Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0073(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0428/2018

Testi mressqa :

A8-0428/2018

Dibattiti :

PV 12/12/2018 - 18
CRE 12/12/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2018 - 9.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0523

Testi adottati
PDF 218kWORD 72k
Il-Ħamis, 13 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali *
P8_TA(2018)0523A8-0428/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (COM(2018)0148 – C8-0137/2018 – 2018/0073(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0148),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0137/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Daniż, il-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti u t-Tieni Kamra tan-Netherlands, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0428/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-ekonomija globali qiegħda ssir diġitali b'rata mgħaġġla, u b'riżultat ta' dan, tfaċċaw modi ġodda ta' negozju. Il-kumpaniji diġitali huma kkaratterizzati mill-fatt li l-operati tagħhom huma konnessi mill-qrib ħafna mal-internet. B'mod partikulari, il-mudelli ta' negozju diġitali jserrħu ħafna fuq il-kapaċità li jwettqu attivitajiet mill-bogħod u bi ftit jew bl-ebda preżenza fiżika, fuq il-kontribut tal-utenti finali lejn il-ħolqien tal-valur, u fuq l-importanza tal-assi intanġibbli.
(1)  L-ekonomija globali qiegħda ssir diġitali b'rata mgħaġġla u, b'riżultat ta' dan, tfaċċaw modi ġodda ta' negozju. Il-kumpaniji diġitali huma kkaratterizzati mill-fatt li l-operati tagħhom huma konnessi mill-qrib ħafna mal-internet. B'mod partikulari, il-mudelli ta' negozju diġitali jserrħu ħafna fuq il-kapaċità li jwettqu attivitajiet mill-bogħod u bi ftit jew bl-ebda preżenza fiżika jew taxxabbli f'pajjiż partikolari, fuq il-kontribut tal-utenti finali lejn il-ħolqien tal-valur, u fuq l-importanza tal-assi intanġibbli.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Ir-regoli attwali tat-tassazzjoni korporattiva ġew żviluppati l-iktar matul is-seklu 20 għal negozji tradizzjonali. Huma msejsa fuq l-idea li t-tassazzjoni għandha ssir fejn jinħoloq il-valur. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli attwali għall-ekonomija diġitali wasslet għal allinjament ħażin bejn il-post fejn il-profitti jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur, speċifikament fil-każ ta' mudelli ta' negozju li jserrħu bil-qawwi fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti. B'hekk sar evidenti li r-regoli attwali tat-taxxa korporattiva għall-intaxxar tal-profitti tal-ekonomija diġitali mhumiex xierqa, u jeħtieġ li jiġu rieżaminati.
(2)  Ir-regoli attwali tat-tassazzjoni korporattiva ġew żviluppati l-iktar matul is-seklu 20 għal negozji tradizzjonali. Huma msejsa fuq l-idea li t-tassazzjoni għandha ssir fejn jinħoloq il-valur. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli attwali għall-ekonomija diġitali wasslet għal allinjament ħażin bejn il-post fejn il-profitti jiġu ntaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur, speċifikament fil-każ ta' mudelli ta' negozju li jserrħu bil-qawwi fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti. Id-diġitalizzazzjoni biddlet ir-rwol tal-utenti, filwaqt li ħalliethom isiru involuti dejjem aktar fil-proċess tal-ħolqien tal-valur. B'hekk sar evidenti li r-regoli attwali tat-taxxa korporattiva għall-intaxxar tal-profitti tal-ekonomija diġitali mhumiex qed iqisu dan il-fattur ġdid u jeħtieġ li jiġu rieżaminati b'mod urġenti.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   L-objettiv huwa li tiġi eliminata d-diskrepanza bejn it-tassazzjoni tad-dħul diġitali u d-dħul tradizzjonali. Attwalment, bħala medja, in-negozji diġitali jiffaċċjaw rata tat-taxxa effettiva ta' 9,5 % biss meta mqabbla ma' 23,2 % għall-mudelli ta' negozju tradizzjonali1a. Is-sistema tat-tassazzjoni trid tkun ġusta u ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi. Jenħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku.
_________________
1a Sors: Komputazzjonijiet mill-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea, abbażi ta' ZEW (2016, 2017) u ZEW et al. (2017).
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Dan ir-rieżami jikkostitwixxi elementi importanti tas-Suq Uniku Diġitali3, billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ qafas tat-taxxa modern u stabbli għall-ekonomija diġitali, li jagħti spinta lill-innovazzjoni, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamiki ġodda tas-suq b'kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati.
