Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru 2018 - Strasburgu 
Il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi
 Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba
 Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fill-Bangladesh
 Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji ***I
 Il-pollutanti organiċi persistenti ***I
 Servizzi ta' indukrar fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi
 Marda ta' Lyme (Borreljożi)

Il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi
PDF 143kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi (2018/2925(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0459RC-B8-0526/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Vjetnam, b'mod partikolari l-każ ta' Nguyen Van Hoa(1), u tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam(2), b'mod partikolari dwar il-libertà tal-espressjoni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra s-Seba' Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam tal-1 ta' Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-SEAE tad-9 ta' Frar 2018 dwar il-kundanni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam u tal-5 ta' April 2018 dwar il-kundanni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet lokali tal-UE tal-20 ta' Awwissu 2018 dwar il-kundanna reċenti tas-Sur Le Dinh Luong,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-esperti tan-NU tat-23 ta' Frar 2018 li ħeġġew il-ħelsien tal-attivisti li ntbagħtu l-ħabs talli pprotestaw kontra tixrid ta' sustanzi tossiċi, u tat-12 ta' April 2018 li appellaw għal bidla wara li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem intbagħtu l-ħabs;

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Vjetnam aderixxa miegħu fl-1982,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-26 ta' Frar 2016 fil-każ 1409/2014/MHZ dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq minn qabel valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont il-Bażi ta' Data tal-Priġunieri Politiċi Vjetnamiżi, li nġabret minn The 88 Project, huwa stmat li hemm 160 attivist li qed jiskontaw sentenzi ta' priġunerija fil-Vjetnam u madwar 16-il attivist qegħdin jinżammu taħt arrest preventiv;

B.  billi l-awtoritajiet Vjetnamiżi qegħdin ikomplu jibgħatu l-ħabs, iżommuhom taħt detenzjoni u jintimidaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-ġurnalisti, lill-bloggers, lill-avukati tad-drittijiet tal-bniedem u lill-attivisti tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ħabbtu wiċċhom ma' sentenzi twal ta' priġunerija għall-ħidmiethom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u talli eżerċitaw id-dritt fundamentali tal-libertajiet, kemm online kif ukoll offline, bi ksur tal-obbligi tal-pajjiż skont id-dritt internazzjonali;

C.  billi l-attivisti politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem jiffaċċjaw kundizzjonijiet ħorox waqt li jkunu qegħdin jinżammu f'detenzjoni, inkluż ċaħda tal-aċċess għal kura medika, għal konsulenza legali u għal kuntatt mal-familja;

D.  billi l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin hija ripressa fil-Vjetnam, u billi l-Knisja Kattolika u reliġjonijiet mhux rikonoxxuti, bħall-Knisja Buddista Unifikata tal-Vjetnam, bosta knejjes Protestanti u oħrajn, inklużi membri tal-minoranza etnika ta' Montagnards, għadhom isofru persekuzzjoni reliġjuża ħarxa;

E.  billi Hoang Duc Binh ġie kkundannat għal 14-il sena priġunerija talli bbloggja dwar protesti dwar id-diżastru ta' Formosa; billi Nguyen Nam Phong ġie kkundannat għal sentejn priġunerija talli allegatament irrifjuta li jobdi ordnijiet minn uffiċjali waqt li kien qiegħed isuq fi triqtu għal protesta; billi l-isforzi tagħhom kienu kruċjali biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u biex tiġi żgurata r-responsabbiltà fir-rigward tat-tixrid mill-impjant tal-azzar ta' Formosa;

F.  billi f'April 2018 membri tal-Fratellanza għad-Demokrazija ingħataw sentenzi ta' priġunerija ta' bejn seba' snin u ħmistax-il sena bħala parti minn infurzar estensiv tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Kodiċi Kriminali; billi f'Settembru 2018 Nguyen Trung Truc, membru ieħor ta' dan il-grupp, ġie kkundannat għal 12-il sena priġunerija fuq akkużi li pprova jwaqqa' l-istat;

G.  billi s-Sur Le Dinh Luong, difensur tad-drittijiet tal-bniedem li ppromwova b'mod paċifiku l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, fis-16 ta'  Awwissu, ġie kkundannat abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Kodiċi Kriminali għal għoxrin sena priġunerija u ħames snin ta' detenzjoni domiċiljari; billi r-rappreżentanti tad-delegazzjoni tal-UE u tal-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE ma tħallewx josservaw il-proċess; billi jeżistu ħafna każijiet oħra ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri oħrajn minħabba t-twemmin tagħhom li qegħdin ibatu destin simili;

H.  billi fit-12 ta' April 2018 grupp ta' esperti tan-NU, ir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-President Rapporteur tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja u r-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, ħeġġew lill-Vjetnam biex ma jippersegwitax lis-soċjetà ċivili jew joħnoq l-oppożizzjoni;

I.  billi l-Kodiċi Kriminali tal-Vjetnam fih dispożizzjonijiet ripressivi li qegħdin jintużaw b'mod abbużiv biex isikktu, jarrestaw, iżommu taħt detenzjoni, jikkundannaw jew jirrestrinġu l-attività tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, dissidenti, avukati, trade unions, gruppi reliġjużi u organizzazzjonijiet mhux governattivi, b'mod partikolari dawk li jesprimu fehmiet kritiċi dwar il-Gvern tal-Vjetnam;

J.  billi l-Gvern Vjetnamiż kompla jipprojbixxi l-operat ta' ċentri tal-midja indipendenti jew privati u jeżerċita kontroll strett fuq l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u fuq pubblikazzjonijiet stampati; billi f'April 2016, l-Assemblea Nazzjonali għaddiet liġi tal-midja li tirrestrinġi bil-qawwa l-libertà tal-istampa fil-Vjetnam;

K.  billi fit-12 ta' Ġunju 2018 l-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam għaddiet liġi dwar iċ-ċibersigurtà bil-għan li tissikka l-kontrolli online, li tirrikjedi lill-fornituri jħassru posts li huma jqisu li huma ta' "theddida" għas-sigurtà nazzjonali; billi din il-liġi timponi restrizzjonijiet ħorox fuq il-libertà tal-espressjoni online u għandha l-għan li thedded id-dritt għall-privatezza;

L.  billi fl-1 ta' Jannar 2018 daħlet fis-seħħ l-ewwel liġi tal-Vjetnam dwar it-twemmin u r-reliġjon, li tobbliga lill-gruppi reliġjużi kollha fil-pajjiż biex jirreġistraw mal-awtoritajiet u jinfurmawhom dwar l-attivitajiet tagħhom; billi l-awtoritajiet jistgħu jirrifjutaw jew ixekklu applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni u jipprojbixxu attivitajiet reliġjużi li huma jqisu, b'mod arbitrarju, li jmorru kontra l-"interess nazzjonali", l-"ordni pubbliku" jew l-"unità nazzjonali"; billi b'din il-liġi, il-gvern istituzzjonalizza l-interferenza tiegħu fl-affarijiet reliġjużi u s-superviżjoni tal-Istat fuq il-gruppi reliġjużi;

M.  billi l-Vjetnam jinsab fil-175 post minn 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ppubblikati minn Reporters Mingħajr Fruntieri tal-2018;

N.  billi l-piena tal-mewt għadha tiġi applikata fil-Vjetnam u l-għadd ta' eżekuzzjonijiet mhumiex magħrufa, peress li l-awtoritajiet Vjetnamiżi jikklassifikaw l-istatistika dwar il-piena tal-mewt bħala sigriet tal-istat; billi l-Vjetnam naqqas l-għadd ta' reati li jġorru l-piena tal-mewt minn 22 għal 18 f'Jannar 2018;

O.  billi l-Vjetnam għadu ma rratifikax l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, jiġifieri l-Konvenzjoni 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, il-Konvenzjoni 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, u l-Konvenzjoni 87 dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni;

P.  billi d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam huwa mezz importanti għal diskussjoni komprensiva u kontinwa dwar kwistjonijiet ta' tħassib għall-UE, inkluż ir-rispett sħiħ għad-drittjiet fundamentali għal-libertà ta' espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika; billi r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam trid tkun ibbażata fundamentalment fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, kif ukoll dwar ir-rispett tal-istandards internazzjonali f'dan ir-rigward;

Q.  billi teżisti rabta ċara bejn il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, fejn iż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

1.  Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inkluż il-kundanni, l-intimidazzjoni politika, is-sorveljanza, il-fastidju, l-aggressjonijiet u l-proċessi inġusti ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, bloggers, dissidenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jeżerċitaw il-libertà tal-espressjoni tagħhom online jew offline, bi ksur ċar tal-obbligi internazzjonali tal-Vjetnam fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u lill-priġunieri li minħabba t-twemmin tagħhom qegħdin jinżammu taħt detenzjoni jew ġew ikkundannati sempliċiment talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, inkluż Hoang Duc Binh, Nguyen Nam Phong, Nguyen Trung Truc u Le Dinh Luong, u biex jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom;

3.  Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex itemmu r-restrizzjonijiet kollha fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-atti ta' fastidju kontrihom, u li jiggarantixxu f'kull ċirkostanza li dawn ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem mingħajr biża' ta' rappreżalji, u ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni, inkluż mill-fastidju ġudizzjarju; jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam ineħħi r-restrizzjonijiet kollha fuq il-libertà tar-reliġjon u jtemm il-fastidju fuq il-komunitajiet reliġjużi;

4.  Jinsisti li l-Gvern Vjetnamiż jeħtieġlu jiżgura li t-trattament tad-detenuti kollha huwa konformi mal-istandards internazzjonali; jenfasizza l-fatt li d-dritt ta' aċċess għal avukati, professjonisti mediċi u membri tal-familja huwa salvagwardja importanti kontra t-tortura u t-trattament ħażin, u huwa kruċjali għad-dritt ta' proċess ġust;

5.  Jikkundanna l-abbuż ta' dispożizzjonijiet legali ripressivi li jillimitaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jirrevokaw, jirrevedu u jemendaw kwalunkwe liġi ripressiva, b'mod partikolari l-Kodiċi Kriminali, il-liġi dwar iċ-ċibersigurtà u l-liġi dwar it-twemmin u r-reliġjon, u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni kollha hija konformi mal-istandards u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-ICCPR, li l-Vjetnam huwa firmatarju tiegħu; jistieden lill-gvern jintroduċi leġiżlazzjoni li tirregola laqgħat u dimostrazzjonijiet pubbliċi f'konformità mad-drittijiet tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni;

6.  Jistieden lill-Vjetnam jiffirma u jirratifika it-trattati rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti kollha, u l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ukoll il-Konvenzjonijiet tal-ILO Nru 87, Nru 98, Nru 105;

7.  Iħeġġeġ lill-Vjetnam joħroġ stedina permanenti lill-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, b'mod partikolari lir-Rapporteur Speċjali dwar il-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni u lir-Rapporteur Speċjali dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jirrikonoxxu l-unions tax-xogħol independenti;

9.  Jappella lill-UE biex tissorvelja u taħdem mal-awtoritajiet u mal-partijiet ikkonċernati kollha biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam;

10.  Itenni l-oppożizzjoni tiegħu għall-piena tal-mewt, ikunu x'ikunu ċ-ċirkustanzi; jistieden lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jirrevedu s-sentenzi kollha tal-mewt sabiex jiżguraw li dawn il-proċessi kriminali huma konformi mal-istandards internazzjonali;

11.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jappoġġjaw lil gruppi tas-soċjetà ċivili u individwi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam b'mod attiv, inkluż billi jappellaw biex jinħelsu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri minħabba twemmin fil-kuntatti kollha li għandhom mal-awtoritajiet Vjetnamiżi; iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE f'Hanoi tipprovdi l-appoġġ kollu xieraq għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs u għall-priġunieri minħabba twemmin, inkluż billi torganizza żjarat fil-ħabs, tissorvelja l-proċessi u tipprovdi assistenza legali;

12.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jagħmlu pressjoni favur titjib konkret tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inkluż matul ir-Rieżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

13.  Itenni l-appell tiegħu għal projbizzjoni mal-UE kollha fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-aġġornament u l-manutenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' apparat tas-sigurtà li jista' jintuża għar-repressjoni interna, inkluża t-teknoloġija ta' sorveljanza tal-internet, lill-istati li għandhom rekord inkwetanti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tas-sħubija u d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam, u jfakkar fl-importanza tad-Djalogu bħala strument kruċjali li għandu jintuża b'mod effiċjenti biex jakkumpanja u jinkoraġġixxi lill-Vjetnam fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-progress taħt id-Djalogu permezz tal-introduzzjoni ta' parametri referenzjarji u mekkaniżmi ta' sorveljanza;

15.  Jappella lill-Gvern Vjetnamiż u lill-UE, bħala sħab importanti, jimpenjaw ruħhom li jtejbu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiż, peress li dan huwa pedament tar-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Vjetnam u l-Unjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-ratifika tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, u fid-dawl tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 73.
(2) ĠU C 86, 6.3.2018, p. 122.


Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba
PDF 152kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba (2018/2926(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0460RC-B8-0528/2018

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Novembru 2004 dwar Kuba(1), tat-2 ta' Frar 2006 dwar il-politika tal-UE lejn il-Gvern Kuban(2), tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar Kuba(3), tal-11 ta' Marzu 2010 dwar il-priġunieri ta' kuxjenza f'Kuba(4), u tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra,(5) u l-approvazzjoni tal-Parlament fir-rigward tiegħu,

—  wara li kkunsidra l-elezzjoni ta' Miguel Díaz-Canel bħala l-President il-ġdid tal-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta' Kuba fid-19 ta' April 2018,

—  wara li kkunsidra s-sejbiet tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat f'Kuba li nħarġu fis-17 ta' Marzu 2017,

—  wara li kkunsidra l-Opinjoni 59/2018 tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rigward Ariel Ruiz Urquiola, li huwa meqjus minn Amnesty International bħala priġunier minħabba raġunijiet ta' twemmin, adottata fit-82 sessjoni tan-NU li saret mill-20 sal-24 ta' Awwissu 2018,

—  wara li kkunsidra l-Eżamijiet Perjodiċi Universali dwar Kuba mwettqa mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Mejju 2013 u f'Mejju 2018,

—  wara li kkunsidra r-rapport 2017 ta' Human Rights Watch dwar Kuba u d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Lulju 2018 magħmula minn Erika Gueva-Rosas, direttur għall-Amerki fi ħdan Amnesty International, dwar il-mitt jum tal-amministrazzjoni Kubana l-ġdida,

—  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar tal-Kummissjoni Kubana għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali,

—  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u trattati u strumenti internazzjonali oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

—  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni ta' Kuba,

—  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

—  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li Kuba hija pajjiż firmatarju tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-drittijiet tal-bniedem huma inklużi fid-djalogi politiċi tal-UE kif ukoll fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni u ta' kummerċ tagħha; billi l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, għandha tkun wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħha ma' Kuba;

