eżistenti tagħhom;
(d)  jekk benefiċjarju m'għadux aktar involut fl-azzjoni, dan ma għandux jaffettwa l-obbligu tiegħu li jagħti aċċess;
(d)  jekk benefiċjarju m'għadux aktar involut fl-azzjoni, dan ma għandux jaffettwa l-obbligu tiegħu li jagħti aċċess;
(e)  jekk benefiċjarju jonqos mill-obbligi tiegħu, il-benefiċjarji jistgħu jaqblu li hu m'għandux aktar id-drittijiet ta' aċċess.
(e)  jekk benefiċjarju jonqos mill-obbligi tiegħu, il-benefiċjarji jistgħu jaqblu li hu m'għandux aktar id-drittijiet ta' aċċess.
2.  Il-benefiċjarji għandhom jagħtu aċċess għal:
2.  Il-benefiċjarji għandhom jagħtu aċċess għal:
(a)  ir-riżultati tagħhom mingħajr ħlas ta' drittjiet lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnhom biex jimplimenta l-kompiti tiegħu stess;
(a)  ir-riżultati tagħhom mingħajr ħlas ta' drittjiet lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnhom biex jimplimenta l-kompiti tiegħu stess;
(b)  l-isfond tagħhom lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnu biex jimplimenta l-kompiti tiegħu, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c); it-tali aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-benefiċjarji qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim dwar l-għotja;
(b)  l-isfond tagħhom lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnu biex jimplimenta l-kompiti tiegħu, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c); it-tali aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-benefiċjarji qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim dwar l-għotja;
(c)  ir-riżultati tagħhom u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c), l-isfond tagħhom lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnu biex jisfrutta r-riżultati tiegħu stess; dak l-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma.
(c)  ir-riżultati tagħhom u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c), l-isfond tagħhom lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnu biex jisfrutta r-riżultati tiegħu stess; dak l-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma.
(3)  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-benefiċjarji, huma għandhom ukoll jagħtu aċċess għar-riżultati tagħhom u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c), l-isfond tagħhom lil entità ġuridika li:
3.  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-benefiċjarji, huma għandhom ukoll jagħtu aċċess għar-riżultati tagħhom u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c), l-isfond tagħhom lil entità ġuridika li:
(a)  hija stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat;
(a)  hija stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat;
(b)  hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' benefiċjarju ieħor, jew hija taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħal dak il-benefiċjarju, jew hija qiegħda tikkontrolla direttament jew indirettament lil dak il-benefiċjarju; kif ukoll
(b)  hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' benefiċjarju ieħor, jew hija taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħal dak il-benefiċjarju, jew hija qiegħda tikkontrolla direttament jew indirettament lil dak il-benefiċjarju; kif ukoll
(c)  teħtieġ l-aċċess biex tuża r-riżultati ta' dak il-benefiċjarju.
(c)  teħtieġ l-aċċess biex tuża r-riżultati ta' dak il-benefiċjarju.
L-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma.
L-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma.
4.  Talba għal aċċess għal skop ta' użu tista' ssir sa sena wara t-tmiem tal-azzjoni, sakemm il-benefiċjarji ma jaqblux dwar limitu ta' żmien differenti.
4.  Talba għal aċċess għal skop ta' użu tista' ssir sa sena wara t-tmiem tal-azzjoni, sakemm il-benefiċjarji ma jaqblux dwar limitu ta' żmien differenti.
5.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jagħtu l-aċċess għar-riżultati tagħhom mingħajr ħlas ta' drittjiet lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-politiki jew il-programmi tal-Unjoni. L-aċċess għandu jkun limitat għall-użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv.
5.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jagħtu l-aċċess għar-riżultati tagħhom mingħajr ħlas ta' drittjiet lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-politiki jew il-programmi tal-Unjoni. L-aċċess għandu jkun limitat għall-użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji.
Drittijiet ta' aċċess bħal dawn m'għandhomx jestendu għat-tagħrif eżistenti tal-parteċipanti.
F'azzjonijiet taħt "Soċjetà inklużivi u sikura", il-qasam ta' intervent "Protezzjoni u Sigurtà", il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom ukoll jagħtu aċċess għar-riżultati tagħhom fuq bażi ta' mingħajr royalties lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki jew il-programmi tagħhom f'dak il-qasam. L-aċċess għandu jkun limitat għal użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv u għandu jingħata fuq ftehim bilaterali li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jiġi żgurat li dawk id-drittijiet jintużaw biss għall-fini intenzjonat u li obbligi ta' kunfidenzjalità adatti jkunu fis-seħħ. L-Istat Membru, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni li tagħmel it-talba għandha tinnotifika lill-Istati Membri kollha dwar talbiet bħal dawn.
F'azzjonijiet taħt "Soċjetà sikura", il-qasam ta' intervent "Protezzjoni u Sigurtà", il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom ukoll jagħtu aċċess għar-riżultati tagħhom fuq bażi ta' mingħajr royalties lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki jew il-programmi tagħhom f'dak il-qasam. L-aċċess għandu jkun limitat għal użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv u għandu jingħata fuq ftehim bilaterali li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jiġi żgurat li dawk id-drittijiet jintużaw biss għall-fini intenzjonat u li obbligi ta' kunfidenzjalità adatti jkunu fis-seħħ. L-Istat Membru, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni li tagħmel it-talba għandha tinnotifika lill-Istati Membri kollha dwar talbiet bħal dawn.
6.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi drittijiet ta' aċċess addizzjonali.
6.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi, fejn xieraq, drittijiet ta' aċċess addizzjonali.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 38
Artikolu 38
Artikolu 38
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu u d-disseminazzjoni
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu u d-disseminazzjoni
Regoli speċifiċi dwar is-sjieda, l-isfruttar u t-tixrid, it-trasferiment u l-liċenzjar kif ukoll id-drittijiet tal-aċċess jistgħu japplikaw għall-azzjonijiet tal-ERC, l-azzjonijiet ta' taħriġ u ta' mobilità, l-azzjonijiet ta' akkwist prekummerċjali, l-azzjonijiet ta' akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-azzjonijiet kofinanzjati tal-programm u l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ.
Regoli speċifiċi dwar l-isfruttar u t-tixrid, it-trasferiment u l-liċenzjar kif ukoll id-drittijiet tal-aċċess jistgħu japplikaw għall-azzjonijiet tal-ERC, l-azzjonijiet tal-EIT, l-azzjonijiet ta' taħriġ u ta' mobilità, l-azzjonijiet ta' akkwist prekummerċjali, l-azzjonijiet ta' akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-azzjonijiet kofinanzjati tal-programm u l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ.
Dawn ir-regoli speċifiċi ma għandhomx ibiddilu l-obbligi dwar l-aċċess miftuħ.
Dawn ir-regoli speċifiċi ma għandhomx ibiddilu l-obbligi u l-prinċipji tal-aċċess miftuħ kif imsemmi fl-Artikolu 10.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 39
Artikolu 39
Artikolu 39
Premjijiet
Premjijiet
1.  Premjijiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu IX tar-Regolament Finanzjarju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.
1.  Premjijiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu IX tar-Regolament Finanzjarju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.
2.  Kwalunkwe entità legali, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħha, tista' tipparteċipa f'kuntest, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fil-programm ta' ħidma jew ir-regoli tal-kuntest.
2.  Kwalunkwe entità legali, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħha, tista' tipparteċipa f'kuntest, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fil-programm ta' ħidma jew ir-regoli tal-kuntest.
3.  Il-Kummissjoni jew il-korp tal-iffinanzjar jistgħu jorganizzaw premijiet ma':
3.  Il-Kummissjoni jew il-korp tal-iffinanzjar jistgħu, fejn xieraq, jorganizzaw premijiet ma':
(a)  Korpi oħra tal-Unjoni;
(a)  Korpi oħra tal-Unjoni;
(b)  pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom;
(b)  pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom;
(c)  organizzazzjonijiet internazzjonali; or
(c)  organizzazzjonijiet internazzjonali; or
(d)  entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.
(d)  entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.
4.  Il-programm ta' ħidma jew ir-regoli tal-kuntest jistgħu jinkludu obbligi dwar il-komunikazzjoni, l-isfruttament u t-tixrid.
4.  Il-programm ta' ħidma jew ir-regoli tal-kuntest għandhom jinkludu obbligi dwar il-komunikazzjoni, is-sjieda, id-drittijiet ta' aċċess, l-isfruttament u t-tixrid, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-liċenzji.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 42
Artikolu 42
Artikolu 42
Orizzont Ewropa u finanzjament imħallat tal-EIC
Orizzont Ewropa u finanzjament imħallat tal-EIC
1.  Il-komponenti tal-għotja u l-avvanz rimborsabbli ta' Orizzont Ewropa jew il-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli minn 30 sa 33.
1.  Il-komponenti tal-għotja u l-avvanz rimborsabbli ta' Orizzont Ewropa jew il-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 30 sa 33.
2.  Il-finanzjament imħallat tal-EIC għandu jiġi implimentat skont l-Artikolu 43. L-appoġġ skont il-finanzjament imħallat tal-EIC jista' jingħata sakemm l-azzjoni tista' tkun iffinanzjata bħala operazzjoni ta' taħlit jew bħala operazzjoni ta' finanzjament u investiment kompletament koperta mill-garanzija tal-UE skont InvestEU. B'deroga mill-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (2) u, b'mod partikolari, il-paragrafu (a) u (d), ma għandhomx japplikaw meta ssir l-għotja ta' finanzjament imħallat tal-EIC
2.  Il-finanzjament imħallat tal-EIC għandu jiġi implimentat skont l-Artikolu 43. L-appoġġ skont il-finanzjament imħallat tal-EIC jista' jingħata sakemm l-azzjoni tista' tkun iffinanzjata bħala operazzjoni ta' taħlit jew bħala operazzjoni ta' finanzjament u investiment kompletament koperta mill-garanzija tal-UE skont InvestEU. B'deroga mill-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (2) u, b'mod partikolari, il-paragrafu (a) u (d), ma għandhomx japplikaw meta ssir l-għotja ta' finanzjament imħallat tal-EIC.
3.  Il-finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa jista' jingħata lil kofond tal-programm meta programm konġunt tal-Istati Membri u pajjiżi assoċjati jipprevedi l-iskjerament ta' strumenti finanzjarji b'appoġġ tal-azzjonijiet magħżula. L-evalwazzjoni u l-għażla ta' azzjonijiet bħal dawn għandhom isiru skont l-Artikoli 19, 20, 23, 24, 25 u 26. Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 29, b'analoġija mal-Artikolu 43(9) u mal-kundizzjonijiet addizzjonali ddefiniti fil-programm ta' ħidma.
3.  Il-finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa jista' jingħata lil kofond tal-programm meta programm konġunt tal-Istati Membri u pajjiżi assoċjati jipprevedi l-iskjerament ta' strumenti finanzjarji b'appoġġ tal-azzjonijiet magħżula. L-evalwazzjoni u l-għażla ta' azzjonijiet bħal dawn għandhom isiru skont l-Artikoli 11 , 19, 20, 24, 25, 26, 42a u 43. Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 29, b'analoġija mal-Artikolu 43(9) u mal-kundizzjonijiet addizzjonali u ġġustifikati ddefiniti fil-programm ta' ħidma.
4.  Il-ħlasijiet lura inkluż l-avvanzi rimoborżati u d-dħul ta' Orizzont Ewropa u l-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat intern skont l-Artikoli 21(3)(f) u 21(4) tar-Regolament Finanzjarju.
4.  Il-ħlasijiet lura inkluż l-avvanzi rimoborżati u d-dħul ta' Orizzont Ewropa u l-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat intern skont l-Artikoli 21(3)(f) u 21(4) tar-Regolament Finanzjarju.