(3)  Dan ir-rieżami jikkostitwixxi elementi importanti tas-Suq Uniku Diġitali3, billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ qafas tat-taxxa ġust, modern u stabbli għall-ekonomija diġitalizzata, li jagħti spinta lill-innovazzjoni u t-tkabbir inklużiv, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamiki ġodda tas-suq b'kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati. Id-diġitalizzazzjoni taffettwa l-ekonomija kollha, u dan imur lil hinn mill-ħolqien ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali; għalhekk ir-regoli tat-taxxa għandhom jiġu riformati. Il-miżuri ad hoc inklużi f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jdewmux ix-xogħlijiet dwar it-tassazzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti u dwar l-inklużjoni ta' tali tassazzjoni fi ħdan Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva.
__________________
__________________
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015)0192 tas-6 ta' Mejju 2015).
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015)0192 tas-6 ta' Mejju 2015).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Billi l-problema tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali hija ta' natura dinjija, l-approċċ ideali jkun li tinstab soluzzjoni multilaterali u internazzjonali għaliha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni hija impenjata attivament fid-dibattitu internazzjonali. Bħalissa għaddejja l-ħidma fl-OECD. Madankollu, li jsir progress fil-livell internazzjonali huwa għadma iebsa. Għaldaqstant, qiegħda tittieħed azzjoni biex tadatta r-regoli tat-taxxa korporattiva fil-livell tal-Unjoni6, kif ukoll biex tħeġġeġ l-ilħiq ta' ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, bil-għan li l-qafas tat-taxxa korporattiva jkun jista' jsir xieraq għall-mudelli ta' negozju diġitali l-ġodda.
(5)  Billi l-problema tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali hija ta' natura dinjija, l-approċċ ideali jkun li tinstab soluzzjoni multilaterali u internazzjonali għaliha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni hija impenjata attivament fid-dibattitu internazzjonali. Bħalissa għaddejja l-ħidma fl-OECD, fil-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u fil-Grupp tal-Bank Dinji, li jiffurmaw il-pjattaforma għal Kollaborazzjoni dwar it-Taxxa. Madankollu, li jsir progress fil-livell internazzjonali huwa għadma iebsa. Għaldaqstant, qiegħda tittieħed azzjoni biex tadatta r-regoli tat-taxxa korporattiva fil-livell tal-Unjoni6, kif ukoll biex tħeġġeġ l-ilħiq ta' ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, bil-għan li l-qafas tat-taxxa korporattiva jkun jista' jsir xieraq għall-mudelli ta' negozju diġitali l-ġodda. Jenħtieġ li tiġi żgurata koerenza mal-Qafas Inklużiv tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS), biex jiġi garantit li ma jkun hemm l-ebda devjazzjoni mill-istandards internazzjonali u biex tiġi evitata kumplessità mmultiplikata.
__________________
__________________
6 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147).
6 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147).
7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Sakemm issir dik l-azzjoni, li jaf iddum ma tiġi adottata u implimentata, l-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu fir-rigward tal-kwistjoni, minħabba r-riskju li l-bażijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom jitnaqqru b'mod sinifikanti tul iż-żmien. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'mod individwali joħloq ir-riskju ta' aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku u distorsjoni tal-kompetizzjoni, sitwazzjoni li xxekkel l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali ġodda kif ukoll il-kompetittività tal-Unjoni kollha. Għalhekk jeħtieġ li jiġi adottat approċċ armonizzat fuq soluzzjoni temporanja li tindirizza din il-kwistjoni b'mod immirat, sakemm tidħol fis-seħħ soluzzjoni komprensiva.
(6)  Sakemm issir dik l-azzjoni, li jaf iddum ma tiġi adottata u implimentata, l-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu fir-rigward tal-kwistjoni, minħabba r-riskju li l-bażijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom jitnaqqru b'mod sinifikanti tul iż-żmien. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'mod individwali joħloq ir-riskju ta' aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku u distorsjoni tal-kompetizzjoni, sitwazzjoni li xxekkel l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali ġodda kif ukoll il-kompetittività tal-Unjoni kollha. Għalhekk jeħtieġ li jiġi adottat approċċ armonizzat fuq soluzzjoni temporanja li tindirizza din il-kwistjoni b'mod immirat, sakemm tidħol fis-seħħ soluzzjoni komprensiva. Is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tiġi temporanjament ristretta sabiex jiġi evitat li din issir permanenti b'mod mhux intenzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta klawsola ta' estinzjoni li twassal biex din id-Direttiva tiskadi awtomatikament meta tinstab soluzzjoni komprensiva, preferibbilment fuq livell internazzjonali. Sal-31 ta' Diċembru 2020, jekk ma tkun ġiet miftiehma l-ebda soluzzjoni komprensiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra proposta bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan huwa essenzjali biex jintlaħaq ftehim mingħajr dewmien sabiex tiġi evitata l-multiplikazzjoni ta' taxxi diġitali nazzjonali unilaterali mill-Istati Membri.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Dik is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali ("TSD") fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali minn ċerti entitajiet. Jenħtieġ li tkun miżura li faċli timplimentaha, li timmira lejn id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali fejn l-utenti jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Dan il-fattur (il-ħolqien tal-valur mill-utenti) jirfed ukoll l-azzjoni fir-rigward tar-regoli tat-taxxa korporattiva, kif deskritt fil-premessa (5).
