Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 29 ta' Novembru 2018 - BrussellVerżjoni proviżorja
Applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ***I
 Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili oħra ***I
 Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I
 Adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Istati tal-Paċifiku ***
 Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing
 Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I
 Regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru ***I
 Awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju
 L-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti
 Ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Welfare taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim fil-familji transfruntieri
 WTO: it-triq 'il quddiem
 Rapport tal-2018 dwar is-Serbja
 Rapport tal-2018 dwar il-Kosovo
 Rapport tal-2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
 Rapport tal-2018 dwar l-Albanija
 Rapport tal-2018 dwar il-Montenegro
 Difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE
 Is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità

Applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ***I
PDF 558kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (COM(2018)0137 – C8-0120/2018 – 2018/0065(COD))
P8_TA-PROV(2018)0466A8-0346/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0137),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0120/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0346/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta’ Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

P8_TC1-COD(2018)0065


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istudju komprensiv tal-effetti tal-istadju ambjentali Euro 5 għall-vetturi tal-kategorija L (“l-istudju tal-effetti”) imwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet li nstabu mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-partijiet ikkonċernati fl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet u kjarifiki fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tiegħu.

(2)  Fir-rigward tar-rekwiżit li tiġi installata sistema dijanjostika abbord (OBD) tal-istadju II, li jiżgura monitoraġġ u rappurtar dwar fallimenti u degradazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq il-bażi tal-istudju tal-effetti li hemm limitazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-monitoraġġ tal-katalizzatur għal ċerti vetturi u li jkun meħtieġ żvilupp ulterjuri biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tiegħu. Il-monitoraġġ tal-katalizzattur mhux mistenni jkun lest għall-ewwel round tal-istadju tal-emissjonijiet Euro 5, iżda huwa previst għall-2025. L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għalhekk jenħtieġ li jistiplua l-perjodu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżit tas-sistema OBD tal-istadju II.

(3)  Minħabba li l-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e huma diġà esklużi mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju I, il-vetturi tal-kategorija L6e, li huma ddisinjati u mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-mopeds u li huma prodotti f’volumi pjuttost żgħar, ukoll jenħtieġ li jkunu eżentati minn dak ir-rekwiżit.

(4)  Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-eżenzjoni għall-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju II u li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għall-kwadriċikli ħfief (kategorija L6e) u l-muturi tas-subkategoriji enduro (L3e-AxE) u trials (L3e-AxT).

(5)  Il-muturi tas-subkategoriji enduro u trials ikollhom ħajja qasira u huma simili ħafna fin-natura u fl-użu għall-kwadriċikli tqal għal kull tip ta’ terren (L7e-B) li huma eżentati mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju II. Dik l-eżenzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi estiża għall-muturi tas-subkategoriji enduro u trials.

(6)  Il-Kummissjoni kkonkludiet fl-istudju tal-effetti li l-proċedura matematika tad-durabilità stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, li tipprevedi li l-vetturi jiġu ttestjati wara 100 km ta’ użu, ma tirriflettix id-degradazzjoni reali tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet ta’ vettura matul ħajjitha. Jenħtieġ li dak il-metodu ma jibqax jintuża u jenħtieġ li jitneħħa gradwalment sal-2025 biex ikun hemm żmien biżżejjed ħalli l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jadattaw. Għall-perjodu sal-2025, id-distanza akkumulata meħtieġa li vettura għandha tivvjaġġa qabel ma tiġi ttestjata jenħtieġ li tiżdied biex jiġi żgurat li r-riżultati tat-test ikunu affidabbli.

(7)  It-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli. Madanakollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-istudju tal-effetti, li hemm bżonn li d-data ta’ applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-B, L2e-U, L3e-AxT u L3e-AxE) tiġi posposta mill-2020 għall-2024 biex jiżdied il-proporzjon ta’ kostijiet-benefiċċji meta mqabblin mal-valuri ta’ referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta’ dawk il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ motopropulsjoni b’emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni, tkun tista’ tinkiseb b’mod kosteffikaċi.

(8)  L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jirrikjedi li ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun fih, bħala dokument mehmuż, ir-riżultati tat-testijiet. Jenħtieġ li, fl-interess taċ-ċarezza, dik id-dispożizzjoni tiġi emendata sabiex jiġi ċċarat li r-riferiment huwa għall-iskeda tar-riżultati tat-testijiet.

(9)  Ċerti inkonsistenzi fid-data ta’ applikazzjoni tal-limiti tal-livell tal-istorbju Euro 5 fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġi żgurat li l-limiti eżistenti (Euro 4) jibqgħu applikabbli sakemm jiġu stabbiliti limiti ġodda għall- Euro 5.

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ta lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta’ ħames snin, li skada fil-21 ta’ Marzu 2018. Peress li teżisti ħtieġa kontinwa li jiġu aġġornati elementi tal-leġislazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għall-progress tekniku jew li jiġu introdotti emendi oħra b'mod allinjat mal-għoti tas-setgħat, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprovdi għall-estensjoni tad-delega għal perjodu ieħor ta’ ħames snin bil-possibbiltà ta’ estensjoni awtomatika.

(11)  Fl-interess taċ-ċertezza legali, is-setgħa mogħtija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 biex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta atti delegati rigward ir-rekwiżiti tekniċi relatati mad-dijanjostika abbord jenħtieġ li tkun aktar ċara u aktar preċiża.

(12)  Minħabba li dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013, mingħajr ma jespandi l-kontenut regolatorju u minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(13)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 21

Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi dijanjostiċi abbord

1.  Il-vetturi tal-kategorija L, bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e, għandhom ikunu mgħammra b’sistema OBD li tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali u mal-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 8 u mid-dati ta’ applikazzjoni stipulati fl-Anness IV.

2.  Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.1 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta’ vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom ikunu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tirrapporta dawk il-fallimenti li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1).

3.  Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.2 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiskatta rapport meta jinqabżu l-livelli ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta’ kwalunkwe mod ta’ operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

4.  Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.3 tal-Anness IV, il-kategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiskatta rapport meta jinqabżu l-livelli ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B2). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta’ kwalunkwe mod ta’ operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

5.  Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.4 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta’ vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom minn barra hekk ikunu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju II li timmonitorja u tirraporta fallimenti u degradazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katallizatur, li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1).

6.  Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.5 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta’ vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom barra minn hekk ikunu mgħammra b’sistema OBD tal-istadju II li timmonitorja u tirraporta fallimenti u degradazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet, li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B2).

7.  Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal muturi enduro fis-subkategorija L3e-AxE u muturi tat-trials fis-subkategorija L3e-AxT.

8.  Sabiex tarmonizza s-sistema OBD ta' rappurtar tal-fallimenti tas-sikurezza funzjonali jew tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tiffaċilita t-tiswija effikaċi u effiċjenti ta’ vettura, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 75 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mas-sistema dijanjostika abbord, fir-rigward tal-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi msemmija fl-Anness II, C1 - Rekwiżiti tal-bini tal-vetturi u rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tat-tip, fir-ringiela relatata man-Nru. 11, inklużi r-rekwiżiti OBD funzjonali u l-proċeduri tat-test għal dawk is-suġġetti elenkati fil-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mat-test ta’ tip VIII imsemmija fl-Anness V.";

"

(2)  Fl-Artikolu 23(3), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(c) proċedura matematika tad-durabilità:

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, għal kull kostitwent tal-emissjonijiet, il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-fattur ta’ deterjorament stabbilit fl-Anness VII(B) u r-riżultat tat-test tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vettura li tkun akkumulat aktar minn 100 km wara li tkun tħaddmet għall-ewwel darba fi tmiem il-linja ta’ produzzjoni għandu jkun aktar baxx mil-limitu tat-test tal-prestazzjoni ambjentali stipulat fl-Anness VI(A).

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għal tipi ġodda ta’ vetturi mill-1 ta’ Jannar 2020 u għal tipi eżistenti ta’ vetturi mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2024, għal kull kostitwent tal-emissjonijiet, il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-fattur ta’ deterjorament stabbilit fl-Anness VII (B) u r-riżultat tat-test tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vettura li tkun akkumulat aktar minn 2 500 km għal vettura b’veloċità massima skont id-disinn tal-vettura ta’ < 130 km/h u 3 500 km għal vettura b’veloċità massima skont id-disinn tal-vettura ta’ ≥ 130 km/h wara li tkun tħaddmet għall-ewwel darba fi tmiem il-linja ta’ produzzjoni għandu jkun aktar baxx mil-limitu tal-emissjonijiet tal-egżoststipulat fl-Anness VI (A).”;

"

(3)  Fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

(b) l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet;

"

(4)  Fl-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fiż-żmien tal-produzzjoni tagħhom, iżda li la kienu rreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.";

"

(5)  L-Artikolu 75(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

"2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(8), l-Artikolu 22(5) u (6), l-Artikolu 23(6) u (12), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 32(6), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 57(12), l-Artikolu 65 u l-Artikolu 74 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Marzu 2013. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard mit-22 ta’ Ġunju 2022 u disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu ta’ ħames snin sussegwenti.";

"

(6)  L-Annessi II, IV, V u VI huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

L-Annessi II, IV, V u VI huma emendati kif ġej:

(1)  Fl-Anness II, it-taqsima C1, fir-ringiela relatata man-Nru.11, is-sinjal "X" jitħassar għas-subkategoriji L6e-A u L6e-B;

(2)  Fl-Anness IV, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)  il-punti 1.1.2.1., 1.1.2.2. u 1.1.2.3. huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.1.2.1.

