Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018 - StrasburguVerżjoni finali
It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos
 Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2019 - it-taqsimiet kollha
 Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
 Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
 Appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri***I
 Varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika *
 Varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA *
 Varar fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika *
 It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I
 L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri ***I
 L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali ***I
 L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment ***I
 L-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku *
 Tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810
 Awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122

It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois
PDF 130kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois (2018/2075(IMM))
P8_TA(2018)0401A8-0349/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois, imressqa fil-21 ta' Frar 2018 mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Libertajiet tar-Repubblika ta’ Franza b'rabta ma' inkjesta ġudizzjarja (B-49 2018/00242) miftuħa kontra Steeve Briois fil-Qorti Reġjonali ta' Nanterre fuq ilment b'intervent ċivili mill-assoċjazzjoni "Maison des Potes – Maison de l'Égalité" għal tixwix pubbliku għal diskriminazzjoni razzjali jew reliġjuża u mħabbra fis-seduta plenarja fit-28 ta' Mejju 2018,

–  wara li sema' lil Steeve Briois skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, kif emendat mil-Liġi Kostituzzjonali Nru 95-880 tal-4 ta' Awwissu 1995,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0349/2018),

A.  billi l-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Appell ta' Versailles talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Steeve Briois, b'rabta ma' proċediment legali fir-rigward tar-reat allegat;

B.  billi t-tneħħija tal-immunità ta' Steve Briois hija marbuta mar-reat allegat ta' tixwix pubbliku għad-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità, razza jew reliġjon bil-kliem, bil-miktub, b'immaġni jew b'mezz ta' kommunikazzjoni elettronika lill-pubbliku minn persuna jew persuni mhux magħrufa, reat previst mil-liġi Franċiża, jiġifieri l-Artikoli 24 paragrafu 8, 23 paragrafu 1 u 42 tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881 u l-Artikolu 93 paragrafu 3 tal-Liġi Nru 82-652 tad-29 ta' Lulju 1982, li l-pieni għalih huma stabbiliti fl-Artikolu 24 paragrafi 8, 10, 11 u 12 tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881 u fl-Artikolu 121 paragrafu 7 tal-Kodiċi Kriminali Franċiż;

C.  billi l-inkjesta ġudizzjarja kontra Steeve Briois infetħet insegwitu ta’ azzjoni ċivili mressqa fit-22 ta' Mejju 2014 mill-"Maison des Potes – Maison de l'Égalité";

D.  billi l-ilment kellu x'jaqsam ma' dikjarazzjonijiet li saru f'fuljett bl-isem "Manwal għall-kunsilliera lokali tal-Front National", ippubblikat fid-19 ta' Settembru 2013 u ppubblikat fuq is-sit web uffiċjali tal-federazzjoni tal-Front National fit-30 ta' Novembru 2013, li ħeġġeġ lill-kandidati tal-Front National eletti għall-kariga ta' kunsillier lokali fl-elezzjonijiet li saru fit-23 u fit-30 ta' Marzu 2014 jirrakkomandaw, fl-ewwel seduta tal-kunsill lokali l-ġdid tagħhom, li għandha tingħata prijorità lill-poplu Franċiż ("priorité nationale") meta tkun qed tiġi allokata abitazzjoni soċjali;

E.  billi l-liġi Franċiża tista' tattribwixxi r-responsabbiltà kriminali mhux biss lill-awtur materjali ta' pubblikazzjoni;

F.  billi l-investigaturi kienu infurmati fl-andament tal-investigazzjoni mid-direttur ta' dak iż-żmien tal-pubblikazzjonijiet tal-Front National li l-manwal ikkontestat kien tfassal mis-servizzi tas-segretarjat ġenerali; billi Steeve Briois dak iż-żmien kien segretarju ġenerali;

G.  billi biex ikun jista' jsir l-interrogatorju tal-ewwel dehra ta' Steeve Briois b'rabta mal-akkużi mressqa kontrih, l-awtoritajiet kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu;

H.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament ta' dak l-Istat;

I.  billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jitressaq il-qorti, jiġi investigat, arrestat, detenut jew ipproċessat minħabba opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fil-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tiegħu;

J.  billi l-ambitu tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Franċiż jikkorrispondi fil-fatt għall-ambitu tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex Membru tal-Parlament Ewropew ikun kopert bl-immunità, opinjoni trid tingħata mill-Membru fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja;

K.  billi Steeve Briois ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew meta seħħ l-allegat reat, jiġifieri fid-19 ta' Settembru u fit-30 ta' Novembru 2013, iżda l-materjali allegatament offensivi kienu għadhom disponibbli għall-konsultazzjoni minn kwalunkwe persuna li xtaqet taċċedi għalihom fit-23 ta' Ġunju u fit-2 ta' Ottubru 2014;

L.  billi l-akkużi huma manifestament mhux relatati mal-pożizzjoni ta' Steeve Briois bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jikkonċernaw, minflok, attivitajiet ta' natura nazzjonali jew reġjonali, peress li d-dikjarazzjonijiet saru lill-membri prospettivi tal-kunsill lokali fid-dawl tal-elezzjonijiet lokali ppjanati għat-23 u t-30 ta' Marzu 2014;

M.  billi l-azzjonijiet allegati ma humiex relatati ma' xi opinjoni espressa jew vot mitfugħ mill-Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

N.  billi ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissuspetta li l-intenzjoni li fuqha huma bbażati l-proċedimenti legali, li nfetħu wara rikors mill-Assoċjazzjoni "Maison des Potes – Maison de l'Égalité" u ppreżentatż qabel ma l-Membru kiseb is-siġġu tiegħu fil-Parlament Ewropew, hija li tostakola l-ħidma parlamentari ta' Steeve Briois (fumus persecutionis);

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Steeve Briois;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Steeve Briois.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C‑200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C‑163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel
PDF 129kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel (2018/2076(IMM))
P8_TA(2018)0402A8-0350/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel, imressqa fil-21 ta' Frar 2018 mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Libertajiet tar-Repubblika Franċiża b'rabta ma' inkjesta ġudizzjarja (B-49 2018/00243) miftuħa fil-konfront ta' Sophie Montel fil-Qorti Reġjonali ta' Nanterre fuq ilment b'intervent ċivili mill-assoċjazzjoni "Maison des Potes – Maison de l'Égalité" bl-imputazzjoni ta' tixwix pubbliku għad-diskriminazzjoni razzjali jew reliġjuża, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-28 ta' Mejju 2018,

–  wara li sema' lil Sophie Montel skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, kif emendat mil-Liġi Kostituzzjonali Nru 95-880 tal-4 ta' Awwissu 1995,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0350/2018),

A.  billi l-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Appell ta' Versailles talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Sophie Montel, b'rabta ma' proċediment legali fir-rigward tar-reat allegat;

B.  billi t-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel hija marbuta mar-reat allegat ta' tixwix pubbliku għad-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità, razza jew reliġjon bil-kliem, bil-miktub, b'immaġni jew b'mezz ta' kommunikazzjoni elettronika lill-pubbliku minn persuna jew persuni mhux magħrufa, reat previst mil-liġi Franċiża, jiġifieri l-Artikoli 24 paragrafu 8, 23 paragrafu 1 u 42 tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881 u l-Artikolu 93 paragrafu 3 tal-Liġi Nru 82-652 tad-29 ta' Lulju 1982, li l-pieni għalih huma stabbiliti fl-Artikolu 24 paragrafi 8, 10, 11 u 12 tal-Liġi tad-29 ta' Lulju 1881 u fl-Artikolu 121 paragrafu 7 tal-Kodiċi Kriminali Franċiż;

C.  billi l-inkje sta ġudizzjarja kontra Sophie Montel infetħet fuq azzjoni ċivili mniedija fit-22 ta' Mejju 2014 mill-assoċjazzjoni "Maison des Potes-Maison de l'Égalité";

D.  billi l-ilment kellu x'jaqsam ma' dikjarazzjonijiet li saru f'fuljett bl-isem "Manwal għall-kunsilliera lokali tal-Front National", ippubblikat fid-19 ta' Settembru 2013 u ppubblikat fuq is-sit web uffiċjali tal-federazzjoni tal-Front National fit-30 ta' Novembru 2013, li ħeġġeġ lill-kandidati tal-Front National eletti għall-kariga ta' kunsillier lokali fl-elezzjonijiet li saru fit-23 u fit-30 ta' Marzu 2014 jirrakkomandaw, fl-ewwel seduta tal-kunsill lokali l-ġdid tagħhom, li għandha tingħata prijorità lill-poplu Franċiż ("priorité nationale") meta tkun qed tiġi allokata abitazzjoni soċjali;

E.  billi l-liġi Franċiża tista' tattribwixxi r-responsabbiltà kriminali mhux biss lill-awtur materjali ta' pubblikazzjoni;

F.  billi l-investigaturi kienu infurmati fl-andament tal-investigazzjoni mid-direttur ta' dak iż-żmien tal-pubblikazzjonijiet tal-Front National li l-manwal ikkontestat kien tfassal mis-servizzi tas-segretarjat ġenerali; billi dak iż-żmien Sophie Montel kienet responsabbli għall-koordinazzjoni tar-rappreżentanti eletti f'dak is-segretarjat ġenerali;

G.  billi sabiex isir l-interrogatorju tal-ewwel dehra ta' Sophie Montel b'rabta mal-akkużi mressqa fil-konfront tagħha, l-awtoritajiet kompetenti talbu li titneħħa l-immunità tagħha;

H.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament ta' dak l-Istat;

I.  billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jitressaq il-qorti, jiġi investigat, arrestat, detenut jew ipproċessat minħabba opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fil-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tiegħu;

J.  billi l-ambitu tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Franċiż jikkorrispondi fil-fatt għall-ambitu tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex Membru tal-Parlament Ewropew ikun kopert bl-immunità, opinjoni trid tingħata mill-Membru fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja;

K.  billi Sophie Montel ma kinitx Membru tal-Parlament Ewropew meta seħħ l-allegat reat, jiġifieri fid-19 ta' Settembru u fit-30 ta' Novembru 2013, iżda l-materjali allegatament offensivi kienu għadhom disponibbli għall-konsultazzjoni minn kwalunkwe persuna li xtaqet taċċedi għalihom fit-23 ta' Ġunju u fit-2 ta' Ottubru 2014;

L.  billi l-akkużi m'għandhom b'mod manifest l-ebda rabta mal-pożizzjoni ta' Sophie Montel bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jikkonċernaw minflok attivitajiet ta' natura purament nazzjonali jew reġjonali, fid-dawl tal-fatt li d-dikjarazzjonijiet saru lill-membri potenzjali għall-kunsilli lokali fid-dawl tal-elezzjonijiet lokali fit-23 u fit-30 ta' Marzu 2014;

M.  billi l-azzjonijiet allegati ma humiex relatati ma' xi opinjoni espressa jew vot mitfugħ mill-Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

N.  billi ma hemmx is-suspett ta' tentattiv li jiġi ostakolat ix-xogħol parlamentari ta' Sophie Montel (fumus persecutionis) f'dan il-proċediment legali, imniedi insegwitu ta' azzjoni tal-assoċjazzjoni "Maison des Potes – Maison de l'Égalité” u mressaq qabel ma assumiet l-kariga tagħha ta' Membru fil-Parlament Ewropew;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Sophie Montel;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Sophie Montel.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C‑200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C‑163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos
PDF 127kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (2018/2041(IMM))
P8_TA(2018)0403A8-0351/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos, imressqa fis-27 ta' Frar 2018 mill-Viċi Prosekutur Ġenerali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika, għall-inadempjenza ta' ħlas ta' bonus tal-Għid ta' EUR 986.46 (il-fajl Nru AVM O 2017/6101), u mħabbra fis-seduta plenarja tal-14 ta' Marzu 2018,

–  wara li sema' lil Georgios Kyrtsos, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0351/2018),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenikatalab it-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' proċediment legali possibbli fir-rigward ir-reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-Istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jipprevedi li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu mħarrka, arrestati, inkarċerati jew detenuti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;

D.  billi Georgios Kyrtsos, bħala rappreżentant legali (president u uffiċjal kap eżekuttiv) tal-kumpaniji KMP Publishing House Ltd u Free Sunday Publishing House Ltd, impjega lill-eks-impjegat tiegħu fis-26 ta' Lulju 2005 f'isem il-KMP Publishing House Ltd b'kuntratt għal impjieg fiż-żewġ kumpaniji bħala direttur tal-arti;

E.  billi Georgios Kyrtsos huwa akkużat li ma ħallasx lill-eks-impjegat tiegħu bonus tal-Għid ta' EUR 986.46 fis-27 ta' April 2016, bi ksur tal-Liġi ta' Emerġenza Nru 690/1945, kif sostitwita mill-Artikolu 8(1) tal-Liġi 236/95, u dan jikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 28 tal-Liġi Nru 3996/2011, flimkien mad-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta 19040/1981;

F.  billi, b'mod ċar, ir-reat allegat ma għandu ebda rabta diretta mal-kariga ta' Georgios Kyrtsos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda minflok huwa marbut mal-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' maniġer taż-żewġ ditti tal-gazzetti tiegħu;

G.  billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiet tal-Membru tal-Parlament Ewropew inkwistjoni għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru. 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.  billi ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jissuspetta li l-intenzjoni li jitressqu l-proċedimenti kriminali hija li jagħmlu ħsara lill-attività politika ta' Membru (fumus persecutionis);

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Georgios Kyrtsos;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Griegi u lil Georgios Kyrtsos.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2019 - it-taqsimiet kollha
PDF 209kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (11737/2018 – C8-0410/2018 – 2018/2046(BUD))
P8_TA(2018)0404A8-0313/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4) ("ir-Regolament dwar il-QFP"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019(7),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Ġunju 2018 (COM(2018)0600),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2018 (11737/2018 – C8-0410/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz tal-baġit 2019(8),

–  wara li kkunsidra l-Ittra ta’ Emenda Nru 1/2019 (COM(2018)0709) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0313/2018),

Taqsima III

Ħarsa ġenerali

1.  Jenfasizza li l-qari tal-Baġit 2019 min-naħa tal-Parlament jirrifletti bis-sħiħ il-prijoritajiet politiċi adottati b'maġġoranza assoluta fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-linji gwida ġenerali u tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-mandat għat-trilogu; ifakkar li fil-qalba ta' dawn il-prijoritajiet hemm: it-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni, il-kompetittività, is-sigurtà, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tar-rifuġjati u tal-flussi migratorji, il-ġestjoni tal-flussi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn enerġija sostenibbli, u enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ;

2.  Jenfasizza li qabel l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, din tal-aħħar teħtieġ ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tirrispondi għall-aspettattivi taċ-ċittadini, biex tkun tista' tindirizza b'mod effikaċi d-diversi prijoritajiet imsemmija hawn fuq u tegħleb l-isfidi li qed tiffaċċja, u biex ittejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha;

3.  Jirrimarka li ċ-ċittadini tal-Ewropa jistennew li l-Unjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura t-tkabbir ekonomiku u trawwem il-ħolqien tal-impjiegi b'mod uniformi fir-reġjuni kollha tagħha; ifakkar li l-issodisfar ta' dawn l-aspettattivi jirrikjedi investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u li tippromwovi l-impjiegi, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ tal-Ewropa; jesprimi diżapprovazzjoni dwar il-fatt li l-Kunsill għal darb'oħra qed jipproponi tnaqqis għal dawk il-programmi li huma mfassla biex l-ekonomija tal-Unjoni ssir aktar kompetittiva u innovattiva; jenfasizza wkoll li ħafna minn dawn il-programmi, pereżempju Orizzont 2020, jirċievu għadd ta' talbiet ferm akbar milli kien ippjanat, u dan jikkostitwixxi użu ħażin ta' riżorsi u jfisser li ħafna proġetti eċċellenti ma jirċivux finanzjament; jenfasizza wkoll il-fatt li l-programmi bħall-Erasmus+, Orizzont 2020 u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju (COSME) jipprovdu dimostrazzjoni ħajja tal-vantaġġi tal-kooperazzjoni madwar l-Unjoni u jgħinu biex jinħoloq sens ta' appartenenza Ewropea; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-Erasmus+ u jsaħħaħ il-programmi li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, inkluż Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) u COSME;

4.  Itenni l-impenn tiegħu lejn il-wegħdiet li għamel waqt in-negozjati tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), jiġifieri li jiġi minimizzat l-impatt tat-tnaqqis relatat mal-FEIS fuq Orizzont 2020 u l-FNE fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; jipproponi, għalhekk, li dak it-tnaqqis jiġi kkumpensat billi l-profil annwali oriġinali ta' dawn iż-żewġ programmi jerġa' jiġi kif kien, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu kompletament l-objettivi miftiehma matul l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

5.  Jenfasizza li l-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli b'mod inaċċettabbli f'ċerti Stati Membri speċjalment fir-reġjuni li għadhom lura ekonomikament, u li l-qagħda taż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet NEET (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ), u ta' dawk qiegħda fit-tul, hija partikolarment inkwetanti; jenfasizza li ż-żgħażagħ huma l-aktar f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali u ekonomika; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) lil hinn mil-livell propost mill-Kummissjoni; jenfasizza li tali tisħiħ ma għandu bl-ebda mod jitqies bħala forniment minn qabel tal-allokazzjoni tal-YEI approvata fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; jissottolinja, madankollu, li l-YEI għandha tittejjeb aktar u ssir aktar effiċjenti u jħeġġeġ lill-Istati Membri iżidu l-livell ta' assorbiment tal-finanzjament u joħolqu aktar impjiegi taż-żgħażagħ ta' kwalità;

6.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' ġlieda qawwija kontra l-faqar;

7.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tkabbir tal-Unjoni u fil-konverġenza fl-Istati Membri u r-reġjuni; jenfasizza l-impenn li ħa l-Parlament biex jiżgura approprjazzjonijiet adegwati għal dawk il-programmi li jirrappreżentaw politika ewlenija tal-Unjoni;

8.  Jenfasizza li l-Fondi taħt il-politika ta' Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw ir-rilokazzjoni, la direttament u lanqas indirettament, kif definita fl-Artikolu 2(61a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet taħt il-Fondi ma jingħatawx lill-benefiċjarji li wettqu rilokazzjoni fi żmien ħames snin qabel l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni; u biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu lura b'mod sħiħ mill-benefiċjarji li jwettqu rilokazzjoni sa ħames snin wara li jkunu rċevew il-kontribuzzjoni;