(7)  Dik is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali ("TSD") fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali, inkluż kontenut diġitali minn ċerti entitajiet. Jenħtieġ li tkun miżura li faċli timplimentaha, li timmira lejn id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali fejn l-utenti u l-assi intanġibbli jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Dan il-fattur (il-ħolqien tal-valur mill-utenti u d-dipendenza fuq assi intanġibbli) jirfed ukoll l-azzjoni fir-rigward tar-regoli tat-taxxa korporattiva, kif deskritt fil-premessa (5).
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali biss. Jenħtieġ li s-servizzi diġitali jkunu dawk li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti, fejn tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu intaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti. Huwa d-dħul miksub mill-ipproċessar tal-input mill-utenti li jenħtieġ li jiġi intaxxat, mhux il-parteċipazzjoni tal-utent innifisha.
(9)  Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti u fuq il-kapaċità tagħhom li jwasslu servizzi mingħajr l-ebda preżenza fiżika jew bi preżenza fiżika limitata ħafna. F'dawn il-każijiet, tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu ntaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  B'mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista tas-servizzi li ġejjin: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta' reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta' interfaċċi diġitali b'diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta' "intermedjazzjoni"); u (iii) it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti u li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta' tali servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.
(10)  B'mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista ta' dan li ġej: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta' reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta' interfaċċi diġitali b'diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta' "intermedjazzjoni"); (iii)l-ipproċessar, it-trażmissjoni u l-bejgħ ta' dejta miġbura dwar l-utenti u li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali; u (iv) il-provvista ta' kontenut diġitali bħal vidjo, awdjo, logħob jew testi. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta' tali kontenut, oġġetti u servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Għal każijiet li jinvolvu interfaċċi diġitali b'diversi naħat li jiffaċilitaw il-provvista sottostanti ta' oġġetti jew ta' servizzi direttament bejn l-utenti tal-interfaċċa, it-tranżazzjonijiet sottostanti u d-dħul miksub mill-utenti permezz ta' dawk it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu 'l barra mill-ambitu tat-taxxa. Id-dħul idderivat minn attivitajiet relatati mal-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi miftiehem onlajn permezz tas-sit web tal-fornitur ta' tali oġġetti jew servizzi, u fejn il-fornitur ma jaġixxix bħala intermedjarju, jenħtieġ li jibqa' wkoll 'il barra mill-ambitu tat-TSD, billi l-ħolqien tal-valur għall-bejjiegħ bl-imnut jinsab fl-oġġetti jew fis-servizzi pprovduti filwaqt li l-interfaċċa diġitali tintuża sempliċement bħala mezz ta' komunikazzjoni. Jekk fornitur ikunx qed ibigħ oġġetti jew servizzi onlajn fuq il-kont tiegħu stess, jew jekk ikunx qiegħed jipprovdi servizzi ta' intermedjazzjoni, jista' jiġi ddeterminat billi titqies is-sustanza ġuridika u ekonomika ta' tranżazzjoni, kif riflessa fl-arranġamenti bejn il-partijiet rilevanti. Pereżempju, fornitur ta' interfaċċa diġitali fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni oġġetti ta' parti terza jista' jitqies li qiegħed jipprovdi servizz ta' intermedjazzjoni (fi kliem ieħor, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali b'diversi naħat) fejn ma jkun qed jittieħed ebda riskju sinifikanti għall-inventarju, jew fejn tkun il-parti terzi li effettivament tistabbilixxi l-prezz ta' tali oġġetti.
(13)  Għal każijiet li jinvolvu interfaċċi diġitali b'diversi naħat li jiffaċilitaw il-provvista sottostanti ta' oġġetti jew ta' servizzi direttament bejn l-utenti tal-interfaċċa, it-tranżazzjonijiet sottostanti u d-dħul miksub mill-utenti permezz ta' dawk it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu 'l barra mill-ambitu tat-taxxa. Id-dħul idderivat minn attivitajiet relatati mal-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi miftiehem onlajn permezz tas-sit web tal-fornitur ta' tali oġġetti jew servizzi, u fejn il-fornitur ma jaġixxix bħala intermedjarju, jenħtieġ li jibqa' wkoll 'il barra mill-ambitu tat-TSD. Madankollu, minħabba li huwa possibbli li d-dejta tal-utent tiġi pproċessata permezz ta' interfaċċa diġitali u b'hekk jinħoloq valur ulterjuri mit-tranżazzjoni , u minħabba li n-nuqqas ta' preżenza fiżika jista' joħloq opportunità għal ippjanar aggressiv tat-taxxa, jenħtieġ li t-tkabbir tal-ambitu ta' dawk is-servizzi jiġi kkunsidrat matul ir-rieżami ta' din id-Direttiva.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Is-servizzi li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali minn entità permezz ta' interfaċċa diġitali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tat-taxxa, irrispettivament jekk il-kontenut diġitali jkunx proprjetà ta' dik l-entità jew jekk l-entità tkunx kisbet id-drittijiet biex ixxerrdu. Anki jekk xi tip ta' interazzjoni bejn ir-riċevituri ta' tali kontenut diġitali tista' tkun permessa, u għaldaqstant il-fornitur ta' tali servizzi jista' jitqies li qiegħed jagħmel disponibbli interfaċċa diġitali b'diversi naħat, huwa inqas ċar li l-utent jaqdi rwol ċentrali fil-ħolqien tal-valur għall-kumpanija li tipprovdi l-kontenut diġitali. Minflok, l-enfasi mill-perspettiva tal-ħolqien tal-valur tinsab fuq il-kontenut diġitali nnifsu li jiġi pprovdut mill-entità. Għaldaqstant, id-dħul miksub minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' 'l barra mill-ambitu tat-taxxa.
