Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018 - StrasburguVerżjoni finali
Is-sitwazzjoni attwali tas-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea
 L-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
 Regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u l-istabbiliment ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ***I
 Emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda ***I
 Il-Modernizzazzjoni tal-Edukazzjoni fl-UE
 Lejn settur Ewropew tal-akkwakultura sostenibbli u kompetittiv: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri

Is-sitwazzjoni attwali tas-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea
PDF 150kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea (2017/2120(INI))
P8_TA(2018)0243A8-0191/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 77 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008(5), b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' riċerka bl-isem "Marine recreational and semi-subsistence fishing – its value and its impact on fish stocks" (Is-sajd rikreattiv fil-baħar u semisussistenzjarju – il-valur tiegħu u l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet tal-ħut), ippubblikat mid-Dipartiment Tematiku tiegħu għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni f'Lulju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0191/2018),

A.  billi d-definizzjoni pprovduta mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-2013 tiddeskrivi s-sajd rikreattiv bħala "l-qabda jew it-tentattiv tal-qabda ta' riżorsi akwatiċi ħajjin l-aktar għall-pjaċir u/jew għall-konsum personali. Dan ikopri l-metodi tas-sajd attiv inkluż bix-xlief, bil-foxxni, u l-qbid bl-idejn u l-metodi tas-sajd passiv inkluż bix-xbieki, bin-nases u bil-konzijiet"; billi hemm bżonn ta' definizzjoni ċari ta' sajd rikreattiv u sajd rikreattiv fil-baħar, b'kont meħud tal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, li jgħid li "il-kummerċjalizzazzjoni tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv għandha tkun projbita";

B.  billi huwa importanti li wieħed jifhem id-differenza bejn sajd rikreattiv u sajd semisussistenzjarju, minħabba li t-tnejn għandhom jiġu evalwati u rregolati b'mod separat, u għandu jkun ċar li s-sajd rikreattiv mhuwiex sajd semisussistenzjarju; billi r-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd ma jagħmel l-ebda referenza għal dan tal-aħħar; billi għaldaqstant it-tnejn għandhom jiġu evalwati u regolati b'mod separat;

C.  billi l-leġiżlazzjoni tal-UE topera biss b'sistema b'żewġ livelli ta' kategoriji tas-sajd, li tkopri s-sajd rikreattiv u s-sajd kummerċjali, u b'hekk ma tirrikonoxxix is-sajd semisussistenzjarju u s-sajd semikummerċjali;

D.  billi s-sajd rikreattiv, minħabba d-daqs tiegħu, jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut, iżda r-regolamentazzjoni tal-kwistjoni taqa' primarjament fl-isfera ta' kompetenza tal-Istati Membri;

E.  billi l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU ddefiniet is-sajd sussistenzjarju bħala "sajd ta' annimali akkwatiċi li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali ta' individwu";

F.  billi jekk ma jkunx hemm distinzjoni legali ċara bejn is-sajd rikreattiv, is-sajd semisussistenzjarju u s-sajd semikummerċjali, ċertu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) jista' ma jiġix individwat minħabba li ma jingħaddx jew ma jkunx regolat b'mod xieraq;

G.  billi m'hemm l-ebda definizzjoni unika, ċara u li hemm qbil dwarha tas-sajd rikreattiv fil-livell tal-UE, u billi dan jagħmilha diffiċli ħafna biex is-sajd rikreattiv jiġi kkontrollat, biex tinġabar data dwar dan it-tip ta' sajd u biex jiġu vvalutati l-impatt tiegħu fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-ambjent jew l-importanza ekonomika tiegħu;

H.  billi sabiex tiġi ġestita kif xieraq kwalunkwe forma ta' attività tas-sajd, inkluż is-sajd rikreattiv, hemm bżonn ta' ġbir ta' data regolari u robust u fuq serje taż-żmien sabiex jiġi vvalutat l-impatt fuq l-istokkijiet tal-ħut u organiżmi tal-baħar oħrajn u fuq l-ambjent; billi fil-preżent tali data hija nieqsa jew mhux kompleta; billi, minbarra l-impatt dirett fuq l-istokkijiet tal-ħut, l-impatt ambjentali addizzjonali tas-sajd rikreattiv ukoll għadu ma ġiex studjat biżżejjed;

I.  billi, skont l-istudji, ammont sostanzjali ta' fdalijiet ta' skart tal-plastik traċċabbli fl-ibħra, il-lagi u x-xmajjar oriġina minn attivitajiet rekreattivi bbażati fl-ilma bħat-tbaħħir, it-turiżmu u s-sajd; jinnota li l-iskart fil-forma ta' rkaptu mitluf tas-sajd rikreattiv jista' jikkawża degradazzjoni serja tal-ħabitat kif ukoll ħsara ekoloġika;

J.  billi l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-ġbir ta' data, inkluż fir-rigward tas-sajd rikreattiv;

K.  billi l-objettivi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jirreferu għall-ħtieġa li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, u li l-istokkijiet tal-ħut u organiżmi tal-baħar oħrajn jiġu ripristinati u jinżammu 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli;

L.  billi, skont studju reċenti kkummissjonat mill-Parlament, l-impatt tas-sajd rikreattiv jista' jvarja skont l-istokkijiet tal-ħut, u jirrappreżenta 2 % (kavalli) - 43 % (pollakkju) tal-qabda totali;

M.  billi sabiex jinkisbu l-objettivi tal-PKS, l-istokkijiet tal-ħut u l-attività tas-sajd għandhom jiġu ġestiti u bbilanċjati; billi dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu jekk parti mid-data dwar il-qabdiet u dwar l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd, inkluż is-sajd rikreattiv, tkun nieqsa;

N.  billi l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiġbru d-data, inklużi l-estimi ta' kemm kien hemm qbid u rilaxx fir-rigward tal-ispeċijiet elenkati fir-Regolament (UE) 2017/1004 u eventwalment jinkluduha fil-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali; billi, f'dan ir-rigward, ftit Stati Membri biss għandhom data komprensiva dwar is-sajd rikreattiv prattikat fit-territorju tagħhom;

O.  billi, għalkemm hemm firxa wiesgħa ta' speċijiet li jinqabdu permezz tas-sajd rikreattiv fil-baħar, il-ġbir ta' data obbligatorju japplika għal ftit speċijiet biss, u għalhekk huma meħtieġa stħarriġ u analiżi li jinkludu speċijiet varji speċifiċi għall-pajjiżi; billi l-qabdiet mis-sajd rikreattiv għandhom ikunu inklużi fl-estimi tal-mortalità totali mis-sajd u tal-bijomassa;

P.  billi d-disponibilità tad-data dwar is-sajd rikreattiv tvarja minn reġjun għall-ieħor, u nsibu informazzjoni aħjar disponibbli dwar is-sajd rikreattiv fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku, milli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed jew fl-Atlantiku;

Q.  billi n-numru stmat ta' dawk li jipprattikaw is-sajd rikreattiv fil-baħar fl-Ewropa huwa bejn 8,7 u 9 miljun persuna, jew 1,6 % tal-popolazzjoni Ewropea, li jistadu għal madwar 77 miljun ġurnata fis-sena;

R.  billi, skont l-Artikolu 3(2)(6) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 dwar il-FEMS, "sajjied" tfisser kwalunkwe persuna involuta f'attivitajiet tas-sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, u billi huwa għalhekk meħtieġ li tinstab definizzjoni oħra biex jiġu koperti dawk involuti f'attivitajiet tas-sajd rikreattiv, kif imsemmi fil-Premessa A;

S.  billi l-impatt ekonomiku stmat tas-sajd rikreattiv fil-baħar Ewropew (mingħajr il-valur tas-sajd turistiku) huwa ta' EUR 10,5 biljun, u dan huwa magħmul minn EUR 5,1 biljun infiq dirett, EUR 2,3 biljun infiq indirett u EUR 3,2 biljun infiq indott; billi fl-UE biss, l-impatt ekonomiku tas-sajd rikreattiv fil-baħar huwa stmat li jammonta għal EUR 8,4 biljun (magħmul minn EUR 4,2 biljun f'infiq dirett, EUR 1,8 biljun f'infiq indirett u EUR 2,5 biljun f'infiq indott);

T.  billi hemm rabta diretta bejn minn naħa l-istruttura/l-abbundanza tal-istokkijiet tal-ħut u l-aċċess għall-opportunitajiet ta' sajd u min-naħa l-oħra l-impjiegi u l-impatti ekonomiċi u soċjoekonomiċi li jirriżultaw; billi huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt tas-sajd kollu fuq stokk speċifiku, kif ukoll il-valur ekonomiku tiegħu, sabiex jiġu adottati miżuri ta' ġestjoni li jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ambjentali kif ukoll dawk ekonomiċi;

U.  billi s-sajd rikreattiv fil-baħar jappoġġja madwar 99 000 impjieg ekwivalenti għal full time (FTE) fl-Ewropa, li huma magħmula minn 57 000 impjieg dirett, 18 000 impjieg indirett u 24 000 impjieg indott, u li jiġġeneraw valur ekonomiku medju ta' EUR 49 000 fis-sena għal kull FTE; billi, fl-UE biss, huwa stmat li ċ-ċifra hija ta' 84 000 FTE (50 000 impjieg dirett, 15 000 impjieg indirett u 20 000 impjieg indott);

V.  billi jidher li s-sajd rikreattiv fil-baħar turistiku, kif ukoll sajd turistiku ieħor, huwa importanti ħafna għall-ekonomija ta' ħafna reġjuni u pajjiżi, u għalhekk għandu jiġi analizzat sabiex jiġi vvalutat aħjar il-valur, l-impatt u l-potenzjal ta' żvilupp tiegħu;

W.  billi t-tipi kollha ta' sajd rikreattiv għandhom impatt ekonomiku u soċjali ikbar fil-livell lokali u reġjonali milli fil-livell nazzjonali minħabba li jappoġġjaw il-komunitajiet lokali u kostali permezz tat-turiżmu, il-produzzjoni, il-bejgħ u l-kiri ta' tagħmir u servizzi oħrajn relatati mas-sajd rikreattiv;

X.  billi, f'xi każijiet, il-qabdiet rikreattivi jikkostitwixxu porzjon sinifikanti tal-mortalità totali mis-sajd tal-istokk, u għalhekk dawn għandhom jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd; billi, skont studju riċenti kkummissjonat mill-Parlament, il-perċentwal stmat tal-kontribuzzjoni għall-qabdiet totali mis-sajd rikreattiv fil-baħar jista’ jvarja ħafna, skont l-ispeċijiet fil-mira – minn 2 % għall-kavalli għal 43 % għall-pollakkju;

Y.  billi huwa importanti li jiġu evalwati individwalment id-diversi metodi ta' sajd rikreattiv, jew is-segmenti deskritti fid-definizzjoni tal-ICES tal-2013;

Z.  billi l-evalwazzjoni tal-impatt tas-sajd rikreattiv fuq l-istokkijiet tal-ħut tinkludi ż-żamma tal-qabdiet u r-rati ta' mortalità tal-ħut rilaxxat; billi r-rata ta' sopravivenza tal-ħut maqbud bil-qasba u x-xlief (sajd tal-qbid u r-rilaxx), hija, fil-maġġoranza tal-każijiet, ogħla mir-rati ekwivalenti għall-ħut maqbud bi rkaptu ieħor u permezz ta' prattiki oħra u għalhekk din għandha titqies f'dawn il-każijiet; billi hemm bżonn ta' informazzjoni ulterjuri dwar l-irkaptu prinċipali użat għas-sajd rikreattiv fil-baħar sabiex ikun jista' jsir tqabbil bejn iċ-ċans ta' sopravivenza tal-qabdiet skartati fis-sajd kummerċjali u tal-ħut li jintrema lura fil-baħar waqt is-sajd rikreattiv;

AA.  billi s-sajd rikreattiv jinkludi varjetà ta' rkapti u tekniki b'impatt differenti fuq l-istokkijiet u fuq l-ambjent, u għalhekk għandu jiġi evalwat u rregolat kif xieraq;

AB.  billi, minħabba l-istat ħażin tal-istokkijiet tal-ispnott tat-Tramuntana u tal-bakkaljaw tal-Punent tal-Baltiku, ġew introdotti restrizzjonijiet fuq is-sajd rikreattiv fil-livell tal-UE, billi ġew stabbiliti limiti tal-qabdiet jew projbizzjonijiet ta' żamma (għall-ispnott), sabiex jgħinu l-irkupru ta' dawn l-istokkijiet; billi l-miżuri għall-ġestjoni ta' emerġenza adottati meta jkun maħsub li l-istatus tal-istokk qed jiġi affettwat mis-sajd rikreattiv ma jipprovdux lis-settur il-viżibilità neċessarja;

AC.  billi ċerti sajjieda rikreattivi qed jimmiraw għall-ispeċijiet migratorji bejn l-ilma mielaħ u l-ilma ħelu bħas-salamun, it-troti u s-sallura; billi l-ġbir ta' data dwar dawn l-ispeċijiet għandu jitwettaq kemm fl-ilma ħelu kif ukoll fl-ilma mielaħ sabiex jiġi evalwat kif l-istokkijiet tal-ħut jinbidlu maż-żmien;

AD.  billi ż-żoni li huma l-iktar aċċessibbli għall-maġġoranza tas-sajjieda rikreattivi huma żoni kostali fejn, minbarra l-ispeċijiet ta' ħut, spiss jinqabdu wkoll invertebrati u alka; billi dawn għandhom rwol ewlieni fl-ekoloġija ta' tali żoni; billi l-impatt tal-qabdiet ta' dawn l-ispeċijiet ukoll se jeħtieġ li jiġi vvalutat, mhux biss fir-rigward tal-istokkijiet ikkonċernati iżda wkoll fir-rigward tal-ekosistemi li jifformaw parti minnhom;

AE.  billi s-salamun jirritorna fl-ilmijiet fejn ikun twieled, u billi idealment is-salamun għandu jiġi mmirat biss fis-sistemi tax-xmajjar fejn huwa possibbli li jsir kontroll u infurzar effiċjenti; billi s-sajd tas-salamun fil-baħar iwassal biex dan jitneħħa b'mod indiskriminat minn popolazzjonijiet b'saħħithom kif ukoll minn popolazzjonijiet vulnerabbli;

AF.  billi s-sajd rikreattiv jista' jirrappreżenta sors sinifikanti ta' mortalità mis-sajd, u filwaqt li l-ogħla stima tal-impatt ambjentali għas-sajd rikreattiv fl-ilma ħelu hija assoċjata mal-possibilità li jiġu introdotti speċijiet mhux indiġeni fl-ekosistema, ftit li xejn insibu impatt simili fis-sajd rikreattiv fil-baħar;

AG.  billi l-PKS ġiet stabbilita għall-ġestjoni tas-sajd kummerċjali, mingħajr ma ingħatat ebda kunsiderazzjoni għas-sajd rikreattiv, il-pekuljaritajiet tiegħu u l-ħtieġa ta' strumenti speċifiċi ta' ġestjoni u ppjanar;

AH.  billi l-impatti ambjentali tas-sajd rikreattiv jinkludu tipi oħrajn għajr it-tneħħija tal-ħut, iżda n-nuqqas ta' data ċara jagħmilha diffiċli li dawn jiġu separati minn sorsi antropoġeniċi oħrajn;

AI.  billi għandu jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni għall-ġestjoni futura tas-sajd rikreattiv fil-baħar, fid-dawl tal-importanza ta' din l-attività fir-Renju Unit u s-sinifikat tagħha għall-istokkijiet tal-ħut kondiviżi;

AJ.  billi s-sajd rikreattiv għandu ħafna benefiċċji soċjali u tas-saħħa pubblika, pereżempju isaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-parteċipanti, jinkoraġġixxi l-interazzjoni fost iż-żgħażagħ u jeduka lin-nies fir-rigward tal-ambjent u l-importanza tas-sostenibilità tiegħu;

1.  Jisħaq fuq l-importanza li tinġabar data suffiċjenti dwar is-sajd rikreattiv, u b'mod partikolari dwar is-sajd rikreattiv fil-baħar, sabiex jiġu evalwati kif xieraq il-livelli totali tal-mortalità mis-sajd għall-istokkijiet kollha;

2.  Jissottolinja li s-sajd rikreattiv qed isir iktar popolari fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej u li dan it-tip ta' sajd jirrappreżenta attività importanti b'effetti soċjali, ekonomiċi, ambjentali u fuq l-impjiegi, u jinnota wkoll b'mod partikolari l-impatt sinifikanti li dan jista' jkollu fuq ir-riżorsi tal-ħut; jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri għandhom, għalhekk, jiżguraw li tali attivitajiet jitwettqu b'mod sostenibbli li jkun kompatibbli mal-objettivi tal-PKS;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi protetta l-flotta tas-sajd artiġjanali u jiġu żgurati s-sopravivenza tagħha u s-sostituzzjoni ġenerazzjonali fid-dawl tal-espansjoni tal-attività rikreattiva marbuta mal-portijiet turistiċi u t-turiżmu staġjonali;

4.  Iqis li għandha tinġabar data dwar in-numru ta' sajjieda rikreattivi, il-volum tal-qabdiet tagħhom u l-valur miżjud li jistgħu jiġġeneraw fil-komunitajiet kostali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-sajd rikreattiv fir-regolament il-ġdid dwar il-kontroll;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa, u jekk ikun neċessarju, tespandi l-ġbir tad-data fir-rigward tas-sajd rikreattiv sabiex jiġu koperti aktar stokkijiet ta' ħut u organiżmi tal-baħar oħrajn, tfassal studju dwar il-fattibilità dwar il-ġbir uniformi ta' data relatata mal-impatt soċjoekonomiku tiegħu u tagħmel obbligatorju l-ġbir ta' tali data;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu r-rappurtar u l-monitoraġġ tal-qabdiet konnessi mas-sajd rikreattiv; ifakkar li fl-adozzjoni tal-baġit tal-UE għall-2018, il-Parlament approva proġett pilota li kellu l-għan li jintroduċi skema ta' rappurtar ta' kull xahar għall-qabdiet tal-ispnott, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw aktar proġetti ta' monitoraġġ għall-ispeċijiet li huma l-iktar vulnerabbli għas-sajd rikreattiv; ifakkar fl-importanza tat-traċċabilità u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-sajd rikreattiv fir-regolament il-ġdid dwar il-kontroll;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar is-sajd rikreattiv fl-UE; iqis li l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' ġestjoni li jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sajd rikreattiv għandhom ukoll jiġu inkorporati fir-rapport finali tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-passi tekniċi meħtieġa biex jimplimentaw ir-regolament attwali dwar il-ġbir ta' data u jespanduh sabiex jinkludu iktar stokkijiet u aspetti tas-sajd rikreattiv;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-data kollha neċessarja dwar is-sajd rikreattiv tinġabar b'mod regolari sabiex tiġi pprovduta evalwazzjoni kompleta tal-istokkijiet tal-ħut u organiżmi tal-baħar oħrajn sabiex tingħata iktar viżibilità lis-settur; iwissi li jekk ma ssirx tali evalwazzjoni komprensiva u ma jittieħdux azzjonijiet xierqa abbażi tagħha, il-pjanijiet ta' ġestjoni tas-sajd u l-miżuri tekniċi jafu ma jiksbux l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u lanqas bilanċ bejn is-sajd rikreattiv u dak kummerċjali;

11.  Iqis li meta l-qabdiet mis-sajd rikreattiv ikollhom impatt sinifikanti fuq l-istokk, dawn għandhom jiġu inklużi bħala parti integrali tal-ekosistema u fil-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali, bl-iskop li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd u jiġu adottati l-miżuri tekniċi rilevanti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, fejn ikun neċessarju, tinkludi s-sajd rikreattiv fil-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali li diġà ġew adottati jew li waslu biex jiġu adottati;

12.  Jissottolinja l-fatt li l-ġbir ta' data huwa obbligu tal-Istati Membri; jirrimarka, madankollu, li sabiex tissaħħaħ il-kwalità tad-data, għandu jkun hemm definizzjoni xierqa tas-sajd rikreattiv; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi definizzjoni uniformi tas-sajd rikreattiv fil-livell tal-UE li tiddistingwi b'mod ċar bejn is-sajd rikreattiv u s-sajd kummerċjali u semisussistenzjarju, abbażi tal-prinċipju li l-qabdiet mis-sajd rikreattiv m'għandhom qatt jinbiegħu;

13.  Iqis li, abbażi tad-data u r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, u b'kont meħud tal-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tas-sajd rikreattiv, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rwol tas-sajd rikreattiv fil-PKS futura, sabiex iż-żewġ tipi ta' sajd marittimu – kummerċjali u rikreattiv – ikunu jistgħu jiġu ġestiti b'mod ibbilanċjat, ġust u sostenibbli bl-għan li jintlaħqu l-objettivi mixtieqa;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja, inkluż permezz ta' appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp tas-sajd rikreattiv fis-settur tat-turiżmu, bħala kontributur importanti għall-iżvilupp tal-ekonomija blu fil-komunitajiet iż-żgħar, il-komunitajiet kostali u l-gżejjer, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi; iqis li dan għandu jkollu impatt pożittiv fuq l-isforzi biex l-istaġun tat-turiżmu jittawwal lil hinn mix-xhur tas-sajf; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tuża s-sajd rikreattiv bħala tema tal-inizjattiva EDEN favur it-turiżmu sostenibbli u tniedi proġetti li jippromwovu t-turiżmu tas-sajd rikreattiv fil-komunitajiet kostali żgħar taħt il-Fond tal-COSME;

15.  Jirrimarka li, barra mill-kuntest tal-ġestjoni normali tar-riżorsi tas-sajd abbażi ta' data xjentifika sostantiva, l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' sajd rikreattiv m'għandux ifisser tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd professjonali jew kondiviżjoni tar-riżorsi skarsi bejn l-attivitajiet professjonali u dawk ta' rikreazzjoni, speċjalment fil-każ tas-sajd fuq skala żgħira u artiġjanali;

16.  Jirrikonoxxi li s-sajd rikreattiv ilu jiġi prattikat għal sekli sħaħ madwar l-UE u huwa parti integrali mill-kultura, it-tradizzjonijiet u l-wirt ta' għadd kbir ta' komunitajiet kostali u tal-gżejjer; jinnota li t-tipi differenti ta' sajd rikreattiv ivarjaw daqs il-kulturi tal-UE stess u li dan irid jiġi rikonoxxut fi kwalunkwe tentattiv li tiġi stabbilita leġiżlazzjoni f'dan il-qasam;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri xierqa sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet futuri għar-regolamentazzjoni tas-sajd rikreattiv ikunu xierqa u ma jkunux ta' ħsara għall-attivitajiet tas-sajd professjonali;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli bażiċi għall-ġestjoni tas-sajd rikreattiv u jissuġġerixxi li jitfassal ukoll katalogu tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv, li għandu jinkludi informazzjoni dwar l-irkaptu u l-operazzjonijiet tas-sajd u deskrizzjoni taż-żoni tas-sajd, l-ispeċijiet fil-mira u l-qabdiet aċċessorji;

19.  Jenfasizza l-importanza li l-FEMS jgħin fl-iżvilupp tal-kapaċità xjentifika u jiggarantixxi valutazzjonijiet sħaħ u affidabbli tar-riżorsi marittimi għall-attivitajiet tas-sajd rikreattiv; ifakkar li l-FEMS jipprovdi fondi għall-ġbir tad-data, u jistieden lill-Kummissjoni twessa' l-ambitu futur tal-FEMS sabiex jipprovdi appoġġ finanzjarju għar-riċerka u l-analiżi tad-data miġbura;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa qawwija u essenzjali li d-data tiġi kondiviża u jirrimarka li l-FEMS u s-Sajd jappoġġja l-ġbir tad-data, inkluż fir-rigward tas-sajd rikreattiv; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġbru d-data u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżviluppa wkoll bażi ta' data komuni li jkun fiha data komprensiva u affidabbli disponibbli għar-riċerkaturi biex ikunu jistgħu jimmonitorjaw u jivvalutaw l-istat tar-riżorsi tas-sajd; jissuġġerixxi li dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' finanzjament mill-FEMS.

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0316.
(2) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(3) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(4) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(5) ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.


L-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
PDF 272kWORD 80k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju 2018, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet (COM(2017)0208 – C8-0147/2017 – 2017/0090(COD))(1)
P8_TA(2018)0244A8-0181/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P8_TA(2018)0244A8-0181/2018
għall-proposta tal-Kummissjoni
P8_TA(2018)0244A8-0181/2018
---------------------------------------------------------
P8_TA(2018)0244A8-0181/2018

Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-27 ta' Lulju 2012, u daħal fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012. Ir-rekwiżiti li jinsabu fih, jiġifieri l-ikklerjar ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (OTC) standardizzati; ir-rekwiżiti tal-marġni; ir-rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju operattiv għal kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklerjati ċentralment; l-obbligi ta' rapportar għal kuntratti tad-derivattivi; ir-rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) u r-rekwiżiti għal repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (TRs) jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju sistemiku billi jżidu t-trasparenza tas-suq tad-derivattivi OTC u jnaqqsu r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv assoċjat mad-derivattivi OTC.

(2)  Is-simplifikazzjoni ta' ċerti oqsma koperti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u approċċ aktar proporzjonat għal dawk l-oqsma, huma f'konformità mal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni li jenfasizza l-bżonn tat-tnaqqis u s-simplifikazzjoni tal-ispejjeż sabiex il-politiki tal-Unjoni jilħqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti, u jimmira b'mod partikolari li jnaqqas il-piżijiet regolatorji u amministrattivi, mingħajr preġudizzju għall-objettiv ewlieni li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u jitnaqqsu r-riskji sistemiċi.

(3)  Is-sistemi ta' wara n-negozjar u s-swieq tal-kollateral effiċjenti u reżiljenti huma elementi essenzjali għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona tajjeb u dawn japprofondixxu l-isforzi biex jiġu appoġġati l-investimenti, it-tkabbir u l-impjiegi f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.

(4)  Fl-2015 u fl-2016, il-Kummissjoni għamlet żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Paralament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll input dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA"), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ("BERS") u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali ("SEBĊ"). Minn dawn il-konsultazzjonijiet pubbliċi deher li l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu appoġġati mill-partijiet ikkonċernati u ma kien meħtieġ l-ebda tiġdid maġġuri ta' dan ir-Regolament. Fit-23 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport ta' reviżjoni skont l-Artikolu 85(1) tar-Regolament Nru 648/2012. Għalkemm mhux id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma diġà applikabbli b'mod sħiħ u għalhekk għadu mhux possibbli li ssir evalwazzjoni komprensiva ta' dak ir-Regolament, ir-rapport identifika oqsma li jeħtieġu azzjoni mmirata biex jiġi żgurat li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jintlaħqu b'mod aktar proporzjonat, effiċjenti u effettiv.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jkopri l-kontropartijiet finanzjarji kollha li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' kontropartijiet finanzjarji tiġi emendata.

(6)  Ċerti kontropartijiet finanzjarji għandhom volum ta' attività fis-swieq tad-derivattivi tal-OTC li huwa baxx wisq biex jippreżenta riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja u ▌baxx wisq biex l-ikklerjar ċentrali jkun ekonomikament vijabbli. Dawk il-kontropartijiet, magħrufa komunement bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar (SFCs), jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar filwaqt li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit għall-iskambju tal-kollateral biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju sistemiku. L-eċċess tal-livell limitu tal-ikklerjar għal mill-inqas klassi waħda ta' derivattiv OTC minn SFC jenħtieġ li madankollu jiskatta l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet kollha tad-derivattivi OTC minħabba l-interkonnettività tal-kontropartijiet finanzjarji u r-riskju sistemiku possibbli għas-sistema finanzjarja li jista' jirriżulta jekk dawk il-kuntratt tad-derivattivi ma jiġux ikklerjati ċentralment.

(7)  Il-kontropartijiet mhux finanzjarji huma anqas interkonnessi mill-kontropartijiet finanzjarji. Dawn ikunu wkoll spiss attivi fi klassi waħda ta' derivattiv OTC. Għalhekk, l-attività tagħhom toħloq inqas riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja mill-attività ta' kontropartijiet finanzjarji. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet mhux finanzjarji jenħtieġ li għalhekk jiġi ristrett, sabiex dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar biss fir-rigward tal-klassi tal-assi jew tal-klassijiet tal-assi li jaqbżu l-livell limitu tal-ikklerjar ▌.