Euro 4: Anness VI A1

L1e, L2e, L6e

1.1.2017

1.1.2018

31.12.2020; għal-L2e-U u L6e-B: 31.12.2024

1.1.2.2.

Euro 4: Anness VI A1

L3e, L4e, L5e,

L7e

1.1.2016

1.1.2017

31.12.2020; għal-L3e-AxE u L3e-AxT 31.12.2024

1.1.2.3.

Euro 5: Anness VI A2

L1e-L7e

1.1.2020;

għal L2e-U, L3e-AxE, L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2024

1.1.2021;

għal L2e-U, L3e-AxE, L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2025

”;

(b)  il-punti 1.8.1., 1.8.2. u 1.8.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.8.1.

Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju I

L3e, L4e,

L5e-A, L7e-A

1.1.2016

1.1.2017

31.12.2020

Proċedura tat-test ambjentali OBD tal-istadju I (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju I, Anness VI (B1)

1.8.2.

Ir-rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju I li jinkludu kwalunkwe mod ta’ operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2020

1.1.2021

31.12.2024

Proċedura tat-test ambjentali OBD tal-istadju I (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju I, Anness VI (B1)

1.8.3.

Ir-rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju I li jinkludu kwalunkwe mod ta’ operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinifikanti.

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2024

1.1.2025

”;

Proċedura tat-test ambjentali OBD tal-istadju I (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju I, Anness VI (B2)

(c)  jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“1.8.4.

Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju II

bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katallizatur

L3e (għajr L3e-AxE u L3e-AxT, L4e,

L5e-A, L7e-A

1.1.2020

1.1.2021

31.12.2024

Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B1)

1.8.5.

Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju II,

L3e (għajr L3e-AxE u L3e-AxT, L4e, L5e-A, L7e-A

1.1.2024

1.1.2025

”;

Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII),

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B2)

(d)  il-punti 1.9.1., u 1.9.2. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.9.1.

Proċedura tat-test tal-livell tal-ħoss u valuri ta’ limitu Anness VI (D)

L1e, L2e, L6e

1.1.2017

1.1.2018

 

1.9.2.

Proċedura tat-test tal-livell tal-ħoss u valuri ta’ limitu (3), Anness VI (D)

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2016

1.1.2017

”;

(e)  il-punt 1.9(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.9.4.

Ir-Regolamenti tan-NU/KEE Nri 9, 41, 63, 92 u valuri ta’ limitu ġodda assoċjati, proposti mill-Kummissjoni

L1e-L7e

 

 

”.

(3)  Fl-Anness V, it-taqsima B, il-kontenut taċ-ċellola fl-ewwel kolonna, it-tieni ringiela, huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Test tat-Tip I (19) Massa tal-partikoli (Euro 5 biss)";

(4)  L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)  fit-taqsima B1, titħassar l-ewwel ringiela li tirreferi għall-kategorija tal-Vetturi "L6e-A";

(b)  fit-taqsima B2, l-ewwel ringiela:

(i)  il-kliem: "L3e-L7e (6)" huwa sostitwit bil-kliem:

"L3e, L4e, L5e, L7e"

(ii)  il-kliem: "Il-vetturi kollha tal-kategorija L ħlief il-kategoriji L1e u L2e" huwa sostitwit bil-kliem:

"Il-vetturi kollha tal-kategorija L ħlief il-kategoriji L1e, L2e u L6e”.

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 32.
(2) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 32.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018.
(4)Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).


Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili oħra ***I
PDF 1132kWORD 871k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni) (COM(2018)0316 – C8-0210/2018 – 2018/0160(COD))
P8_TA-PROV(2018)0467A8-0387/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0316),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0210/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0387/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari hawn taħt imsemmija;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2018)0160


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005(3) inbidel b'mod sostanzjali diversi drabi(4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

(2)  F'konformità mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-rispett għad‑drittijiet tal-bniedem huwa wieħed mill- valuri komuni tal-Istati Membri. Il-Komunità Ewropea ddeċidiet, fl-1995, li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l‑libertajiet fundamentali isir element essenzjali tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi. Għal dak l-għan kien deċiż li tiġi inserita klawsola fi kwalunkwe ftehim ġdid kummerċjali, ta' kooperazzjoni u assoċjazzjoni ta' natura ġenerali konkluż ma' pajjiżi terzi.

(3)  L-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 7 tal‑Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 3 tal‑Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali kollha jistabbilixxu projbizzjoni komprensiva u mingħajr kondizzjonijiet tat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Dispożizzjonijiet oħrajn, partikolarment id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tal-Persuni kollha mit-Tortura u minn Trattament jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti (5) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t‑Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-1984, jobbligaw lill-Istati biex jipprevjenu t-tortura.

(4)  L-Artikolu 2(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il‑Karta) jiddikjara li ħadd ma għandu jiġi kkundannat għall-piena kapitali, jew maqtul. Fit-, 22 ta' April 2013 il-Kunsill approva l-“Linji Gwida tal‑UE dwar il-Piena Kapitali” u ddeċieda li l-Unjoni jenħtieġ li taħdem għall abolizzjoni universali tal-piena kapitali.

(5)  Skont l-Artikolu 4 tal-Karta, l-ebda persuna ma għandha tkun soġġetta għal tortura jew għal trattament jew pieni inumani jew degradanti. Fl‑ 20 ta' Marzu 2012 , il‑Kunsill approva l-“Linji gwida għall-Politika tal‑UE lejn Pajjiżi Terzi dwar it‑Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra”. Skont dawk il-linji gwida il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jipprevjenu l‑użu u l-produzzjoni, u l-kummerċ, ta' tagħmir li huwa intiż sabiex bih tingħata tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u li jipprevjenu l-abbuż ta’ kwalunkwe tagħmir ieħor għal dawk l‑għanijiet. Barra minn hekk, il‑projbizzjoni tal-pieni krudili, inumani jew degradanti jenħtieġ li timponi limiti ċari dwar l-użu tal-piena kapitali. Għaldaqstant, il-piena kapitali taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha titqies bħala piena legali.

(6)  Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli tal-Unjoni dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali u f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta' tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Dawn ir-regoli huma strumentali fil-promozzjoni tar‑rispett għall‑ħajja tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għalhekk iservu l‑għan tal-protezzjoni tal-morali pubblika. Dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li l‑operaturi ekonomiċi tal-Unjoni ma jiksbux benefiċċji mill-kummerċ li jippromovi jew b'xi mod jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika favur il-piena kapitali jew tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li ma jkunux kompatibbli mal-Linji Gwida relevanti tal-UE, mal-Karta u mal‑konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali.

(7)  Għall-fini ta' dan ir-Regolament, huwa meqjus xieraq li tiġi applikata d-definizzjoni tat-tortura stabbilita fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u t‑Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-1984 u fir‑Riżoluzzjoni 3452 (XXX) tal‑Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. L‑interpretazzjoni ta' dik id‑definizzjoni għandha tqis il-każistika dwar l‑interpretazzjoni tat-terminu korrispondenti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fit-testi rilevanti adottati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha. Id-definizzjoni ta' “trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra”, li ma tinsabx f'dik il‑Konvenzjoni, jenħtieġ li tkun allinjata mal-każistika tal‑Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. It-tifsira tat-terminu “penali leċiti” fid‑definizzjonijiet ta' “tortura” u ta' “trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra”, jenħtieġ li tqis il-politika tal-Unjoni dwar il-piena kapitali.

(8)  Jitqies li huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop ta' piena kapitali jew ta' tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u biex tiġi projbita l-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward ta' dawn l-oġġetti.

(9)  Fejn dawk l-oġġetti jinsabu f'pajjiżi terzi, huwa meħtieġ li jkun projbit li s-sensara fl-Unjoni jipprovdu servizzi ta' senserija fir-rigward ta' dawk l-oġġetti.

(10)  Sabiex isir kontribut għat-tneħħija tal-piena kapitali f'pajjiżi terzi u għall‑prevenzjoni ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jenħtieġ li jkun projbit li l-pajjiżi terzi jingħataw assistenza teknika relatata ma' oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali jew ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(11)  Huwa xieraq 1 ukoll li s-sensara u dawk li jipprovdu assistenza teknika jkunu projbiti milli jagħtu taħriġ dwar l-użu ta' dawk l-oġġetti lill-pajjiżi terzi, u jenħtieġ li tkun projbita wkollil-promozzjoni ta' dawk l-oġġetti fil-fieri kummerċjali jew fil‑wirjiet fl-Unjoni kif ukoll il-bejgħ jew ix-xiri ta' spazju pubbliċitarju fl-istampa jew fl-Internet u ta' ħin pubbliċitarju fuq it-televiżjoni jew fuq ir-radju fir-rigward ta' dawk l-oġġetti.

(12)  Bil-għan li l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jiksbu benefiċċju mit-trasport ta' oġġetti li huma maħsuba għall-użu fil-piena kapitali, it-tortura u t-trattamenti jew l-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u li jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni fi triqthom lejn pajjiż terz, huwa neċessarju li t-trasport ta' dawk l-oġġetti fl-Unjoni jkun ipprojbit, jekk ikunu elenkati fl-Anness II ta' dan ir‑Regolament.

(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw miżuri li jillimitaw il-provvista ta' ċerti servizzi fir-rigward ta' oġġetti li ma għandhom l‑ebda użu prattiku għajr l-użu għal skopijiet ta' piena kapitali jew għal-iskop ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumana jew degradanti oħra f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.