(14)  Is-servizzi li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali minn entità permezz ta' interfaċċa diġitali jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tat-taxxa, irrispettivament minn jekk il-kontenut diġitali jkunx proprjetà ta' dik l-entità jew jekk l-entità tkunx kisbet id-drittijiet biex ixxerrdu. Id-dħul miksub minn tali provvisti jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fi żmien [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jiġi ddefinit biex ifisser id-dejta pprovduta f'forma diġitali, bħal programmi informatiċi, applikazzjonijiet, logħob, mużika, vidjo jew test, irrispettivament jekk jiġux aċċessati bi tniżżil jew bl-istreaming, u minbarra d-dejta rrappreżentata mill-interfaċċa diġitali nnifisha. L-għan huwa li jiġu koperti l-forom differenti li jista' jieħu l-kontenut diġitali meta jinkiseb minn utent, u dan ma jolqotx il-fatt li l-għan uniku jew ewlieni mill-perspettiva tal-utent ikun il-kisba tal-kontenut diġitali.
(15)  Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jiġi ddefinit biex ifisser id-dejta pprovduta f'forma diġitali, bħal programmi informatiċi, applikazzjonijiet, logħob, mużika, vidjo jew test, irrispettivament jekk jiġux aċċessati bi tniżżil jew bl-istreaming, u minbarra d-dejta rrappreżentata mill-interfaċċa diġitali nnifisha.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   Il-kumpaniji diġitali għandhom it-tendenza li jinvestu inqas fil-bini u fil-makkinarju mill-kumpaniji regolari.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)   Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-servizz deskritt fil-premessa (14) u servizz li jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali b'diversi naħat li permezz tagħha l-utenti jistgħu jtellgħu u jaqsmu kontenut diġitali ma' utenti oħra, jew mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa li tiffaċilita l-provvista sottostanti ta' kontenut diġitali direttament bejn l-utenti. Dawn l-aħħar servizzi jikkostitwixxu servizz ta' intermedjazzjoni, u għalhekk jenħtieġ li jaqgħu fl-ambitu tat-TSD, irrispettivament min-natura tat-tranżazzjoni sottostanti.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Is-servizzi taxxabbli li jikkonsistu fit-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti jenħtieġ li jkopru biss id-dejta li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' tali utenti f'interfaċċi diġitali, iżda mhux id-dejta li tkun ġiet iġġenerata minn sensuri jew b'mezzi oħra u li tkun inġabret b'mod diġitali. Dan għaliex is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tat-TSD jenħtieġ li jkunu dawk li jużaw l-interfaċċi diġitali bħala mod kif joħolqu l-input mill-utenti li jimmonetizzaw, pjuttost milli dawk is-servizzi li jużaw l-interfaċċi biss bħala mod kif jittrażmettu d-dejta li tkun ġiet iġġenerata mod ieħor. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-TSD ma tkunx taxxa fuq il-ġbir tad-dejta, lanqas fuq l-użu tad-dejta miġbura minn negozju għall-iskopijiet interni tiegħu, u lanqas fuq il-qsim tad-dejta miġbura minn negozju ma' partijiet oħra b'xejn. Jenħtieġ li t-TSD timmira lejn il-ġenerazzjoni ta' dħul mit-trażmissjoni tad-dejta miksuba minn attività speċifika ħafna (l-attivitajiet tal-utenti fuq l-interfaċċi diġitali).