5.  Orizzont Ewropa u l-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu provduti b'mod li ma jfixkilx il-kompetizzjoni.
5.  Orizzont Ewropa u l-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu provduti b'mod li jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni filwaqt li jevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 42a (ġdid)
Artikolu 42a
Il-Pathfinder
1.  Il-Pathfinder se jipprovdi għotjiet għal proġetti b'riskju għoli u avvanzati li għandhom l-għan li jiżviluppaw awtonomija strateġika tal-Unjoni f'teknoloġiji innovattivi potenzjalment radikali tal-futur u opportunitajiet ta' swieq ġodda. Il-Pathfinder inizjalment se jipprovdi appoġġ għall-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku, inkluża l-prova tal-kunċett u l-prototipi għall-validazzjoni teknoloġika.
Il-Pathfinder se jiġi primarjament implimentat permezz ta' sejħa miftuħa għal proposti minn isfel għal fuq b'dati ta' skadenza regolari kull sena u se jipprevedi wkoll sfidi kompetittivi sabiex jiżviluppa għanijiet strateġiċi ewlenin1a li jeħtieġu deep-tech u ħsieb radikali. L-iggruppjar flimkien ta' proġetti magħżula f'portafolli xprunati minn tema jew għan se jippermetti l-istabbiliment tal-massa kritika tal-isforzi, awtonomija strateġika teknoloġika fil-livell tal-UE u l-istrutturar ta' komunitajiet multidixxiplinari ġodda tar-riċerka.
2.  L-attivitajiet ta' Tranżizzjoni tal-Pathfinder għandhom jiġu implimentati biex jgħinu lill-innovaturi jiżviluppaw il-mogħdija għall-iżvilupp kummerċjali fl-Unjoni, bħall-attivitajiet ta' dimostrazzjoni u l-istudji tal-fattibbiltà biex jivvalutaw il-każijiet kummerċjali potenzjali, u jappoġġjaw il-ħolqien ta' spin-offs u ta' negozji ġodda.
(a)  it-tnedija u l-kontenut tas-sejħiet għal proposti għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għall-għanijiet u l-baġit stabbiliti mill-programm ta' ħidma b'rabta mal-portafoll ta' azzjonijiet ikkonċernati;
(b)  għotjiet ta' ammont fiss li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 jistgħu jingħataw biss mingħajr sejħa għal proposti lil dawk l-attivitajiet diġà ffinanzjati skont il-Pathfinder, biex jitwettqu azzjonijiet urġenti ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ għat-tisħiħ tal-komunità ta' benefiċjarji tal-portafoll jew biex jiġu vvalutati spin-offs possibbli jew innovazzjoni li toħloq is-suq potenzjali.
3.  Il-kriterji tal-għoti kif iddefiniti fl-Artikolu 25 għandhom japplikaw għall-Pathfinder tal-EIC.
__________________
1a Dawn jistgħu jinkludu suġġetti bħall-Intelliġenza Artifiċjali, Teknoloġiji quantum, il-Bijokontroll jew Tewmien diġitali tat-tieni ġenerazzjoni, jew kwalunkwe suġġett ieħor identifikat fil-kuntest tal-ipprogrammar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa (inkluż mal-programmi fuq netwerk tal-Istati Membri).
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 43
Artikolu 43
Artikolu 43
Aċċeleratur tal-EIC
L-Aċċeleratur
1.  Il-benefiċjarju tal-Aċċelleratur tal-EIC għandu jkun entità ġuridika li tikkwalifika bħala negozju ġdid, SME jew kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja, stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat. Il-proposta tista' tiġi sottomessa mill-benefiċjarju, jew minn persuna naturali jew entità legali waħda jew aktar li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġjaw lil dak il-benefiċjarju.
1.  Il-benefiċjarju tal-Aċċelleratur tal-EIC għandu jkun entità ġuridika li tikkwalifika bħala negozju ġdid, espansjoni, SME jew kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja, stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat. Il-proposta tista' tiġi sottomessa mill-benefiċjarju, jew minn persuna naturali jew entità legali waħda jew aktar li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġjaw lil dak il-benefiċjarju.
2.  Id-deċiżjoni tal-għotja unika għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista skont finanzjament imħallat tal-EIC.
2.  Id-deċiżjoni tal-għotja unika għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista skont finanzjament imħallat tal-EIC.
3.  Il-proposti għandhom jiġu evalwati fuq il-mertu individwali tagħhom minn esperti indipendenti u magħżula fil-kuntest ta' programm ta' sejħa miftuħa b'dati ta' skadenza, ibbażata fuq l-Artikoli minn 24 sa 26, soġġett għall-paragrafu 4.
3.  Il-proposti għandhom jiġu evalwati fuq il-mertu individwali tagħhom minn esperti indipendenti u magħżula fil-kuntest ta' programm ta' sejħa miftuħa b'dati ta' skadenza, ibbażata fuq l-Artikoli minn 24 sa 26, soġġett għall-paragrafu 4.
4.  Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu:
4.  Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu:
–  l-eċċellenza;
–  l-eċċellenza;
–  l-impatt;
–  l-impatt u l-valur miżjud tal-UE;
–  il-livell tar-riskju tal-azzjoni u l-ħtieġa għall-appoġġ tal-Unjoni.
–  il-livell tar-riskju tal-azzjoni u l-ħtieġa għall-appoġġ tal-Unjoni.
5.  Bil-qbil tal-applikanti kkonċernati, il-Kummissjoni jew l-entitajiet tal-finanzjament li jimplimentaw Orizzont Ewropa jistgħu jissottomettu għall-valutazzjoni b'mod dirett skont l-aħħar kriterju tal-valutazzjoni proposta għal azzjoni ta' innovazzjoni u skjerament fis-suq li diġà tissodisfa l-ewwel żewġ kriterji, suġġett għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
5.  Bil-qbil tal-applikanti kkonċernati, il-Kummissjoni jew l-entitajiet tal-finanzjament li jimplimentaw Orizzont Ewropa (inklużi l-EIT u l-KICs) jistgħu jissottomettu għall-valutazzjoni b'mod dirett skont l-aħħar kriterju tal-valutazzjoni proposta għal azzjoni ta' innovazzjoni u skjerament fis-suq speċjalment fl-Unjoni li diġà tissodisfa l-ewwel żewġ kriterji, suġġett għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
–  il-proposta għandha tirriżulta minn kwalunkwe azzjoni oħra ffinanzjata minn Orizzont 2020 jew minn dan il-Programm, jew minn xi programm nazzjonali simili tal-Pathfinder tal-EIC u li tkun rikonoxxuta bħala tali mill-Kummissjoni;
–  il-proposta għandha tirriżulta minn kwalunkwe azzjoni oħra ffinanzjata minn Orizzont 2020 jew minn dan il-Programm, jew minn xi programm nazzjonali u li tkun rikonoxxuta mill-Kummissjoni bħala li tissodisfa r-rekwiżiti tal-EIC;
–  tkun imsejsa fuq proġett ta' reviżjoni preċedenti li jevalwa l-eċċellenza u l-impatt tal-proposta u li jkun soġġett għal kundizzjonijiet u proċessi aktar dettaljati fil-programm ta' ħidma.
–  tkun imsejsa fuq proġett ta' reviżjoni preċedenti li jevalwa l-eċċellenza u l-impatt tal-proposta u li jkun soġġett għal kundizzjonijiet u proċessi aktar dettaljati fil-programm ta' ħidma.
6.  Siġill ta' Eċċellenza jista' jingħata suġġett għal dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi:
6.  Siġill ta' Eċċellenza jista' jingħata suġġett għal dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi:
–  il-benefiċjarju huwa negozju ġdid jew SME,
–  il-benefiċjarju huwa negozju ġdid jew SME,
–  il-proposta kienet eliġibbli u għaddiet mil-limiti applikabbli għall-ewwel żewġ kriterji msemmija fil-paragrafu 4,
–  il-proposta kienet eliġibbli u għaddiet mil-limiti applikabbli għall-ewwel żewġ kriterji msemmija fil-paragrafu 4,
–  għal dawk l-attivitajiet li jkunu eliġibbli skont azzjoni ta' innovazzjoni.
–  għal dawk l-attivitajiet li jkunu eliġibbli skont azzjoni ta' innovazzjoni.
7.  Fil-każ ta' proposta li tkun għaddiet mill-valutazzjoni, l-esperti indipendenti għandhom jipproponu valutazzjoni korrispondenti tal-finanzjament imħallat, ibbażata fuq ir-riskju u r-riżorsi u l-ħin meħtieġ biex l-innovazzjoni tinġieb u tiġi skjerata fis-suq.
7.  Fil-każ ta' proposta li tkun għaddiet mill-valutazzjoni, l-esperti indipendenti għandhom jipproponu valutazzjoni korrispondenti tal-finanzjament imħallat, ibbażata fuq ir-riskju u r-riżorsi u l-ħin meħtieġ biex l-innovazzjoni tinġieb u tiġi skjerata fis-suq.
Il-Kummissjoni tista' tiċħad proposta tal-esperti indipendenti abbażi ta' raġunijiet ġustifikati, inkluż il-konformità mal-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' tiċħad proposta tal-esperti indipendenti abbażi ta' raġunijiet ġustifikati, inkluż in-nuqqas ta' konformità mal-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni.
8.  Il-komponenti tal-għotja u l-avvanz rimborsabbli tal-finanzjament imħallat ma għandhomx jaqbżu is-70 % tal-ispejjeż tal-azzjoni tal-innovazzjoni magħżula.
8.  Il-komponenti tal-għotja u l-avvanz rimborsabbli tal-finanzjament imħallat ma għandhomx jaqbżu is-70 % tal-ispejjeż tal-azzjoni tal-innovazzjoni magħżula.
9.  Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-ekwità u l-komponenti tal-appoġġ imħallas lura tal-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu dettaljati fid-Deċiżjoni [Programm speċifiku].
9.  Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-ekwità u l-komponenti tal-appoġġ imħallas lura tal-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu dettaljati fid-Deċiżjoni [Programm speċifiku].
10.  Il-kuntratt għall-azzjoni magħżula għandu jistabbilixxu miri speċifiċi u prefinanzjament u pagamenti bin-nifs korrispondenti tal-finanzjament imħallat tal-EIC.
10.  Il-kuntratt għall-azzjoni magħżula għandu jistabbilixxu miri speċifiċi li jistgħu jitkejlu u l-prefinanzjament u l-pagamenti bin-nifs korrispondenti tal-finanzjament imħallat tal-EIC.
Attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta' innovazzjoni jistgħu jiġu mnedija u l-ewwel prefinanzjament tal-għotja jew avvanz rimborsabbli jistgħu jitħallsu, qabel l-implimentazzjoni ta' komponenti oħra tal-finanzjament imħallat tal-EIC. L-implimentazzjoni ta' dawn il-komponenti għandha tkun soġġetta għall-kisbiet tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-kuntratt.
Attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta' innovazzjoni jistgħu jiġu mnedija u l-ewwel prefinanzjament tal-għotja jew avvanz rimborsabbli jistgħu jitħallsu, qabel l-implimentazzjoni ta' komponenti oħra tal-finanzjament imħallat tal-EIC. L-implimentazzjoni ta' dawn il-komponenti għandha tkun soġġetta għall-kisbiet tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-kuntratt.
11.  Skont il-kuntratt, l-azzjoni għandha tiġi sospiża, emendata jew mitmuma jekk il-miri ma jintlaħqux. Tista' tintemm ukoll meta l-iskjerament fis-suq mistenni ma jkunx jista' jintlaħaq.
11.  Skont il-kuntratt, l-azzjoni għandha tiġi sospiża, emendata jew mitmuma jekk il-miri li jistgħu jitkejlu ma jintlaħqux. Tista' tintemm ukoll meta l-iskjerament fis-suq mistenni speċjalment fl-Unjoni ma jkunx jista' jintlaħaq.
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid il-finanzjament imħallat tal-EIC soġġett għal reviżjoni tal-proġett minn esperti indipendenti esterni.
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid il-finanzjament imħallat tal-EIC soġġett għal reviżjoni tal-proġett minn esperti indipendenti esterni.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 43a (ġdid)
Artikolu 43a
L-innovazzjoni inkrementali tal-SME;
Minbarra l-istrumenti li jaqgħu taħt l-EIC, strument speċifiku għall-SMEs għal innovazzjoni inkrementali għandu jiġi ġestit u implimentat b'mod ċentrali, billi jappoġġa l-għotjiet b'benefiċjarju wieħed għal attivitajiet tar-R&I fil-clusters kollha, b'mod minn isfel għal fuq permezz ta' sejħa kontinwament miftuħa mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-SMEs.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 44
Artikolu 44
Artikolu 44
Ħatra ta' esperti esterni
Ħatra ta' esperti esterni indipendenti
1.  B'deroga mill-Artikolu 237(3) tar-Regolament Finanzjarju, esperti esterni jistgħu jiġu magħżula mingħajr sejħa għal turija ta' interess, jekk ikun iġġustifikat u jekk l-għażla ssir b'mod trasparenti.
1.  B'deroga mill-Artikolu 237(3) tar-Regolament Finanzjarju, esperti esterni indipendenti jistgħu eċċeżżjonalment jiġu magħżula mingħajr sejħa għal turija ta' interess, biss f'każ li sejħa għal espressjonijiet ta' interess ma tkunx identifikat esperti esterni xierqa. Kull għażla ta' esperti esterni mingħajr sejħa għal espressjonijiet ta' interess għandha tkun debitament iġġustifikata u l-għażla trid issir b'mod trasparenti. Tali esperti għandu jkollhom jippruvaw l-indipendenza u l-kapaċità tagħhom biex jappoġġjaw l-objettivi ta' Orizzont Ewropa fit-tul.
1a.  L-esperti esterni indipendenti għandhom jintgħażlu abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li jeħtieġu biex iwettqu l-kompitu assenjat lilhom. Meta jaħtru esperti esterni indipendenti, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom ifittxu rappreżentazzjoni u kompożizzjoni bbilanċjata fi ħdan il-grupp ta' esperti u l-panels ta' evalwazzjoni f'termini ta' speċjalizzazzjoni, sfond ġeografiku, ġeneru u tip ta' organizzazzjoni li jirrappreżentaw.