(14)  Dan r-Regolament jistabblixxi sistema ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni mfassla biex tipprevjeni li ċerti oġġetti jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(15)  Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu imposti kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw mhux biss għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, iżda wkoll għal finijiet leġittimi. Dawk il‑kontrolli għandhom japplikaw għal oġġetti li huma primarjament użati għal finijiet ta' infurzar tal-liġi u, dment li dawk il-kontrolli ma jirriżultawx li huma sproporzjonati għal kwalunkwe tagħmir jew prodott ieħor li jista' jiġi abbużat għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, billi jitqies id-disinn u l‑fatturi tekniċi tiegħu.

(16)  Fir-rigward tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi, għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 3 tal‑Kodiċi ta' Kondotta għall-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi(6) jipprevedi li l-uffiċjali tal‑infurzar tal-liġi jistgħu jużaw il-forza biss meta jkun strettament meħtieġ u safejn meħtieġ għat-twettiq ta' dmirhom. Il-Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu tal-Forza u ta' Armi tan-Nar mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi, adottati mit-Tmien Kungress tan‑Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni tal-Kriminalità u t-Trattament tat‑Trasgressuri fl-1990, jistipulaw li fil-qadi ta' dmirijiethom, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li, kemm jista' jkun, japplikaw mezzi mhux vjolenti qabel jirrikorru għall-użu tal-forza u armi tan-nar.

(17)  F'dan ir-rigward, il-Prinċipji Bażiċi jappoġġaw l-iżvilupp ta' armi inkapaċitanti mhux letali għall-użu f'sitwazzjonijiet adatti, filwaqt li jammettu li l-użu ta' dawk l‑armi għandu jiġi kkontrollat bir-reqqa. F'dan il-kuntest, ċertu tagħmir tradizzjonalment użat mill-pulizija għall-awtodifiża u biex jikkontrollaw l-irvellijiet ġie mmodifikat b'tali mod li jista' jintuża biex jiġu applikati xokkijiet elettriċi u sustanzi kimiċi biex irendu lill-persuni inkapaċi. Hemm indikazzjonijiet li, f'diversi pajjiżi, dawk l-armi huma abbużati għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(18)  Il-Prinċipji Bażiċi jisħqu li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għall-awtodifiża. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplika għall-kummerċ ta' tagħmir tradizzjonali għall-awtodifiża, bħal tarki.

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-kummerċ ta' xi sustanzi kimiċi speċifiċi użati biex irendu lill-persuni inkapaċi.

(20)  Fir-rigward tal-manetti tas-saqajn, il-ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u l-manetti, għandu jiġu nnotat li l-Artikolu 33 tar-Regoli Standard Minimi tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Trattament tal-Priġunieri(7) jipprevedi li l-istrumenti ta' trażżin m'għandhom qatt jiġu applikati bħala piena. Barra minn hekk, ktajjen u manetti m'għandhom qatt jintużaw għat-trażżin. Għandu wkoll jiġi nnotat li r-Regoli Standard Minimi tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Trattament tal-Priġunieri jipprevedu li strumenti oħra ta' trażżin m'għandhomx jintużaw ħlief bħala prekawzjoni biex il‑prinġunieri ma jaħirbux waqt trasferiment, għal raġunijiet mediċi kif ordnat minn uffiċjal mediku, jew, jekk metodi oħra ta' kontroll ma jirnexxux, sabiex jiġi evitat li priġunier iweġġa' lilu nnifsu jew lill-oħrajn, jew li jagħmel ħsara lil xi proprjetà.

(21)  Sabiex il-persunal u persuni oħra jkunu protetti kontra min jobżoq, il-priġunieri xi kultant ikunu mġegħla jilbsu l-hekk imsejħa barnuża tal-bżieq. Peress li dik il‑barnuża tkopri l-ħalq u ta' spiss ukoll l-imnieħer, tippreżenta riskju inerenti ta' qtugħ ta' nifs. Jekk tkun ikkombinata ma' strument ta' trażżin, bħal manetti, hemm ukoll riskju ta' korriment fl-għonq. Għalhekk l-esportazzjonijiet ta' barnużi tal-bżieq jenħtieġ li tiġi kkontrollata.

(22)  Minbarra armi li jistgħu jinġarru, l-ambitu tal-kontrolli tal-esportazzjoni jenħtieġ li jinkludi l-armi ta' skariku elettriku fissi jew li jistgħu jiġu mmuntati li jkopru firxa kbira u li jolqtu bosta individwi. Armi bħal dawn huma ta' sikwit ippreżentati bħala armi hekk imsejħa mhux letali, imma jinvolvu, mill-anqas, l‑istess riskju li jikkawżaw uġigħ u tbatija bħal armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru.

(23)  Peress li qed jiġi kkumerċjalizzat apparat fiss li jferrex sustanzi kimiki irritanti għall-użu ġewwa bini, u l-użu fuq ġewwa ta' dawk is-sustanzi jinvolvi riskju li jikkawża uġigħ u sofferenza mhux assoċjati mal-użu tradizzjonali fil-beraħ, l‑esportazzjoni ta' tagħmir bħal dan jenħtieġ li tkun ikkontrollata.

(24)  Jenħtieġ ukoll li jiġu applikati kontrolli tal-esportazzjoni fir-rigward ta' apparat fiss jew li jista' jiġi mmuntat li jferrex sustanzi inkapaċitanti jew irritanti li jkopru firxa wiesgħa, fejn tagħmir bħal dak ma jkunx għadu soġġett għal kontrolli tal‑esportazzjoni skont il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK(8). Tagħmir bħal dak huwa ta' sikwit ippreżentat bħala teknoloġija hekk imsejħa mhux letali, imma jinvolvi mill-anqas, l-istess riskju li jikkawża uġigħ u tbatija severa bħal armi u apparat li jistgħu jinġarru. Għalkemm l-ilma mhuwiex wieħed mill‑aġenti kimiki li jikkawża inkapaċitazzjoni jew irritazzjoni, kanuni li jisparaw l‑ilma jistgħu jintużaw biex jitferrxu aġenti bħal dawn f'forma likwida u l‑esportazzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun ikkontrollata.

(25)  Il-kontrolli tal-esportazzjoni fir-rigward l-oleoreżina tal-kapsiku (OC) u l-aċidu pelargoniku vanillilamide (PAVA) jenħtieġ li jiġu supplimentati b'kontrolli ta' esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti taħlitiet li jkun fihom dawk is-sustanzi li jistgħu jiġu amministrati bħala aġenti inkapaċitanti jew irritanti jew użati għall-manifattura ta' dawk l-aġenti. Fejn xieraq, jenħtieġ li referenzi għal aġenti kimiċi inkapaċitanti jew irritanti jintqies li jinkludu l-oleoreżina tal-kapsiku u t-taħlitiet relevanti li jkun fihom dik l-oleoreżina tal-kapsiku.

(26)  Huwa xieraq li jiġu previsti eżenzjonijiet speċifiċi mill-kontrolli tal-esportazzjoni sabiex ma jixxekkilx il-funzjonamet tal-forzi tal-pulizija tal-Istati Membri u t‑twettiq taż-żamma tal-paċi jew l-operati tal-maniġġar tal-kriżijiet.

(27)  Meta jitqies li xi Stati Membri diġà pprojbixxew l-esportazzjonijiet u l‑importazzjonijiet ta' oġġetti ta' dak it-tip, huwa xieraq li l-Istati Membri jingħataw id-dritt li jipprojbixxu l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta' manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr minbarra ċ-ċinturini tax-xokk elettriku. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jingħataw is-setgħa li, jekk jixtiequ, japplikaw kontrolli tal-esportazzjoni fuq manetti li għandhom dimensjoni ġenerali, inklużi l-ktajjen, li itwal minn 240 mm meta jinqaflu.

(28)  Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-esportaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jagħtu awtorizzazzjoni globali lil esportatur fir-rigward ta' oġġetti elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament sabiex jiġi evitat li l-oġġetti rilevanti jintużaw għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(29)  F’ċerti każijiet prodotti mediċinali esportati lejn pajjiżi terzi ġew żvijati u użati għall-piena kapitali, notevolment bl-amministrazzjoni ta’ doża eċċessiva letali permezz ta’ injezzjoni. L-Unjoni ma tapprovax il-piena kapitali fiċ-ċirkostanzi kollha u taħdem favur l-abolizzjoni universali tagħha. L-esportaturi oġġezzjonaw għall-assoċjazzjoni involontarja tagħhom mal-użu tal-prodotti li żviluppaw għall‑użu mediku.

(30)  Jeħtieġ għalhekk li jiġu imposti kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, sabiex jiġi evitat li ċerti prodotti mediċinali li jintużaw għal dak l-iskop u sabiex ikun żgurat li, f'dan ir-rigward, l-esportaturi kollha tal-prodotti mediċiinali fl-Unjoni ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet uniformi. Il-prodotti mediċinali relevanti ġew żviluppati, fost oħrajn, għall‑anestesija u l-loppju.

(31)  Jenħtieġ li s-sistema ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa proporzjonat. Għalhekk, jenħtieġ li ma tipprevjenix l-esportazzjoni ta' prodotti mediċinali li għandhom jintużaw għal skopijiet terapewtiċi leġittimi.

(32)  Il-lista ta' oġġetti li għalihom hija meħtieġa awtorizzazzjoni biex jiġu esportati, bil‑għan li jkun evitat li dawk l-oġġetti jintużaw għall-piena kapitali, jenħtieġ li tinkludi biss oġġetti li ntużaw għall-piena kapitali f'pajjiż terz li ma abolixxiex il‑piena kapitali u oġġetti li l-użu tagħhom għall-piena kapitali jkun ġie approvat minn kwalunkwe pajjiż terz li ma abolixxiex il-piena kapitali, mingħajr ma jkun għadu użhom għal dak l-iskop. Jenħtieġ li dik il-lista ma tinkludix oġġetti mhux letali li mhumiex essenzjali għall-eżekuzzjoni tal-persuni kkundannati, bħal għamara standard li tista' tintuża wkoll fil-kamra tal-eżekuzzjoni.