(17)  Is-servizzi taxxabbli li jikkonsistu fl-ipproċessar, fit-trażmissjoni jew fil-bejgħ ta' dejta miġbura dwar l-utenti jenħtieġ li jkopru d-dejta li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' tali utenti f'interfaċċi diġitali. Dawn is-servizzi taxxabbli jenħtieġ li jkunu dawk li jużaw l-interfaċċi diġitali bħala mod kif joħolqu l-input mill-utenti li jimmonetizzaw. It-TSD mhijiex taxxa fuq il-ġbir tad-dejta bħala tali. Jenħtieġ li t-TSD timmira lejn il-ġenerazzjoni ta' dħul mill-ipproċessar, mill-bejgħ jew mit-trażmissjoni lil parti terza ta' din id-dejta miksuba minn attività speċifika ħafna (l-attivitajiet tal-utenti fuq l-interfaċċi diġitali).
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Jenħtieġ li ċerti entitajiet biss jikkwalifikaw bħala persuni taxxabbli għall-finijiet tat-TSD, irrispettivament jekk ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li entità tikkwalifika bħala persuna taxxabbli biss jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammont totali ta' dħul madwar id-dinja, irrappurtat mill-entità għall-aħħar sena finanzjarja kompluta li għaliha hemm dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli, jaqbeż is-EUR 750 000 000; u (ii) l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja jaqbeż il-EUR 50 000 000.
(22)  Jenħtieġ li ċerti entitajiet biss jikkwalifikaw bħala persuni taxxabbli għall-finijiet tat-TSD, irrispettivament jekk ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li entità tikkwalifika bħala persuna taxxabbli biss jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammont totali ta' dħul madwar id-dinja, irrappurtat mill-entità għall-aħħar sena finanzjarja kompluta li għaliha hemm dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli, jaqbeż is-EUR 750 000 000; u (ii) l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja jaqbeż il-EUR 40 000 000.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Jenħtieġ li l-ewwel livell limitu (id-dħul totali annwali madwar id-dinja) jillimita l-applikazzjoni tat-TSD lill-kumpaniji ta' ċerta skala, jiġifieri dawk l-iktar kapaċi li jipprovdu dawk is-servizzi diġitali li għalihom il-kontribut tal-utenti jiżvolġi rwol fundamentali, u li jiddependu bil-qawwi fuq netwerks estensivi ta' utenti, fuq traffiku kbir ta' utenti, u fuq l-isfruttament ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Tali mudelli ta' negozju, li jiddependu fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti għall-ksib tad-dħul u li huma vijabbli biss jekk jitwettqu minn kumpaniji ta' ċertu daqs, huma dawk responsabbli għad-differenza kbira bejn il-post fejn jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur. Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar huma l-iktar li jkollhom l-opportunità li jwettqu ppjanar aggressiv tat-taxxa. Huwa għalhekk li ġie propost l-istess livell limitu f'inizjattivi oħra tal-Unjoni9. Tali livell limitu huwa maħsub biex jagħti ċertezza tad-dritt, billi jkun jiffaċilita u jraħħas, għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-determinazzjoni jekk entità jkollhiex l-obbligu tat-TSD. Dan il-livell limitu jeskludi wkoll lill-impriżi ż-żgħar u lill-istartups, billi l-piż tal-konformità mat-taxxa l-ġdida x'aktarx ikollu effett sproporzjonat fuqhom.
(23)  Jenħtieġ li l-ewwel livell limitu (id-dħul totali annwali madwar id-dinja) jillimita l-applikazzjoni tat-TSD lill-kumpaniji ta' ċerta skala, jiġifieri dawk l-iktar kapaċi li jipprovdu dawk is-servizzi diġitali, li jiddependu ħafna fuq assi mobbli intanġibbli u/jew diġitali, li għalihom il-kontribut tal-utenti jiżvolġi rwol fundamentali, u li jiddependu bil-qawwi fuq netwerks estensivi ta' utenti, fuq traffiku kbir ta' utenti, u fuq l-isfruttament ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Tali mudelli ta' negozju, li jiddependu fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti għall-ksib tad-dħul u li huma vijabbli biss jekk jitwettqu minn kumpaniji ta' ċertu daqs, huma dawk responsabbli għad-differenza kbira bejn il-post fejn jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur. Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar huma l-iktar li jkollhom l-opportunità li jwettqu ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-livell limitu huwa wkoll maħsub biex jagħti ċertezza tad-dritt, billi jkun jiffaċilita u jraħħas, għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-determinazzjoni jekk entità jkollhiex l-obbligu tat-TSD. Dan il-livell limitu jeskludi wkoll lill-impriżi ż-żgħar, u lill-istartups, billi l-piż tal-konformità mat-taxxa l-ġdida x'aktarx ikollu effett sproporzjonat fuqhom.
__________________
9 Ara l-Artikolu 2 tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683final).
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 27
(27)  Sabiex jittaffew każijiet possibbli ta' tassazzjoni doppja fejn l-istess dħul ikun soġġett għat-taxxa korporattiva u għat-TSD, huwa mistenni li l-Istati Membri jippermettu lin-negozji jnaqqsu t-TSD imħallsa bħala kost mill-bażi tat-taxxa korporattiva fit-territorju tagħhom, irrispettivament jekk iż-żewġ taxxi jitħallsux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti.