(7a)  Peress li l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji jippreżentaw riskji differenti, jeħtieġ li jiġu żviluppati żewġ livelli limiti tal-ikklerjar. Sabiex jitqies kwalunkwe żvilupp tas-swieq finanzjarji, jenħtieġ li dawk il-livelli limiti jkunu aġġornati regolarment.

(8)  Ir-rekwiżit biex jiġu kklerjati ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi qabel ma l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ joħloq inċertezza legali u kumplikazzjonijiet operattivi għal benefiċċji limitati. B'mod partikolari, ir-rekwiżit joħloq spejjeż u sforzi addizzjonali għall-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti u jista' wkoll jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-suq mingħajr ma jirriżulta f'titjib sinifikanti tal-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew tal-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipanti fis-suq. Dak ir-rekwiżit għalhekk jenħtieġ li jitneħħa.

(9)  Il-kontropartijiet b'volum limitat ta' attività fis-swieq tad-derivattivi OTC jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-ikklerjar ċentrali, kemm bħala klijent ta' membri tal-ikklerjar kif ukoll permezz ta' arranġamenti ta' kklerjar indirett. Ir-rekwiżit għall-membri tal-ikklerjar biex jiffaċilitaw servizzi ta' kklerjar indirett fuq termini kummerċjali raġonevoli għalhekk mhuwiex effiċjenti. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar b'mod dirett lil kontropartijiet oħrajn jew b'mod indirett billi jippermettu lill-klijenti tagħhom stess jipprovdu dawk is-servizzi lil kontropartijiet oħrajn jenħtieġ li għalhekk jiġu rikjesti b'mod espliċitu li jagħmlu dan skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti.

(10)  F'ċerti sitwazzjonijiet jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi sospiż l-obbligu tal-ikklerjar. L-ewwel nett, dik is-sospensjoni jenħtieġ li tkun possibbli meta l-kriterji li abbażi tagħhom klassi speċifika ta' derivattiv OTC tkun saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar ma jibqgħux issodisfati aktar. Dan jista' jkun il-każ meta klassi tad-derivattiv OTC ma tibqax xierqa għall-ikklerjar ċentrali obbligatorju jew meta jkun seħħ kambjament materjali f'waħda minn dawk il-kriterji fir-rigward ta' klassi partikolari ta' derivattiv OTC. Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun possibbli wkoll meta CCP tieqaf milli toffri servizz tal-ikklerjar għal klassi speċifika ta' derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti u CCPs oħrajn ma jkunux jistgħu jintervjenu malajr biżżejjed biex jieħdu f'idejhom dawk is-servizzi ta' kklerjar. Finalment, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun possibbli wkoll meta din tkun meqjusa neċessarja biex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

(11)  Ir-rapportar ta' tranżazzjonijiet storiċi wera li huwa diffiċli minħabba n-nuqqas ta' ċerti dettalji ta' rapportar li ma kinux meħtieġa li jiġu rrapportati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 iżda issa huma meħtieġa. Dan wassal għal rata għolja ta' nuqqas ta' rapportar u kwalità fqira ta' data rrapportata, filwaqt li l-piż tar-rapportar ta' dawk it-tranżazzjonijiet huwa sinifikanti. Għalhekk hemm probabbiltà għolja li dik id-data storika tibqa' ma tintużax. Barra minn hekk, sakemm id-data ta' skadenza għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet storiċi tkun saret effettiva, numru ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikunu diġà skadew u, magħhom, l-esponimenti u r-riskji korrispondenti. Biex tiġi rrimedjata dik is-sitwazzjoni, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit li jiġu rrapportati tranżazzjonijiet storiċi.

(12)  It-tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji jirrappreżentaw frazzjoni relattivament żgħira tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi OTC kollha u jintużaw primarjament għall-iħħeġġjar intern fil-gruppi. Dawk it-tranżazzjonijiet għalhekk ma jikkontribwux b'mod sinifikanti għar-riskju sistemiku u għall-interkonnettività, iżda l-obbligu li jiġu rrapportati dawk it-tranżazzjonijiet jimponi spejjeż u piżijiet importanti fuq il-kontropartijiet mhux finanzjarji. It-tranżazzjonijiet kollha bejn affiljati fi ħdan il-grupp meta mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li għalhekk jiġu eżentati mill-obbligu ta' rapportar, irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilita l-kontroparti mhux finanzjarja.

(13)  Ir-rekwiżit li jiġu rrapportati kuntratti tad-derivattivi nnegozjati fil-Borża (exchange-traded derivative, "ETDs") jimponi piż sinifikanti fuq il-kontropartijiet minħabba l-volum għoli ta' ETDs li jiġu konklużi fuq il-bażi ta' kuljum. Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-idoneità fuq ir-rapportar superviżorju, li ġiet ippubblikata fl-1 ta' Diċembru 2017, għandha l-għan li tiġbor evidenza dwar il-kost tal-konformità mal-ħtiġijiet tar-rapportar superviżorju eżistenti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-konsistenza, il-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-Unjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Din il-konsultazzjoni tipprovdi opportunità biex l-awtoritajiet jivvalutaw ir-rapportar tal-ETD b'mod olistiku flimkien mar-reġimi ta' rapportar regolatorju eżistenti u futuri kollha, tippermetti lill-awtoritajiet iqisu l-ambjent ta' rapportar ġdid wara l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014▌(7) u tipprovdi l-possibbiltà li jsiru proposti biex jitnaqqas b'mod effettiv il-piż minn fuq il-parteċipanti fis-suq li huma meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet tal-ETD. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis dawk is-sejbiet sabiex tipproponi bidliet futuri fir-rekwiżiti tar-rapportar skont l-Artikolu 9(1) fir-rigward tar-rapportar tal-ETD.

(14)  Biex jitnaqqas il-piż tar-rapportar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji mhux soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-kontroparti finanzjarja jenħtieġ li tkun unikament responsabbli, u legalment responsabbli, għar-rapportar ta' sett ta' data uniku fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li tkun daħlet għalihom ma' kontroparti mhux finanzjarja li mhijiex soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar ▌kif ukoll għall-iżgurar tal-eżattezza tad-dettalji rrapportati. Sabiex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligu tar-rapportar tagħha, jenħtieġ li l-kontroparti mhux finanzjarja tipprovdi d-dettalji relatati mat-tranżazzjonijiet tad-derivattiv OTC li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tiġi raġonevolment mistennija li jkollha. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li kontroparti mhux finanzjarja tagħżel li tirrapporta l-kuntratti tad-derivati OTC tagħha. F'dak il-każ, il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li tinforma kif xieraq lill-kontroparti finanzjarja u tkun responsabbli, anke legalment, għar-rapportar ta' dik id-data u għall-iżgurar tal-eżattezza tagħha.

(15)  Ir-responsabbiltà għar-rapportar ta' kuntratti tad-derivattivi oħrajn jenħtieġ li tiġi ddeterminata wkoll. Jenħtieġ li għalhekk jiġi speċifikat li l-kumpanija ta' ġestjoni ta' impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertaking for collective investment in transferable securities, "UCITS") hija responsabbli, u legalment responsabbli, għar-rapportar f'isem dik l-UCITS fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li tkun daħlet għalihom dik l-UCITS kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati. B'mod simili, il-maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv ("AIF") jenħtieġ li jkun responsabbli, u legalment responsabbli, għar-rapportar f'isem dak l-AIF fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li dak l-AIF ikun daħal għalihom kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati.

(16)  Biex jiġu evitati l-inkonsistenzi madwar l-Unjoni fl-applikazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, is-superviżuri jenħtieġ li japprovaw proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju f'waqtu, preċiż u b'segregazzjoni xierqa tal-kollateral tal-kontropartijiet, jew kwalunkwe bidla sinifikanti għal dawk il-proċeduri, qabel ma jkunu applikati.

(16a)  Sabiex tiġi evitata diverġenza regolatorja internazzjonali, u fid-dawl tan-natura partikolari tan-negozjar f'tali derivati, l-iskambju obbligatorju tal-marġni ta' varjazzjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet forward tar-rata tal-kambju fiżikament issaldati u derivati swap tal-valuti skont ir-rata tal-kambju fiżikament issaldati, jenħtieġ li japplika biss għal tranżazzjonijiet bejn il-kontropartijiet l-aktar sistemiċi, jiġifieri l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(16b)  Is-servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozju, bħall-kompressjoni tal-portafoll, jistgħu jwasslu għal tnaqqis tar-riskju sistemiku. Permezz tat-tnaqqis tar-riskji fil-portafolli tad-derivati eżistenti, u mingħajr tibdil tal-pożizzjoni kumplessiva fis-suq tal-portafoll, dawn jistgħu jnaqqsu kemm l-iskoperturi tal-kontroparti kif ukoll ir-riskju tal-kontroparti assoċjat mal-akkumulazzjoni ta' pożizzjonijiet pendenti gross. "Kompressjoni tal-portafoll" hija definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Sabiex dan ir-Regolament jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn meħtieġ, u b'kont meħud tad-differenzi bejn dawn iż-żewġ Regolamenti u l-potenzjal li l-obbligu tal-ikklerjar jiġi evitat, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-ESMA u l-BERS, jenħtieġ li tivvaluta liema servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozju jistgħu jingħataw eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar.

(17)  Biex tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-marġni inizjali u biex is-CCPs jinżammu milli jimmodifikaw il-mudelli tal-marġni inizjali tagħhom b'modi li jistgħu jidhru proċikliċi, is-CCPs jenħtieġ li jipprovdu lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b'għodod biex jistimulaw ir-rekwiżiti tal-marġni inzjali tagħhom u b'ħarsa ġenerali dettaljata tal-mudelli tal-marġni inizjali li jużaw. Dan huwa konsistenti mal-istandards internazzjonali ppubblikati mill-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagamenti u tas-Swieq u l-Bord tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, u b'mod partikolari mal-qafas ta' divulgazzjoni ppubblikat f'Diċembru 2012(8) u l-istandards tad-divulgazzjoni kwantitattiva pubblika għall-kontropartijiet ċentrali ppubblikati fl-2015(9), rilevanti għat-trawwim ta' fehim preċiż tar-riskji u l-ispejjeż involuti fi kwalunkwe parteċipazzjoni f'CCP mill-membri tal-ikklerjar u t-titjib tat-trasparenza tas-CCPs lejn il-parteċipanti fis-suq.

(18)  Għad hemm inċertezzi dwar kemm l-assi miżmuma fl-omnibus jew f'kontijiet segregati individwali huma ta' insolvenza remota. Għalhekk mhuwiex ċar f'liema każijiet is-CCPs jistgħu b'biżżejjed ċertezza legali jittrasferixxu l-pożizzjonijiet tal-klijent meta membru tal-ikklerjar ifalli, jew f'liema każijiet is-CCPs jistgħu, b'biżżejjed ċertezza legali, iħallsu r-rikavati tal-likwidazzjoni direttament lill-klijenti. Biex jiġi inċentivat l-ikklerjar u biex jitjieb l-aċċess għalih, ir-regoli relatati mal-qagħda remota tal-insolvenza ta' dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu ċċarati.

(19)  Il-multi li l-ESMA tista' timponi fuq ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet taħt is-superviżjoni diretta tagħha jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħat superviżorji tal-ESMA u biex tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-esponimenti tad-derivattivi OTC. Qiegħed jidher li l-ammont ta' multi previsti inizjalment fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma humiex dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-fatturat tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u dan jista' potenzjalment ikun ta' xkiel għall-effettività tas-setgħat superviżorji tal-ESMA skont dak ir-Regolament, fil-konfront tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Il-limitu massimu tal-ammonti bażiċi tal-multi jenħtieġ li għalhekk jiżdied.

(20)  L-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-data rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni fejn ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu t-trattament ta' din id-data jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz u fejn il-pajjiż terz jipprevedi obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħti aċċess dirett lill-awtoritajiet tal-Unjoni għal data rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz.

(21)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) jippermetti li ssir proċedura simplifikata ta' reġistrazzjoni għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ proċedura tar-reġistrazzjoni ssimplifikata simili għar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-kuntratt tad-derivattivi.

(22)  L-insuffiċjenza tal-kwalità u t-trasparenza tad-data prodotta mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tagħmilha diffiċli għall-entitajiet li ngħataw aċċess għal din id-data biex jużawha biex jimmonitorjaw is-swieq tad-derrivattivi u tipprevjeni lir-regolaturi u lis-superviżuri milli jidentifikaw riskji ta' stabbiltà finanzjarja fi żmien debitu. Biex titjieb il-kwalità u t-trasparenza tad-data u biex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta' rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma' dawk tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014, hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti tar-rapportar, u b'mod partikolari aktar armonizzazzjoni tal-istandards, il-metodi u l-arranġamenti tad-data għar-rapportar, kif ukoll il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għall-validazzjoni tad-data rrapportata dwar il-kompletezza u l-eżattezza tagħhom, u r-rikonċiljazzjoni tad-data ma' repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-kontropartijiet, wara talba, aċċess għad-data kollha rrapportata f'isimhom biex dawn il-kontropartiijiet ikunu jistgħu jivverifikaw l-eżattezza ta' din id-data.

(22a)   Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiżdied it-tqabbil tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li l-ESMA tintroduċi standard komuni tal-Unjoni għar-rapportar lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Peress li s-CCPs u kontropartijiet finanzjarji oħrajn qegħdin jassumu dmirijiet ta' rapportar delegati, format uniku jżid l-effiċjenza għall-parteċipanti kollha.

(23)  F'termini tas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 stabbilixxa ambjent kompetittiv. Jenħtieġ li l-kontropartijiet għalhekk ikunu jistgħu jagħżlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jixtiequ jagħmlu r-rapport lilu u jenħtieġ li jkunu jistgħu jeqilbu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jekk dawn jagħżlu li jagħmlu dan. Biex tiġi ffaċilitata dik il-qalba u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data mingħajr duplikazzjoni, ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jistabbilixxu politiki xierqa biex jiżguraw it-trasferiment b'mod ordnat tad-data rrapportata lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub minn impriża soġġetta għall-obbligu ta' rapportar.

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi li l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għal arranġamenti tal-iskema tal-pensjoni (PSAs), sakemm ma tiġix żviluppata soluzzjoni teknika xierqa mis-CCPs għat-trasferiment ta' kollateral mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni. Minħabba li sa issa għadha ma ġietx żviluppata soluzzjoni vijabbli li tiffaċilita l-PSAs, dik id-deroga temporanja jenħtieġ li tiġi estiża biex tapplika għal sentejn oħra fir-rigward tal-maġġoranza kbira ħafna tal-PSAs. L-ikklerjar ċentrali jenħtieġ li madankollu jibqa' l-għan aħħari meta jitqies li l-iżviluppi regolatorji u tas-suq attwali jippermettu lill-parteċipanti tas-suq biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa f'dan il-perjodu ta' żmien. Bl-għajnuna tal-ESMA, l-EBA, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") u l-BERS, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-progress magħmul mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-PSAs lejn soluzzjonijiet vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-PSAs fl-ikklerjar ċentrali u tħejji rapport fuq dak il-progress. Dan ir-rapport jenħtieġ li jkopri wkoll is-soluzzjonijiet u l-ispejjeż relatati għall-PSAs, u b'hekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi regolatorji u tas-suq bħal bidliet għat-tip ta' kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. ▌Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li testendi dik id-deroga għal sena oħra jekk hija tqis li l-partijiet ikkonċernati jkunu qablu dwar soluzzjoni u jkun meħtieġ iktar żmien biex din tiġi implimentata.

(24a)  Il-PSAs żgħar, minbarra dawk ikklassifikati bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar, ma jippreżentawx l-istess riskji bħall-PSAs kbar u huwa xieraq li jitħallew ikollhom perjodu itwal ta' eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar. Għal tali PSAs, il-Kummissjoni jenħtieġ li testendi l-eżenzjoni minn dak l-obbligu għal tliet snin. Jekk, sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni tqis li l-PSAs żgħar ikunu għamlu l-isforz meħtieġ biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa ħalli jipparteċipaw fl-ikklerjar ċentrali u li l-effett avvers tal-ikklerjar ċentrali tal-kuntratti tad-derivati fuq il-benefiċċji tal-irtirar tal-pensjonanti jibqa' l-istess, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi testendi d-deroga b'sentejn oħra. Wara li tiskadi l-eżenzjoni, il-PSAs żgħar jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament bħall-entitajiet l-oħra kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Minħabba l-volumi iżgħar ta' kuntratti tad-derivati konklużi minn PSAs żgħar, mhux mistenni li se jaqbżu l-limiti li jiskattaw l-obbligu tal-ikklerjar. B'riżultat ta' dan, anke wara li tiskadi l-eżenzjoni, il-maġġoranza tal-PSAs żgħar xorta waħda mhux se jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

(24b)  L-eżenzjoni għall-PSAs jenħtieġ li tkompli tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u, jekk dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara s-16 ta' Awwissu 2018, jenħtieġ li tapplika wkoll b'mod retroattiv għall-kuntratti tad-derivati OTC kollha eżegwiti wara dik id-data. L-applikazzjoni retroattiva ta' din id-dispożizzjoni hija meħtieġa biex jiġi evitat distakk bejn it-tmiem tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni eżistenti u l-eżenzjoni l-ġdida, peress li t-tnejn għandhom l-istess għan.

(25)  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali relatati mad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-ikklerjar huma kkunsidrati ġusti, raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu li fih l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għall-PSAs.

(26)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni għall-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(27)  Biex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-proċeduri tal-mitigazzjoni tar-riskju, ir-reġistrazzjoni tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti ta' rapportar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta standards tekniċi regolatorji abbozzati żviluppati mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA rigward il-proċeduri superviżorji biex tiġi żgurata validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jeħtieġu l-kollateral segregat f'waqtu, preċiż u kif suppost, id-dettalji ta' applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa diġà rreġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365, id-dettalji tal-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar mill-kontroparti li tirrapporta jew mill-entità li tippreżenta, il-kompletezza u l-eżattezza tal-informazzjoni rrapportata u d-dettalji tal-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill(13) u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament u tal-Kunsill(14).

(28)  Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tal-istandards tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għall-klassijiet differenti tad-derivattivi u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar.

(29)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi żgurata l-proporzjonalità tar-regoli li wasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità mhux meħtieġa mingħajr ma titqiegħed l-istabbiltà finanzjarja f'riskju u li tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-esponimenti tad-derivattivi OTC, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(30)  L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk tiġi ddifferita biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta' implimentazzjoni essenzjali kollha u l-parteċipanti fis-suq jkunu permessi jieħdu l-passi kollha neċessarji għal skopijiet ta' konformità.

(31)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) u ta opinjoni nhar il-[…].

(32)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(32a)  L-obbligu tal-ikklerjar għad-derivati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-obbligu tan-negozjar għad-derivati skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati meta jkun neċessarju u xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji rapport dwar il-bidliet li saru għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari rigward l-ambitu tal-entitajiet soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, kif ukoll il-mekkaniżmu ta' sospensjoni, li jenħtieġ li jsiru wkoll għall-obbligu tan-negozjar għad-derivati kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 600/2014.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(-1)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

   (a) għal banek ċentrali u korpi pubbliċi oħra responsabbli għall-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'tali ġestjoni;
   (b) għall-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;
   (c) għall-banek multilaterali tal-iżvilupp, skont kif elenkat fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.";

"

(-1a)  Fl-Artikolu 1, paragrafu 5, il-punt a huwa mħassar;

(1)  Fl-Artikolu 2, il-punt (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(8) "kontroparti finanzjarja" tfisser ditta ta' investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE, ditta' ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), UCITS awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, ħlief jekk dik l-UCITS tkun relatata ma' pjan ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE, fond ta' investiment alternattiv (AIF) skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE, stabbilit fl-Unjoni jew ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew irreġistrat skont id-Direttiva 2011/61/UE, ħlief jekk dan l-AIF ikun relatat ma' pjan ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, u, fejn rilevanti, l-AIFM tiegħu jkun stabbilit fl-Unjoni; u depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) ▌;";

"

(2)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punti minn (i) sa (iv) huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"(i) bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);

   (ii) bejn kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
   (iii) bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
   (iv) bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li hija soġġetta għall-kundizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;";

"

(b)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) huma konklużi jew ikun hemm novazzjoni tagħhom jew::

   (i) fid-data jew wara d-data minn meta l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ; jew
   (ii) fid-data jew wara d-data minn meta ż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a).";

"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

"3a. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm jekk b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett, għandhom jipprovdu dawk is-servizzi skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti. Tali klijenti u membri tal-ikklerjar għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha mfassla għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-kunflitti ta' interess fi ħdan grupp ta' entitajiet affiljati, b'mod partikolari bejn l-unità tan-negozjar u l-unità tal-ikklerjar, li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers il-forniment ġust, raġonevoli, mhux diskriminatorju u trasparenti tas-servizzi tal-ikklerjar.

Il-klijenti jew il-membri tal-ikklerjar għandhom jitħallew jikkontrollaw ir-riskji konnessi mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.

3b.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom it-termini kummerċjali għas-servizzi tal-ikklerjar, imsemmija fil-paragrafu 3a, jitqiesu li huma ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni għandha ▌s-setgħa li tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(3)  Jiżdied l-Artikolu 4a li ġej:"

"Artikolu 4a

Kontropartijiet finanzjarji soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.  Kontroparti finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivati OTC tista' tikkalkula, fuq bażi annwali, il-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Meta l-kontraparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjoni tagħha jew ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont l-Artikolu 10(4)(b), il-kontroparti finanzjarja għandha:

   (a) tinnotifika minnufih lill-ESMA u l-awtorità kompetenti rilevanti tagħha;
   (b) tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivati OTC futuri, irrispettivament mill-klassi tal-assi jew mill-klassijiet tal-assi li għaliha jista' jinqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar; u
   (c) tikklerja l-kuntratti msemmija fil-punt (b) fi żmien erba' xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Kontroparti finanzjarja li tkun saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1 u sussegwentement turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti ma għadhiex taqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex tibqa' soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4.

2a.  Meta kontroparti finanzjarja preċedentement eżentata ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1, hija għandha tikklerja l-kuntratti tad-derivati OTC tagħha fi żmien erba' xhur minn meta ssir soġġetta għal dak l-obbligu tal-ikklerjar.

3.  Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivattivi OTC mdaħħla fis-seħħ minn dik il-kontroparti finanzjarja jew imdaħħla fis-seħħ minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja.";

"

(4)  Fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) huwa mħassar;

(4a)   Fl-Artikolu 6, paragrafu 2, wara l-punt d jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(da) f'kull klassi ta' derivattivi OTC imsemmija fil-punt (d), id-dettalji tat-tipi ta' kuntratt li għalihom is-CCPs rilevanti ġew awtorizzati biex jikklerjaw u d-data li fiha dawk is-CCPs ingħataw l-awtorizzazzjoni sabiex jikklerjaw dawk il-kuntratti;";

"

(5)  Fl-Artikolu 6(2), il-punt (e) huwa mħassar;

(6)  Jiżdied l-Artikolu 6b li ġej:"

"Artikolu 6b

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar f'sitwazzjonijiet oħra għajr ir-riżoluzzjoni

1.  F'ċirkostanzi oħrajn għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6a(1), l-ESMA tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassi speċifika ta' derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-klassi tad-derivattiv OTC ma tkunx aktar adatta għall-ikklerjar ċentrali fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5;
   (b) CCP x'aktarx li tieqaf tikklerja dik il-klassi speċifika ta' derivattiv OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dik il-klassi speċifika ta' derivattiv OTC mingħajr interruzzjoni;
   (c) is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal klassi speċifika ta' derivattiv OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dak l-għan.

Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkonsulta mal-BERS qabel it-talba msemmija hemmhekk.

Meta l-ESMA titlob li l-Kummissjoni tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1), din għandha tipprovdi raġunijiet u tippreżenta evidenza li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu hija ssodisfata. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-talba tal-ESMA.

1a.  It-talba għal sospensjoni mill-ESMA kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' ssir minn awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. Meta l-awtorità kompetenti titlob li l-ESMA tippreżenta talba għal sospensjoni, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hija ssodisfata.

L-ESMA għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal talba mill-awtorità kompetenti u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassi speċifika tad-derivat OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1, jew inkella tirrifjuta t-talba tal-awtorità. L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha u tipprovdi raġunament dettaljat li jispjegaha.

2.  It-talba msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.

3.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 48 siegħa mit-talba msemmija fil-paragrafu 1 u abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-ESMA, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassi speċifika tad-derivati OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha u għandha tipprovdi raġunament dettaljat li jispjegaha.Il-Kummissjoni mbagħad għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar ▌għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA u din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

5.  Sospensjoni ta' obbligu tal-ikklerjar skont dan l-Artikolu għandha tkun valida għal perjodu ta' mhux aktar minn xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dik is-sospensjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.  Meta r-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom validi, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA u lill-BERS, tista' testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5 għal perjodu wieħed jew aktar ta' xahar, li b'mod kumulattiv ma jaqbżux is-sitt xhur mit-tmiem tal-perjodu inizjali tas-sospensjoni. Għandha tiġi ppubblikata estensjoni tas-sospensjoni skont l-Artikolu 4.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-ESMA u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li testendi sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni fuq l-estensjoni tas-sospensjoni fi żmien 48 siegħa minn dik in-notifika.";

"

(7)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Il-kontropartijiet finanzjarji, il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u s-CCPs għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' kwalunkwe kuntratt tad-derivati li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt jiġu rrapportati skont il-paragrafu 1a lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrat skont l-Artikolu 55 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 77. Id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-obbligu ta' rapportar għandu japplika għal kuntratti tad-derivati li ▌daħlu fis-seħħ fit-12 ta' Frar 2014 jew wara.

Minkejja l-Artikolu 3, l-obbligu ta' rapportar m'għandux japplika għal kuntratti tad-derivati OTC fi ħdan l-istess grupp fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet hija kontroparti mhux finanzjarja jew tikkwalifika bħala kontroparti mhux finanzjarja jekk tkun stabbilita fl-Unjoni, dment li:

   (a) iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;
   (b) iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u
   (c) l-impriża prinċipali ma tkunx kontroparti finanzjarja.";

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:"

"1a. Id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati kif ġej:

   (b) id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejn kontroparti finanzjarja u kontroparti mhux finanzjarja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) għandhom jiġu rrapportati kif ġej:
   (i) il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikunu unikament responsabbli u legalment responsabbli għar-rapportar ta' sett uniku ta' data, kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati. Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha meħtieġa biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja bid-dettalji relatati mal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejniethom, li wieħed jista' jissuponi raġonevolment li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tiġi raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja hija responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu preċiżi.
   (ii) minkejja l-punt (1), kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew biex tiddaħħal fis-seħħ sistema ta' rapportar jistgħu jagħżlu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivati OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivati OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom minn qabel. Ir-responsabbiltà u r-responsabbiltà legali għar-rapportar u għall-iżgurar tal-preċiżjoni ta' dawk id-dettalji, f'dan il-każ għandhom jibqgħu tal-kontropartijiet mhux finanzjarji.
   (ba) fil-każ ta' kuntratti tad-derivati OTC konklużi minn kontroparti mhux finanzjarja li ma tkunx soġġetta għall-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ma' entità stabbilita f'pajjiż terz li tkun kontroparti finanzjarja jekk stabbilita fl-Unjoni, tali kontroparti mhux finanzjarja m'għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont l-Artikolu 9 u m'għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivati OTC meta:
   (i) is-sistema legali għar-rapportar tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun tqieset ekwivalenti skont l-Artikolu 13, u l-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat informazzjoni bħal din skont is-sistema legali għar-rapportar tal-pajjiż terz tagħha;
   (ii) is-sistema legali għar-rapportar tal-pajjiż terz ikkonċernat ma tkunx ġiet iddikjarata ekwivalenti skont l-Artikolu 13, il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz, daqslikieku kienet kontroparti finanzjarja stabbilita fl-Unjoni, tagħżel li tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu u tirreġistra mal-ESMA.