9.  Jiddispjaċih li, skont il-projezzjonijiet kurrenti, se jkunu ddedikati biss 19,3 % tal-baġit tal-Unjoni tal-2014 – 2020 għall-miżuri relatati mal-klima, u b'hekk l-objettiv ta' 20 %, stabbilit qabel il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, mhux se jintlaħaq minn qabel il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; jifhem li dan huwa dovut l-aktar għad-dewmien fil-politika ta' koeżjoni u l-programmi tal-iżvilupp rurali; iħeġġeġ lill-Istati Membri, li jiġġestixxu dawn il-programmi, biex iħaffu l-implimentazzjoni tagħhom b'enfasi fuq l-infiq relatat mal-klima sabiex jikkumpensaw għall-allokazzjonijiet aktar baxxi li jkunu saru matul l-ewwel snin tal-QFP; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta' azzjoni fi ħdan programmi li għandhom potenzjal enormi li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira ta' nfiq relatat mal-klima; jitlob ukoll li jkun hemm eżerċizzju ta' konsolidazzjoni robust u annwali biex isir progress lejn il-mira ta' integrazzjoni, b'salvagwardji konkreti u koerenti li jiggarantixxu li deċiżjonijiet baġitarji reżistenti għat-tibdil fil-klima jkunu konformi mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, u jkun hemm rappurtar komprensiv biex jiġu mnedija inizjattivi jekk il-miri ma jintlaħqux;

10.  Jissottolinja l-fatt li l-Intestatura 3 fil-parti l-kbira tagħha ġiet mobilizzata f'dawn l-aħħar snin biex tiġi indirizzata l-isfida migratorja u tar-rifuġjati u li tali azzjonijiet għandhom jitkomplew u jiġu msaħħa kemm jista' jkun u għal kemm ikun meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod attiv l-adegwatezza tal-allokazzjonijiet taħt l-Intestatura 3 u tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti disponibbli kollha biex twieġeb fil-ħin għal kwalunkwe avveniment mhux previst li jista' jirrikjedi finanzjament addizzjonali fil-qasam tal-migrazzjoni b'attenzjoni speċjali għall-każ tar-reġjuni insulari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jiddeċiedi li jsaħħaħ il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) biex ikopri bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni, b'mod partikolari biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-miżuri ta' integrazzjoni u l-prattiki għal dawk li jfittxu l-asil u l-migranti, u t-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u strateġiji ta' ritorn ġusti u effikaċi; jinnota, għal darb'oħra, li l-limitu massimu tal-Intestatura 3 mhuwiex adegwat biex jipprovdi finanzjament xieraq għad-dimensjoni interna ta' dawk il-prijoritajiet, kif ukoll għal programmi ta' prijorità oħrajn, pereżempju fl-oqsma tas-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, is-sigurtà, il-ġustizzja, iċ-ċittadinanza u l-kultura; iqis li l-awtoritajiet lokali b'rieda li jappoġġaw il-Programm tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni għandhom ikomplu jiġu appoġġati permezz ta' fergħa ta' ġestjoni diretta tal-AMIF;

11.  Jinsisti li fid-dawl tat-tħassib riċenti ta' sigurtà madwar l-Unjoni, il-finanzjament taħt l-Intestatura 3 għandu jagħti wkoll attenzjoni partikolari lil miżuri li se jwasslu biex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni; jiddeċiedi, għal din ir-raġuni, biex jsaħħaħ l-aġenziji fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira (eu-LISA), l-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) li, minħabba żieda fil-volum tax-xogħol u kompiti addizzjonali, kienu qed jiffaċċjaw nuqqas ta' persunal u finanzjament f'dawn l-aħħar snin;

12.  Itenni li parti mis-soluzzjoni tal-isfida migratorja u tar-rifuġjati kif ukoll tat-tħassib dwar is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni tinsab fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u fl-allokazzjoni ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti għal strumenti interni u esterni li għandhom l-għan li jindirizzaw kwistjonijiet bħall-faqar, in-nuqqas ta' impjiegi, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ekonomiċi, l-instabbiltà, il-kunflitt u t-tibdil fil-klima fil-Viċinat Ewropew u l-Afrika; hu tal-fehma li l-Unjoni għandha tagħmel l-aħjar użu tal-mezzi finanzjarji taħt l-Intestatura 4 li wrew li kienu insuffiċjenti biex jiġu indirizzati bl-istess mod l-isfidi esterni kollha;

13.  Jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri minħabba l-fluss kbir ta' migranti u persuni li qed ifittxu l-asil; jiddispjaċih li sa issa l-isforzi kollha biex tiġi stabbilita skema tal-migranti ġusta u umana fil-livell tal-Unjoni ma rnexxewx;

14.  Jiddispjaċih li l-Parlament ma kienx involut b'mod xieraq fid-diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija (FRT); itenni l-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li inizjattivi ġodda ma jridux jiġu ffinanzjati għad-detriment ta' proġetti esterni eżistenti tal-Unjoni; isostni, filwaqt li jfakkar fl-appoġġ tiegħu għall-kontinwazzjoni tal-FRT, li, minħabba s-sitwazzjoni mġebbda taħt l-Intestatura 4 għal reazzjoni għal sfidi esterni, inkluża l-migrazzjoni, il-baġit tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tat-tieni porzjon bl-istess proporzjon bħal tal-ewwel wieħed, jiġifieri EUR 1 biljun, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu EUR 2 biljun għall-finanzjament tiegħu;

15.  Ifakkar fl-importanza tat-Turkija bħala pajjiż ġar, inkluż għall-istabbiltà reġjonali, u jisħaq fuq il-ħtieġa li t-Turkija tirrispetta d-dritt internazzjonali fir-reġjun u tirritorna lejn perkors ta' riforma li tiggarantixxi l-benesseri taċ-ċittadini tagħha u r-rispett sħiħ tad-drittijiet kollha tagħhom;

16.  Ireġġa' lura t-tnaqqis kollu propost mill-Kunsill għall-Abbozz ta' Baġit 2019 (AB 2019) fl-intestaturi kollha, b'eċċezzjonijiet limitati fl-Intestatura 4 u s-subintestatura 1b; jirrifjuta li jaċċetta t-tnaqqis propost għall-programmi bl-ogħla valur miżjud Ewropew, pereżempju it-tnaqqis għal Orizzont 2020 u għall-FNE, żewġ programmi li diġà huma affettwati minn riallokazzjonijiet għall-FEIS, jew il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis għall-politiki esterni; jenfasizza li l-loġika wara t-tnaqqis tal-Kunsill mhijiex sostanzjata miċ-ċifri ta' implimentazzjoni reali u ma tikkunsidrax ix-xejriet ta' implimentazzjoni differenti ta' ċerti programmi;

17.  Jikkonkludi li, għall-fini ta' finanzjament adegwat għall-ħtiġijiet urġenti kollha, u meta jitqiesu l-marġnijiet stretti ħafna jew ineżistenti taħt xi intestaturi fl-2019, ikun meħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli fir-Regolament dwar il-QFP f'termini ta' flessibbiltà; jistenna li l-Kunsill jikkondividi dan l-approċċ u li ftehim ikun faċli jintlaħaq fil-konċiljazzjoni, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' taħtaf l-opportunità u tirrispondi b'mod effikaċi għall-isfidi li ġejjin, b'mod partikolari minħabba li l-konċiljazzjoni ta' din is-sena se tkun l-aħħar waħda qabel l-elezzjonijiet Ewropew f'Mejju 2019;

18.  Jistabbilixxi l-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet għall-2019 għal EUR 166 340 415 936 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 149 349 039 470 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li jfisser żieda ta' EUR 721 061 034 f'approprjazzjonijiet ta' impenn meta mqabbel mal-AB 2019;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

19.  Jirrifjuta t-tnaqqis mhux ġustifikat min-naħa tal-Kunsill ta' EUR 794 miljun għas-subintestatura 1a, li jirrappreżenta ftit aktar minn nofs it-tnaqqis kumplessiv tal-Kunsill f'impenji fl-intestaturi tal-QFP; jinnota li dan it-tnaqqis imur kontra l-prijoritajiet politiċi li ddikjara l-Kunsill; huwa mħasseb ukoll dwar il-fatt li dawn jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tal-programmi li għandhom rwol vitali fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, li jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-ekonomija;

20.  Jindika f'dan ir-rigward il-programmi bħal Orizzont 2020 u l-FNE u l-programmi spazjali ewlenin, bħal Copernicus, li jipprovdu valur miżjud Ewropew b'saħħtu ħafna; jiddeplora t-tnaqqis sinifikanti propost mill-Kunsill fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni b'impatt negattiv kbir ħafna fuq Orizzont 2020, u jiddeplora b'mod speċjali t-tnaqqis f'linji baġitarji rilevanti bħat-Tisħiħ tar-riċerka f'teknoloġiji futuri u emerġenti u t-Tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka; jinnota wkoll li ħafna minn dawn il-programmi jagħtu kontribut importanti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jqis li jeħtieġ li jissaħħaħ tali kontribut; jiddeċiedi għalhekk li jiġi rrevokat it-tnaqqis kollu li għamel il-Kunsill u, barra minn hekk, jitreġġa' lura kompletament il-profil oriġinali ta' Orizzont 2020 u l-linji tal-FNE li tnaqqsu għall-għoti tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS;

21.  Ifakkar li l-Erasmus+ jibqa' programm ta' valur kbir u popolari ħafna li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali taż-żgħażagħ, kif jidher mill-volum tal-applikazzjonijiet riċevuti, li jaqbeż b'ħafna l-finanzjament disponibbli, u jinnota wkoll li jgħin fit-trawwim ta' sens b'saħħtu ta' identità Ewropea u jħeġġeġ liż-żgħażagħ jieħdu sehem fid-demokrazija Ewropea; jiddispjaċih ħafna li l-abbozz tal-baġit tal-2019 għall-Erasmus+ ma jissodisfax l-aspettattivi tal-Parlament, u naqas milli jmur lil hinn miċ-ċifri pprogrammati taħt il-QFP kurrenti; iqis li huwa għalhekk essenzjali li jissaħħu l-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ tal-Erasmus+, bħala konsegwenza tat-tisħiħ tal-YEI taħt is-subintestatura 1b;

22.  Jiddispjaċih li wara l-pubblikazzjoni, fit-3 ta' Frar 2014, tal-ewwel rapport tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni rrifjutat li tkompli dik il-prattika ta' rapporti annwali u minflok integrat il-politiki kontra l-korruzzjoni fis-Semestru Ekonomiku; jinnota li r-rapporti speċifiċi għall-pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ekonomiku ma fihomx deskrizzjoni ċara tas-sitwazzjoni attwali, u lanqas ma fihom rakkomandazzjonijiet dwar miżuri kontra l-korruzzjoni għall-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal darb'oħra tissottometti lill-Parlament it-tieni rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni, u f'dan il-kuntest ma tevalwax l-isforzi kontra l-korruzzjoni biss f'termini ta' telf ekonomiku iżda wkoll biex tanalizza l-effetti detrimentali tal-korruzzjoni fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni;

23.  Ifakkar fl-importanza li jitrawmu sinerġiji estensivi bejn l-FNE Trasport u l-FNE Diġitali sabiex jiġi mmassimizzat l-ingranaġġ finanzjarju għall-proġetti li għandhom l-għan li jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni tal-kurituri TEN-T;

24.  Jenfasizza għal darb'oħra l-fatt li l-SMEs huma parti essenzjali mill-ekonomija tal-Unjoni u għandhom rwol kruċjali fil-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni kollha; jemmen li hemm il-ħtieġa li jinħoloq ambjent tan-negozju favorevoli għall-SMEs, kif ukoll li jiġu appoġġati r-raggruppamenti u n-netwerks tal-SMEs, li jiġu appoġġati wkoll kumpaniji kooperattivi bi prattiki soċjali, ta' solidarjetà u etiċi; jinnota bi tħassib kbir, madankollu, it-tnaqqis propost mill-Kunsill fl-istrument għall-SMEs, li jibgħat sinjal kontradittorju lin-negozji fl-Unjoni; iqis li l-baġit tal-Unjoni u l-appoġġ tagħha għall-aċċess għal finanzjament, in-negozji ġodda u l-mikrointrapriżi jistgħu jkunu għodda ewlenija biex l-SMEs isiru aktar kompetittivi u aktar innovattivi u titrawwem l-intraprenditorija fl-Unjoni; ifakkar f'dan ir-rigward f'COSME u Orizzont 2020;

25.  Jiddeċiedi, għalhekk, li jissaħħu ulterjorment, lil hinn mill-AB 2019 u mill-profili inizjali ta' qabel il-FEIS, dawk il-programmi li huma essenzjali biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u li jirriflettu b'mod wiesa' l-prijoritajiet tal-Unjoni li ntlaħaq qbil dwarhom, jiġifieri Erasmus+, Orizzont 2020 (inklużi Marie Curie, ir-rwol ta' tmexxija fl-ispazju, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Istrument għall-SMEs), COSME, il-FNE u l-EaSI;

26.  Iżid għalhekk il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1a lil hinn mill-AB 2019 b'EUR 566 773 112 (minbarra t-treġġigħ lura għal qabel il-FEIS, kumpens għall-proposta tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), biex jiġu ffinanzjati fi ħdan il-marġni disponibbli kif ukoll b'mobilizzazzjoni ulterjuri tal-Marġni Globali għall-Impenji;

27.  Jilqa' l-impenn għal aġenda mġedda tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża, primarjament permezz tal-ftehim dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP); jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-ftehimiet li jinsabu fl-EDIDP u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif stabbiliti fl-Ittra Emendatorja, maħruġa mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2018;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rata dejjem tonqos tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-livell tal-Unjoni b'14,8 % (mill-1 ta' Ottubru 2018), iżda jiddispjaċih li l-livell xorta għadu għoli b'mod inaċċettabbli f'ċerti Stati Membri; jenfasizza li, sabiex tiġi indirizzata dik il-kwistjoni, hu ferm importanti li jkun żgurat finanzjament adegwat ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ permezz tal-YEI u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jilqa' l-ftehim dwar il-ħtieġa li jingħata finanzjament ġdid għall-YEI, u l-inklużjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti fl-AB 2019; iqis madankollu li, fid-dawl tal-isfidi u r-riskji kkawżati mill-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-YEI għandha tibbenefika minn żieda fl-approprjazzjonijiet u għaldaqstant jiddeċiedi li jżid l-impenji għall-YEI għal EUR 580 miljun fl-2019; iqis li dik iż-żieda hija addizzjonali għall-ammont għall-YEI attwalment ipprogrammat għall-perjodu 2014-2020;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni tiġi aċċellerata biex tlaħħaq mad-dewmien; jinnota li għalkemm il-Kunsill ma ddubitax il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kif propost mill-Kummissjoni, il-Parlament se jeżamina bir-reqqa l-previżjonijiet aġġornati tal-Kummissjoni, li jaġġusta l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal bżonnijiet reali sabiex jevita r-rikostituzzjoni ta' pagamenti pendenti fi tmiem il-QFP kurrenti;

30.  Jenfasizza, b'dispjaċir, li d-diżastri ġeneralment jolqtu lil dawk li għandhom inqas mezzi biex jipproteġu ruħhom, jinnota li r-rispons għad-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem jenħtieġ li; jkun rapidu kemm jista' jkun biex il-ħsara tkun minima u n-nies u l-proprjetà jiġu salvati; jenfasizza l-ħtieġa għal żieda addizzjonali fil-fondi, b'mod partikolari fil-linji baġitarji marbuta mal-prevenzjoni tad-diżastri u l-istat ta' tħejjija fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, in-nirien fil-Greċja, Spanja u l-Portugall (li rriżultaw fit-telf traġiku ta' ħajjiet), li għandhom impatt drammatiku u sostanzjali fuq in-nies;

31.  F'konformità mal-ftehim milħuq dwar ir-reviżjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP), jaqbel mat-trasferiment ta' EUR 40 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 17,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mis-subintestatura 1b għall-Intestatura 2;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

32.  Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda fl-approprjazzjonijiet sabiex jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tirriżulta l-aktar minn ammont ħafna aktar baxx ta' dħul assenjat mistenni li jkun disponibbli fl-2019;

33.  Jinnota t-tnaqqis tal-Kunsill ta' EUR 310 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (-0,52 % meta mqabbel mal-AB 2019) u EUR -328,13 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament (-0,57 % meta mqabbel mal-AB 2019), iżda jqis li l-Ittra Emendatorja tal-Kummissjoni għandha tibqa' l-bażi għal kwalunkwe reviżjoni affidabbli tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG u jreġġa' lura l-livelli tal-AB 2019 skont dan, sakemm issir eżaminazzjoni ta' dik l-Ittra Emendatorja f'konċiljazzjoni;

34.  Jiddeċiedi li jżid il-finanzjament għall-appoġġ ta' emerġenza b'mod partikolari għall-majjal kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer biex jonqos l-impatt negattiv fuq il-bdiewa u l-impjegati fir-reġjuni l-aktar milquta mill-marda; jiddeċiedi li jesprimi l-appoġġ b'saħħtu tiegħu għas-settur agrikolu fl-Unjoni billi jżid l-approprjazzjonijiet għall-frott u l-ħxejjex, sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fis-settur u l-effetti tal-embargo Russu, kif ukoll għal miżuri li jindirizzaw l-effetti tal-plaques xilella fastidiosa u l-volatilità tal-prezz taż-żejt taż-żebbuġa;

35.  Jindika r-rwol essenzjali tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel biex jgħinu lill-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu deċiżjonijiet infurmati, ibbażati fuq ix-xjenza dwar il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent u s-saħħa pubblika, filwaqt li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni;

36.  Jiddeċiedi li jipproponi żieda ta' EUR 20 miljun 'il fuq mil-livell tal-AB 2019 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jippromwovi l-innovazzjoni fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u biex jiżgura l-profittabbiltà u s-sostenibbiltà tal-għajxien f'dawn is-setturi fil-ġejjieni;

37.  Jiddeċiedi, f'konformità mal-miri tiegħu tal-Ewropa 2020 u mal-impenji internazzjonali tiegħu biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jipproponi żieda ta' EUR 15,6 miljun 'il fuq mil-livell tal-AB 2019 għal azzjonijiet relatati mal-klima; barra minn hekk, ifakkar fl-impenji li ħadet l-Unjoni biex twaqqaf u treġġa' lura t-tnaqqis tal-bijodiversità u jenfasizza li din iż-żieda tikkontribwixxi wkoll għall-protezzjoni tal-bijodiversità;

38.  Jiddeċiedi, fid-dawl tal-konklużjoni pożittiva tan-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-SRSP, li jneħħi r-riżerva tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti trasferiti mis-subintestatura 1b;