(27)  Sabiex jittaffew każijiet possibbli ta' tassazzjoni doppja fejn l-istess dħul ikun soġġett għat-taxxa korporattiva u għat-TSD, se jkollha tinstab soluzzjoni komuni wiesgħa futura għall-Unjoni kollha biex in-negozji jitħallew inaqqsu t-TSD imħallsa bħala kost mill-bażi tat-taxxa korporattiva fit-territorju tagħhom, irrispettivament jekk iż-żewġ taxxi jitħallsux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 29
(29)  Fejn l-utenti fir-rigward ta' servizz taxxabbli partikulari jinsabu fi Stati Membri jew f'ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni differenti, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli rilevanti miksub minn dak is-servizz jiġi allokat lil kull Stat Membru b'mod proporzjonali abbażi ta' ċerti kjavi ta' kontribuzzjoni speċifiċi. Jenħtieġ li tali kjavi jiġu stabbiliti skont in-natura ta' kull servizz taxxabbli u l-elementi distintivi li jiskattaw it-twassil ta' dħul għall-fornituri ta' tali servizz.
(29)  Fejn l-utenti fir-rigward ta' servizz taxxabbli partikulari jinsabu fi Stati Membri jew f'ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni differenti, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli rilevanti miksub minn dak is-servizz jiġi allokat lil kull Stat Membru b'mod proporzjonali abbażi ta' ċerti kjavi ta' kontribuzzjoni speċifiċi. Jenħtieġ li tali kjavi jiġu stabbiliti skont in-natura ta' kull servizz taxxabbli u l-elementi distintivi li jiskattaw it-twassil ta' dħul għall-fornituri ta' tali servizz. Meta l-kjavi ta' kontribuzzjoni tirriżulta fi tqassim żbilanċjat li ma jirriflettix l-attività ekonomika reali, mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jirrimedja tali sitwazzjoni. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istabbiliment possibbli ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim sabiex tiżgura r-riżoluzzjoni xierqa tat-tilwim meta jkunu involuti Stati Membri differenti.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 30
(30)  Fil-każ ta' servizz taxxabbli li jikkonsisti fit-tqegħid ta' reklamar fuq interfaċċa diġitali, l-għadd ta' drabi li reklam ikun deher fuq l-apparati tal-utenti f'perjodu tat-taxxa fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon tad-dħul taxxabbli li jrid jiġi allokat lil dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa.
(30)  Fil-każ ta' servizz taxxabbli li jikkonsisti fit-tqegħid ta' reklamar jew il-forniment ta' kontenut fuq interfaċċa diġitali, jew l-għadd ta' drabi li reklam jew kontenut diġitali jkun deher fuq l-apparati tal-utenti f'perjodu tat-taxxa fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon tad-dħul taxxabbli li jrid jiġi allokat lil dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 32
(32)  Fejn tidħol it-trażmissjoni tad-dejta miġbura dwar l-utenti, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Stat Membru f'perjodu tat-taxxa jenħtieġ li tqis l-għadd ta' utenti li minnhom tkun ġiet iġġenerata dejta trażmessa f'dak il-perjodu tat-taxxa, b'riżultat tal-użu ta' apparat minn tali utenti f'dak l-Istat Membru.
(32)  Fejn jidħlu l-ipproċessar, il-bejgħ jew it-trażmissjoni tad-dejta miġbura dwar l-utenti, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Stat Membru f'perjodu tat-taxxa jenħtieġ li tqis l-għadd ta' utenti li minnhom tkun ġiet iġġenerata dejta sfruttata, mibjugħa jew trażmessa f'dak il-perjodu tat-taxxa, b'riżultat tal-użu ta' apparat minn tali utenti f'dak l-Istat Membru.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 34
(34)  Kull ipproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, inkluż dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew b'mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqies il-bżonn li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa għall-konformità mar-regoli marbutin mal-legalità u mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.
(34)  Kull ipproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, inkluż dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew b'mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni, mingħajr ma tiġi permessa l-identifikazzjoni tal-utenti. L-awtorità tat-taxxa tal-Istati Membri jenħtieġ li tiġi informata dwar il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-post tal-utenti. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqies il-bżonn li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa għall-konformità mar-regoli marbutin mal-legalità u mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, speċjalment mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.
_________________
_________________
10 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
10 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 35
(35)  Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun ugwali għad-dħul gross totali miksub minn persuna taxxabbli, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra simili. Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jiġi rrikonoxxut bħala miksub minn persuna taxxabbli fil-mument li jsir dovut, irrispettivament jekk ikunx diġà tħallas sa dak il-mument. Jenħtieġ li t-TSD tkun imponibbli fi Stat Membru fuq il-proporzjon tad-dħul taxxabbli miksub minn persuna taxxabbli f'perjodu tat-taxxa li jiġi jitqies bħala miksub f'dak l-Istat Membru, u jenħtieġ li tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-TSD lil dak il-proporzjon. Jenħtieġ li jkun hemm rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-Suq Uniku. Ir-rata tat-TSD jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 3 %, li tippermetti li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn id-dħul iġġenerat mit-taxxa u l-kunsiderazzjoni tal-impatti differenti tat-TSD fuq negozji b'marġnijiet tal-profitt differenti.