B.  billi, fil-5 ta' Lulju 2017, il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba; billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jesprimi b'mod ċar it-tħassib kbir tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba u jinkludi klawsola ta' sospensjoni fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba, immexxi mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, beda fl-2015; billi, fid-9 ta' Ottubru 2018, il-partijiet fir-raba' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba indirizzaw, fost affarijiet oħra, it-tema tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-affarijiet pubbliċi, inkluż fil-kuntest tal-proċessi elettorali reċenti, kif ukoll il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u l-possibbiltà li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u setturi oħra tas-soċjetà ċivili jassoċjaw ruħhom, jesprimu l-fehmiet tagħhom u jipparteċipaw fil-ħajja pubblika liberament; billi mhuwiex ċar għall-Parlament jekk din il-laqgħa kinitx konklużiva dwar xi waħda minn dawn it-temi; billi ma nkiseb l-ebda riżultat tanġibbli f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba, minkejja l-fatt li ġie stabbilit id-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u minkejja l-elezzjoni mill-ġdid ta' Kuba fi ħdan il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-perjodu 2017-2019; billi d-djalogu politiku jrid jinkludi djalogu dirett u intensiv mas-soċjetà ċivili u mal-oppożizzjoni mingħajr ebda restrizzjoni;

D.  billi l-Gvern Kuban għadu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem bħala attività leġittima u jiċħad l-istatus legali lil gruppi lokali tad-drittijiet tal-bniedem;

E.  billi għandu jsir referendum kostituzzjonali fl-24 ta' Frar 2019; billi l-proċess tat-twaqqif tal-kostituzzjoni l-ġdida huwa nieqes minn konsultazzjoni nazzjonali xierqa, b'tali mod li jiġi żgurat li l-Partit Komunista jmantni r-rwol qawwi tiegħu fis-soċjetà Kubana, li ma għandhiex sistema multipartitika, libertajiet bażiċi u drittijiet politiċi u ċivili, u b'hekk jissaħħu s-sjieda ċentralizzata tal-Istat u l-ekonomija kkontrollata; billi s-sistema politika monopartitika hija ddikjarata bħala "irrevokabbli" fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 224 jiddikjara li huwa pprojbit li l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jibdlu l-irriversibbiltà tas-Soċjaliżmu, kif ukoll is-sistema politika u soċjali attwali; billi jidher li hemm dispożizzjonijiet oħra li huma ferm preokkupanti fl-abbozz;

F.  billi l-ġurnalisti indipendenti, id-dissidenti paċifiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jiddokumentaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma membri tal-oppożizzjoni demokratika, qed jiġu ppersegwitati, detenuti arbitrarjament jew miżmuma l-ħabs f'Kuba; billi, skont il-Kummissjoni Kubana għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, f'Ottubru 2018 twettqu minn tal-anqas 202 arresti arbitrarji fuq żmien qasir, mingħajr dubju għal raġunijiet politiċi, ta' opponenti paċifiċi u attivisti indipendenti tas-soċjetà ċivili li jeżerċitaw id-drittijiet bażiċi tagħhom ta' espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni politika;

G.  billi waħda minn dawn il-persuni hija Dr Eduardo Cardet, koordinatur nazzjonali tal-Moviment Nisrani ta' Liberazzjoni (MCL), li ġie kkundannat għal tliet snin il-ħabs talli eżerċita paċifikament id-dritt tiegħu għal-libertà ta' espressjoni; billi, f'Novembru 2016, ġie arrestat meta mar lura d-dar wara vjaġġ f'Miami; billi Dr Cardet, li huwa meqjus bħala priġunier minħabba raġunijiet ta' twemmin, bħalissa qed jiġi detenut fil-ħabs Cuba SI f'Holguín, fejn qed jinżamm f'iżolament, mingħajr aċċess għal żjarat familjari jew telefonati;

H.  billi Tomás Núñez Magdariaga, membru tal-Għaqda Patrijottika ta' Kuba (Unión Patriótica de Cuba, UNPACU), grupp mhux uffiċjali tal-oppożizzjoni politika, għamel strajk tal-ġuħ bi protesta għal 62 jum u nħeles fil-15 ta' Ottubru 2018 bis-saħħa tal-pressjoni internazzjonali; billi s-Sur Magdariaga nstab ħati li allegatament hedded lil uffiċjal tal-Istat li fl-aħħar mill-aħħar stqarr li kien huwa li ħoloq l-akkużi miġjuba kontra tiegħu; billi l-każ tiegħu huwa eżempju ċar ieħor tat-tentattivi ta' oppressjoni fil-konfront ta' kwalunkwe idea li tesprimi dissens;

I.  billi, f'Ottubru 2018, in-Nisa Lebsin l-Abjad (Damas de Blanco) għal darba oħra sfaw il-vittmi ewlenin tar-repressjoni politika u għadd ta' membri tal-Forum Antitotalitarju Magħqud (Foro Antitotalitario Unido, FANTU) kienu soġġetti għal repressjoni f'diversi provinċji tal-pajjiż;

J.  billi l-priġunieri kollha f'Kuba jeħtiġilhom ikunu ggarantiti trattament uman; billi l-Gvern Kuban jiċħad lill-gruppi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem aċċess għall-ħabsijiet; billi ċ-ċittadini Kubani ma jibbenefikawx minn garanziji ta' proċess ġust, bħad-dritt għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti u imparzjali; billi l-priġunieri li jingħataw libertà kondizzjonali ħafna drabi huma soġġetti għal fastidju kontinwu mill-awtoritajiet;

K.  billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddikjara b'mod ċar li l-vittmi Kubani ta' detenzjoni arbitrarja għandhom id-dritt li jfittxu rimedju mill-gvern li jinkludi r-restituzzjoni, il-kumpens, ir-riabilitazzjoni, is-sodisfazzjon u l-garanziji ta' nonrepetizzjoni;

L.  billi hemm sinjali ta' rispett akbar għal-libertà ta' reliġjon f'Kuba; billi, fl-istess ħin, l-awtoritajiet Kubani għadhom restrittivi ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mal-bini jew bini mill-ġdid ta' knejjes Insara; billi l-Knisja progressivament ħarġet bħala l-akbar attur tas-soċjetà ċivili u bħala l-fornitur soċjali mhux statali ewlieni f'Kuba, iżda l-attivitajiet tagħha għadhom taħt kontroll strett min-naħa tal-awtoritajiet;

M.  billi relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi aktar mill-qrib ma' Kuba huma, min-naħa tal-UE, intiżi biex jgħinu r-riformi politiċi fil-pajjiż jimxu 'l quddiem, bi qbil mal-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini kollha tagħha; billi l-liberalizzazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tippermetti lill-pajjiż jimxi bil-mod il-mod lejn l-ispazji soċjali ħielsa, il-koeżistenza, it-teknoloġija u l-komunikazzjonijiet li huma apprezzati u mitluba mill-popolazzjoni Kubana;

N.  billi l-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani fi tliet okkażjonijiet: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Lebsin l-Abjad fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010; billi xorta waħda r-rebbieħa tal-Premju Sakharov għadhom jiġu impeduti milli jitilqu minn pajjiżhom u milli jipparteċipaw f'avvenimenti internazzjonali;

O.  billi l-Parlament f'ħafna okkażjonijiet staqsa jekk jistax jibgħat delegazzjonijiet uffiċjali f'Kuba; billi kull darba l-awtoritajiet Kubani ċaħdu l-aċċess għall-pajjiż, anke wara li ġie konkluż il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

1.  Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni arbitrarja, il-persekuzzjoni, il-fastidju kif ukoll l-attakki fil-konfront tad-dissidenti paċifiċi, il-ġurnalisti indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-oppożizzjoni politika f'Kuba; jappella biex dawn l-azzjonijiet jintemmu minnufih u biex jinħelsu minnufih il-priġunieri politiċi kollha, inkluż Eduardo Cardet, u dawk miżmuma b'mod arbitrarju sempliċement talli eżerċitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda tagħhom;

2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE, lis-SEAE u lid-delegazzjoni tiegħu f'Kuba jirrispettaw b'mod strett il-prinċipji u l-politiki bażiċi tagħhom b'relazzjoni ma' Kuba u jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex ifittxu l-ħelsien tal-individwi msemmija hawn fuq, biex jiżguraw li l-fastidju tal-avversarji politiċi u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jintemm minnufih u biex jassistu u jipproteġu lil dawn tal-aħħar;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jtejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u t-trattament tal-priġunieri u jippermettu lill-gruppi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet Kubani indipendenti jiksbu aċċess għall-ħabsijiet tal-pajjiż; jissottolinja li l-priġunerija tad-dissidenti Kubani minħabba l-ideali u l-attività politika paċifika tagħhom tmur kontra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

4.  Jiddispjaċih li, minkejja l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, is-sitwazzjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija ma tjibitx; jappella biex jiġu onorati l-obbligi vinkolanti stabbiliti fil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, b'mod partikolari rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-ftehim jiddependi mill-implimentazzjoni tiegħu u minn kemm jiġi osservat;

5.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi dispożizzjoni dwar is-sospensjoni tal-ftehim li għandha tapplika fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsisti, għalhekk, li l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi u tissorvelja mill-qrib ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'Kuba waqt l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u li għandu jsir rapportar lura lill-Parlament b'mod regolari; jistieden lill-VP/RGħ Federica Mogherini tinforma lill-Parlament fid-dettall waqt il-plenarja dwar il-passi konkreti li qed jittieħdu bil-għan li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi hawn fuq;

6.  Iħeġġeġ lill-Gvern Kuban jiddefinixxi mill-ġdid il-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem billi jallinjaha mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u jħeġġu jippermetti lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika jieħdu sehem attiv fil-ħajja politika u soċjali, mingħajr ma jimponi l-ebda restrizzjoni; jistieden lil Kuba tafferma l-intenzjoni tagħha li "tosserva l-ogħla standards fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem" billi tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, kif ukoll il-protokolli fakultattivi tagħhom;

7.  Ifakkar lill-awtoritajiet Kubani li l-libertà ta' moviment u ta' għaqda hija ggarantita bis-saħħa tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u li din il-libertà testendi għall-attivisti u l-membri tal-oppożizzjoni demokratika;

8.  Jikkundanna bil-qawwa l-adozzjoni tad-Digriet 349, li jdgħajjef id-dritt għal-libertà artistika f'Kuba; jistieden lill-awtoritajiet Kubani jieħdu l-miżuri leġiżlattivi xierqa biex jirtiraw id-Digriet 349 qabel ma jidħol fis-seħħ f'Diċembru 2018; jenfasizza li l-libertà ta' espressjoni artistika hija fundamentali għal settur kulturali vijabbli u dinamiku li jkun kapaċi joħloq l-impjiegi, jiżviluppa l-industriji kulturali u jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-wirt kulturali;

9.  Jistieden lill-Gvern Kuban jieqaf jimponi ċ-ċensura online u jieqaf jimblokka s-siti tal-internet bl-iskop uniku li jillimita l-kritika politika u li jirrestrinġi l-aċċess għall-informazzjoni;

10.  Jappoġġja bis-sħiħ is-sejbiet tas-17 ta' Marzu 2017 tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għajbien Sfurzat f'Kuba li jħeġġu lil Kuba tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiggarantixxi l-indipendenza sħiħa tas-sistema ġudizzjarja tagħha u twaqqaf Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem indipendenti f'konformità mal-Prinċipji ta' Pariġi;

11.  Jesprimi tħassib serju dwar l-abbozz il-ġdid tal-Kostituzzjoni u r-referendum ippjanat għal Frar 2019; jenfasizza li l-proċess kollu huwa nieqes mill-inklużjoni, it-tolleranza u r-rispett għad-drittijiet ċivili u politiċi bażiċi li jistgħu jiggarantixxu proċess kostituzzjonali demokratiku; itenni, f'dan is-sens, id-determinazzjoni tiegħu li jinkoraġġixxi proċess ta' tranżizzjoni għal demokrazija pluralistika u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bl-involviment tal-atturi kollha mingħajr esklużjoni, kif tistqarr id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll irkupru ekonomiku dejjiemi mmirat lejn it-titjib tal-istandards tal-għajxien tal-popolazzjoni Kubana, bi qbil mal-aspirazzjonijiet tal-poplu Kuban; jistieden lill-awtoritajiet Kubani rilevanti jistabbilixxu elezzjonijiet ħielsa u pluralistiċi fil-Kostituzzjoni l-ġdida;

12.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jassistu t-tranżizzjoni ekonomika u politika f'Kuba lejn reġim kompletament demokratiku li jirrispetta d-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini kollha tiegħu; jappoġġja l-użu tad-diversi strumenti tal-politika barranija tal-UE, u b'mod partikolari l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), sabiex jissaħħaħ id-djalogu tal-UE mas-soċjetà ċivili Kubana u ma' dawk li jappoġġjaw tranżizzjoni paċifika f'Kuba;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet Kubani jabolixxu l-piena tal-mewt għad-delitti kollha; jappella biex ikun hemm moratorju fuq il-piena kapitali sakemm din il-bidla ġuridika tiġi adottata formalment; jappella biex issir reviżjoni tas-sentenzi kollha tal-mewt bil-għan li jiġi żgurat li l-proċessi assoċjati kienu konformi mal-istandards internazzjonali u li ma ssir lanqas eżekuzzjoni waħda fil-futur;

14.  Jistieden lill-Gvern Kuban jippermetti lill-knejjes iwettqu liberament l-attivitajiet ta' kura soċjali tagħhom fis-soċjetà Kubana; jappella biex il-libertà ta' reliġjon u ta' kuxjenza tkun iggarantita bis-sħiħ;

15.  Jistieden lill-VP/RGħ Federica Mogherini tirrikonoxxi l-eżistenza ta' oppożizzjoni politika fil-konfront tal-Gvern Kuban u tappoġġja l-inklużjoni tagħha fid-djalogu politiku bejn l-UE u Kuba; ifakkar lill-istituzzjonijiet Ewropej li s-soċjetà ċivili u dawk li ngħataw il-Premju Sakharov huma atturi ewlenin għad-demokratizzazzjoni ta' Kuba u li l-vuċi tagħhom trid tinstema' u tittieħed inkunsiderazzjoni fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali; jistieden, f'dan is-sens, lir-rappreżentanti kollha tal-Istati Membri tal-UE biex, matul iż-żjarat li jsiru, iqajmu t-tħassib tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Kubani u biex jiltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Sakharov meta jżuru Kuba bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza interna u esterna tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

16.  Jiddispjaċih ferm dwar ir-rifjut tal-awtoritajiet Kubani li jippermettu lill-kumitati, lid-delegazzjonijiet u lil xi gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew iżuru Kuba minkejja li l-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jippermettu minnufih id-dħul fil-pajjiż, inkluża l-possibbiltà ta' żjarat fil-gżira waqt ir-referendum kostituzzjonali previst fl-24 ta' Frar 2019;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Poter Popolari ta' Kuba, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità ta' Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew.

(1) ĠU C 201 E, 18.8.2005, p. 83.
(2) ĠU C 288 E, 24.11.2006, p. 81.
(3) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 377.
(4) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 82.
(5) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 99.


Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fill-Bangladesh
PDF 145kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fill-Bangladesh (2018/2927(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0461RC-B8-0533/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladesh tas-6 ta' April 2017(1) u tas-26 ta' Novembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh(3), u wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istatus tekniku tat-28 ta' Settembru 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2001 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladesh dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp(5),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Patt ta' Sostenibbiltà għal Titjib Kontinwu fir-rigward tad-Drittijiet tax-Xogħol u s-Sikurezza tal-Fabbriki fl-Industrija tal-Ħwejjeġ Lesti Biex Jintlibsu u tal-Maljerija fil-Bangladesh,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sikurezza Kontra n-Nirien u tal-Bini fil-Bangladesh tal-2013, u t-tiġdid tiegħu fl-2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta lokali tas-27 ta' Settembru 2018 dwar l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali tal-Bangladesh mill-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri tal-UE, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Kapijiet tal-Missjoni tan-Norveġja u l-Iżvizzera,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Nazzjonali tas-26 ta' Frar 2018 li ġie ppreżentat lill-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-Bangladesh,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, adottata fl-20 ta' Diċembru 2006 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u li daħlet fis-seħħ fit-23 ta' Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-16 ta' Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Bangladesh għall-Eliminazzjoni taż-Żwieġ tat-Tfal 2015-2021,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-17-il sessjoni tal-Forum Permanenti tan-NU dwar il-Kwistjonijiet Indiġeni (UNPFII),

–  wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018,

–  wara li kkunsidra l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali tal-Bangladesh tal-2018,

–  wara li kkunsidra l-Att dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tal-Bangladesh, b'mod partikolari t-Taqsima 57 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bangladesh ilhom stabbiliti, inkluż permezz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp; billi r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi huma l-bażi tal-politiki domestiċi u internazzjonali tal-partijiet, u jridu jkunu parti essenzjali tal-azzjoni esterna tal-UE;

B.  billi r-ripressjoni tal-membri tas-soċjetà ċivili, inklużi l-attivisti politiċi, it-trejdjunjonisti, il-ġurnalisti, l-istudenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi, żdiedet matul dawn l-aħħar snin fil-Bangladesh; billi l-esperti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-gruppi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtaw tendenza ċara fil-Bangladesh ta' eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, arresti arbitrarji tal-massa u għajbien furzat, bħall-każijiet ta' Maroof Zaman u Mir Ahmad Bin Quasem;

C.  billi l-Bangladesh huwa kklassifikat il-146 pajjiż fost 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa; billi l-vjolazzjonijiet tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-vjolenza, il-fastidju, l-intimidazzjoni u ċ-ċensura tal-ġurnalisti u tal-bloggers, għadhom mifruxa fil-Bangladesh; billi l-Att dwar l-ICT tal-Bangladesh, b'mod partikolari t-Taqsima 57 tiegħu, intuża matul dawn l-aħħar ftit snin għall-arrest u l-prosekuzzjoni ta' attivisti u ġurnalisti li kkritikaw lill-gvern;

D.  billi l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali, kif għadda mill-Parlament tal-Bangladesh fid-19 ta' Settembru 2018, jonqos milli jemenda t-Taqsima 57 tal-Att dwar l-ICT, minkejja l-bosta kritiki li saru mill-ġurnalisti tal-Bangladesh, l-attivisti tad-drittijiet ċivili u l-komunità internazzjonali;

E.  billi l-fotoġurnalist tal-Bangladesh rikonoxxut internazzjonalment u rebbieħ ta' premji, Shahidul Alam, għalliem u attivist, inħataf bil-forza minn daru fil-5 ta' Awwissu 2018 u ġie arrestat skont l-Att dwar l-ICT wara li kien esprima ruħu dwar protesti reċenti tal-istudenti fil-Bangladesh u kkritika l-użu tal-vjolenza mill-awtoritajiet; billi huwa baqa' f'detenzjoni u ġie miċħud pleġġ għal diversi drabi; billi allegatament huwa ġie miċħud kura medika adegwata u ġie soġġett għal tortura;

F.  billi għal attakki terroristiċi, il-gvern wieħed b'approċċ strett ta' "tolleranza żero"; billi n-netwerks mobbli fil-Bangladesh ngħalqu, u l-forzi tas-sigurtà tal-Bangladesh allegatament qed jippruvaw jixtru tagħmir ta' sorveljanza elettronika fis-suq internazzjonali; billi l-Gvern tal-Bangladesh beda kampanja ta' sorveljanza intensiva u intrużiva u ta' monitoraġġ tal-midja soċjali;

G.  billi l-elezzjonijiet fil-Bangladesh huma mistennija li jsiru fit-30 ta' Diċembru 2018; billi l-mexxeja tal-oppożizzjoni u l-eks Prim Ministru Khaleda Zia attwalment qed isservi 10 snin ħabs għall-korruzzjoni u hija pprojbita milli tikkontesta l-elezzjonijiet bħala riżultat ta' dan; billi hija tiċħad l-akkużi, li s-sostenituri tagħha jsostnu li kienu politikament motivati;

H.  billi n-nisa u l-bniet fil-Bangladesh jesperjenzaw livelli għoljin ta' vjolenza; billi l-Bangladesh għandu l-ogħla rata ta' żwieġ tat-tfal fl-Asja u waħda mill-ogħla rati fid-dinja; billi fl-2017 il-Gvern tal-Bangladesh għadda l-Att dwar it-Trażżin taż-Żwieġ tat-Tfal, li jintroduċi eċċezzjonijiet f'"każijiet speċjali", filwaqt li jonqos milli jiddefinixxi tali kriterji jew jistabbilixxi età minima għal dawn iż-żwiġijiet;

I.  billi fil-Bangladesh il-piena tal-mewt tista' tiġi applikata għal reati multipli; billi fl-2017, sitt persuni ġew iġġustizzjati;

J.  billi kien hemm żieda rrappurtata f'każijiet ta' vjolenza din is-sena, b'mod partikolari kontra n-nisa indiġeni, kif ukoll fastidju u arrest ta' attivisti tad-drittijiet indiġeni fiż-żona ta' Chittagong Hill Tract;

K.  billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Bangladesh u, bħala Pajjiż l-Anqas Żviluppat, il-Bangladesh jibbenefika mill-aktar reġim favorevoli disponibbli taħt l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tal-UE, jiġifieri l-arranġament Kollox Ħlief Armi (EBA);

L.  billi l-Bangladesh huwa mistenni li jibdel l-istatus ta' Pajjiż l-Anqas Żviluppat fl-2024; billi fis-snin sa dak iż-żmien, hija meħtieġa aċċellerazzjoni tar-riformi fid-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, inkluża l-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal; billi għad hemm tħassib dwar id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Bangladesh u l-abbozz tal-Att dwar iż-Żoni tal-Ipproċessar tal-Esportazzjoni;

M.  billi, fil-qafas tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà, il-Ftehim dwar is-Sikurezza Kontra n-Nirien u tal-Bini fil-Bangladesh ġie ffirmat bejn ditti tal-ħwejjeġ globali, bejjiegħa bl-imnut u trejdjunjins; billi sal-lum, inqas minn nofs il-fabbriki koperti mill-ftehim ikkompletaw miżuri ta' sikurezza adegwati; billi l-ftehim skada f'Ottubru 2018, minkejja li baqa' xogħol sinifikanti xi jsir; billi l-ftehim ġie segwit minn Ftehim ta' Tranżizzjoni li għandu jiġi applikat għal tliet snin;

N.  billi jeħtieġ li jiġi appoġġat il-ftehim u l-partijiet kollha għandhom jitħallew ikomplu x-xogħol tagħhom mingħajr xkiel, inkluż wara Novembru 2018; billi l-Gvern tal-Bangladesh u ċ-Ċellula ta' Koordinazzjoni ta' Rimedju tiegħu darba biss urew kemm fil-kelma kif ukoll fil-fatt li huma ssodisfaw il-kondizzjonijiet ta' tħejjija u li dawn it-tipi ta' inizjattivi ta' mġiba responsabbli fin-negozju jistgħu ma jkunux meħtieġa aktar;

O.  billi fl-2018 il-Bangladesh irċieva influss qawwi ta' aktar minn 700 000 rifuġjat Rohingya li ħarbu minn kampanja ta' tindif etniku mill-militar Burmiż, u li għad għandhom bżonn urġenti ta' assistenza umanitarja; billi l-Bangladesh u l-Myanmar laħqu ftehim fit-30 ta' Ottubru 2018 dwar il-bidu tar-rimpatriju tal-poplu Rohingya lura lejn il-Myanmar sa nofs Novembru, u mingħajr il-konsultazzjoni jew l-involviment tal-Aġenzija għar-Rifuġjati tan-NU (UNHCR);

1.  Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li dejjem sejra lura tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bangladesh u, b'mod partikolari, dwar it-trażżin kontinwu tal-libertà ta' espressjoni u tal-għaqda kontra l-midja, l-istudenti, l-attivisti u l-oppożizzjoni; jikkundanna l-fatt li l-persuni qed jiġu arrestati u soġġetti għal vjolenza talli jeżerċitaw il-libertà ta' espressjoni tagħhom biex jikkritikaw lill-gvern; jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li l-użu tat-tortura qed isir endemiku;

2.  Jinnota li l-EPU tan-NU ta' Mejju 2018 faħħar lill-Bangladesh għall-"progress notevoli" tiegħu fit-titjib tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn l-aħħar snin; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladesh jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-EPU, b'mod partikolari f'oqsma bħalma huma l-indipendenza tal-ġudikatura, id-drittijiet ċivili u politiċi, il-libertà tal-midja, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u d-drittijiet tan-nisa u l-bniet;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladesh iwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar rapporti ta' qtil extraġudizzjarju, għajbien furzat u użu eċċessiv tal-forza, inklużi l-każijiet ta' Maroof Zaman u Mir Ahmad Bin Quasem, u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja skont l-istandards internazzjonali; jistieden ukoll lill-Bangladesh jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, u jinkorpora d-dispożizzjonijiet tagħha fil-liġi nazzjonali;

4.  Jitlob lill-awtoritajiet tal-Bangladesh biex immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet jeħilsu lil Shahidul Alam, iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrih u jippermettulu jkompli bil-ħidma leġittima tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li l-awtoritajiet tal-Bangladesh għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità u s-sigurtà fiżika u psikoloġika ta' Shahidul Alam, kif ukoll dawk tal-familja tiegħu, u jiżguraw li, waqt li jkun jinsab f'detenzjoni, Shahidul Alam jiġi ttrattat b'mod li jaderixxi ma' prinċipji u standards internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladesh iniedu investigazzjoni immedjata u pubblika dwar l-allegazzjonijiet li Shahidul Alam ġie ttorturat, u jressqu lill-awturi quddiem il-ġustizzja;

5.  Jesprimu tħassib serju dwar l-Att dwar l-ICT, mhux biss minħabba li diġà kellu impatt serju fuq ix-xogħol ta' ġurnalisti, bloggers u kummentaturi, iżda anke minħabba li jippenalizza l-eżerċizzju leġittimu tad-dritt għal-libertà ta' espressjoni minn kwalunkwe individwu, inkluż fuq il-midja soċjali; huwa tal-fehma li t-Taqsima 57 tal-Att dwar l-ICT hija inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u ta' proċess ġust;

6.  Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni tal-gvern li jippromulga l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali, li fil-fatt jespandi u jsaħħaħ is-setgħat tal-pulizija biex jiġġieled kontra d-diskors liberu, inkluż fuq il-midja soċjali, qabel l-elezzjonijiet nazzjonali fl-2018; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bangladesh jirrevedu b'urġenza l-Att dwar is-Sigurtà Diġitali u l-Att dwar l-ICT u jġibuhom konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-Bangladesh huwa firmatarju tagħhom;

7.  Jittama li l-elezzjoni ġenerali li jmiss tkun paċifika, trasparenti u parteċipattiva sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu għażla politika ġenwina; jistieden lill-forzi politiċi jżommu lura minn kwalunkwe vjolenza jew istigazzjoni ta' vjolenza matul il-perjodu elettorali;

8.  Japprezza r-rwol kostruttiv li żvolġa l-Bangladesh f'ċirkostanzi diffiċli meta aċċetta li jilqa' rifuġjati Rohingya; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu aktar art biex jitnaqqsu l-iffullar u l-privazzjoni tal-kampijiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet inaqqsu r-restrizzjonijiet burokratiċi li jimponu fuq l-organizzazzjonijiet umanitarji; iħeġġeġ lill-Gvernijiet tal-Bangladesh u tal-Myanmar jerġgħu jikkunsidraw minnufih id-deċiżjoni li jibdew jirrimpatrijaw ir-rifuġjati Rohingya, peress li l-kondizzjonijiet għal ritorn sikur, dinjituż u volontarju għadhom ma ġewx issodisfati;

9.  Jitlob lill-UE u lid-donaturi internazzjonali l-oħra jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu l-għajnuna finanzjarja u materjali meħtieġa lill-kampijiet tar-rifuġjati Rohingya fil-Bangladesh;

10.  Jinsisti li l-Bangladesh għandu jikkonforma mal-impenji tiegħu skont l-iskema tal-EBA fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

11.  Itenni t-talba tiegħu għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fil-Bangladesh;

12.  Jesprimi tħassib serju dwar l-annullament tal-Ftehim ta' Tranżizzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Novembru 2018; jinnota li l-RCC għad m'għandux il-kapaċità li jissorvelja u jinforza rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, u dan għandu implikazzjonijiet serji għas-sikurezza u d-drittijiet tal-ħaddiema tal-fabbriki li jinvolvi; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladesh jirrikonoxxi u jimplimenta immedjatament il-Ftehim ta' Tranżizzjoni u juri aktar li huwa lest jieħu f'idejh il-funzjonijiet kollha tal-ftehim; jistieden lid-donaturi jappoġġaw lill-Gvern tal-Bangladesh sabiex dan ikun jista' jsir; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jkomplu l-ħidma tagħhom ta' bini ta' kapaċità, flimkien mal-RCC;

13.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladesh jadotta bidliet leġiżlattivi għall-Att dwar ix-Xogħol tal-Bangladesh u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu biex iġibhom konformi mal-istandards internazzjonali tax-xogħol tal-ILO, u jippermetti l-libertà sħiħa ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-Gvern tal-Bangladesh jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza b'mod effettiv l-atti kollha ta' diskriminazzjoni kontra t-trade unions, inklużi atti ta' vjolenza u intimidazzjoni;

14.  Jesprimi tħassib li filwaqt li l-Att dwar it-Trażżin taż-Żwieġ tat-Tfal tal-2017 jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-tisħiħ tal-prevenzjoni, u dwar il-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, huwa madankollu jnikludi klawżola li tippermetti ż-żwieġ taħt l-età ta' 18-il sena taħt ċirkostanzi speċjali bil-kunsens tal-ġenituri u bil-permess tal-qorti; jitlob li din il-lakuna tingħalaq b'urġenza fl-interess tal-ħarsien tat-tfal;

15.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bangladesh ikomplu jindirizzaw l-isfidi tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem se jkomplu jiġu diskussi fil-Kummissjoni Konġunta bejn l-UE u l-Bangladesh, li se ssir f'Dhaka fl-ewwel nofs tal-2019;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladesh.

(1) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2017 dwar il-Bangladesh, inklużi ż-żwiġijiet tat-tfal (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 65).
(2) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2015 dwar il-libertà ta' espressjoni fil-Bangladesh (ĠU C 366, 27.10.2017, p. 135).
(3) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 100.
(4) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 100.
(5) ĠU L 118, 27.4.2001, p. 48.


Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji ***I
PDF 422kWORD 129k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))
P8_TA(2018)0462A8-0340/2018

Dan it-test għadu qed jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-lingwa tiegħek. Il-verżjoni PDF jew Word hi diġà disponibbli billi tikklikkja fuq l-ikona n-naħa tal-lemin fuq.