(33)  Minħabba d-differenzi bejn il-piena kapitali, min-naħa l-waħda, u t-tortura u t‑trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra min-naħa l-oħra, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni speċifika bil‑ħsieb li jiġi evitat l-użu ta' ċerti oġġetti għall-piena kapitali. Sistema bħal dik jenħtieġ li tqis il-fatt li għadd ta' pajjiżi abolixxew il-piena kapitali għad-delitti kollha u ntrabtu permezz ta' impenji internazzjonali fir-rigward ta' din il-kwistjoni. Minħabba li hemm ir-riskju ta' riesportazzjoni lejn pajjiżi li għadhom ma ħadux dak l-impenn, jenħtieġ li ċerti kundizzjonijiet u rekwiżiti jkunu imposti meta jiġu awtorizzati l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi li jkunu abolixxew il-piena kapitali. Għalhekk huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni ġenerali għall‑esportazzjonijiet lejn dawk il-pajjiżi li abolixxew il-piena kapitali għad‑delitti kollha u li kkonfermaw dik l‑abolizzjoni permezz ta' impenn internazzjonali.

(34)  Jekk pajjiż ma abolixxiex il-piena kapitali għad-delitti kollha u ma kkonfermax dik l-abolizzjoni permezz ta' impenn internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, meta jeżaminaw talba għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, jenħtieġ li jaraw jekk hemmx riskju li l-utent aħħari fil-pajjiż ta' destinazzjoni juża l-oġġetti esportati għal piena ta' da kit-tip. Jenħtieġ li jiġu imposti kundizzjonijiet u rekwiżiti xierqa sabiex jiġu kkontrollati l-bejgħ jew it-trasferimenti mill-utent aħħari għal partijiet terzi. Jekk ikun hemm diversi kunsinni bil-baħar bejn l-istess esportatur u l‑utent aħħari, jenħtieġ li l‑awtoritajiet kompetenti jitħallew jeżaminaw mill-ġdid l‑istatus tal-utent aħħari fuq bażi perijodika, pereżempju kull sitt xhur, minflok kull meta tingħata awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni għal kunsinna, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, meta jkun hemm ġustifikazzjoni.

(35)  Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-esportaturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jagħtu awtorizzazzjoni globali lil esportatur għall-kunsinni kollha ta' prodotti mediċinali, li jitilqu mingħand dak l-esportatur għal utent aħħari speċifiku għal perijodu fiss, li tispeċifika, fejn meħtieġ, kwantità ekwivalenti għall‑użu normali tal-utent aħħari tal-prodotti. Awtorizzazzjoni ta' dak it-tip jenħtieġ li tkun valida għal bejn sena u tliet snin, bil-possibbiltà li tingħata estensjoni ta' mhux aktar minn sentejn.

(36)  L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur ikollu l-ħsieb li jesporta prodotti mediċinali li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d‑distributur ikunu kkonkludew ftehim ġuridikament vinkolanti li jkun jobbliga lid‑distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali.

(37)  Prodotti mediċinali li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament jistgħu ikunu soġġetti għal kontrolli f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, bħalma hi l-Konvenzjoni tal-1971 dwar is‑Sustanzi Psikotropiċi. Billi kontrolli ta' dan it-tip mhumiex applikati biex jevitaw li l-prodotti mediċinali jintużaw għall-piena kapitali iżda biex jevitaw it-traffikar illeċitu tad-drogi, il-kontrolli tal-esportazzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu applikati addizzjonalment ma’ dawk il-kontrolli internazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa jużaw proċedura unika sabiex japplikaw iż-żewġ sistemi ta' kontroll.

(38)  Il-kontrolli tal-esportazzjonijiet f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx għall-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom hija kkontrollata f'konformità mal‑Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009(9) u mar-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) .

(39)  Il-provvista ta' servizzi ta' senserija u l-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel bil-għan li jiġi evitat li s-servizzi ta' senserija jew l-assistenza teknika jikkontribwixxu għall-użu tal-oġġetti li għalihom jirrelataw għal finijiet ta' piena, tortura jew trattamenti jew pieni krudili.

(40)  Is-servizzi ta' senserija u l-assistenza teknika li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu dawk ipprovduti minn ġo l-Unjoni, jiġifieri minn ġot-territorji fi ħdan l-ambitu territorjali tat-Trattati, inklużi spazju tal-ajru u kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il‑ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

(41)  Meta tiġi awtorizzata l-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl‑Anness III għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiggarantixxu li l-assistenza teknika u kwalunkwe taħriġ dwar l-użu ta' oġġetti ta' dak it-tip mogħtija jew offruti flimkien mal-assistenza teknika li għaliha tkun qiegħda tintalab l-awtorizzazzjoni, jingħataw b'mod u manjiera li jippromwovu standards tal-infurzar tal-liġi li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-tortura u ta' trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(42)  Bil-għan li l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jiksbu benefiċċju mit‑trasport ta' oġġetti li jistgħu jintużaw fil-piena kapitali, it-tortura u t-trattamenti jew l-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni fi triqthom lejn pajjiż terz, huwa neċessarju li t-trasport ta' dawk l-oġġetti fl-Unjoni jkun ipprojbit, jekk huma elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, dment li l-operatur ekonomiku jkun jaf bl-użu maħsub għalihom.

(43)  Il-Linji Gwida għall-Politika tal-UE lejn Pajjiżi Terzi dwar Tortura, Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra jipprevedu, fost l-oħrajn, li l-Kapijiet tal-Missjoni f'pajjiżi terzi, fir-rapporti perjodiċi tagħhom jinkludu analiżi tal‑okkorrenza ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra fl-Istat ta' akkreditazzjoni tagħhom, u l-miżuri meħudin fil-ġlieda kontriha. Huwa xieraq li l‑awtoritajiet kompetenti iqisu dawk ir-rapporti u oħrajn simili li jsiru minn organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili rilevanti meta jiddeċiedu dwar talbiet għall-awtorizzazzjonijiet. Rapporti ta' dak it-tip jenħtieġ li jiddeskrivu wkoll kwalunkwe tagħmir użat f'pajjiżi terzi bl-iskop li tingħata l-piena kapitali jew ta' tortura, trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(44)  Filwaqt li l-awtoritajiet doganali għandhom jikkondividu ċerta informazzjoni mal‑awtoritajiet doganali l-oħrajn bl-użu tas-sistema doganali ta' ġestjoni tar-riskju skont il-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir‑Regolament jenħtieġ li jikkondividu ċerta informazzjoni mal-awtoritajiet doganali l‑oħrajn. Huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-awtoritajiet doganali jużaw sistema sigura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni dwar iċ-ċaħdiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli funzjonalità ġdida fis‑sistema attwali stabbilita skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(45)  Sa fejn ikun jirrigwarda d-data personali, l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar l-ipproċessar u l-iskambju ta' data personali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill(11) u mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill(12).

(46)  Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir‑Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il‑Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħteġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni, fir‑rigward tal-emendi tal-Annessi I sa IX għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal‑Liġijiet(13). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il‑Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl‑istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(47)  Biex l-Unjoni titħalla tirreaġixxi malajr meta jiġu żviluppati oġġetti ġodda, li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u meta jeżisti riskju ċar u immedjat li oġġetti ta' dak it-tip se jintużaw għal skopijiet li jinvolvu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, huwa xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni immedjata tal-att rilevanti tal-Kummissjoni, fejn, bħal fil-każ tal‑emenda tal-Anness II jew III għal dan ir-Regolament, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza biex issir emenda bħal dik. Sabiex l-Unjoni titħalla tirreaġixxi malajr meta pajjiż terz jew aktar japprova ċerti oġġetti għall-użu għall-piena kapitali, jew jaċċetta jew jikser impenn internazzjonali li jkun ħa biex jabolixxi l-piena kapitali fir-rigward tad-delitti kollha, huwa xieraq li tiġi prevista l‑applikazzjoni immedjata tal‑att tal-Kummissjoni rilevanti, fejn, fil-każ tal-emenda għall-Anness IV jew V ta' dan ir-Regolament, ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza. Fil-każijiet li fihom tkun segwita l-proċedura ta' urġenza, huwa ta' importanza partikolari li, matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, il‑Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti.

(48)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' koordinament. Il-grupp għandu jservi bħala pjattaforma għall-esperti tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex jiskambjaw l‑informazzjoni dwar il-prassi amministrattiva u jiddiskutu l-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kwistjonijiet tekniċi fir-rigward tal-oġġetti elenkati, l-iżviluppi marbuta ma' dan ir-Regolament u kull kwistjoni oħra li tista' tqum. Partikolarment, jenħtieġ li l-grupp jiddiskuti kwistjonijiet marbuta man-natura u mal-effett mixtieq tal-oġġetti, id-disponibbiltà tal-oġġetti fil-pajjiżi terzi u l‑kwistjoni relatata mal-fatt jekk l-oġġetti humiex speċifikament maħsuba jew modifikati għall-piena kapitali jew għat-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tikkonsulta l-grupp waqt li tħejji l-atti delegati, il‑konsultazzjoni jenħtieġ li ssir fir-rispett tal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

(49)  Il-Kummissjoni ma tiksibx tagħmir għal finijiet ta' infurzar tal-liġi billi mhijiex responsabbli miż-żamma tal-ordni pubbliku, mill-proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali jew mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita proċedura bil-għan li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni dwar tagħmir u prodotti għall-infurzar tal-liġi mhux elenkati iżda kkummerċjalizzati fl-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li l-listi ta' oġġetti li l-kummerċ tagħhom huwa pprojbit jew ikkontrollat jiġu aġġornati b'mod li jqis żviluppi ġodda. Huwa u jressaq it-talba tiegħu lill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru rikjedenti jressaq it-talba tiegħu biex jiġu miżjuda oġġetti fl-Anness II, fl-Anness III jew fl‑Anness IV ta' dan ir-Regolament lil Stati Membri oħrajn.