(35)  Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun ugwali għad-dħul gross totali miksub minn persuna taxxabbli, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra simili. Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jiġi rrikonoxxut bħala miksub minn persuna taxxabbli fil-mument li jsir dovut, irrispettivament jekk ikunx diġà tħallas sa dak il-mument. Jenħtieġ li t-TSD tkun imponibbli fi Stat Membru fuq il-proporzjon tad-dħul taxxabbli miksub minn persuna taxxabbli f'perjodu tat-taxxa li jiġi jitqies bħala miksub f'dak l-Istat Membru, u jenħtieġ li tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-TSD lil dak il-proporzjon. Jenħtieġ li jkun hemm rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-Suq Uniku. Ir-rata tat-TSD stabbilita għal 3 %, hija maħsuba biex jintlaħaq bilanċ xieraq bejn id-dħul iġġenerat mit-taxxa u l-kunsiderazzjoni tal-impatti differenti tat-TSD fuq negozji b'marġnijiet tal-profitt differenti.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 37
(37)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jistabbilixxu obbligi ta' kontabbiltà, ta' żamma tar-rekords u oħrajn bil-għan li jiżguraw li t-TSD dovuta effettivament titħallas, kif ukoll miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa.
(37)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jistabbilixxu obbligi ta' kontabbiltà, ta' żamma tar-rekords u oħrajn bil-għan li jiżguraw li t-TSD dovuta effettivament titħallas, kif ukoll miżuri oħra, inklużi penali u sanzjonijiet, għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 37a (ġdida)
(37a)   It-TSD imħallsa minn persuna taxxabbli għal kull Stat Membru jenħtieġ li tkun parti mis-sistema tar-rapportar għal kull pajjiż.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 38a (ġdida)
(38a)  F'każ li persuna taxxabbli jkollha obbligu ta' TSD f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni jenħtieġ li tawditja, kull tliet snin, id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 40a (ġdida)
(40a)  It-TSD hija miżura temporanja li qed tistenna soluzzjoni permanenti, u jenħtieġ li ma tittardja bl-ebda mod id-dħul fis-seħħ ta' soluzzjoni permanenti. Din id-Direttiva jenħtieġ li tiskadi mal-adozzjoni, skont liema tiġi l-ewwel, tad-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli relatati mat-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti, jew id-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, inkluż l-istabbiliment diġitali permanenti kif propost fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva rispettivament, jew direttiva li timplimenta ftehim politiku milħuq f'forum internazzjonali bħall-OECD jew in-NU.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 40b (ġdida)
(40b)   L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-ħlas tat-TSD minn entitajiet, il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz u l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għall-ġbir u l-ħlas tat-taxxa.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 40c (ġdida)
(40c)   Sentejn wara...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha skont il-prinċipji tat-tassazzjoni ġusta tas-settur diġitali.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 41
(41)  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma l-protezzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku, l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tiegħu, u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Peress li dawn l-għanijiet, fid-dawl tan-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
(41)  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma l-protezzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku, l-iżgurar tal-funzjonament ġust u tajjeb tiegħu, u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Peress li dawn l-għanijiet, fid-dawl tan-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 7 a (ġdid)
(7a)  "ipproċessar ta' dejta" tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq dejta personali jew fuq settijiet ta' dejta personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali.
(c)  l-ipproċessar u t-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali;
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti ta' kontenut fuq interfaċċa diġitali bħal vidjo, awdjo, logħob jew test bl-użu ta' interfaċċa diġitali;
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a
(a)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali fejn l-għan uniku jew ewlieni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-interfaċċa jkun li l-entità li tagħmilha disponibbli tkun tista' tipprovdi kontenut diġitali lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' pagament lill-utenti;
(a)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali fejn l-għan uniku jew ewlieni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-interfaċċa jkun li l-entità li tagħmilha disponibbli tkun tista' tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' pagament lill-utenti, dment li ma jiġi ġġenerat l-ebda dħul ieħor bis-saħħa tal-ipproċessar, it-trażmissjoni jew il-bejgħ tad-dejta tal-utenti;
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja rilevanti jaqbeż il-EUR 50 000 000.
(b)  l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja rilevanti jaqbeż il-EUR 40 000 000.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  fil-każ ta' servizz skont l-punt (ca) tal-Artikolu 3(1), il-kontenut diġitali inkwistjoni jidher fuq l-apparat tal-utent f'mument meta l-apparat ikun qiegħed jintuża f'dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa biex jaċċessa interfaċċa diġitali;
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6
6.  Id-dejta li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal dejta li tindika l-Istat Membru fejn jinsabu l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk l-utenti.