Il-pollutanti organiċi persistenti ***I
PDF 219kWORD 71k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni) (COM(2018)0144 - C8-0124/2018 – 2018/0070(COD))(1)
P8_TA-PROV(2018)0463A8-0336/2018

(Proċedura leġislattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, li kienet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 200217 u ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini, ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, li kienet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 199318. Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li ukoll jinżammu meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.
(5)  Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, li kienet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 200217; tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini, ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, li kienet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 199318; tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, li kienet approvata mill-Unjoni fil-11 ta' Mejju 201718a. Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li jinżammu wkoll meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.
_________________
_________________
17 ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.
17 ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.
18 ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.
18 ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.
18a ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom POPs projbiti jenħtieġ li jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun.
(10)  Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom POPs projbiti jenħtieġ li jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun. Jekk sustanzi oħra jiġu pprojbiti fil-futur, il-ħażniet tagħhom jenħtieġ li jinqerdu wkoll mingħajr dewmien u jenħtieġ li ma jkunx hemm kumuli ġodda. Fid-dawl tal-problemi partikolari ta' ċerti Stati Membri, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja u teknika adegwata permezz ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji m'humiex intenzjonali ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun bil-għan finali tal-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, għandhom ikunu implimentati u żviluppati biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod effettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.
(11)  Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji mhux intenzjonali ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun bil-għan finali tal-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, jenħtieġ li jkunu implimentati u żviluppati biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod effettiv kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ għalhekk li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Ir-rwol tal-Aġenzija għandu jinkludi l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inkluż il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ jikkoperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.
(15)  Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ għalhekk li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Huwa meħtieġ li r-rwol tal-Aġenzija jkopri l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inkluż il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li għandhom jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ li jikkoperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni għandhom ikunu mfassla kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.
(16)  Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni u tittrażmettih lill-Konferenza tal-Partijiet kemm jista' jkun malajr, sa mhux aktar tard minn ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu mfassla kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal f'dak l-Anness u jekk il-manifattur jikkonferma lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett.
(17)  Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal f'dak l-Anness u jekk il-manifattur jikkonferma lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett, jiġifieri mingħajr ma jinħolqu riskji sinifikanti lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem u fin-nuqqas ta' kwalunkwe alternattiva teknikament fattibbli.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li ikunu provduti lill-Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim jenħtieġ li wkoll jiġi mħeġġeġ.
(18)  Skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li jkunu provduti lill-Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim jenħtieġ li wkoll jiġi mħeġġeġ. Bl-istess mod, il-Konvenzjoni teħtieġ li kull Parti timpenja ruħha li tiżviluppa strateġiji xierqa biex tidentifika siti kkontaminati minn POPs, u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni, sal-2020, jimpenja lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jirrimedjaw dawn is-siti kkontaminati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, informazzjoni fuq skala wiesgħa hija meħtieġa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni, programmi ta' kuxjenza pubblika dwar dawk is-sustanzi, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jkun imħeġġeġ u faċilitat, kif xieraq.
(19)  Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, informazzjoni fuq skala wiesgħa hija meħtieġa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni, programmi ta' kuxjenza pubblika dwar dawk is-sustanzi, f'dak li jikkonċerna l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jkunu promossi u faċilitati, kif xieraq. Jenħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-NU/KEE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus), li ġiet approvata mill-Unjoni fis-17 ta' Frar 20051a.
_________________
1a ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j
(j)  "prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa" tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza waħda oħra jew aktar u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u t-trasformazzjoni tagħha f'sustanza waħda oħra jew aktar isiru fl-istess sit f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.
(j)  "prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa" tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra, min hawn 'il quddiem imsejħa "sinteżi", u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u t-trasformazzjoni tagħha f'sustanza waħda oħra jew aktar isiru permezz ta' sinteżi fl-istess sit, inkluż sit li hu operat minn entità waħa jew aktar, f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  il-manifattur juri li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP;
(b)  il-manifattur juri li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP, li la l-bnedmin u lanqas l-ambjent mhuma mistennija li jkunu esposti għal xi kwantitajiet sinifikanti ta' sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha, kif muri permezz tal-valutazzjoni ta' dik is-sistema magħluqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/20081a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ma hemmx alternattivi teknikament fattibbli għall-użu ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II għal dan ir-Regolament;
_________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent.
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent, skont il-limiti massimi u r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, fejn applikabbli.
_________________
1a Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
1b Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi espressa bl-użu tal-kodiċijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
_________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiċi alternattivi li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30.
3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiki alternattivi29a li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
_________________
_________________
29a Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs (2008). Linji gwida dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u l-Gwida Provviżorja dwar l-Aqwa Prattiki Ambjentali Rilevanti għall-Artikolu 5 u l-Anness C tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes. Ġinevra, Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs. http://www.pops.int/Implementation/BATandBEP/BATBEPGuidelinesArticle5/tabid/187/Default.aspx
30 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
30 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri addizjonali dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4(b)(iii). Dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 20(2).
6.  Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-punt (b)(iii) tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c)  meta tintalab, tipprovdi għajnuna teknika u xjentifika u input lill-Kummissjoni għal sustanzi li jistgħu jkunu konformi mal-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll;
(c)  meta tintalab, tipprovdi għajnuna teknika u xjentifika u input robusti lill-Kummissjoni għal sustanzi li jistgħu jkunu konformi mal-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, inkluż dwar il-prevenzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta' POPs ġodda, u dwar il-valutazzjoni tal-pestiċidi jew il-kimiċi industrijali li qed jintużaw bħalissa;
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f
(f)  tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 7(4)(b) (iii), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni relevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);
(f)  tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(4)(b)(iii), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni relevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Aġenzija għandha tibda tipprovdi l-assistenza u l-gwida teknika u xjentifika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali biex jiġu identifikati u vvalutati s-siti kontaminati bil-POPs u biex jiġu indirizzati r-riskji sinifikanti li tali kontaminazzjoni tista' tippreżenta għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni .
3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u l-ambjent m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni oħra ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni.
_________________
_________________
32 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
32 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-Unjoni għandha tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku matul il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni minima li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1(f). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).
5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat li jibda minn nhar […].
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-kwistjonijiet kollha f'dan ir-Regolament.
1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta':
(a)  il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(5), ħlief fejn issir referenza għall-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) fejn issir referenza għall-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 7(4); kif ukoll
(b)  il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7(6) u 13(5) fejn issir referenza għall-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) fejn issir referenza għall-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 7(4).
_________________
1a Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – tabella – ringiela 17

Test propost mill-Kummissjoni

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Emenda

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Emenda 25
Proposta għal regolament
Anness I – punt A – ringiela 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Eteru tal-bis(pentabromofenil) (eteru tad-dekabromodifenil; decaBDE)

1163-19-5

214-604-9

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tad-decaBDE ekwivalenti għal jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f'sustanzi, taħlit, oġġetti jew bħala kostitwenti tal-partijiet tal-oġġetti li jdewmu t-tifrix tan-nar.

 

 

 

2.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-decaBDE għandhom ikunu permessi:

 

 

 

(a)  fil-produzzjoni ta' inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, qabel it-2 ta' Marzu 2027;

 

 

 

(b)  fil-produzzjoni ta' spare parts għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

(i)  inġenju tal-ajru, li għalih saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, prodott qabel it-2 ta' Marzu 2027 sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk l-inġenji tal-ajru;

 

 

 

(ii)  vetturi bil-mutur fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, prodotti qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], sal-2036 jew sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk il-vetturi bil-mutur, skont liema data tiġi qabel.

 

 

 

3.  L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f'vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta' decaDBE kummerċjali li jaqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

 

 

(i)  applikazzjonijiet tas-sistemi tal-motopropulsjoni u ta' taħt il-bonit bħall-wajers tal-massa tal-batterija, il-wajers tal-interkonnessjoni tal-batterija, il-pajpijiet tal-arja kundizzjonata mobbli (MAC), is-sistemi tal-motopropulsjoni, il-buxings tal-manifold tal-egżost, l-iżolament taħt il-bonit, il-wajers u l-faxx tal-wajers taħt il-bonit (wajers tal-magna, eċċ.), is-sensuri tal-veloċità, il-pajpijiet, il-moduli tal-fannijiet u s-sensuri tad-detonazzjoni;

 

 

 

(ii)  applikazzjonijiet tas-sistema tal-fjuwil bħal pajpijiet tal-fjuwil, tankijiet tal-fjuwil u tankijiet tal-fjwuil taħt il-karozzerija;

 

 

 

(iii)  apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbag, covers/drappijiet tas-sits (jekk relevanti għall-airbag biss) u airbags (ta' quddiem u tal-ġenb);

 

 

 

(iv)  applikazzjonijiet tas-sospensjoni u ta' ġewwa bħal komponenti tal-finitura, materjal akustiku u ċinturini tas-sikurezza;

 

 

 

(v)  plastik rinfurzat (pannelli għall-istrumenti u finitura ta' ġewwa);

 

 

 

(vi)  taħt il-bonit jew id-daxxbord (kaxxi tat-terminal/tal-fjuż, wajers b'amperaġġ ogħla u kejsing tal-kejbils (wajers tal-isparkplagg));

 

 

 

(vii)  tagħmir elettriku u elettroniku (kejsing tal-batterija u trejs tal-batterija, konnetturi elettriċi tal-kontroll tal-magna, komponenti tad-diski tar-radju, sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita, sistemi ta' pożizzjonament globali u sistemi tal-kompjuter);

 

 

 

(viii)  drapp bħat-tessut tal-bagoll, it-tapizzerija, is-saqaf, is-sits tal-karozzi, il-headrests, il-viżiera tax-xemx, il-pannelli tal-finitura, it-twapet.

 

 

 

3.  Il-manifattura tad-decaBDE u l-użu tiegħu fil-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu permessi:

 

 

 

(a)  oġġetti mqiegħda fis-suq qabel ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

 

 

 

(b)  inġenju tal-ajru mmanifatturat skont is-subparagrafu 2(a);

 

 

 

(c)  spare parts ta' inġenju tal-ajru mmanifatturat skont il-punt (b) tal-paragrafu 2;

 

 

 

(d)  tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

 

 

4.  Għall-finijiet ta' din l-entrata "inġenju tal-ajru" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

 

 

 

(a)  inġenju tal-ajru ċivili mmanifatturat f'konformità ma' ċertifikat tat-tip maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/11391c tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew bl-approvazzjoni tad-disinn maħruġa skont ir-regolamentazzjoni nazzjonali ta' Stat Kontraenti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), jew li għalih inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà minn Stat Kontraenti tal-ICAO skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

 

 

 

(b)  inġenju tal-ajru militari.

 

 

 

___________

 

 

 

1a Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

 

 

 

1b Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

 

 

 

1c Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – ringiela 24b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1.  Permezz ta' deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew preparazzjonijiet li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom jiġu permessi.

 

 

 

2.  L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta':

 

 

 

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw fl-4 ta' Diċembru 2015 jew qabel; kif ukoll

 

 

 

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

 

 

 

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness I – parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

4

4

4

4

4

 

 

4

5 Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

5 85535-84-8

5 287-476-5

5 1.  B'deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew taħlit li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom ikunu permessi.

 

 

 

2.  L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta':

 

 

 

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-4 ta' Diċembru 2015; kif ukoll

 

 

 

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

 

 

 

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda

imħassar

Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness III
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI
SUSTANZA (Nru tas-SAK)
SUSTANZA (Nru tas-SAK)
Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)
Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)
Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1)
Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1)
Poliklorobifenili (PCB)
Poliklorobifenili (PCB)
Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs)37
Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs)37
37.  Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.
37.  Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)
Naftaleni Poliklorinati 37a
37a "Naftaleni poliklorinati" tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu wieħed jew aktar tal-idroġenu jinbidlu b'atomi tal-kloru.
Eżaklorobutadjen (Nru tal-CAS 87-68-3)
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness IV – ringieli 5 – 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

 

 

 

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

 40088-47-9 u oħrajn

 254-787-2 u oħrajn

It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil u etere tal-ettabromodifenil: 1000 mg/kg

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

 32534-81-9 u oħrajn

 251-084-2 u oħrajn

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

 36483-60-0 u oħrajn

 253-058-6 u oħrajn

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

 68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

 

 

 

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

 

 

 

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

40088-47-9 u oħrajn

254-787-2 u oħrajn

It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil: 500 mg/kg

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

32534-81-9 u oħrajn

251-084-2 u oħrajn

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

36483-60-0 u oħrajn

253-058-6 u oħrajn

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

Etere tad-dekabromodifenil

C12Br10O

1163-19-5 u oħrajn

214-604-9 u oħrajn

 

 

 

 

Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness IV – tabella 1 — kolonna "Limitu ta' konċentrazzjoni riferut fl-Artikolu 7(4)(a)" – ir-ringiela "Polikloronaftaleni" – nota f'qiegħ il-paġna 7

Test propost mill-Kummissjoni

7.  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

PCDF

TEF

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

Emenda

7.  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

 

PCDD

TEF

 

2,3,7,8-TeCDD

1

 

1,2,3,7,8-PeCDD

1

 

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

 

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

 

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

 

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

 

OCDD

0,0003

 

PCDF

TEF

 

2,3,7,8-TeCDF

0,1

 

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

 

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

 

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

 

PCDD

TEF

 

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

 

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

 

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

 

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

 

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

 

OCDF

0,0003

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0336/2018).


Servizzi ta' indukrar fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi
PDF 207kWORD 72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi (2018/2077(INI))
P8_TA-PROV(2018)0464A8-0352/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu "Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu" (COM(2017)0252),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' April 2017 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(1),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 5, 27, 31, 32, 33 u 47 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fi New York fit-18 ta' Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, ratifikata mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 5: il-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha, u b'mod partikolari l-Mira 5.4: li jkunu rikonoxxuti u mogħtija valur il-kura u x-xogħol domestiku mhux imħallsa permezz tal-forniment ta' servizzi pubbliċi, infrastruttura u politiki tal-protezzjoni soċjali u l-promozzjoni tar-responsabbiltà kondiviża fl-unità domestika u l-familja, skont il-kuntest nazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Mejju 2018 dwar il-Progress lejn l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2017 dwar it-Tisħiħ tal-Appoġġ u l-Kura Bbażati fil-Komunità għal Għajxien Indipendenti,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE: L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa" (COM(2017)0678),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "L-impenn strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019, u b'mod partikolari l-Kapitolu 3.1 tiegħu: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika indaqs tan-nisa u l-irġiel (SWD(2015)0278),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2018 dwar l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' indukrar għal tfal żgħar, bl-intenzjoni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri li jaħdmu u biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa ("l-objettivi ta' Barċellona"), (COM(2018)0273),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2013 dwar l-objettivi ta' Barċellona: "L-iżvilupp tas-servizzi ta' akkoljenza tat-tfal żgħar fl-Ewropa għal tkabbir sostenibbli u inklusiv" (COM(2013)0322),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Frar 2011 bit-titolu "Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada" (COM(2011)0066),

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija (Ares(2018)1505951),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ"(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020), il-komunikazzjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013)0083) u l-komunikazzjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu "L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" (COM(2017)0250),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2014 dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 (COM(2014)0332),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tal-ġeneru(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta' djalogu soċjali(11),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja (COM(2018)0271) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-istess data, li jakkumpanjah (SWD(2018)0173),

–  wara li kkunsidra l-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-rapport tiegħu tal-2015 bit-titolu "Reconciliation of work, family and private life in the European Union: Policy review"

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Company initiatives for workers with care responsibilities for disabled children or adults" (Inizjattivi tal-kumpaniji favur ħaddiema li għandhom fir-responsabbiltà tagħhom il-kura ta' tfal jew adulti b'diżabbiltà),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' sfond tal-Eurofound tal-14 ta' Lulju 2013 bit-titolu "Caring for children and dependants: effect on careers of young workers" (Il-kura tat-tfal u persuni dipendenti: l-effett fuq il-karrieri ta' ħaddiema żgħażagħ),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2014 bit-titolu "Residential care sector: Working conditions and job quality" (Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-impjiegi),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-22 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Working and care: Reconciliation measures in times of demographic change" (Ix-xogħol u l-kura: Miżuri ta' rikonċiljazzjoni fi żminijiet ta' tibdil demografiku),