39.  Jirrimarka dwar l-effetti tan-nixfa estrema li qed taffettwa lill-Istati Membri f'dawn l-aħħar xhur, li qed tikkawża telf konsiderevoli għall-agrikoltura u li qed tipperikola għadd kbir ta' negozji, u jenfasizza f'dak ir-rigward il-ħtieġa li jiġu garantiti miżuri ta' appoġġ immirati biex jgħinu lill-bdiewa li jkunu ntlaqtu l-agħar;

40.  Jiddeċiedi li juża l-massimu ta' approprjazzjonijiet għall-programmi POSEI jibqgħu previsti fir-Regolament rilevanti(9), filwaqt li tiġi ssottolinjata r-rilevanza ta' dawk il-programmi għar-reżiljenza tal-produtturi agrikoli, u jenfasizza s-sitwazzjoni ekonomika fraġli tar-reġjuni ultraperiferiċi;

41.  Iżid, għalhekk, l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 154,1 miljun, li jeskludi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji filwaqt li jħalli marġni ta' EUR 190,8 miljun taħt il-limitu massimu għall-impenji fl-Intestatura 2;

42.  Jissottolinja li l-iżbilanċi persistenti fil-katina ta' provvista tal-ikel, fejn il-pożizzjoni tal-produtturi primarji hi konsiderevolment aktar dgħajfa minn dik ta' atturi oħra, għandhom iwasslu lill-Kummissjoni biex tieħu passi biex ittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet u l-marġnijiet fil-katina tal-provvista tal-ikel, b'tali mod li jiġi ggarantit prezz ġust għall-produzzjoni u jiġi żgurat titjib fl-introjtu tal-bdiewa ta' daqs żgħir u medju;

43.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatturi ta' theddida li huma ta' piż fuq diversi ekosistemi forestali, pereżempju, fost oħrajn, it-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi, ta' organiżmi ta' ħsara (bħan-nematodu tal-injam tal-arżnu u oħrajn) u ta' nirien forestali; jikkunsidra li jkun tajjeb li jiġu indirizzati biżżejjed riżorsi finanzjarji permezz ta' programmi u miżuri ta' appoġġ komunitarju għall-evalwazzjoni tal-istat ta' saħħa ekoloġika u tal-pjanti tal-foresti u għar-riabilitazzjoni tagħhom, inkluża r-riforestazzjoni; jinnota li dawn ir-riżorsi huma partikolarment importanti u urġenti għal xi Stati Membri, partikolarment għall-Portugall, il-Greċja u Spanja wara nirien suċċessivi preċedenti madwar dawk it-territorji;

Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza

44.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu stabbilita għal żmien twil li l-limitu massimu għall-Intestatura 3 ma kienx biżżejjed biex jiffinanzja b'mod adegwat id-dimensjoni interna tal-isfidi essenzjali relatati, minn naħa, mas-sigurtà interna u s-sikurezza taċ-ċittadini, u min-naħa l-oħra, mar-rifuġjati u l-migrazzjoni;

45.  Jistenna li l-pressjoni fuq is-sistemi ta' migrazzjoni u asil ta' dawk l-Istati Membri, kif ukoll fuq il-fruntiera tagħhom, se tibqa' għolja fl-2019, kif ukoll fis-snin ta' wara, u għalhekk hu tal-fehma li hu meħtieġ finanzjament addizzjonali fil-qasam tar-rifuġjati u l-migrazzjoni, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe ħtiġijiet futuri mhux prevedibbli f'dak il-qasam; isaħħaħ għalhekk l-AMIF rigward l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u t-tisħiħ ta' strateġiji ta' ritorn ġusti u effikaċi, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-Istati Membri fit-titjib ta' miżuri ta' integrazzjoni għar-rifuġjati u l-migranti, speċjalment it-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati;

46.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-AMIF favur il-finanzjament tal-leġiżlazzjoni l-ġdida ta' Dublin II (bis-suppożizzjoni li din tiġi adottata sa tmiem l-2018) u jirrifjuta d-deċiżjoni tal-Kunsill li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jitqiegħdu f'riżerva;

47.  Jissottolinja li s-sigurtà interna trid tibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u jenfasizza r-rwol tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) bħala l-istrument finanzjarju ewlieni għall-appoġġ tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità; jiddeċiedi għalhekk li jżid l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-ISF, kif ukoll li jsaħħaħ l-appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri u li jipprovdi assistenza lill-vittmi ta' atti terroristiċi;

48.  Jindika r-rwol essenzjali tal-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni; jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet baġitarji u l-persunal tal-EUROPOL, is-CEPOL, l-eu-LISA, l-Eurojust u l-UPPE;

49.  Jinsisti, f'dan il-kuntest, li l-UPPE jiġi ffinanzjat b'mod adegwat u jkollu biżżejjed persunal; jinnota li fl-AB 2019, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tammonta għal total ta' EUR 4 911 000; jirrimarka li din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-persunal, l-infrastruttura, infiq amministrattiv ieħor u l-infiq operattiv tal-UPPE; jinnota li 35 post tax-xogħol biss huma previsti, li jimplika li wara t-tnaqqis ta' postijiet tax-xogħol ta' 23 Prosekutur Ewropew, 12-il post tax-xogħol biss huma previsti għal kompiti amministrattivi; iqis li dan mhuwiex realistiku, b'mod partikolari fir-rigward taż-żewġ Stati Membri addizzjonali li reċentement iddeċidew li jissieħbu fl-UPPE; jiddeċiedi, għalhekk, li jantiċipa ż-żieda fil-persunal prevista għall-2020, u li jallinja l-klassifikazzjoni tal-Prosekutur Ewlieni u l-Prosekuturi Ewropej għal dawk tal-livell maniġerjali tal-OLAF u l-Europol;

50.  Jiddispjaċih bit-tnaqqis arbitrarju li għamel il-Kunsill li ammonta għal aktar minn EUR 35 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn f'bosta programmi fil-qasam tal-kultura, iċ-ċittadinanza, il-ġustizzja u is-saħħa pubblika, minkejja r-rati ta' implimentazzjoni eċċellenti ta' dawn il-programmi u l-livelli diġà insuffiċjenti ta' finanzjament li jħallu ħafna proġetti ta' kwalità għolja mingħajr finanzjamenti; ireġġa' l-linji kollha lura tal-inqas għal-livell tal-abbozz ta' baġit filwaqt li jipproponi żidiet addizzjonali fil-linji rilevanti;

51.  Jenfasizza l-valur tal-Ewropa Kreattiva bl-appoġġ tagħha għas-setturi awdjoviżivi u kulturali tal-Unjoni u jinsisti li l-livelli ta' finanzjament għandhom jaqblu mal-ambizzjonijiet tal-programm; jitlob għal żieda fl-approprjazzjonijiet tal-kumitati għas-sottoprogrammi MEDIA u Kultura, inter alia biex jindirizzaw ir-rati ta' suċċess baxxi fl-applikazzjonijiet; iżid ukoll l-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet multimedjali u għat-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

52.  Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-programmi tad-drittijiet, l-ugwaljanza, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja; jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal strumenti li jindirizzaw in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza b'mod ġenerali, u speċifikament il-programm Daphne, u li jiġġieled il-vjolenza abbażi tas-sess u jinforza d-drittijiet tan-nisa u tal-LGBTQI+;

53.  Ifakkar li proġetti relatati mal-kultura u l-edukazzjoni huma appoġġati b'firxa ta' programmi u strumenti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE, FEIS u Orizzont 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji ta' bejn il-programmi sabiex tiggarantixxi l-effikaċja tal-infiq; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, biex tisfrutta b'mod sħiħ is-sinerġiji potenzjali li jeżistu bejn id-diversi programmi tal-Unjoni – bħal Orizzont 2020, il-FNE, l-Erasmus+, l-EaSI, l-Ewropa Kreattiva u l-COSME, il-FEIS u l-Fondi SIE – biex tappoġġa aktar proġetti fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi;

54.  Isaħħaħ l-Intestatura 3 b'EUR 127,75 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fir-rigward tal-abbozz ta' baġit, għajr għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, u jipproponi li dan it-tisħiħ ikun iffinanzjat bis-saħħa ta' mobilizzazzjoni ulterjuri ta' strumenti speċjali;

Intestatura 4 – Ewropa Globali

55.  Jenfasizza li l-isfidi ġeopolitiċi kumplessi li l-Unjoni qed tiffaċċja jirrikjedu b'mod urġenti preżenza esterna aktar b'saħħitha fl-Unjoni; jenfasizza għal darb'oħra li l-azzjoni esterna tal-Unjoni tista' tkun kredibbli biss jekk tkun appoġġata minn riżorsi finanzjarji suffiċjenti; ifakkar li l-ħtiġijiet ta' finanzjament jaqbżu bil-kbir id-daqs kurrenti tal-Intestatura 4 u jitlob li jkun hemm spazju xieraq għal manuvri f'każ ta' kriżijiet esterni mhux previsti;

56.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għandha tnaqqas il-politiki interni u esterni tal-Unjoni, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-forniment ta' kwantità suffiċjenti ta' ikel ta' kwalità tajba, ilma nadif u l-bini ta' faċilitajiet addizzjonali ta' rimi ta' ilma mormi sabiex jitwettqu l-SDG 2 u 6; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni fuq l-iskala u l-implikazzjonijiet tal-prekarjetà enerġetika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitlob azzjoni addizzjonali biex titnaqqas il-prekarjetà enerġetika skont l-SDG 7, b'mod partikolari f'żoni rurali remoti f'reġjuni li mhumiex mqabbdin mal-grilja tal-enerġija;

57.  F'dan ir-rigward, jafferma mill-ġdid, f'konformità mal-pożizzjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tal-5 ta' Lulju 2018, li l-proporzjon kurrenti tal-kontribuzzjoni għall-FRT mill-baġit tal-Unjoni (EUR 1 biljun) u mill-Istati Membri (EUR 2 biljun) għandu jinżamm għall-finanzjament tat-tieni parti tal-FRT; jiddeċiedi għalhekk li jnaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni minn EUR 1,45 biljun għal EUR 450 miljun; jemmen li, minflok, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet bilaterali tal-Istati Membri;

58.  Jemmen li l-promozzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-ġustizzja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija tal-akbar importanza fl-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-isfidi umanitarji korrispondenti fil-Viċinat tan-Nofsinhar, bħal-Libja; jisħaq fuq l-importanza li tiġi appoġġata l-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-soċjetà vibranti biex jiġi miġġieled il-faqar fuq medda twila ta' żmien, u jiġu indirizzati l-isfidi tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jiddeċiedi għalhekk li jżid ir-riżorsi għall-Istrument għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DCI) u għall-parti tan-Nofsinhar tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) taħt l-oqsma varji tiegħu, biex jirrifletti wkoll il-pressjoni konsiderevoli li se jkompli jkun taħtha l-ENI fl-2019;

59.  Ifakkar li l-Unjoni impenjat ruħha li tipproteġi u tippromwovi b'mod komprensiv id-drittijiet tat-tfal, il-bniet u n-nisa kif ukoll il-persuni b'diżabbiltà u bi ħtiġijiet speċjali fil-politika esterna tagħha; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fl-Unjoni Ewropea, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Politika Ewropea dwar id-Diżabbiltà fir-relazzjonijiet esterni; f'dan l-ispirtu, iqis li jkun xieraq li jiddedika 10 % tar-riżorsi disponibbli taħt l-għajnuna umanitarja għall-aċċess għall-edukazzjoni f'żoni ta' kriżi;

60.  Jenfasizza l-importanza strateġika li jingħata finanzjament suffiċjenti għall-Balkani tal-Punent sabiex jiġi kkonsolidat il-perkors tagħhom lejn l-adeżjoni; ma jistax jifhem il-proposta tal-Kunsill li titnaqqas l-allokazzjoni għal riformi politiċi, peress li tali riformi huma s-sinsla ta' kwalunkwe trasformazzjoni demokratika; Jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju xieraq għall-Pjan ta' Azzjoni 2018-2020 tal-Istrateġija tal-Balkani tal-Punent, u jiddeċiedi, konsegwentement, li jżid l-allokazzjoni tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) għar-reġjun;

61.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tirrappreżenta wkoll sfida sinifikanti għall-Unjoni; huwa konvint bl-importanza li jingħata finanzjament addizzjonali bħala appoġġ għall-isforzi ta' riforma tal-ġirien tagħna, jingħata kontribut għaż-żieda tar-reżiljenza u t-trawwim tal-paċi u t-titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi;

62.  Jitlob appoġġ imsaħħaħ tal-Unjoni lill-UNRWA, f'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018(10), fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed taqleb għall-agħar fuq il-post u d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li tirtira l-kontribuzzjoni annwali tagħha lill-aġenzija; jispeċifika li ż-żieda proposta hija ddedikata esklussivament għall-UNRWA sabiex tikkumpensa għat-telf rilevanti;

63.  Huwa konvint bil-potenzjal ta' kuntatti interpersonali u l-mobbiltà taż-żgħażagħ, anki bħala waħda mill-istrateġiji ewlenin biex jissaħħaħ l-impatt tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-viżibbiltà tagħha fost il-pubbliku tal-pajjiżi sħab; iddeċieda għalhekk li jsaħħaħ il-kontribuzzjonijiet mid-DCI, l-ENI, l-IPA II, u l-Istrument ta' Sħubija għal Erasmus+;

64.  F'konformità mal-prinċipju tal-kundizzjonalità, jappoġġa t-tnaqqis fl-ammont allokat lit-Turkija fil-linji baġitarji kollha, fid-dawl tar-rigress kontinwu dwar l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; fl-istess ħin, iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ aktar l-appoġġ dirett għas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-kuntatti interpersonali;

65.  Iqis li hemm bżonn jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja għall-Komunità Ċiprijotta Torka bl-iskop li jingħata kontribut b'mod deċiżiv għall-kontinwazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-missjoni tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f'Ċipru, il-benessri tal-Maroniti li jkunu jixtiequ risistemazzjoni u dik tal-persuni enklavati kif miftiehem fit-tielet Ftehim ta' Vjenna, u appoġġ għall-Kumitat Tekniku bikomunali għall-Patrimonju Kulturali, biex b'hekk jiġu promossi l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ komunitajiet;

66.  Jirrikonoxxi ż-żieda moderata fil-finanzjament tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li jinnota li l-baġit tal-PESK għadu taħt pressjoni qawwija, anki meta titqies l-espansjoni ta' għadd ta' missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), b'riskju li l-problema tiggrava fl-2019; ireġġa' lura t-tnaqqis propost mill-Kunsill għal miżuri u operazzjonijiet oħra ta' ġestjoni tal-kriżijiet, li jirriżulta f'inqas flessibbiltà fl-indirizzar ta' kriżijiet mhux mistennija;

67.  B'riżultat ta' dan, jiddeċiedi li jreġġa' lura kważi t-tnaqqis kollu tal-Kunsill, biex isaħħaħ l-Intestatura 4 b'EUR 425,4 miljun iżjed mill-AB 2019 (minbarra proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji), filwaqt li jnaqqas il-linji tal-FRT u t-Turkija relatati u ma jreġġax lura t-tnaqqis tal-Kunsill b'effett totali ta' EUR -1,24 biljun, u b'hekk tirriżulta differenza netta ta' EUR -819,1 miljun taħt l-AB 2019 fl-Intestatura 4;

Intestatura 5 - Amministrazzjoni; Intestaturi oħra - nefqa amministrattiva u ta' sostenn għar-riċerka

68.  Iqis li t-tnaqqis tal-Kunsill mhuwiex ġustifikat u ma jirriflettix il-ħtiġijiet reali; għalhekk, ireġġa' lura l-AB 2019 għal li kien fir-rigward tan-nefqa amministrattiva kollha tal-Kummissjoni, inklużi n-nefqa amministrattiva u dik ta' sostenn għar-riċerka fl-Intestaturi 1 sa 4;

Aġenziji deċentralizzati

69.  Japprova, bħala regola ġenerali, l-estimi tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; jikkunsidra, għaldaqstant, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri li jipproponi l-Kunsill jippreġudika l-funzjonament korrett tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom; jinnota, b'irritazzjoni partikolari, it-tnaqqis arbitrarju ta' EUR 10 000 biss għas-CEPOL u jistieden lill-Kunsill biex jaqsam mal-Parlament id-dettalji sostanzjali tar-raġuni għaliex jikkunsidra li dan it-tnaqqis huwa meħtieġ u raġonevoli;

70.  Jinnota li l-finanzjament tal-aġenziji mit-tariffi jnaqqas il-piż għall-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 biljun fis-sena; jissottolinja li l-kompiti pubbliċi bħal fil-qasam tas-saħħa, l-ambjent, jew is-sigurtà u l-ġustizzja għandhom dejjem jibqgħu fil-baġit tal-Unjoni; jemmen, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tkompli tindirizza r-riskju ta' kunflitti ta' interess li potenzjalment jirriżultaw f'aġenziji ffinanzjati mit-tariffi u tieħu miżuri adegwati biex jiġu evitati tali kunflitti;

71.  Ifakkar fl-importanza li l-Unjoni tiffoka fuq il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi; iqis, f'dan il-kuntest, li huma meħtieġa approprjazzjonijiet u persunal addizzjonali għall-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER); jinnota l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mobilizzati riżorsi ġodda għaliha; ireġġa' lura t-tnaqqis sostanzjali tal-Kunsill fl-approprjazzjonijiet għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), filwaqt li jqiegħed partijiet mill-approprjazzjonijiet tagħhom fir-riżerva sakemm isir progress fir-rieżami tal-ASE;

72.  Jiddeċiedi, fil-kuntest tal-isfidi li l-Unjoni għadha qiegħda tiffaċċja f'termini ta' sigurtà, kif ukoll fid-dawl tal-ħtieġa ta' risposta koordinata fuq livell Ewropew, li jżid l-approprjazzjonijiet għall-EUROPOL, l-eu-LISA, is-CEPOL, l-EUROJUST, l-UPPE u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA);

73.  Jistenna li l-pressjoni fuq is-sistemi ta' migrazzjoni u asil ta' xi Stati Membri, kif ukoll fuq il-fruntieri tagħhom, se tibqa' għolja fl-2019 u possibbilment tiżdied, jenfasizza li l-ħtieġa futura tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), f'termini ta' riżorsi operattivi u persunal se jkollha tiġi mmonitorjata mill-qrib u possibbilment tiġi aġġornata għall-Baġit tal-2019; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali tal-ħtiġijiet baġitarji għall-Baġit 2019 għar-riformi proposti ta' dawk l-aġenziji mill-aktar fis possibbli;

74.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' livell adegwat ta' approprjazzjonijiet finanzjarji għall-aġenziji li se jkunu qegħdin iwettqu kompiti addizzjonali ġodda;