L-ESMA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tagħha reġistru tal-Unjoni kollha tal-kontropartijiet finanzjarji tal-pajjiżi terzi li jagħżlu li jkunu soġġetti għal dan l-Artikolu skont il-punt (ii);

   (c) il-kumpanija ta' ġestjoni ta' UCITS għandha tkun responsabbli għar-rapportar tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati OTC li għalihom dik l-UCITS hija kontroparti kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati;
   (d) il-maniġer ta' AIF għandu jkun responsabbli għar-rapportar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivati OTC li għalihom l-AIF huwa kontroparti kif ukoll għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-dettalji rrapportati;
   (e) il-kontropartijiet u s-CCPs li jirrapportaw il-kuntratti tad-derivati OTC lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jiżguraw li d-dettalji tal-kuntratti tagħhom tad-derivati jiġu rrapportati b'mod preċiż u mingħajr duplikazzjoni.

Il-kontropartijiet u s-CCPS soġġetti għall-obbligu ta' rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiddelegaw dak l-obbligu ta' rapportar.

1b.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom jiġu pprovduti minn kontroparti finanzjarja ta' pajjiż terz għar-reġistrazzjoni tagħha mal-ESMA msemmija fil-punt (ba)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) 1095/2010.";

"

(c)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"6. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-ESMA għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

   (a) l-istandards u l-formati tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
   (i) identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (legal entity identifiers, "LEIs");
   (ii) numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, "ISIN");
   (iii) identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, "UTIs");
   (b) il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;
   (c) il-frekwenza tar-rapporti;
   (d) id-data sa meta l-kuntratti tad-derivati għandhom jiġu rrapportati, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali għal kuntratti konklużi qabel ma japplika l-obbligu ta' rapportar.

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi, l-ESMA għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365* u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.;

__________________________________________________________________

* Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

"

(8)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 sa 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"1. Kontroparti mhux finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivati OTC tista' tikkalkula, fuq bażi annwali, il-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Meta l-kontraparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjoni tagħha jew ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-paragrafu 4(b), dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:

   (a) tinnotifika minnufih lill-ESMA u lill-awtorità maħtura skont il-paragrafu 5 tiegħu;
   (b) meta ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivati OTC futuri fil-klassijiet tal-assi kollha u għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11(3);
   (ba) meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu jaqbeż il-livelli limitu tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 4, tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivati OTC futuri fil-klassi tal-assi jew fil-klassijiet tal-assi li għalihom inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar u tkun eżentata mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(3) fil-klassi tal-assi jew fil-klassijiet tal-assi l-oħra li għalihom ma nqabiżx il-livell limitu tal-ikklerjar;
   (c) tikklerja l-kuntratti msemmija fil-punt (b) fi żmien erba' xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.  Kontroparti mhux finanzjarja li tkun saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u sussegwentement turi lill-awtorità maħtura skont il-paragrafu 5 li l-pożizzjoni medja tagħha tal-aħħar tax-xahar aggregata għat-12-il xahar preċedenti m'għadhiex taqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 1, m'għandhiex tibqa' soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4.

3.  Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivati OTC kollha konklużi mill-kontroparti mhux finanzjarja jew minn entitajiet mhux finanzjarji oħra fil-grupp li għalih il-kontroparti mhux finanzjarja tappartjeni, li mhumiex oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew attività ta' finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta' dak il-grupp.

4.  Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, li jispeċifikaw:

   (a) il-kriterji biex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew ta' finanzjament tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 3; u
   (b) il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar, li jiġu ddeterminati filwaqt li tiġi kkunsidrata r-rilevenza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u għal kull klassi ta' derivati OTC.

L-ESMA tista' tiżviluppa livelli limitu tal-ikklerjar distinti għall-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji filwaqt li tqis l-interkonnessjoni tal-kontropartijiet finanzjarji u r-riskju sistemiku ogħla tagħhom.

Wara li twettaq konsultazzjoni miftuħa mal-pubbliku, l-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2012 u għandha taġġornahom regolarment.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, l-ESMA għandha teżamina perjodikament il-livelli limitu msemmija fil-punt (b) u, fejn meħtieġ, b'mod partikolari biex tiżgura parteċipazzjoni akbar fl-ikklerjar ċentrali, tipproponi standards tekniċi regolatorji sabiex dawn jiġu emendati.";

"

(8a)  Fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għat-tranżazzjonijiet intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 meta waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja li ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1).";

"

(8b)  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:"

"3. Il-kontropartijiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fis-16 ta' Awwissu 2012 jew wara. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 10 ma jistgħux japplikaw proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC li jkunu fil-klassi tal-assi jew fil-klassijiet tal-assi li għalihom ma jkunx inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar.”;

"

(9)  Il-paragrafu 15 tal-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(a) il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta' arranġamenti tal-kollateral u s-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll proċeduri superviżorji relatati biex tiġi żgurata l-validazzjoni inizjali u kontinwa ta' dawk il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju;";

"

(b)  L-ewwel sentenza tas-subparagrafu 2 hija sostitwita b'dan li ġej:"

"L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].";

"

(10)  Fl-Artikolu 38, jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:"

"6. CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha għodda ta' simulazzjoni li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont fuq bażi grossa, tal-marġni inizjali addizzjonali li s-CCP tista' tirrikjedi wara l-ikklerajr ta' tranżazzjoni ġdida. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta' aċċess sigur u r-riżultati tas-simulazzjoni m'għandhomx ikunu vinkolanti.

7.  CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha informazzjoni fuq il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża. Dik l-informazzjoni għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) tispjega b'mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jopera;
   (b) tiddeskrivi b'mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġni inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;
   (c) tkun iddokumentata.";

"

(11)  Fl-Artikolu 39, jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:"

"11. Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza m'għandhomx iwaqqfu lil CCP milli taġixxi f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7 tal-Artikolu 48 fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.";

"

(12)  L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Għall-finijiet tal-Artikolu 55(1), repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jippreżenta waħda minn dawn li ġejjin lill-ESMA:

   (a) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
   (b) applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni fejn ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun diġà rreġistrat taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365.";

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a);
   (b) id-dettalji ta' applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a);
   (b) il-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b).

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiżviluppa format issimplifikat.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(12a)   Fl-Artikolu 62, il-paragrafu 5 huwa mħassar.

(12b)   Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Biex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post fi kwalunkwe bini jew proprjetà tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 61(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-ESMA tista' twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr notifika minn qabel.";

"

(12c)   Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjoni fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini jew proprjetà tan-negozju tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha kif imsemmija fl-Artikolu 62(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u ktieb jew reġistru ta' negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni.";

"

(12d)  Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 8 huwa mħassar.

(12e)  Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:"

"4. Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Tali persuni għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.";

"

(12f)   Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"8. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet xierqa għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali skont il-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi meta tkun taf li liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata b'riżultat ta' proċedimenti kriminali skont id-dritt nazzjonali.";

"

(12g)   Fl-Artikolu 65(1), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(13)  L-Artikolu 65(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (a), "EUR 20 000" hija sostitwita b'"EUR 200 000";

(b)  fil-punt (b), "EUR 10 000" hija sostitwita b'"EUR 100 000";

(c)  jiddaħħal il-punt (c) li ġej:"

"(c) għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammont tal-multi għandu jkun mill-inqas EUR 5 000 u m'għandux jaqbeż EUR 10 000.";

"

(13a)   Fl-Artikolu 67(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

"L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja jew ħsara sinifikanti u imminenti lill-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, inklużi l-istabbiltà jew il-preċiżjoni tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu mill-aktar fis possibbli wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.";

"

(14)  Fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-ammont ta' tariffa mitluba lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha mġarrba mill-ESMA għar-reġistrazzjoni u l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat u t-tip ta' reġistrazzjoni u superviżjoni eżerċitati.";

"

(15)  Jiddaħħal l-Artikolu 76a li ġej:"

"Artikolu 76a

Aċċess dirett reċiproku għad-data

1.  Meta meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi li fihom huwa stabbilit repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet wieħed jew aktar għandu jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni f'repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, dment li l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għal dak l-għan.

2.  Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbiliti f'dak il-pajjiż terz ikunu awtorizzati kif suppost;
   (b) is-superviżjoni effettiva tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-infurzar effettiv tal-obbligi tagħhom f'dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;
   (c) ikunu jeżistu garanziji ta' segretezza professjonali u dawk il-garanziji jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament, inkluża l-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali kondiviżi ma' partijiet terzi mill-awtoritajiet;
   (d) ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet awtorizzati f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.";

"

(16)  Fl-Artikolu 78, jiżdiedu l-paragrafi 9 u 10 li ġejjin:"

"(9) Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:

   (a) proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;
   (b) proċeduri biex jiġu assigurati l-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data rrapportata;
   (c) politiki għat-trasferiment b'mod ordnat tad-data lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub mill-kontropartijiet jew mis-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew inkella meta jkun meħtieġ.

(10)  Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

   (a) il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;
   (b) il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 9.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(17)  L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (q) li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 3:"

"(q) l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76(a);";

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:"

"3a. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-kontropartijiet u lis-CCPs imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1a) bl-informazzjoni rrapportata f'isimhom.";

"

(c)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"5. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

   (a) l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata jew magħmula disponibbli skont il-paragrafi 1 u 3;
   (b) il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
   (c) l-istandards operattivi meħtieġa biex tiġi aggregata u mqabbla d-data minn repożitorju għal ieħor u biex l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni;
   (d) it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jagħtu aċċess lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [UP daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tiżgura li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiżvelax l-identità ta' kwalunkwe parti għal kwalunkwe kuntratt.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

"

(18)  L-Artikolu 82(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikolu 72(3), l-Artikolu 76a u l-Artikolu 85(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.";

"

(19)  L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprepara rapport ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.

"

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li janalizza l-impatt fuq il-parteċipanti fis-suq tal-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2018/... [dan ir-Regolament emendatorju] għas-sistema ta' rapportar. B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu jivvaluta l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rispettivi li jippermettu d-delega tar-rapportar lill-kontropartijiet finanzjarji u li jirrikjedu r-rapportar tal-kuntratti mis-CCPs u l-investigazzjoni ta' jekk dawk id-dispożizzjonijiet il-ġodda kellhomx l-effett intenzjonat li jnaqqsu l-piż tar-rapportar għal kontropartijiet iżgħar. Għandu jinvestiga wkoll kif dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda affettwaw il-kompetizzjoni bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u jekk u l-punt sa fejn dawn irriżultaw f'ambjent inqas kompetittiv u inqas libertà tal-għażla għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom.

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. Sa [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju, u kull sena minn hemm 'il quddiem sa ... sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk ġewx żviluppati soluzzjonijiet tekniċi vijabbli għat-trasferiment mill-PSAs ta' kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni u l-ħtieġa għal kwalunkwe miżura biex jiġu ffaċilitati dawk is-soluzzjonijiet tekniċi.

L-ESMA għandha, sa [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], u kull sena minn hemm 'il quddiem sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-EIOPA, l-EBA u l-BERS, tissottometti rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:

   (a) jekk is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-PSAs għamlux sforz xieraq u żviluppawx soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-PSAs fl-ikklerjar ċentrali billi jiġi impustat kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni, inklużi l-implikazzjonijiet ta' dawk is-soluzzjonijiet fuq il-likwidità u l-proċikliċità fis-suq u l-implikazzjonijiet legali potenzjali tagħhom jew implikazzjonijiet oħra;
   (b) il-volum u n-natura tal-attività tal-PSAs fi swieq tad-derivati OTC ikklerjati u mhux ikklerajti, skont il-klassi tal-assi, u kwalunkwe riskju sistemiku relatat mas-sistema finanzjarja;
   (c) il-konsegwenzi li l-PSAs jissodisfaw ir-rekwiżit tal-ikklerjar fuq l-istrateġiji tal-investiment tagħhom, inkluż kwalunkwe tibdil fl-allokazzjoni tagħhom ta' assi fi flus u mhux fi flus;
   (d) l-implikazzjonijiet tal-livelli limitu tal-ikklerajr imsemmija fl-Artikolu 10(4) għall-PSAs;
   (e) l-impatt ta' rekwiżiti legali oħrajn fuq id-differenzjal tal-ispejjeż bejn tranżazzjonijiet tad-derivati OTC ikklerjati u mhux ikklerjati, inklużi rekwiżiti tal-marġni għal derivati mhux ikklerjati u l-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ imwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;
   (f) jekk humiex neċessarji aktar miżuri biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni ta' kklerjar għall-PSAs.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1) darba, b'sentejn, meta tikkonkludi li ma ġiet żviluppata ebda soluzzjoni teknika vijabbli u li l-effett avvers tal-ikklerjar b'mod ċentrali ta' kuntratti tad-derivati fuq il-benefiċċji tal-irtirar ta' pensjonanti futuri jibqa' mhux mibdul.";

"

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] ▌il-Kummissjoni għandha:

   (a) tippreżenta proposta għal soluzzjoni vinkolanti, għajr eżenzjonijiet permanenti jew temporanji oħra tal-PSAs mill-obbligu tal-ikklerjar, jekk tqis li ma nstabet ebda soluzzjoni mill-partijiet ikkonċernati; jew
   (b) tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 89(1) darba, b'sena, biss jekk tqis li ntlaħaq qbil dwar soluzzjoni mill-partijiet ikkonċernati u li jinħtieġ żmien addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' dik is-soluzzjoni; jew
   (c) tħalli l-eżenzjoni tiskadi, filwaqt li tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati jimplimentaw is-soluzzjoni tagħhom minn qabel jekk tqis li nstabet soluzzjoni.

"

(ca)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

"3a. Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1a) darba, b'sentejn, biss jekk tqis li l-PSAs iż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 89(1a) ikunu għamlu l-isforzi meħtieġa biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa vijabbli u li l-effetti avversi tal-ikklerjar b'mod ċentrali tal-kuntratti tad-derivati fuq il-benefiċċji tal-irtirar tal-pensjonanti jibqa' ma jinbidilx;

3b.   L-ESMA għandha, sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta jekk il-lista ta' strumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi ħafna b'riskju tas-suq u riskju ta' kreditu minimu, skont l-Artikolu 47, tistax tiġi estiża u jekk din il-lista tistax tinkludi fond wieħed jew aktar tas-suq monetarju awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2017/1131.";

"

(e)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"6. Sa ... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-obbligu ta' negozjar għad-derivati taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mal-bidliet magħmula taħt ir-Regolament (UE) 2018/... [dan ir-Regolament emendatorju] għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivati, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambitu tal-entitajiet soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar kif ukoll il-mekkaniżmu ta' sospensjoni. Jekk tali allinjament jitqies meħtieġ u xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-bidliet meħtieġa.

7.  L-ESMA għandha, sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-EIOPA u l-EBA, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta jekk il-prinċipju ta' termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti msemmi fl-Artikolu 4(3a) kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar.

Il-Kummissjoni għandha, sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta jekk il-prinċipju ta' termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar, u li jipproponi, meta jkun meħtieġ, titjib għal dak il-prinċipju. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra s-sejbiet tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, meta jkun xieraq.

8.  Sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, inkluża kompressjoni tal-portafoll, għandhomx jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1). F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, kemm fil-fatt itaffu r-riskji, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, kif ukoll il-potenzjal ta' ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u l-potenzjal li jiġi diżinċentivat l-ikklerjar ċentrali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa.

Biex tassisti lill-Kummissjoni fl-elaborazzjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-EMA għandha, sa... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-BERS, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta jekk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, inkluża l-kompressjoni tal-portafoll, għandhomx jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar. Dak ir-rapport għandu jinvestiga l-kompressjoni tal-portafoll u servizzi disponibbli oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li ma jifformawx prezz, li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq fil-portafolli tad-derivati mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli, bħal tranżazzjonijiet ta' riekwilibriju. Għandu jispjega wkoll l-iskopijiet u l-funzjonament ta' tali servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, kemm fil-fatt itaffu r-riskji, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, u jivvaluta l-ħtieġa li jiġu kklerjati tali tranżazzjonijiet, jew li jiġu eżentati milli jikklerjaw, sabiex jiġi ġestit ir-riskju sistemiku. Għandu jivvaluta wkoll kemm fil-fatt kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tali servizzi tista' twassal għaċ-ċirkomvenzjoni min-naħa tal-kontropartijiet tal-obbligu tal-ikklerjar.

9.  Abbażi, inter alia, tas-sejbiet tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-idoneità fuq ir-rapportar superviżorju li ġew ippubblikati fl-1 ta' Diċembru 2017 u fuq ir-rapport ippreżentat mill-ESMA skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1a). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa. Meta tanalizza l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1a), il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-obbligu li jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 joħloqx duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet għal derivati mhux OTC u jekk ir-rekwiżit li jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet mhux OTC skont l-Artikolu 9(1a) jistax jitnaqqas mingħajr telf bla bżonn ta' informazzjoni bil-għan li jiġu ssimplifikati l-ktajjen tar-rapportar għal derivati mhux OTC għall-kontropartijiet kollha, b'mod partikolari għal kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1).

L-ESMA għandha, sa ... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], f'kooperazzjoni mal-BERS, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:

   (a) il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti tar-rapportar għal derivati mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratt tad-derivati rrapportati, kif ukoll f'termini tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti;
   (b) jekk huwiex possibbli li jiġu allinjati r-rekwiżiti tar-rapportar għal derivati mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratt tad-derivati rrapportati, kif ukoll f'termini tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti; u
   (c) il-fattibbiltà li jiġu ssimplifikati l-ktajjen tar-rapportar għall-kontropartijiet kollha, inklużi l-klijenti indiretti kollha, filwaqt li titqies il-ħtieġa għar-rapportar f'waqtu u l-atti u l-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014."

"

(20)  Fl-Artikolu 89, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 m'għandux japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-PSAs, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' PSAs f'każ ta' inadempjenza ta' PSA.

Il-PSA, is-CCPs u l-membri tal-ikklerjar għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' tali kuntratti tad-derivati OTC mill-PSAs.

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti tal-PSAs, is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u partijiet rilevanti oħra għal tali soluzzjonijiet tekniċi biex jimmonitorja l-isforzi tagħhom u jivvaluta l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' tali kuntratti tad-derivati OTC mill-PSAs. Il-grupp ta' esperti għandu jiltaqa' tal-inqas kull sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tqis l-isforzi li jkunu saru mill-PSAs, is-CCPs u l-membri tal-ikklerjar meta tabbozza r-rapporti tagħha skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(2).";

"

(20a)  Fl-Artikolu 89, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Minkejja l-paragrafu 1, sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], l-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 m'għandux japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-PSAs li jappartjenu għall-kategorija ta' PSAs żgħar, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' dawk il-PSAs f'każ ta' inadempjenza ta' tali PSA.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tiddetermina liema PSAs jistgħu jitqiesu bħala PSAs żgħar skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, filwaqt li jitqies li l-kategorija tal-PSAs żgħar m'għandhiex tirrappreżenta aktar minn 5 % tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi mill-PSAs.";

"

(21)  L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika minn ... [ħames xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Minkejja t-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 1(7)(d), u l-paragrafi 8, 10, u 11 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw minn [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] u l-Artikolu 1(2)(c), l-Artikolu 1(7)(e), l-Artikolu 1(9), punti (b) u (c) tal-Artikolu 1(12) u l-Artikolu 1(16) għandhom japplikaw minn [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Jekk dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara s-16 ta' Awwissu 2018, l-Artikolu 89(1) għandu japplika b'mod retroattiv għall-kuntratti tad-derivati OTC kollha eżegwiti mill-PSAs wara s-16 ta' Awwissu 2018 u qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)   Fit-Taqsima I, jiżdiedu l-punti (i), (j) u (k) li ġejjin:

"(i) repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 78(9)(a) jekk ma jistabbilix proċeduri adegwati għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(j)  repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 78(9)(a) jekk ma jistabbilix proċeduri adegwati biex jiżgura l-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data rapportata;

(k)  repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 78(9)(c) jekk ma jistabbilix linji ta' politika adegwati għat-trasferiment bl-ordni ta' data lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn meta mitlub mill-kontropartijiet u s-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew meta jkun meħtieġ mod ieħor.";

(2)   Fit-Taqsima IV, jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d) repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun jikser l-Artikolu 55(4) meta ma jinnotifikax lill-ESMA fil-ħin dovut b'tibdil materjali fil-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tiegħu.".

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0181/2018).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3) ĠU C […], […], p. […].
(4) ĠU C […], […], p. […].
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (ĠU ...) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 201 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(8) http://www.bis.org/cpmi/publ/d106.pdf
(9) http://www.bis.org/cpmi/publ/d125.pdf
(10) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(16) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(17) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).


Regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u l-istabbiliment ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ***I
PDF 142kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2015)0613 – C8-0389/2015 – 2015/0277(COD))
P8_TA(2018)0245A8-0364/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0613),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0389/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Taljan u l-Parlament Malti, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0364/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Ġunju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1139).

(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 111.
(2) ĠU C 88, 21.3.2017, p. 69.


Emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda ***I
PDF 140kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (COM(2017)0279 - C8-0168/2017 – 2017/0111(COD)
P8_TA(2018)0246A8-0010/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0279),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0168/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' April 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0010/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Ġunju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) ... / 2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum ta' fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/956).

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MAGĦMULA MILL-KUMMISSJONI

Proposta dwar standards tas-CO2 mill-HDVs

Kif imħabbar fit-8 ta’ Novembru 2017 fil-Komunikazzjoni “It-Twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi — Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha” (COM(2017)0675 final), il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta t-tielet pakkett tal-mobilità fl-ewwel nofs ta’ Mejju 2018, li jinkludi proposta li tistabbilixxi standards għall-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għat-trakkijiet.

Kalendarju tal-iżvilupp tar-Regolament dwar il-VECTO/Ċertifikazzjoni

Il-Kummissjoni qed issegwi l-iżvilupp tekniku tal-għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO) bil-ħsieb li jiġu inklużi teknoloġiji ġodda magħrufa mill-2020 ’il quddiem u tipi oħra ta’ vetturi, jiġifieri t-trakkijiet, ix-xarabanks u l-coaches li jifdal mill-2020 u t-trejlers mill-2021.

Aktar informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-għodda VECTO kif ukoll l-emendar tar-Regolament (UE) 2017/2400 se tkun ippubblikata fuq is-siti elettroniċi rilevanti tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-partijiet interessati u l-operaturi ekonomiċi jkunu infurmati regolarment.

Żvilupp ta’ test ta’ verifika fit-triq skont ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tad-dejta robusta u rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty.

Ir-Regolament (UE) 2017/2400 għalhekk huwa maħsub li jkun ikkumplimentat bi proċedura għall-verifikar u l-iżgurar tal-konformità tal-operazzjoni VECTO kif ukoll tal-karatteristiki marbuta mas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi rilevanti. Dik il-proċedura ta’ verifika, li għandha tinkludi l-ittestjar fit-triq ta’ vetturi heavy duty fil-produzzjoni, hija ppjanata għall-vot fil-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur qabel tmiem l-2018.

Il-proċedura ta’ verifika hija maħsuba wkoll biex isservi bħala bażi għal test futur għall-verifika tal-prestazzjoni fis-servizz ta’ vetturi mill-manifatturi u mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, jew minn partijiet terzi indipendenti.

(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 95.


Il-Modernizzazzjoni tal-Edukazzjoni fl-UE
PDF 230kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE (2017/2224(INI))
P8_TA(2018)0247A8-0173/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titlu "Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa" (COM(2011)0567),

–  wara li kkunsidra d-dritt għall-edukazzjoni kif definit fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 u 19 ta' Mejju 2015 dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titlu "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa – Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività" (COM(2016)0381) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Settembru 2017 dwar "Aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa"(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, rigward id-dritt għall-edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1904 (2012) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-dritt għal-libertà tal-għażla fl-edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) bit-titlu "Il-prijoritajiet il-ġodda tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ"(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(7),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tas-17 ta' Marzu 2015 dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni;

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja(8),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa – Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività" (SWD(2016)0195),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(9),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 bit-titlu "Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti"(10),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2016 bit-titlu "It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni" (COM(2016)0941),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2017 bit-titlu "L-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja" (COM(2017)0248),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2017 bit-titlu "Aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja" (COM(2017)0247),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2017 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-gradwati (COM(2017)0249),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2017 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (COM(2017)0563 – SWD(2017)0322),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Novembru 2017 dwar "L-immodernizzar tal-edukazzjoni skolastika u għolja",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 bit-titlu "Strateġija ġdida tal-UE għall-edukazzjoni",

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (COM(2018)0023),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar "Il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja" (COM(2018)0024),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(11),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018)0022),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' konklużjoni tas-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir, li ġie organizzat f'Gothenburg, l-Iżvezja, fis-17 ta' Novembru 2017(12),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada, adottata fit-3090 Laqgħa tal-Kunsill dwar l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport organizzata fid-19 u l-20 ta' Mejju 2011(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 1984 dwar il-libertà tal-edukazzjoni fil-Komunità Ewropea(14),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja(15),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 bit-titlu "Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali" (JOIN(2016)0029), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwarha(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Karta tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Demokratika u l-Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, adottata fil-qafas tar-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)7,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Objettiv Strateġiku B tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (1995),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 28 u 29 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015 u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016, u b'mod partikolari, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli 4 u 5,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0173/2018),

A.  billi skont l-Artikolu 6e tat-TFUE, il-kompetenza fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija tal-Istati Membri, filwaqt li l-Unjoni Ewropea għandha rwol ta' appoġġ vitali biex tistabbilixxi l-isfidi u l-għanijiet u tippromwovi u tiskambja l-aħjar prattiki;

B.  u billi d-dritt għall-edukazzjoni hu dritt fundamentali tal-bniedem u billi l-edukazzjoni fil-forom kollha tagħha u fil-livell kollha jenħtieġ li tippreżenta l-karatteristiċi interkonnessi u essenzjali li ġejjin: a) id-disponibilità; b) l-aċċessibilità; c) l-aċċettabilità; u d) l-adattabilità;

C.  billi l-prijorità prinċipali tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa li jipprovdi edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja li jkunu inklużivi u ta' kwalità;

D.  billi l-kisba ta' opportunitajiet indaqs hi funzjoni importanti tal-edukazzjoni, u l-aċċess għall-edukazzjoni jrid għalhekk isir nondiskriminatorju; billi għal dan il-għan, hemm bżonn ta' aktar sforzi biex jiġi żgurat li kulħadd, b'attenzjoni partikolari lil dawk l-aktar vulnerabbli, il-persuni b'diżabilità jew bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll il-gruppi żvantaġġati, igawdi l-istess opportunitajiet li jaċċedi għall-edukazzjoni u t-taħriġ u u jikkompletahom, u li jikseb ħiliet fil-livelli kollha;

E.  billi s-sistemi edukattivi Ewropej jirrappreżentaw rikkezza enormi ta' diversità kulturali, soċjali u lingwistika, filwaqt li fl-istess ħin l-Istati Membri jikkondividu għanijiet u sfidi simili fl-edukazzjoni, fosthom l-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-edukazzjoni għal kulħadd, li jistgħu jiġu indirizzati fil-livell Ewropew;

F.  billi l-kapaċità tas-sistemi tal-edukazzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjetali, ekonomiċi u personali tiddependi mill-kwalità, l-aċċessibilità, id-diversità, l-effiċjenza u l-ekwità tagħhom, kif ukoll mid-disponibilità ta' riżorsi umani, finanzjarji u materjali;

G.  billi huwa importanti li jiġi mfakkar li l-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni tal-għalliema, intlaqtet mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, u li l-finanzjament pubbliku għall-edukazzjoni għandu rwol fundamentali fis-sistemi edukattivi tal-UE; billi, għalhekk, appoġġ finanzjarju pubbliku miżjud għall-edukazzjoni, fosthom għall-għalliema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, kif ukoll għar-riċerka, hu kruċjali biex tiġi żgurata edukazzjoni pubblika bla ħlas, inklużiva u aċċessibbli;

H.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali u l-iżvilupp taż-żgħażagħ sabiex jagħmluhom ċittadini proattivi u responsabbli li jkunu lesti biex jgħixu u jaħdmu f'dinja teknoloġikament avvanzata u globalizzata u jipprovduhom b'sett ta' kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, definit bħala kombinazzjoni ta' għarfien, ħiliet u attitudnijiet meħtieġa għall-milja u l-iżvilupp personali, għaċ-ċittadinanza attiva u għall-impjieg;