–  wara li kkunsidra r-rapport ġenerali tal-Eurofound tas-17 ta' Novembru 2016 dwar is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol,

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Eurofound tat-28 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Care homes for older Europeans: Public, for-profit and non-profit providers" (Djar ta' kura għall-anzjani Ewropej: Fornituri pubbliċi, bi skop ta' qligħ u bla skop ta' qligħ),

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurofound tat-23 ta' Jannar 2018 bit-titolu "European Quality of Life Survey 2016: Quality of life, quality of public services and quality of society" (Stħarriġ tal-kwalità tal-ħajja 2016: Il-kwalità tal-ħajja, il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u l-kwalità tas-soċjetà),

–  wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-10 ta' Ottubru 2014 imħejji mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni bit-titolu "Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society" (Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta' kura fit-tul f'soċjetà li qed tixjieħ),

–  wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-7 ta' Ottubru 2016 imħejji mill-Kumitat tal-Politika Soċjali u l-Kummissjoni dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u s-sostenibbiltà fiskali,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 dwar id-drittijiet tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jgħixu fl-unità domestika fejn jaħdmu(12),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar l-iżvilupp tas-servizzi għall-familja biex ir-rati tal-impjieg jiżdiedu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fix-xogħol(13),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Mejju 2010 dwar il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku(14),

–  wara li kkunsidra Rapport tal-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: "Measuring gender equality in the European Union 2005-2015" (Il-kejl tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni Ewropea 2005-2015),

–  wara li kkunsidra l-istudji mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu ta' Marzu 2016 bit-titolu "Differences in men's and women's work, care and leisure time" (Id-differenzi bejn ix-xogħol, il-kura u l-ħin ta' rikreazzjoni tal-irġiel u tan-nisa) u ta' Novembru 2016 bit-titolu "The use of funds for gender equality in selected Member States" (L-użu ta' fondi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fi Stati Membri magħżula),

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-proġett WeDo għall-benesseri u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-2012 bit-titolu "European Quality Framework for long-term care services: Principles and guidelines for the wellbeing and dignity of older people in need of care and assistance" (Qafas Ewropew tal-Kwalità għas-servizzi ta' kura fit-tul: Prinċipji u linji gwida għall-benesseri u d-dinjità tal-anzjani li jeħtieġu l-kura u l-assistenza),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0352/2018),

A.  billi, skont l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi wieħed mill-valuri ewlenin li fuqhom hija msejsa l-UE; billi, barra minn hekk, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tfittex li fl-azzjonijiet kollha tagħha telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. billi l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi madankollu kienet kajmana;

B.  billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017, jistabbilixxi prinċipji u għanijiet sinifikanti biex joffri drittijiet ġodda għaċ-ċittadini tal-Unjoni, fosthom l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs, l-appoġġ għat-tfal u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, li għadhom l-appoġġ unanimu tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Prinċipju 9 tal-Pilastru dwar Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata jistabbilixxi li l-ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' kura għandhom ikollhom id-dritt għal leave xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura;

C.  billi fl-UE kollha, ir-rata ta' impjieg ġenerali tan-nisa hija kważi 12 % iktar baxxa minn dik tal-irġiel, u 31.5 % tan-nisa li jaħdmu jagħmlu dan fuq bażi part-time, filwaqt li fost l-irġiel, dawk li jaħdmu part-time jammontaw għal 8.2 % biss tal-irġiel li jaħdmu; billi d-differenza fir-rati tal-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE għadha 12 %; billi l-evidenza tissuġġerixxi li waħda mill-kawżi ewlenin ta' dan huma r-responsabbiltajiet sproporzjonati ta' kura li għandhom in-nisa; billi l-effett kumulattiv tal-waqfiet multipli fil-karriera li jolqtu lin-nisa b'riżultat tar-responsabbiltajiet ta' kura jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal pagi aktar baxxi, karrieri iqsar u differenzi ta' 16% u 37% rispettivament bejn is-salarji u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel; billi dan iwassal biex in-nisa jkunu aktar esposti għall-faqar u għall-esklużjoni soċjali, u dan għandu riperkussjonijiet negattivi li jestendu wkoll għat-tfal tagħhom u l-familji tagħhom; billi huwa importanti li jintemmu d-differenzi fl-impjieg, fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel, minħabba li t-telf ekonomiku dovut għad-differenza fl-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel jammonta għal EUR 370 biljun fis-sena; billi l-għoti ta' servizzi ta' kura jista' jkun strumentali għal rispons effettiv għan-nuqqasijiet ta' ħaddiema;

D.  billi "kura" għandha tinftiehem bħala xogħol imwettaq, f'kapaċità personali, f'istituzzjonijiet pubbliċi jew privati jew f'unità domestika jew unitajiet domestiċi privati, għat-tfal, l-anzjani, il-morda jew persuni b'diżabilità; billi x-xogħol tal-kura għandu, f'ċirkostanzi ideali, isir minn persuni li jindukraw b'mod professjonali, li jkunu impjegati minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn familji, jew li jaħdmu għal rashom, iżda jsir ukoll b'mod informali - u mingħajr ħlas - minn persuni li jindukraw mingħajr kwalifiki professjonali, li normalment ikunu membri tal-familja;

E.  billi bħala medja, in-nisa jqattgħu tliet darbiet aktar ħin fuq xogħol domestiku u ta' kura mhux imħallas, u dan jidher l-aktar fil-koppji li l-iżgħar wild tagħhom għandu inqas minn seba' snin: in-nisa jqattgħu medja ta' 32 siegħa fil-ġimgħa fuq xogħol imħallas u 39 siegħa fuq xogħol mhux imħallas, filwaqt li l-irġiel, fil-ġimgħa jagħmlu 41 siegħa xogħol imħallas u 19-il siegħa xogħol mhux imħallas;

F.  billi skont iċ-ċifri mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, is-settur tax-xogħol domestiku u tal-kura impjega madwar 52 miljun persuna fid-dinja kollha fl-2010, u 7.4 miljun ħaddiem domestiku ieħor taħt l-età ta' 15-il sena, u jammonta għal bejn 5% u 9% tal-impjegar kollu fil-pajjiżi industrijalizzati;

G.  billi l-impjiegi relatati mal-kura mhumiex imħallsa tajjeb f'ħafna Stati Membri, sikwit ma joffrux kuntratti formali jew drittijiet bażiċi oħra tal-ħaddiema u mhumiex professjonalment attraenti, minħabba riskju kbir ta' stress fiżiku u emozzjonali, it-theddida ta' eżawriment, u nuqqas ta' opportunitajiet ta' żvilupp fil-karriera; billi s-settur joffri ftit opportunitajiet ta' taħriġ u, barra minn hekk, il-ħaddiema f'dan is-settur b'mod predominanti huma persuni kbar fl-età, nisa u ħaddiema migranti;

H.  billi l-miżuri ta' appoġġ, bħat-tnaqqis fiskali għas-servizzi domestiċi fl-Iżvezja, il-vawċer tal-impjieg għas-servizz Franċiż u l-vawċer għas-servizz Belġjan urew li kienu effettivi għal tnaqqis fix-xogħol mhux iddikjarat, titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għoti tad-drittijiet tax-xogħol regolari lill-ħaddiema domestiċi u lill-ħaddiema fis-settur tal-kura;

I.  billi l-evidenza turi li 80 % tal-kura provduta fl-UE tingħata minn persuni li jindukraw informali u mingħajr ħlas, li 75 % minnhom huma nisa; billi 27.4 % tan-nisa jaħdmu part-time biex jieħdu ħsieb tfal jew adulti bi ħtiġijiet ta' kura, meta mqabbla ma' 4.6 % tal-irġiel(15); billi l-għoti ta' servizzi ta' kura m'għandux iġiegħel lill-persuni li jindukraw b'mod informali jkollhom jagħżlu bejn ir-responsabilitajiet tal-kura u l-ħin liberu tagħhom, peress li dawk li għandhom impjieg diġà jridu jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet differenti u l-użu tal-ħin tagħhom;

J.  billi ċerti statistiki nazzjonali juru li madwar 6-7 % tal-persuni li jindukraw fl-Istati Membri huma żgħażagħ taħt l-età ta' 17-il sena, filwaqt li hemm ħames darbiet aktar nisa minn irġiel tal-età ta' bejn 15 u 24 li jagħmlu dan ix-xogħol; billi ż-żgħażagħ li jindukraw ġieli jġorru responsabbiltajiet adulti kbar billi jipprovdu kura, għajnuna u appoġġ lill-ġenituri, lil ħuthom, lin-nanniet jew qraba oħra li jkollhom diżabilità, mard kroniku jew problema ta' saħħa mentali; billi ż-żgħażagħ li jindukraw iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli partikolari fl-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ u fir-rikonċiljazzjoni tal-edukazzjoni mar-responsabbiltajiet tal-kura, u dan għandu impatt fuq is-saħħa u l-għajxien tagħhom;

K.  billi f'għadd ta' Stat Membru jeżisti nuqqas ta' servizzi ta' kura professjonali ta' kwalità disponibbli għal kulħadd, indipendentement mill-introjtu tagħhom;

L.  billi ħafna membri tal-familji dipendenti li jeħtieġu kura jgħixu f'żoni milquta minn nuqqas persistenti ta' servizzi, filwaqt li l-iżolament u ċirkostanzi oħra jagħmluha diffiċli għalihom li jiksbu aċċess għal servizzi professjonali ta' kura; billi f'ħafna każijiet jieħdu ħsiebhom persuni mhux professjonali, li sikwit ħafna ikunu l-qraba nisa tagħhom;

M.  billi l-Ewropa qed ikollha tgħaddi minn bidliet demografiċi li qed iwasslu għal inċidenza akbar ta' mard relatat mal-età u popolazzjoni li qed tixjieħ, u għaldaqstant ħtiġijiet akbar ta' kura; billi fi żmien fejn it-talba għall-kura qed tikber, teżisti distribuzzjoni sproporzjonata tar-responsabbiltajiet tal-kura bejn il-ġeneri, fejn in-nisa jġorru l-parti l-kbira tal-piż minħabba r-rwoli sterjotipiċi tal-ġeneri li għadhom jipprevalu fis-soċjetà Ewropea; billi n-numru dejjem akbar ta' persuni anzjani, it-tnaqqis fl-għadd ta' persuni tal-età tax-xogħol u r-restrizzjonijiet baġitarji xprunati mill-awsterità qed ikollhom impatt sinifikanti fuq is-servizzi soċjali, li se jkollu wkoll riperkussjonijiet fuq il-persuni li jkollhom jikkombinaw ix-xogħol u r-responsabbiltajiet ta' kura, sikwit f'ċirkostanzi diffiċli;

N.  billi hu maħsub li l-popolazzjoni tal-UE se tixjieħ, u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-età ta' 65 u aktar hu mistenni li jikber minn 17.1 % fl-2008 għal 30 % fl-2060, waqt li fl-istess perjodu, dak ta' persuni ta' 80 u aktar se jikber minn 4.4 % għal 12.1 %;

O.  billi l-anzjani jinsabu f'riskju akbar ta' faqar mill-popolazzjoni ġenerali: fl-2008 madwar 19 % ta' dawk li għandhom 65 sena u aktar kienu f'riskju, meta fl-2000 dawn kienu 17 %; billi din ir-rata hija 5 punti ogħla għan-nisa milli għall-irġiel;

P.  billi l-anzjani xi drabi jġarrbu sessiżmu u diskriminazzjoni minħabba l-età, filwaqt li l-abbuż tal-anzjani, li jinstab f'varjetà ta' ambjenti ta' kura, huwa problema soċjali fl-Istati Membri kollha;

Q.  billi l-parti l-kbira tal-mudelli tal-politika nazzjonali għas-servizzi ta' kura fil-preżent mhix adatta biex taqdi l-ħtiġijiet tas-soċjetà Ewropea li qed tixjieħ, u billi l-parti l-kbira tal-Istati Membri s'issa għadhom ma indirizzawx l-isfidi demografiċi fl-inizjattivi u fis-sistemi rispettivi tagħhom tal-politika u tal-kura soċjali;

R.  billi għalkemm l-għadd ta' djar tal-kura għall-anzjani żdied matul dawn l-aħħar 10 snin fi kważi l-Istati Membri kollha, id-domanda għadha tiżboq id-disponibbiltà ta' akkomodazzjoni indipendenti u servizzi ta' kura ta' appoġġ; billi teżisti ħtieġa urġenti ta' investiment ulterjuri f'servizzi ta' kura fit-tul ibbażati fil-komunità jew fid-dar, għax kulħadd għandu d-dritt għal ħajja indipendenti, servizzi ta' appoġġ u inklużjoni fil-komunità; billi, barra minn hekk, in-nuqqas ta' informazzjoni diżaggregata fil-livell nazzjonali, inkluż dwar strumenti finanzjarji, u n-nuqqas ta' indikaturi tal-kwalità jagħmlu din il-parti importanti tal-infrastruttura tal-kura diffiċli biex tiġi monitorjata u vvalutata, u li jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjonijiet;

S.  billi l-miri ta' Barċellona dwar il-kura tat-tfal lil mill-inqas 33 % tat-tfal taħt l-età ta' 3 snin (mira 1) u lil mill-inqas 90 % tat-tfal bejn l-età ta' 3 snin u l-età tal-iskola obbligatorja (mira 2) intlaħqu biss fi 12-il Stat Membru mill-2002, u r-rati f'xi Stati Membri għadhom tant baxxi li joħolqu tħassib;

T.  billi l-parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol iżżid il-ħtieġa ta' kura tat-tfal ta' kwalità u bi prezz li jintlaħaq, u d-domanda għall-postijiet fis-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija fl-Ewropa tiżboq il-provvista; billi l-evidenza turi li l-kura tat-tfal għal dawk li għandhom bejn 0 u 3 snin tintuża prinċipalment fuq bażi part-time (inqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa) f'aktar minn nofs l-Istati Membri kollha; billi l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol teħtieġ li l-kura tat-tfal tkun disponibbli full-time u tissodisfa d-domanda waqt il-ħinijiet tax-xogħol tal-ġenituri;

U.  billi jeżisti nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti li toffri kura tat-tfal aċċessibbli u ta' kwalità għal-livelli kollha ta' introjtu, kif muri mill-fatt li mit-32 miljun tifel u tifla taħt l-età tal-edukazzjoni obbligatorja fl-UE, madwar 15-il miljun biss għandhom aċċess għas-servizzi fit-tfulija bikrija(16) u l-parti l-kbira tan-nefqa pubblika tal-Istati Membri issir għal tfal li jkollhom minn tliet snin sal-età tal-bidu tal-iskola obbligatorja; billi l-investiment mis-setturi kollha għandu jiżdied, għax l-evidenza fil-pajjiżi tal-OECD turi li żieda fl-investiment mill-PDG fis-servizzi tal-kura twassal għal żieda fl-impjegar tan-nisa; billi l-investiment fil-kura tat-tfal hu strateġija li minnha jirbaħ kulħadd, u jiġġenera aktar dħul mit-taxxi minħabba l-parteċipazzjoni akbar tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol; billi filwaqt li jikkomplementaw ir-rwol ċentrali tal-familja, l-edukazzjoni u l-kura ta' kwalità fit-tfulija bikrija jipprovdu ħafna benefiċċji għal żmien qasir u fit-tul għall-individwi u għas-soċjetà kollha kemm hi, fosthom għal persuni minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, u huma effettivi fl-indirizzar tal-inugwaljanza li tolqot lit-tfal minn età bikrija, u fl-indirizzar tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola;