2.  Skont l-Artikolu 237(2) u 237(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-esperti esterni għandhom jitħallsu abbażi ta' kundizzjonijiet standard. Jekk iġġustifikat, livell adatt ta' remunerazzjoni lil hinn mill-kundizzjonijiet standard skont l-istandards tas-suq relevanti, speċjalment għal esperti ta' livell għoli speċifiku, jista' jingħata.
2.  Skont l-Artikolu 237(2) u 237(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-esperti esterni indipendenti għandhom jitħallsu abbażi ta' kundizzjonijiet standard.
3.  Barra mill-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, l-ismijiet ta' esperti esterni li jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotjiet, li huma maħtura f'kapaċità personali, għandhom jiġu ppubblikati, flimkien mal-qasam ta' kompetenza esperta tagħhom, mill-inqas darba fis-sena fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni jew tal-korp ta' finanzjament. Tali informazzjoni għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-UE.
3.  Barra mill-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, l-ismijiet ta' esperti esterni indipendenti li jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotjiet, li huma maħtura f'kapaċità personali, għandhom jiġu ppubblikati, flimkien mal-qasam ta' kompetenza esperta tagħhom, mill-inqas darba fis-sena fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni jew tal-korp ta' finanzjament. Tali informazzjoni għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-UE.
3a.  Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jiżguraw li espert li jiffaċċja kunflitt ta' interess fir-rigward ta' materja li fuqha l-espert huwa meħtieġ jipprovdi opinjoni ma jevalwax, ma jagħtix parir jew ma jassistix dwar il-materja speċifika fil-kwistjoni.
3b.  Għal kull sejħa għandu jiġi żgurat numru xieraq ta' esperti indipendenti sabiex jiżgura l-kwalità tal-evalwazzjoni.
3c.  Il-livell ta' remunerazzjoni tal-esperti indipendenti u esterni kollha għandu jiġi rrapportat kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan għandu jiġi kopert mill-ispejjeż amministrattivi tal-Programm.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 45
Artikolu 45
Artikolu 45
Monitoraġġ u rapportar
Monitoraġġ u rapportar
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, fuq bażi annwali, l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, tal-programm speċifiku tiegħu u tal-attivitajiet tal-EIT. Ir-rapporti ta' monitoraġġ annwali għandhom jinkludu:
1.  L-indikaturi tar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness V tul id-direzzjonijiet tal-impatt.
(i)   l-indikaturi lejn l-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness V tul id-direzzjonijiet tal-impatt;
(ii)  l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' finanzjament u kwistjonijiet trasversali stabbiliti b'mod partikolari fl-Artikolu 6a, bħal-livell ta' integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u umanistiċi, il-proporzjon bejn TRLs aktar baxxi u ogħla fir-riċerka kollaborattiva, iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi, il-lista ta' pajjiżi li qed jikbru u aġġornata fil-programmi ta' ħidma, il-progress fit-tnaqqis tad-distakk fir-RŻI, il-kopertura ġeografika fi proġetti kollaborattivi, is-salarji tar-riċerkaturi, l-użu ta' proċedura ta' sottomissjoni f'żewġ stadji u ta' evalwazzjoni, l-użu tar-rieżami tal-evalwazzjoni u l-livell tal-ilmenti, il-livell ta' integrazzjoni tal-klima u l-infiq relatat, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, inkluż it-tqabbil ma' strumenti speċifiċi tal-SMEs nazzjonali simili, il-parteċipazzjoni tas-settur privat, il-progress dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-Siġilli ta' Eċċellenza, is-sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat kif ukoll l-effett ta' ingranaġġ fuq finanzjament privat u pubbliku addizzjonali, il-finanzjament komplementari u kumulattiv minn fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari sinerġiji ma' programmi msemmija fl-Anness IV, l-użu ta' infrastrutturi ta' riċerka appoġġati minn programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, il-proċedura rapida għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-livell u l-impatt tal-kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ukoll tal-prinċipju ta' reċiproċità, l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni;
(iii)  il-livelli ta' nfiq għal kull qasam ta' intervent kif imsemmi fl-Anness I u kwistjonijiet trasversali fil-Programm u l-EIT sabiex tkun tista' ssir analiżi tal-portafoll , u sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, din id-data għandha tkun disponibbli pubblikament ukoll b'mod aċċessibbli fuq il-paġna web tal-Kummissjoni skont l-aħħar aġġornament;
(iv)  il-livell ta' sottoskrizzjoni żejda, b'mod partikolari l-għadd ta' proposti għal kull linja baġitarja u għal kull qasam ta' intervent, il-punteġġ medju tagħhom, is-sehem tal-proposti iżjed u inqas mil-livelli limiti.
2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 fir-rigward ta' emendi għall-Anness V ħalli tissupplementa jew temenda l-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt, fejn huwa meqjus neċessarju, u tistabbilixxu linji ta' referenza u miri.
2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 fir-rigward ta' emendi għall-Anness V ħalli tissupplementa jew temenda l-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt, fejn huwa meqjus neċessarju, u tistabbilixxu linji ta' referenza u miri.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, b'mod effettiv, u f'waqtha. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u (fejn rilevanti) l-Istati Membri.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, b'mod effettiv, u f'waqtha mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. B'mod partikolari, id-data għal proġetti ffinanzjati taħt l-ERC, is-Sħubiji Ewropej, il-missjonijiet, l-EIC u l-EIT għandha tiġi inkluża fl-istess bażi ta' data bħal dik tal-azzjonijiet iffinanzjati direttament mill-Programm (jiġifieri l-bażi ta' data E-CORDA).
3a.  L-analiżi kwalitattiva mill-Kummissjoni u mill-korpi ta' finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali għandha tikkumplimenta kemm jista' jkun id-data kwantitattiva.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 46
Artikolu 46
Artikolu 46
Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u użu
Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u użu
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, inkluż għal premjijiet) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. B'mod partikolari għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata u fil-ħin lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll strateġija ta' tixrid u sfruttament u żżid id-disponibbiltà u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-għarfien tal-Programm biex tħaffef l-isfruttament lejn l-adozzjoni mis-suq u tqawwi l-impatt tal-Programm. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kif ukoll attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, disseminazzjoni u użu sakemm dawn ikunu relatati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll strateġija ta' tixrid u sfruttament u żżid id-disponibbiltà u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-għarfien tal-Programm biex tħaffef l-isfruttament lejn l-adozzjoni mis-suq speċjalment fi ħdan l-Unjoni u tqawwi l-impatt tal-Programm. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kif ukoll attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, disseminazzjoni u użu sakemm dawn ikunu relatati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 47
Artikolu 47
Artikolu 47
Evalwazzjoni tal-programm
Evalwazzjoni tal-programm
1.  L-evalwazzjonijiet tal-Programm għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħra rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.
1.  L-evalwazzjonijiet tal-Programm għandhom jitwettqu fil-ħin u jsiru pubbliċi sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħra rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.
1a.  Il-missjonijiet għandhom jiġu evalwati b'mod sħiħ sal-31 ta' Diċembru 2022 qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħolqien ta' missjonijiet ġodda jew dwar ir-ridirezzjonar, it-terminazzjoni, it-tkomplija ta' missjonijiet jew żieda fil-baġit tagħhom. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-missjonijiet għandhom isiru pubbliċi u għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, l-analiżi tal-proċess tal-għażla tagħhom u tal-governanza, il-fokus u l-prestazzjoni tagħhom.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Hija għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi Qafas preċedenti u għandha tifforma l-bażi biex tiġi aġġustata l-implimentazzjoni tal-programm, kif adatt.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Hija għandha tinkludi analiżi tal-portafoll u valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi Qafas preċedenti u għandha tifforma l-bażi biex tiġi aġġustata l-implimentazzjoni ta' u/jew biex jiġi rieżaminat il-programm, kif adatt. Għandha tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, l-effett ta' ingranaġġ tal-Programm, il-komplementarjetà ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u nazzjonali tar-RŻI u l-valur miżjud tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-impatt tal-fondi trasferiti minn programmi oħra tal-Unjoni għandu jiġi vvalutat.
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, evalwazzjoni finali tal-Programm għandha titlesta mill-Kummissjoni. Hija għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi Qafas preċedenti.
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, evalwazzjoni finali tal-Programm għandha titlesta mill-Kummissjoni. Hija għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi Qafas preċedenti.
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika u xxerred ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha u għandha tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 48
Artikolu 48
Artikolu 48
Awditi
Awditi
1.  Is-sistema ta' kontroll għall-Programm għandha tiżgura bilanċ adatt bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li jitqisu l-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji.
1.  Is-sistema ta' kontroll għall-Programm għandha tiżgura bilanċ adatt bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li jitqisu l-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji. Ir-regoli dwar l-awditi għandhom ikunu ċari, konsistenti u koerenti fil-Programm kollu.
2.  L-istrateġija tal-awditi għall-Programm għandha tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta' kampjun rappreżentattiv tan-nefqa fil-firxa tal-Programm kollu. Il-kampjun rappreżentattiv għandu jkun ikkumplimentat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn diversi programmi tal-Unjoni għandhom jiġu vverifikati darba waħda biss, li tkopri l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
2.  L-istrateġija tal-awditi għall-Programm għandha tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta' kampjun rappreżentattiv tan-nefqa fil-firxa tal-Programm kollu. Il-kampjun rappreżentattiv għandu jkun ikkumplimentat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn diversi programmi tal-Unjoni għandhom jiġu vverifikati darba waħda biss, li tkopri l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
3.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' jiddependi fuq reviżjonijiet tas-sistemi kkombinati fil-livell tal-benefiċjarji. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom ikunu obbligatorji għal ċerti tipi ta' benefiċjarji u għandhom jikkonsisti minn proċess tal-awditjar tas-sistemi u tal-awditjar tal-proċess, flimkien ma' lista ta' tranżazzjonijiet imwettqa minn awtorità kompetenti, minn awditur indipendenti kwalifikat biex iwettaq awditi statutorji ta' dokumenti tal-kontijiet skont id-Direttiva 2006/43/KE. Huma jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni jew korp ta' finanzjament biex jistabbilixxi assigurazzjoni ġenerali tal-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa u għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-livell ta' awditi ex post u ċertifikati ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji.