I.  billi l-kwalità tat-tagħlim tikkostitwixxi fattur determinanti importanti għar-riżultati tal-istudenti, u għalhekk appoġġ qawwi għall-eċċellenza fir-rigward tat-tagħlim u tal-edukaturi jikkostitwixxi waħda mill-prijoritajiet għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

J.  billi d-dritt għall-edukazzjoni jinkludi l-libertà li jitwaqqfu stabbilimenti edukattivi, abbażi tar-rispett dovut għall-prinċipji demokratiċi u għad-dritt tal-ġenituri li jiżguraw li t-tfal tagħhom huma mgħallma u istruwiti skont il-konvinzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u pedagoġiċi tagħhom;

K.  billi l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni kif applikat għall-edukazzjoni jippermetti lill-Istati Membri joħolqu u jimplimentaw strateġija komuni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluża wkoll il-pjattaforma online ET2020 (Edukazzjoni u Taħriġ 2020); billi l-parametri referenzjarji ta' din l-istrateġija huma analizzati u evalwati kull sena fil-pubblikazzjoni "Education and Training Monitor" (Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ), kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-UE kollha kemm hi;

L.  billi fl-aħħar "Education and Training Monitor" ippubblikat fl-2017, il-Kummissjoni irrikonoxxiet li minkejja progress kontinwu fit-tnaqqis tal-għadd ta' studenti bi tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ, l-għadd tagħhom xorta għadu għoli ħafna fl-UE;

M.  billi skont ir-riżultati tal-aħħar testijiet testijiet ta' PISA, 20,6 % tal-istudenti Ewropej jiffaċċjaw problemi fl-akkwist ta' ħiliet bażiċi fl-oqsma tal-qari, il-matematika u x-xjenza, u għadd sinifikanti ta' ċittadini Ewropej għandhom nuqqas ta' ħiliet ta' litteriżmu; billi dan huwa joħloq tħassib serju f'termini ta' tagħlim ulterjuri, żvilupp personali, u parteċipazzjoni adegwata fil-ħajja pubblika u fis-suq tax-xogħol;

N.  billi l-iżgurar ta' aċċess għall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (ECEC) għat-tfal kollha huwa essenzjali sabiex dawn igawdu minn bidu pożittiv fil-ħajja u fil-perkorsi edukattivi tagħhom;

O.  billi l-kwalità tal-persunal hija fattur fundamentali għas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal;

P.  billi l-promozzjoni tal-mobilità tal-istudenti u tal-persunal hija parti importanti mis-sistemi ta' edukazzjoni ogħla Ewropej, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp taż-żgħażagħ u tista' tistimula l-progress ekonomiku u soċjali; billi hemm bżonn ta' titjib kwalitattiv u aktar appoġġ finanzjarju bl-għan li tikber il-mobilità tal-istudenti u tal-persunal fl-ambitu ta' Erasmus+;

Q.  billi l-innovazzjonijiet metodoloġiċi u diġitali jikkostitwixxu strument potenzjali għall-estensjoni tal-aċċess għall-kontenut u l-għarfien, iżda ma għandhomx jissostitwixxu l-kuntatt personali u l-iskambju fost l-istudenti u bejn l-istudenti u l-għalliema, u lanqas ma għandhom isiru l-prijorità tas-sistemi ta' edukazzjoni;

R.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li huwa minqux fit-Trattati u għandu jiġi rifless fil-politiki kollha tal-UE, u, bl-istess mod, anki fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura;

S.  billi l-edukazzjoni hija għodda b'saħħitha biex jingħelbu l-inugwaljanzi bejn is-sessi u d-dikriminazzjoni, iżda tista' sikwit tirriproduċi jew taggrava d-diskriminazzjoni eżistenti; billi l-inugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni tostakola kemm l-iżvilupp personali kif ukoll l-impjieg, u taffettwa ħafna oqsma soċjokulturali;

T.  billi, minkejja l-fatt li n-nisa jammontaw għal 3 minn kull 5 (57,6 %) tal-gradwati kollha fl-edukazzjoni għolja, id-differenza fl-impjieg bejn il-ġeneri kienet 11,6 % fl-2015;(17)

L-għarfien bħala riżorsa ekonomika ewlenija u sors ta' benesseri taċ-ċittadini

1.  Jiddikjara li l-edukazzjoni ta' kwalità universali hija komponent kruċjali tal-iżvilupp personali, kulturali, soċjali u professjonali f'soċjetà msejsa fuq l-għarfien;

2.  Iqis li s-salvagwardja tal-valuri komuni Ewropej u tal-ksib tal-għanijiet ekonomiċi u soċjali tal-UE kif ukoll dawk tal-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli huma marbuta ma' edukazzjoni ta' kwalità permezz tal-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, il-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni u s-suċċess individwali;

3.  Jissottolinja r-rwol kruċjali fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa, kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment, filwaqt li tipprovdi għall-ħtiġijiet għall-bżonnijiet taċ-ċittadini u tibni komunità ta' ċittadini differenti uniti permezz tal-valuri ewlenin komuni tagħhom;

4.  Jissottolinja li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva u l-valuri komuni, u bħala tali jgħinu biex isawru soċjetà miftuħa, inklużiva, pluralista, demokratika u tolleranti;

5.  Jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni biex tgħin lill-istudenti jiżviluppaw valuri etiċi u ċiviċi u jsiru membri tas-soċjetà attivi, responabbli u b'moħħhom miftuħa li jkunu kapaċi jeżerċitaw u jiddefendu d-drittijiet demokratiċi u r-responsabilitajiet tagħhom fis-soċjetà, japprezzaw id-diversità, jiżvolġu rwol attiv fil-ħajja demokratika u jieħdu r-responsabilità għalihom infushom u għall-komunitajiet tagħhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' edukazzjoni ċivika, etika, ambjentali u taċ-ċittadinanza;

6.  Jenfasizza li sabiex iż-żgħażagħ jikkonfrontaw l-isfidi, isiru ċittadini Ewropej attivi u jkunu ta' suċċess f'ħajjithom u fis-suq tax-xogħol filwaqt li jsawru wkoll il-ġejjieni tad-dinja, edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva trid tipprovdilhom l-għarfien, il-ħiliet il-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku u awtonomu meħtieġa, kif ukoll attitudnijiet demokratiċi;

7.  Jissottolinja l-fatt li l-iżgurar ta' aċċess ugwali għal edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità huwa kruċjali għall-kisba ta' koeżjoni soċjali kontinwa billi jiġġieled il-faqar, l-esklużjoni soċjali ta' nies bi sfondi żvantaġġati u vulnerabbli, u l-istereotipi tal-ġeneri, u għaldaqstant għadu l-akbar għajnuna għall-mobilità soċjali;

8.  Jinnota l-fatt li edukazzjoni ta' kwalità tista' trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni rilevanti għas-soċjetà u ta' benefiċċju għaliha;

9.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-edukazzjoni fl-iżvilupp ta' kompetenzi kulturali u fl-inkoraġġiment tal-iżvilupp kulturali; jinkoraġġixxi sinerġiji aktar mill-qrib bejn is-settur tal-edukazzjoni u dak kulturali, li għandhom jinkisbu billi jiġi appoġġat rwol attiv għall-kultura u l-arti f'kuntesti edukattivi formali, informali u mhux formali;

10.  Jinnota r-rwol li l-edukazzjoni tiżvolġi fl-iżvilupp ta' attitudnijiet ta' tagħlim tul il-ħajja li jgħinu lin-nies jadattaw għall-eżiġenzi li qed jinbidlu tad-dinja moderna;

11.  Ifakkar li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jiżvolġu rwol ewlieni fil-ħolqien u t-trawwim ta' attitudni pożittiva lejn it-tagħlim, anki t-tagħlim tul il-ħajja;

Ir-realtà edukattiva li qed tinbidel u l-isfidi relatati

12.   Jemmen li approċċ komprensiv għall-politika dwar l-edukazzjoni, b'appoġġ politiku u pubbliku qawwi, huwa kruċjali għall-proċess tar-riforma edukattiva, u li sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet huwa essenzjali li jiġu involuti kemm is-soċjetà b'mod ġenerali kif ukoll l-atturi rilevanti u interessati kollha, inklużi l-ġenituri;

13.  Iqis li governanza effettiva u finanzjament adegwat għall-istabbilimenti edukattivi kollha, riżorsi u tagħlim edukattivi ta' kwalità moderni, għalliema motivati u kompetenti, u tagħlim tul il-ħajja huma kruċjali għall-kisba tal-ekwità, id-dversità u l-eċċellenza fl-edukazzjoni;

14.  Jenfasizza l-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u l-innovazzjoni, bħala strumenti biex jiġu offruti opportunitajiet ġodda fl-edukazzjoni, jintlaħqu b'mod aktar effettiv il-ħtiġijiet ta' studenti individwali (inklużi l-ħtiġijiet edukattivi speċjali), u tiżdied il-flessibilità fit-tagħlim, il-personalizzazzjoni u r-responsabilità, kif ukoll jitrawmu forom interattivi ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni;

15.  Jisħaq fuq l-opportunitajiet li d-diġitalizzazzjoni u l-istabbiliment ta' pjattaformi edukattivi komuni joffru għall-edukazzjoni moderna, speċjalment f'termini ta' tagħlim mill-bogħod, edukazzjoni mill-bogħod, u t-tagħlim imħallat, li għandhom jippermetti aktar flessibilità fl-edukazzjoni billi jfassluha b'mod eqreb għas-sitwazzjonijiet ta' għajxien individwali tal-istudenti u b'hekk ikunu ta' benefiċċju għat-tagħlim tul il-ħajja, għall-kwalità tal-edukazzjoni, għall-aċċessibilità u għall-iżvilupp ta' ħiliet futuri; jenfasizza l-ħtieġa li l-kurrikuli tal-ICT u tal-media jkunu xierqa għall-età u li jirrispettaw l-iżvilupp u l-benesseri tat-tfal u jenfasizzaw l-importanza kemm tal-użu responsabbli kif ukoll tal-ħsieb kritiku;

16.  Josserva li t-tagħlim effikaċi permezz ta' teknoloġiji moderni jeħtieġ aċċess ugwali, livell kompetenti ta' ħiliet diġitali, riżorsi tat-tagħlim ta' kwalità, taħriġ fl-adattament tat-teknoloġija għal skopijiet pedagoġiċi u l-promozzjoni tal-attitudnijiet u l-motivazzjoni meħtieġ għal parteċipazzjoni diġitali sinifikattiva; jemmen li l-ħiliet tal-litteriżmu diġitali u medjatiku għandhom ikunu parti essenzjali mill-politiki tal-edukazzjoni u jinkludu, fost l-oħrajn, il-kompetenzi ċiviċi u l-ħsieb kritiku; jenfasizza l-importanza ta' valutazzjoni kritika tas-sorsi u l-affidabilità tagħhom, u ta' proġetti ta' litteriżmu medjatiku f'dan ir-rigward;

17.  Jirrikonoxxi li f'dinja dejjem aktar globalizzata u diġitalizzata, huwa meħtieġa metodi ta' tagħlim u ta' valutazzjoni innovattivi u rilevanti, kif ukoll infrastruttura edukattiva adegwata li tippermetti l-ħidma fi gruppi u t-tagħlim f'tim, u tistimula l-ħsieb kreattiv u s-soluzzjoni tal-problemi flimkien ma' metodi edukattivi progressivi oħrajn; ifakkar fl-importanza tal-involviment tal-għalliema, l-istudenti u persunal ieħor tal-iskejjel fil-valutazzjoni ta' jekk intlaħqux l-objettivi ta' tagħlim, u kif intlaħqu;

18.  Jinnota li jinħtieġu aktar sforzi biex il-paradigma edukattiva tiġi adattata biex tibbilanċja approċċ iffokkat fuq l-għalliem kif ukoll fuq il-kontenut, li tkun aktar adatta individwalment u speċifikament għall-istudenti u ċ-ċirkustanzi tal-għajxien tagħhom, b'approċċ iffokat fuq il-komprensjoni, li jgħaqqad flimkien metodi ta' tagħlim adatti għall-mudell tat-tagħlim tradizzjoni kif ukoll online, biex b'hekk tissaħħaħ il-personalizzazzjoni tal-proċess edukattiv u b'dan il-mod jiżdiedu r-rati ta' żamma u ikkompletar;

19.  Jenfasizza li s-sistemi edukattivi għandhom jippromwovu l-approċċi interdixxiplinari, kooperattivi u kreattivi u x-xogħol f'tim bil-għan li l-istudenti jiġu mgħammra bl-għarfien u l-ħiliet, inklużi ħiliet trażversali u mhux tekniċi, kif ukoll kompetenzi professjonali, trażversali, soċjali u ċiviċi;

20.  Ifakkar li l-ksib ta' tagħlim ta' kwalità huwa proċess kontinwu li jinkludi d-djalogu, sens ta' kondiviżjoni u kurżità, u għandu jingħata prijorità fil-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni;

21.  Jenfasizza li l-iffaċilitar ta' aċċess ugwali għal edukazzjoni inklużiva ta' kwalità huwa essenzjali għall-indipendenza u l-integrazzjoni fis-soċjetà ta' studenti b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għal edukazzjoni ewlenija ("mainstream") inklużiva u ta' kwalità, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istudenti kollha b'kull tip ta' diżabilità, li jfisser, pereżempju, li tiġi pprovduta edukazzjoni inklużiva bilingwi għat-tfal neqsin mis-smigħ fir-rigward tal-ħtiġijiet lingwistiċi speċjali tagħhom; jistieden lill-iskejjel jipprovdu servizzi differenzjati kemm formali kif ukoll informali, u appoġġ imsaħħaħ, waqt li jużaw ukoll il-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda sabiex jiġu moqdija l-bżonnijiet individwali tal-istudenti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-iskejjel fir-rigward tal-politika tagħhom ta' aċċettazzjoni ta' kulħadd, u tistabbilixxi indikaturi speċifiċi għad-diżabilità fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020;

22.  Jemmen li l-edukazzjoni Ewropea jeħtieġ li tfittex qabelxejn l-iżvilupp tar-raġunament, ir-riflessjoni u l-kurżità xjentifika; li hija trid tkun kapaċi tibni fuq il-bażi ta' kultura umanistika artistika, xjentifika u teknika; u li, hekk kif tibda mir-realtà prattika tal-ħajja lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropea, hija għandha tagħti t-taħriġ neċessarju biex tirrisolvi problemi nazzjonali u Ewropej u tqajjem kuxjenza dwar il-problemi fi ħdan il-komunità internazzjonali;

23.  Jirrikonoxxi r-realtà tad-differenzi individwali fil-kapaċitajiet konjittivi u l-karatteristiċi tal-personalità li jinteraġixxu ma' fatturi soċjali u ambjentali, u jinfluwenzaw l-eżiti edukattivi; jissottolinja f'dan il-kuntest li l-edukazzjoni hija aktar effiċjenti, ekwa u ġusta meta jittieħed kont ta' dawn id-differenzi;

24.  Jirrikonoxxi li, f'dinja kompetittiva, huwa essenzjali li t-talent Ewropew jiġi identifikat u promoss kmieni kemm jista' jkun;

25.  Jenfasizza li t-titjib fir-riżultati fl-ambitu edukattiv huwa kompatibbli, b'mod medju, mal-promozzjoni tal-eċċellenza fost l-istudenti b'talenti; jinnota, f'dan il-kuntest, l-importanza tat-tfassil ta' programmi ta' intervent xierqa sabiex jissaħħu l-karatteristiċi psikoloġiċi rilevanti għall-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-persuni;

26.  Jenfasizza l-bżonn li tingħata importanza lill-litteriżmu viżiv bħala ħila ġdida tal-ħajja, filwaqt li jirrikonoxxi li llum il-ġurnata, in-nies qed jikkomunikaw aktar permezz tal-immaġnijiet milli permezz tal-mezzi tradizzjonali;

27.  Jinnota l-proposta li tinħoloq Żona Ewropea ta' Edukazzjoni, ippreżentata fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir, li ġie organizzat f'Gothenburg fl-2017; ifakkar li din l-inizjattiva għandha trawwem il-kooperazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u l-kwalifiki, u aktar mobilità u tkabbir;

28.  Jappoġġja l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2017 li jitolbu li titjieb il-mobilità u l-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-edukazzjoni u fl-attivitajiet kulturali, fosthom permezz ta' "Kard Ewropea tal-Istudenti", li għandha tiffaċilita r-rikonoxximent ta' krediti universitarji miksuba fi Stati Membri oħra;

29.  Jemmen li Erasmus+ huwa l-programm emblematiku tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni, u li l-impatt u l-popolarità tiegħu ġew evidenzjati għalkollox tul is-snin; jappella, għalhekk, għal żieda sostanzjali fil-finanzjament għal dan il-programm fil-QFP 2021-2027, sabiex il-programm isir aktar aċċessibbli u inklużiv u jkun jista' jilħaq aktar studenti u għalliema;

30.  Jissottolinja li l-qgħad taż-żgħażagħ huwa fenomenu li jinstab fl-Ewropa kollha li skont ir-rapporti jammonta għal madwar id-doppju tar-rata medja tal-qgħad ġenerali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rati għolja b'mod allarmanti fl-Istati Membri tal-Mediterran, li huma l-aktar għoljin fi Spanja (44,4 %), l-Italja (37,8 %) u fil-Greċja (47,3 % taż-żgħażagħ huma qiegħda waqt li 30,5 % taż-żgħażagħ huma NEETs, skont l-Eurostat;

31.  Josserva li minkejja ż-żewġ miljun impjieg battal li jeżistu fl-UE, aktar minn 30 % taż-żgħażagħ kwalifikati b'diplomi qed jaħdmu f'impjiegi li ma jaqblux mal-ħiliet jew l-aspirazzjonijiet tagħhom, filwaqt li 40 % tal-impjegaturi Ewropej isibuha diffiċli biex isibu ħaddiema bil-ħiliet li jeħtieġu l-impjegaturi(18);

32.  Jafferma l-ħtieġa li s-sistemi ta' edukazzjoni fil-livelli kollha jżommu perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi li tieħu kont tal-ħtiġijiet tal-persuni li jbatu minn forom multipli ta' diskriminazzjoni, inklużi l-persuni b'diżabilità, persuni li jidentifikaw ruħhom bħala LGBTI u persuni li jkunu ġejjin minn komunitajiet emarġinati;

Edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (ECEC)

33.  Jenfasizza li ECEC ta' kwalità u aċċessibbli toħloq pedament għal sistemi tal-edukazzjoni aktar ekwitabbli u effettivi, u tiżgura l-iżvilupp personali individwali, il-benesseri u l-effikaċja ta' tagħlim ulterjuri;

34.  Jenfasizza l-benefiċċji kbar għat-tfal kollha, speċjalment dawk minn gruppi żvantaġġati, li jattendu ECEC, u jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza li jiġi żgurat li kull tifel u tifla jkun jista' jkollhom aċċess għall-ECEC; josserva bi tħassib, f'dan ir-rigward, li f'diversi Stati Membri, id-domanda għal postijiet ECEC hija akbar mill-provvista, speċjalment għal tfal iżgħar;

35.  Jissottolinja l-importanza tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-ECEC, ħalli t-tfal ikunu jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet konjittivi tagħhom u jiġi ddeterminat jekk humiex qed jiġu moqdija l-aħjar interessi tat-tfal;

Edukazzjoni skolastika

36.  Jara lill-iskejjel kollha bħala ċentri għat-trawwim tal-ħsieb kritiku u kreattiv u għall-promozzjoni tal-valuri demokratiċi u ċ-ċittadinanza attiva; iqis li l-iskejjel għandhom jiffukaw fuq l-għajnuna għaż-żgħażagħ biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jifhmu u jużaw l-informazzjoni disponibbli, kif ukoll biex jiżviluppaw l-awtonomija fit-tagħlim u l-profiċjenza lingwistika;

37.  Jirrimarka li l-bżonnijiet speċifiċi tal-istudenti kollha għandhom ikunu fiċ-ċentu tal-funzjonament effikaċi tal-iskejjel skola, li jeħtieġ l-istabbiliment ta' objettivi konġunti u aġenda ċara għall-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-komunità tal-iskola kollha u l-persuni interessati, fejn xieraq;

38.  Iqis li l-kurrikuli moderni għandhom ikunu mmexxija mill-kompetenzi, għandhom isaħħu l-ħiliet personali u l-kompetenza ta' ġestjoni ta' ħajja orjentata għall-futur u konxja dwar is-saħħa u għandhom jiffokaw fuq valutazzjoni formattiva u fuq il-benesseri fiżiku u emozzjonali tal-istudenti; jemmen li kull student għandu jkollu l-possibilità li jwettaq il-potenzjal intellettwali tiegħu; jenfasizza li l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħiliet hu proċess kontinwu, li jopera fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u fis-suq tax-xogħol, u li l-ħiliet u l-kompetenzi għandhom jitqiesu kemm fil-proċess edukattiv u kemm fir-rikonoxximent ta' kwalifiki edukattivi;

39.  Jissottolinja li l-kisba ta' ħiliet bażiċi ta' litteriżmu u numeriżmu hija fundamentali għat-tagħlim ulterjuri, l-iżvilupp personali u l-kisba tal-kompetenza diġitali tal-istudenti; jenfasizza li l-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) u l-Aġenda Ġdida tal-Ħiliet tal-Kummissjoni għandhom jikkomplementaw l-azzjonijiet nazzjonali u jappoġġjaw l-Istati Membri f'dan ir-rigward; jistieden lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet edukattivi jsaħħu l-ħiliet bażiċi permezz ta' tagħlim ibbażat fuq il-proġetti u l-problemi, fost soluzzjonijiet oħra;

40.  Jinnota li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li ħadd ma jtemm l-iskola mingħajr ħiliet bażiċi, inklużi ħiliet diġitali bażiċi; jenfasizza l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-impjiegi llum 'il ġurnata jirrikjedu livelli ogħla ta' litteriżmu, numeriżmu, litteriżmu diġitali u ħiliet kruċjali oħra, u li s-sistemi ta' edukazzjoni moderni għandhom għaldaqstant jgħaqqdu t-tmien kompetenzi ewlenin deskritti fil-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, li jinkludi wkoll l-għarfien u l-attitudnijiet; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li din il-proposta tiddefinixxi wkoll il-ħiliet diġitali bħala ħiliet bażiċi;

41.  Iqis li, minkejja l-impatt ta' teknoloġiji ġodda fuq l-edukazzjoni, l-iskola xorta għandha tibqa' ambjent fundamentali tat-tagħlim fejn il-potenzjalitajiet jiġu żviluppati, u fejn kull individwu jista' jsib l-ispazju u l-ħin għal tkabbir personali u soċjali;

42.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għoti ta' aktar awtonomija lill-iskejjel fir-rigward tal-kurrikuli, l-evalwazzjoni u finanzjament, irriżulta fi prestazzjoni aqwa mill-istudenti, dejjem jekk hemm governanza effikaċi fl-iskola u rendikont mill-iskola stess għat-tagħlim tal-istudenti;

43.  Jenfasizza l-impatt pożittiv tad-diversità kulturali u l-multilingwiżmu fl-iskejjel fuq l-iżvilupp lingwistiku u konjittiv tal-istudenti, kif ukoll fuq il-promozzjoni tal-kuxjenza interkulturali, ir-rispett u l-pluraliżmu;

44.  Jenfasizza l-bżonn li jissaħħaħ it-tagħlim ta' lingwi bil-ħsieb li persuna titkellem żewġ lingwi barra mil-lingwa materna u li jiġi promoss fil-livell tal-iskejjel sekondarji t-tagħlim ta' tal-anqas żewġ suġġetti f'lingwa li ma tkunx lingwa materna;

45.  Jirrimarka li l-iskambji tal-iskejjel sekondarji jikkontribwixxu ħafna sabiex jinkoraġġixxu l-istudenti jiksbu abilitajiet, ħiliet, attitudnijiet u valuri intrinsiċi għaċ-ċittadinanza dinamika Ewropea u biex jiżviluppaw ħsieb kritiku kostruttiv;

46.  Jenfasizza l-bżonn li l-iskejjel ikunu aktar miftuħa sabiex jippermettu r-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali u informali, tranżizzjonijiet b'anqas xkiel bejn toroq edukattivi differenti (bħal pereżempju tekniċi u akkademiċi);

47.  Jissottolinja li l-istudenti għandhom jiġu mħeġġa jużaw tekniki ta' awtovalutazzjoni biex ikejlu l-progress fit-tagħlim tagħhom; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet edukattivi jiżguraw li l-għodda tal-feedback jipprovdu informazzjoni affidabbli billi jużaw taħlita ta' diversi strumenti, bħal kwestjonarji ta' studenti, gruppi ta' fokus u kaxex għas-suġġerimenti;

48.  Jenfasizza l-importanza ta' ħajja attiva permezz tal-isport; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-bżonn li l-attività fiżika u l-edukazzjoni fiżika jiġu promossi u jingħataw rwol estiż fil-kurrikuli edukattivi fil-livelli kollha, b'possibilitajiet imtejba għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni bejn l-istabbilimenti edukattivi u l-organizzazzjonijiet tal-isport lokali; jinkoraġġixxi wkoll l-inizjattivi edukattivi u l-attivitajiet extrakurrikulari bl-għan li jappoġġjaw il-ksib tal-ħtiġijiet u l-interessi individwali tal-istudenti filwaqt li anke jibnu konnessjonijiet mal-komunitajiet lokali;

49.  Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni ta' kwalità, taħriġ vokazzjonali u attivitajiet komunitarji u volontarji biex jgħinu biex jogħla l-istatus ta' vokazzjonijiet ibbażati fuq ix-xogħol;

50.  Jinnota li għadd konsiderevoli ta' impjiegi ġodda qed jinħolqu f'industriji relatati mal-enerġija rinnovabbli, u li għaldaqstant is-setturi u l-impjiegi ekoloġiċi għandhom jiġu indirizzati fil-kurrikula tal-iskejjel;

51.  Jenfasizza li l-ħiliet tal-ġestjoni tal-informazzjoni, il-ħsieb kritiku u l-ħila li wieħed juża l-għarfien miksub huma għanijiet kruċjali tal-edukazzjoni akkademika;

52.  Jirrikonoxxi n-neċessità li jissaħħaħ it-triangolu tal-għarfien u li jittejbu r-rabtiet bejn ir-riċerka u t-tagħlim billi jiġu allokati riżorsi adegwati għall-programmi rilevanti u billi jiġi żgurat li l-istudenti involuti fi programmi ta' riċerka jingħataw il-mezzi finanzjarji biex iwettqu r-riċerka tagħhom;

53.  Jemmen li sistemi ta' edukazzjoni għolja għandhom ikunu aktar flessibbli u miftuħa, u li għandhom ikunu promossi mogħdijiet ta' taħriġ b'alternanza fl-universitajiet u fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ulterjuri, b'mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti l-apprendistati, u b'hekk jingħata lok għar-rikonoxximent tat-tagħlim informali u mhux formali, u jkunu żgurati tranżizzjonijiet b'inqas intoppi bejn bejn il-livelli differenti tal-edukazzjoni, inkluża dik bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u l-edukazzjoni ogħla, kif ukoll diversi forom ta' twettiq tal-programmi; jenfasizza li dan għandu jkun ibbażat fuq komprensjoni aħjar tal-prestazzjoni tal-gradwati;

Edukazzjoni għolja

54.  Jenfasizza, fil-kuntest tal-ħolqien ta' Żona Ewropea ta' Edukazzjoni, l-importanza li nappoġġjaw u nibnu fuq l-potenzjal tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ewropej kollha u tal-istudenti sabiex jiġi stimulati n-netwerking, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-kompetizzjoni;

55.  Huwa tal-opinjoni li approċċ kumplessiv għall-internazzjonalizzazzjoni, inkluża mobilità akbar għall-persunal u l-istudenti (anki permezz ta' traineeships u apprendistati), u dimensjoni internazzjonali għall-kurrikulu, u għat-tagħlim, ir-riċerka, il-kooperazzjoni u attivitajiet addizzjonali, għandu jkun element importanti tal-istituzzjonijiet Ewropej ta' edukazzjoni għolja;

56.  Huwa favur enfasi akbar fuq programmi ta' studju interdixxiplinari, u jinkoraġġixxi l-promozzjoni, b'mod parallel, tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM) u tax-xjenzi umani u soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tan-nisa u ta' gruppi oħra sottorappreżentati fis-suġġetti STEAM u l-professjonijiet rilevanti;