(50)  Il-miżuri ta' dan ir-Regolament huma maħsubin biex jipprevjenu kemm il-piena kapitali kif ukoll it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiżi terzi. Huma jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċ ma' pajjiżi terzi f'oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. M'huwiex meqjus meħtieġ li jiġu stabbiliti kontrolli simili fuq transazzjonijiet fl-Unjoni , billi fl-Istati Membri l-piena kapitali ma' teżistix u l-Istati Membri ikunu adottaw miżuri adatti biex jiddikjaraw illegali u jipprevjenu t-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(51)  Il-Linji gwida għall-Politika tal-UE lejn Pajjiżi Terzi dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra jiddikjaraw li, sabiex jintlaħaq l‑objettiv li jittieħdu miżuri effettivi kontra t-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu evitati l-użu, il‑produzzjoni u l-kummerċ ta' tagħmir li huwa intiż biex jikkawża tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Huma l-Istati Membri li jimponu u jinfurzaw ir-restrizzjonijiet meħtieġa fuq l-użu u l-produzzjoni ta' tagħmir bħal dak.

(52)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u dwar informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament.

(53)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jassiguraw li jkunu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-kummerċ ma' pajjiżi terzi ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali jew għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u r-regoli li jirregolaw il-provvista ta' servizzi ta' senserija, assistenza teknika, taħriġ u pubbliċita' relatati ma' oġġetti bħal dawn.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)  “tortura” tfisser kwalunkwe att li bih l-uġigħ jew it-tbatija gravi, fiżiċi jew mentali, jiġu kkawżati intenzjonalment fuq persuna bi skop li tinkisbe informazzjoni jew konfessjoni min dik il-persuna jew minn terza persuna, l-ikkastigar ta' dik il-persuna għal att li dik il-persuna jew terza persuna tkun wettqet jew tkun issuspettata li wettqet, jew biex tbeżża' jew iġġiegħel lil dik il-persuna jew lil terza persuna, jew għal kwalunkwe raġuni bbażata fuq id-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, meta wġigħ jew tbatija ta' dak it-tip jiġu kkawżati bl-istigazzjoni jew bil-kunsens ta' uffiċjal pubbliku jew persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali. Madankollu, din ma tinkludix uġigħ jew tbatija li jirriżultaw biss minn penalitajiet leċiti. Il-piena kapitali taħt l-ebda ċirkostanza mhija meqjusa penali leċita;

(b)  “trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra” tfisser kwalunkwe att li bih jiġu kkawżati uġigħ jew tbatija li jilħaq livell minimu ta' gravità sew jekk fiżika kif ukoll mentali, fuq persuna, meta dak l-uġigħ jew tbatija jiġu kkawżati bl‑istigazzjoni jew bil-kunsens jew qbil ta' uffiċjal pubbliku jew ta' persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali. Madankollu, mhumiex inklużi l-uġigħ jew it-tbatija li jirriżultaw biss minn penalitajiet leċiti jew ikunu inerenti jew inċidentali għalihom. Il-piena kapitali taħt l-ebda ċirkostanza mhija meqjusa bħala penali leċita;

(c)  “awtorità tal-infurzar tal-liġi” tfisser kwalunkwe awtorità responsabbli għall‑prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni, il-ġlieda kontra u l-ikkastigar ta' reati kriminali, inkluż, iżda mhux limitat għall-pulizija, kwalunkwe prosekutur, kwalunkwe awtorità ġudizzjarja, kwalunkwe awtorità ta' ħabs pubbliku jew privat u, fejn xieraq, kwalunkwe waħda mill-forzi tas-sigurtà tal-istat u l-awtoritajiet militari;

(d)  “esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż il-ħruġ ta' oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u l-ħruġ ta' oġġetti wara li jkunu ġew maħżuna f'żona ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14);

(e)  “importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' oġġetti fit-territorju doganali tal‑Unjoni, inkluż il-ħżin temporanju tagħhom, it-tqegħid f'żona ħielsa, it-tqegħid taħt proċedura speċjali u r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(f)  “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu l-forma ta' istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

(g)  “mużew” tfisser istituzzjoni permanenti mingħajr qligħ fis-servizz tas-soċjetà u tal‑iżvilupp tagħha, u miftuħa għall-pubbliku, li tikseb, tikkonserva, tirriċerka, tikkomunika u tesebixxi, għall-finijiet tal-istudju, l-edukazzjoni u d-divertiment, evidenza materjali tan-nies u l-ambjent tagħhom;

(h)  “awtorità kompetenti” tfisser awtorità ta' wieħed mill-Istati Membri, kif elenkata fl‑Anness I, li, f'konformità mal-Artikolu 20, għandha d-dritt tieħu deċiżjoni dwar l‑applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tipprojbixxi lil esportatur milli juża l‑awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni;

(i)  “applikant” tfisser:

1.  l-esportatur, fil-każ tal-esportaturi msemmija fl-Artikoli 3, 11 jew 16;

2.  il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jittrasportaw l-oġġetti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni, fil-każ tat-tranżitu msemmi fl‑Artikolu 5;

3.  il-fornitur tal-assistenza teknika, fil-każ ta' provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 3;

4.  il-mużew li jpoġġi l-oġġetti għall-wiri fil-każ ta' importazzjonijiet u provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 4;

5.  il-fornitur tal-assistenza teknika jew is-sensar, fil-każ ta' provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 15 jew servizzi ta' senserija msemmija fl‑Artikolu 19;

(j)  “territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar‑Regolament (UE) Nru 952/2013;

(k)  “servizzi ta' senserija” tfisser:

(1)  in-negozjar jew l-organizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il‑provvista ta' oġġetti rilevanti minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew

(2)  il-bejgħ jew ix-xiri ta' oġġetti rilevanti li jkunu jinsabu f'pajjiż terz għat‑trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor.

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament meta jiġu pprovuduti biss servizzi anċillari, dawk huma esklużi minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is‑servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il‑promozzjoni ġenerali;

(l)  “sensar” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, residenti jew stabbilita fi Stat Membru li tipprovdu s-servizzi definiti skont il‑punt (k), minn ġo l-Unjoni; kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru, indipendentement mir-residenza, li tipprovdi dawk is-servizzi minn ġo l‑Unjoni; u kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporat jew ikkostitwit skont id-dritt ta' Stat Membru, indipendentement minn fejn ikunu stabbiliti, li jipprovdu dawk is-servizzi minn ġo l-Unjoni;

(m)  “fornitur tal-assistenza teknika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, residenti jew stabbilita fi Stat Membru li jipprovdu l‑assistenza teknika definita skont il-punt (f), minn ġo l-Unjoni; kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru, indipendentement mir-residenza, li tipprovdi dik it-tip ta' assistenza minn fi ħdan l-Unjoni; u kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew ikkostitwiti skont id-dritt ta' Stat Membru, indipendentement mis-sede, li jipprovdu dik it-tip ta' assistenza minn ġo l-Unjoni;

(n)  “esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, li f'isimhom issir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna, l-entità jew il-korp, li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tiġi aċċettata, jintrabtu b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollhom is-setgħa li jibagħtu l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta' dak it-tip jew jekk id-detentur ta' dak il-kuntratt ma jkunx aġixxa f'ismu proprju, l-'esportatur' tfisser il-persuna, l-entità jew il-korp li jkollhom is‑setgħa meħtieġa li jibagħtu l-oġġetti ikkonċernati 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta' dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna, entità jew korp residenti jew stabbiliti barra mill-Unjoni skont dak il‑kuntratt, l-esportatur jitqies li jkun il-parti kontraenti residenti jew stabbilita fl‑Unjoni;

(o)  “Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni kif definit fil-punt (d) għal ċerti pajjiżi li hi disponibbli għall‑esportaturi kollha li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu tagħha kif elenkat fl-Anness V;

(p)  “awtorizzazzjoni individwali” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil:

1.  esportatur speċifiku wieħed għall-esportazzjonijiet, kif definit fil-punt (d) lejn utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u li tkopri oġġett wieħed jew iktar;

2.  sensar speċifiku għall-provvista ta' servizzi ta' senserija kif definit fil-punt (k) lejn utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u li tkopri oġġett wieħed jew iktar; jew

3.  persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jittrasportaw oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni għal tranżitu kif definit fil-punt (s);

(q)  “awtorizzazzjoni globali” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur jew sensar speċifiku wieħed fir-rigward ta' tip ta' oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl‑Anness IV, li tista' tkun valida għal:

1.  esportazzjonijiet kif definit fil-punt (d) lil utent aħħari speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar;

2.  esportazzjonijiet kif definit fil-punt (d) lil distributur speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat jew f'aktar, fejn l-esportatur ikun dak li jimmanifattura l-oġġetti inklużi fil-punti 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew it‑Taqsima 1 tal-Anness IV;

3.  provvista ta' servizzi ta' senserija marbuta mat-trasferimenti ta' oġġetti li jinsabu f'pajjiż terz, lil utent aħħari speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat jew f'aktar;

4.  is-servizzi ta' senserija marbuta mat-trasferimenti ta' oġġetti li jinsabu f'pajjiż terz, lil distributur speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat jew f'aktar, meta s-sensar ikun dak li jimmanifattura l-oġġetti inklużi fil-punti 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew it-taqsima 1 tal-Anness IV;

(r)  “distributur” tfisser operatur ekonomiku li jwettaq attivitajiet ta' bejgħ bl-ingrossa b'rabta mal-oġġetti elenkati fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew fit-Taqsima 1 tal‑Anness IV, bħal pereżempju l-akkwist ta' dawk l-oġġetti mill-manifatturi jew iż‑żamma, il-provvista jew l-esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti; l-attivitajiet ta' bejgħ bl‑ingrossa ta' dawk l-oġġetti ma jinkludux l-akkwist min-naħa ta' sptar, spiżjar jew professjonist mediku għall-iskop waħdieni li jforni oġġetti ta' dak it-tip lill-pubbliku;

(s)  “tranżitu” tfisser trasport fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' oġġetti mhux tal-Unjoni li jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni li tinsab barra mit‑territorju doganali tal-Unjoni.