3.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' jiddependi fuq reviżjonijiet tas-sistemi kkombinati fil-livell tal-benefiċjarji. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom ikunu obbligatorji għal ċerti tipi ta' benefiċjarji u għandhom jikkonsisti minn proċess tal-awditjar tas-sistemi u tal-awditjar tal-proċess, flimkien ma' lista ta' tranżazzjonijiet imwettqa minn awtorità kompetenti, minn awditur indipendenti kwalifikat biex iwettaq awditi statutorji ta' dokumenti tal-kontijiet skont id-Direttiva 2006/43/KE34. Huma jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni jew korp ta' finanzjament biex jistabbilixxi assigurazzjoni ġenerali tal-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa u għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż tal-eliġibbiltà mitluba u tal-livell ta' awditi ex post u ċertifikati ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji.
4.  Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu jiddependu fuq awditi dwar l-użu ta' kontribuzzjonijiet tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet oħra, inkluż minn barra minn dawk b'mandat mill-Istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni.
4.  Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandhom jiddependu fuq awditi dwar l-użu ta' kontribuzzjonijiet tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet oħra ċċertifikati, inkluż minn barra minn dawk b'mandat mill-Istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni.
5.  L-awditi jistgħu jitwettqu sa sentejn wara l-ħlas tal-bilanċ.
5.  L-awditi jistgħu jitwettqu sa sentejn wara d-data tat-tmiem tal-proġett.
5a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-linji gwida dwar l-awditi imfassla b'kooperazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-Awdituri għandhom jiżguraw it-trasparenza tal-awditu li jkunu wettqu, kif ukoll interpretazzjoni affidabbli u uniformi tar-regoli dwar tal-awditi tul il-Programm kollu kemm hu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt.
__________________
__________________
34 Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87)
34 Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87)
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – parti introduttorja
(1)  Pilastru I "Xjenza Miftuħa"
(1)  Pilastru I ''Xjenza Eċċellenti u Miftuħa''
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a)  Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka: Jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b'talent u t-timijiet tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdijiet l-aktar promettenti fil-fruntieri tax-xjenza, abbażi ta' kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.
(a)  Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka: Jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b'talent, b'enfasi fuq ir-riċerkaturi żgħażagħ, u t-timijiet tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdijiet l-aktar promettenti fil-fruntieri tax-xjenza, abbażi ta' kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja
(b)  L-Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA): Jattrezzaw lir-riċerkaturi b'għarfien u ħiliet ġodda permezz tal-mobbiltà u l-esponiment bejn il-fruntieri, is-setturi u d-dixxiplini, kif ukoll l-istrutturar u t-titjib istituzzjonali u nazzjonali għar-reklutaġġ, it-taħriġ u s-sistemi ta' żvilupp tal-karriera; b'dan il-mod, l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jgħinu biex jibnu l-pedamenti ta' pajsaġġ ta' riċerka eċċellenti fl-Ewropa billi jikkontribwixxu għal spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, u biex jissolvew l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà.
(b)  L-Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA): Jattrezzaw lir-riċerkaturi b'għarfien u ħiliet ġodda permezz tal-mobbiltà u l-esponiment bejn il-fruntieri, is-setturi u d-dixxiplini, kif ukoll l-istrutturar u t-titjib istituzzjonali u nazzjonali għar-reklutaġġ, it-taħriġ u s-sistemi ta' żvilupp tal-karriera; b'dan il-mod, l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jgħinu biex jibnu l-pedamenti ta' pajsaġġ ta' riċerka eċċellenti madwar l-Ewropa billi jikkontribwixxu għal spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, u biex jissolvew l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – punt b – paragrafu 1
Oqsma ta' intervent: It-trawwim tal-eċċellenza permezz tal-mobbiltà ta' riċerkaturi bejn il-fruntieri, is-setturi u d-dixxiplini; it-trawwim ta' ħiliet ġodda permezz ta' taħriġ eċċellenti tar-riċerkaturi; it-tisħiħ tal-kapital uman u l-iżvilupp tal-ħiliet fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka kollha; it-titjib u l-iffaċilitar tas-sinerġiji; il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.
Oqsma ta' intervent: It-trawwim tal-eċċellenza permezz tal-mobbiltà ta' riċerkaturi bejn il-fruntieri, is-setturi u d-dixxiplini; it-trawwim ta' ħiliet ġodda permezz ta' taħriġ eċċellenti tar-riċerkaturi; it-tisħiħ tar-riżorsi umani u l-iżvilupp tal-ħiliet fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka kollha; it-titjib u l-iffaċilitar tas-sinerġiji; il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – parti introduttorja
(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali"
(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea"
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 2
Biex jiġu massimizzati l-impatt, il-flessibilità u s-sinerġiji, l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ser jiġu organizzati f'ħames clusters, li individwalment u flimkien ser jinċentivaw kooperazzjoni interdixxiplinari, transsettorjali, transpolitika, transkonfinali u internazzjonali.
Biex jiġu massimizzati l-flessibilità u s-sinerġiji tal-impatt, l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ser jiġu organizzati f'sitt clusters, interkonnessi permezz ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej, li individwalment u flimkien ser jinċentivaw kooperazzjoni interdixxiplinari, transsettorjali, transpolitika, transkonfinali u internazzjonali. Is-sitt clusters se jappoġġaw ukoll l-innovazzjoni ta' SMEs individwali b'mod minn isfel għal fuq permezz ta' għotjiet.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja
(a)  Il-cluster tas-"Saħħa": It-titjib u l-ħarsien tas-saħħa taċ-ċittadini f'kull età, billi jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-prevenzjoni, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura tal-mard; il-mitigazzjoni tar-riskji fuq is-saħħa, il-protezzjoni tal-popolazzjonijiet u l-promozzjoni ta' saħħa tajba; is-sistemi tas-saħħa pubblika jsiru aktar kosteffikaċi, ġusti u sostenibbli; l-appoġġ lill-parteċipazzjoni tal-pazjenti u l-awtoġestjoni u li dawn ikunu possibbli.
(a)  Il-cluster tas-"Saħħa": It-titjib u l-ħarsien tas-saħħa taċ-ċittadini f'kull età, billi jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-prevenzjoni, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-kura tal-mard; il-mitigazzjoni tar-riskji fuq is-saħħa, il-protezzjoni tal-popolazzjonijiet u l-promozzjoni ta' saħħa tajba; is-sistemi tas-saħħa pubblika jsiru aktar kosteffikaċi, ġusti u sostenibbli; l-appoġġ lill-parteċipazzjoni tal-pazjenti u l-awtoġestjoni u li dawn ikunu possibbli.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt b – parti introduttorja
(b)  Il-cluster tas-"Soċjetà Inklussiva u Sigura"; It-tisħiħ tal-valuri demokratiċi Ewropej, inkluż l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, is-salvagwardja tal-wirt kulturali tagħna, u l-promozzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi, li jikkontribwixxu għall-inklużjoni u t-tkabbir, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minn theddid persistenti ta' sigurtà, inkluża ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.
(b)  Il-cluster tas-"Soċjetà Inklussiva u Kreattiva": It-tisħiħ tal-valuri demokratiċi Ewropej, inkluż l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, is-salvagwardja tal-wirt kulturali tagħna, l-esplorazzjoni tal-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi, u l-promozzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi, li jikkontribwixxu għall-inklużjoni u t-tkabbir, inkluża l-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt b – paragrafu 1
Oqsma ta' intervent: Id-demokrazija; Il-wirt kulturali; It-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjali; Is-soċjetajiet reżiljenti għad-diżastri; Il-Protezzjoni u s-Sigurtà; Iċ-ċibersigurtà
Oqsma ta' intervent: Id-demokrazija; Il-kultura u l-kreattività; It-trasformazzjonijiet ekonomiċi, kulturali u soċjali; Ix-xjenzi soċjali u umanistiċi
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt c – paragrafu 1
Oqsma ta' intervent: It-teknoloġiji tal-manifattura; It-teknoloġiji diġitali; Il-materjali avvanzati; L-intelliġenza artifiċjali u r-robotika; L-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss; Il-computing bi prestazzjoni għolja u l-Big Data; L-industriji ċirkolari; L-industrija b'livell baxx ta' karbonju u nadifa; L-Ispazju
Oqsma ta' intervent: It-teknoloġiji tal-manifattura; It-teknoloġiji diġitali; Il-materjali avvanzati; L-intelliġenza artifiċjali u r-robotika; L-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss; It-teknoloġiji tal-kwantum; Il-computing bi prestazzjoni għolja u l-Big Data; L-industriji ċirkolari; L-industrija b'livell baxx ta' karbonju u nadifa; L-Ispazju
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
(ca)  Il-cluster tas-"Soċjetà Sigura": l-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw mit-theddid persistenti ta' sigurtà, inkluża ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.
Oqsma ta' intervent: Il-kriminalità organizzata; It-terroriżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni u l-vjolenza politikament motivata; Il-ġestjoni tal-protezzjoni tal-fruntieri; Iċ-ċibersigurtà, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data; Il-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi u t-titjib tar-rispons għad-diżastri; Il-piraterija u l-kontrafazzjoni ta' prodotti; L-appoġġ għall-politiki esterni ta' sigurtà tal-Unjoni, inkluż permezz tal-prevenzjoni ta' kunflitti u l-bini tal-paċi; Il-promozzjoni tal-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt d – parti introduttorja
(d)  Il-cluster tal-"Klima, Enerġija u Mobilità": Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta' fehim aħjar tal-kawżi, l-evoluzzjoni, ir-riskji, l-impatti u l-opportunitajiet tiegħu, u billi s-setturi tal-enerġija u tat-trasport isiru aktar favur il-klima u l-ambjent, aktar effiċjenti u kompetittivi, aktar intelliġenti, aktar sikuri, u aktar reżiljenti.
(d)  Il-cluster tal-"Klima, Enerġija u Mobilità": Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta' fehim aħjar tal-kawżi, l-evoluzzjoni, ir-riskji, l-impatti u l-opportunitajiet tiegħu, u billi s-setturi tal-enerġija u tat-trasport isiru aktar favur il-klima u l-ambjent, aktar effiċjenti u kompetittivi, aktar intelliġenti, aktar sikuri, u aktar reżiljenti; il-promozzjoni tal-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u bidla fl-imġiba.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt d – paragrafu 1
Oqsma ta' intervent: Ix-xjenza u s-soluzzjonijiet tal-klima; Il-provvista tal-enerġija; Is-sistemi u l-grids tal-enerġija; Il-binjiet u l-faċilitajiet industrijali fit-tranżizzjoni tal-enerġija; Il-komunitajiet u l-bliet; Il-kompetittività industrijali fit-trasport; It-trasport u mobbiltà nodfa; Il-mobbiltà intelliġenti; Il-ħżin tal-enerġija
Oqsma ta' intervent: Ix-xjenza u s-soluzzjonijiet tal-klima; Il-provvista tal-enerġija; Is-sistemi u l-grids tal-enerġija; Il-binjiet fit-tranżizzjoni tal-enerġija; Il-faċilitajiet industrijali fit-tranżizzjoni tal-enerġija; Ir-reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni; Il-komunitajiet u l-bliet; Il-kompetittività industrijali fit-trasport; It-trasport u mobbiltà nodfa; Il-mobbiltà intelliġenti; Il-ħżin tal-enerġija,
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt e – parti introduttorja
(e)  Il-cluster tal-"Ikel u r-Riżorsi naturali": Il-protezzjoni, ir-restawr, il-ġestjoni sostenibbli u l-użu ta' riżorsi naturali u bijoloġiċi mill-art u l-baħar biex tiġi indirizzata s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' karbonju u b'użu effiċjenti tar-riżorsi.