57.  Huwa tal-fehma li l-edukazzjoni għolja trid tinvolvi ruħha mas-soċjetà ġenerali sabiex tippromwovi t-tkabbir innovattiv u l-benesseri soċjali; jemmen li l-kooperazzjoni bejn istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja (HEIs) u l-partijiet interessati esterni hija mixtieqa, għax dawn tal-aħħar jistgħu jikkontribwixxu l-għarfien u l-ħiliet espert fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni għolja; jenfasizza, madankollu, li r-responsabilità għat-teħid ta' deċiżjonijiet trid dejjem tkun tal-istudenti u l-esperti tal-pedagoġija;

58.  Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li jiżvolġu l-akkademiċi u l-istudenti fit-tixrid tal-għarfien, is-sejbiet u l-fatti empiriċi miksuba fost il-pubbliku ġenerali; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, riċerka li tkun ekonomikament u politikament indipendenti li hija rilevanti għas-soċjetà u toffrilha benefiċċji;

59.  Jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni bbażata fuq ir-riċerka u r-riċerka pedagoġika bħala mezz biex jiġi stimulat it-tagħlim attiv, jissaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet, u tittejjeb il-metodoloġija tat-tagħlim;

60.  Jissottolinja li l-istudenti għandhom jiġu mħeġġa jużaw tekniki ta' awtovalutazzjoni biex ikejlu l-progress tagħhom fit-tagħlim;

L-għalliem bħala garanti ta' tagħlim ta' kwalità

61.  Iqis li l-għalliema u l-ħiliet, l-impenn u l-effikaċja tagħhom huma l-bażi tas-sistemi tal-edukazzjoni;

62.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu attirati lejn il-professjoni tat-tagħlim iktar kandidati motivati bi sfondi akkademiċi jew professjonali sodi u b'kompetenzi pedagoġiċi; jitlob proċeduri ta' għażla adattata u miżuri u inizjattivi speċifiċi biex jittejbu l-istatus ta' għalliema, it-taħriġ, l-opportunitajiet professjonali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluża r-remunerazzjoni, li jiġu evitati forom ta' impjieg instabbli, id-drittijiet soċjali, is-sikurezza u l-protezzjoni, kif ukoll li l-għalliema jiġu pprovduti b'appoġġ li jinkludi programmi ta' mentoring, tagħlim bejn il-pari u skambju tal-aħjar prattiki; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi ugwaljanza akbar bejn is-sessi fil-professjoni tat-tagħlim;

63.  Jenfasizza l-importanza ta' riformi u investiment fl-edukazzjoni tal-għalliema, mill-fażi inizjali u matul l-iżvilupp professjonali tal-għalliema, sabiex l-għalliema jingħataw għarfien solidu u aġġornat, ħiliet u kompetenzi essenzjali għal standard għoli ta' tagħlim, li jinkludi diversità fil-metodi ta' tagħlim, bħat-tagħlim mill-bogħod, permezz ta' teknoloġiji diġitali tat-tagħlim; jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema, inkluż l-għoti ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja u korsijiet ta' aġġornament u ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet matul il-karrieri tagħhom, li joffru soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-għalliema fix-xogħol tagħhom fil-livell tal-klassi, u opportunitajiet biex jipparteċipaw fi skambji internazzjonali ta' għalliema sabiex titrawwem kultura ta' tagħlim istituzzjonali;

64.  Jaqbel li t-taħriġ pedagoġiku, psikoloġiku u metodoloġiku ta' kwalità għolja ta' għalliema tal-iskola u tal-edukazzjoni terzjarja u l-lekċerers huwa kundizzjoni ewlenija biex l-edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri tkun suċċess; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-qsim tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali, programmi ta' mobilità bħal Erasmus+ u apprendistati mħallsa fi Stati Membri oħra;

65.  Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-għalliem fil-forniment ta' ambjent ta' tagħlim inklużiv li jirrikjedi l-applikazjoni ta' firxa ta' metodi u approċċi biex jissodisfaw ħtiġijiet differenti, u b'hekk l-istudenti kollha jkunu jistgħu jiġu involuti fit-tfassil, it-twettiq u l-valutazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom; jirrikonoxxi l-funzjoni kruċjali tal-għalliema bħala gwidi u mentors proattivi li jgħallmu lill-istudenti kif jevalwaw l-informazzjoni, jadottaw rwol ta' appoġġ fil-konfront tal-isfidi, u jippreparaw lill-istudenti għall-ħajja;

66.  Iqis li l-involviment tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel biex jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-edukazzjoni huwa vitali għal proċessi ta' riforma effettivi u l-immotivar tal-persunal edukattiv għal titjib ulterjuri fil-politika tal-iskola;

67.  Huwa tal-fehma li politika komprensiva tal-iskola trid tiggarantixxi appoġġ effikaċi għall-għalliema sabiex tiżgura l-kisba ta' miri edukattivi, ambjent tal-iskola abilitanti, skejjel li jaħdmu u jiżviluppaw b'mod effiċjenti u governanza kollaborattiva;

68.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-edukaturi kif ukoll tal-kooperazzjoni bejn il-ġenituri, l-għalliema u l-awtoritajiet tal-iskejjel fi ħdan l-edukazzjoni formali, mhux formali u informali fl-appoġġ għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, kollaborazzjoni msaħħa fost l-atturi kollha fit-tagħlim formali, mhux formali u informali;

69.  Huwa tal-fehma li kooperazzjoni msaħħa bejn l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi hija ta' benefiċċju għall-partijiet relatati kollha u tirriżulta f'titjib u aġġornament tal-kontenut tat-tagħlim, tal-prattiki tat-tagħlim u l-pedagoġija, kif ukoll trawwem l-innovazzjoni, il-kreattività u l-ħiliet ġodda;

Rakkomandazzjonijiet

70.  Iqis li z-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni għandha tiffoka fuq il-kisba ta' għanijiet komuni, inkluż l-iżgurar ta' tagħlim ta' kwalità għal kulħadd, u trid tkun imfassla fuq bażi ta' u evalwazzjoni kritika ta' politiki eżistenti u xejriet u ċifri edukattivi kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE, sabiex jiġu żgurati l-koerenza, il-konsistenza u riżultati li jistgħu jinkisbu, filwaqt li jingħata wkoll impetu ġdid lill-iżvilupp tagħhom u jiġu rispettati l-prinċipji tal-għoti, tas-sussidjarjetà, tal-libertà, tal-proporzjonalità u tal-awtonomija istituzzjonali u edukattiva;

71.  Jemmen li ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni m'għandhiex tipperikola u lanqas tissostitwixxi l-Proċess ta' Bolonja u li dan tal-aħħar għandu pjuttost jiġi żviluppat u msaħħaħ; jisħaq fuq l-importanza ta' rabtiet reċiproċi u komplementari bejn iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni u ż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja;

72.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw il-ħolqien ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u jsaħħu l-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-objettivi tagħha; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tiżgura l-iskambju ta' ideat u prattiki tajba bil-għan li jinkisbu dawn l-għanijiet;

73.  Jappoġġa, bħala bażi għal aktar kooperazzjoni li tħaddan l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, il-ħolqien ta' netwerk Ewropew ta' universitajiet, ibbażat fuq approċċ minn isfel għal fuq u inizjattivi tal-universitajiet stess, li għandu jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, biex iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ssir spazju aktar innovattiv, vitali u attraenti għat-tagħlim u r-riċerka;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-edukazzjoni bħala investiment fil-kapital uman, u jipprovdu iktar finanzjament pubbliku ta' natura trasparenti għat-twettiq ta' inizjattivi bl-għan li tittejjeb il-kwalità, l-inklużività u l-ekwità fit-tagħlim;

75.  Jenfasizza li investiment akbar fis-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, kif ukoll fil-modernizzazzjoni u fl-aġġustament tagħhom, jikkostitwixxu kundizzjoni kruċjali għall-progress soċjali u ekonomiku; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jiġi żgurat li l-investiment soċjali, speċjalment fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd, jingħata prijorità fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss tal-QFP 2020-2026;

76.  Iħeġġeġ, fir-rigward tat-tisħiħ tal-inklużività u l-iżgurar tal-libertà tal-għażla fl-edukazzjoni, il-provvista ta' appoġġ finanzjarju adegwat għal skejjel tal-kategoriji u l-livelli kollha, skejjel statali u l-iskejjel privati mingħajr skop ta' qligħ, sakemm il-kurrikulu offrut ikun ibbażat fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jkun konformi mas-sistemi legali u r-regoli u regolamenti rigward il-kwalità tal-edukazzjoni u l-użu ta' tali fondi fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat;

77.  Iqis li wasal iż-żmien biex isir l-investimenti neċessarju fl-infrastruttura edukattiva f'reġjuni inqas żviluppati, dejjem waqt li investiment ikkoordinat jiġi adattat għall-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun ikkonċernat; jenfasizza f'dan ir-rigward, huwa partikolarment importanti li jkun jista' jingħata aktar appoġġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-fondi Ewropej għal inizjattivi reġjonali li għandhom l-għan li jiżviluppaw l-edukazzjoni;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu skambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar il-mekkaniżmi u l-metodi tal-finanzjament pubbliku, inkluż il-finanzjament abbażi tal-prestazzjoni u l-iffinanzjar tar-riċerka kompetittiv, bil-għan li tinkiseb diversifikazzjoni ta' finanzjament sostenibbli u trasparenti;

79.  Jitlob kooperazzjoni msaħħa fost l-Istati Membri fl-immodernizzar tal-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jibdew l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li joffru mezzi li bihom jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-Ewropa permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja;

80.  Jenfasizza r-rwol tas-Semestru Ewropew fil-promozzjoni ta' riformi nazzjonali, b'mod partikolari billi jiġu definiti r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-edukazzjoni;

81.  Jistenna li l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali jappoġġa lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet edukattivi fl-użu miżjud, aktar effikaċi u aktar adegwat għall-era u l-iżvilupp ta' teknoloġija tal-ogħla livell fit-tagħlim mill-għalliema, fit-tagħlim tagħhom stess, tal-istudenti u fl-evalwazzjoni, li jkun jissodisfa standards ta' garanzija tal-kwalità; jemmen li kwalunkwe pjan ta' edukazzjoni diġitali għandu jistabbilixxi u jivvaluta regolarment ir-rabta bejn il-mezzi diġitali tal-edukazzjoni u l-oqfsa ta' kwalifiki bbażati fuq l-eżiti tat-tagħlim;

82.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet edukattivi jippromwovu metodi ta' tagħlim individwalizzati u ċċentrati fuq min qed jitgħallem, inklużi korsijiet imfassla apposta li jkunu bbażati fuq u jgħaqqdu l-esperjenza akkademika u professjonali ta' min qed jitgħallem kif ukoll metodi innovattivi u interazzjoni bejn l-għalliema u l-istudenti, sabiex jiġu appoġġati l-edukazzjoni kontinwa u l-kisba ta' riżultati ppjanati tat-tagħlim fejn l-istudenti jkunu parteċipanti attivi fil-proċess ta' tagħlim tagħhom stess;

83.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw approċċ olistiku għall-edukazzjoni u jipprovdu lill-istudenti b'opportunitajiet ta' tagħlim speċifiċi u flessibbli, li jistgħu jgħammruhom bil-kompetenzi ċentrali biex jirnexxilhom jidħlu fis-suq tax-xogħol;

84.  Jitlob biex jiġi inkorporat aktar tagħlim inkwiżittiv, attiv u ta' stħarriġ ibbażat fuq il-proġetti u l-problemi fi programmi edukattivi fil-livelli kollha, bil-għan li jiġu promossi l-kooperazzjoni u x-xogħol f'tim; jirrakkomanda li s-sistemi edukattivi jaħdmu biex isaħħu ħiliet trażversali, ħiliet mhux tekniċiu ħiliet tal-ħajja;

85.  Itenni li d-dritt għall-edukazzjoni jrid jiġi ggarantit lil kull persuna b'diżabbiltà, mill-kindergarten sal-università, u jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm tagħmir għat-tagħlim u tagħmir tekniku xieraq, miżuri ta' valutazzjoni u persunal ikkwalifikat xierqa biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà jkunu ġenwinament kapaċi jgawdu minn dan id-dritt;

86.  Jappoġġa u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ; ifakkar fl-impenn eżistenti f'dan il-qasam, deskritt fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tikkoordina żviluppi ta' politika fil-livell tal-UE fil-qasam tal-litteriżmu medjatiku bil-għan li jinxterdu għarfien aġġornat u l-aħjar prattiki f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri speċifiċi sabiex jippromwovu u jappoġġaw il-proġetti tal-litteriżmu medjatiku u diġitali, bħall-proġett pilota dwar il-Litteriżmu Medjatiku għal Kulħadd, u biex jiżviluppaw strateġija komprensiva dwar il-politika tal-kompetenza diġitali, b'enfasi partikolari fuq l-edukazzjoni fl-iskola;

87.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw opportunitajiet biex jiżviluppaw kompetenzi ewlenin sabiex iżommu u jakkwistaw ħiliet filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil ħiliet bażiċi, dixxiplini STEAM, kompetenzi lingwistiċi, ħiliet intraprenditorjali, kompetenzi diġitali, kreattività, ħsieb kritiku u xogħol f'tim; Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-użu tal-Qafas tal-Kompetenzi Ewlenin tal-UE fl-ambjenti edukattivi kollha u biex jippermettu l-applikazzjoni tiegħu għat-tagħlim formali, mhux formali u informali, u b'hekk jiġi mmassimizzat il-potenzjal tiegħu bħala għodda kruċjali għat-tagħlim tul il-ħajja;

88.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza pubblika dwar it-tagħlim tul il-ħajja u jintegraw perspettiva tal-ġeneru fl-iżvilupp ta' politiki u programmi rilevanti, b'enfasi partikolari fuq in-nisa b'livelli baxxi ta' edukazzjoni, kemm f'żoni urbani kif ukoll rurali, biex dawn jingħataw opportunitajiet li jtejbu l-ħiliet tagħhom;

89.  Jappoġġa l-parametru referenzjarjumiżjud tal-UE għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex tipproponi rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li dan l-għan ambizzjuż jinkiseb; iħeġġeġ enfasi ikbar fuq it-tagħlim tul il-ħajja fil-livelli kollha tal-edukazzjoni; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fir-realizzazzjoni ta' strateġija ta' tagħlim tul il-ħajja, fl-edukazzjoni ta' persuni attivi professjonalment, fl-iżvilupp ta' kompetenzi u fil-formazzjoni ta' kultura tat-tagħlim għal persuni ta' kull età u bi sfondi differenti;

90.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp, il-promozzjoni u t-tisħiħ ta' programmi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li jiffaċilitaw it-tagħlim tal-adulti u l-inklużjoni attiva tagħhom fis-sistema edukattiva; ifakkar li t-tagħlim u l-edukazzjoni tal-adulti għandhom jipprovdu varjetà ta' toroq ta' tagħlim u opportunitajiet flessibbli ta' tagħlim, inkluż appoġġ lill-persuni biex iġestixxu t-toroq tagħhom ta' tagħlim tul il-ħajja, programmi li jagħtu ċans ieħor lill-persuni li qatt ma marru skola, dawk li telqu mill-iskola qabel iż-żmien u dawk li ħarġu mill-iskola; jitlob lill-Kummissjoni timplimenta l-impenji bħal Garanzija ta' Ħiliet kif stipulat fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u taġixxi biex jitjiebu l-opportunitajiet ta' impjieg tal-adulti bi ftit ħiliet fl-UE;

91.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw proġetti interġenerazzjonali biex jiffaċilitaw il-fehim tal-isfidi li jiffaċċjaw l-anzjani u jipprovdulhom ukoll opportunitajiet biex jaqsmu l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tagħhom;

92.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' sinerġiji u kollaborazzjonijiet bejn it-tagħlim formali, mhux formali u informali; jilqa' l-progress li sar f'dawn l-aħħar snin lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali sal-2018; jistieden madankollu lill-Istati Membri jkomplu lil hinn mill-2018 bl-isforzi tagħhom biex isaħħu ulterjorment l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjoni, u biex jistabbilixxu oqfsa ġuridiċi rilevanti u joħolqu strateġiji komprensivi ta' validazzjoni sabiex jippermettu l-validazzjoni; jenfasizza li r-rikonoxximent tat-tagħlim informali u mhux formali, inkluż permezz ta' korsijiet online b'xejn, huwa ċentrali għall-idea li l-edukazzjoni tinfetaħ għal dawk aktar żvantaġġati;

93.  Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-ġenituri bħala parti mit-trijangolu tal-edukazzjoni fl-appoġġ tat-tagħlim tat-tfal; jissottolinja l-benefiċċji tal-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal għas-suċċess akbar tal-istudent, għall-benesseri tal-istudenti u l-iżvilupp tal-iskejjel;

94.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi transfruntiera f'tagħlim miftuħ online;

95.  Jenfasizza li l-kwalità tal-edukazzjoni għandha titkejjel f'termini tal-grad li jkun laħaq l-istudent, u mhux biss l-għarfien u l-kompetenzi tiegħu, iżda wkoll il-kapaċità li jkompli jsegwi u jiżviluppa t-tagħlim tul il-ħajja u l-isforzi kreattivi tiegħu;

96.  Jappoġġa lill-Kummissjoni fil-ħolqien ta' tabella ta' valutazzjoni biex tappoġġa l-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin kif ukoll edukazzjoni, tagħlim u t-taħriġ ibbażati fuq il-kompetenza;

97.  Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu l-istereotipi tas-sessi fl-edukazzjoni biex jiġi żgurat li n-nisa jkollhom l-istess opportunitajiet u libertà ta' għażla fir-rigward tal-karriera li jixtiequ; huwa mħasseb, f'dan il-kuntest, dwar l-istereotipi li għadhom jeżistu f'materjal tat-tagħlim f'xi Stati Membri u l-aspettattivi differenti tal-għalliema fir-rigward tal-imġiba tal-bniet u s-subien; jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn li jiġi inkorporat il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi kemm fit-taħriġ inizjali u kontinwu tal-għalliema, kif ukoll fil-prattiki ta' tagħlim, sabiex jiġi eliminat kwalunkwe ostakolu li jimpedixxi lill-istudenti milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom irrispettivament mill-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri biex, meta jimplimentaw l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kurrikuli u s-sillabi tas-sistemi edukattivi reġjonali, jagħtu attenzjoni speċjali lir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jieħdu kont tar-rati għolja ta' vjolenza kontra n-nisa rreġistrati f'dawk ir-reġjuni; jenfasizza li s-sistemi edukattivi fil-livelli kollha jeħtieġ li jinkludu perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jieħdu kont tal-ħtiġijiet tal-persuni li jbatu minn diskriminazzjoni;

98.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fl-istituzzjonijiet edukattivi, kemm jekk dan ikun permezz ta' tagħlim formali kif ukoll informali;

99.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u/jew lill-Istati Membri l-ħolqien u l-promozzjoni ta' premju Ewropew/nazzjonali fuq it-tema tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet edukattivi, bl-għan li titħeġġeġ l-aħjar prattika;

100.  Jenfasizza li l-edukazzjoni hija għodda ewlenija għall-inklużjoni soċjali u għat-titjib tal-livelli ta' ħiliet u l-kwalifiki fost il-migranti u r-rifuġjati, kemm minorenni kif ukoll adulti; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-integrazzjoni permezz tal-edukazzjoni u l-qsim ta' valuri komuni, it-titjib u l-iffaċilitar tar-rikonoxximent ta' diplomi u kwalifiki, l-għoti ta' boroż ta' studju u l-istabbiliment ta' sħubiji ma' universitajiet fil-pajjiżi ta' oriġini, kif ukoll il-bini fuq l-esperjenza siewja tal-Kurituri tal-Edukazzjoni;

101.  Jenfasizza li għandhom isiru sforzi akbar biex jiġi żgurat l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha għal studenti minn minoranzi awtoktoni u biex jappoġġaw istituzzjonijiet edukattivi li jipprovdu servizzi fl-ilsien nattiv ta' minoranzi awtoktoni etniċi jew lingwistiċi; jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-promozzjoni ta' programmi ffukati fuq l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar l-edukazzjoni f'lingwi reġjonali u ta' minoranza fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' tagħlim bl-ilsien nattiv tal-istudenti u l-istudenti;

102.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-livell ta' kompetenzi lingwistiċi permezz tal-użu ta' prattiki tajbin, bħall-kisba tal-ewwel ċertifikat f'lingwa barranija taħt ċerta età mogħti mill-istat;

103.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistabbilixxu sistema ta' għotjiet innovattivi u flessibbli għat-trawwim tal-ħiliet artistiċi u sportivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jappoġġa lill-Istati Membri li qed ifittxu li jintroduċu skemi ta' boroż ta' studju għall-istudenti b'kapaċitajiet ippruvati fil-qasam edukattiv, sportiv u artistiku;

104.  Jilqa', f'dan ir-rigward, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa (COM(2016)0381), li tipproponi soluzzjonijiet għan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u għan-nuqqas ta' ħiliet u bħala mezz għas-sejba tas-sistema t-tajba tar-rikonoxximent tal-ħiliet; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jistabbilixxu sistemi b'alternanza ta' kwalità ta' edukazzjoni (li għandhom valur kbir f'termini ta' olistiku għall-iżvilupp personali u l-iżvilupp tal-ħiliet għat-tagħlim tul il-ħajja) u taħriġ vokazzjonali b'koordinazzjoni mal-atturi lokali u reġjonali, u skont in-natura speċifika ta' kull sistema edukattiva; jieħu nota, f'dan il-kuntest, tal-importanza tal-provvediment ta' toroq flessibbli bejn tipi differenti ta' edukazzjoni, u l-vantaġġi u l-attraenza dejjem akbar tas-sistema ETV ibrida li tikkombina b'mod ugwali toroq ibbażati fuq skola u toroq ibbażati fuq xogħol;

105.  Jirrakkomanda li l-gwida edukattiva għandha tissaħħaħ bħala għodda vitali li tħaddan diversi sistemi edukattivi b'mod flessibbli filwaqt li tarrikkixxi u taġġorna l-għarfien u l-ħiliet;

106.  Jappoġġa u jinkoraġġixxi gwida edukattiva u vokazzjonali bħala kompitu edukattiv vitali għall-iżvilupp individwali u soċjali tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ;

107.  Huwa tal-fehma li l-intraprenditorija hija xprun għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u tikkostitwixxi wkoll mezz biex l-ekonomiji jsiru aktar kompetittivi u innovattivi, u dan jikkontribwixxi għall-emanċipazzjoni tan-nisa;

108.  Jenfasizza li l-imprenditorija soċjali hija qasam li qed jikber li jista' jagħti spinta lill-ekonomija filwaqt li fl-istess ħin itaffi l-privazzjoni, l-esklużjoni soċjali u problemi soċjetali oħra; iqis, għaldaqstant, li l-edukazzjoni intraprenditorjali għandha tinkludi dimensjoni soċjali, u għandha tindirizza suġġetti bħall-kummerċ ġust, l-intrapriżi soċjali, responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi u mudelli ta' negozju alternattivi, bħall-kooperattivi, sabiex isir sforz biex tinkiseb ekonomija aktar soċjali, inklużiva u sostenibbli;

109.  Jistieden lill-Istati Membri jiffokaw fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali u finanzjarja, il-volontarjat u l-għarfien ta' lingwi barranin fl-edukazzjoni u jagħtu prijorità wkoll lil dawn il-ħiliet fl-ETV;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-opportunitajiet ta' impjieg konkreti assoċjati mal-edukazzjoni ETV u r-rilevanza tagħha fis-suq tax-xogħol;

111.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw gwida għall-karriera li tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-kapaċitajiet u l-predispożizzjonijiet tal-istudenti fil-livelli kollha, u ssaħħaħ il-proċess ta' tagħlim personalizzat;

112.  Jenfasizza ċ-ċirkostanzi edukattivi speċjali tat-tfal u l-adolexxenti li l-ġenituri tagħhom jivvjaġġaw fl-Ewropa għal raġunijiet ta' xogħol, u jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju sabiex tenfasizza s-sitwazzjoni speċifika tagħhom fir-rigward tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom fir-rigward tal-edukazzjoni ta' qabel l-iskola u tal-iskola;

113.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, waqt li taġixxi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, iżżid l-appoġġ lill-Istati Membri li għandhom reġjuni ultraperiferiċi, bil-għan li jitjiebu s-sistemi edukattivi tagħhom fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

114.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jivvalutaw u jissorveljaw regolarment r-rilevanza ta'-politiki, strateġiji u programmi edukattivi, ukoll billi jqisu l-feedback minn għalliema u studenti, sabiex jiżguraw li s-sistemi edukattivi jkomplu jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jinbidlu u s-sitwazzjoni soċjoekonomika li qed tevolvi kontinwament tal-pajjiż ikkonċernat; jirrakkomanda li jissaħħu r-rabtiet bejn il-politika tal-edukazzjoni u politiki oħra biex jitrawmu u jiġu vvalutati l-effiċjenza u l-prestazzjoni tar-riformi edukattivi;

115.  Itenni l-importanza tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-programmi tal-UE li għandhom l-impjieg taż-żgħażagħ fil-mira; jenfasizza l-importanza ta' investiment effettiv u sostenibbli;

116.  Japprezza l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni, u f'dan il-kuntest, jistieden lill-Istati Membri biex ikunu aktar involuti u impenjati biex jimplimentaw it-titjib propost;

117.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jappoġġaw lill-istituzzjonijiet edukattivi fl-immodernizzar tal-proċessi ta' riforma billi jassenjaw punti ta' kuntatt speċjalizzati fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali biex jipprovdu informazzjoni rilevanti, gwida u assistenza;

118.  Itenni l-ħtieġa li jinħolqu ambjenti ta' tagħlim ibbażati fuq id-drittijiet u li jkunu sensittivi għall-ġeneru biex l-istudenti jkunu jistgħu jitgħallmu dwar id-drittijiet tal-bniedem u jiddefenduhom, inklużi d-drittijiet tan-nisa u t-tfal, il-valuri fundamentali u l-parteċipazzjoni ċivika, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet taċ-ċittadini, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, billi jkunu kunfidenti fl-identità tagħhom, billi jkunu konxji tal-fatt li leħinhom jinstema' u jħossuhom apprezzati mill-komunitajiet tagħhom;

Edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (ECEC)

119.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess bla ħlas u ġust għal ECEC ta' kwalità għolja, u jħeġġiġhom biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet materjali u finanzjarji biex it-tfal kollha jkollhom aċċess għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal mingħajr diskriminazzjoni, u biex jipprovdu aktar postijiet ta' nursery u kindergarten u għat-tfal;

120.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-istabbiliment ta' qafas Ewropew komuni għall-ECEC, billi tibni fuq il-prinċipji proposti fil-Qafas tal-Kwalità; jappoġġa l-istabbiliment ta' punt ta' riferiment Ewropew għall-kwalità tal-ECEC li għandu jiġi mfassal f'kooperazzjoni mal-għalliema u l-professjonisti tas-settur, u skont indikaturi ta' kwalità nazzjonali jew reġjonali;

121.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar sforzi biex jinkoraġġixxu lill-korpi governattivi tal-istituzzjonijiet tal-ECEC biex jinvestigaw il-possibbiltà li jwettqu proġetti madwar l-Ewropa kollha; jinnota li l-professjonisti jistgħu, b'dan il-mod, ikunu kapaċi jsegwu tal-innovazzjonijiet fit-tagħlim u jagħmlu l-edukazzjoni ta' qabel l-iskola aktar sinifikanti;

122.  Isostni li l-istituzzjonijiet fl-ewwel snin tat-tfulija m'għandhomx jiġu esklużi minn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; iqis li dawn l-istituzzjonijiet għandhom bl-istess mod jippromwovu l-iskambju tal-għarfien fost l-Istati Membri, speċjalment għall-finijiet tal-qsim ta' informazzjoni meta jimplimentaw proġetti innovattivi;

123.  Jirrakkomanda li tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-persunal tal-ECEC u l-għalliema tal-iskejjel ta' qabel il-primarja biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni u l-konnessjonijiet bejn il-livelli tal-edukazzjoni, biex l-istudenti tal-iskejjel ta' qabel il-primarja jiġu mħejjija għat-tranżizzjoni lejn l-iskola primarja u biex issir enfasi fuq l-iżvilupp tat-tfal; jenfasizza l-importanza tar-relazzjonijiet bejn il-fornituri tal-ECEC u l-ġenituri tat-tfal u t-tuturi, bejn il-persunal u t-tfal tal-iskola, u fost it-tfal infushom;