75.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mira ta' tnaqqis tal-persunal b'5 % ntlaħqet b'suċċess; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jinkludi dikjarazzjoni komuni mill-istituzzjonijiet kollha li tikkonferma t-tmiem ta' dan l-eżerċizzju ta' darba; iqis li l-postijiet tax-xogħol il-ġodda adottati fil-pożizzjoni tiegħu huma neċessarji biex jitwettqu l-kompiti addizzjonali li jirriżultaw minn żviluppi strateġiċi ġodda u leġiżlazzjoni ġdida;

76.  Ifakkar li l-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-Riżorsi tal-Aġenziji Deċentralizzati 2 ikkonkluda l-ħidma tiegħu billi adotta rakkomandazzjonijiet dwar it-tagħlimiet meħuda mill-approċċ għall-ilħuq tal-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal, it-trattament ta' kompiti ġodda, l-evalwazzjonijiet ta' aġenziji, il-kondiviżjoni ta' servizzi, l-evalwazzjoni ta' aġenziji b'diversi postijiet u l-mudell għal aġenziji ffinanzjati mit-tariffi; jilqa' r-ratifika ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet mill-istituzzjonijiet; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li fil-futur ikompli jiskrutinizza l-ħidma tal-Kummissjoni dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)

77.  Ifakkar fl-importanza ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP) bħala għodod għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta' inizjattivi ġodda li għandhom il-potenzjal li jinbidlu f'attivitajiet u programmi permanenti tal-Unjoni; wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proposti kollha mressqa u wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi u l-implimentabbiltà tagħhom, jiddeċiedi li jadotta pakkett ibbilanċjat ta' PP-AP li jirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament;

78.  Jilqa' t-tnedija ta' Discover EU, it-tqassim ta' 15 000 biljett ferrovjarju InterRail lil ċittadini Ewropej li għalqu t-18-il sena fl-2018, kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni ta' EUR 700 miljun għall-QFP 2021-2027, li jaqbel sew mal-ambizzjonijiet tal-Unjoni li tippromwovi l-mobilità tat-tagħlim, iċ-ċittadinanza attiva, l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà fost iż-żgħażagħ kollha; jiddeċiedi li jkompli l-azzjoni preparatorja rilevanti fl-2019 u huwa determinat li jkompli dan fl-2020 ukoll;

Strumenti speċjali

79.  Ifakkar fl-utilità tal-istrumenti speċjali biex tingħata flessibbiltà lil hinn mil-livelli massimi estremament stretti tal-QFP kurrenti u jilqa' t-titjib introdott mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP; jitlob użu estensiv tal-Istrument ta' Flessibbiltà u tal-Marġni Globali għall-Impenji fil-Baġit 2019 bil-għan li tiġi ffinanzjata l-firxa wiesgħa ta' sfidi ġodda u responsabbiltajiet addizzjonali li tagħhom il-baġit tal-Unjoni qed jiffaċċja; ifakkar ukoll fl-importanza tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) u tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE);

Pagamenti

80.  Itenni t-tħassib tiegħu li, minkejja rkupru riċenti, is-sottoeżekuzzjoni fil-pagamenti laħqet livell baxx rekord f'dawn l-aħħar tliet snin, notevolment fis-subintestatura 1b; jiddispjaċih li tali dewmien jimpedixxi l-prijoritajiet u l-proġetti tal-Unjoni milli jwettqu l-potenzjal sħiħ tagħhom għaċ-ċittadini fil-ħin; jindika li, b'riżultat ta' dan, l-AB 2019 iħalli marġni ta' EUR 19,3 biljun inqas mil-limitu massimu tal-pagamenti; isaħħaħ l-approprjazzjonijiet ta' pagament fuq dawk il-linji li huma emendati f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

Taqsimiet oħrajn

Taqsima I - Il-Parlament Ewropew

81.  Iżomm l-istess livell globali tal-baġit tiegħu għall-2019, f'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar l-estimi tad-dħul u l-infiq tiegħu adottati mill-plenarja fid-19 ta' April 2018, għal EUR 1 999 144 000; jinkorpora xi aġġustamenti tekniċi mingħajr impatt fuq il-baġit biex titqies informazzjoni aġġornata mhux disponibbli aktar kmieni din is-sena;

82.  Jinnota li l-livell tal-estimi għall-2019 jikkorrispondi għal 18,53 %, li huwa inqas minn dak li nkiseb fl-2018 (18,85 %) u l-aktar parti baxxa tal-Intestatura 5 f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena;

83.  Jinnota li, minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019, l-infiq se jkun ogħla f'ċerti oqsma, partikolarment fir-rigward tal-Membri li ma jiġux eletti mill-ġdid u tal-assistenti tagħhom, filwaqt li se jiġi ġġenerat iffrankar, minkejja li fuq skala iżgħar, f'oqsma oħra bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tax-xogħol parlamentari f'sena elettorali;

84.  Jilqa' l-fatt li l-Baġit 2019 se jinkludi wkoll pagamenti ta' investimenti sostanzjali li bdew fl-2016 bl-għan li tittejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-Parlament; jirrimarka li dawn il-proġetti jkopru diversi oqsma, prinċipalment relatati ma' bini, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fil-punti ta' dħul, it-tagħmir u l-persunal, bħall-Proġett iPACS, iżda wkoll titjib fil-qasam taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni;

85.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Bureau li jikkunsidra żewġ għażliet għall-bini PHS: rinnovazzjoni jew bini mill-ġdid; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jipprovdu lill-awtorità baġitarja b'baġit dettaljat għal kull waħda minn dawn l-għażliet flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha;

86.  Inaqqas 59 post tax-xogħol mit-tabella tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2019 (objettiv li jitnaqqas il-persunal b'1 %), bi qbil mal-ftehim tal-14 ta' Novembru 2015 li ntlaħaq mal-Kunsill rigward il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, u li skont dan il-ftehim il-miżuri għat-tnaqqis annwali tal-persunal fil-Parlament għandhom ikomplu sal-2019;

87.  Iqis li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar il-Politika tal-Integrità tal-Kummissjoni, il-Parlament esprima t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-proċeduri ta' ħatra għall-uffiċjali għolja tagħha, itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevedi, qabel tmiem l-2018, il-proċedura amministrattiva tagħha għall-ħatra tal-uffiċjali għolja bl-objettiv li jiġi żgurat bis-sħiħ li jintgħażlu l-aħjar kandidati fi ħdan qafas ta' trasparenza massima u opportunitajiet indaqs;

88.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Settembru 2018 li tikkonferma r-rifjut tal-Parlament li jagħti aċċess għal dokumenti relatati mal-indennizz tas-sussistenza, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizz tal-assistenza parlamentari (Sentenza fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 Maria Psara u Oħrajn vs Il-Parlament u T-94/16 Gavin Sherdan vs il-Parlament); ifakkar lill-Bureau li l-plenarja appellat għal trasparenza akbar u ħtieġa urġenti li ssir verifika tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA); laqa', f'dan ir-rigward, il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma ad hoc għad-definizzjoni u l-pubblikazzjoni tar-regoli dwar l-użu tal-GEA; jiddispjaċih, madankollu, li fuq il-bażi tar-rapport tal-grupp ta' ħidma tiegħu, il-Bureau seta' jaqbel biss dwar lista mhux eżawrjenti ta' spejjeż eliġibbli, u dwar il-ħtieġa li kull Membru tal-Parlament ikollu kont bankarju separat iddedikat għal fondi rċevuti bħala parti mill-GEA; itenni l-appell tiegħu lill-Bureau biex jagħmel il-bidliet addizzjonali li ġejjin fir-rigward tal-GEA:

   biex il-Membri jkunu rikjesti jżommu l-irċevuti kollha li jappartjenu għall-GEA;
   biex il-Membri jirritornaw is-sehem tal-GEA li ma ntefaqx qabel tmiem il-mandat tagħhom;

89.  Ifakkar fl-Artikolu 62 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, li jistipula li "l-ammonti mħallsa", inklużi l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali, "għandhom ikunu riservati b'mod esklussiv għall-iffinanzjar ta' attivitajiet marbuta mat-twettiq tal-mandat ta' Membru parlamentari u ma jistgħux ikunu użati biex ikopru spejjeż personali jew biex jiffinanzjaw donazzjonijiet ta' natura politika" u li "Il-Membri għandhom iroddu lura lill-Parlament kwalunkwe ammont mhux użat"; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u l-Bureau tal-Parlament Ewropew jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati u mħarsa b'mod sħiħ.

90.  Ifakkar li fit-23 ta' Ottubru 1997, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-baġit ġenerali għall-1998, il-Parlament appella lill-Bureau tiegħu biex jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tinvestiga l-iskema ta' pensjoni volontarja tal-Parlament, li wasslet għall-ħruġ tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Nru 5/99 tas-16 ta' Ġunju 1999 dwar il-Fond tal-Pensjoni u l-Iskema għall-Membri tal-Parlament Ewropew; jappella, issa, lill-Bureau biex jitlob urġentement lill-Qorti tal-Awdituri tipproduċi opinjoni oħra bħal din dwar l-iskema u l-fond tal-pensjoni fl-2019;

91.  Ifakkar li, fin-nota lill-Bureau tat-8 ta' Marzu 2018, is-Segretarju Ġenerali tiegħu aċċetta li l-fond tal-pensjonijiet marbut mal-iskema ta' pensjoni volontarja tal-Membri se jeżawrixxi l-kapital tiegħu ferm qabel it-tmiem tal-obbligi tal-pensjoni u possibbilment sal-2024; jistieden b'hekk lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau, b'rispett sħiħ għall-Istatut tal-Membri, jistabbilixxu urġentement mal-fond tal-pensjoni, pjan ċar għall-Parlament li jassumi u jieħu f'idejh l-obbligi u r-responsabbiltajiet tiegħu għall-iskema tal-pensjoni volontarja tal-Membri tiegħu immedjatament wara l-elezzjonijiet tal-2019;

92.  Jitlob appoġġ addizzjonali mill-Unjoni għad-dimensjoni parlamentari tad-WTO, b'mod partikolari permezz ta' żieda fl-appoġġ finanzjarju u tal-persunal lis-segretarjat responsabbli;

93.  Jitlob l-aġġornament taċ-Ċentru Medjatiku Ewropew għax-Xjenza, adottat fil-baġit 2018, u għal kooperazzjoni mal-istazzjonijiet televiżivi, il-midja soċjali u sħab oħra sabiex jiġu stabbiliti skopijiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ, speċjalment fir-rigward ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ta' aħbarijiet ibbażati fuq il-fatti u rieżaminati bejn il-pari;

94.  Jitlob, għall-iskop li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-Unjoni, appoġġ ulterjuri biex jiġi kopert il-kost tal-għarfien espert estern meħtieġ biex jitwessa' l-awditjar estern li jkun twettaq fuq il-Kumitat konsultattiv li jittratta l-ilmenti dwar il-fastidju li jikkonċernaw lill-Membri, lill- "Kumitat konsultattiv tal-persunal għall-persunal tal-Parlament" dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jitlob ukoll, għall-istess għan, appoġġ ulterjuri biex jiġi kopert il-kost ta' persunal addizzjonali kompetenti għall-ġestjoni ta' każijiet ta' fastidju fi ħdan il-Parlament, billi f'servizz iddedikat jinġabar persunal bi sfond mediku, psikoloġiku, legali, u ta' ġestjoni tar-riżorsi umani, kif ukoll għarfien espert speċifiku f'dak il-qasam;

95.  Ifakkar fl-analiżi tal-QEA tal-2014 fejn ġie stmat li l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament huma EUR 114 miljun fis-sena; barra minn hekk, jinnota s-sejba mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea(11) li 78 % tal-missjonijiet kollha li jsiru mill-persunal statutorju tal-Parlament huma kkawżati minn riżultat dirett tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament; jenfasizza li, skont ir-rapport, huwa stmat ukoll li l-impatt ambjentali tad-dispersjoni ġeografika huwa bejn 11 000 u 19 000 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2; itenni l-perċezzjoni pubblika negattiva li tikkawża din id-dispersjoni, u għaldaqstant, jappella għal pjan direzzjonali lejn sede unika u tnaqqis fil-linji baġitarji rilevanti;

96.  Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jfassal arranġamenti dettaljati għal iżjed kondiviżjoni tal-funzjonijiet u s-servizzi ta' back office bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja

97.  Ireġġa' lura għall-AB 2019 lill-partiti kollha tal-baġit imnaqqsa mill-Kunsill li huma essenzjali għall-funzjonament tal-Qorti u jreġġa' lura għall-estimi lil żewġ partiti tal-baġit bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Qorti biex tlaħħaq mad-domanda dejjem ogħla ta' traduzzjonijiet;

98.  Ireġġa lura s-16-il post tax-xogħol u l-approprjazzjonijiet relatati mnaqqsa mill-Kummissjoni fl-AB 2019 biex jiġi evitat kwalunkwe effett lembut li jista' jkun ta' detriment għall-produttività tal-qrati fil-kuntest ta' attivitajiet ġodda mwettqa mill-Qorti u ta' żieda kontinwa fl-ammont ta' xogħol; iqis li l-ħolqien ta' 16-il post tax-xogħol ġdid permanenti għas-servizzi ta' appoġġ, inizjalment propost mill-Qorti u li ġie rrifjutat mill-Kummissjoni, għandu jingħata;

Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

99.  Ireġġa' l-partiti kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu fl-AB 2019, bil-għan li jkun implimentat il-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri u jkunu elaborati r-Rapporti tal-Awditjar ippjanati;

Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

100.  Ireġġa' lura l-AB 2019 dwar il-partiti kollha li naqqas il-Kunsill;

101.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB 2019 f'konformità mal-estimi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew stess;

Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni

102.  Ireġġa' lura l-AB 2019 dwar il-partiti kollha li naqqas il-Kunsill;

103.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB 2019 konformement mal-estimi tal-Kumitat tar-Reġjuni;

Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew

104.  Iżomm l-istess livell globali tal-baġit tal-Ombudsman għall-2019 kif propost mill-Kummissjoni fl-AB 2019;

Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

105.  Jiddeċiedi li ma jreġġax lura l-AB 2019 fil-linja mnaqqsa mill-Kunsill, minħabba żieda qawwija tal-baġit totali meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

106.  Ireġġa' lura l-AB 2019 dwar il-linji kollha li naqqas il-Kunsill lura;

107.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB 2019 f'konformità mal-estimi tal-SEAE;

108.  Itenni l-appoġġ tal-Parlament għall-Kapaċità tal-Komunikazzjoni Strateġika u jsaħħaħha biex juri rispons ikkoordinat aktar b'saħħtu tal-Unjoni għall-isfida tad-diżinformazzjoni;

109.  Ireġġa' lura it-28 post tax-xogħol u l-approprjazzjonijiet relatati mnaqqsa mill-Kunsill u jżid ħames postijiet oħra li jikkostitwixxu żieda moderata fin-numru ta' persunal li hija ġustifikata mill-kompetenzi sinifikanti l-ġodda tas-SEAE, partikolarment dawk marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bħall-ħolqien ta' delegazzjoni ġdida tal-Unjoni f'Londra kif ukoll unità ġdida fis-sede, u l-adozzjoni ta' għadd ta' inizjattivi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża f'dawn l-aħħar xhur;

o
o   o

110.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għall-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0089.
(7) Testi adottati, P8_TA(2018)0182.
(8) Testi adottati, P8_TA(2018)0311.
(9) Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0042.
(11) ĠU C 436, 24.11.2016, p. 2.


Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
PDF 152kWORD 53k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2017/2138(DEC))
P8_TA(2018)0405A8-0300/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0249/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(5) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0300/2018),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2017/2138(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0300/2018),

A.  Billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.  Billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fir-Regolament Finanzjarju;

1.  Ifakkar li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom awtonomija amministrattiva fi kwistjonijiet relatati mal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom u jissottolinja l-importanza tagħhom li jaġixxu b'mod responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

2.  Jissottolinja r-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mit-TFUE, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;

3.  Jiddispjaċih li l-Kunsill ma rrispondiex għall-kummenti magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tat-18 ta' April 2018(8), wara x-xejra mis-snin preċedenti;

4.  Jiddispjaċih ħafna li r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament ma ngħataw l-ebda segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jinsisti li l-Kunsill jimplimenta l-kummenti magħmula fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tat-18 ta' April 2018, b'mod partikolari l-kummenti ta' hawn taħt, u jirreaġixxi minnufih għall-kummenti;

5.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-bidla fundamentali li rnexxiet lejn ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-ippjanar tal-baġit min-naħa tal-Kummissjoni, introdotta f'Settembru 2015 bħala parti mill-inizjattiva "Baġit tal-UE ffukat fuq ir-Riżultati"; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill japplikaw il-metodu għall-proċedura ta' ppjanar tal-baġit tagħhom stess;

Kwistjonijiet pendenti

6.  Jiddispjaċih li t-talba li l-baġit tal-Kunsill Ewropew jiġi sseparat minn dak tal-Kunsill, magħmula mill-Parlament f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti, ma ġietx ikkunsidrata;

7.  Jinnota li l-Kunsill għadu qed jelabora tweġiba għar-rapport strateġiku tal-Ombudsman Ewropew dwar "It-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill" (OI/2/2017/TE), minkejja l-fatt li l-Ombudsman Ewropew talbet tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti tagħha għal titjib sad-9 ta' Mejju 2018; jirrikonoxxi li l-Kunsill qed jinvolvi ruħu f'riċerka serja u dettaljata fit-tħejjija tat-tweġiba tiegħu iżda, madankollu, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jirrispetta t-talba tal-Ombudsman; ifakkar li l-Ombudsman Ewropew bagħtet ukoll is-sejbiet tagħha lill-Parlament u li tnejn mill-kumitati tiegħu bħalissa qed jaħdmu fuq rapport dwar is-sejbiet u għaldaqstant il-Kunsill huwa mitlub jibgħat it-tweġiba u s-sejbiet tiegħu lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

8.  Jiddispjaċih li, minkejja l-iskambju okkażjonali ta' informazzjoni bejn id-dipartimenti immobiljari tal-Parlament u tal-Kunsill, il-Kunsill għadu mhux jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-politika immobiljari tiegħu fir-rapport finanzjarju annwali tiegħu; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-politika immobiljari tiegħu u l-infiq relatat u jitlob li jkun hemm aċċess pubbliku sħiħ għal din l-informazzjoni bħala sinjal ta' trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

9.  Itenni l-appell tiegħu għal rapporti ta' progress dwar il-proġetti immobiljari u għal analiżi dettaljata tal-ispejjeż imġarrba s'issa; jieħu nota tal-pubblikazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Finali 2017 - il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew, bid-data tat-12 ta' Ġunju 2018, li fih ġie ddikjarat li l-binja Europa se tiswa EUR 312 143 710,53;

10.  Itenni t-talba tiegħu li l-istampa ġenerali tar-riżorsi umani tkun analizzata skont il-kategorija, il-grad, is-sess, in-nazzjonalità u t-taħriġ;

11.  Jilqa' n-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin bħalissa biex isaħħu r-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu għal eżitu b'suċċess tan-negozjati li jwasslu lill-Kunsill biex jissieħeb fir-reġistru;

12.  Itenni t-talba tiegħu li l-Kunsill jiċċara x'miżuri ħa biex isib tarf in-nomina irregolari ta' imħallef għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(9);

13.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; josserva li f'dan l-istadju ma tista' ssir l-ebda previżjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji, amministrattivi, umani u oħrajn relatati mal-ħruġ; jitlob lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt u jinformaw lill-Parlament dwar ir-riżultati sa tmiem l-2018.