(e)  Il-cluster tal-"Ikel, Riżorsi naturali u l-Agrikoltura": Il-protezzjoni, ir-restawr, il-ġestjoni sostenibbli u l-użu ta' riżorsi naturali u bijoloġiċi mill-art l-ilmijiet interni u l-baħar biex tiġi indirizzata s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' karbonju u b'użu effiċjenti tar-riżorsi.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt e – paragrafu 1
Oqsma ta' intervent: L-osservazzjoni ambjentali; Il-bijodiversità u l-kapital naturali; L-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali; Il-baħar u l-oċeani; Is-sistemi tal-ikel; Is-sistemi ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika; Is-sistemi ċirkolari
Oqsma ta' intervent: L-osservazzjoni ambjentali; Il-bijodiversità u l-kapital naturali; L-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali; L-ibħra, l-oċeani, l-ilmijiet interni u l-Ekonomija Blu; Is-sistemi tal-ikel; Is-sistemi ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika; Is-sistemi ċirkolari
Emenda 124
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – paragrafu 4 – punt f – paragrafu 1
Oqsma ta' intervent: Is-Saħħa; ir-reżiljenza u s-sigurtà; it-teknoloġija diġitali u l-industrija; il-klima, l-enerġija u l-mobbiltà; l-ikel u r-riżorsi naturali; l-appoġġ għall-funzjonament tas-suq intern u l-governanza ekonomika tal-Unjoni; l-appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-iżvilupp ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; l-għodod u l-metodi analitiċi għat-tfassil tal-politika; il-ġestjoni tal-għarfien; trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija; l-appoġġ lil xjenza għall-pjattaformi politiċi.
Oqsma ta' intervent: Is-Saħħa; Soċjetà inklużiva u kreattiva; Soċjetà Sigura; it-teknoloġiji diġitali, l-industrija, u l-ispazju; il-klima, l-enerġija u l-mobbiltà; l-ikel u r-riżorsi naturali; l-appoġġ għall-funzjonament tas-suq intern u l-governanza ekonomika tal-Unjoni; l-appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-iżvilupp ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; l-għodod u l-metodi analitiċi għat-tfassil tal-politika; il-ġestjoni tal-għarfien; trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija; l-appoġġ lil xjenza għall-pjattaformi politiċi.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Anness I – punt 3 – parti introduttorja
(3)  Pilastru III "Innovazzjoni Miftuħa"
(3)  Pilastru III "Ewropa Innovattiva"
Emenda 126
Proposta għal regolament
Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, b'konformità mal-Artikolu 4, dan il-pilastru ser jippromwovi l-forom kollha ta' innovazzjoni, inklużi l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, u jsaħħaħ l-iskjerament fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi. Dan ser jikkontribwixxi wkoll lejn l-għanijiet speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3.
Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, b'konformità mal-Artikolu 4, dan il-pilastru ser jippromwovi l-forom kollha ta' innovazzjoni, inklużi l-innovazzjoni teknoloġika u soċjali rivoluzzjonarja, u jsaħħaħ l-iskjerament fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi, b'mod partikolari minn negozji ġodda u SMEs li jaħdmu flimkien mal-istituzzjonijiet tar-riċerka. Dan ser jikkontribwixxi wkoll lejn l-għanijiet speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1
Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, b'konformità mal-Artikolu 4, din il-parti ser tottimizza t-twettiq tal-Programm għal impatt akbar fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa. Dan ser isostni wkoll l-għanijiet speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3. Filwaqt li tirfed il-Programm kollu, din il-parti ser tappoġġa l-attivitajiet li jikkontribwixxu għal Ewropa bbażata aktar fuq l-għarfien, aktar innovattiva u aktar ugwali bejn is-sessi, fuq quddiem nett tal-kompetizzjoni globali, biex b'hekk jiġu ottimizzati l-qawwa u l-potenzjal nazzjonali fl-Ewropa kollha fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) bi prestazzjoni tajba, fejn l-għarfien u forza tax-xogħol b'ħiliet għoljin jiċċirkolaw b'mod liberu, fejn l-eżiti tal-R&I jinftiehmu u jiġu fdati minn ċittadini infurmati u jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi, u fejn il-politika tal-UE, b'mod partikolari l-politika dwar l-R&I tissejjes fuq evidenza xjentifika ta' kwalità għolja.
Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, b'konformità mal-Artikolu 4, din il-parti ser tottimizza t-twettiq tal-Programm għal impatt u attraenza akbar fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa. Dan ser isostni wkoll l-għanijiet speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3. Filwaqt li tirfed il-Programm kollu, din il-parti ser tappoġġa l-attivitajiet li jikkontribwixxu biex jattiraw it-talenti fl-Unjoni u biex jindirizzaw l-eżodu ta' mħuħ. Din se tikkontribwixxi wkoll għal Ewropa bbażata aktar fuq l-għarfien, aktar innovattiva u aktar ugwali bejn is-sessi, fuq quddiem nett tal-kompetizzjoni globali, biex b'hekk jiġu ottimizzati l-qawwa u l-potenzjal nazzjonali fl-Ewropa kollha fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) bi prestazzjoni tajba, fejn l-għarfien u forza tax-xogħol b'ħiliet għoljin jiċċirkolaw b'mod liberu u bbilanċjat, fejn l-eżiti tar-R&I jinftiehmu u jiġu fdati minn ċittadini infurmati u jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi, u fejn il-politika tal-UE, b'mod partikolari l-politika dwar r-R&I tissejjes fuq evidenza xjentifika ta' kwalità għolja.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 2
Oqsma ta' intervent: Il-kondiviżjoni tal-Eċċellenza; Ir-riforma u t-tisdiq tas-sistema Ewropea tar-R&I.
Oqsma ta' intervent: It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni permezz tal-ħolqien ta' timijiet, il-ġemellaġġi, l-inizjattivi tal-Presidenti tal-ERA, COST, l-inizjattivi għall-Eċċellenza u fellowships għal pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni; Ir-riforma u t-tisdiq tas-sistema Ewropea tar-R&I.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 2 – inċiż 1
–  Azzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni: azzjonijiet li primarjament jikkonsistu minn attivitajiet li għandhom l-għan li jistabbilixxu għarfien ġdid u/jew li jesploraw il-fattibbiltà ta' teknoloġija, prodott, proċess, servizz jew soluzzjoni ġdida jew imtejba. Dan jista' jinkludi r-riċerka bażika u applikata, l-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-teknoloġija, l-ittestjar u l-validazzjoni ta' prototip ta' skala żgħira f'laboratorju jew f'ambjent simulat;
–  Azzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni: azzjonijiet li primarjament jikkonsistu minn attivitajiet li għandhom l-għan li jistabbilixxu għarfien ġdid u/jew li jesploraw il-fattibbiltà ta' teknoloġija, prodott, proċess, servizz jew soluzzjoni ġdida jew imtejba. Dan jista' jinkludi r-riċerka bażika u applikata, l-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-teknoloġija, l-ittestjar u l-validazzjoni ta' prototip ta' skala żgħira f'laboratorju jew f'ambjent simulat. Il-loġika tar-Riċerka u l-Innovazzjoni rapida se tiġi applikata għal għadd magħżul ta' azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni kollaborattivi;
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 2 – inċiż 6
–  Azzjoni ta' kofinanzjament tal-programm: azzjoni biex tipprovdi kofinanzjament lil programm ta' attivitajiet stabbiliti u/jew implimentati minn entitajiet li jimmaniġġjaw u/jew jiffinanzjaw programmi ta' riċerka u innovazzjoni, apparti mill-korpi ta' finanzjament tal-Unjoni. Programm ta' attivitajiet bħal dan jista' jappoġġa in-netwerking u l-koordinazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-azzjonijiet pilota, u l-azzjonijiet ta' innovazzjoni u skjerament fis-suq, l-azzjoni ta' taħriġ u ta' mobbiltà, il-qawmien ta' sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, tixrid u l-isfruttament, jew tagħqida tagħhom, implimentati b'mod dirett minn dawk l-entitajiet jew minn partijiet terzi li lilhom jistgħu jipprovdu xi appoġġ finanzjarju rilevanti bħalma huma għotjiet, premjijiet, akkwist, kif ukoll finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa;
–  Azzjoni ta' kofinanzjament tal-programm: azzjoni biex tipprovdi kofinanzjament lil programm ta' attivitajiet stabbiliti u/jew implimentati minn entitajiet li jimmaniġġjaw u/jew jiffinanzjaw programmi ta' riċerka u innovazzjoni, apparti mill-korpi ta' finanzjament tal-Unjoni. Programm ta' attivitajiet bħal dan jista' jappoġġa l-interkonnessjoni, in-netwerking u l-koordinazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-azzjonijiet pilota, u l-azzjonijiet ta' innovazzjoni u skjerament fis-suq, l-azzjoni ta' taħriġ u ta' mobbiltà, il-qawmien ta' sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, tixrid u l-isfruttament, jew tagħqida tagħhom, implimentati b'mod dirett minn dawk l-entitajiet jew minn partijiet terzi li lilhom jistgħu jipprovdu xi appoġġ finanzjarju rilevanti bħalma huma għotjiet, premjijiet, akkwist, kif ukoll finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – parti introduttorja
(a)  Evidenza li s-Sħubija Ewropea hija aktar effettiva biex jinkisbu l-għanijiet relatati tal-Programm, b'mod partikolari biex jinkisbu impatti ċari għall-UE u ċ-ċittadini tagħha, b'mod notevoli fid-dawl li jkun hemm riżultati fuq l-isfidi globali u l-għanijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività u l-kontribuzzjoni fit-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-impenji internazzjonali;
(a)  Evidenza li s-Sħubija Ewropea hija aktar effettiva biex jinkisbu l-għanijiet relatati tal-Programm, b'mod partikolari biex jinkisbu impatti ċari madwar l-Unjoni u għaċ-ċittadini tagħha, b'mod notevoli fid-dawl li jkun hemm riżultati fuq l-isfidi globali u l-għanijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività, is-sostenibbiltà u l-kontribuzzjoni fit-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-impenji internazzjonali;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
(b)  Il-koerenza u s-sinerġiji tas-Sħubija Ewropea fi ħdan il-pajsaġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE;
(b)  Il-koerenza u s-sinerġiji tas-Sħubiji Ewropej fi ħdan il-pajsaġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, inklużi strateġiji nazzjonali u reġjonali;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt c
(c)  It-trasparenza u l-aċċess miftuħ tas-Sħubija Ewropea fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-għanijiet, u l-involviment tas-sħab u l-partijiet ikkonċernati minn setturi differenti, inkluż dawk internazzjonali fejn ikun rilevanti;
(c)  It-trasparenza u l-aċċess miftuħ tas-Sħubiji Ewropej fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-għanijiet, kif ukoll il-governanza tagħhom, u l-involviment tas-sħab, u l-partijiet ikkonċernati minn setturi u sfondi differenti, inkluż dawk internazzjonali fejn ikun rilevanti;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – inċiż 1
–  l-identifikazzjoni tal-eżiti li jitkejlu mistennija, ir-riżultati u l-impatti fi ħdan perjodi ta' żmien speċifiċi, inkluż valur ekonomiku ewlieni għall-Ewropa;
–  l-identifikazzjoni tal-eżiti li jitkejlu mistennija, ir-riżultati u l-impatti fi ħdan perjodi ta' żmien speċifiċi, inkluż valur ekonomiku ewlieni għall-UE;
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – inċiż 2
–  dimostrazzjoni tal-effetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' ingranaġġ mistennija;
–  dimostrazzjoni tal-effetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' ingranaġġ b'saħħithom mistennija;
Emenda 136
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – inċiż 3
–  approċċi biex jiżguraw flessibilità tal-implimentazzjoni u biex jaggustaw għall-politika jew għall-bżonnijiet tas-suq, jew l-avvanzi xjentifiċi li jinbidlu;
–  approċċi biex jiżguraw flessibilità tal-implimentazzjoni u biex jaġġustaw għall-bżonnijiet ta' politika, soċjetali u/jew tas-suq, jew l-avvanzi xjentifiċi li jinbidlu;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt e – paragrafu 1
Fil-każ tas-Sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura tas-sħab barra dawk tal-Unjoni, ser ikunu ta' mill-anqas ugwali għal 50 % u jistgħu jaslu sa 75 % tal-impenji aggregati baġitarji tas-Sħubija Ewropea. Għal kull Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata, sehem mill-kontribuzzjonijiet mis-sħab barra dak tal-Unjoni ser ikun f'forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji.