KAPITOLU II

Oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal‑piena kapitali, tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet

1.  Kwalunkwe esportazzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness II hija pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' dawk l-oġġetti.

L-Anness II għandu jinkludi oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal‑piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Fornitur ta' assistenza teknika għandu jiġi pprojbit milli jipprovdi assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, kemm jekk b'xi tip ta' ħlas kif ukoll jekk le.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza esportazzjoni tal‑oġġetti elenkati fl-Anness II, u l-provvista tal-assistenza teknika relatata, jekk jintwera li, fil-pajjiż li lejh ser jiġu esportati l-oġġetti, dawk l-oġġetti ikunu ser jintużaw bi skop esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

Artikolu 4

Projbizzjoni tal-importazzjoni

1.  Kwalunkwe importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' dawk l-oġġetti.

L-aċċettazzjoni minn persuna, entità jew korp fl-Unjoni ta' assistenza teknika relatata mal‑oġġetti elenkati fl-Anness II, ipprovduta minn pajjiż terz, kemm jekk b'xi tip ta' ħlas kif ukoll jekk le, minn persuna, entità jew korp hija pprojbita.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza importazzjoni tal‑oġġetti elenkati fl-Anness II, u l-provvista tal-assistenza teknika relatata, jekk jintwera li, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, dawk l-oġġetti ikunu ser jintużaw għall-iskop esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

Artikolu 5

Projbizzjoni ta' tranżitu

1.  Kwalunkwe tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandu jiġi pprojbit.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, jekk jintwera li, fil-pajjiż ta' destinazzjoni, dawk l-oġġetti se jintużaw għall-iskop esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

Artikolu 6

Projbizzjoni ta' servizzi ta' senserija

Sensar għandu jiġi pprojbit milli jipprovdi servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, irrispettivament mill-oriġini ta' dawk l-oġġetti.

Artikolu 7

Projbizzjoni ta' taħriġ

Fornitur ta' assistenza teknika jew sensar huwa pprojbit li jipprovdi jew joffri, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Artikolu 8

Fieri kummerċjali

Għandu jkun projbit li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew le, turi jew toffri għall-bejgħ kwalunkwe oġġett minn dawk elenkati fl-Anness II f'wirja jew f'fiera li tittella' fl-Unjoni, sakemm ma jintweriex li, fid-dawl tan-natura tal-wirja jew tal-fiera, dik il-wirija jew offerta għall-bejgħ la hija strumentali għall-bejgħ jew għall-provvista tal-oġġetti rilevanti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz u lanqas ma tippromwovi dak il-bejgħ jew dik il-provvista.

Artikolu 9

Reklamar

Huwa pprojbit li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, li hija residenti jew stabbilita fi Stat Membru u li tbiegħ jew tixtri spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju fl-Unjoni, li kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru u tbigħ jew tixtri spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju fl-Unjoni, u li kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporat jew ikkostitwit skont id-dritt ta' Stat Membru, li tbiegħ jew tixtri spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju fl-Unjoni, tbiegħ lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż też, jew tixtri mingħandhom, spazju pubbliċitarju fl-istampa jew fl-Internet jew ħin pubbliċitarju fit-televiżjoni jew fir-radju fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Artikolu 10

Miżuri nazzjonali

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-Unjoni, fosthom il-projbizzjoni tad‑diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri nazzjonali li jillimitaw it-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni, ir‑riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1, jew l-emendi u r-revoki tagħha, qabel ma jidħlu fis-seħħ.

KAPITOLU III

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta' tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

Artikolu 11

Rekwiżit tal-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni

1.  Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' dawk l-oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jingħatawx trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa.

L-Anness III għandu jinkludi biss l-oġġetti segwenti, li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra:

(a)  l-oġġetti li huma primarjament użati għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi;

(b)  l-oġġetti li, meta jitqiesu d-disinn u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jippreżentaw riskju materjali ta' użu għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

L-Anness III ma jinkludix:

(a)  l-armi tan-nar irregolati mir-Regolament (UE) Nru 258/2012;

(b)  l-oġġetti b'użu doppju rregolati mir-Regolament (KE) Nru 428/2009;

(c)  l-oġġetti rregolati f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK.

2.  Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-esportazzjonijiet lejn dawk it-territorji tal-Istati Membri li huma kemm elenkati fl-Anness VI u li mhumiex parti mit-territorju doganali tal‑ Unjoni , dment li l-oġġetti huma użati minn awtorità responsabbli għall-infurzar tal-liġi kemm fil-pajjiż jew fit-territorju tad-destinazzjoni kif ukoll fil-parti metropolitana tal‑Istat Membru li dak it-territorju jkun jagħmel parti minnu. Id-dwana jew l-awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw jekk din il-kondizzjoni hijiex sodisfatta u jistgħu jiddeċiedu li, sakemm issir dik il-verifika, l-esportazzjoni m'għandiex isseħħ.

3.  Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, dment li l‑oġġetti jintużaw mill-persunal militari jew ċivili ta' Stat Membru, jekk dak il-persunal ikun qed jieħu sehem f'operazzjoni tal-UE jew tan-NU għaż-żamma tal-paċi jew tal-immaniġġjar tal-kriżijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat jew f'operazzjoni bbażata fuq qbil bejn Stati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tad-difiża. Id-dwana jew awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom id‑dritt li jivverifikaw jekk din il-kondizzjoni hijiex sodisfatta. Sakemm issir dik il-verifika, l‑esportazzjoni m'għandiex isseħħ.

Artikolu 12

Kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall‑awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkunx ġiet miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Anness III jistgħu jintużaw għat‑tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.

L-awtorità kompetenti għandha tqis:

(a)  is-sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali;

(a)  is-sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal‑Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t‑Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Relatur Speċjali tan-NU dwar it‑Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Tista' titqies ukoll informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl‑Annessi II u III applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.

3.  Ir-regoli stipulati stabbiliti fit-tieni u t-tielet subparagrafi japplikaw għall-verifika tal-użu aħħari mixtieq u tar-riskju ta' devjazzjoni:

Jekk il-manifattur ta' oġġett elenkat fl-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jitlob li jingħata awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti lejn distributur, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-arranġamenti kuntrattwali magħmula mill-manifattur u mid-distributur u l-miżuri li jkunu qed jieħdu biex jiġi żgurat li dawk l-oġġetti u, jekk applikabbli, il-prodotti li fihom se jkunu inkorporati, ma jintużawx għat-tortura jew għat-trattamenti jew għall-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Jekk tintalab awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fil-punt 3.2 jew 3.3 tal‑Anness III lejn utent aħħari, l-awtorità kompetenti tista', meta tivvaluta r-riskju ta' devjazzjoni, tikkunsidra l-arranġamenti kuntrattwali li japplikaw u d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari ffirmata mill-utent aħħari, jekk dik id-dikjarazzjoni tiġi pprovduta dikjarazzjoni. Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda dikjarazzjoni tal-użu aħħari, għandu jkun l-esportatur li jindika min se jkun l-utent aħħari u għal liema skop se jintużaw l-oġġetti. Jekk l-esportatur ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar l-utent aħħari u l-użu aħħari, għandu jitqies li l-awtorità kompetenti jkollha bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-oġġetti jistgħu jintużaw għat‑tortura jew għat-trattamenti jew għall-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

4.  Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta tkun qed tivvaluta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-applikazzjoni mill‑esportatur ta' mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta' dan ir-Regolament u mal-patti u l-kundizzjonijiet tal‑awtorizzazzjoni.

Artikolu 13

Projbizzjoni ta' tranżitu

Persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbilita fi Stat Membru kif ukoll jekk le, għandha tiġi pprojbita li teżegwixxu t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, jekk tkun taf li kwalunkwe parti ta' kunsinna ta' oġġetti bħal dawk hija ddestinata għall-użu f'tortura jew fi trattamenti jew f'pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż terz.

Artikolu 14

Miżuri nazzjonali

1.  Minkejja l-Artikoli 11 u 12, Stat Membru jista' jadotta jew iżomm projbizzjoni fuq l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr.