Il-qagħda kurrenti

14.  Jilqa' l-iskambji informali li saru bejn il-Parlament u l-Kunsill sabiex jiġu diskussi soluzzjonijiet għall-istall kurrenti fir-rigward tal-proċedura ta' kwittanza; jinnota li l-Kunsill wieġeb il-proposta tal-Parlament dwar il-proċedura għall-eżerċizzju tal-kwittanza tal-Kunsill fit-2 ta' Mejju 2018 bi proposta emendata, u li wara laqgħa informali bejn il-Parlament u l-Kunsill fl-10 ta' Lulju 2018, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit bagħat ir-reazzjoni tiegħu għall-proposta emendata tal-Kunsill fil-21 ta' Lulju 2018; iħeġġeġ lill-Kunsill jirreaġixxi malajr għall-aħħar proposti mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, biex b'hekk l-arranġamenti l-ġodda għall-eżerċizzju ta' kwittanza jkunu jistgħu jiġu applikati mill-aktar fis possibbli;

15.  Jiddispjaċih bid-diffikultajiet li tfaċċaw b'mod ripetut sal-lum fil-proċeduri ta' kwittanza, li kienu minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament ċaħad l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(10), tal-25 ta' Ottubru 2011(11), tal-10 ta' Mejju 2012(12), tat-23 ta' Ottubru 2012(13), tas-17 ta' April 2013(14), tad-9 ta' Ottubru 2013(15), tat-3 ta' April 2014(16), tat-23 ta' Ottubru 2014(17), tas-27 ta' Ottubru 2015(18), tas-27 ta' Ottubru 2016(19) u tal-25 ta' Ottubru 2017(20) u ddifferixxa d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2016 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018;

16.  Jinnota l-fehma tal-Kummissjoni, kif espressa f'Jannar 2014, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-kummenti magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju tal-kwittanza, u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza;

17.  Jinnota li l-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li twieġeb mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni biex timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;

18.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qiegħed jonqos milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Parlament;

19.  Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill trid tgħaddi minn skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

20.  Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi tal-lum, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lill-kontribwenti tal-Unjoni.

(1) ĠU L 48, 24.2.2016.
(2) ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.
(3) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.
(4) ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.
(5) ĠU L 248, 3.10.2018, p. 23..
(6) ĠU L 248, 3.10.2018, p. 24.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU L 248, 3.10.2018, p. 24.
(9) Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tat-23 ta' Jannar 2018, FV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-639/16 P, ECLI:EU:T:2018:22.
(10) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.
(11) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
(12) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(13) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.
(14) ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.
(15) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.
(16) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 26.
(17) ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.
(18) ĠU L 314, 1.12.2015, p. 49.
(19) ĠU L 333, 8.12.2016, p. 50.
(20) ĠU L 318, 2.12.2017, p. 25.


Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
PDF 155kWORD 52k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2177(DEC))
P8_TA(2018)0406A8-0299/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8‑0087/2018),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra l-azzjonijiet meħuda mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni u mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil wara d-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza li wasslet għar-riżenja tas-Sur José Carreira mill-kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fis-6 ta' Ġunju 2018;

–  wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tat-3 ta' Settembru 2018 u l-miżuri korrettivi ppreżentati diġà meħuda mid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil wara l-ħatra tiegħu f'Ġunju 2018;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0299/2018),

1.  Jirrifjut li jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0299/2018),

A.  billi l-istituzzjonijiet deċentralizzati kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala korpi tal-Unjoni;

B.  billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fir-Regolament Finanzjarju kif ukoll fir-Regolament Finanzjarju Strutturali;

1.  Jissottolinja l-importanza ta' azzjoni responsabbli, b'sens ta' responsabbiltà u trasparenza, u skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti kollha, fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

2.  Ifakkar fir-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

3.  Jilqa' l-fatt li d-deċiżjoni inizjali tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza wasslet għall-miżuri korrettivi qawwija meħuda mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, mill-Bord Maniġerjali u mid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid tal-Uffiċċju;

4.  Jirrikonoxxi li, apparti t-tlestija tal-investigazzjoni tal-OLAF kontra t-tmexxija preċedenti tal-Uffiċċju, il-miżuri korrettivi meħuda offrew rispons parzjali għar-riżervi ppreżentati mill-Parlament fid-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza;

L-investigazzjoni li għadha għaddejja mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

5.  Ifakkar il-fatt li l-investigazzjoni tal-OLAF li għadha għaddejja bħalissa tikkonċerna diversi membri, kemm preċedenti kif ukoll attwali, tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") li kienu jokkupaw jew li għadhom jokkupaw karigi maniġerjali għolja jew medji;

6.  Jinnota b'apprezzament id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tas-6 ta' Ġunju 2018 li jirrilaxxa lid-Direttur Eżekuttiv minn dmirijietu b'effett immedjat; jilqa' bi pjaċir il-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ad interim, li mhuwiex soġġett għall-investigazzjoni tal-OLAF; jiddispjaċih, madankollu, li l-Bord ta' Tmexxija ma ħax din l-azzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess ħafna aktar kmieni fil-proċess, fatt li kien jevita d-dewmien fil-proċedura ta' kwittanza;

7.  Jilqa' l-azzjoni li diġà ttieħdet mid-Direttur Eżekuttiv ad interim biex tittejjeb l-istruttura ta' tmexxija tal-Uffiċċju, titreġġa' lura t-trasparenza u terġa' tinbena l-fiduċja; jissottolinja l-importanza tal-ġlieda kontra n-nuqqasijiet fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li nstabu preċedentement; jistieden lill-Uffiċċju jħejji pjan direzzjonali komprensiv u dettaljat li jindika t-triq 'il quddiem; barra minn hekk, jappella lill-Uffiċċju f'dan ir-rigward biex jinkludi fil-pjan direzzjonali proġett ċar biex tiġi rrestawrata l-fiduċja fit-tmexxija, speċjalment b'kunsiderazzjoni tal-fatt li tmexxija kompetenti u effettiva hija fundamentali fid-dawl tal-isfidi li l-Uffiċċju qed iħabbat wiċċu magħhom b'mod ġenerali, u b'mod partikolari, biex jiġi żgurat li r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għadd sinifikanti ta' persunal ġdid previst għall-2018 u l-2019 jkunu ta' tali livell li l-Uffiċċju se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu persunal motivat sew u ta' kwalità għolja u li se jkun hemm inqas ċaqliq ta' persunal, biex b'hekk jinżamm l-għarfien u l-esperjenza miksuba;

8.  Jistieden lill-OLAF jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-investigazzjoni hekk kif din tingħalaq;

9.  Jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jintegra s-sejbiet mir-rapport tal-OLAF fir-rapport ta' kwittanza tal-Uffiċċju għall-2017 u, biex b'hekk jiżgura li jiġu implimentati bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet il-ġodda possibbli lill-Uffiċċju;

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom

10.  Ifakkar fis-sejbiet materjali li għamlet il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") fir-rigward ta' żewġ proċeduri ta' akkwist sinifikanti minn ħamsa mill-2016, li l-pagamenti għalihom saru matul dik is-sena, u li jindikaw in-nuqqas ta' rigorożità fil-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju;

11.  Jistenna li jittieħdu l-azzjonijiet kollha possibbli biex jiġu rkuprati l-pagamenti irregolari mis-sena baġitarja 2016: EUR 920 561 (proċedura ta' akkwist għall-forniment ta' servizzi tal-ivvjaġġar) u EUR 592 273 (kuntratt qafas għal servizzi interim bħala appoġġ għar-rispons tal-Uffiċċju għall-kriżi tal-migrazzjoni);

12.  Jibqa' mħasseb dwar l-iżvilupp tal-ispejjeż ta' rimborż tal-ivvjaġġar; jinnota li fl-2014, ġew rimborżati EUR 997 506, fl-2015 ir-rimborżi kienu jammontaw għal EUR 987 515 u fl-2016 ir-rimborżi kienu jammontaw għal EUR 1 012 147; jinnota li l-parteċipanti li jaqgħu fil-kategorija A għandhom kompiti speċifiċi x'jissodisfaw matul il-laqgħat; jinnota t-tnaqqis tar-rimborżi tal-kategorija A, li waqgħu minn 69 % fl-2014 għal 52 % fl-2015 u għal 37 % fl-2016; jinsab imħasseb dwar id-diskrepanza evidenti bejn iż-żieda fl-ammont ta' xogħol għall-Uffiċċju u l-livell aktar baxx ta' parteċipanti fil-kategorija-A; jissottolinja li ż-żieda fir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u t-tnaqqis ta' persuni tal-kategorija-A preżenti tista' tindika skema ta' rimborż arbitrarja;

13.  Jinnota, għal darb'oħra, li l-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju jinkludi l-attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali tiegħu f'"hotspots" f'xi Stati Membri; jissottolinja l-importanza ta' din l-attività u jenfasizza l-konsegwenzi usa' għall-Unjoni kollha jekk il-kompiti ma jiġux ippjanati, immaniġġjati u eżegwiti kif suppost; iħeġġeġ bil-qawwa lill-persunal tal-Uffiċċju biex jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu b'mod xieraq fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi u ta' xogħol fuq il-post;

14.  Jiddispjaċih għall-ħsara li saret lill-immaġni tal-Uffiċċju minħabba l-iżbalji li nstabu fil-proċeduri ta' akkwist imsemmija aktar kmieni; itenni li l-kontroll effettiv jista' jiġi żgurat biss meta jkun hemm trasparenza sħiħa f'dawn il-proċeduri;

15.  Jilqa' l-pjanijiet ta' azzjoni mfassla mill-Uffiċċju biex jinstab rimedju għall-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti, b'mod partikolari:

   il-proċedura ta' akkwist għall-għoti ta' servizzi tal-ivvjaġġar (l-Aġenzija tal-Ivvjaġġar FCM) ġiet sostitwita bi proċedura miftuħa għall-offerti li ġiet iffinalizzata u li wasslet għall-konklużjoni ta' kuntratt ġdid;
   il-kuntratt qafas għal servizzi interim fil-Greċja (Randstad) ġie sostitwit bi proċedura miftuħa għall-offerti li ġiet iffinalizzata u li wasslet għall-konklużjoni ta' kuntratt ġdid;

16.  Jilqa' bi pjaċir il-miżuri meħuda mill-Uffiċċju biex isaħħaħ il-proċeduri ta' akkwist, b'mod partikolari ż-żieda ta' persunal f'karigi għoljin u ta' persunal ta' appoġġ addizzjonali fis-settur tal-akkwist;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.
(3) ĠU L 248, 3.10.2018, p. 195.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU L 248, 3.10.2018, p. 393.


Appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri***I
PDF 121kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri (COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))
P8_TA(2018)0407A8-0316/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0826),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0432/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0316/2018),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika *
PDF 116kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika (11265/2018 – C8-0388/2018 – 2018/0808(CNS))
P8_TA(2018)0408A8-0344/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11265/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0388/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0344/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


Varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA *
PDF 116kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (11282/2018 – C8-0389/2018 – 2018/0809(CNS))
P8_TA(2018)0409A8-0343/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11282/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0389/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0343/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