Fil-każ tas-Sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura tas-sħab barra dawk tal-Unjoni, ser ikunu ta' mill-anqas ugwali għal 50 % f'każ ta' sħubiji bejn l-Unjoni u sħab privati, u jistgħu jaslu sa 75 %, f'każ ta' sħubiji li jinvolvu wkoll Stati Membri, tal-impenji aggregati baġitarji tas-Sħubija Ewropea.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  Bi qbil mal-awtoritajiet reġjonali, il-FEŻR għandu jiġi aċċettat bħala kontribuzzjoni nazzjonali parzjali għall-azzjonijiet ta' kofinanzjament ta' Programm li jinvolvu lill-Istati Membri.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
(c)  Il-koordinazzjoni u/jew l-attivitajiet konġunti ma' inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti oħra biex jiżguraw sinerġiji effettivi;
(c)  Il-koordinazzjoni u/jew l-attivitajiet konġunti ma' inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti oħra biex jassiguraw livell ottimali ta' interkonnessjonijiet u jiżguraw sinerġiji effettivi;
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
(d)  Impenji legalment vinkolanti, b'mod partikolari għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji, minn kull sieħeb matul il-ħajja kollha tal-inizjattiva;
(d)  Impenji legalment vinkolanti, b'mod partikolari għall-kontribuzzjonijiet in natura u/jew finanzjarji, minn kull sieħeb matul il-ħajja kollha tal-inizjattiva;
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
(a)  Sistema ta' monitoraġġ b'konformità mar-rekwiżiti stabbilti fl-Artikolu 45 biex tittraċċa l-progress lejn il-miri/l-għanijiet speċifiċi ta' politika, riżultati u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jippermettu għal valutazzjoni matul iż-żmien tal-kisbiet, l-impatti u l-bżonnijiet potenzjali għal miżuri korrettivi;
(a)  Sistema ta' monitoraġġ b'konformità mar-rekwiżiti stabbilti fl-Artikolu 45 biex tittraċċa l-progress lejn il-miri/l-għanijiet ta' politika speċifiċi għall-programm, riżultati u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jippermettu għal valutazzjoni matul iż-żmien tal-kisbiet, l-impatti u l-bżonnijiet potenzjali għal miżuri korrettivi;
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness III – paragrafu 1 – punt 4 – punt b
(b)  Miżuri adatti li jiżguraw l-eliminazzjoni gradwali skont il-kondizzjonijiet u l-iskeda ta' żmien maqbula, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' finanzjament transnazzjonali kontinwat minn programmi nazzjonali jew oħra tal-Unjoni.
(b)  Fl-assenza ta' tiġdid, miżuri adatti li jiżguraw l-eliminazzjoni gradwali skont l-iskeda ta' żmien u l-kundizzjonijiet maqbula mas-sħab impenjati legalment, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' finanzjament transnazzjonali kontinwu minn programmi nazzjonali jew oħra tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-investiment privat u l-proġetti li jkunu għaddejjin.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 1 – punt b
(b)  il-PAK tagħmel l-aħjar użu mir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u tippromwovi l-użu, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet innovattivi, inklużi dawk li jirriżultaw minn proġetti ffinanzjati mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u mis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikoli";
(b)  il-PAK tagħmel l-aħjar użu mir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u tippromwovi l-użu, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet innovattivi, inklużi dawk li jirriżultaw minn proġetti ffinanzjati mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, mis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikoli" u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tal-EIT rilevanti;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 2 – punt b
(b)  il-FEMS tappoġġa l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda u prodotti, proċessi u servizzi innovattivi, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Programm fl-oqsma tal-politika tal-baħar u marittima; il-FEMS tippromwovi wkoll il-ġbir tad-data fil-post u l-ipproċessar ta' data u xxerred azzjonijiet rilevanti appoġġati taħt il-Programm, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata u l-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani.
(b)  il-FEMS tappoġġa l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda u prodotti, proċessi u servizzi innovattivi, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Programm fl-oqsma tal-politika tal-baħar u marittima; il-FEMS tippromwovi wkoll il-ġbir tad-data fil-post u l-ipproċessar ta' data u xxerred azzjonijiet rilevanti appoġġati taħt il-Programm, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani u l-impenji internazzjonali.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 3 – punt a
(a)  l-arranġamenti għall-finanzjament mgħaqqad mill-FEŻR u mill-Programm jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet li jipprovdu pont bejn l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u eċċellenza internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż l-programmi transreġjonali/transnazzjonali konġunti u l-Infrastrutturi ta' Riċerka mal-Ewropa kollha, bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka;
(a)  l-arranġamenti għall-finanzjament mgħaqqad mill-FEŻR u minn Orizzont Ewropa jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet li jipprovdu pont bejn Programmi Operazzjonali reġjonali, l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u eċċellenza internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż l-programmi transreġjonali/transnazzjonali konġunti u l-Infrastrutturi ta' Riċerka mal-Ewropa kollha, bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 3 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-fondi tal-FEŻR jistgħu jiġu ttrasferiti fuq bażi volontarja biex jappoġġaw attivitajiet taħt il-Programm, b'mod partikolari s-Siġill ta' eċċellenza;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 3 – punt ba (ġdid)
(ba)  jittejbu l-ekosistemi reġjonali eżistenti, in-netwerks tal-pjattaforma u l-istrateġiji reġjonali;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 4 – punt b
(b)  jistgħu jintużaw arranġamenti għall-finanzjament kumplimentari mill-FSE+ biex jappoġġaw attivitajiet li jippromwovu l-iżvilupp tal-kapital uman fir-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka;
(b)  jistgħu jintużaw fuq bażi volontarja arranġamenti għall-finanzjament kumplimentari mill-FSE+ biex jappoġġaw attivitajiet tal-Programm li jippromwovu l-iżvilupp tal-kapital uman fir-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 6 – punt b
(b)  il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni marbutin mal-aspetti diġitali jiġu identifikati u stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni; dan jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, li jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali ma' teknoloġiji oħra ta' sostenn u innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi; appoġġ għall-espansjoni tal-kumpaniji li jintroduċu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji (ħafna minnhom ser jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali mat-teknoloġiji fiżiċi; l-integrazzjoni tad-diġitali fil-pilastru kollu "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali"; u l-appoġġ għall-infrastrutturi diġitali ta' riċerka;
(b)  il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni marbutin mal-aspetti diġitali jiġu identifikati u stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni; dan jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, it-Teknoloġiji tar-Reġistru Distribwit, it-Teknoloġiji tal-Kwantum li jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali ma' teknoloġiji oħra ta' sostenn u innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi; appoġġ għall-espansjoni tal-kumpaniji li jintroduċu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji (ħafna minnhom ser jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali mat-teknoloġiji fiżiċi; l-integrazzjoni tad-diġitali fil-pilastru kollu "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea"; u l-appoġġ għall-infrastrutturi diġitali ta' riċerka;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 6 – punt c
(c)  id-DEP jiffoka fuq il-kapaċità diġitali ta' skala kbira u l-bini tal-infrastruttura fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati li jimmiraw lejn teħid u skjerament wesgħin fl-Ewropa kollha tas-soluzzjonijiet diġitali innovattivi eżistenti jew ttestjati fi ħdan qafas tal-UE f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju); id-DEP jiġi prinċipalment implimentat permezz ta' investimenti kkoordinati u strateġiċi mal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz ta' akkwist pubbliku konġunt, f'kapaċitajiet diġitali li jridu jinqasmu mal-Ewropa kollha u f'azzjonijiet fl-UE kollha li jappoġġaw l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni bħala parti mill-iżvilupp ta' Suq Uniku Diġitali;
(c)  id-DEP jiffoka fuq il-kapaċità diġitali ta' skala kbira u l-bini tal-infrastruttura fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, it-Teknoloġiji tar-Reġistru Distribwit, it-Teknoloġiji tal-Kwantum u l-ħiliet diġitali avvanzati li jimmiraw lejn teħid u skjerament wesgħin fl-Ewropa kollha tas-soluzzjonijiet diġitali innovattivi eżistenti jew ittestjati fi ħdan qafas tal-UE f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju); id-DEP jiġi prinċipalment implimentat permezz ta' investimenti kkoordinati u strateġiċi mal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz ta' akkwist pubbliku konġunt, f'kapaċitajiet diġitali li jridu jinqasmu mal-Ewropa kollha u f'azzjonijiet fl-UE kollha li jappoġġaw l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni bħala parti mill-iżvilupp ta' Suq Uniku Diġitali;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 6 – punt f
(f)  l-inizjattivi tal-Programm għall-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi fil-kurrikuli, inklużi dawk imwassla fiċ-ċentri ta' kolokazzjoni tal-KIC-Digital tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huma kkomplimentati mill-bini tal-kapaċitajiet appoġġat mill-Ewropa Diġitali;
(f)  l-inizjattivi tal-Programm għall-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi fil-kurrikuli, inklużi dawk imwassla fiċ-ċentri ta' kolokazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni huma kkomplimentati mill-bini tal-kapaċitajiet appoġġat mill-Ewropa Diġitali;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 7 – punt a
(a)  il-Programm tas-Suq Uniku jindirizza l-fallimenti tas-suq li jaffettwaw lill-SMEs kollha u ser jippromwovi l-intraprenditorija u l-ħolqien u t-tkabbir tal-kumpaniji. Teżisti kumplimentarjetà sħiħa bejn il-Programm tas-Suq Uniku u l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni futur għall-kumpaniji innovattivi, kif ukoll fil-qasam ta' servizzi ta' appoġġ għall-SMEs, b'mod partikolari fejn is-suq ma jipprovdix finanzjament vijabbli;
(a)  il-Programm tas-Suq Uniku jindirizza l-fallimenti tas-suq li jaffettwaw lill-SMEs kollha u ser jippromwovi l-intraprenditorija u l-ħolqien u t-tkabbir tal-kumpaniji. Teżisti komplimentarjetà sħiħa bejn il-Programm tas-Suq Uniku u l-azzjonijiet kemm tal-EIT kif ukoll tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni futur għall-kumpaniji innovattivi, kif ukoll fil-qasam ta' servizzi ta' appoġġ għall-SMEs, b'mod partikolari fejn is-suq ma jipprovdix finanzjament vijabbli;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 7 – punt b
(b)  in-Netwerk Enterprise Europe jista' jservi, bħall-istrutturi ta' support għall-SME eżistenti oħra (pereżempju, il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, l-Aġenziji ta' Innovazzjoni), biex iwasslu s-servizzi ta' appoġġ taħt il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni.
(b)  in-Netwerk Enterprise Europe jista' jservi, bħall-istrutturi ta' support għall-SME eżistenti oħra (pereżempju, il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, l-Aġenziji ta' Innovazzjoni, DIH, Ċentri ta' Kompetenza, inkubaturi ċertifikati), biex iwasslu s-servizzi ta' appoġġ taħt il-programm Orizzont Ewropa, filwaqt li jinkludu wkoll il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 8 – paragrafu 1