124.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament għall-ECEC kif ukoll l-appoġ u l-inizjattivi ekonomiċi (bħal pereżepju tnaqqis tat-taxxi, sussidji jew tneħħija tat-tariffi) għall-ġenituri u l-gwardjani, speċjalment dawk minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati, sabiex ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-ECEC u jiġu inkoraġġiti jużawhom;

125.  Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jinvestu fil-persunal sabiex jattiraw aktar nies biex isegwu l-karriera rilevanti u b'hekk jiżguraw id-disponibbiltà ta' persunal bi kwalifiki għolja għall-ECEC;

126.  Jistieden lill-Istati Membri jirriformaw u jtejbu s-sistemi tagħhom bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' Barċellona li jkun hemm mill-inqas 33 % tat-tfal taħt it-tliet snin li jipparteċipaw fi programmi ECEC;

Edukazzjoni fl-iskola

127.  Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' "approċċ għal skola sħiħa" sabiex jiżdiedu l-inklużjoni soċjali, l-aċċessibilità, il-governanza demokratika, il-kwalità u d-diversità fl-edukazzjoni, kif ukoll biex jiġu indirizzati t-tluq bikri mill-iskola u l-kwistjoni tan-NEETs, filwaqt li jinżamm l-għan li r-riżultati tat-tagħlim u l-ħtiġijiet, il-benesseri u l-involviment tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola jitpoġġew fil-qalba ta' kull attività; huwa favur il-promozzjoni u l-appoġġ ta' strutturi demokratiċi ta' rappreżentanti tal-istudenti tal-iskola;

128.  Jenfasizza li l-għadd kbir ta' NEETs - kważi 6,3 miljun żagħżugħ u żagħżugħa bejn l-etajiet ta' 15 u 24 sena - jista' jitnaqqas billi jiġi prevenut it-tluq bikri mill-iskola, u billi l-iskejjel ikunu magħmula aktar prattiċi u konnessi mal-ambjent lokali tagħhom, kif ukoll billi jiġu żviluppati rabtiet ma' kumpaniji lokali, awtoritajiet lokali, istituzzjonijiet soċjali u NGOs; huwa tal-fehma li t-tluq bikri mill-iskola, li hu waħda mir-raġunijiet għalfejn iż-żgħażagħ sussegwentement isiru NEETs, jista' jiġi miġġieled billi jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jemmen li huwa importanti wkoll li l-istudenti jingħataw appoġġ biex isibu l-metodi tat-tagħlim tagħhom stess, inklużi korsijiet fuq l-internet u tagħlim imħallat; jilqa' l-implimentazzjoni ta' kurrikula rilevanti u impenjattivi u ta' sistemi ta' gwida sodi u żviluppati sew, b'servizzi ta' counselling u gwida ta' kwalità għall-istudenti kollha;

129.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-opportunitajiet u l-istrutturi għall-kollaborazzjoni interna u esterna fil-livell tal-iskejjel, inklużi l-kooperazzjoni interdixxiplinari, it-tagħlim f'tim, ir-raggruppamenti tal-iskejjel u l-interazzjonijiet ma' atturi involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' perkorsi tat-tagħlim; jinnota l-importanza ta' skambji internazzjonali u sħubijiet bejn l-iskejjel permezz ta' programmi bħal Erasmus+ u e-Twinning;

130.  Jenfasizza li l-edukazzjoni fl-iskejjel għandha wkoll issir aktar flessibbli sabiex ittejjeb ir-rispons għaċ-ċirkostanzi reali tal-ħajja tal-istudenti, pereżempju permezz ta' żieda fl-użu ta' servizzi online, sabiex, pereżempju, opportunitajiet ta' tagħlim imħallat ikunu jistgħu jittejbu wkoll;

131.  Jemmen li iktar ma l-persuni jiksbu ħiliet STEAM kmieni, aktar jiżdiedu l-possibilitajiet tagħhom ta' suċċess edukattiv u professjonali; għalhekk, jinkoraġġixxi aktar inizjattivi STEAM fil-livell tal-iskejjel, u fl-istess ħin, il-promozzjoni tax-xjenzi umani u soċjali, permezz ta' kooperazzjoni msaħħa u differenzjata ma' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u tar-riċerka xjentifika, fost mezzi oħra;

132.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp fost iż-żgħażagħ Ewropej ta' ħiliet lingwistiċi f'ambjenti edukattivi formali u mhux formali billi jiġu żviluppati pedagoġiji multilingwi innovattivi, il-qsim tal-aħjar prattiki ta' pedagoġija multilingwi, u jiġu msaħħa l-kompetenzi lingwistiċi tal-għalliema;

133.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw inizjattivi eżistenti u jiżviluppaw u jimplimentaw politiki totalment komprensivi dwar edukazzjoni u strateġiji inklużivi mmirati lejn ħtiġijiet speċifiċi, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-aktar gruppi vulnerabbli, bil-ħolqien ta' ambjenti ta' tagħlim iktar inklużivi u t-tisħiħ tal-ftuħ u tal-impenn; jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, tiżviluppa metodi innovattivi u għodod edukattivi biex trawwem l-inklużjoni u tissodisfa l-ħtiġijiet ta' studenti individwali;

134.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jintegraw it-tagħlim dwar l-UE fil-kurrikuli tal-iskejjel sekondarji tagħhom, sabiex l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-funzjonament tal-Unjoni, l-istorja tagħha u l-valuri taċ-ċittadinanza Ewropea;

135.  Jenfasizza l-importanza li jiġi inkluż u promoss fil-kurrikuli skolastiċi u l-kontenut edukattiv għarfien dwar l-istorja tal-emanċipazzjoni tan-nisa, u b'mod partikolari d-dritt tal-vot għan-nisa, inkluż fl-okkażjoni tal-anniversarji simboliċi (eż. l-2018 bħala l-100 anniversarju minn meta n-nisa ħadu d-dritt li jivvutaw fil-Polonja u l-Ġermanja) sabiex jiżdied l-għarfien bil-ħsieb li jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa fi ħdan qafas edukattiv;

136.  Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni dwar is-saħħa u r-relazzjonijiet, li jeħtieġ tinkludi t-tagħlim lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar relazzjonijiet ibbażati fuq l-ugwaljanza, il-kunsens, ir-rispett u r-reċiproċità, kif ukoll it-tagħlim dwar d-drittijiet tan-nisa u l-bniet, inklużi s-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali, bħala għodda biex jiġu miġġielda l-istereotipi u tiġi pprevenuta l-vjolenza sessista u l-promozzjoni tal-benesseri;

137.  Iħeġġeġ taħriġ tas-Salib l-Aħmar fl-iskejjel għall-istudenti, l-għalliema u l-persunal li ma jgħallimx, biex jingħata kontribut għat-tagħlim ta' ħiliet essenzjali tal-ewwel għajnuna u biex wieħed ikun kapaċi jaġixxi f'każ ta' emerġenza;

138.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw skema pilota biex jappoġġaw skambji ta' studenti sekondarji li taħthom iqattgħu tal-anqas nofs is-sena akkademika fi Stat Membru ieħor;

139.  Jistieden lill-Istati Membri jillimitaw sal-minimu meħtieġ l-użu ta' testijiet standardizzati bħala strumenti biex jiġi vvalutat il-livell tal-għarfien u l-ħiliet miksuba;

140.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkunsidraw l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw ir-rikonoxximent ta' perjodi ta' studju barra mill-pajjiż li ma jirriżultawx f'diploma jew kwalifika; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tipproponi linji gwida għar-rikonoxximent ta' perjodi ta' studju barra mill-pajjiż, filwaqt li tqis l-aħjar prattiki eżistenti tal-Istati Membri, il-prinċipju tal-apprezzament reċiproku bejn is-sistemi edukattivi, u l-approċċ ibbażat fuq kompetenzi bażiċi, kif ukoll l-ispeċifiċitajiet ta' sistemi tal-edukazzjoni u kulturi nazzjonali;

141.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-bullying, il-bullying ċibernetiku, il-fastidju, id-dipendenza u l-vjolenza billi, fil-livell tal-iskejjel u b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha (b'mod partikolari l-għalliema, l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri u l-NGOs speċjalisti), jiżviluppaw programmi ta' prevenzjoni u kampanji ta' sensibilizzazzjoni favur l-inklużjoni;

142.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet edukattivi tagħhom u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom b'mod aktar attiv fil-promozzjoni tal-prattika tal-isport fost l-istudenti;

Edukazzjoni għolja

143.  Jitlob il-ħolqien ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni abbażi tal-potenzjal tal-oqfsa eżistenti, eż. iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, l-Unjoni ta' Innovazzjoni, iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, b'tali mod li jsaħħu u jikkomplementaw lil xulxin;

144.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu tal-inqas 2 % tal-PDG rispettiv tagħhom fl-edukazzjoni għolja u biex jikkonformaw mal-punt ta' riferiment tal-UE tal-investiment ta' 3 % tal-PDG tal-Unjoni fir-R&Ż sal-2020;

145.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex, meta jkunu qed jagħmlu użu mir-riżorsi nazzjonali u reġjonali u jallokaw fondi strutturali u ta' investiment Ewropej, jagħtu prijorità lil programmi edukattivi ulit-trawwim ta' kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni għolja, id-dinja tax-xogħol, l-industrija, il-komunitajiet ta' riċerka u s-soċjetà kollha kemm hi;

146.  Jistieden lill-Istati Membri jrawmu mobilità aktar inklużiva u aċċessibbli tal-istudenti, l-apprendisti, l-għalliema apprendisti, ir-riċerkaturi u l-persunal amministrattiv, peress li dan jikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom kif ukoll għal kwalità ogħla tat-tagħlim mill-għalliema, tat-tagħlim mill-istudenti, tar-riċerka u tal-amministrazzjoni; jappoġġa l-iffaċilitar ta' mobilità għal kulħadd, fost miżuri oħrajn permezz ta' rikonoxximent bla xkiel ta' krediti u kwalifiki akkademiċi u professjonali miksuba barra mill-pajjiż, finanzjament adegwat u assistenza personali, garanziji ta' drittijiet soċjali u, fejn xieraq, l-inkorporazzjoni ta' mobilità edukattiva bħala parti minn programmi edukattivi; jinnota, f'dan ir-rigward, l-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni, inkluża l-eCard biex tiffaċilita l-mobilità tal-istudenti bejn il-fruntieri;

147.  Huwa tal-fehma li l-finanzjament għall-mobilità tal-persunal tal-għalliema u tar-riċerkaturi jeħtieġ li jiżdied billi jiġu previsti għotjiet għall-istudju/għar-riċerka minbarra r-rimborż tal-ispejjeż, l-estensjoni tat-tul ta' soġġorni barra mill-pajjiż, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-promozzjoni ta' forom ta' tutoraġġ konġunt għalliem/riċerkatur;

148.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-mobilità fl-edukazzjoni tal-adulti, kif diġà previst fil-programm Erasmus+;

149.  Jenfasizza l-importanza li jiġu garantiti r-rikonoxximent transfruntier reċiproku u l-kompatibbiltà tal-kwalifiki u l-lawrji akkademċi għat-tisħiħ tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell tal-UE u fil-pajjiżi kollha li ssieħbu fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja;

150.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji komprensivi u għodod xierqa biex tiġi determinata l-kwalità ta' modi ġodda ta' tagħlim, pereżempju tagħlim elettroniku, korsijiet online miftuħa massivi (MOOCs) u riżorsi b'aċċess miftuħ; jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Garanzija ta' Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (ENQA) u netwerks Ewropej oħra rilevanti fil-kontribut għall-istabbiliment ta' assigurazzjoni tal-kwalità;

151.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja fost il-HEIs, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-impjegaturi, bil-għan li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-isfidi tal-HEIs u tal-istudenti, jinħolqu rabtiet mal-atturi lokali u reġjonali, jintlaħqu l-komunitajiet lokali, jitrawmu l-iżvilupp u l-innovazzjoni lokali u reġjonali, jinbnew sistemi ta' edukazzjoni għolja inklużivi u konnessi, tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mad-dinja tax-xogħol u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tar-reġjuni f'termini ta' ħiliet; jinkoraġġixxi barra minn hekk lill-HEIs biex ikunu aktar involuti fl-iżvilupp lokali u reġjonali billi jipparteċipaw fi proġetti kooperattivi tal-komunità, fost azzjonijiet oħra;

152.  Jitlob li jiġu ssodisfati l-impenji tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet, inkluż l-appoġġ lill-Istati Membri biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni iktar informazzjoni dwar kif il-gradwati jagħmlu progress fis-suq tax-xogħol; jilqa', f'dan il-kuntest, il-proposta biex tiġi stabbilita sistema ta' traċċar tal-gradwati Ewropej sal-2020; iqis li informazzjoni dwar it-traċċar tal-gradwati u ġbir ta' data preċiż u rilevanti (mhux biss fil-livell nazzjonali iżda wkoll fil-livell tal-UE) huma essenzjali għal assigurazzjoni tal-kwalità u għall-iżvilupp ta' edukazzjoni ta' kwalità;

153.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tnaqqas id-distakk fir-riċerka u l-innovazzjoni fost l-Istati Membri u r-reġjuni billi tipproponi inizjattivi ġodda fil-qafas tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), kif ukoll tappoġġa l-kombinazzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u tagħlim għall-benefiċjarji tal-MSCA li qed iħejju għal karriera akkademika;

154.  Jissuġġerixxi li l-koalizzjoni EU STE(A)M tkun tinkludi firxa wiesgħa ta' suġġetti biex tħejji lill-istudenti jgħixu u jaħdmu f'kuntest ta' realtà li qed tinbidel b'mod dinamiku;

155.  Jappoġġa l-għoti ta' krediti tal-Iskema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment tal-Krediti (ECTS) lil studenti għal xogħol ta' volontarjat fil-komunità, bħala mezz biex jingħata kontribut lill-iżvilupp professjonali u personali tal-istudenti;

156.  Jenfasizza li l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali, id-diplomazija kulturali u d-djalogi ta' politika ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja mhux biss jippermettu li l-għarfien jasal aktar liberament, iżda jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-kwalità u r-reputazzjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja Ewropea, filwaqt li jagħtu spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni, irawmu l-mobilità u d-djalogu interkulturali, u jippromwovu l-iżvilupp internazzjonali f'konformità mal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE;

157.  Huwa tal-fehma li sistemi tal-edukazzjoni validi għall-futur għandhom jinkludu tagħlim għas-sostenibbiltà u l-bini tal-paċi u għandhom ikunu parti minn riflessjoni usa' dwar il-litteriżmu okkupazzjonali fil-kuntest ta' diġitalizzazzjoni u robotizzazzjoni dejjem akbar tas-soċjetajiet Ewropej, filwaqt li jikkonċentraw mhux biss fuq it-tkabbir ekonomiku iżda wkoll fuq l-iżvilupp personali, it-titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-istudenti;

158.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u d-dinja tax-xogħol sabiex l-istudenti jitħejjew aħjar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, kif ukoll biex jieħdu azzjoni dwar il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, l-inklużjoni ta' kollokamenti tax-xogħol rilevanti u ta' kwalità għolja, rikonoxxuti permezz ta' krediti ECTS, fi programmi tal-edukazzjoni għolja u skemi ETV, il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, id-dinja tax-xogħol, is-settur tar-riċerka u l-atturi ekonomiċi lokali u reġjonali fil-ħolqien ta' sistemi doppji ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, gwida għall-karriera, apprendistati u wkoll taħriġ ibbażat fuq ir-realtà, li għandhom ikunu parti minn kurrikuli tal-edukazzjoni għolja u vokazzjonali; jitlob ukoll li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw id-dritt ta' kull żagħżugħ fl-UE li jiġi offrut impjieg, apprendistat, taħriġ addizzjonali jew xogħol u taħriġ ikkombinati;

159.  Jemmen li biex ikun żgurat li jiġu offruti kollokamenti f'apprendistati jew traineeship ta' kwalità, hija fundamentali l-eżistenza ta' kuntratti li jiddelinjaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha u jispeċifikaw it-tul, l-objettivi tat-tagħlim u l-kompiti li jikkorrispondu għal ħiliet identifikati b'mod ċar li għandhom jiġu żviluppati, l-istatus tal-impjieg, kumpens/rimunerazzjoni adegwati, inkluż għas-sahra, protezzjoni soċjali u skemi ta' sigurtà skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn li huma;

160.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu offruti kontenut xieraq ta' tagħlim u taħriġ, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, għat-traineeships u għall-apprendistati, biex jiġi żgurat ir-rwol kruċjali tagħhom fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-ħajja professjonali; jenfasizza li t-traineeships u l-apprendistati qatt m'għandhom jintużaw bħala sostituti għal impjiegi, u li t-trainees u l-apprendisti m'għandhomx jiġu trattati bħala fħaddiema irħas jew saħansitra ħaddiema mhux imħallsa;

161.  Jissuġġerixxi li l-universitajiet u ċ-ċentri ta' taħriġ jipprovdu taħriġ bażiku u avvanzat għal għalliema tal-edukazzjoni vokazzjonali, b'kontributi minn esperti f'oqsma ta' ħidma li jikkorrispondu għal oqsma speċifiċi koperti minn korsijiet vokazzjonali;

L-għalliem bħala garanti ta' tagħlim ta' kwalità

162.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw lill-għalliema fl-inkorporazzjoni tal-innovazzjoni u t-teknoloġija fit-tagħlim permezz ta' tisħiħ tal-ħiliet diġitali tagħhom, kif ukoll tipprovdihom b'riżorsi u appoġġ rilevanti, pereżempju permezz tal-provvista ta' taħriġ aġġornat u l-iżvilupp ta' komunitajiet online u riżorsi u korsijiet edukattivi miftuħa;

163.  Jappoġġa l-ħolqien tal-Akkademja tat-Tagħlim, bħala faċilità komplementari li tippermetti lill-għalliema jitħarrġu u jiskambjaw l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew, billi jipprovdu ċentru għal skambju online, qsim ta' esperjenzi u tagħlim reċiproku, kif ukoll li jkun post għal laqgħat regolari fil-forma ta' sessjonijiet ta' ħidma, seminars u konferenzi għall-promozzjoni tal-kollaborazzjoni tal-għalliema, it-tisħiħ tal-kwalità tat-tagħlim u t-tisħiħ tal-iżvilupp professjonali tal-għalliema; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi proġett dwar il-ħolqien ta' dan it-tip ta' akkademja, ibbażata wkoll fuq l-għarfien tal-European Schoolnet Academy;

164.  Ifakkar fl-importanza ta' taħriġ pedagoġiku għall-persunal tat-tagħlim fil-HEIs u li l-kompetenzi pedagoġiċi jitqiesu tal-anqas bħala ugwalment importanti daqs il-kompetenzi ta' riċerka fil-proċess tar-reklutaġġ; jenfasizza r-rwol ta' edukazzjoni bbażata fuq ir-riċerka u tar-riċerka pedagoġika biex jiġi stimulat approċċ iċċentrat fuq l-istudent għat-tagħlim, biex jitħeġġeġ it-tagħlim attiv, jissaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet u tittejjeb il-metodoloġija tat-tagħlim;

165.  Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu inċentivi biex jattiraw u jimmotivaw liż-żgħażagħ u lill-għalliema kwalifikati biex dawn jidħlu fis-sistema edukattiva u jaħdmu fiha;

166.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut l-istatus professjonali ta' impjegati tal-ECEC;

167.  Jitlob appoġġ għal għalliema li jagħtu korsijiet multilingwi, billi dawn huma fattur importanti fl-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni;

168.  Jenfasizza r-rwol tat-tagħlim interkulturali bħala parti minn edukazzjoni tal-għalliema bil-għan li jissaħħu l-kompetenzi interkulturali tal-għalliema sabiex jiġu promossi l-kultura Ewropea u l-valuri komuni kif ukoll dimensjoni Ewropea tat-tagħlim; jinnota li l-kompetenzi interkulturali huma essenzjali biex wieħed jaħdem f'soċjetajiet dejjem aktar diversi, kif ukoll biex titrawwem l-internazzjonalizzazzjoni fil-livell tal-iskejjel;

169.  Huwa konxju mill-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji bejn l-għarfien tal-għalliema u l-potenzjal teknoloġiku tal-istudenti, sabiex jiġu massimizzati l-eżiti tat-tagħlim;

170.  Jappoġġa l-inkorporazzjoni ta' kollokamenti ta' taħriġ tal-għalliema, iggwidati minn mentors professjonali, tul l-istudji kollha tal-edukazzjoni tal-għalliema;

171.  Jinkoraġġixxi lill-għalliema u lill-mexxejja tal-iskejjel jippromwovu u jieħdu rwol minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-innovazzjoni fl-ambjent tal-iskola u jsaħħu l-iżvilupp tagħha;

172.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja biex jagħtu prijorità, jappoġġaw u jippremjaw it-titjib u l-aġġornament tal-għarfien pedagoġiku tal-għalliema u r-riċerkaturi tal-edukazzjoni għolja, inklużi l-possibiltajiet edukattivi offruti mit-teknoloġija moderna bħala mezz biex jissaħħu l-kisbiet tal-istudent u l-effikaċja tat-tagħlim;

173.  Jappoġġa l-iżvilupp ta' tekniki tat-tagħlim u standards edukattivi ġodda, innovattivi u ambizzjużi sabiex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tal-istudenti u l-HEIs, kif ukoll l-isfidi ta' dinja li qed tinbidel b'mod rapidu;

o
o   o

174.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 22.
(2) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 30.
(3) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(4) ĠU C 172, 27.5.2015, p. 17.
(5) Testi adottati, P8_TA(2017)0360.
(6) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(7) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(8) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 2.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0018.
(10) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(11) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(12) http://www.socialsummit17.se/wp-content/uploads/2017/11/Concluding-report-Gothenburg-summit.pdf
(13) https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/educ/122123.pdf
(14) ĠU C 104, 16.4.1984, p. 69.
(15) ĠU C 135, 26.5.2010, p. 12.
(16) Testi adottati, P8_TA(2017)0303.
(17) http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Gender_statistics
(18)  http://www.cedefop.europa.eu/en/publications-and-resources/publications/3072, https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1502en_0.pdf


Lejn settur Ewropew tal-akkwakultura sostenibbli u kompetittiv: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri
PDF 208kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar Lejn settur Ewropew tal-akkwakultura sostenibbli u kompetittiv: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri (2017/2118(INI))
P8_TA(2018)0248A8-0186/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE" (COM(2013)0229),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 304/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffissar ta' regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar l-adozzjoni ta' Pjan Ewropew ta' Kontroll tal-Istokkijiet tal-Marguni sabiex jitnaqqas l-effett dejjem jiżdied tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akkwakultura(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar is-sistema ta' importazzjoni fl-UE ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fid-dawl tar-riforma futura tal-PKS(13),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 bit-titolu: Nisfruttaw il-potenzjal ta' riċerka u innovazzjoni fl-ekonomija blu biex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut(16),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MFSD) fir-rigward tal-akkwakultura (SWD(2016)0178),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni tal-2015 bit-titolu "Rapport ta' ħarsa ġenerali: L-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-akkwakultura tal-ħut bil-pinen" (DG(SANTE) 2015-7406 - MR),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2017 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM)" (COM(2017)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapport ekonomiku tas-settur tal-akkwakultura tal-UE tal-2016 mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Ewrobarometru dwar "EU consumer habits regarding fishery and aquaculture products" (Id-drawwiet tal-konsumaturi rigward il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura) (2017) u l-analiżi komplementari mill-Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-Prodotti tas-Sajd u l-Akkwakultura (EUMOFA),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika bit-titolu "Food from the Oceans" (Ikel mill-Oċeani) maħruġa mill-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi f'Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli,

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE(17),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0186/2018),

A.  billi s-settur tal-akkwakultura, inkluża t-trobbija ta' ħut tal-baħar u ħut tal-ilma ħelu, kif ukoll it-trobbija tal-molluski, il-krustaċji, l-algi u l-ekinodermi, huwa settur ekonomiku innovattiv, li hija l-attività ta' produzzjoni tal-ikel li qiegħda tikber l-aktar malajr, u, potenzjalment, settur tat-teknoloġija avvanzata li jirrikjedi investiment strutturali u riċerka u ppjanar operattiv u finanzjarju fit-tul;

B.  billi l-industriji tat-trobbija tal-ħut u l-industriji tal-frott tal-baħar bil-qoxra għandhom rwol importanti u prezzjuż f'dak li għandu x'jaqsam mal-ekonomija, l-impjiegi u kwistjonijiet soċjali u ambjentali bl-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u interni tal-Unjoni u tar-reġjuni ultraperiferiċi u jikkontribwixxu għas-sigurtà nutrizzjonali u alimentari tal-Ewropej; billi hemm ċerti fatturi li jaffettwaw b'mod ħażin il-produzzjoni tal-akkwakultura, inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima, iżda, fuq kollox, l-annimali predaturi; billi, kif intwera minn għadd ta' studji, dawn il-problemi ta' predazzjoni qed ikollhom impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni;

C.  billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE" tenfasizza erba' oqsma ta' prijorità li jridu jiġu indirizzati sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwakultura tal-UE: il-proċeduri amministrattivi, l-ippjanar spazjali koordinat, il-kompetittività, b'mod partikolari billi dan is-settur jintrabat max-xjenza, u kundizzjonijiet ekwi;

D.  billi l-istess Komunikazzjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jħejju pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali għall-akkwakultura li janalizzaw in-nuqqasijiet ewlenin u l-problemi li jeħtieġu soluzzjoni, l-għanijiet komuni u, meta jkun possibbli, jistabbilixxu indikaturi biex jivvalutaw il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq ta' dawn l-għanijiet;

E.  billi ż-żamma tal-ekosistemi u tal-istokkijiet lokali għandhom ikunu għan ta' prijorità ewlenija, peress li jipprevjenu l-ispostament u l-qerda tas-sajd u l-biedja lokali;

F.  billi minkejja l-intenzjonijiet tajba u l-isforzi, l-akkwakultura tal-UE qed tistaġna, b'kuntrast maż-żieda fit-tkabbir f'reġjuni oħra tad-dinja;

G.  billi huwa stmat li l-produzzjoni tal-akkwakultura fl-UE tkopri biss 10 % tad-domanda domestika għall-ħut u billi aktar minn nofs id-domanda għall-prodotti tas-sajd ġejja minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

H.  billi l-akkwakultura għandha tiġi meqjusa u trattata bħala forma ta' agrikoltura, speċjalment fil-każ ta' dik tat-trobbija fl-għadajjar;

I.  billi huwa sinifikanti kemm għadhom lura r-reġjuni ultraperiferiċi fl-iżvilupp tal-akkwakultura;

J.  billi l-opinjoni riċenti tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi dwar il-mistoqsija magħmula lil dan il-grupp mill-Kummissarju Vella, jiġifieri "Kif jistgħu jinkisbu aktar ikel u bijomassa mill-oċeani b'mod li ma jċaħħadx lill-ġenerazzjonijiet futuri mill-benefiċċji tagħhom?" tinkludi r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin: "Għandha tiġi integrata paradigma ta' "ikel mill-oċeani" ta' kultura responsabbli ... fl-aġendi tal-politika wiesgħa fil-livell tas-sistemi tal-UE u globali"; kif ukoll: "L-iżvilupp tal-marikultura fl-Ewropa għandu jitpoġġa f'livell ogħla u aktar strateġiku permezz ta' qafas tal-politika komprensiv u miftiehem – dan jinkludi l-ħruġ ta' gwida dwar l-inklużjoni tar-rekwiżiti tal-marikultura fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-UE tal-2014 dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu u l-estensjoni tal-kooperazzjoni teknoloġika għall-marikultura taħt il-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tan-Nofsinhar";

K.  billi l-istabbiliment jew l-espansjoni ta' farm tal-akkwakultura fl-UE jirrikjedu l-ksib ta' diversi permessi u awtorizzazzjonijiet, u billi l-proċedura biex jinkisbu dawn id-dokumenti uffiċjali mhijiex armonizzata fil-livell tal-UE u, b'mod ġenerali, timxi bil-mod, hija kumplessa u nieqsa miċ-ċertezza legali u mill-prevedibilità ekonomika; billi din is-sitwazzjoni qed tissogra li tfixkel l-iżvilupp tas-settur u tista' tiskoraġġixxi l-investiment tan-negozji u tirriżulta fi spejjeż eċċessivi għas-settur, minbarra li indirettament tinkoraġġixxi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