Varar fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika *
PDF 116kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika (11284/2018 – C8-0390/2018 – 2018/0810(CNS))
P8_TA(2018)0410A8-0345/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11284/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0390/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0345/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I
PDF 289kWORD 95k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))(1)
P8_TA(2018)0411A8-0317/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks.
(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. Il-produzzjoni globali tal-plastik żdiedet drastikament u fl-2017 laħqet 348 miljun tunnellata. Is-sehem Ewropew ta' dik il-produzzjoni kien jirrappreżenta 18,5 % (64,4 miljun tunnellata; żieda ta' 3,4 % meta mqabbla mal-produzzjoni fis-sena preċedenti). L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks u titnaqqas il-kwantità globali tal-plastik fl-ambjent. L-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks hija l-ewwel pass żgħir fl-istabbiliment ta' ekonomija ċirkolari bbażata fuq it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti kollha tal-plastik.
__________________
__________________
32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015)0614).
32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" (COM(2015)0614).
33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)0028).
33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)0028).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Il-plastik għandu rwol utli fl-ekonomija u jipprovdi applikazzjonijiet essenzjali f'ħafna setturi. B'mod partikolari, il-plastik jintuża fl-imballaġġ (40 %) u fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni (20 %). Hemm ukoll użu importanti tal-plastik fis-setturi tal-awtomobiliżmu, tat-tagħmir elettriku u elettroniku, tal-ikel u tal-agrikoltura. Madankollu, l-impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, is-saħħa u l-ekonomija ta' ċerti prodotti tal-plastik jeħtieġu li jiġi stabbilit qafas legali biex jitnaqqsu b'mod effettiv dawk l-effetti sinifikanti, anke permezz ta' restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti partikolari li jintużaw darba biss li għalihom jeżistu alternattivi faċilment disponibbli li jissodisfaw aktar il-kriterji tal-ekonomija ċirkolari.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Approċċi ċirkolari li jipprijoritizzaw il-prodotti riutilizzabbli mhux tossiċi u s-sistemi għall-użu mill-ġdid se jwasslu għal tnaqqis tal-iskart iġġenerat, u tali prevenzjoni hija fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart imnaqqxa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Approċċi bħal dawn huma wkoll konformi mal-Għan nru 12 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti35 li jiżgura xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni.
(2)  Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jippruvaw jiksbu bis-sħiħ approċċi ċirkolari li jipprijoritizzaw il-prodotti sikuri, mhux tossiċi u riutilizzabbli mingħajr ebda sustanza ta' riskju u s-sistemi għall-użu mill-ġdid pjuttost milli kwalunkwe prodott li jintuża darba biss. Qabelxejn, il-miżuri kollha jenħtieġ li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-iskart iġġenerat, u jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart peress li din hija fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart imnaqqxa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Peress li kwalunkwe prodott li jintuża darba biss x'aktarx li jkollu impatt negattiv fuq il-klima jew l-ambjent minħabba ċ-ċiklu tal-ħajja qasir tiegħu, jeħtieġ li tingħata prijorità lill-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid tal-prodotti li jistgħu jiksbu ffrankar kbir ta' CO2 u ta' materja prima siewja. Din id-Direttiva tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-Għan nru 12 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti35 li jiżgura xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni.
__________________
__________________
34 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
34 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
35 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.
35 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja. F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-sforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.
(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. Ammonti dejjem akbar ta' skart qed jispiċċaw fl-oċeani madwar id-dinja u qed jaffettwaw is-saħħa tal-ekosistemi u joqtlu l-annimali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-ilħuq tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li l-għan tiegħu huwa l-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha fit-trattament taż-żibel tal-baħar, fil-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart u fil-ġestjoni tal-iskart fil-baħar b'mod iktar effikaċi, u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja. F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-isforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.
_________________
_________________
36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.
36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.
(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd u tal-akkwakultura li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd u tal-akkwakultura li fih il-plastik, bħal nases, kaprajjes u bagi, xbieki, ħbula, spag, kordi u linji għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità kif ukoll għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2018, adotta konklużjonijiet dwar "It-twettiq tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari", u appoġġa b'mod ċar l-azzjonijiet meħuda f'livell Ewropew u globali biex jiġi ristrett l-użu tal-mikroplastiks miżjuda b'mod intenzjonali fil-prodotti kif ukoll l-użu tal-ossoplastiks fl-Unjoni u l-azzjonijiet previsti fl-Istrateġija għall-Plastiks rigward it-tnaqqis tal-mikroplastiks mit-tessuti, it-tajers tal-karozzi u t-tnixxija ta' pelits ta' qabel il-produzzjoni. L-Unjoni diġà qed tieħu azzjoni minħabba li hemm proċess kontinwu fl-ambitu tar-REACH, li permezz tiegħu l-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tiżviluppa dossier ta' restrizzjoni fil-qafas tal-Anness XV dwar l-użu ta' partikoli tal-mikroplastik miżjuda b'mod intenzjonali fi prodotti għall-użu tal-konsumatur jew għall-użu professjonali ta' kwalunkwe tip.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  L-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ komprensiv għall-problema tal-mikroplastiks u jenħtieġ li tħeġġeġ lill-produtturi kollha jillimitaw strettament il-mikroplastiks mill-formulazzjonijiet tagħhom, b'attenzjoni partikolari għall-manifatturi tat-tessuti u tat-tajers, billi l-ħwejjeġ u t-tajers sintetiċi jikkontribwixxu għal 63 % tal-mikroplastiks li jispiċċaw direttament fl-ambjent akkwatiku.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni40 u l-istrumenti ta' politika eżistenti jipprovdu ċerti reazzjonijiet regolatorji li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar. B'mod partikolari, l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal miżuri u miri ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħall-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik41 u l-għan reċentement adottat fl-Istrateġija għall-Plastiks42 biex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030. Madankollu, l-impatt ta' dik il-leġiżlazzjoni fuq l-iskart fil-baħar mhuwiex biżżejjed u hemm differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-livell ta' ambizzjoni fost il-miżuri nazzjonali sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-miżuri, b'mod partikolari r-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.
(6)  Ġestjoni xierqa tal-iskart tibqa' essenzjali għall-prevenzjoni taż-żibel (fil-baħar). Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni40 u l-istrumenti ta' politika eżistenti jipprovdu ċerti reazzjonijiet regolatorji li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar. B'mod partikolari, l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal miżuri u miri ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħall-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik41 u l-għan reċentement adottat fl-Istrateġija għall-Plastiks42 biex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030. Madankollu, l-impatt ta' dik il-leġiżlazzjoni fuq l-iskart fil-baħar mhuwiex biżżejjed u hemm differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-livell ta' ambizzjoni fost il-miżuri nazzjonali sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-miżuri, b'mod partikolari r-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.
__________________
__________________
40 Id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/56/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
40 Id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/56/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
41 Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
41 Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
42 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)0028 final).
42 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)0028 final).
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  It-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-imballaġġ huwa fattur essenzjali sabiex tiġi promossa katina tal-valur aktar sostenibbli. Sabiex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' finanzjament rilevanti fil-kuntest tal-għodod ta' programmazzjoni Ewropej tar-R&Ż, bħall-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (jiġifieri Orizzont 2020), fid-dawl tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Plastiks li jmiss.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.
(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss kif ukoll l-irkaptu tas-sajd. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss koperti b'miżuri skont din id-Direttiva huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jitqiesu oġġetti tal-imballaġġ kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  Ir-rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni jenħtieġ li jindika jekk il-kamp ta' applikazzjoni jistax jitwessa' għall-prodotti li jintużaw darba biss b'mod ġenerali.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7c (ġdida)
(7c)   It-tniġġis terrestri u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija b'oġġetti akbar tal-plastik u l-frammenti jew il-mikroplastiks li jirriżultaw minnhom jistgħu jkunu sinifikanti f'livell lokali jew reġjonali. F'livell lokali dan jista' jkun konsiderevoli minħabba l-użu intensiv tal-plastiks fl-agrikoltura. Biex jitnaqqsu l-effetti tal-iskart tal-plastik fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, it-tniġġis mill-plastik mill-art agrikola jenħtieġ li jiġi investigat bir-reqqa.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Il-prodotti tal-plastik jenħtieġ li jiġu mmanifatturati filwaqt li jitqies it-tul tal-ħajja kollu tagħhom. L-ekodisinn tal-prodotti tal-plastik jenħtieġ li dejjem iqis il-fażi tal-produzzjoni, ir-riċiklabbiltà u possibbilment anke r-riutilizzabbiltà tal-prodott. Il-produtturi jenħtieġ li, meta jkun xieraq, jiġu mħeġġa jużaw polimeri uniċi jew kompatibbli biex jimmanifatturaw il-prodotti tagħhom sabiex jissimplifikaw is-separazzjoni u jtejbu r-riċiklabbiltà, speċjalment fil-każ tal-imballaġġ tal-plastik.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Biż-żamma tal-valur tal-prodotti u l-materjali għall-itwal żmien possibbli u bil-ġenerazzjoni ta' anqas skart, l-ekonomija tal-Unjoni tista' ssir aktar kompetittiva u aktar reżiljenti, filwaqt li titnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi prezzjużi u fuq l-ambjent.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.
(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44.
(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet sikuri u sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum ta' dawk il-prodotti, bħalma qiegħed isir għall-basktijiet tal-plastik skont id-Direttiva 94/62/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43a,mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44. Dawn il-miżuri jenħtieġ li japplikaw għall-kontenituri tal-ikel li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin: l-ikel ikkonċernat ikun maħsub għall-konsum immedjat, ikun maħsub għall-konsum mingħajr aktar preparazzjoni u jkun maħsub biex jiġi kkunsmat minn ġor-reċipjent. L-Istati Membri jenħtieġ li jimmiraw lejn l-ogħla livell ta' ambizzjoni possibbli għal dawk il-miżuri, li jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-gravità tar-riskju tar-rimi tad-diversi prodotti u użi. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miri nazzjonali biex jikkwantifikaw l-effetti tal-miżuri meħuda biex jinkiseb it-tnaqqis ambizzjuż u sostnut. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-użu ta' prodotti li jkunu xierqa biex jintużaw aktar minn darba u li, wara li jsiru skart, ikunu xierqa għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, mingħajr ma jikkompromettu l-moviment liberu tal-oġġetti fis-suq intern. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom inkluż meta jinstabu fl-ambjent tal-baħar u jenħtieġ li jirrispettaw il-ġerarkija tal-iskart.
___________________
___________________
43a Id-Direttiva 2015/720/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11).
44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Il-filtri tal-prodotti tat-tabakk huma t-tieni fil-klassifika ta' oġġetti tal-plastik li jintużaw darba li jintremew l-aktar. Għalkemm is-sehem fis-suq tal-filtri taċ-ċelluloża derivati mill-pjanti għall-prodotti tat-tabakk jidher li qed jiżdied, l-aċċettabbiltà tal-alternattivi disponibbli mhijiex ċara. Barra minn hekk, l-impatt kbir ħafna fuq l-ambjent tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri ma jistax jiġi injorat minħabba li dawk il-filtri jistgħu jinqasmu f'biċċiet tal-plastik iżgħar. Il-filtri tat-tabakk użati jinkludu wkoll għadd kbir ta' sustanzi kimiċi li huma ta' ħsara għall-ambjent, li mill-inqas 50 minnhom huma karċinoġeni umani magħrufa, kif ukoll metalli tqal, li jistgħu jiskulaw mill-filtru u jagħmlu ħsara lill-ambjenti tal-art, tal-ajru u tal-baħar tal-madwar. Sabiex jiġi indirizzat l-impatt ambjentali kkawżat mill-iskart wara l-konsum, hemm bżonn ta' firxa wiesgħa ta' miżuri għall-prodotti tat-tabakk bil-filtri, li jvarjaw mit-tnaqqis fil-filtri li jintużaw darba biss u li jintremew wara l-użu sar-responsabilità estiża tal-produttur biex jiġi żgurat rimi responsabbli u biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart. Sabiex jiġu indirizzati l-ispejjeż sinifikanti għall-ġbir u s-separazzjoni li attwalment jiġġarrbu mill-kontribwenti, l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur jenħtieġ li jkopru l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart u l-ispejjeż għal infrastrutturi xierqa ta' ġbir tal-iskart. Bħala parti minn dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu joħolqu wkoll inċentivi għal katina ta' rkupru tal-filtri tas-sigaretti biex jitnaddaf l-aċetat taċ-ċelluloża, il-materjal tal-plastik li jammonta għal 60 % tal-kompożizzjoni tal-filtri tas-sigaretti, biex imbagħad jinbidlu f'oġġetti ġodda tal-plastik.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali.
(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli li jikkonformaw mal-istandards eżistenti u mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali, f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE. Ir-restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni introdotti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkopru wkoll prodotti magħmulin minn plastik ossodegradabbli, peress li dan it-tip ta' plastik ma jiddegradax sew u għalhekk jikkontribwixxi għat-tniġġis mill-mikroplastiks fl-ambjent, mhuwiex kompostabbli, jaffettwa b'mod negattiv ir-riċiklaġġ tal-plastik konvenzjonali u jonqos milli jagħti benefiċċju ambjentali ppruvat. Minħabba l-prevalenza għolja tal-iskart tal-polisteren fl-ambjent tal-baħar u billi hemm alternattivi disponibbli, il-kontenituri tal-ikel u tax-xorb li jintużaw darba biss magħmula mill-polisteren jenħtieġ li jiġu ristretti wkoll.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Għall-platti u l-pożati tal-plastik, anke jekk ikunu faċilment disponibbli alternattivi aktar xierqa, meta jkun ġustifikat kif xieraq u sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju fil-kontinwità tal-għoti ta' ċerti servizzi soċjali, bħall-catering fl-istabbilimenti edukattivi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, ikun xieraq li tiġi stabbilita estensjoni fuq perjodu ta' żmien limitat għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tat-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 12c (ġdida)
(12c)  Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva li jippromwovu l-użu ta' alternattivi mhux tal-plastik jenħtieġ li taħt ebda ċirkostanza ma jikkawżaw żieda fl-effetti detrimentali għall-ambjent u l-klima, pereżempju emissjonijiet addizzjonali ta' CO2 jew l-isfruttament ta' riżorsi siewja. Filwaqt li l-maġġoranza tal-alternattivi mhux tal-plastik huma magħmula minn riżorsi naturali u huma mistennija li joriġinaw mill-bijoekonomija, huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' dawn il-miżuri. Fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart, il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li dejjem jagħtu prijorità lill-prevenzjoni jew lit-tranżizzjoni lejn prodotti riutilizzabbli pjuttost milli alternattivi oħra li jintużaw darba biss, anke jekk dawn ikunu magħmula minn materjali mhux tal-plastik.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  It-tappijiet u l-għotjien, b'parti sinifikanti magħmula mill-plastik, ġejjin minn kontenituri tax-xorb huma fost l-oġġetti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss mormija fuq ix-xtajtiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti li jintużaw darba biss, jitħallew jitqiegħdu fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tad-disinn tal-prodott, u dan inaqqas b'mod sinifikanti r-rilaxx fl-ambjent tat-tappijiet u l-għotjien tal-kontenituri tax-xorb. Għall-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti u imballaġġi tal-plastik li jintużaw darba biss, din il-kundizzjoni hija żieda mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-kompożizzjoni u n-natura tal-imballaġġi li jistgħu jintużaw mill-ġdid u li huma riċiklabbli, inklużi r-riċiklabbli stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 94/62/KE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, jeħtieġ li jiġi żviluppat standard armonizzat adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u l-konformità ma' dak l-istandard għandu jippermetti l-preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li jkun previst biżżejjed żmien għall-iżvilupp ta' standard armonizzat u li l-produtturi jitħallew jadattaw il-katini tal-produzzjoni tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott.
(13)  It-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik, ġejjin minn kontenituri tax-xorb huma fost l-oġġetti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss mormija fuq ix-xtajtiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti li jintużaw darba biss, jitħallew jitqiegħdu fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tad-disinn tal-prodott, u dan inaqqas b'mod sinifikanti r-rilaxx fl-ambjent tat-tappijiet u l-għotjien tal-kontenituri tax-xorb u jżid il-kwantitajiet riċiklati. Għall-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti u imballaġġi tal-plastik li jintużaw darba biss, din il-kundizzjoni hija żieda mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-kompożizzjoni u n-natura tal-imballaġġi li jistgħu jintużaw mill-ġdid u li huma riċiklabbli, inklużi r-riċiklabbli stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 94/62/KE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, jeħtieġ li jiġi żviluppat standard armonizzat adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u l-konformità ma' dak l-istandard għandu jippermetti l-preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li jkun previst biżżejjed żmien għall-iżvilupp ta' standard armonizzat u li l-produtturi jitħallew jadattaw il-katini tal-produzzjoni tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott. Sabiex jiġi żgurat l-użu ċirkolari tal-plastiks, jeħtieġ li jiġi żgurat id-dħul fis-suq tal-materjali riċiklati. Għalhekk huwa xieraq li jiġi introdott rekwiżit għal kontenut minimu obbligatorju ta' plastiks riċiklati f'ċerti prodotti.
___________________
___________________
45 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
45 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Fil-kuntest tar-rieżami li għandu jsir skont l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 94/62/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-proprjetajiet relattivi ta' materjali differenti tal-imballaġġ, inklużi materjali komposti, abbażi ta' valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, li jindirizzaw b'mod partikolari l-prevenzjoni u d-disinn għaċ-ċirkolarità.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Il-preżenza ta' sustanzi kimiċi perikolużi fl-assorbenti sanitarji, fit-tampuni u fl-applikaturi tat-tampuni jenħtieġ li tiġi evitata fl-interess tas-saħħa tan-nisa. Bl-istess mod, id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet b'diversi użi u li jkunu aktar ekonomikament sostenibbli hija fundamentali biex in-nisa jiġu ggarantiti aċċess sħiħ għall-ħajja soċjali.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.
(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Ir-rimi fil-kanali tad-drenaġġ, barra minn hekk, jista' jikkawża ħsara ekonomika sostanzjali lin-netwerks tad-drenaġġ billi jimblokka l-pompi u jsodd il-pajpijiet. Għal dawn il-prodotti, spiss ikun hemm nuqqas sinifikanti ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi materjali ta' dawn il-prodotti u r-rimi xieraq tal-iskart. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar u għal miżuri ta' sensibilizzazzjoni. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-iskart li jridu jiġu evitati, dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq, il-preżenza ta' plastiks fil-prodott u r-riċiklabbiltà tal-prodott. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv, jinftiehem b'mod ċar u mhux qarrieqi, u jenħtieġ li tqis ukoll il-ftehimiet volontarji eżistenti.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel.
(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel u biex tiġi indirizzata l-imġiba ħażina tal-konsumaturi. Dawn l-ispejjeż jenħtieġ li ma jaqbżux l-ispejjeż li huma meħtieġa biex jiġu pprovduti dawk is-servizzi b'mod kosteffiċjenti u jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati. L-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart jenħtieġ li jkunu proporzjonati u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq objettivi ċari stabbiliti skont l-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 2008/98/KE. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiddefinixxu l-ambitu u l-portata tal-attivitajiet ta' tindif koperti mill-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-obbligi rilevanti rigward il-prevenzjoni tal-iskart u l-iskart fil-baħar fil-liġi tal-Unjoni. Tali attivitajiet jenħtieġ li jinkludu, pereżempju, il-prevenzjoni u l-ġbir tal-iskart fit-toroq, fis-swieq u fi spazji pubbliċi oħra u matul avvenimenti pubbliċi, iżda jenħtieġ li ma jinkludux operazzjonijiet, inkluż it-tindif tal-baħar u l-oċeani, li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi mhumiex responsabbli.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   L-inċentivi ekonomiċi kapaċi jinfluwenzaw l-għażla tal-konsumatur, jinkoraġġixxu jew jiskoraġġixxu abitudnijiet speċifiċi tal-konsumatur u, għalhekk, jistgħu jintużaw bħala għodda effikaċi upstream sabiex jitnaqqas l-impatt ta' ċerti plastiks fuq l-ambjent.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti46 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-irkaptu tagħhom tal-iskart sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ.
(16)  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti46 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jekk l-irkaptu tas-sajd mitluf ma jistax jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment jenħtieġlu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ armonizzat, id-data dwar l-irkaptu tas-sajd mitluf jenħtieġ li tinġabar u tiġi rreġistrata mill-Istati Membri u mibgħuta lill-Kummissjoni kull sena. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-irkaptu tagħhom tal-iskart sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw ukoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom minħabba r-responsabbiltà tal-produttur ikunu mmodulati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari d-durabbiltà, il-possibbiltà ta' tiswija, ir-riutilizzabbiltà u r-riċiklaġġ ta' dawn il-prodotti.
___________________
___________________
46 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.
46 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Fil-qafas ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw, jivvalutaw, jiġbru u jirriċiklaw l-irkaptu tas-sajd sabiex jilħqu l-miri kwantitattivi għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
(17a)   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), jenħtieġ li tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik agrikolu u l-Kummissjoni jenħtieġ li, kif xieraq, sal-2023 tintroduċi standard għal kundizzjoni tal-art agrikola u ambjentali tajba dwar l-iskart tal-plastik bħala element ġdid ta' kondizzjonalità mtejba fuq terminu medju. Skont ir-rekwiżit il-ġdid tal-kondizzjonalità, il-bdiewa jkunu obbligati jużaw impriża ta' ġestjoni tal-iskart awtorizzata biex jorganizzaw il-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik, u jżommu evidenza li l-iskart tal-plastik ġie ttrattat b'mod korrett.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd, sabiex tiġi inċentivata mġiba tal-konsumaturi responsabbli fir-rimi korrett tal-iskart. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-impatt ta' rimi tal-iskart mhux xieraq fin-netwerk tad-drenaġġ. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Il-ġlieda kontra ż-żibel hija sforz kondiviż bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-produtturi jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużaw il-poter tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom biex jippromwovu u jixprunaw konsum u użu sostenibbli u ċirkolari tal-prodotti.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 18a (ġdida)
(18a)   F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija obbligata tgħin lill-Istati Membri fit-tfassil tal-istrateġiji u l-pjanijiet għat-tnaqqis tat-tixrid fil-baħar tal-irkaptu tas-sajd, anke permezz ta' sussidji mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). L-isforzi jistgħu jinkludu kampanji u programmi ta' sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ta' dan l-iskart fuq l-ekosistemi tal-baħar, ir-riċerka dwar il-fattibbiltà ta' rkaptu tas-sajd bijodegradabbli/kompostabbli, proġetti edukattivi għas-sajjieda u programmi pubbliċi speċifiċi biex il-plastik u oġġetti oħra jitneħħew minn qiegħ il-baħar.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Dan se jkollu impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat.
(20)  Fliexken tax-xorb (bit-tappijiet u bl-għotjien) li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u li tiżdied il-produzzjoni minn kontenut riċiklat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Din il-mira minima tal-ġbir jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn rekwiżit għal kontenut riċiklat speċifiku għall-fliexken tal-plastik, sabiex jiġi żgurat li ż-żieda fil-plastik miġbur tintuża mill-ġdid jew tiġi rriċiklata u b'hekk terġa' tiddaħħal fl-ekonomija ċirkolari. Dawk il-miżuri ikollhom impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir u tar-riċiklaġġ, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet ġodda għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat. Meta jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu l-mira minima ta' ġbir separat, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tinżamm l-operazzjoni soda tal-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi linji gwida għall-funzjonament tal-iskemi ta' rifużjoni tad-depożitu għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jistabbilixxu tali skemi.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  Id-Direttiva 2008/98/KE tiddefinixxi "ġbir separat" bħala l-ġbir fejn fluss ta' skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku. Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a li temenda d-Direttiva 2008/98/KE tinnota li l-ġbir separat jista' jinkiseb permezz ta' ġbir bieb bieb, permezz ta' sistemi ta' depożitu jew akkoljenza jew permezz ta' arranġamenti oħra ta' ġbir. Il-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE jippermetti deroga li permezz tagħha għandu jkun possibbli li jinġabru ċerti tipi ta' skart flimkien dment li dan ma jimpedix riċiklaġġ ta' kwalità għolja jew irkupru ieħor tal-iskart, f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u jirriżulta fi produzzjoni minn dawk l-operazzjonijiet li tkun ta' kwalità paragunabbli għal dik miksuba permezz ta' ġbir separat. Dik id-deroga jenħtieġ li tkun disponibbli anke fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