6.  Id-dejta li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal dejta li tindika l-Istat Membru fejn jinsabu l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk l-utenti. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż l-ipproċessar li jista' jkun neċessarju b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet (IP) jew mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim iżidx aktar l-effikaċja u l-effiċjenza tas-soluzzjoni għal nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun xieraq, tinkludi proposta leġiżlattiva.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
Ir-rata tat-TSD għandha tkun 3 %.
Ir-rata tat-TSD għandha tkun stabbilita għal 3 %.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta jkun japplika l-punt (b) ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tawditja, kull tliet snin, id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Madankollu, jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont l-Artikolu 10(3)(b), il-persuna taxxabbli għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10.
2.  Madankollu, jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont l-Artikolu 10(3)(b), il-persuna taxxabbli għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(3), il-persuna taxxabbli tista' tiddeċiedi li żżomm l-Istat Membru tal-identifikazzjoni li tkun għażlet inizjalment, peress li dik il-persuna taxxabbli jista' jerġa' jkollha l-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membri fil-perjodu tat-taxxa li jkun imiss. Jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex l-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru għal aktar minn żewġ perjodi tat-taxxa konsekuttivi, din għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni fi żmien tliet snin mid-data li fiha kien meħtieġ li titressaq id-dikjarazzjoni inizjali. L-emendi li jsiru wara tali perjodu għandhom ikunu rregolati mir-regoli u mill-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru fejn it-TSD tkun dovuta.
2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni fi żmien sentejn mid-data li fiha kien meħtieġ li titressaq id-dikjarazzjoni inizjali. L-emendi li jsiru wara tali perjodu għandhom ikunu rregolati mir-regoli u mill-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru fejn it-TSD tkun dovuta.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa fir-rigward tat-TSD.
3.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri, inklużi penali u sanzjonijiet, biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa fir-rigward tat-TSD.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġiżlattiva biex tiġi inkluża fid-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tal-iżvelar ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti impriżi u fergħat, li tipprevedi l-ammont totali tat-TSD imħallas minn persuna taxxabbli lill-Istati Membri differenti li għandu jiżdied mal-lista tal-istandards tar-rapportar obbligatorju għal kull pajjiż.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Kapitolu 4 – titolu
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U SKAMBJU OBBLIGATORJU TA' INFORMAZZJONI
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu -20 (ġdid)
Artikolu -20
Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni
Sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jivvalutaw it-taxxa dovuta kif xieraq u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa u unformi ta' din id-Direttiva, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mat-taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stipulat bid-direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE. L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji xierqa għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal tal-amministrazzjoni tat-taxxa b'attenzjoni partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tat-taxxa transfruntiera u l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 24a (ġdid)
Artikolu 24a
Rapport u rieżami
Sentejn wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha skont il-prinċipji tat-tassazzjoni ġusta tas-settur diġitali.
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:
(a)  iż-żieda fir-rata tat-TSD minn 3 % għal 5 % flimkien ma' benefiċċju tat-taxxa korrispondenti sabiex tiġi limitata d-differenza fir-rati tat-taxxa effettivi bejn il-kumpaniji tradizzjonali u dawk diġitali;
(b)  il-kamp ta' applikazzjoni tat-TSD, inkluża żieda f'tali l-ambitu biex jiġi inkluż il-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi li jiġu kkuntrattati onlajn permezz ta' interfaċċi diġitali;
(c)  l-ammont ta' taxxa mħallsa f'kull Stat Membru;
(d)  it-tip ta' attivitajiet diġitali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
(e)  il-prattiki potenzjali tal-ippjanar tat-taxxa li ġew applikati mill-entitajiet biex jevitaw li jħallsu t-TSD.
(f)  il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz, il-kooperazzjoni ma' Stati Membri; u
(g)  l-impatt globali fuq is-suq intern b'kont meħud tad-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 24b (ġdid)
Artikolu 24b
Obbligi tar-rapportar
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni ċifri u informazzjoni rilevanti dwar il-ħlas tat-TSD minn entitajiet, il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz u l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għall-ġbir u l-ħlas tat-taxxa.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Klawżola ta' estinzjoni kondizzjonali fuq miżuri permanenti
It-TSD hija miżura temporanja li qed tistenna soluzzjoni permanenti; għalhekk, din id-Direttiva għandha tiskadi mal-adozzjoni, skont liema tiġi l-ewwel, ta':
(a)  id-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli relatati mat-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti;
(b)  id-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, inkluż l-istabbiliment diġitali permanenti kif propost fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva rispettivament; jew
(c)  Direttiva li timplimenta l-ftehim politiku milħuq f'fora internazzjonali bħall-OECD jew in-NU.
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ottubru 2019Avviż legali