L.  billi l-aktar proċeduri kumplessi għall-operazzjoni ta' akkwakultura huma dawk relatati mar-rekwiżiti ambjentali (valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u proċeduri ta' sorveljanza), iżda, paradossalment, il-fatt li dawn il-proċeduri amministrattivi jimxu bil-mod u huma kumplessi mhux dejjem jiżgura l-protezzjoni ambjentali, anzi, kuntrarjament, xi drabi jagħmluha diffiċli li jiġu stabbiliti farms tal-akkwakultura soċjoekonomiċi, ambjentalment sostenibbli u ta' kwalità; billi hemm differenzi bejn l-akkwakultura tal-ilma ħelu u tal-baħar; billi d-differenzi fis-sottosetturi tal-akkwakultura jesiġu prattiki differenti f'termini tal-ġestjoni tal-istokkijiet, tal-għalf u tar-riproduzzjoni; billi trid tingħata l-kunsiderazzjoni meħtieġa lill-dawn id-differenzi meta jitfasslu r-regolamenti għall-akkwakultura tal-UE u, b'mod partikolari, standards ambjentali sostenibbli;

M.  billi l-kumplessità u d-dewmien burokratiċi, speċifikament dawk relatati mal-liċenzjar u l-ippjanar, jirrappreżentaw nuqqas ta' azzjoni li inevitabbilment tirriżulta fi spejjeż ekonomiċi u soċjali tax-xogħol għall-investituri potenzjali fl-oqsma li fihom il-farms tal-akkwakultura jkunu stabbiliti, b'impatt partikolari fuq l-impjieg taż-żgħażagħ u tan-nisa;

N.  billi jrid jiġi kkunsidrat l-ippjanar spazjali adegwat għall-ħtiġijiet differenti tal-utenti varji, flimkien mal-bżonn li tiġi protetta n-natura, u jridu jsiru sforzi biex dawn jiġu rikonċiljati; billi n-nuqqas ta' disponibilità ta' postijiet, in-nuqqas ta' ppjanar spazjali adegwat u l-kunflitt ma' attivitajiet ekonomiċi oħra għandhom effett konsiderevoli fuq l-iżvilupp tal-akkwakultura tal-UE f'xi reġjuni, peress li s-settur tal-akkwakultura jista' inqas importanza minn setturi oħrajn "b'saħħithom";

O.  billi l-ippjanar spazjali huwa wieħed mill-prerekwiżiti għall-iżvilupp fit-tul tal-akkwakultura u l-mezzi neċessarji sabiex jiġi żgurat ippjanar adatt għas-siti tal-akkwakultura, b'kont meħud ta' attivitajiet oħra fiż-żoni kkonċernati;

P.  billi l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE hija bbażata fuq direttivi (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, id-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats), u billi huwa f'idejn l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali li jittrasponuhom u japplikawhom b'ċertu livell ta' diskrezzjoni; billi, għaldaqstant, m'hemmx implimentazzjoni uniformi fl-UE kollha, u dan iwassal għal inċertezza legali għall-impriżi u l-farms u nuqqas ta' prevedibilità għall-investituri, u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi;

Q.  billi skont l-opinjoni xjentifika "Ikel mill-Oċeani", l-uniku mod kif jinkisbu ħafna aktar ikel u bijomassa mill-oċean f'perjodu qasir huwa li jinħasdu l-organiżmi tal-qiegħ tal-katina tal-ikel, bħall-makroalgi u l-molluski bivalvi;

R.  billi oqfsa legali nazzjonali jew reġjonali differenti għall-akkwakultura jistgħu jwasslu biex in-negozji jkollhom rekwiżiti legali differenti, anki jekk huma jkunu attivi fl-istess baċir tal-baħar, li konsegwentement iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni;

S.  billi l-eżempji ta' kooperazzjoni tajba abbażi ta' ftehimiet volontarji u ftehimiet oħra bejn il-konservazzjonisti u s-settur huma ħaġa pożittiva ferm; billi, filwaqt li l-eżempji pożittivi tal-kontributi mill-akkwakultura għaż-żamma tal-kwalità tajba tal-ilma u tas-servizzi tal-ekosistemi akkwatiċi huma ħaġa pożittiva ferm, huwa importanti wkoll li jiġu rikonoxxuti u mnaqqsa kemm jista' jkun l-impatti negattivi li jista' jkollha l-akkwakultura fuq l-ambjent lokali u l-kwalità tal-ilma; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, aktar innovazzjoni u inizjattivi biex jiġi żgurat settur sostenibbli u vijabbli fit-tul;

T.  billi t-trobbija tal-molluski bivalvi u l-kultivazzjoni tal-makroalgi jeħtieġu provvista ekwilibrata ta' mluħat nutrittivi fl-ambjent;

U.  billi, fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, dan it-tip ta' trobbija ta' ħut tal-ilma ħelu jikkwalifika wkoll bħala servizz ta' protezzjoni ambjentali li jħares il-kwalità u l-kwantità tal-ilma u jistħoqqlu ferm aktar rikonoxximent u appoġġ mingħand dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE milli huwa l-każ bħalissa;

V.  billi l-prodotti tal-UE jridu jikkonformaw ma' sensiela ta' regoli u standards stretti tal-ambjent, tas-saħħa tal-annimali, tal-benesseri tal-annimali u tal-protezzjoni tal-konsumatur li jkopru l-operazzjonijiet tal-produzzjoni, l-għalf, il-benesseri, it-trasport, l-ipproċessar u l-kundizzjonijiet soċjali tal-impjieg li direttament jaffettwaw il-kostijiet tal-produzzjoni; billi r-riżultat huwa kwalità eċċellenti u prodotti sostenibbli li possibilment jiswew aktar u għaldaqstant ikunu anqas kompetittivi minn dawk importati, li sikwit jaslu fis-suq tal-UE bi prezzijiet baxxi minħabba prattiki li mhumiex sostenibbli mil-lat ambjentali, soċjali u tax-xogħol u li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi standards baxxi ta' benesseri u saħħa tal-annimali;

W.  billi xi kumpaniji tal-akkwakultura jiddependu ħafna fuq ir-riżorsi tal-enerġija, u dan iżid l-ispejjeż ta' produzzjoni tal-akkwakultura;

X.  billi l-konsum tal-ħut – prodott tal-ikel li fih proteini, aċidi grassi, vitamini, minerali u mikronutrijenti essenzjali li jibbenefikaw is-saħħa tal-bniedem – għandu jiżdied, u billi l-kwalità eċċellenti tal-prodotti tal-baħar tal-UE għandha tikkostitwixxi vantaġġ kompetittiv kbir tal-akkwakultura tal-UE;

Y.  billi l-konsum globali tal-ħut qed jiżdied b'mod kostanti, b'mod parallel mat-tkabbir globali tal-popolazzjoni;

Z.  billi barra minn hekk, mhux dejjem ikun hemm koerenza fost il-politiki tal-UE dwar il-kummerċ, il-politiki soċjali u dawk dwar l-ambjent: pereżempju, l-UE tagħti status ta' Skema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP u SĠP+) lil pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw, bl-għan li tippermettilhom iħallsu inqas dazji, jew saħansitra l-ebda dazju, fuq l-esportazzjonijiet lejn l-UE, b'mod li jagħtihom aċċess vitali għas-suq tal-UE u jikkontribwixxi għat-tkabbir tagħhom; billi, fl-istess ħin, uħud minn dawn il-pajjiżi, pereżempju għadd żgħir ta' pajjiżi Asjatiċi, jipproduċu prodotti tal-akwakultura li ma jħarsux l-istandards ambjentali, tal-benesseri tal-annimali, tas-saħħa, soċjali u tax-xogħol li l-operaturi tal-UE jkollhom jissodisfaw u li, f'ċerti każijiet, huma bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

AA.  billi l-UE hija wkoll dipendenti ħafna fuq l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi għall-għalf għall-akkwakultura, u billi l-għalf alternattiv aktar sostenibbli sa issa ma saritx riċerka suffiċjenti dwaru u ma ġiex promoss biżżejjed;

AB.  billi l-kummerċ estern tal-UE fl-akkwakultura hu f'defiċit u qed isseħħ kompetizzjoni inġusta bejn prodotti tal-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi u minn pajjiżi tal-UE u prodotti tal-UE għad-detriment tal-kwalità tal-ikel u tas-saħħa tal-konsumatur;

AC.  billi l-akkwakultura f'pajjiżi terzi toffri opportunitajiet lill-investiment tal-UE;

AD.  billi d-differenzi bejn il-prodotti tal-akkwakultura Ewropea meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi terzi f'termini ta' kwalità, impronta ambjentali, imġiba soċjali u rispett għall-benesseri tal-annimali ma jistgħux jiġu pperċepiti mill-konsumaturi Ewropej meta l-informazzjoni li jirċievu dwarhom tkun insuffiċjenti jew ineżatta (speċjalment fir-rigward tal-pajjiż ta' oriġini, l-iskonġelar jew l-identifikazzjoni tal-ispeċi);

AE.  billi l-leġiżlazzjoni tal-UE rigward informazzjoni dwar prodotti akkwatiċi għall-konsumatur hija ċara u billi l-kontroll tagħha hija r-responsabilità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri; billi, madankollu, huwa fatt magħruf b'mod ġenerali li kemm il-bejjiegħa tal-ħut kif ukoll ir-ristoranti mhux dejjem jipprovdu din l-informazzjoni essenzjali lill-konsumatur; billi din is-sitwazzjoni ta' implimentazzjoni insuffiċjenti timmina l-kompetittività tal-akkwakultura tal-UE;

AF.  billi t-trobbija tal-ħut sostenibbli hija bbażata fuq it-trobbija ta' annimali b'saħħithom, u għal dan l-għan huwa essenzjali li jiġu żviluppati għodod veterinarji speċifiċi u innovattivi, speċjalment vaċċini u antibijotiċi, li għandhom jintużaw b'mod responsabbli u restrittiv li jiżgura s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u tal-konsumatur, u prodotti tal-akkwakultura sikuri u nutrittivi, mingħajr ħsara għall-ambjent u l-ispeċijiet selvaġġi; billi r-regolamenti tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali jridu jqisu wkoll il-partikolaritajiet tal-akkwakultura u l-ispeċifiċitajiet tal-ispeċijiet tal-ħut meta jkollhom x'jaqsmu mat-trattament tal-infezzjonijiet u l-mard u l-impatt fuq il-kwalità tal-prodott;

AG.  billi l-pjan ta' azzjoni "Saħħa Waħda" Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (AMR) josserva li l-immunizzazzjoni permezz tat-tilqim tikkostitwixxi intervent ta' saħħa pubblika kosteffikaċi fi sforzi biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi(18), u dan japplika għall-akkwakultura wkoll;

AH.  billi l-immaġini tal-akkwakultura li għandhom is-soċjetà u l-konsumaturi Ewropej tvarja minn Stat Membru għal ieħor, iżda b'mod ġenerali jidher ċar li hemm lok għal titjib;

AI.  billi, minkejja li dejjem hemm lok għal titjib permezz ta' prattiki aħjar, l-immaġni ħażina ta' din l-attività mhix dejjem dovuta għal problemi reali (aspetti ambjentali, tal-kwalità jew tas-sikurezza), iżda għall-idea prestabbilita li għandhom il-konsumaturi tal-akkwakultura; billi parti sinifikanti minn din is-sitwazzjoni hija dovuta għat-twemmin li l-impatti reali tal-akkwakultura f'ċerti pajjiżi terzi (pajjiżi li qed jiżviluppaw) jeżistu anke fl-UE, li mhuwiex il-każ;

AJ.  billi l-prattiki li jvarjaw ħafna fir-rigward tal-akkwakultura jwasslu għal differenzi sinifikanti fil-kwalità tal-prodotti, fl-impatt ambjentali u fil-kundizzjonijiet sanitarji, fost oħrajn, li ta' spiss iħallu lill-konsumatur inċert dwar il-prodott li jirriżulta;

AK.  billi r-reputazzjoni ħażina tal-akkwakultura tolqot il-governanza tagħha mill-amministrazzjonijiet pubbliċi (il-ħruġ ta' liċenzji, l-ippjanar, eċċ.), iżda wkoll il-kundizzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħha;

AL.  billi huwa importanti li wieħed jinnota l-potenzjal tal-akkwakultura tal-ilma ħelu, l-akkwakultura kontinentali bl-ilmijiet magħluqa, l-akkwakultura integrata multitrofika u s-sistemi ta' riċirkolazzjoni jew l-akkwaponika f'żoni urbani għat-titjib tas-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp taż-żoni rurali;

AM.  billi l-krustaċji, il-molluski u l-pjanti akkwatiċi, bħall-algi, huma wkoll riżorsa importanti għall-akkwakultura;

AN.  billi r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol fundamentali x'jaqdu fit-twettiq tal-potenzjal tal-akkwakultura sostenibbli; billi l-produzzjoni tista' tiżdied b'mod sostenibbli permezz tal-espansjoni mmexxija mill-innovazzjoni, ir-riġenerazzjoni u t-tindif tal-ilmijiet, l-użu tal-enerġiji rinnovabbli, u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, filwaqt li jitnaqqsu l-impatti ambjentali u jiġu pprovduti servizzi ambjentali;

AO.  billi l-protokolli standard fil-livell tal-UE ta' data xjentifika li tippermetti s-superviżjoni u t-titjib tal-prattiki ta' ġestjoni u ta' produzzjoni, kif ukoll l-impatt ambjentali u tas-saħħa tagħhom, huma ta' importanza konsiderevoli;

AP.  billi t-trobbija ta' speċijiet nattivi jew endemiċi għandhom jingħataw preferenza sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali u l-akkwakultura ssir aktar sostenibbli;

AQ.  billi d-diffikultajiet fl-aċċess għall-kreditu u d-dewmien konsiderevoli bejn l-investiment u l-ewwel bejgħ (b'mod ġenerali tliet snin jew aktar) huma fir-riskju li jiskoraġġixxu lill-investituri;

AR.  billi l-kundizzjonijiet tal-prefinanzjament li joffru l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kulma jmur huma aktar stretti;

AS.  billi l-proċeduri, li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mhumiex ċari biżżejjed għall-utenti, u l-għadd kbir ta' dokumenti li jridu jiġu ppreżentati sabiex jinkiseb finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) iservu biex jiskoraġġixxu lill-applikant; billi l-madwar EUR 1 280 miljun disponibbli għall-perjodu ta' programmazzjoni attwali (2014-2020) mhuwiex biżżejjed biex jiġi żviluppat settur tal-akkwakultura Ewropew; billi, barra minn hekk, hemm rata baxxa ħafna ta' assorbiment mill-Istati Membri;

AT.  billi l-akkwakultura sostenibbli trid tqis l-impatti potenzjali fuq l-istokkijiet ta' ħut selvaġġ u l-kwalità tal-ilma, iżda, għall-kuntrarju, teħtieġ ukoll stokkijiet ta' ħut b'saħħithom u ilma ta' kwalità eċċellenti;

AU.  billi d-data disponibbli turi distakk dejjem jikber – li hu stmat li hu ta' 8 miljun tunnellata – bejn il-livell ta' konsum ta' frott tal-baħar fl-UE u l-volum ta' qabdiet mis-sajd; billi l-akkwakultura sostenibbli, flimkien mas-sajd sostenibbli, tista' tiggarantixxi s-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni fit-tul, inklużi l-provvisti tal-ikel, kif ukoll it-tkabbir u l-impjiegi għaċ-ċittadini tal-Unjoni, u tissodisfa d-domanda dinjija dejjem tikber għall-ikel akkwatiku dment li sorsi sostenibbli tal-għalf jintużaw għall-attivitajiet tal-akkwakultura u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali; billi għaldaqstant tista' tikkontribwixxi għall-għan ġenerali li timla l-lakuna bejn il-konsum u l-produzzjoni tal-frott tal-baħar fl-UE;

AV.  billi fl-akkwakultura, kilo ħut b'valur baxx jista' jiġi ttrasformat f'kilo ħut b'valur għoli (bħal fil-każ tal-kapelin għall-barbun imperjali, fejn il-valur jiżdied minn EUR 0,10 għal EUR 7 għal kull kilo);

AW.  billi ż-żgħażagħ huma anqas interessati li jaħdmu fis-settur tal-akkwakultura jew li jinvestu fih u jiżviluppawah minħabba komunikazzjoni ħażina u nuqqas ta' prospetti finanzjarji u ta' stabilità, li jagħmel dan ix-xogħol inqas attraenti għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ;

AX.  billi l-akkwakultura sostenibbli proprjetà tal-komunità u ġestita mill-komunità tista' tkun ta' benefiċċju soċjoekonomiku għar-reġjuni periferiċi kostali u tiżvolġi rwol pożittiv fl-ekonomija blu;

AY.  billi l-akkwakultura tal-ilma ħelu tammonta għal 20 % tar-rendiment tas-settur fl-Ewropa kollha, u billi l-appoġġ tal-UE għandu jirrifletti dan il-proporzjon; billi n-natura diverġenti tal-akkwakultura tal-ilma ħelu tfisser li teħtieġ regoli speċjali u kapitolu separat fil-leġiżlazzjoni dwar il-politika komuni tas-sajd tal-UE;

AZ.  billi r-riċerka u l-innovazzjoni huma kruċjali biex jinkisbu aktar sostenibilità u kompetittività għas-settur tal-akkwakultura fis-suq tal-UE;

BA.  billi proġetti tal-akkwakultura tal-ilma ħelu jistgħu jitwettqu wkoll b'finanzjament ex post, u billi dan ta' spiss jeħtieġ sforzi sproporzjonati mingħand l-investituri, bir-riżultat li f'ħafna każijiet dawk li jrabbu l-ħut ma jkollhomx il-kuraġġ li jimbarkaw fuq proġetti; billi l-intensità tal-appoġġ f'ħafna każijiet hija inadegwata;

Nisfruttaw il-potenzjal tal-akkwakultura tal-UE

1.  Jirrikonoxxi l-effetti pożittivi li l-akkwakultura sostenibbli, inklużi kemm is-setturi marittimi kif ukoll tal-ilma ħelu, jista' jkollha fuq l-impjiegi u l-ekonomija tal-Unjoni, b'mod ġenerali, billi ttejjeb il-produttività u l-kwalità tal-għajxien fiż-żoni kostali u interni; jenfasizza l-bżonn li tingħata spinta 'l quddiem lill-iżvilupp, id-diversifikazzjoni u l-innovazzjoni tagħha, billi tippromwovi livelli ogħla ta' produzzjoni ta' ħut, krustaċji, molluski, algi u ekinodermi, mill-akkwakultura, u ttejjeb il-kompetittività ta' tali prodotti (biex ittejjeb il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE b'tali mod li tilħaq mill-inqas rata ta' tkabbir tal-akkwakultura globali attwali fi żmien ħames snin u biex tinkoraġġixxi l-investiment f'tagħmir aktar effiċjenti fl-enerġija u ekonomiku), u żżid il-konsum u l-kontribut tagħhom għas-sigurtà alimentari u nutrizzjonali għaċ-ċittadini tal-UE; jinsisti li dan għandu jsir filwaqt li jitħares il-funzjonament tajjeb tal-ekosistemi tal-baħar sabiex jippermetti l-prattika kontinwa ta' akkwakultura vijabbli, sajd kummerċjali, u użi sostenibbli oħra tal-ambjent tal-baħar;

2.  Jemmen li l-UE jeħtieġ li żżid il-produzzjoni fis-settur tal-akkwakultura, b'mod partikolari bl-għan li titnaqqas il-pressjoni fuq żoni tas-sajd naturali; huwa tal-fehma li l-għalf ibbażat fuq il-ħut għandu jkollu sors sostenibbli u ma għandux jipperikola l-objettivi tar-rendiment massimu sostenibbli tal-politika komuni tas-sajd u li t-tagħbijiet ta' nutrijenti għandhom jiġu kkontrollati; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn ir-riċerkaturi, l-industrija tal-akkwakultura, il-produtturi tal-għalf, u l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet ambjentali; jenfasizza li l-akkwakultura tal-UE għandha tqis il-kwalità, is-sostenibilità, is-sikurezza tal-ikel, l-aspetti ambjentali, u s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, u għandha tkun mudell f'dan ir-rigward; jinnota b'mod pożittiv l-inizjattivi ġodda fl-akkwakultura bbażata fuq l-art, speċjalment f'ibħra sensittivi u f'żoni tal-UE b'ibħra magħluqa u jemmen li huma meħtieġa miżuri aktar b'saħħithom biex l-akkwakultura tkun settur aktar effiċjenti, ekonomikament vijabbli, soċjalment responsabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, filwaqt li jissodisfa sehem akbar tad-domanda Ewropea għall-ħut u jnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjonijiet;

3.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE" u l-identifikazzjoni tagħha ta' oqsma li fihom l-isforzi jeħtieġ li jkunu ffokati sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwakultura tal-UE sabiex din, flimkien mas-sajd sostenibbli, tkun tista' tikkontribwixxi lejn l-għan li timla l-lakuna bejn il-konsum u l-produzzjoni tal-frott tal-baħar fl-UE b'mod li jkun ambjentalment, soċjalment u ekonomikament sostenibbli;

4.  Jenfasizza li l-akkwakultura tal-ilma ħelu għadha opportunità mhux esplorata biżżejjed għat-titjib fis-sikurezza tal-ikel u l-iżvilupp ta' żoni rurali;

5.  Jenfasizza li t-tkabbir sostenibbli jeħtieġ li jkun imsejjes fuq: il-prevedibilità tal-investiment kummerċjali u ċ-ċertezza legali, li jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' oqfsa amministrattivi aktar effiċjenti, titjib fit-trasparenza tal-governanza, kriterji ċari u omoġeni u simplifikati għall-għoti tal-liċenzji madwar l-UE, proċeduri komuni tal-ġestjoni tal-mard u aċċess għat-trattamenti veterinarji xierqa li ma jkunux dannużi għas-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin, ippjanar spazjali effikaċi, id-disponibilità ta' dokumenti ta' gwida, l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-appoġġ tal-Kunsill Konsultattiv għall-Akkwakultura, u appoġġ finanzjarju adegwat; jirrimarka li dawn il-fatturi kollha jistgħu jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli;

6.  Japprezza l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-opinjoni xjentifika dwar "Ikel mill-Oċeani" ta' Novembru 2017 rigward l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika marittima, tas-sajd u tal-akkwakultura fis-snin li ġejjin biex tiżdied il-kwantità ta' ikel sostenibbli mill-oċeani;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-industrija fl-isforzi tagħha biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-istokkijiet ta' ħut selvaġġ għall-produzzjoni tal-għalf tal-ħut, inkluż permezz ta' użu akbar tal-algi tal-baħar u algi oħrajn;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri tas-settur emerġenti tal-akkwakultura tal-algi;

9.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-akkwakultura biex tikkontribwixxi għas-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni għaċ-ċittadini tal-UE, u l-ħtieġa ta' dieti sostenibbli u tajbin għas-saħħa, sistemi alimentari intelliġenti mil-lat klimatiku, li ma jagħmlux ħsara lill-benesseri tal-annimali u sostenibbli mil-lat ambjentali, u ċ-ċirkolarità u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tas-sistemi alimentari, li jħeġġu l-innovazzjoni u jsaħħu l-pożizzjoni tal-komunitajiet;

10.  Itenni li l-iżvilupp tal-akkwakultura Ewropea irid ikun marbut mal-ħtieġa bażika u vitali tal-produzzjoni awtosuffiċjenti, sikura, nutrizzjonali u sostenibbli tal-ikel, u jrid jingħata pożizzjoni aktar prijoritarja fuq l-aġenda globali tal-UE;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu fir-riċerka, fi studji u fi proġetti pilota għal prattiki tal-akkwakultura innovattivi, orjentati lejn il-futur u ambjentalment responsabbli, fosthom Sistemi ta' Akkwakultura Multitrofika Integrata (IMTA), l-Akkwaponika, u Sistemi ta' Riċirkolazzjoni fl-Akkwakultura (RAS), li jnaqqsu l-impatt tal-farms tal-akkwakultura fuq il-ħabitats, il-popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi u l-kwalità tal-ilma, u għaldaqstant jikkontribwixxu għal approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel analiżi bir-reqqa u tiżgura segwitu xieraq ta' kull waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi;

13.  Jenfasizza li kwalunkwe politika tal-akkwakultura Ewropea sostenibbli trid tqis il-karatteristiċi u l-bżonnijiet u l-isfidi differenti tad-diversi tipi ta' produzzjoni tal-akkwakultura u tiżviluppa miżuri mfassla apposta li jqisu wkoll id-differenzi ġeografiċi u l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex fil-politika komuni tas-sajd wara l-2020, tistabbilixxi regoli individwali mfassla skont il-karatteristiċi ta' kull subsettur;

14.  Jirrileva l-potenzjal tal-akkwakultura tal-ilma ħelu kif ukoll tal-akkwakultura kontinentali b'ilmijiet magħluqa, l-akkwakultura multitrofika integrata u s-sistemi ta' riċirkolazzjoni u l-akkwaponika f'żoni urbani; jenfasizza li l-akkwakultura tal-ilma ħelu hija opportunità li għadha ma ġietx esplorata biżżejjed għat-titjib tas-sigurtà alimentari u taż-żoni rurali li qed jiżviluppaw iżda li taqdi rwol soċjali importanti billi tipprovdi impjieg rurali fl-ifqar żoni, kif ukoll taqdi rwol ambjentali fiż-żamma ta' artijiet mistagħdra ta' valur u fil-provvista ta' firxa wiesgħa ta' servizzi tal-ekosistema, li jmorru ferm lil hinn mill-valur ekonomiku tagħha;

15.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu mnedija strumenti ta' koordinazzjoni, gruppi ta' studju u attivitajiet tal-UE, bil-ħsieb li jiġu ddeterminati l-każijiet meta l-produzzjoni tal-molluski tkun ippreġudikata b'mod sinifikanti mill-azzjoni predatorja tal-awrata (Sparus aurata), u biex jitfittxew soluzzjonijiet sostenibbli u favur l-ambjent;

16.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-akkwakultura u tal-ipproċessar komplementari u l-esportazzjoni ta' prodotti tal-ħut bħala industrija indiġena għall-benefiċċji ekonomiċi u tal-impjieg, speċjalment għaż-żoni rurali kostali u l-komunitajiet tal-gżejjer;

17.  Jissottolinja kemm huwa importanti li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) għandhom jipprovdu protezzjoni għall-produzzjoni tal-molluski, kif stabbilit fid-"Direttiva dwar il-Molluski" li ġiet imħassra;

18.  Jirrimarka li, f'ambjent li fih għandhom jiġu prodotti makroalgi jew molluski bivalvi, it-tnaqqis tal-kontributi ta' nutrijenti sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb għandu jqis il-kapaċità tat-tnaqqis naturali tal-organiżmi li jkunu qed jiġu mrobbija jew ikkultivati;

Simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi

19.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-akkwakultura Ewropea, inkluż fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi pluriennali żviluppati mill-Istati Membri;

20.  Jenfasizza li t-tkabbir sostenibbli tal-akkwakultura jeħtieġ li jkun ibbażat fuq il-prevedibilità tal-investiment kummerċjali u ċ-ċertezza legali, li b'mod partikolari jirrikjedu:

   (a) is-simplifikazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-proċeduri amministrattivi – inqas burokrazija – fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u dak reġjonali, waqt li jsir l-akbar użu possibbli tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-ambjent marittimu ma jiġix degradat aktar;
   (b) trasparenza mtejba u ppjanar xieraq;
   (c) koordinazzjoni aħjar rigward kompetenzi kondiviżi tal-UE, l-Istati Membri u, fejn xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali;
   (d) proċeduri ta' liċenzjar rapidi, ċari u trasparenti, flimkien ma' skedi ta' żmien limitati għall-ftehim, biex l-investituri ma jiġux skoraġġiti;
   (e) monitoraġġ mill-qrib mill-Kummissjoni tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali tal-Istati Membri;
   (f) il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-pjanijiet strateġiċi nazzjonali għal applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE (speċjalment ambjentali u għall-protezzjoni tas-saħħa u jiġi żgurat li la l-ekosistemi u lanqas l-attivitajiet tas-sajd ma ssirilhom ħsara);
   (g) qafas legali koordinat bejn ir-reġjuni differenti u l-Istati Membri li jikkondividu l-istess ilmijiet sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u politiki ambjentali effiċjenti;
   (h) kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti (nazzjonali, iżda wkoll lokali u reġjonali) fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE (prinċipalment dik sanitarja u ambjentali) kif ukoll l-appoġġ tal-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali meta jkun meħtieġ;
   (i) mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, permezz ta' metodu miftuħ ta' koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali dwar is-sigurtà tan-negozju, l-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju tal-Unjoni, u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' liċenzjar;
   (j) appoġġ finanzjarju pubbliku adegwat fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali għall-produzzjoni tal-akkwakultura sostenibbli u responsabbli, l-innovazzjoni u l-iżvilupp;
   (k) inkorporazzjoni aħjar tal-perspettiva tas-sajd u tal-akkwakultura fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni;