V.  billi l-edukazzjoni ta' kwalità fit-tfulija bikrija hi investiment effettiv, u tipprovdi l-pedament għal tagħlim tul il-ħajja b'suċċess u tindirizza l-inugwaljanzi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal żvantaġġati;

W.  billi fl-UE hawn aktar minn 80 miljun persuna b'diżabilità, u dan in-numru qed ikompli jikber, u wieħed minn kull erba' Ewropej għandu qarib b'diżabilità; billi meta saret Parti tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-NU fl-2011, l-UE ħadet l-impenn li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; billi fid-dawl ta' dawn id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità ta' kull età, rajna ċaqliqa, riċentement, minn kura istituzzjonalizzata għal kura bbażata fil-komunità għall-persuni b'diżabilità;

X.  billi taħt l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kulħadd għandu d-dritt għal ħajja indipendenti u inklużjoni fil-komunità, u dan jinvolvi mhux biss li tkun provduta akkomodazzjoni indipendenti, iżda wkoll li jkunu provduti servizzi ta' appoġġ li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità;

Y.  billi t-tfal u l-adulti b'awtiżmu sever aktarx isibuha diffiċli biex jagħmlu l-attivitajiet ta' kuljum weħidhom, u ġeneralment jirrikjedu assistenza fil-parti l-kbira tal-attivitajiet;

Z.  billi s-servizzi tal-kura fit-tul u tal-kura tat-tfal sikwit huma sottovalutati u f'ħafna Stati Membri din il-professjoni għandha profil u status pjuttost baxx, li hu rifless f'pagi baxxi, rappreżentanza inugwali tan-nisa u tal-irġiel fil-forza tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux tajba;

AA.  billi l-impjiegi fil-kura formali, inkluża l-kura fid-dar, jinvolvi persunal kwalifikat, li jrid jitħallas b'mod adegwat(17); billi jeħtieġ li tkun żgurata provvista adegwata ta' persuni li jindukraw kwalifikati għax l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura formali ta' kwalità għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità huwa marbut ma' relazzjonijiet tal-impjieg ta' kwalità, pagi diċenti u investiment fil-ħaddiema li jipprovdu dawn is-servizzi, inkluż l-investiment fit-taħriġ tal-persuni li jindukraw it-tfal; billi r-relazzjonijiet tal-impjieg professjonali għall-persuni li jindukraw għandhom effett pożittiv fuq il-ħila tagħhom li jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja personali;

AB.  billi l-utenti tal-kura fit-tul jaf ikollhom diffikultà biex jħallsu għal servizzi ta' kura privati, li normalment ikunu jiswew aktar mis-servizzi ta' kura pprovduti mis-settur pubbliku; billi n-nisa jintlaqtu dejjem aktar mill-irġiel minħabba d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, u jkollhom jonfqu sehem akbar tal-introjtu tagħhom fuq il-kura fit-tul;

AC.  billi ġie rappurtat li meta d-disponibbiltà ta' servizzi ta' kura ta' kwalità tkun limitata, persuni minn sfondi żvantaġġati qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari, fosthom dawk minn familji b'introjtu baxx, dawk li jgħixu f'żoni rurali, u t-tfal minn sfondi ta' minoranzi etniċi jew migranti;

Il-kuntest fi ħdan il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

1.  Jinnota li d-distakk bejn is-sessi fl-impjiegi jikber sostanzjalment ladarba l-familji jkollhom it-tfal, li jirrifletti d-diffikultajiet li n-nisa jiffaċċjaw fir-rikonċiljazzjoni tat-trobbija tat-tfal u r-responsabbiltajiet tal-indukrar max-xogħol tagħhom, dan huwa dovut għan-nuqqas ta' infrastruttura pubblika tal-kura suffiċjenti u għad-diviżjoni persistenti bbażat fuq il-ġeneri tax-xogħol, li timponi ammont kbir ta' indukrar li jrid isir prinċipalment minn nisa, u dan iwassal biex in-nisa jqattgħu bejn id-doppju u għaxar darbiet aktar ħin mill-irġiel fuq il-kura mhux imħallsa(18);

2.  Jinnota li kwart tan-nisa kollha għadhom ħaddiema tal-familja li jikkontribwixxu iżda ma jitħallsux, li jfisser li ma jirċievu l-ebda ħlas dirett, u teżisti segregazzjoni ċara tan-nisa fis-setturi li ġeneralment huma kkaratterizzati minn paga baxxa, sigħat twal u spiss b'arranġamenti tax-xogħol informali, li jwasslu għal inqas gwadanji monetarji, soċjali u strutturali għan-nisa;

3.  Jenfasizza li l-femminilizzazzjoni tal-faqar hija l-konsegwenza ta' diversi fatturi, inklużi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, ir-responsabilitajiet tal-kura u l-pawżi relatati; jenfasizza li d-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa minħabba, fost fatturi oħra, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom, tikkontribwixxi għall-feminizzazzjoni tal-faqar;

4.  Jilqa' l-proklamazzjoni interistituzzjonali għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jfakkar il-prinċipji tiegħu, li jinkludu:

   it-trattament u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, b'mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;
   id-dritt għal trattament u opportunitajiet tax-xogħol indaqs, irrispettivament mill-età jew mid-diżabbiltà;
   id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa għall-ġenituri u persuni b'responsabbiltajiet ta' kura;
   id-dritt għal servizzi tal-kura fit-tul ta' kwalità tajba;

5.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iżviluppi mhux favorevoli fil-qasam tal-liv tal-ġenituri u d-drittijiet relatati mat-trobbija tat-tfal, bħall-irtirar tal-abbozz ta' direttiva dwar l-estensjoni tal-liv tal-maternità, u s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tqis li hija legali t-tkeċċija ta' ħaddiema nisa tqal bħala parti minn sensji kollettivi; jistieden lill-Kummissjoni timla malajr kemm jista' jkun il-lakuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE;

6.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ħaddiema u l-persuni li jindukraw, u jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tad-drittijiet individwali tal-liv u l-arranġamenti flessibbli tax-xogħol biex individwi li jaħdmu jiġu megħjuna jimmaniġġjaw il-ħajjiet privati u professjonali tagħhom; ifakkar li l-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandhom jinkoraġġixxu lill-irġiel biex jassumu responsabbiltajiet ta' kura fuq bażi ugwali man-nisa; jemmen li għall-finijiet tal-iżvilupp fil-futur, l-għan jenħtieġ li jkun li l-liv tal-ġenituri u l-liv għall-indukrar jiġu estiżi progressivament(19), kif ukoll il-livell ta' pagament relattiv, li għandu jkun xieraq, sabiex jiġu żgurati l-liv tal-ġenituri mhux trasferibbli, il-garanziji fir-rigward tat-tkeċċija, ir-ritorn fl-istess pożizzjoni jew pożizzjoni ekwivalenti u l-protezzjoni minn diskriminazzjoni mwettqa abbażi ta' deċiżjonijiet tat-teħid tal-liv, u l-estensjoni tad-drittijiet lill-persuni li jaħdmu għal rashom u lil dawk li jeħtieġu liv adegwat sabiex jindukraw persuni dipendenti oħra għajr it-tfal;

7.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jħeġġu lill-missirijiet jagħmlu l-aħjar użu mil-liv tal-paternità, li huwa mod effettiv kif jiġu mħeġġa jaċċettaw ir-responsabbiltà biex jieħdu ħsieb uliedhom u l-familji tagħhom u mezz utli biex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn in-nisa u l-irġiel;

8.  Jemmen li l-għoti ta' servizzi ta' kura ma għandux ikollu impatt negattiv fuq il-livelli tal-pagi tal-persuni li jindukraw jew il-benefiċċji soċjali jew tal-pensjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

9.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli tal-familji li jieħdu ħsieb tifel jew tifla jew qraba b'diżabbiltà, peress li f'dawn il-każijiet il-kura hija tul ħajjithom kollha;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' servizzi ta' assistenza temporanja għall-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà; jirrimarka li dan in-nuqqas ta' appoġġ spiss jagħmilha totalment impossibbli għall-ġenituri biex jaħdmu; jinnota, f'dan ir-rigward, in-nuqqas allarmanti ta' faċilitajiet għal persuni li jbatu minn awtiżmu serju;

11.  Jemmen li kull persuna bi bżonnijiet ta' kura għandu jkollha d-dritt soġġettiv li tagħżel servizzi ta' kura ta' kwalità li jissodisfaw bl-aħjar mod ir-rekwiżiti tagħhom għall-kura u li jkunu xierqa u aċċessibbli kemm għalihom kif ukoll għall-persuni li jindukrawhom; huwa tal-fehma li irrispettivament mid-differenzi bejn l-utenti u l-ħtiġijiet tagħhom, is-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati b'mod iffukat fuq il-persuna, individwalizzati u komprensivi; jinnota li l-familji mhumiex omoġenji u li l-politika u l-programmazzjoni għandhom jiġu adattati għal tali varjetà;

12.  Jemmen li l-għażliet ta' servizzi ta' kura għandhom jirriflettu n-natura tax-xogħol li qed tinbidel hekk kif dawn jiġu żviluppati aktar;

13.  Jemmen li, f'konformità mad-dritt għal kura fit-tul stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-kura fit-tul għandha titqies bħala fergħa ta' protezzjoni soċjali, li għandha tistabbilixxi d-dritt għal kura ta' kwalità u ffukata fuq il-persuna għal kulħadd; jemmen, barra minn hekk, li hemm ħtieġa urġenti għal aktar investiment f'servizzi ta' kura fit-tul affordabbli ta' kwalità tajba, kif ukoll servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità, f'konformità mal-Pilastru Soċjali Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u mas-CRPD tan-NU; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jiżguraw aċċess ugwali u trattament ġust għas-servizzi ta' kura għall-anzjani, it-tfal, u l-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jkollhom bżonn kura fit-tul, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati;

14.  Jenfasizza li d-disponibbiltà ta' infrastruttura, servizzi u appoġġ ta' kura pubblika u privata, varjata, ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli għat-tfal, persuni anzjani, persuni b'diżabbiltà u persuni b'mard kroniku jew li jeħtieġu kura fit-tul, kemm f'pajjiżhom kif ukoll fil-komunità f'sitwazzjonijiet ta' tip ta' djar, uriet li hija aspett kruċjali tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fattur ewlieni li jippromwovi t-teħid ta' liv fost il-ġenituri u l-persuni li jagħtu l-kura b'mod informali, bħala parti mill-isforzi biex in-nisa jiġu megħjuna jirritornaw malajr u jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jilqa' t-tranżizzjoni lejn servizzi bbażati fil-komunità, f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-CRPD tan-NU, filwaqt li jinnota l-ħtieġa li dawn is-servizzi jiġu mmonitorjati biex tiġi żgurata l-kwalità tagħhom; iqis li l-kwalità għolja tal-kura tiddependi fuq il-kwalità għolja tas-servizzi pprovduti u kemm dawn jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tar-riċevituri u kif dawn jiżguraw l-inklużjoni tar-riċevituri fil-komunità;

15.  Ifakkar li n-nuqqas ta' servizzi ta' kura huwa fattur ewlieni tas-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, peress li jagħmilha aktar diffiċli biex jinstab bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja, li jwassal biex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox, jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu aktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' kura mhux imħallsa, b'riperkussjonijiet dannużi għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom, b'mod partikolari l-pensjonijiet, u riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali, speċjalment matul l-età avvanzata;

It-tipi ta' kura

16.  Jinnota li hemm varjetà ta' servizzi ta' kura, inklużi l-indukrar u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, is-servizzi ta' kura għall-persuni anzjani u l-kura jew l-appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jkollhom ħtiġijiet ta' saħħa u kura dejjiema, u jinnota li bħala riżultat ta' dan ġew żviluppati approċċi ta' politika differenti; huwa tal-fehma li l-kura tista' tingħata minn persuni li jagħtu kura b'mod formali u informali;

17.  Jemmen li l-approċċ għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura għandu jqis il-kategoriji kollha ta' utenti u d-differenzi u l-preferenzi differenti tagħhom għat-tipi ta' servizzi ta' kura li jeħtieġu, inklużi persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, bħall-minoranzi etniċi jew familji migranti, u persuni li jgħixu f'żoni remoti u rurali u familji bi dħul baxx; ifakkar li l-kunċett tal-familja użat fil-leġiżlazzjoni u fil-politiki għandu jinftiehem f'sens wiesa';

18.  Jirrikonoxxi li status soċjoekonomiku baxx u livelli baxxi ta' edukazzjoni huma, għal ħafna nies, ostakli għas-servizzi ta' kura, li jaggravaw l-isfidi li jiffaċċjaw biex jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; iqis li dan jirrikjedi programmazzjoni u politika espliċiti;

19.  Jinnota li s-settur privat għandu rwol importanti fil-provvista ta' servizzi ta' kura fit-tul għal persuni b'diżabbiltà u persuni anzjani, u li l-kwistjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà u l-kwalità ta' tali servizzi tqajmu fl-UE kollha; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni fis-suq tas-servizzi ta' kura u tieħu l-inizjattivi regolatorji meħtieġa biex tikkontrolla u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi offruti f'sitwazzjonijiet bħal dawn;

Il-kwalità, l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-kura

20.  Jemmen li s-servizzi ta' kura għandhom jitfasslu b'tali mod li jipprovdu għażliet ġenwini lill-utenti, lill-membri tal-familja u lill-persuni li jindukraw kollha, kemm jekk ikunu f'impjieg full-time kif ukoll part-time, dawk li jaħdmu għal rashom jew persuni qiegħda;

21.  Jemmen li dawk li jippjanaw, jipprogrammaw u jipprovdu servizzi ta' kura għandhom responsabbiltà li jkunu jafu bil-ħtiġijiet tal-utenti u li s-servizzi ta' kura għall-anzjani u persuni b'diżabbiltà jridu jiġu ppjanati u żviluppati bil-parteċipazzjoni attiva u sinifikanti tal-utenti u għandhom jiġu mfassla u implimentati permezz ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet; jinnota l-esperjenzi pożittivi ta' persuni b'diżabbiltajiet mentali u intellettwali li ħadu sehem fl-iżvilupp ta' infrastruttura u servizzi li jtejbu l-għajxien indipendenti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom;

22.  Jirrimarka li l-provvista ta' kura ta' kwalità fl-UE tvarja ħafna kemm fi ħdan kif ukoll fost l-Istati Membri: bejn l-ambjenti privati u pubbliċi, iż-żoni urbani u rurali, u gruppi ta' etajiet differenti; jieħu nota tal-fatt li parti kbira mir-responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-kura fit-tul hija r-responsabbiltà tal-familji, speċjalment in-nanniet fil-każ tal-indukrar tat-tfal, li hija partikolarment evidenti fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa(20);

23.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kopertura tajba tas-servizzi ta' kura, kemm f'żoni urbani kif ukoll f'żoni rurali, sabiex jitjiebu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-kura għal persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, inklużi dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti;

24.  Jemmen li l-aċċessibbiltà tirriżulta minn taħlita tal-kost u tal-flessibbiltà u li għalhekk għandu jkun hemm firxa ta' provvedimenti tas-servizzi ta' kura, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u għall-kura fid-dar u f'ambjenti bħal dak tad-dar; iqis, barra minn hekk, li l-membri tal-familja jew għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-kura b'mod volontarju jew ikunu ssussidjati biex jakkwistaw servizzi ta' kura;