_____________
1a Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109).
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-dejta miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, u tippermetti t-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perijodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.
(22)  Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-data miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli, inkluż l-istabbiliment ta' miri ta' tnaqqis għall-Unjoni kollha għall-2030 u wara u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss.
___________________
___________________
48.  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
48.  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.
(23)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu inċentivati jew penalizzati wkoll għall-imġiba tagħhom, kif ikun xieraq.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex timpedixxi u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, biex tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-trawwim ta' mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(25)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex timpedixxi u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd u l-akkwakultura li fih il-plastik, biex tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-trawwim ta' mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Peress li ż-żibel tal-plastik fil-baħar mhuwiex limitat għall-ambjent tal-baħar madwar l-Unjoni u peress li jista' jiġi identifikat ammont kbir ta' żibel tal-plastik fil-baħar f'partijiet oħra tad-dinja li ma jagħmlux parti mill-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-materjali tal-iskart lejn pajjiżi terzi ma jżidux iż-żibel tal-plastik fil-baħar x'imkien ieħor.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 25b (ġdida)
(25b)  L-Istati Membri jistgħu jiżvolġu wkoll rwol importanti fit-tnaqqis taż-żibel fil-baħar billi jaqsmu l-għarfien u l-pariri esperti tagħhom fil-ġestjoni sostenibbli tal-materjali ma' pajjiżi terzi.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 25c (ġdida)
(25c)  L-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq il-ħajja akkwatika u l-ambjent akkwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi u sostenibbli, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd u l-akkwakultura li fih il-plastik.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;
(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jiffunzjona jew jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
(2a)  "basktijiet tal-plastik ħfief ħafna" tfisser basktijiet tal-plastik ħfief kif definiti fl-Artikolu 3(1c) tad-Direttiva 94/62/KE bi ħxuna ta' inqas minn 15-il mikron;
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe prodott jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex jimmira jew jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f'wiċċ il-baħar u li jintuża bil-għan li jattira u jaqbad it-tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
(3)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe prodott jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex jimmira, jaqbad jew iżomm għat-trobbija riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f'wiċċ il-baħar u li jintuża bil-għan li jattira, jaqbad jew iżomm it-tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "irkaptu tas-sajd skartat" tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jaqa' fid-definizzjoni ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, is-sustanzi jew il-materjali separati kollha, li kienu parti minn jew marbuta ma' tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat;
(4)  "irkaptu tas-sajd skartat" tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jaqa' fid-definizzjoni ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, is-sustanzi jew il-materjali separati kollha, li kienu parti minn jew marbuta ma' tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat jew mitluf;
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10
(10)  "produttur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta' bejgħ użat, inklużi kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 201150, tqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra l-persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;
(10)  "produttur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta, irrispettivament mill-metodu ta' bejgħ użat, inklużi kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011, u b'dan il-mod, tqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra l-persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd jew tal-akkwakultura kif definiti fl-Artikolu 4(25) u 4(28) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;
___________________
___________________
50 Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64)
50 Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64)
51 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
51 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
(11a)  "ġbir separat" tfisser il-ġbir separat kif iddefinit fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2008/98/KE;
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
(13a)  "plastik bijodegradabbli" tfisser plastik li kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li fl-aħħar mill-aħħar jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma b'mod konformi mal-istandards Ewropej għall-imballaġġ rekuperabbli permezz tal-ikkompostjar u d-diġestjoni anaerobika;
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
(14a)  "prodotti tat-tabakk" tfisser prodotti tat-tabakk, kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE.
Emendi 118, 54 u 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
Artikolu 4
Artikolu 4
Tnaqqis fil-konsum
Tnaqqis fil-konsum
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut ta' mill-inqas 25 % sal-2025 fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom
Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż meta jiġu mormija.
L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali li jiddeskrivu l-miżuri adottati skont dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet u għandhom jaġġornawhom fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar dawk il-pjanijiet.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri nazzjonali kwantitattivi ta' tnaqqis biex jilħqu l-għan stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk il-miri għandhom jiġu adottati sa ... [id-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].
Il-miżuri adottati skont dan il-paragrafu għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri skont id-Direttiva (UE) 2015/15351a fejn meħtieġ minn dik l-istess Direttiva.
2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmijin fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmijin fil-paragrafu 1 sa … [12-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
2a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sostnut tal-impatt ambjentali tal-iskart mill-prodotti tat-tabakk, u b'mod partikolari tal-filtri tal-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik, billi jnaqqsu l-iskart wara l-konsum mill-filtri għall-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik, kif ġej: 50 % sal-2025 u 80 % sal-2030, meta mqabbla mal-medja ponderata tal-filtri tal-plastik tal-prodotti tat-tabakk mqiegħda fis-suq bejn l-2014 u l-2016..
_________________
1a Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni) (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien b'parti sinifikanti magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu imwaħħla mal-kontenitur matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodott.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu imwaħħla mal-kontenitur matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodott.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-2025, il-fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti C tal-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu magħmula minn kontenut riċiklat ta' mill-inqas 35 % u jkunu riċiklabbli.
Sal-1 ta' Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontenut irriċiklat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu it-tappijiet jew l-għotjien tal-metall b'siġilli tal-plastik ma għandhomx jitqiesu li għandhom parti sinifikanti magħmula mill-plastik.
2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu it-tappijiet jew l-għotjien tal-metall b'siġilli tal-plastik ma għandhomx jitqiesu li huma magħmula mill-plastik. Kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ u tal-metall li jkollhom tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik ma għandhomx ikunu koperti minn dan l-Artikolu.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1.
3.  Sa ... [3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-istandards għandhom jindirizzaw b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żgurati s-saħħa, l-affidabbiltà u s-sikurezza meħtieġa għall-għotjien tal-kontenituri tax-xorb, inklużi dawk għax-xorb bil-gass.
Emendi 59 u 140
Proposta għal direttiva
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Rekwiżit ta' mmarkar
Rekwiżit ta' mmarkar
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull imballaġġ tal-bejgħ tal-prodotti tal-plastik li jintuża darba biss, li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx, kemm fuq il-pakkett li jkun fih l-aktar unitajiet kif ukoll fuq kull unità meta tkun ippakkjata b'mod individwali, sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'dan li ġej:
(a)  l-għażliet xierqa għar-rimi tal-prodott jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott,
(a)  l-għażliet xierqa għar-rimi tal-prodott u/jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott,
(b)  l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti, jew
(b)  l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti,
(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott.
(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott, u
(ca)   il-preżenza ta' sustanzi kimiċi ta' tħassib fil-prodott, bħalma huma metalli perikolużi, ftalati, PFAS, bisfenoli, kif ukoll interferenti endokrinali u sustanzi oħra ta' tħassib serju ħafna (SVHC) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull imballaġġ tal-bejgħ tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx, kemm fuq l-imballaġġ li jkun jikkontjeni numru ta' unitajiet kif ukoll fuq kull unità meta tkun ippakkjata b'mod individwali, sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa bir-riċiklabbiltà tal-prodott.
2.  Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
2.  Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 u meta tagħmel dan, għandha tqis il-ftehimiet volontarji settorjali eżistenti u għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-bżonn li tiġi evitata informazzjoni li tqarraq bil-konsumatur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
Emenda 146
Proposta għal direttiva
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
Dispożizzjonijiet għal Oġġetti Sanitarji
L-Istati Membri għandhom jipprevjenu l-użu ta' sustanzi kimiċi perikolużi fil-kompożizzjoni ta' assorbenti sanitarji, tampuni u applikaturi tat-tampuni elenkati fil-Parti D tal-Anness.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.
Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jissodisfaw dawn l-obbligi m'għandhomx jeċċedu l-ispejjeż li huma meħtieġa biex jiġu pprovduti dawk is-servizzi b'mod kosteffiċjenti u għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fir-rigward tal-ispejjeż biex jinġabar żibel imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi huma stabbiliti b'mod proporzjonat u huma mmodulati skont l-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, u jqisu l-ispejjeż tat-tindif ta' prodotti individwali jew gruppi ta' prodotti. L-ispejjeż għandhom ikunu limitati għal attivitajiet imwettqa fuq bażi regolari minn awtoritajiet pubbliċi jew f'isimhom, li għandhom jinkludu attivitajiet ta' ġbir ta' żibel li jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi rilevanti dwar il-prevenzjoni tal-iskart u l-protezzjoni ambjentali taħt atti leġiżlattivi tal-Unjoni.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-ġbir taż-żibel kopert mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-filtri tal-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ambjentali stabbilit fl-Artikolu 4(2a), inkluż billi jiġi żgurat li l-produtturi tal-filtri tal-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart ta' dawk il-prodotti u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jinġabar iż-żibel u l-ispejjeż tal-miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-Artikolu 10 rigward dawk il-prodotti. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jeħtieġu li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jistabbilixxu sistemi ta' ġbir jew infrastrutturi ta' ġbir ta' finanzi għal filtri użati, jew jippromwovu d-dekontaminazzjoni u r-riċiklaġġ ta' filtri użati permezz tal-istabbiliment ta' katina ta' rkupru tal-iskart.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq dik il-bażi li rata minima ta' ġbir ta' rkaptu tas-sajd li fih il-plastik tinkiseb kull sena. Mill-2025 ir-rata minima ta' ġbir għandha tkun ta' 50 % ikkalkulata abbażi tal-piż totali tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru kkonċernat, espressa bħala perċentwali tal-piż medju tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik imqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta' qabel.
Huma għandhom jiżguraw ukoll li dawk l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jiksbu mira ta' riċiklaġġ ta' mill-inqas 15 % għal irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik sal-2025. Sabiex tintlaħaq dik il-mira, l-Istati Membri jistgħu, barra minn hekk, jirrikjedu li l-iskemi fost l-oħrajn:
(a)  jimmodulaw kontribuzzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, sabiex jippromwovu t-tqegħid fis-suq ta' rkaptu tas-sajd maħsub għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;
(b)  jistabbilixxu skemi ta' rimborż tad-depożitu biex jinkoraġġixxu r-ritorn ta' rkaptu tas-sajd qadim, mitluq jew li ma jistax jintuża;
(c)  jinkludu programmi ta' monitoraġġ, traċċar u rappurtar.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tekniċi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/981a, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati relatati mad-disinn ċirkolari ta' rkaptu tas-sajd biex jinkoraġġixxu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tiġi ffaċilitata r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja.
__________________
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż u jiżguraw li jiġu rriċiklati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-ewwel paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar il-funzjonament tal-iskemi ta' rifużjoni tad-depożitu.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 10
Artikolu 10
Artikolu 10
Miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni
Miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw kif ukoll jinċentivaw imġiba responsabbli mill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:
(a)  is-sistemi disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(a)  id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli, ta' sistemi għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)  l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti u ta' dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b'mod partikolari fuq l-ambjent marin.
(b)  l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti u ta' dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b'mod partikolari fuq l-ambjent tal-baħar;
(ba)  l-impatt tar-rimi mhux adegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti fuq in-netwerk tad-drenaġġ.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel ma jiġux kompromessi.
Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel ma jiġux kompromessi u mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' alternattivi sostenibbli u aktar sikuri għall-plastik fejn possibbli għal materjali maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel.
________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-materjali ta' skart lejn pajjiżi terzi ma jżidux maż-żibel tal-plastik fil-baħar xi mkien ieħor.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta' reviżjoni f'qorti tal-ġustizzja jew f'korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8 meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta' reviżjoni f'qorti tal-ġustizzja jew f'korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10 meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
Artikolu 13
Artikolu 13
Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52 u għad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53, l-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom jistabbilixxu sett ta' data li fih:
1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52 u għad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53, l-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom jistabbilixxu sett ta' data li fih:
(a)  id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);
(a)  id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);
(aa)  id-data dwar it-tqegħid fis-suq u l-ġbir separat tal-prodotti elenkati fil-Parti F tal-Anness, biex jintwera l-progress lejn il-kisba tal-mira stabbilita fl-Artikolu 9;
(ab)  id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jiġi mmonitorjat il-konsum tagħhom fl-Unjoni;
(ac)  data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar l-irkaptu tas-sajd skartat miġbur u ttrattat;
(b)  l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 4(1).
(b)  l-informazzjoni dwar il-pjanijiet u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 4(1);
(ba)  l-ammonti ta' żibel fil-baħar, b'mod partikolari dak li joriġina minn prodotti koperti b'din id-Direttiva sabiex jiġu mmonitorjati l-effetti tal-miżuri meħuda.
Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi aġġornata kull sena fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza li għaliha tinġabar. Fejn possibbli, is-servizzi ta' data ġeografika kif iddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw biex jippreżentaw dawk is-settijiet ta' dejta.
Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi rrapportata għall-ewwel darba sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Id-data msemmija fil-punti (a) sa (ac) għandha tiġi aġġornata kull sena fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza li għaliha tinġabar. Fejn possibbli, is-servizzi ta' data ġeografika kif iddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw biex jippreżentaw dawk is-settijiet ta' data.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollhom aċċess għas-settijiet ta' data stabbiliti skont il-paragrafu 1.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollhom aċċess għas-settijiet ta' data stabbiliti skont il-paragrafu 1.
3.  B'mod regolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data miġbura mill-Istati Membri. Il-ħarsa ġenerali fl-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta' din id-Direttiva, mapep ta' analiżi għall-Unjoni kollha u rapporti tal-Istati Membri li jipprovdu ħarsa ġenerali.
3.  B'mod regolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data miġbura mill-Istati Membri. Il-ħarsa ġenerali fl-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta' din id-Direttiva, mapep ta' analiżi għall-Unjoni kollha u rapporti tal-Istati Membri li jipprovdu ħarsa ġenerali.
4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tas-sett ta' data, tal-informazzjoni u tad-data msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tas-sett ta' data, tal-informazzjoni u tad-data msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
___________________
___________________
52 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
52 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
53 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
53 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Emendi 74 u 150
Proposta għal direttiva
Artikolu 15
Artikolu 15
Artikolu 15
Evalwazzjoni u reviżjoni
Evalwazzjoni u reviżjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [sitt snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.
1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [ħames snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.
2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk xieraq. Dik il-proposta għandha, jekk ikun xieraq, tistabbilixxi miri vinkolanti ta' tnaqqis fil-konsum kwantitattiv fil-livell tal-Unjoni għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness.
2a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2020, programm madwar l-Unjoni kollha għat-tindif tal-iskart tal-plastik fl-oċeani u għandhom jippromwovu din l-inizjattiva fil-livell internazzjonali.
3.  Dak ir-rapport għandu jindika wkoll jekk:
3.  Dak ir-rapport għandu jinkludi:
(a)  jeħtieġx jiġi rivedut l-Anness li jelenka prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss;
(a)   valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss;
(b)  huwiex fattibbli li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-konsum, b'mod partikolari, tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness;
(b)   studju dwar il-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-konsum, b'mod partikolari, tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness; f'dan ir-rigward ir-rapport għandu jivvaluta l-iffissar ta' miri espressi f'numri assoluti filwaqt li jitqiesu l-livelli ta' konsum u t-tnaqqis diġà miksub fl-Istati Membri;
(ba)  valutazzjoni tal-bidla fil-materjali użati fi, u l-innovazzjoni f'sistemi ta' konsenja ġodda għal alternattivi li jistgħu jintużaw mill-ġdid għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva; din għandha tinkludi analiżi ambjentali globali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawk il-materjali u l-alternattivi li jirriżultaw;
(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, fejn xieraq.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-obbligi ta' rappurtar li jinsabu fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 7(1) minn … [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mal-Artikolu 6(1) minn …[3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 7(1) minn … [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mal-Artikolu 6(1) minn …[3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], bl-eċċezzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 6(1) fir-rigward ta' kontenituri tax-xorb għax-xorb bil-gass, li l-Istati Membri għandhom japplikaw minn ... [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li dawn id-dispożizzjonijiet ma jimponux ostakli mhux ġustifikati għall-funzjonament tas-suq uniku.
Emendi 78 u 124/rev
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 4 dwar it-tnaqqis tal-konsum
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 4 dwar it-tnaqqis tal-konsum
–  Tazez għax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom
–  Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom l-ikel
–  Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom l-ikel
Il-bejgħ ta' ikel f'kontenitur tad-daqs ta' porzjon għal persuna waħda, jew f'kontenitur li jkun fih pożati, huwa indikazzjoni li l-ikel inkwistjoni huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur tal-ikel.
Il-kunċett ta' aktar preparazzjoni jinkludi attivitajiet bħat-tisħin, iż-żieda ta' ilma jagħli, il-ħasil, it-tfettit u l-qtugħ.
Eżempji ta' kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-partijiet A, E u G ta' dan l-Anness:
–  Kontenituri tal-fast-food bħal kaxex li jkun fihom l-ikel u l-kaxex li jkun fihom l-insalati b'ikel għall-konsum kiesaħ
–  Kontenituri tal-fast-food bħal kaxex li jkun fihom l-ikel u l-kaxex li jkun fihom l-insalati b'ikel għall-konsum sħun, ħlief fejn l-ikel jeħtieġ li jiġi msaħħan mill-konsumatur wara li jinxtara l-prodott
–  Kaxxi tal-burgers, kaxxi tas-sandwiches, kaxxi tar-wraps
–  Kontenituri tal-ikel ta' daqs ta' porzjon għal persuna waħda ta' ikel frisk jew ipproċessat li ma jeħtieġx aktar preparazzjoni, bħal frott, ħxejjex, deżerti jew ġelati, mibjugħa bil-waħda
Eżempji ta' kontenituri li mhumiex kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss koperti mill-partijiet A, E u G ta' dan l-Anness:
–  Kontenituri tal-ikel, b'ikel imnixxef jew ikel mibjugħ kiesaħ li jeħtieġ aktar preparazzjoni
–  Kontenituri li fihom ikel fi kwantitajiet li huma daqs ta' porzjon għal iktar minn persuna waħda
–  Kontenituri tal-ikel ta' daqs ta' porzjon għal persuna waħda mibjugħa f'aktar minn unità waħda
–  Tazez għax-xorb
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – inċiż 2
—  Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks)
—  Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks) ħlief, sal-2023, pożati fornuti lil stabbilimenti edukattivi jew istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa taħt il-kuntratti pubbliċi ta' provvisti1a kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24/UE li ngħataw qabel il-31 ta' Diċembru 2018.
___________________
1a "kuntratti pubbliċi ta' provvisti" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta' xiri, ta' prodotti. Kuntratt ta' provvista pubblika jista' jinkludi, b'mod inċidentali, operazzjonijiet ta' tqegħid fil-post u installazzjoni.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – inċiż 3
—  Platti
—  Platti, ħlief, sal-2023, platti fornuti lil istituzzjonijiet edukattivi jew istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa taħt il-kuntratti pubbliċi ta' provvisti1a kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24/UE li ngħataw qabel il-31 ta' Diċembru 2018.
___________________
1a "kuntratti pubbliċi ta' provvisti" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta' xiri, ta' prodotti. Kuntratt ta' provvista pubblika jista' jinkludi, b'mod inċidentali, operazzjonijiet ta' tqegħid fil-post u installazzjoni.
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – inċiż 6
—  Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek
—  Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, esklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek
Emendai 83 u 117
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – inċiż 6a (ġdid)
–   Prodotti magħmula minn plastik ossodegradabbli
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – inċiż 6b (ġdid)
—  Kontenituri tal-ikel u tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur jew fuq il-post jew għal take-away mingħajr aktar preparazzjoni.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Anness I – parti C – inċiż 1
—  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom
—  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, ħlief il-kontenituri maħsubin u użati għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali fil-forma likwida kif definita fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Anness – parti D – inċiż 3
—  Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi
imħassar
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Anness – parti D – inċiż 3a (ġdid)
–  Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Anness I – parti D – inċiż 3b (ġdid)
–  Pakketti u boroż magħmulin minn materjal flessibbli li jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mill-borża individwali mingħajr aktar preparazzjoni
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Anness I – parti D – inċiż 3c (ġdid)
–  Tazez għax-xorb
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Anness I – parti E – inċiż 4
–  Tazez għax-xorb
–  Tazez għax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Anness I – parti F – inċiż 1
—  Fliexken tax-xorb
—  Fliexken tax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0317/2018).