21.  Jissuġġerixxi, fir-rigward tas-sistema amministrattiva, il-ħolqien, mill-aktar fis possibbli, ta' "punt uniku ta' servizz" li jassumi u jeżerċita r-responsabilitajiet kollha, li jagħmilha possibbli li d-dokumenti rilevanti jitressqu quddiem korp amministrattiv wieħed; jemmen li dan għadu jtejjeb ir-relazzjoni bejn l-utent finali u l-livelli differenti tal-amministrazzjoni pubblika;

22.  Jissuġġerixxi l-istabbiliment ta' sistema ta' liċenzjar simplifikata jew "rapida", li permezz tagħha l-amministrazzjoni kompetenti toħroġ ċertifikat proviżorju li jippermetti lil dawk l-operaturi li jissodisfaw ċerti kriterji predefiniti li jibdew l-attivitajiet tagħhom; jirrimarka li dawn il-kriterji jistgħu jiġu bbażati fuq il-passat tal-applikanti jew fuq il-fatt li dawn ikunu ppreżentaw proġett tal-akkwakultura li jkun pijunier mil-lat tal-innovazzjoni u/jew is-sostenibilità, jew fuq l-istabbiliment ta' żoni ta' servitù riżervati għall-akkwakultura fejn użi inkompatibbli mal-akkwakultura jiġu definiti bil-quddiem;

L-ekwità f'interazzjoni ma' setturi oħra

23.  Jissottolinja li l-ippjanar spazjali xieraq għandu jqis is-setturi kollha (approċċ olistiku), il-kwistjonijiet ta' sostenibilità u ta' sigurtà tal-ikel, mingħajr ma jiffavorixxi setturi ekonomiċi b'saħħithom għad-detriment tal-akkwakultura; jenfasizza li l-ippjanar spazjali ma għandux neċessarjament jinvolvi s-segregazzjoni tal-attivitajiet f'ċerti żoni, iżda pjuttost il-kompatibilità ekwilibrata bejniethom, u li dan jista' potenzjalment iġib benefiċċji għal kulħadd;

24.  Jissuġġerixxi l-appoġġ ta' rwol aktar attiv u importanti u l-implikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-akkwakultura u l-gruppi ta' azzjoni lokali tas-sajd (FLAGs) fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, permezz tar-reġjonalizzazzjoni, sabiex jiġi żgurat l-aħjar approċċ għal kull reġjun speċifiku;

25.  Jirrimarka li jridu jitqiesu sewwa l-interessi tas-settur tal-akkwakultura u li dan is-settur irid jiġi ttrattat b'mod ġust meta jinteraġixxi ma' setturi oħra, pereżempju fl-ippjanar spazjali;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu mapep ta' ppjanar spazjali sabiex jiġu identifikati żoni possibbli fejn l-akkwakultura u attivitajiet oħra jistgħu jikkoeżistu;

27.  Jirrimarka li l-ippjanar spazjali u l-kundizzjonijiet tal-liċenzjar huma l-aktar raġuni probabbli għalfejn setturi oħra importanti jew b'saħħithom ma jridux jikkondividu l-ispazju;

28.  Jirrimarka li, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-aċċess għar-riżorsi tal-baħar, studji dwar l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali rikjesti għall-akkwakultura għandhom ukoll jaffettwaw lis-setturi kollha li jikkompetu magħha, bħalma huma, it-turiżmu jew l-estrazzjoni ta' materja prima;

29.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet nazzjonali jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilmijiet u r-riġenerazzjoni u t-tindif taż-żoni kkontaminati;

30.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni, fuq bażi ugwali, mal-partijiet ikkonċernati kollha;

Nadattaw il-leġiżlazzjoni għall-ħtiġijiet tal-akkwakultura

31.  Jenfasizza li s-sostenibilità ambjentali trid timxi id f'id mas-sostenibilità soċjali u ekonomika (is-sostenibilità għandha tliet pilastri), u li għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kontribut attwali u potenzjali tal-akkwakultura għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni;

32.  Jilqa' l-aħjar prattiki tal-industrija u l-eżempji ta' kooperazzjoni tajba abbażi ta' ftehimiet volontarji u ftehimiet oħra bejn il-konservazzjonisti u l-industrija, inkluż fiż-żoni Natura 2000; jilqa' l-ħafna eżempji ta' kontributi mill-akkwakultura għaż-żamma tal-kwalità tajba tal-ilma; jirrikonoxxi s-servizzi tal-ekosistemi akkwatiċi mwassla mill-industrija u jitlob inċentivi biex jissaħħu; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' kumplikazzjonijiet legali ulterjuri li jaffetwaw lill-akkwakultura mhijiex mixtieqa mill-perspettiva tas-sostenibilità u tal-iżvilupp soċjoekonomiku;

33.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tkun adattata aħjar għar-realtajiet tal-akkwakultura, l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd u b'mod koerenti, inter alia, mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, f'konformità mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb għall-ibħra kollha sal-2020 u b'kont meħud tal-importanza tal-impjieg taż-żgħażagħ u tan-nisa fis-settur;

34.  Jenfasizza li, meta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE tkun problematika jew inkonsistenti, għandhom jinħarġu linji gwida dwar l-interpretazzjoni u l-aħjar prattiki tagħha;

35.  Itenni li s-settur għandu jkun involut aktar mill-qrib fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-kontribut limitat tal-produzzjoni tal-akkwakultura lejn id-domanda domestika għall-ħut, stmata li hi ta' 10 %, u treġġa' lura l-fatt li aktar minn nofs id-domanda tal-Unjoni għall-ħut ġejja minn prodotti importati;

Insaħħu l-kompetittività tal-akkwakultura fl-UE fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tagħna

37.  Jitlob li jkun hemm rekwiżit li l-prodotti importati tal-akkwakultura jissodisfaw l-istess standards ambjentali, tas-sikurezza tal-ikel u soċjali tax-xogħol u li l-operaturi tal-UE jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jiddeplora l-fatt li għad ma hemmx kundizzjonijiet ekwi f'dan il-qasam, u li d-distorsjonijiet perikolużi tal-kompetizzjoni huma problema serja għall-operaturi tal-UE;

38.  Jirrileva s-sitwazzjoni attwali tal-pixxikulturi tal-għadajjar Ewropej, billi dawn qed jitħabtu ma' telf sostanzjali li jaffettwa l-istokk kollu tagħhom minħabba predaturi bħal-lontri, l-agretti u l-marguni; jenfasizza li dawn il-predaturi joqtlu wkoll iż-żgħar tal-pike-perch u tal-karpjun, u b'riżultat jillimitaw b'mod sinifikanti t-trobbija u r-riproduzzjoni tal-ħut tal-ilma ħelu; jistieden għalhekk lill-Istati Membri japplikaw id-derogi eżistenti fil-każ tal-agretti u l-marguni u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel rieżami dwar l-istatus ta' konservazzjoni tal-lontra u fejn ikun hemm bżonn tippermetti li dawk il-predaturi jitneħħew u jiġu kkontrollati;

39.  Jitlob aktar kontrolli tal-oriġini fil-fruntiera li jkunu aħjar għall-prodotti importati u, fil-livell intern, miżuri biex jiġu miġġielda l-prattiki illegali jew "moħbijin" tal-akkwakultura li jaffettwaw l-iżvilupp intern tas-settur;

40.  Jindika li l-UE għandha tesporta l-istandards u l-għarfien espert tagħha fir-rigward tas-sostenibilità; jemmen li dan huwa partikolarment rilevanti fil-każ ta' reġjuni ġirien li jipproduċu speċijiet simili għal dawk prodotti fl-UE u speċjalment għal pajjiżi terzi li jikkondividu l-istess ilmijiet bħall-UE;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, taħt il-ftehimiet kummerċjali ma' sħab terzi, l-aċċess preferenzjali għas-suq ikun kundizzjonali għar-rispett tal-istandards ta' sostenibilità u tal-benesseri tal-annimali li jkunu ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-UE;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tisponsorja, bħala parti mill-politika tal-UE ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, miżuri ta' appoġġ u ta' taħriġ maħsuba biex jgħinu l-promozzjoni tal-akkwakultura sostenibbli u biex jorjentaw il-kuxjenza tal-produtturi tal-akkwakultura f'dawk il-pajjiżi lejn politika dwar il-kwalità u standards ogħla ta' produzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards ambjentali, soċjali u tal-iġjene;

43.  Iħeġġeġ li jittieħdu passi biex l-investiment tal-UE fi proġetti tal-akkwakultura f'pajjiżi terzi jiġi inkoraġġit;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżgura li r-regoli tal-importazzjoni tal-UE jiġu rispettati, inkluż fir-rigward tal-proċeduri tat-trobbija li jikkonformaw mal-istandards ambjentali, soċjali u tal-iġjene, fil-pajjiżi terzi li jesportaw, biex ikunu jistgħu jiġu implimentati kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali; iqis, fl-istess ħin, li r-riżultati tal-monitoraġġ ta' proċessi tal-akkwakultura f'pajjiżi terzi għandu jkollhom influwenza deċiżiva fuq it-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni tal-prodotti lejn l-UE;

45.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-effetti tal-Brexit fuq il-qasam tal-akkwakultura;

Intejbu l-informazzjoni għall-konsumatur

46.  Jinsisti fuq implimentazzjoni sħiħa u kompluta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar u l-informazzjoni għall-konsumaturi, kemm fis-swieq tal-ħut kif ukoll fis-settur tal-lukandi, ristoranti u catering (HORECA); jemmen li dan huwa importanti għall-prodotti kollha tas-sajd (u mhux biss il-prodotti tal-akkwakultura), kemm dawk importati kif ukoll prodotti fl-UE; iqis li r-Regolament ta' Kontroll għandu jiġu adattat u rinforzat għal dan il-għan;

47.  Jitlob li jkun hemm l-istabbiliment ta' tikketta speċifika għar-rikonoxximent ta' prodotti minn akkwakultura sostenibbli tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza għall-konsumaturi anki b'rabta mal-prodotti tal-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi, billi tissaħħaħ it-traċċabilità;

Niżguraw il-Benesseri tal-Annimali

48.  Huwa tal-fehma li l-istrateġija dwar il-qtil għandha tinkludi proposti li jiżguraw il-proċessi għall-iżvilupp ta' parametri effikaċi għal metodi ta' qtil aktar umani tal-ħut, f'konformità mal-Linji Gwida tal-OIE u tal-EFSA, u li jiġi żgurat li t-tagħmir użat għall-qtil tal-ħut jaħdem f'konformità ma' dawk il-parametri, u li qtil uman effikaċi tal-ħut imrobbi jiġi implimentat, ivvalutat, evalwat u ċċertifikat fl-UE kollha;

Id-disponibilità ta' prodotti veterinarji

49.  Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni veterinarja tal-UE trid tkun adattata aħjar għar-realtajiet u l-ħtiġijiet tal-akkwakultura, filwaqt li tqis l-ispeċijiet differenti u d-differenzi operattivi;

50.  Jenfasizza li huwa meħtieġ suq komuni ġenwin tal-UE għat-tilqim u għal prodotti veterinarji oħra li jipproteġi s-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin, speċjalment għal speċijiet "minuri";

51.  Josserva li, sfortunatament, l-ispejjeż relattivament ogħla tad-dijanjożi, tal-alternattivi għall-antimikrobiċi u tat-tilqim, meta mqabbla mal-antibijotiċi użati komunement, huma ostakolu għal użu akbar u rata ogħla ta' tilqim, kif mixtieq mill-pjan ta' azzjoni(19); jilqa' l-fatt li, fil-pjan ta' azzjoni, il-Kummissjoni tħabbar inċentivi biex jiżdied l-użu tad-dijanjostika, l-alternattivi għall-antimikrobiċi u t-tilqim(20);

52.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar l-użu ta' tilqim u antibijotiċi fl-akkwakultura fid-dawl ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistema;

53.  Jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifasslu inċentivi u miżuri prattiċi, inkluż implimentazzjoni mtejba tad-Direttiva 2006/88/KE jew, jekk meħtieġ, emendi għaliha, biex jiġi promoss approċċ ta' katina integrata għar-RAM u jiżdied l-użu ta' alternattivi għall-antimikrobiċi, dijanjostiċi u tilqim fl-akkwakultura u b'hekk jiġu promossi il-prevenzjoni, il-kontroll u l-qirda tal-mard u tar-reżistenza għall-antibijotiċi fl-annimali akkwatiċi b'mod kosteffikaċi u jiġu massimizzati s-sopravvivenza, it-tkabbir u l-effiċjenza tal-produzzjoni tal-annimali akkwatiċi;

54.  Jissottolinja l-ħtieġa li niffavorixxu r-riċerka xjentifika, fi programmi Ewropej u nazzjonali, dwar is-saħħa tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra u l-iżvilupp ta' prodotti veterinarji ġodda għall-ispeċijiet akkwatiċi;

55.  Jinnota, f'dan ir-rigward, li r-reżistenza għall-antibijotiċi hija problema serja fil-mediċina tal-bnedmin u tal-annimali, u jistieden lill-Kummissjoni tillimita l-użu tal-antibijotiċi għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskju ta' epiżootija fl-istabbiliment tal-akkwakultura u mhux sempliċiment bħala miżura preventiva u li jiġi vvalutat l-impatt tagħhom fuq ir-riskju tat-trasferiment tar-reżistenza lill-konsumaturi;

Kampanji ta' promozzjoni u komunikazzjoni aħjar

56.  Jirrimarka li kampanji promozzjonali u ta' komunikazzjoni aħjar fil-livell tal-UE dwar il-benefiċċji tal-akkwakultura u tal-konsum tal-ħut huma meħtieġa;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ kampanji ġeneriċi tal-UE li jkunu sodi u dejjiema u li jispjegaw il-merti tas-sostenibilità tal-prodotti tal-akkwakultura tal-UE, li jiffokaw fuq il-livell għoli tal-kwalità tagħhom u fuq l-istandards tal-benesseri tal-annimali u ambjentali tagħhom meta jitqabblu ma' dawk importati minn pajjiżi terzi, bħal fil-każ tat-tikketta "Farmed in the EU";

58.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mħeġġa u ffinanzjati kampanji promozzjonali għal skemi ta' kwalità reġjonali, koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, bħalma huma d-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tibda kampanja informattiva għall-konsumaturi u n-negozji fl-UE kollha dwar l-akkwakultura b'mod ġenerali, u b'mod partikolari dwar id-differenzi bejn l-istandards stretti u komprensivi fis-suq Ewropew u l-istandards ta' livell aktar baxx applikabbli għal prodotti importati minn pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq il-problemi kkawżati għas-sikurezza tal-ikel u s-saħħa pubblika bl-introduzzjoni ta' mikroorganiżmi partikolarment reżistenti u r-RAM fl-Unjoni; jenfasizza l-valur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-ħut waqt it-trobbija, it-trasport u l-qtil biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi u r-reklamar ta' prodotti ta' kwalità garantita mill-istandards tal-UE meta mqabbla mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni twarrab ammont xieraq tal-baġit promozzjonali tal-UE għall-promozzjoni tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; jemmen li kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni fuq firxa wiesgħa bbażata fuq prinċipji komuni u li tkopri lill-Istati Membri kollha, stabbilita bħala miżura ta' appoġġ kollettiv b'intensità tal-appoġġ ta' 80-100 %, għandha tinbeda sabiex jiżdiedu l-għarfien u l-aċċettazzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura tal-UE;.

60.  Jappoġġja l-FLAGs tal-akkwakultura tan-netwerk FARNET fil-promozzjoni tal-attivitajiet tagħhom fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej;

Nappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni

61.  Jirrimarka li l-FEMS, li jalloka EUR 1,2 biljun għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE, u sorsi oħra ta' finanzjament, bħal Orizzont 2020, jipprovdu opportunità għall-innovazzjoni;

62.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza tal-FLAGs, li qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sajd u tal-akkwakultura f'żoni partikolari permezz tat-tisħiħ tar-riżorsi tas-sajd lokali u l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni u d-diversifikazzjoni fis-sajd u l-akkwakultura;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa r-riċerka dwar l-ostreid herpesvirus u l-ġlieda kontrih;

64.  Huwa mħasseb dwar l-impatt ta' ċerti speċijiet aljeni invażivi fuq l-akkwakultura Ewropea; jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni bbażata fuq ix-xjenza, effettiva u proporzjonata tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi sabiex jiġu protetti kemm is-settur tal-akkwakultura Ewropea kif ukoll l-ispeċijiet indiġeni u l-ekosistemi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni bil-ħsieb li jiġu miġġielda l-aktar speċijiet aljeni invażivi problematiċi;

65.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-ġlieda kontra t-taqqab tal-gajdra Ġappuniż;

66.  Jenfasizza li l-Orizzont 2020 u l-Programm Qafas 9 (FP9) għandhom ikomplu jappoġġaw l-attivitajiet tar-riċerka fl-akkwakultura li jtejbu l-kompetittività tas-settur u jindirizzaw il-kwistjonijiet enfasizzati fil-konferenza tal-Kummissjoni tal-2016, "FOOD 2030", u fl-opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Ikel mill-Oċeani";

67.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (EATiP) u mal-Kunsill Konsultattiv tal-Akkwakultura dwar suġġetti ta' prijorità għall-inklużjoni fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali;

68.  Iħeġġeġ li jsiru investimenti fir-riċerka, l-istudji u l-proġetti pilota dwar prattiki tal-akkwakultura bbażati fuq l-ekosistema, b'mod partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk bi żvantaġġi demografiċi;

69.  Jirrimarka li għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-komunità xjentifika, minn naħa waħda, u l-produtturi tal-akkwakultura u partijiet ikkonċernati oħra upstream u downstream mill-produtturi min-naħa l-oħra;

70.  Jitlob li, fuq il-bażi tal-aħjar rakkomandazzjonijiet xjentifiċi, jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE protokolli standard għall-ġbir ta' data bil-għan li jimmonitorjaw u jtejbu l-ġestjoni tal-akkwakultura u l-prattiki ta' produzzjoni u l-impatt soċjali, ekonomiku, ambjentali, u fuq is-saħħa ta' tali prattiki, kemm għall-farms tal-ħut tal-baħar kif ukoll tal-ilma ħelu;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu teknoloġiji innovattivi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fl-akkwakultura, bħall-akkwaponika, sabiex jipproduċu l-ikel b'mod sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u biex jiġu evitati impatti negattivi fuq l-ambjent;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-esplorazzjoni ta' opportunitajiet biex tkompli tiġi żviluppata l-akkwakultura tal-algi, settur b'valur ekoloġiku u ekonomiku, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sostenibilità soċjali u ambjentali;

Inħeġġu t-taħriġ u l-impjiegi

73.  Jistieden lill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni meta dan ikun benefiku, jiggarantixxu taħriġ vokazzjonali xieraq fil-qasam tal-akkwakultura u jieħu nota tal-possibilità ta' taħriġ mill-ġdid tas-sajjieda professjonali f'metodi alternattivi ta' ġestjoni tal-ambjenti akkwatiċi, biex b'hekk jgħinu wkoll fil-ħolqien tal-impjiegi għan-nisa u ż-żgħażagħ fiż-żoni rurali u kostali u fir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-gżejjer, u, b'mod ġenerali, f'reġjuni li jiddependu ħafna fuq is-sajd u l-attivitajiet tal-akkwakultura;

Inżidu s-sostenibilità tas-settur tal-akkwakultura tal-UE

74.  Jenfasizza r-rwol importanti tan-nisa fis-settur tal-akkwakultura u l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tiġi adattata għal din ir-realtà, u l-ħtieġa li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-attivitajiet l-oħra marbuta mal-akkwakultura stess, bħal dawk żviluppati, fost affarijiet oħra, min-nissieġa tax-xbieki tas-sajd jew minn min jippakkja;

75.  Jinnota li sistemi innovattivi mmirati lejn it-trobbija tal-ħut kemm jista' jkun mill-qrib tal-ekosistema u bl-użu tal-għalf naturali s'issa għad ma kellhomx preżenza suffiċjenti fis-suq Ewropew; jitlob li jittejbu l-kundizzjonijiet ta' qafas għal dawn is-sistemi;

76.  Jemmen li hemm bżonn isiru investimenti sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal u tiġi żgurata s-sostenibilità tas-settur tal-akkwakultura, kif ukoll għall-ħarsien tal-ambjent u l-provvista ta' beni pubbliċi, u jitlob, għaldaqstant, żieda fil-fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni u għal proġetti ta' produzzjoni sostenibbli u orjentati lejn il-kwalità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jissimplifikaw u jnaqqsu l-piż burokratiku fuq is-settur tal-akkwakultura, inklużi l-pixxikulturi tal-għadajjar;

77.  Jenfasizza li t-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-akkwakultura u programmi universitarji speċifiċi se jġibu ideat ġodda u jistimolaw l-interess f'dan is-settur ekonomiku;

Niżguraw finanzjament adegwat permezz tal-FEMS u fondi strutturali oħra

78.  Jilqa' l-promozzjoni ta' akkwakultura sostenibbli u kompetittiva bħala waħda mill-prijoritajiet tal-FEMS; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li, skont il-konklużjonijiet tal-istudju li ġie ppubblikat fl-2014 mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-predeċessur tiegħu, il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES), ma appoġġax l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura b'mod effettiv; jinnota li fil-livell Ewropew, il-miżuri ta' appoġġ kienu meqjusa li ma tfasslux tajjeb u lanqas ma ġew sorveljati kif jixraq, u li ma pprovdewx qafas ċar biżżejjed għall-iżvilupp tal-akkwakultura; jinnota wkoll li, fil-livell nazzjonali, il-miżuri ta' appoġġ la tfasslu b'mod korrett u lanqas ma ġew applikati kif suppost, u li l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali u l-programmi operattivi tagħhom ma pprovdewx bażi ċara biżżejjed għall-promozzjoni tal-akkwakultura, u li s-sitwazzjoni ma kinitx tjiebet bl-appoġġ tal-FEMS;

79.  Jirrimarka li l-edukazzjoni u l-komunikazzjoni tajba se jattiraw liż-żgħażagħ lejn dan is-settur, jiżguraw il-futur u l-kompetittività tiegħu, u jwasslu għal teknoloġija ġdida u innovazzjoni fl-iżvilupp tiegħu;

80.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill iżidu l-intensità tal-appoġġ għall-appoġġ għal investiment fl-akkwakultura tal-ilma ħelu għal 75 % fil-politika tas-sajd ta' wara l-2020 sabiex tingħata spinta lir-rieda għall-investiment u biex tiġi pprovduta l-għajnuna tant meħtieġa lil dawk li jrabbu l-ħut; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tħejji, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment, skema ta' appoġġ tar-rata ta' finanzjament għall-investimenti fl-akkwakultura u l-assi likwidi fuq livell tal-UE;

81.  Jipproponi wkoll iż-żieda tal-appoġġ tal-UE fil-futur għal-Innovazzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp marbuta mal-akkwakultura, b'mod partikolari fir-rigward ta' oqsma li jaffettwaw is-sostenibilità ekonomika u l-kompetittività internazzjonali bħalma huma l-effiċjenza tal-enerġija u tar-riżorsi, l-iżvilupp ta' materjali bijoloġiċi għall-finanzjament, it-tnaqqis tal-piż fuq l-ambjent, il-provvediment ta' servizzi ambjentali ta' livell ogħla, eċċ.;

82.  Jinnota li, minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEMS u l-approvazzjoni tal-programmi operattivi tal-Istati Membri, l-operaturi fil-fatt ma setgħux jibdew jibbenefikaw mill-fondi tal-FEMS qabel tmiem l-2016, u dan ifisser dewmien ta' kważi tliet snin;

83.  Jitlob simplifikazzjoni tal-proċedura u tad-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati sabiex jinkiseb finanzjament mill-FEMS;

84.  Jitlob li l-iskemi kollha li jipprevjenu l-promozzjoni tal-akkwakultura, inkluż permezz ta' strumenti finanzjarji oħra tal-UE (bħal pereżempju l-FEŻR), jiġu rieżaminati b'mod orjentat lejn is-sussidju;

85.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel sforzi ulterjuri u tipprovdi għajnuna addizzjonali meħtieġa biex tippermetti lill-utenti tal-FEMS jiksbu aċċess għall-finanzjament;

86.  Jenfasizza li huwa meħtieġ appoġġ aktar qawwi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru pilastri tal-OKS;

Simbjożi armonjuża mas-sajd

87.  Jirrimarka li m'għandux ikun hemm antagoniżmu bejn is-sajd u l-akkwakultura u li ż-żewġ setturi jistgħu jkunu perfettament kompatibbli u komplementari, b'mod speċjali fir-reġjuni kostali jew il-gżejjer li huma dipendenti ħafna fuq dawk l-attivitajiet u li fihom jiġi pprattikat is-sajd artiġjanali; jappella, għalhekk, għal installazzjonijiet offshore tal-akkwakultura li għandhom jiġu żviluppati aktar;

88.  Jenfasizza li l-akkwakultura tal-baħar hija kompatibbli u komplementari mas-sajd kostali fir-reġjuni ultraperiferiċi, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp ta' tekniki tat-trobbija u tal-għażla tal-varjetajiet fl-ilmijiet sħan taż-żoni tropikali jew subtropikali; jistieden lill-Kummissjoni tirrileva r-rwol moqdi min-nisa fis-sajd kostali mhux industrijali u fl-attivitajiet assoċjati kollha;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni talloka aktar finanzjament għal metodi ta' produzzjoni tal-akkwakultura ambjentalment responsabbli bħal sistemi tal-akkwakultura tal-baħar ta' konteniment magħluq (CCS) u sistemi ta' ċirkolazzjoni mill-ġdid ibbażati fuq l-art (RASs) sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv tal-akkwakultura fuq il-ħabitats, il-popolazzjonijiet tal-ħut selvaġġ u tal-kwalità tal-ilma;

90.  Itenni l-fehmiet li diġà esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-adozzjoni ta' Pjan Ewropew ta' Kontroll tal-Istokkijiet tal-Marguni, u jindika li t-tnaqqis fil-ħsarat ikkawżati mill-marguni u minn tajr ieħor tal-priża lill-azjendi tal-akkwakultura huwa fattur importanti għall-ispejjeż tal-produzzjoni u għaldaqstant għas-sopravvivenza u l-kompetittività tagħhom; jistieden lill-Istati Membri japplikaw l-eċċezzjonijiet attwali fil-każ tar-russetti u l-marguni u lill-Kummissjoni biex jirrieżaminaw l-istat ta' konservazzjoni tal-lontra;

91.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, tieħu azzjoni biex jitnaqqsu b'mod drastiku l-istokkijiet tal-marguni bl-użu tal-metodi kollha sabiex, minn naħa, l-eżistenza tal-istokkijiet tal-marguni tiġi assigurata u, min-naħa l-oħra, ma tinħoloq l-ebda theddida għal speċijiet oħra u tiġi evitata kwalunkwe ħsara lill-akkwakulturi kkonċernati;

o
o   o

92.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 1.
(2) ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.
(3) ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15.
(4) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.
(5) ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.
(6) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(7) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(8) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.
(9) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(10) ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.
(11) ĠU C 21 E, 28.1.2010, p. 11.
(12) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 132.
(13) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 119.
(14) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 177.
(15) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 64.
(16) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 40.
(17) Testi adottati, P8_TA(2017)0316.
(18) Il-Kummissjoni Ewropea (29 ta' Ġunju 2017), ‘Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (RAM)’, p. 10.
(19) ‘Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM)’, p. 15.
(20) Ibid, p. 12.

Avviż legali