25.  Jenfasizza li l-kwalità tas-servizzi ta' kura għandha tinftiehem f'varjetà sħiħa ta' modi, inklużi l-kwalità tal-faċilitajiet u s-servizzi, il-kwalità tal-programmi tat-tagħlim għat-tfal, il-professjonaliżmu tal-persuni li jindukraw, il-kwalità tal-bini u l-ambjent, il-livelli tal-edukazzjoni tal-persuni li jindukraw u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;

26.  Jinnota li s-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati sabiex isaħħu l-kontinwità tal-kura, il-kura tas-saħħa u soċjali preventiva, ir-rijabilitazzjoni u l-għajxien indipendenti; jemmen li l-arranġamenti diretti għall-kura fid-djar għandhom jiġu mħeġġa, sabiex il-persuni bi bżonnijiet ta' kura jkunu jistgħu jiksbu s-servizzi ta' professjonisti tal-kura kwalifikati fi djarhom u jkunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti, fejn ikun possibbli; huwa tal-fehma li s-servizzi ta' kura għandhom, fejn rilevanti, ikunu mmirati lejn appoġġ tal-familja komprensiv, bħal għajnuna fid-dar, tutoraġġ u indukrar tat-tfal;

27.  Jenfasizza li l-informazzjoni dwar is-servizzi ta' kura u l-fornituri ta' servizzi disponibbli għandha tkun aċċessibbli għall-ġenituri, għall-anzjani, għall-persuni b'diżabbiltà u/jew li għandhom mard kroniku li jeħtieġu kura fit-tul kif ukoll għal dawk li jagħtu l-kura b'mod informali;

28.  Jissottolinja l-fatt li n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' servizzi u l-ispejjeż projbittivi tal-indukrar tat-tfal għandhom impatt negattiv fuq it-tfal li ġejjin minn familji bi dħul baxx, li jpoġġihom fi żvantaġġ minn età żgħira; jenfasizza li kull wild għandu d-dritt għal kura ta' kwalità tajba u għall-iżvilupp bikri tat-tfulija, inkluża firxa sħiħa ta' stimoli soċjali; jinnota li l-ispejjeż eċċessivi tas-servizzi ta' kura jaffettwaw ukoll lil persuni dipendenti li ġejjin minn familji bi dħul baxx, filwaqt li jpoġġuhom fi żvantaġġ;

29.  Huwa tal-fehma li n-nuqqas ta' investiment fl-indukrar tat-tfal ta' kwalità għolja għal tfal taħt it-tliet snin jestendi l-interruzzjonijiet fil-karriera tan-nisa u joħloq diffikultajiet meta jirritornaw għax-xogħol;

30.  Jemmen li l-programmi nazzjonali għandhom jissaħħu sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja ta' nisa anzjani, b'mod partikolari dawk b'mard li jikkawża diżabbiltà tal-memorja, u l-dawk li jindukraw, li ħafna drabi huma nisa anzjani huma wkoll; jipproponi li l-assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer għandhom jiġu kkonsultati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' tali miżuri;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida għall-Istati Membri, f'konformità mal-proposti fformulati hawn, dwar l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura komprensivi favur l-impjiegi, ibbażati fuq il-persuni, u servizzi ta' kura bbażati fuq il-komunità u aċċessibbli li jinkludu l-indukrar tat-tfal, servizzi ta' kura għal persuni anzjani u servizzi ta' kura għal persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku, u li huma bbażati fuq il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-utenti li għalihom huma intiżi s-servizzi biex jiġi żgurat li huma aċċessibbli u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba;

32.  Jieħu nota tad-diversi prattiki fl-Istati Membri u jenfasizza li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew jistgħu jappoġġaw it-tagħlim bejn il-pari u l-konsulenza bejn il-pari fost l-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura ta' kwalità billi jappoġġaw u jikkomplementaw il-miżuri meħuda fil-livelli reġjonali u nazzjonali, minbarra li jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi komuni; jistieden lill-Kummissjoni sservi bħala pjattaforma u tiffaċilita dan l-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin dwar il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi ta' kura, kif ukoll il-mudelli differenti ta' provvista għal servizzi ta' kura mfassla apposta għal ċirkostanzi individwali u kapaċitajiet finanzjarji biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kura;

33.  Jinsab imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ħafna servizzi ta' kura, bħal pereżempju sigħat twal ta' xogħol, paga inadegwata, nuqqas ta' taħriġ u politiki dgħajfa dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; jinsab imħasseb li x-xogħol ta' kura huwa meqjus bħala settur mhux attraenti għall-impjiegi, li jattira prinċipalment nisa u ħaddiema migranti; jenfasizza li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ukoll impatt fuq il-kwalità tal-kura li tingħata; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jagħtu valur mill-ġdid lill-kura bħala għażla ta' karriera, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas legali għal standards minimi għall-ħaddiema fis-settur, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, u tniedi inizjattiva dwar il-kwalità tal-kura fit-tul, billi tispira ruħha mill-għodod u l-inizjattivi volontarji disponibbli mmexxija mis-soċjetà ċivili, bħall-Qafas Ewropew ta' Kwalità għal servizzi ta' kura fit-tul u l-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja;

34.  Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jiżguraw li l-istituzzjonijiet u postijiet oħra li jipprovdu l-kura jkunu postijiet sikuri u motivanti għax-xogħol u li hemm investiment adegwat fil-benessri u s-saħħa okkupazzjonali tal-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa; jemmen li huwa essenzjali li jiġi żgurat il-benessri tal-persuni li jindukraw sabiex jiġi evitat l-abbuż ta' dawk li jirċievu l-kura; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-inizjattivi leġiżlattivi għaċ-ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent ta' professjonisti li jindukraw, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jindukraw, bħall-iżgurar tad-drittijiet tagħhom għal kuntratt ta' impjieg formali u liv imħallas; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza pubblika dwar il-valur tas-servizzi tal-kura sabiex itejbu l-istatus tal-professjoni tal-kura u jippromwovu l-involviment tal-irġiel fl-attivitajiet ta' kura;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill, għal approvazzjoni, programm tal-persuni li jindukraw Ewropej, bil-għan li jiġu identifikati u rikonoxxuti d-diversi tipi ta' kura fl-Ewropa, u jiġi garantit l-appoġġ finanzjarju għall-persuni li jindukraw, u l-iżvilupp progressiv tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom;

36.  Ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli(21) speċifikament titlob għal direttiva dwar il-liv tal-persuni li jindukraw; jinnota li l-persuni li jindukraw b'mod informali li jagħżlu li jipprovdu kura informali lill-qraba tagħhom għandhom jirċievu kumpens adegwat u aċċess għad-drittijiet soċjali fuq bażi komparabbli ma' fornituri oħra ta' kura; jitlob, barra minn hekk, approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' persuni li jindukraw b'mod informali li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, bħall-appoġġ kontinwu għad-dħul, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-possibbiltà ta' liv annwali u l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni sabiex ikunu suffiċjenti, anke meta l-livelli ta' dħul tal-persuni li jindukraw jkunu temporanjament aktar baxxi minħabba l-provvediment ta' kura informali, sitwazzjoni li tikkonċerna l-aktar lin-nisa; jemmen li l-għoti ta' servizzi ta' kura m'għandux ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa u l-benesseri tal-persuni li jindukraw b'mod informali; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jipprovdu servizzi adegwati ta' kura temporanja u konsulenza, konsulenza bejn il-pari, appoġġ psikoloġiku, kura matul il-jum u faċilitajiet ta' kura temporanja għal persuni li jindukraw b'mod informali li jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-impjieg;

37.  Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu "care credits" (krediti tal-kura) permezz ta' leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u s-sigurtà soċjali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel bħala perjodi ekwivalenti għall-akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-pensjoni sabiex jiġu protetti dawk li jieqfu għal ftit mill-impjieg biex jipprovdu kura informali u mhux imħallas lil persuna dipendenti jew membru tal-familja u biex jiġi rikonoxxut il-valur tax-xogħol ta' dawn il-persuni li jindukraw għas-soċjetà kollha kemm hi;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jindukraw b'mod informali huma rikonoxxuti bħala atturi ugwali fl-għoti tas-servizzi tal-kura u jiżviluppaw, barra minn hekk, bħala parti minn programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, taħriġ u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba ta' dawk li jindukraw b'mod informali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, jipprovdu appoġġ għal żgħażagħ li jindukraw, f'kooperazzjoni mal-NGOs u l-istabbilimenti edukattivi; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta' azzjoni li jkun fih dawn il-miżuri u oħrajn biex jiġu żgurati l-kwalità tal-kura u l-kwalità tal-ħajja tal-persuni li jindukraw;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu riċerka dwar l-għadd ta' żgħażagħ li jindukraw u dwar l-impatt ta' dan ir-rwol fuq il-benessri u l-għajxien tagħhom u, fuq il-bażi ta' din ir-riċerka, jipprovdu appoġġ u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni li jindukraw iż-żgħażagħ, b'kooperazzjoni mal-NGOs u l-istabbilimenti edukattivi;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis aħjar is-servizzi ta' kura u tal-persuni li jindukraw meta tiżviluppa r-riċerka u l-politiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Istrateġija tad-Diżabbiltà u l-Programm tas-Saħħa;

Il-miri tal-kura

41.  Jenfasizza l-fatt li l-isfida attwali biex jintlaħqu l-miri ta' Barċellona hija li jiżdied il-provvediment tal-indukrar tat-tfal għat-tfal ta' bejn 3-4 snin; jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex testendi l-mira tal-Istrateġija 2020 għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ biex toffri postijiet għall-indukrar tat-tfal għal mill-inqas 95 % tat-tfal bejn l-età ta' tliet snin u l-età tal-iskola obbligatorja; jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-atturi rilevanti inklużi l-Istati Membri, tirrevedi 'l fuq il-miri ta' Barċellona u l-miri dwar l-edukazzjoni bikrija tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-miri u jagħtu prijorità lill-provvediment ta' kura fl-aġendi politiċi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-oqfsa ta' kwalità nazzjonali tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal billi jqisu l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Kura u Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrevedu l-ħames oqsma kruċjali tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal imsemmija fil-proposta: aċċess, forza tax-xogħol, kurrikulu, monitoraġġ u evalwazzjoni, u governanza u finanzjament. jistieden lill-Istati Membri biex fl-għoti ta' servizzi ta' indukrar tat-tfal ta' qabel l-iskola jagħmlu enfasi mhux biss fuq l-aċċessibbiltà iżda anki fuq il-kwalità tal-indukrar, b'mod partikolari għal tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati u tfal b'diżabbiltà;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi u miri ta' kwalità korrispondenti dwar is-servizzi ta' kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jeħtieġu l-kura, simili għall-miri ta' Barċellona, b'għodod ta' monitoraġġ biex jitkejlu l-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà ta' dawn is-servizzi;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità u/jew mard kroniku fil-monitoraġġ u r-reviżjoni tagħha tad-data fis-Semestru Ewropew u fir-rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinkludu valutazzjonijiet ta' servizzi ta' kura għal persuni anzjani u persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku fir-rapporti tal-pajjiżi tagħhom, filwaqt li jqisu l-feedback mingħand dawk li jindukraw u dawk li jirċievu l-kura; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi data dwar din il-kura f'sett ta' indikaturi tal-progress soċjali, li għandhom jiġu mmonitorjati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinkludu dawn l-indikaturi soċjali fost ir-regoli tas-Semestru; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw u jużaw miżuri korrettivi jekk il-progress ikun kajman ħafna;

44.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneru u tiżviluppa statistika speċifika għas-settur, definizzjonijiet u indikaturi komparabbli, tivvaluta d-dimensjonijiet tas-sessi tal-aċċessibbiltà, il-kwalità, id-disponibbiltà u l-effiċjenza tas-servizzi ta' kura tat-tfal, persuni b'diżabbiltà u mard kroniku u persuni anzjani fil-livell tal-UE, filwaqt li jinstabu modi biex jiġi evitat li jiżdied il-piż ta' monitoraġġ fuq il-professjonisti tal-kura; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-iżvilupp tas-servizzi ta' kura u tħejji rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva jekk ikun meħtieġ;

45.  Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data ta' kwalità dwar l-għoti ta' servizzi ta' kura disponibbli permezz ta' finanzjament pubbliku u privat għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà, bil-għan li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni ġenerali u jtejbu s-servizzi ta' kura billi jiffokaw mhux biss fuq il-ħtiġijiet tal-utenti iżda wkoll il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tan-numru kbir ta' persuni li jindukraw; jistieden lill-Istati Membri jadottaw strumenti ta' politika effikaċi u azzjonijiet korrettivi meta jkun meħtieġ;

Il-finanzjament tal-kura

46.  Jistieden lill-Istati Membri, anki bil-għan li jindirizzaw id-defiċit ta' investiment eżistenti, biex iżidu l-investiment pubbliku fis-servizzi ta' kura u fl-infrastruttura għat-tfal, speċjalment fit-tfulija bikrija, u għall-kura ta' persuni dipendenti oħra, jiżguraw aċċess universali għal tali servizzi, itejbu l-kwalità tal-kura, u jżidu l-investiment f'miżuri speċjali li jippermettu li l-persuni li jindukraw ikollhom ħajja professjonali attiva;

47.  Jinnota l-impatt sproporzjonat li n-nuqqas ta' investiment fi strutturi u servizzi ta' kura għandu fuq ġenituri weħidhom, li l-biċċa l-kbira minnhom huma nisa, u fuq il-familji li jgħixu fil-faqar u f'riskju ta' esklużjoni soċjali;

48.  Jinnota l-importanza tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadji kollha ta' implimentazzjoni tad-diversi politiki, b'mod kruċjali fl-istadju tal-programmazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-dimensjoni tal-ġeneri tiġi integrata bis-sħiħ fil-Pjanijiet ta' Riforma Nazzjonali mhux biss bis-sostenn tal-FSE iżda wkoll b'dak ta' fondi tal-UE oħra li jipprovdu riżorsi għall-infrastruttura soċjali ġenerali, li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess tas-Semestru Ewropew iservi biex jintlaħaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'hekk iħalli biżżejjed spazju biex l-Istati Membri jiffinanzjaw u jsostnu l-finanzjament tagħhom għas-servizzi ta' kura;

50.  Jappoġġa l-inklużjoni fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-Kummissjoni ta' miżuri li jiffokaw fuq l-investiment fil-faċilitajiet għall-kura tat-tfal u d-diżinċentivi fiskali li jipprevjenu lit-tieni sors ta' dħul – fil-biċċa l-kbira nisa – milli jaħdmu aktar jew milli jaħdmu għalkollox, u fuq miżuri oħrajn biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-provvista tal-finanzjament għat-tipi kollha ta' servizzi ta' kura b'attenzjoni partikolari, fejn xieraq, għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità permezz tal-FSE+ u strumenti finanzjarji oħra li l-għan tagħhom hu li jiffinanzjaw l-infrastruttura soċjali; jistieden lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex issaħħaħ id-dotazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex tappoġġa l-provvista ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal f'żoni rurali, u biex tkompli tuża l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) sabiex tiffinanzja l-proġetti tal-ECEC; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, timmonitorja b'mod rigoruż l-infiq tal-finanzjament tal-UE, speċjalment taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) fil-qasam tas-servizzi tal-kura soċjali u l-kura fit-tul u biex tiżgura li l-investimenti jkunu konformi mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħmilhom applikabbli minn fruntiera għal oħra, bil-għan li l-Istat Membru ta' oriġini ta' persuna jkun jista' jiffinanzja l-assenjazzjoni ta' dak iċ-ċittadin f'faċilità ta' servizz soċjali fi Stat Membru ieħor (f'każijiet fejn tali faċilità mhijiex disponibbli fl-Istat Membru ta' oriġini);