L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri ***I
PDF 130kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (COM(2016)0882 – C8-0533/2016 – 2016/0408(COD))
P8_TA(2018)0412A8-0347/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0882),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0533/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0347/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1861.)


L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali ***I
PDF 130kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (COM(2016)0883 – C8-0530/2016 – 2016/0409(COD))
P8_TA(2018)0413A8-0349/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0883),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(1) it-tieni subparagrafu, punt (d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0530/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0349/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1862.)


L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment ***I
PDF 132kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment (COM(2016)0881 – C8-0532/2016 – 2016/0407(COD))
P8_TA(2018)0414A8-0348/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0881),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0532/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0348/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1860.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (dwar l-Irlanda/Ritorn)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha ta’ inizjattiva, biex ladarba l-Irlanda tipparteċipa fid-Direttiva 2008/115/KE tivvaluta s-sitwazzjoni legali skont it-Trattati u l-Protokolli rilevanti u, skont ma jkun meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tippermetti li l-kooperazzjoni dwar ir-ritorn bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra tkun tista' titwettaq permezz tas-SIS.


L-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku *
PDF 145kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (COM(2018)0334 – C8-0269/2018 – 2018/0173(CNS))
P8_TA(2018)0415A8-0307/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0334),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0269/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0307/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendat;

2.  Jistieden lil Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Fis-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża C-30/17 Kompania Piwowarska1a il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar il-kalkolu tal-grad Plato
____________
1a Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 2018 tal-Kawża C-30/17 Kompania Piwowarska, ECLI:EU:C:2018:325.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 92/83/KEE
il-paragrafu 1 – tal-Artikolu 3. – subparagrafu 1 a
L-ingredjenti kollha tal-birra, anke dawk li jiżdiedu wara l-fermentazzjoni, għandhom jitqiesu biex jitkejlu l-gradi Plato.;
L-ingredjenti kollha tal-birra, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jiżdiedu wara t-tkomplija tal-fermentazzjoni, għandhom jitqiesu biex jitkejlu l-gradi Plato.

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810
PDF 154kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D058360/01 – 2018/2872(RSP))
P8_TA(2018)0416B8-0490/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D058360/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-11 ta' Settembru 2018, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-24 ta' Jannar 2018, u ppubblikata fis-26 ta' Frar 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-20 ta' Ottubru 2016, Monsanto Europe N.V./S.A., ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 għall-użu fl-ikel u l-għalf;

B.  billi, fl-24 ta' Jannar 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli(5) skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fejn ikkonkludiet li l-applikazzjoni għat-tiġdid ma kienx fiha evidenza għal perikli ġodda, esponiment modifikat jew inċertezzi xjentifiċi li jbiddlu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali dwar il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810, adottata mill-EFSA fl-2005(6);

C.  billi l-EFSA, skont l-opinjoni xjentifika tagħha, ma wettqitx tiftix sistematiku għal-letteratura tagħha stess, iżda sempliċement ivvalutat it-tiftix tal-letteratura mwettaq mill-applikant, u fuq din il-bażi kkonkludiet li ma ġiet identifikata l-ebda pubblikazzjoni ġdida li tqajjem tħassib dwar is-sikurezza;

D.  billi l-EFSA adottat l-opinjoni tagħha bis-suppożizzjoni li s-sekwenza tad-DNA taż-żewġ eventi fil-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x MON 810 hija identika għas-sekwenza tal-eventi li ġew ivvalutati oriġinarjament; billi l-applikant ma pprovda l-ebda data li tappoġġa dik l-ipoteżi;

E.  billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 jesprimi proteina li tagħti tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat; billi fl-20 ta' Marzu 2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer - l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa - ikklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bniedem(7);

F.  billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 fl-Unjoni għandha twassal għal żieda fil-kultivazzjoni tiegħu x'imkien ieħor, bħal fl-Arġentina, il-Brażil, il-Kanada, il-Kolombja, il-Ġappun, il-Filippini, l-Afrika t'Isfel u l-Urugwaj, u għal żieda korrispondenti fl-użu ta' erbiċidi li fihom il-glifosat;

G.  billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x MON 810 jesprimi l-proteina Cry1Ab, li hija proteina tat-tip Bt (li hija derivata mill-Bacillus thuringiensis) li tikkonferixxi reżistenza għal ċerti pesti insetti lepidotteri (Ostrinia nubilalis, Sesamia spp.);

H.  billi l-pjanti ġenetikament modifikati Bt jesprimu t-tossina insettiċida f'kull ċellola tul ħajjithom, anke fil-partijiet li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali; billi l-esperimenti fl-għalf tal-annimali juru li l-pjanti ġenetikament modifikati Bt jista' jkollhom effetti tossiċi(8); billi ntwera li t-tossina Bt fi pjanti ġenetikament modifikati hija differenti ħafna mit-tossina Bt li teżisti b'mod naturali(9);

I.  billi għad hemm tħassib dwar il-possibbiltà ta' evoluzzjoni tar-reżistenza għall-proteina Cry1Ab fil-pesti lepidotteri fil-mira, li tista' twassal għal prattiki mibdula ta' kontroll tal-pesti fil-pajjiżi fejn tiġi kkultivata;

J.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi; billi dawk il-kummenti jirreferu għal, inter alia: nuqqas ta' informazzjoni fir-rigward ta' linji użati bħalissa; data nieqsa, eż. rigward il-potenzjal għat-trasferiment orizzontali tal-ġeni tal-eventi MON 810 u NK603; reviżjoni nieqsa tal-letteratura; ġenerazzjoni ta' data parzjalment skaduta; u approċċ frammentat għall-monitoraġġ ambjentali, inkluż il-fatt li l-persistenza tal-proteini Cry irrilaxxati fl-ambjent ma ġietx immonitorjata, ma kienet twettqet l-ebda analiżi tal-esponiment tal-ambjent għat-tossina Cry u li l-okkorrenza tat-teosinte bħala qarib selvaġġ tal-qamħirrum fl-Ewropa kienet ġiet injorata(10);

K.  billi minkejja dan it-tħassib, ma kienx meħtieġ pjan ta' monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq; billi l-monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq speċifiku għal kull każ ma tqiesx li kien meħtieġ;

L.  billi l-votazzjoni tal-11 ta' Settembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 13-il Stat Membru vvutaw kontra, filwaqt li 11 biss ivvutaw favur, u erbgħa astjenew;

M.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(11);

N.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(12) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni xjentifika dwar applikazzjoni minn Monsanto (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-007) — Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x MON810 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-007). EFSA Journal 2018;16(2):5163: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5163
(4)––––––––––––––––––––––––– – Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 ×Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).
(5) Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-007). EFSA Journal 2018;16(2):5163: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5163
(6) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar applikazzjoni [Referenza EFSA EFSA-GMO-UK-2004-01) għat-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum ġenetikament modifikat tolleranti għall-glifosat u reżistenti għall-insetti NK603 × MON 810, għall-użu fl-ikel u l-għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto. EFSA Journal (2005) 309, 1-22: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/j.efsa.2005.309
(7) IARC Monographs Volume 112: evalwazzjoni ta' ħames insettiċidi u erbiċidi bl-organofosfat, l-20 ta' Marzu 2015: http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol112/mono112.pdf
(8) Ara pereżempju, El-Shamei Z.S., Gab-Alla A.A., Shatta A.A., Moussa E.A., Rayan A.M., Histopathological Changes in Some Organs of Male Rats Fed on Genetically Modified Corn (Ajeeb Y.G.). Journal of American Science, 2012, 8(9), pp. 1117-1123: https://www.researchgate.net/publication/235256452_Histopathological_Changes_in_Some_Organs_of_Male_Rats_Fed_on_Genetically_Modified_Corn_Ajeeb_YG
(9) Székács A., Darvas B., Comparative aspects of Cry Toxin Usage in Insect Control, fi: Ihavaya I., Palli S.R., Horowitz A.R. (eds), Advanced Technologies for Managing Insect Pests, Dordrecht , Netherlands, Springer, 2012, pp. 195–230: https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-4497-4_10
(10) Ara r-Reġistru tal-EFSA tal-Mistoqsijiet, Anness G għall-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2017-00028 - disponibbli online fuq: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/ListOfQuestionsNoLogin?1&panel=ALL
(11) Pereżempju, fid-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(12) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(13) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122
PDF 171kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (D058361/01 – 2018/2873(RSP))
P8_TA(2018)0417B8-0491/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (D058361/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-11 ta' Settembru 2018, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-28 ta' Ġunju 2017, u ppubblikata fl-1 ta' Awwissu 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fis-26 ta' Novembru 2013, Monsanto Europe S.A./N.V> ressqet, f'isem il-Monsanto Company, applikazzjoni bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 ("l-applikazzjoni") lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Belġju; billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi barra minn hekk l-applikazzjoni kienet tkopri it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn 25 sottokombinazzjoni ta' events ta' trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122; billi tnax minn dawn is-sottokombinazzjonijiet diġà ġew awtorizzati; billi d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-qamħirrum, tkopri 14-il sottokombinazzjoni;

C.  billi l-Monsanto Europe S.A./N.V., bħala d-detentur tal-awtorizzazzjoni għal waħda mit-12-il sottokombinazzjonijiet diġà awtorizzati, is-sottokombinazzjoni MON 89034 × MON 88017, talbet li l-Kummissjoni tħassar id-Deċiżjoni 2011/366/UE u tinkorpora din id-Deċiżjoni fl-ambitu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni; billi din it-talba ġiet milqugħa; billi l-leġittimità ta' tali proposta hija dubjuża;

D.  billi fit-28 ta' Ġunju 2017, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003(5), b'rabta mal-qamħirrum tal-kumbinazzjoni tal-ħames events flimkien, is-sottokombinazzjonijiet evalwati preċedentement u l-bqija tas-sottokombinazzjonijiet;

E.  billi l-EFSA tirrikonoxxi li ma tressqet l-ebda data speċifika għal kull waħda mill-14-il sottokombinazzjoni; billi ħafna minnhom għadhom ma ġewx maħluqa; billi madankollu l-EFSA tikkonkludi li s-sottokombinazzjonijiet kollha huma "mistennija li jkunu sikuri bħall-qamħirrum tal-kumbinazzjoni tal-ħames events flimkien";

F.  billi ma twettaq l-ebda ttestjar tossikoloġiku, u ma ġie fornut l-ebda studju fuq l-annimali dwar ikel/għalf derivat minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, jew għal kull waħda mis-sottokombinazzjonijiet(6);

G.  billi tnejn mill-varjetajiet ta' qamħirrum interessati kienu jesprimu proteini li jagħtu tolleranza għall-erbiċida glufosinat tal-ammonju(7); billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' esklużjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009; billi l-approvazzjoni tal-glufosinat skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(8);

H.  billi tnejn mill-varjetajiet ta' qamħirrum interessati kienu jesprimu proteini li joffru tolleranza għall-erbiċidi glifosati; billi fl-20 ta' Marzu 2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer – l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa - ikklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin(9);

I.  billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122 fl-Unjoni suppost li għandha twassal għal żieda fil-kultivazzjoni tiegħu x'imkien ieħor, bħal fil-Messiku u fil-Korea t'Isfel, u għal żieda korrispondenti fl-użu ta' erbiċidi li fihom il-glifosat;

J.  billi erbgħa mill-varjetajiet ta' qamħirrum interessati li jesprimu proteini Cry, li huma proteini Bt (derivati mill-Bacillus thuringiensis) li jagħtu reżistenza għal ċerti pesti lepidopteri u koleotteri rispettivament;

K.  billi l-pjanti Bt ġenetikament modifikati jesprimu t-tossina insettiċida f'kull ċellola matul ħajjithom, anke fil-partijiet li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali; billi l-esperimenti fl-għalf tal-annimali juru li l-pjanti Bt ġenetikament modifikati jista' jkollhom effetti tossiċi(10); billi ntwera li t-tossina Bt fi pjanti ġenetikament modifikati hija differenti ħafna mit-tossina Bt(11) li teżisti b'mod naturali;

L.  billi għad hemm tħassib dwar il-possibbiltà ta' evoluzzjoni ta' reżistenzi għall-proteini Cry fil-pesti fil-mira, li tista' twassal għal tibdil fil-prattiki ta' kontroll tal-pesti fil-pajjiżi fejn tiġi kkultivata;

M.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi; billi dawk il-kummenti jirreferu għal, inter alia: disinji ta' ttestjar foqra, nuqqas ta' testijiet, pereżempju fir-rigward tal-valutazzjoni nutrizzjonali, jew in-nuqqas ta' kwalunkwe studju dwar l-ikel fuq 90 jum għar-rodituri; nuqqas ta' data jew mhux suffiċjenti pereżmpju dwar l-effetti mhux intenzjonali assoċjati mal-kombinazzjoni tal-events, jew rigward il-potenzjal ta' interazzjonijiet tat-tmien proteini, li jistgħu jwasslu għal effetti mhux intenzjonali; suppożizzjonijiet ħżiena mill-applikant, pereżempju fir-rigward tad-degradazzjoni ta' DNA inġestit b'mod orali matul il-passaġġ tiegħu fil-passaġġ gastrointestinali; valutazzjoni tar-riskju ambjentali mhux kompluta, u pjan ta' monitoraġġ ambjentali mhux suffiċjenti(12);

N.  billi riċerka indipendenti wkoll tqajjem tħassib dwar lakuni kbar fil-valutazzjoni komparattiva, diskrepanzi serji fir-rigward ta' nuqqas ta' valutazzjoni tossikoloġika, dwar il-valutazzjoni inkonklużiva fir-rigward tal-allerġeniċità, in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-effetti kombinattorjali, u valutazzjoni tar-riskju ambjentali żbaljata(13);

O.  billi, minkejja dan it-tħassib kollu, l-EFSA ma kkunsidrat li hemm bżonn ta' kwalunkwe monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq ta' ikel/għalf derivat mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu;

P.  billi l-votazzjoni tal-11 ta' Settembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma wasslet għall-ebda opinjoni; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra, filwaqt li 11 biss ivvutaw favur, u tlieta astjenew;

Q.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(14);

R.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(15) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Iqis, b'mod aktar speċifiku, li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni imur kontra l-prinċipji tal-liġi ġenerali dwar l-ikel, kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, biex ikunu approvati varjetajiet li għalihom ma kienet provduta ebda data dwar is-sikurezza, lanqas biss ma ġew ittestjati, jew li lanqas biss għadhom ma ġew maħluqa;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni xjentifika dwar l-applikazzjoni EFSA‐GMO‐BE‐2013‐118 għal awtorizzazzjoni ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u s-sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom, għal użi ta' ikel u għalf, importat u pproċessat, li tressqet skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 mill-Monsanto Company, EFSA Journal, Volum 15, Ħarġa 8: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2017.4921
(4)––––––––––––––––––––––––– – Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).
(5) Bord EFSA GMO (Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2017. Opinjoni xjentifika dwar l-applikazzjoni EFSA-GMO-BE-2013-118 għal awtorizzazzjoni ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u s-sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom, għal użi ta' ikel u għalf, importat u pproċessat, li tressqet skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 mill-Monsanto Company EFSA Journal 2017;15(8):4921, p. 32: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4921
(6) Kif ikkonfermat fl-opinjoni tal-EFSA msemmija aktar kmieni (EFSA Journal 2017;15(8):4921).
(7) il-qamħirrum MON-87427-7 jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat; il-qamħirrum MON-89Ø34-3 jesprimi l-proteini Cry1A.105 u Cry2Ab2 li jagħtu protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri; il-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1 jesprimi l-proteina Cry1F li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi tal-glufosinat tal-ammonju; il-qamħirrum MON-88Ø17-3 jesprimi l-proteina Cry3Bb1 li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti koleotteri, u l-proteina CP4 EPSPS, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat; Il-qamħirrum DAS-59122-7 jesprimi l-proteini Cry34Ab1 u Cry35Ab1 li jagħtu protezzjoni kontra ċerti pesti koleotteri u l-proteina PAT, li tagħti t-tolleranza għall-erbiċidi tal-glufosinat tal-ammonju.
(8) http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.detail&language=EN&selectedID=1436
(9) IARC Monographs Volume 112: evalwazzjoni ta' ħames insettiċidi u erbiċidi bl-organofosfat, l-20 ta' Marzu 2015: http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol112/mono112.pdf
(10) Ara pereżempju, El-Shamei Z.S., Gab-Alla A.A., Shatta A.A., Moussa E.A., Rayan A.M., Histopathological Changes in Some Organs of Male Rats Fed on Genetically Modified Corn (Ajeeb YG), Journal of American Science, 2012; 8(9), pp. 1117-1123: https://www.researchgate.net/publication/235256452_Histopathological_Changes_in_Some_Organs_of_Male_Rats_Fed_on_Genetically_Modified_Corn_Ajeeb_YG
(11) Székács A., Darvas B.., Comparative aspects of Cry Toxin Usage in Insect Control, f': Ishaaya I., Palli S.R., Horowitz A.R. (eds.), Advanced Technologies for Managing Insect Pests, Dordrecht, Netherlands, Springer, 2012; pp. 195-230: https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-4497-4_10
(12) Ara r-Reġistru ta' Mistoqsijiet tal-EFSA, Anness G għall-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00926 disponibbli onlajn fuq: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/ListOfQuestionsNoLogin?1
(13) Bauer-Panskus, A, Then, C, kumment ta' Testbiotech dwar "Opinjoni xjentifika dwar l-applikazzjoni EFSA-GMO-BE-2013-118 għal awtorizzazzjoni ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u s-sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom, għal użi ta' ikel u għalf, importat u pproċessat, li tressqet skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 mill-Monsanto Company" disponibbli fuq: https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%20MON%2087427%20x%20MON%2089034%20x%201507%20x%20MON%2088017%20x%2059122.pdf
(14) Pereżempju, fid-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(15) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(16) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

Avviż legali