il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jittrattaw l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm. Il-programm LIFE ser ikompli jaġixxi bħala katalist għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija, inkluż billi jittieħdu u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni mill-Programm u jgħinu biex jiġu skjerati fuq l-iskala nazzjonali u (inter)reġjonali fejn dan jista' jgħin jindirizza kwistjonijiet ta' tranżizzjoni ambjentali, klimatiċi jew ta' enerġija nadifa. B'mod partikolari LIFE ser ikompli jinċentiva sinerġiji mal-Programm permezz tal-għoti ta' bonus matul l-evalwazzjoni tal-proposti li jinvolvu l-użu tar-riżultati mill-Programm. Proġetti standard ta' azzjoni ta' LIFE ser jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar jew id-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji jew metodoloġiji adatti għall-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-UE, li wara jistgħu jitħaddmu fuq skala kbira, iffinanzjati minn sorsi oħra, inkluż permezz tal-Programm. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni tal-Programm jista' jagħti l-appoġġ tiegħu biex jespandi u jikkummerċjalizza ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE.
il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jittrattaw l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm. Il-programm LIFE ser ikompli jaġixxi bħala katalist għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija, inkluż billi jittieħdu u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni mill-Programm u jgħinu biex jiġu skjerati fuq l-iskala nazzjonali u (inter)reġjonali fejn dan jista' jgħin jindirizza kwistjonijiet ta' tranżizzjoni ambjentali, klimatiċi jew ta' enerġija nadifa. B'mod partikolari LIFE ser ikompli jinċentiva sinerġiji mal-Programm permezz tal-għoti ta' bonus matul l-evalwazzjoni tal-proposti li jinvolvu l-użu tar-riżultati mill-Programm. Proġetti standard ta' azzjoni ta' LIFE ser jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar jew id-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji jew metodoloġiji adatti għall-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-UE, li wara jistgħu jitħaddmu fuq skala kbira, iffinanzjati minn sorsi oħra, inkluż permezz tal-Programm. L-EIT tal-Programm kif ukoll il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni futur jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom biex jespandu u jikkummerċjalizzaw ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 9 – punt a
(a)  riżorsi mgħaqqdin mill-Programm u mill-Programm Erasmus jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet iddedikati għat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla Ewropej. Il-Programm ser jikkomplimenta l-appoġġ li l-programm Erasmus jagħti lill-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b'mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tagħha bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġiji konġunti u integrati ġodda fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni bbażati fuq approċċi transdixxiplinari u transsettorjali biex jirrealizzaw it-trijangolu tal-għarfien li jipprovdi spinta lit-tkabbir ekonomiku;
(a)  riżorsi mgħaqqdin mill-Programm u mill-Programm Erasmus jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet iddedikati għat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla Ewropej. Il-Programm ser jikkomplimenta l-appoġġ li l-programm Erasmus jagħti lill-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b'mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tagħha bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġiji konġunti u integrati ġodda fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni bbażati fuq approċċi transdixxiplinari u transsettorjali biex jirrealizzaw it-trijangolu tal-għarfien li jipprovdi spinta lit-tkabbir ekonomiku; l-attivitajiet edukattivi tal-EIT jistgħu jkunu kemm ta' ispirazzjoni għall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej kif ukoll interkonnessi magħha.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 13 – punt b
(b)  strumenti finanzjarji għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-SMEs jinġabru flimkien taħt il-Fond InvestEU, b'mod partikolari permezz ta' tieqa tematika ddedikata lill-R&I, u permezz ta' prodotti skjerati taħt it-tieqa għall-SMEs li timmira kumpaniji innovattivi, u b'dan il-mod jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm.
(b)  strumenti finanzjarji għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-SMEs jinġabru flimkien taħt il-Fond InvestEU, b'mod partikolari permezz ta' tieqa tematika ddedikata lir-R&I, u permezz ta' prodotti skjerati taħt it-tieqa għall-SMEs li timmira kumpaniji innovattivi, u b'dan il-mod jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm. Se jiġu stabbiliti rabtiet komplimentari b'saħħithom bejn InvestEU u Orizzont Ewropa.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 14 – punt a
(a)  il-Fond għall-Innovazzjoni ser jimmira b'mod speċifiku l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, inkluż il-qbid ambjentalment sikuri tal-karbonju u l-użu li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex jittaffa t-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu dawk b'intensità qawwija ta' karbonju, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti li jimmiraw lejn il-qbid ambjentalment sikur u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 kif ukoll ta' enerġija rinnovabbli innovattiva u teknoloġiji ta' ħżin tal-enerġija.
(a)  il-Fond għall-Innovazzjoni ser jimmira b'mod speċifiku l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, inkluż il-qbid ambjentalment sikuri tal-karbonju u l-użu li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex jittaffa t-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu dawk b'intensità qawwija ta' karbonju, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti li jimmiraw lejn il-qbid ambjentalment sikur u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 kif ukoll ta' enerġija rinnovabbli innovattiva u teknoloġiji ta' ħżin tal-enerġija. Se jinħoloq qafas xieraq biex jippermetti u jinċentivizza prodotti aktar ekoloġiċi b'valur miżjud sostenibbli għall-konsumaturi/l-utenti finali.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 14 – punt b
(b)  il-Programm ser jiffinanzja l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji abilitanti li jistgħu jagħtu riżultati b'risq l-għanijiet tal-UE dwar id-dekarbonizzazzjoni, it-trasformazzjoni tal-enerġija u industrijali, b'mod speċjali fuq tal-Pilastru 2 tagħha;
(b)  il-Programm ser jiffinanzja l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji, inklużi soluzzjonijiet rivoluzzjonarji, li jistgħu jagħtu riżultati b'risq ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u l-għanijiet tal-Unjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni, it-trasformazzjoni tal-enerġija u industrijali, b'mod speċjali fuq tal-Pilastru 2 tagħha u permezz tal-EIT.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 14 – punt c
(c)  il-Fond għall-Innovazzjoni jista', sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji tal-għażla u tal-għoti tiegħu, jappoġġa l-fażi tad-dimostrazzjoni tal-proġetti eliġibbli li għandhom mnejn jkunu rċevew appoġġ mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
(c)  il-Fond għall-Innovazzjoni jista', sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji tal-għażla u tal-għoti tiegħu, jappoġġa l-fażi tad-dimostrazzjoni tal-proġetti eliġibbli. Proġetti li jirċievu appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u viċe versa. Sabiex jikkomplementa lil Orizzont Ewropa, il-Fond għall-Innovazzjoni jista' jikkonċentra fuq innovazzjonijiet qrib tas-suq li jikkontribwixxu għal tnaqqis sinifikanti u rapidu tal-emissjonijiet tas-CO2. Se jiġu stabbiliti rabtiet komplimentari b'saħħithom bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u Orizzont Ewropa.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 16
16.  Is-sinerġiji mal-Fond Ewropew għad-Difiża ser jagħtu benefiċċji lir-riċerka ċivili u tad-difiża. Duplikazzjoni mhux meħtieġa ser tiġi eskluża.
16.  Is-sinerġiji potenzjali mal-Fond Ewropew għad-Difiża se jikkontribwixxu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 16a (ġdid)
16a.  Is-sinerġiji ma' Ewropa Kreattiva se jappoġġaw il-kompetittività u l-innovazzjoni, jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u soċjali u jippromwovu l-użu effikaċi tal-fondi pubbliċi.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 16b (ġdid)
16b.  Jistgħu jiġu previsti sinerġiji ma' kwalunkwe Proġett Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEI).
Emenda 163
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 1
Id-direzzjonijiet tal-impatt, u l-indikaturi ewlenin relatati mad-direzzjoni tal-impatt, għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Qafas (FP) lejn l-għanijiet tiegħu. Id-direzzjonijiet tal-impatt ser ikunu sensittivi għaż-żmien: dawn ser jiddistingwu bejn it-terminu qasir, medju u twil. L-indikaturi tad-direzzjonijiet tal-impatt jagħmluha ta' indikaturi biex jirrapportaw dwar il-progress li sar lejn kull tip ta' impatt tar-Riċerka u Innovazzjoni (R&I) fil-livell tal-Programm Qafas. Il-partijiet individwali tal-Programm ser jikkontribwixxu għal dawn l-indikaturi bi gradi differenti u permezz ta' mekkaniżmi differenti. Jistgħu jintużaw indikaturi addizzjonali biex jimmonitorjaw il-partijiet individwali tal-programm, fejn rilevanti.
Id-direzzjonijiet tal-impatt, u l-indikaturi ewlenin relatati mad-direzzjoni tal-impatt, għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Qafas (FP) lejn l-għanijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3. Id-direzzjonijiet tal-impatt huma sensittivi għaż-żmien u jirriflettu erba' kategoriji tal-impatt komplementari li jirriflettu n-natura mhux lineari tal-investimenti fir-R&I: iż-Żona Ewropea tar-Riċerka xjentifika, soċjetali u ekonomika. Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' impatt, se jintużaw indikaturi biex jiġi segwit il-progress ta' distinzjoni bejn it-terminu qasir, medju u itwal, bi tqassim rilevanti, u b'distinzjoni bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati. Il-partijiet individwali tal-Programm ser jikkontribwixxu għal dawn l-indikaturi bi gradi differenti u permezz ta' mekkaniżmi differenti. Jistgħu jintużaw indikaturi addizzjonali biex jimmonitorjaw il-partijiet individwali tal-programm, fejn rilevanti.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 2
Il-mikrodata li ġejja mill-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt ser tinġabar għall-partijiet kollha tal-Programm u għall-mekkaniżmi eżekuttivi kollha ġestita b'mod ċentrali u b'mod armonizzata fil-livell adatt tal-granularità b'piż minimu ta' rappurtar fuq il-benefiċjarji.
Il-mikrodata li ġejja mill-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt ser tinġabar għall-partijiet kollha tal-Programm u għall-mekkaniżmi eżekuttivi kollha ġestita b'mod ċentrali u b'mod armonizzata fil-livell adatt tal-granularità b'piż minimu ta' rappurtar fuq il-benefiċjarji. L-evidenza u l-indikaturi empiriċi jridu jkunu akkumpanjati kemm jista' jkun minn analiżi kwalitattiva.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 4
Il-Programm hu mistenni li jkollu impatt fuq is-soċjetà billi jindirizza l-prijoritajiet tal-politika tal-UE permezz tal-R&I, iwassal il-benefiċċji u l-impatt permezz ta' missjonijiet tal-R&I u jsaħħaħ it-teħid tal-innovazzjoni fis-soċjetà. Il-progress lejn dan l-impatt ser jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn l-erba' direzzjonijiet ewlenin ta' impatt.
Il-Programm hu mistenni li jkollu impatt fuq is-soċjetà billi jindirizza l-isfidi globali kif identifikat fil-Pilastru II inklużi l-SDGs tan-NU kif ukoll il-prijoritajiet u l-impenji tal-politika tal-UE permezz tar-R&I, iwassal il-benefiċċji u l-impatt permezz ta' missjonijiet tar-R&I u jsaħħaħ it-teħid tal-innovazzjoni fis-soċjetà, finalment billi jikkontribwixxi għall-benesseri tan-nies. Il-progress lejn dan l-impatt ser jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn l-erba' direzzjonijiet ewlenin ta' impatt.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness V – tabella 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Lejn l-impatt fuq is-soċjetà