53.  Jindika l-ħtieġa li ssir analiżi aħjar tal-potenzjal għal investiment pubbliku-privat fl-għoti ta' servizzi ta' kura fir-rigward ta' inizjattivi eżistenti tal-kumpaniji għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' kura ta' persuni b'diżabbiltà u adulti;

54.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ komprensiv għal kull tip ta' servizz ta' kura u jsaħħu d-dispożizzjonijiet għall-użu effiċjenti u sinerġistiku tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-UE fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja, ir-riċerka u l-iżvilupp infrastrutturali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-finanzjament għall-kura tat-tfal u l-kura fit-tul bl-użu tal-istrumenti finanzjarji disponibbli fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, mhux l-inqas il-FEIS eżistenti, il-Fondi SIE, bħall-FSE u l-FEŻR, u l-FAEŻR; iħeġġeġ aktar lill-Istati Membri biex iqassmu r-riżorsi tagħhom b'mod aktar effiċjenti b'tali mod li jiżdied kemm l-aċċess kif ukoll l-affordabbiltà tas-servizzi tal-kura għall-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, u biex ifasslu mudelli ta' finanzjament effiċjenti, inkluż finanzjament immirat, li jsibu l-bilanċ ġust bejn l-investiment pubbliku u l-investiment privat, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ikollu riżorsi adegwati biex jimmonitorja l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-kura u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u biex janalizza jekk u kif il-politiki qed jiksbu t-titjib mixtieq f'dak li jikkonċerna l-ugwaljanza bejn is-sessi;

56.  Jilqa' d-deċiżjoni ta' xi Stati Membri li jintroduċu inċentivi fiskali għall-kumpaniji li jipprovdu servizzi ta' kura tat-tfal għall-impjegati tagħhom sabiex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

o
o   o

57.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(2) ĠU C 175, 15.6.2011, p. 8.
(3) ĠU L 59, 2.3.2013, p. 59.
(4) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 6.
(5) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 60.
(6) ĠU C 204, 13.6.2018, p. 76.
(7) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.
(8) ĠU C 66, 21.2.2018, p. 30.
(9) ĠU C 50, 9.2.2018, p. 15.
(10) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 49.
(11) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 39.
(12) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 7.
(13) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 16.
(14) ĠU C 21, 21.1.2011, p. 39.
(15) Il-Kummissjoni Ewropea, 2018 Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
(16) Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2018, Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika (2017), "10 Trends Transforming Education as We Know It" (10 Xejriet li qed jittrasformaw l-edukazzjoni kif nafuha).
(17) Eurofound , "Caring for children and dependants: effect on careers of young workers" (Il-kura tat-tfal u persuni dipendenti: l-effett fuq il-karrieri ta' ħaddiema żgħażagħ),
(18) Data tal-Eurostat mill-2010; ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea (2016),
(19) Kif appellat fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU C 70E, 8.3.2012, p. 162).
(20) Eurofound, Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2016: rapport ġenerali.
(21) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 130.


Marda ta' Lyme (Borreljożi)
PDF 139kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-marda ta' Lyme (Borreljożi) (2018/2774(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0465B8-0514/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-marda ta' Lyme (borreljożi) (O-000088/2018 – B8-0417/2018),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar analiżi sistematika tal-letteratura xjentifika rigward il-preċiżjoni dijanjostika tat-testijiet seroloġiċi għall-borreljożi ta' Lyme,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa ta' konsultazzjoni tan-netwerk ta' esperti dwar is-sorveljanza tal-borreljożi ta' Lyme fl-Unjoni Ewropea, li saret f'Jannar 2016 fi Stokkolma,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' netwerk għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dritt għas-saħħa huwa dritt fundamentali rikonoxxut mit-Trattati Ewropej, b'mod partikolari fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

B.  billi l-marda ta' Lyme, jew il-borreljożi ta' Lyme, hija marda batterika kkawżata mill-batterju Borrelia burgdorferi, u tiġi trażmessa lill-bnedmin b'gidma ta' qurdiena kkontaminata bil-batterju; billi l-marda ta' Lyme hija marda infettiva li taffettwa lill-bniedem u lil diversi speċijiet ta' annimali domestiċi u selvaġġi;

C.  billi l-borreljożi ta' Lyme hija l-aktar marda żoonotika komuni fl-Ewropa – huwa stmat li hemm bejn 650 000 u 850 000 każ – u għandha inċidenza ogħla fl-Ewropa Ċentrali; billi l-infezzjoni sseħħ fix-xhur tar-rebbiegħa u s-sajf (minn April sa Ottubru), u l-borreljożi hija rikonoxxuta bħala marda okkupazzjonali għall-bdiewa, il-ħaddiema forestali u r-riċerkaturi li jaħdmu fuq il-post fil-pajjiżi fejn teżisti;

D.  billi jidher li l-marda u l-qurdien infettat qed jespandu ġeografikament, u issa qed jiġu reġistrati każijiet f'altitudnijiet u latitudnijiet ogħla, kif ukoll fl-ibliet; billi l-kawżi suspettati huma, fost affarijiet oħra, il-bidliet fl-użu tal-art, anki bl-afforestazzjoni ta' art ta' kwalità baxxa jew l-espansjoni ta' pjanti invażivi, it-tibdil fil-klima, it-tisħin globali, l-umdità eċċessiva u attivitajiet oħra relatati mal-imġiba tal-bniedem;

E.  billi fl-Ewropa ma jeżistix qbil dwar it-trattament, id-dijanjosi u l-iskrinjar tal-marda ta' Lyme, u l-prattiki jvarjaw minn pajjiż għal ieħor;

F.  billi l-gidma ta' qurdiena infettata u s-sintomi tal-marda ta' Lyme tista' ma tindunax bihom jew, f'xi każijiet, il-marda tista' tkun saħansitra asintomatika, u dan jista' jwassal għal kumplikazzjonijiet serji u ħsara permanenti simili għal dik ta' marda kronika, partikolarment jekk ma tinqabadx fil-pront;

G.  billi dijanjosi bikrija u aktar affidabbli tal-marda ta' Lyme tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-għadd ta' każijiet fi stadju avvanzat, u b'hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti; billi dan inaqqas ukoll il-piż finanzjarju tal-marda u, skont il-koordinaturi tal-proġett ta' riċerka tal-UE DualDur, għandu jwassal biex, fl-ewwel 5 snin, diġà jiġu ffrankati madwar EUR 330 miljun fi spejjeż tal-kura tas-saħħa;

H.  billi ħafna pazjenti la ssirilhom dijanjosi fil-pront u lanqas m'għandhom aċċess għal trattament adegwat; billi jħossuhom imċaħħda u injorati mill-awtoritajiet pubbliċi, u xi wħud minnhom għad għandhom sintomi persistenti li jistgħu jwasslu għal mard kroniku;

I.  billi, fil-preżent, m'hemmx tilqima għall-marda ta' Lyme;

J.  billi l-inċidenza reali tal-borreljożi ta' Lyme fl-UE mhijiex magħrufa minħabba n-nuqqas ta' statistika dwar din il-marda u l-varjetà kbira ta' definizzjonijiet, metodi tal-laboratorju u sistemi ta' sorveljanza użati;

K.  billi fl-ICD m'hemmx kodiċijiet separati għall-istadju bikri u l-istadju avvanzat tal-marda ta' Lyme; billi fl-ICD m'hemmx kodiċijiet individwali għas-sintomi differenti tal-marda ta' Lyme fi stadju avvanzat;

L.  billi l-linji gwida tal-International Lyme and Associated Diseases Society (ILADS) dwar kif għandu jsir it-trattament huma differenti minn dawk tal-Infectious Diseases Society of America (IDSA), u d-differenzi bejn dawn iż-żewġ approċċi jaffettwaw anki l-mod kif tiġi ttrattata l-marda fl-UE;

M.  billi m'hemmx biżżejjed għarfien profond tal-mekkaniżmu li jbiddel il-marda ta' Lyme f'marda kronika;

N.  billi l-professjonisti tas-saħħa, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti u l-informaturi, ilhom mal-għaxar snin iwissu dwar din il-problema sanitarja;

O.  billi l-marda ta' Lyme, għalkemm magħrufa sew fix-xjenza medika, għadha ma tingħarafx biżżejjed mit-tobba, b'mod partikolari minħabba d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fl-identifikazzjoni tas-sintomi u n-nuqqas ta' testijiet dijanjostiċi xierqa;

P.  billi t-testijiet użati għall-iskrinjar tal-marda ta' Lyme, bħat-test ELISA – li jidentifika biss infezzjoni waħda kull darba – mhux dejjem kapaċi jipprovdu riżultati preċiżi;

Q.  billi ħafna Ewropej huma kontinwament fir-riskju li jimirdu bil-marda ta' Lyme minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom (bdiewa, ħaddiema forestali, riċerkaturi u studenti li jwettqu attivitajiet ta' riċerka fuq il-post, bħal bijologi, ġeologi, ġeometri jew arkeologi);

R.  billi l-professjoni medika sikwit issegwi rakkomandazzjonijiet antikwati li ma jikkunsidrawx biżżejjed l-iżviluppi fir-riċerka dwar il-marda ta' Lyme;

1.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tixrid allarmanti tal-marda ta' Lyme fost il-popolazzjoni Ewropea, hekk kif, skont l-istatistika miġbura, madwar miljun ċittadin qed ibatu biha;

2.  Ifakkar li l-Istati Membri kollha, ftit jew wisq, intlaqtu minn żieda fil-borreljożi ta' Lyme, u għalhekk din hija problema sanitarja Ewropea;

3.  Jilqa' l-fondi allokati s'issa mill-Unjoni għar-riċerka dwar l-identifikazzjoni bikrija u t-trattament futur tal-borreljożi ta' Lyme (madwar EUR 16-il miljun permezz ta' proġetti bħal ANTIDotE, ID-Lyme u LYMEDIADEX);

4.  Jitlob finanzjament addizzjonali għall-metodi ta' dijanjosi u trattament tal-marda ta' Lyme; iħeġġeġ, għal dan il-għan, il-promozzjoni ta' sforzi ta' riċerka, f'termini ta' żieda fil-fondi allokati u skambju ta' data epidemjoloġika, inkluża data dwar id-distribuzzjoni u l-prevalenza ta' genospeċijiet patoġeniċi u mhux patoġeniċi;

5.  Jitlob aktar kooperazzjoni fil-livell internazzjonali għar-riċerka dwar il-marda ta' Lyme;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-metodi ta' skrinjar tal-marda ta' Lyme jew dwar it-trattamenti mogħtija fl-Istati Membri;

7.  Jitlob li jiġi impost l-obbligu ta' notifika fl-Istati Membri kollha fejn tiġi individwata l-marda ta' Lyme;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'termini ta' monitoraġġ, dijanjosi u trattament tal-marda ta' Lyme;

9.  Jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri inkludew il-marda ta' Lyme fis-sistema ta' sorveljanza tagħhom, abbażi ta' metodoloġija speċifika;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programmi ta' sorveljanza uniformi u taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-istandardizzazzjoni tat-testijiet dijanjostiċi u t-trattamenti; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-borreljożi bħala marda okkupazzjonali għall-ħaddiema agrikoli u forestali, kif ukoll għax-xjentisti li jaħdmu fuq il-post (bħall-bijologi, il-ġeologi, il-ġeometri jew l-arkeologi);

11.  Jitlob miżuri ta' prevenzjoni u kontroll individwali tal-qurdien fl-Istati Membri sabiex titrażżan il-firxa tal-Borrelia;

12.  Jitlob li jitfasslu linji gwida bbażati fuq l-evidenza dwar id-dijanjosi tal-borreljożi ta' Lyme mil-lat kliniku u fil-laboratorju; jappella biex fl-ICD ikun hemm kodiċijiet separati għall-istadju bikri u l-istadju avvanzat tal-marda ta' Lyme; jappella wkoll biex fl-ICD jkun hemm kodiċijiet individwali għas-sintomi differenti tal-marda ta' Lyme fi stadju avvanzat;

13.  Jitlob li l-Kummissjoni tippubblika linji gwida, abbażi tal-aħjar prattiki fl-UE, fir-rigward tat-taħriġ tat-tobba tal-familja biex id-dijanjosi u l-iskrinjar tal-marda ta' Lyme ikunu faċilitati;

14.  Jitlob lill-Istati Membri jestendu l-użu tal-eżami kliniku b'tali mod li t-tobba jkunu jistgħu jagħmlu dijanjosi tal-marda ta' Lyme anki jekk it-testijiet seroloġiċi jkunu negattivi, sabiex jgħinu lill-pazjenti joħorġu mill-"impass terapewtiku";

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kobor tal-fenomenu ta' pazjenti li jagħmlu żmien twil ifittxu dijanjosi u trattament adegwati għall-marda ta' Lyme, u b'mod partikolari l-konsegwenzi finanzjarji għall-pazjenti li jfittxu trattament barra minn pajjiżhom;

16.  Jitlob l-ippjanar u l-ħolqien ta' proġetti innovattivi li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-ġbir tad-data u għal effikaċja akbar fl-attivitajiet ta' edukazzjoni u sensibilizzazzjoni;

17.  Jilqa' d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/945 tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar il-mard komunikabbli u l-problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti mis-sorveljanza epidemjoloġika kif ukoll id-definizzjonijiet tal-każ rilevanti(2), li tinkludi n-newroborreljożi ta' Lyme fil-lista ta' mard li jittieħed;

18.  Jenfasizza li l-inklużjoni tal-marda ta' Lyme fin-netwerk ta' sorveljanza epidemjoloġika qed tippermetti lill-pazjenti jibbenefikaw mill-vantaġġi ta' sistema tas-saħħa robusta u strutturata li tippermetti komunikazzjoni permanenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, identifikazzjoni rapida u affidabbli ta' każijiet ta' borreljożi ta' Lyme fl-Unjoni, assistenza reċiproka fil-qasam tal-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data ta' sorveljanza miġbura u l-użu tat-tagħmir meħtieġ biex jitwaqqaf it-tixrid tagħha fost il-popolazzjoni;

19.  Jistieden lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ loġistiku tal-Kummissjoni, iniedu kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-marda ta' Lyme – l-ewwel u qabel kollox fir-reġjuni l-aktar affettwati mit-tixrid tagħha – biex iwissu lill-popolazzjoni u lil dawk kollha kkonċernati;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-marda ta' Lyme li jkun proporzjonat mas-serjetà ta' din l-epidemija silenzjuża; iħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerk Ewropew dwar il-marda ta' Lyme li jinkludi l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippubblikaw linji gwida komuni ta' prevenzjoni għal min hu f'riskju għoli li jieħu l-marda ta' Lyme – bħall-ħaddiema li jaħdmu fuq barra – u linji gwida standardizzati dwar id-dijanjosi u t-trattament;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi testijiet preventivi u metodu għal trattament rapidu u monitoraġġ tal-infezzjoni mill-borreljożi ta' Lyme fost il-professjonisti tas-settur agroforestali u x-xjentisti li jiġbru d-data fuq il-post;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.
(2) ĠU L 170, 6.7.2018, p. 1.

Avviż legali