2.  Stat Membru jista' jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' manetti li b'qies ġenerali inklużi l-ktajjen, imkejlin mix-xifer ta' barra ta' ħolqa sax-xifer ta' barra tal‑ħolqa l-oħra, ta' iktar minn 240 mm meta jinqaflu. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-Kapitoli III u V għal dak it-tip ta' manetti.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 1 u 2 qabel jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 15

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal ċerti servizzi

1.  Għandha tiġi rikjesta awtorizzazzjoni għal kwalunkwe provvista, minn fornitur ta' assistenza teknika jew sensar, rispettivament, ta' wieħed mis-servizzi segwenti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, kemm jekk b'xi forma ta' ħlas kif ukoll jekk le:

(a)  assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill‑oriġini ta' tali oġġetti; u

(b)  servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill‑oriġini ta' tali oġġetti.

2.  Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, l-Artikolu 12 għandu japplika mutatis mutandis.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, il-kriterji stabbiliti fl‑Artikolu 12, għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-punti li ġejjin:

(a)  jekk l-assistenza teknika tkunx ipprovduta lil persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li għalihom l-assistenza teknika hija ddestinata għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra; u

(b)  jekk l-assistenza teknika tkunx użata għal finijiet ta' tiswija, żvilupp, manifattura, ittestjar, manutenzjoni jew assemblaġġ tal-oġġetti elenkati fl-Anness III għal, jew tipprovdi assistenza teknika lil, persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li l‑assistenza teknika hija ddestinata għalihom għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvista tal-assistenza teknika jekk:

(a)  l-assistenza teknika tkun ipprovduta lil awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru jew lil persunal militari jew ċivili ta' Stat Membru kif deskritt fl-ewwel sentenza tal‑Artikolu 11(3);

(b)  l-assistenza teknika tikkonsisti fl-għoti ta' informazzjoni li hija ta' dominju pubbliku; jew

(c)  l-assistenza teknika hija l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il‑manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti elenkati fl-Anness III li l‑esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata minn awtorità kompetenti skont dan ir‑Regolament.

4.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jżomm il-projbizzjoni tal‑provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-manetti tas-saqajn, tal-ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tat-tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr. Fil-każijiet li fihom Stat Membru jżomm dawk il-projbizzjoni, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk il-miżuri adottati u nnotifikati preċedentement skont l-Artikolu 7a (4) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jiġu emendati jew revokati.

KAPITOLU IV

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali

Artikolu 16

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni

1.  Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, għandha tiġi rikjesta l‑awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid‑dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa.

L-Anness IV għandu jinkludi biss l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali u li ġew approvati jew effettivament użati għall-piena kapitali minn pajjiż terz wieħed jew aktar li ma abolixxewx il-piena kapitali. Huwa ma jinkludix:

(a)  l-armi tan-nar irregolati mir-Regolament (UE) Nru 258/2012;

(b)  l-oġġetti b'użu doppju rregolati mir-Regolament (KE) Nru 428/2009 u

(c)  l-oġġetti rregolati f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK.

2.  F'każ li l-esportazzjoni ta' prodotti mediċinali tirrikjedi awtorizzazzjoni għall‑esportazzjoni skont dan ir-Regolament u l-esportazzjoni tkun ukoll soġġetta għar‑rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali li jikkontrollaw d-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċedura unika biex iwettqu l-obbligi imposti fuqhom mir-Regolament u mill-konvenzjoni rilevanti.

Artikolu 17

Kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall‑awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir‑rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli li jwasslu sabiex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Anness IV jistgħu jintużaw għall-piena kapitali f'pajjiż terz.

3.  Ir-regoli fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandhom japplikaw għall-verifika tal-użu aħħari mixtieq u tar-riskju ta' devjazzjoni.

Jekk il-manifattur tal-oġġetti elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness IV jitlob li jingħata awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' tali prodott lejn distributur, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-arranġamenti kuntrattwali magħmula mill-manifattur u mid-distributur u tal-miżuri li jkunu qed jieħdu biex jiġi żgurat li l-oġġetti ma jintużawx għall-piena kapitali.

Jekk tintalab awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fit-Taqsima 1 tal‑Anness IV lejn utent aħħari, l-awtorità kompetenti tista', meta tivvaluta r-riskju ta' devjazzjoni, tikkunsidra l-arranġamenti kuntrattwali li japplikaw u d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari ffirmata mill-utent aħħari, jekk dik id-dikjarazzjoni tiġi pprovduta . Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda dikjarazzjoni tal-użu aħħari, l-esportatur huwa dak li jrid jindika min se jkun l-utent aħħari u għal liema skop se jintużaw l-oġġetti. Jekk l-esportatur ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar l-utent aħħari u l-użu aħħari, l-awtorità kompetenti għandha titqies li jkollha bażi raġonevoli sabiex temmen li l-oġġetti jistgħu jintużaw għall-piena kapitali.

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tista' tadotta linji gwida dwar l-aħjar prassi rigward il-valutazzjoni tal-użu aħħari u tal-iskop li għalih tintuża l-assistenza teknika.

4.  Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta jkunu qed jivvalutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali, l-awtorità kompetenti għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni mill‑esportatur ta' mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta' dan ir-Regolament u mal-patti u l-kundizzjonijiet tal‑awtorizzazzjoni.

Artikolu 18

Projbizzjoni ta' tranżitu

Persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbilita fi Stat Membru kif ukoll jekk le, għandha tkun pprojbita milli teżegwixxi t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, jekk tkun taf li kwalunkwe parti ta' kunsinna ta' oġġetti ta' dak it-tip hija ddestinata għall-użu f'piena kapitali f'pajjiż terz.

Artikolu 19

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal ċerti servizzi

1.  Għandha tiġi rikjesta awtorizzazzjoni għal kwalunkwe provvista, minn fornitur ta' assistenza teknika jew minn sensar, rispettivament, ta' wieħed mis-servizzi segwenti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz kemm jekk b'xi tip ta' ħlas kif ukoll jekk le:

(a)  assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, irrispettivament mill‑oriġini ta' dawk l-oġġetti; u

(b)  servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, irrispettivament mill‑oriġini ta' dawk l-oġġetti.

2.  Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, l- Artikolu 17 għandu japplika mutatis mutandis.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, il-kriterji stabbiliti fl‑Artikolu 17, għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni dwar:

(a)  jekk l-assistenza teknika tkunx ipprovduta lil persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti, li għalihom l-assistenza teknika hija ddestinata, għall-piena kapitali; u

(b)  jekk l-assistenza teknika tkunx użata biex issewwi, tiżviluppa, timmanifattura, tittestja, tmantni jew tassembla oġġetti elenkati fl-Anness IV għal, jew tipprovdi assistenza teknika lil, persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li għalihom l‑assistenza teknika hija ddestinata għall-piena kapitali.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvista tal-assistenza teknika jekk:

(a)  l-assistenza teknika tikkonsisti fl-għoti ta' informazzjoni li hija ta' dominju pubbliku; jew

(b)  l-assistenza teknika hija l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il‑manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti elenkati fl-Anness IV li l‑esportazzjoni tagħhom tkun ġiet awtorizzata minn awtorità kompetenti skont dan ir‑Regolament.

KAPITOLU V

Proċeduri ta' awtorizzazzjoni

Artikolu 20

It-tipi ta' awtorizzazzjonijiet u l-awtoritajiet emittenti

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall‑Esportazzjoni għal ċerti esportazzjonijiet kif stipulat fl-Anness V.

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit l-esportatur tista' tipprojbixxi lill-esportatur milli juża dik l-awtorizzazzjoni, jekk ikun hemm suspetti raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mat-termini tal-awtorizzazzjoni jew ma' xi dispożizzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l‑esportaturi kollha miċħuda mid-dritt li jużaw l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall‑Esportazzjoni, sakemm ma jiddeterminawx li esportatur speċifiku mhux se jipprova jesporta l-oġġetti elenkati fl-Anness IV billi jgħaddihom minn Stat Membru ieħor. Għal dan il-għan għandha tintuża sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni.

2.  Awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet l-oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li għalihom tkun meħtieġa awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata mill‑awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit l-esportatur, kif elenkat fl-Anness I. Dik l-awtorizzazzjoni tista' tkun awtorizzazzjoni individwali jew waħda globali, jekk tikkonċerna l-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IV. Awtorizzazzjoni dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II tkun awtorizzazzjoni individwali.

3.  Awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tingħata mill‑awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew stabbiliti l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jittrasportaw l-oġġetti fit-territorju doganali, kif elenkat fl‑Anness I. Jekk dik il-persuna, dik l-entità jew dak il-korp mhumiex stabbiliti fi Stat Membru, għandha tingħata awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l‑oġġetti jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali awtorizzazzjoni tkun awtorizzazzjoni individwali.

4.  Awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet li għalihom tkun meħtieġa awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-mużew, kif elenkat fl-Anness I. Awtorizzazzjoni dwar l-oġġetti elenkati fl‑Anness II għandha tkun awtorizzazzjoni individwali.

5.  Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl‑Anness II għandha tingħata:

(a)  mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit il-fornitur tal-assistenza teknika, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-fornitur tal-assistenza teknika jkun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu, jekk l-għajnuna tkun trid tingħata lil xi mużew f'pajjiż terz; jew

(b)  mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-mużew, kif elenkat fl‑Anness I, jekk l-għajnuna tkun trid tingħata lil xi mużew fl-Unjoni.

6.  Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl‑Anness III jew fl-Anness IV għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit il-fornitur tal-assistenza teknika, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-fornitur tal‑assistenza teknika jkun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu.

7.  Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl‑Anness III jew fl-Anness IV għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sensar ikun residenti jew stabbilit, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li s-sensar ikun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata għal kwantità stabbilita ta' oġġetti speċifiċi li jiġu trasferiti bejn żewġ pajjiżi terzi jew aktar. Il-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, l-utent aħħari u l-post eżatt fejn jinsab għandhom ikunu identifikati b'mod ċar.