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

 

L-indirizzar tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE permezz tal-R&I

Outputs -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-outputs immirati lejn l-indirizzar tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE

Soluzzjonijiet -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw il-prijoritajiet tal-politika tal-UE

Benefiċċji -

L-effetti stmati aggregati mill-użu tar-riżultati ffinanzjati mill-FP, dwar it-trattament ta' prijoritajiet ta' politika tal-UE speċifiċi, inkluż il-kontribut lejn iċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet

 

It-twettiq tal-benefiċċji u l-impatt permezz tal- missjonijiet tal-R&I

Outputs tal-missjoni tal-R&I -

Outputs f'missjonijiet speċifiċi tal-R&I

Riżultati tal-missjoni tal-R&I -

Riżultati f'missjonijiet speċifiċi tal-R&I

Miri milħuqa f'missjoni tal-R&I -

Miri milħuqa f'missjonijiet speċifiċi tal-R&I

 

It-tisħiħ tat-teħid tal-innovazzjoni fis-soċjetà

Kokreazzjoni -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-proġetti tal-FP fejn iċ-ċittadini u l-utenti finali tal-UE jikkontribwixxu fil-kokreazzjoni tal-kontenut tal-R&I

Impenn -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-entitajiet benefiċjarji tal-FP b'mekkaniżmi ta' involviment ta' ċittadini u utenti finali wara l-proġett tal-FP

It-teħid tal-R&I tas-soċjetà

It-teħid u s-sensibilizzazzjoni tar-riżultati xjentifiċi kokreati tal-FP u s-soluzzjonijiet innovattivi

Emenda

 

 

Lejn l-impatt fuq is-soċjetà

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

 

L-indirizzar tal-objettivi ta' Orizzont Ewropa u tal-prijoritajiet ta' politika tal-UE permezz tar-R&I

Outputs -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-outputs immirati lejn l-indirizzar tal-objettivi ta' Orizzont Ewropa u tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE

Soluzzjonijiet -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw l-objettivi ta' Orizzont Ewropa u l-prijoritajiet tal-politika tal-UE

Benefiċċji -

L-effetti stmati aggregati mill-użu tar-riżultati ffinanzjati mill-FP, dwar it-trattament ta' objettivi ta' Orizzont Ewropa u prijoritajiet ta' politika tal-UE speċifiċi, il-kontribut lejn iċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet

 

It-twettiq tal-benefiċċji u l-impatt permezz tal- missjonijiet u Sħubiji tar-R&I

Outputs tal-missjoni tar-R&I -

Outputs f'missjonijiet u Sħubiji speċifiċi tar-R&I

Riżultati tal-missjoni tar-R&I -

Riżultati f'missjonijiet u Sħubiji speċifiċi tar-R&I

Miri milħuqa f'missjoni tar-R&I -

Miri milħuqa f'missjonijiet u Sħubiji speċifiċi tar-R&I

 

It-twettiq tal-impenn tal-Unjoni għall-klima

Proġetti u outputs -

Għadd u sehem ta' proġetti u outputs li huma rilevanti għall-klima (skont il-missjonijiet, is-sħubiji u l-linji baġitarji tal-Programm)

Innovazzjonijiet mill-proġett tal-FP rilevanti għall-klima -

Għadd ta' innovazzjonijiet mill-proġetti tal-FP li huma rilevanti għall-klima, inkluż mill-IPRs mogħtija

Impatt soċjetali u ekonomiku ta' proġetti rilevanti għall-klima -

Effetti stmati aggregati mill-użu tar-riżultati ffinanzjati mill-FP, dwar it-twassil tal-impenji fit-tul tal-UE dwar il-klima u l-enerġija skont il-Ftehim ta' Pariġi

dwar spejjeż u benefiċċji ekonomiċi, soċjetali u ambjentali u l-benefiċċji ta' proġetti rilevanti għall-klima

- Aġġornament tas-soluzzjonijiet innovattivi għall-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima li ġejjin mill-proġetti tal-FP

- Effetti aggregati stmati mill-użu ta' dawn is-soluzzjonijiet fuq l-impjiegi u l-ħolqien ta' kumpaniji, it-tkabbir ekonomiku, l-enerġija nadifa, is-saħħa u l-benesseri (inkluża l-kwalità tal-arja, il-ħamrija u l-ilma)

 

It-tisħiħ tat-teħid tar-R&I fis-soċjetà, fl-Istati Membri

Kokreazzjoni -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-proġetti tal-FP fejn iċ-ċittadini u l-utenti finali tal-UE jikkontribwixxu fil-kokreazzjoni tal-kontenut tar-R&I

Impenn -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-entitajiet benefiċjarji tal-FP b'mekkaniżmi ta' involviment ta' ċittadini u utenti finali wara l-proġett tal-FP

It-teħid tar-R&I tas-soċjetà

L-aċċess, it-teħid u s-sensibilizzazzjoni tar-riżultati xjentifiċi tal-FP u s-soluzzjonijiet innovattivi

Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness V – paragrafu 5
Il-programm hu mistenni li jkollu impatt fir-rigward tal-ekonomija u l-innovazzjoni billi jinfluwenzaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' kumpaniji, il-ħolqien ta' impjiegi diretti u indiretti, u bl-ingranaġġ tal-investimenti għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-progress lejn dan l-impatt se jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn it-tliet direzzjonijiet ewlenin tal-impatt.
Il-programm hu mistenni li jkollu impatt fir-rigward tal-ekonomija u l-innovazzjoni speċjalment fi ħdan l-Unjoni billi jinfluwenzaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' kumpaniji, speċjalment l-SMEs, il-ħolqien ta' impjiegi diretti u indiretti partikolarment fi ħdan l-Unjoni, u bl-ingranaġġ tal-investimenti għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-progress lejn dan l-impatt se jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn it-tliet direzzjonijiet ewlenin tal-impatt.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness V – tabella 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Lejn impatt Ekonomiku/fuq l-Innovazzjoni

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

 

Il-ġenerazzjoni tat-tkabbir ibbażat fuq l-innovazzjoni

Outputs innovattivi -

L-għadd ta' prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-FP (skont it-tip ta' innovazzjoni) u l-applikazzjonijiet għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (IPR)

Innovazzjonijiet -

L-għadd ta' innovazzjonijiet mill-proġetti tal-FP (skont it-tip ta' innovazzjoni) inkluż mill-IPRs mogħtija

Tkabbir ekonomiku -

Il-ħolqien, it-tkabbir u l-ishma tas-suq tal-kumpaniji li żviluppaw l-innovazzjonijiet tal-FP

 

Il-ħolqien ta' iktar impjiegi u ta' impjiegi aħjar

Okkupazzjoni appoġġata -

L-għadd ta' impjiegi FTE maħluqa, u l-impjiegi miżmumin fl-entitajiet benefiċjarji għall-proġett tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Okkupazzjoni sostnuta -

Iż-żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet benefiċjarji għall-proġett tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Okkupazzjoni totali

L-għadd ta' impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma minħabba d-diffużjoni tar-riżultati tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

 

Ingranaġġ tal-investimenti fl-R&I

Koinvestmenti -

L-ammont ta' investiment pubbliku u privat immobilizzat b'investiment inizjali tal-FP

Espansjoni -

L-ammont ta' investiment pubbliku u privat immobilizzat biex jisfrutta jew jespandi r-riżultati tal-FP

Kontribuzzjoni għall-"mira ta' 3%" -

Il-progress tal-UE lejn il-mira ta' 3 % tal-PGD minħabba l-FP.

Emenda

 

 

Lejn impatt Ekonomiku/fuq l-Innovazzjoni

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

 

Il-ġenerazzjoni tat-tkabbir ibbażat fuq l-innovazzjoni fl-Unjoni

Outputs innovattivi -

L-għadd ta' prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-FP (skont it-tip ta' innovazzjoni) u l-applikazzjonijiet għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (IPR) fil-pajjiżi parteċipanti kollha

Innovazzjonijiet -

L-għadd ta' innovazzjonijiet mill-proġetti tal-FP (skont it-tip ta' innovazzjoni u l-pajjiż) inkluż mill-IPRs mogħtija

L-SMEs

L-SMEs li jintroduċu prodott jew innovazzjonijiet fil-proċess bis-saħħa tal-fondi tal-FP bħala % tal-SMEs iffinanzjati mill-FP

Normi u standards

Għadd ta' normi u standards li jirriżultaw mill-proġetti tal-FP żviluppati fi ħdan l-UE

Tkabbir ekonomiku -

Il-ħolqien, it-tkabbir u l-ishma tas-suq tal-kumpaniji li żviluppaw l-innovazzjonijiet tal-FP fi ħdan u barra l-Unjoni

 

L-indirizzar tad-differenza tal-Unjoni bejn l-attivitajiet tar-R&Ż u s-suq

L-isfruttar tar-riżultati tar-RŻI

Sehem tar-riżultati tal-FP li jwassal għal sfruttament kummerċjali fl-Unjoni jew barra minnha, skont is-settur ikkonċernat

Analiżi tal-isfruttar ġewwa jew barra mill-Unjoni

Raġunijiet tal-parteċipanti tal-FP (preċedenti) biex jiġu sfruttati r-R&D barra l-Unjoni

 

Il-ħolqien ta' iktar impjiegi u ta' impjiegi aħjar

Okkupazzjoni appoġġata -

Għal kull pajjiż parteċipanti, l-għadd ta' impjiegi FTE maħluqa, u l-impjiegi miżmumin fl-entitajiet benefiċjarji għall-proġett tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Okkupazzjoni sostnuta -

Għal kull pajjiż parteċipanti,iż-żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet benefiċjarji għall-proġett tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Okkupazzjoni totali

- Għadd ta' impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma jew miżmuma jew trasferiti fl-Unjoni minħabba r-riżultati tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

- L-għadd ta' impjiegi diretti u indiretti maħluqa f'setturi b'għarfien intensiv għal kull pajjiż parteċipanti

 

Ingranaġġ tal-investimenti fir-R&I

Koinvestmenti -

L-ammont ta' investiment pubbliku u privat immobilizzat b'investiment inizjali tal-FP

Espansjoni -

L-ammont ta' investiment pubbliku u privat immobilizzat biex jisfrutta jew jespandi r-riżultati tal-FP

Kontribuzzjoni għall-"mira ta' 3%" -

Il-progress tal-UE lejn il-mira ta' 3 % tal-PGD minħabba l-FP.

Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness V – subintestatura 4a (ġdid)
Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka
Emenda 170
Proposta għal regolament
Anness V – tabella 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

Lejn l-impatt għaż-ŻER

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

 

L-attrazzjoni u ż-żamma ta' talenti fl-Unjoni

Mobilità ffinanzjata mill-FP

Mobilitajiet jew riċerkaturi jew innovaturi deħlin u ħerġin, fi ħdan u barra l-Unjoni, għal kull pajjiż

L-internazzjonalizzazzjoni ffinanzjata mill-FP

- l-evoluzzjoni u s-sehem ta' riċerkaturi u innovaturi barranin ibbażati fil-pajjiżi ŻER kollha

- l-Evoluzzjoni tal-konnettività u l-attivitajiet ta' netwerking tal-istituzzjonijiet ta' riċerka, inklużi l-konnessjonijiet pubbliċi-privati

Sistemi tar-R&I attraenti

—  Investimenti barranin f'attivitajiet innovattivi fl-Unjoni

- Għadd ta' privattivi fil-pajjiżi parteċipanti

—  Dħul minn liċenzji minn barra l-pajjiż

 

Tixrid tal-eċċellenza u twessigħ tal-parteċipazzjoni

Il-parteċipazzjoni fl-FP

Sehem tal-koordinaturi u l-parteċipanti minn pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni għal kull parti tal-Programm u għal kull strument,

- Sehem tal-evalwaturi u l-membri tal-bordijiet ta' governanza inkluż minn pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni u reġjuni R&I bi prestazzjoni baxxa

Il-ħolqien u l-modernizzazzjoni ta' oqsma ta' eċċellenza

Ekosistemi tar-R&I eċċellenti, inklużi r-reġjuni bi prestazzjoni baxxa li qed isiru hubs u muturi tal-bidla f'pajjiżhom stess

 

Diviżjoni tar-R&I

Konċentrazzjoni ġeografika

- Ir-rati ta' suċċess

- Utilizzazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka ffinanzjati mill-Unjoni fil-pajjiżi ŻER kollha

L-ippjanar strateġiku tal-programmi ta' finanzjament tal-UE

Sinerġiji u interazzjonijiet bejn l-FP u l-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti

Titjib tas-sistemi nazzjonali tar-R&I

- Żieda fil-finanzjament tar-riċerka kompetittiva indipendenti u ta' kwalità għolja u fis-sistemi ta' evalwazzjoni tal-karriera

- Żieda fin-nefqa privata u nazzjonali pubblika għar-R&I

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0401/2018).

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Diċembru 2018Avviż legali