8.  L-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni individwali jew globali għal esportazzjonijiet jew għal servizzi ta' senserija, għal awtorizzazzjoni għal assistenza teknika, għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni individwali jew għal awtorizzazzjoni individwali għal tranżitu.

Fir-rigward tal-esportazzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu l-informazzjoni kompluta b'mod partikolari dwar l-utent aħħari, il-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu aħħari tal‑oġġetti.

Fir-rigward tas-servizzi ta' senserija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu, b'mod partikolari, dettalji dwar il-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, deskrizzjoni ċara tal-oġġetti u l-kwantità involuta, il-partijiet terzi involuti fit-tranżazzjoni, il-pajjiż terz ta' destinazzjoni, l-utent aħħari f'dak il-pajjiż u l-post eżatt fejn jinsab.

L-għoti tal-awtorizzazzjoni tista' tkun soġġetta għal dikjarazzjoni ta' użu finali, jekk ikun xieraq.

9.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 8, meta manifattur jew rappreżentant ta' manifattur ikun se jesporta jew ibigħ u jittrasferixxi oġġetti inklużi fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew fit‑Taqsima 1 tal-Anness IV lil distributur f'pajjiż terz, il‑manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li l-oġġetti inklużi fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jintużaw għat‑tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra jew biex jiġi evitat li l-oġġetti inklużi fit-Taqsima 1 tal-Anness IV jintużaw għall-piena kapitali, informazzjoni dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk disponibbli, informazzjoni dwar l‑użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti.

10.  Fuq talba ta' mekkaniżmu nazzjonali ta' prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1984 Kontra t-Tortura u t‑Trattament jew Piena Krudili, Inumana jew Degradanti Oħra, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-mekkaniżmu nazzjonali ta' prevenzjoni rikjedenti l‑informazzjoni li jkunu rċevew minn applikant dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni, id‑destinatarju, l-użu aħħari u l-utenti aħħarin jew, meta jkun rilevanti, id-distributur u l‑arranġamenti u l‑miżuri msemmija fil-paragrafu 9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jisimgħu lill‑applikant qabel l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni u jistgħu jimponu restrizzjonijiet fuq l-użu li jista' jsir mill-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u l-prassi nazzjonali.

11.  L-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi ddeterminat mil-liġi jew mill-prassi nazzjonali.

Artikolu 21

Awtorizzazzjonijiet

1.  L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew it-tranżitu jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness VII. L-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw servizzi ta' senserija għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl‑Anness VIII. L-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness IX. Dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għandu jkun minn tliet xhur sa tnax-il xahar bil-possibilità ta' estensjoni sa 12-il xahar. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni globali għandu jkun minn sena għal tliet snin bil-possibilità ta' estensjoni possibbli sa mhux iktar minn sentejn.

2.  Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 17 timplika awtorizzazzjoni biex l-esportatur jagħti assistenza teknika lill-utent aħħari sakemm tali assistenza tkun meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom tkun awtorizzata.

3.  L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jinħarġu permezz ta' mezzi elettroniċi. Il-proċeduri speċifiċi jiġu stabbiliti fuq bażi nazzjonali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

4.  L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni, it-tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżit u kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li huma adatti.

5.  L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jaġixxu skont dan ir-Regolament, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni u jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni li jkunu diġà taw.

Artikolu 22

Formalitajiet doganali

1.  Meta jimla l-formalitajiet doganali, l-esportatur jew l-importatur għandu jibgħat il-formola mimlija kif dovut u stabbilita fl-Anness VII bħala prova li l-awtorizzazzjoni meħtieġa għall‑esportazzjoni jew l-importazzjoni kkonċernata nkisbet. Jekk id-dokument ma jimteliex b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-formalitajiet doganali jkunu qed isiru, l-esportatur jew l-importatur jista' jintalab jipprovdi traduzzjoni f'dik il-lingwa uffiċjali.

2.  Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Annessi II, III jew IV, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiżi, l-awtoritajiet doganali għandhom jżommu l-oġġetti ddikjarati u għandhom jinfurmaw lill-esportatur jew l-importatur dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk sitt xhur wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta dik l-applikazzjoni, l‑awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 23

Rekwżiti ta' notifika u konsultazzjoni

1.  Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni jekk l‑awtoritajiet kompetenti tiegħu, kif elenkati fl-Anness I, jieħdu deċiżjoni li jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament jew jekk jannullaw awtorizzazzjoni li jkunu taw. Dik in-notifika għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tad-deċiżjoni jew tal-annullament.

2.  L-awtorità kompetenti, b'mezzi diplomatiċi meta jkun meħtieġ jew xieraq, għandha tikkonsulta lill-awtorità jew lill-awtoritajiet li, fit-tliet snin preċedenti, irrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika lil persuna, entità jew korp f'pajjiż terz jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija skont dan ir-Regolament, jekk tirċievi applikazzjoni dwar esportazzjoni, tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika lil persuna, entità jew korp f'pajjiż terz jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija li jinvolvu tranżazzjoni essenzjalment identika msemmija f'tali applikazzjoni preċedenti u tqis li, madankollu, għandha tingħata awtorizzazzjoni.

3.  Jekk, wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni, l-Istat Membru rilevanti għandu jinforma minnufih lill‑Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega r-raġunijiet għad‑deċiżjoni tiegħu, filwaqt li jippreżenta informazzjoni ġustifikattiva kif adatt.

4.  Fejn awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata fuq il-bażi ta' projbizzjoni nazzjonali skont l‑Artikolu 14(1) jew l-Artikolu 15(4), dan ma għandux jikkostitwixxi deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.  In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jsiru permezz ta' sistema sikura u kriptata għall-iskambju ta' informazzjoni.

KAPITOLU VI

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 24

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29, biex temenda l-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII u IX. Id-dejta li hemm fl-Anness I dwar l-awtoritajiet kompetenti tal‑Istati Membri għandha tiġi emendata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Fejn, fil-każ tal-emenda tal-Annessi II, III, IV jew V, ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 30 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 25

Talbiet biex jiġu miżjuda xi oġġetti f'waħda mil-listi tal-oġġetti

1.  Kull Stat Membru jista' jindirizza talba debitament sostanzjata lill-Kummissjoni biex jiżdiedu oġġetti ddisinjati jew kummerċjalizzati għall-infurzar tal-liġi fl-Anness II, fl‑Anness III jew fl-Anness IV. Talba bħal din għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a)  id-disinn u l-karatteristiċi tal-oġġetti inkwistjoni;

(b)  l-iskopijiet kollha li għalihom jistgħu jintużaw l-oġġetti; u

(c)  ir-regoli internazzjonali jew domestiċi li jiġu miksura jekk l-oġġetti jkollhom jintużaw għall-infurzar tal-liġi.

Meta jressaq it-talba tiegħu lill-Kummissjoni, l-Istat Membru rikjedenti għandu jressaq dik it‑talba wkoll lill-Istati Membri l-oħra.

2.  Il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi għandha tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari. Il-Kummissjoni għandha tressaq il-mistoqsijiet tagħha lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra jistgħu wkoll jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali għall-valutazzjoni tat-talba.

3.  Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 ġimgħa minn meta tirċievi t-talba jew minn meta tirċievi l‑informazzjoni supplimentari, rispettivament, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l‑emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn il‑proċedura mhux se tinbeda.

Artikolu 26

Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

2.  L-informazzjoni rilevanti dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati għandha tinkludi mill-inqas it-tip ta' deċiżjoni, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni jew sommarju tagħha, l‑ismijiet tad‑destinatarji u, jekk ma jkunux l-istess, tal-utenti finali kif ukoll tal-oġġetti kkonċernati.

3.  L-Istati Membri, jekk ikun possibbli f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jagħmlu rapport pubbliku dwar l-attivitajiet annwali, li jipprovdi informazzjoni dwar in‑numru ta' applikazzjonijiet riċevuti, dwar l-oġġetti u l-pajjiżi kkonċernati f'dawn l‑applikazzjonijiet, u dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu dwar dawn l-applikazzjonijiet. Dan ir-rapport m'għandux jinkludi informazzjoni li l-iżvelar tagħha huwa meqjus minn Stat Membru li jmur kontra l‑interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali li jkun magħmul mir-rapporti annwali tal‑attività msemmija fil-paragrafu 3. Dak ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall‑pubbliku.

5.  Ħlief għall-provvista tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet tal-Istat Membru l-ieħor u lill-Kummissjoni, dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar‑regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali.

6.  Ir-rifjut tal-għoti ta' awtorizzazzjoni, jekk ikun ibbażat fuq projbizzjoni nazzjonali adottata f'konformità mal-Artikolu 14(1), m'għandux jitqies bħala awtorizzazzjoni rrifjutata fit-tifsira tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 27

L-ipproċessar ta' dejta personali

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata u skambjata f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 28

Użu tal-informazzjoni

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill(15) u l-leġislazzjoni nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, l‑informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun saret it-talba .

Artikolu 29

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall‑kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tiġi mogħtija lill‑Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id‑delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l‑pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis‑seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b' xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 30

Proċedura ta' urġenza

1.  L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il‑paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il‑proċedura msemmija fl-Artikolu 29(6). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l‑att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 31

Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura

1.  Għandu jiġi stabbilit Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru jaħtar rappreżentant f'dak il-grupp.

2.  Il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir‑Regolament, inklużi, bla limitazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni dwar prattiki amministrattivi u kwalunkwe kwistjoni li tista' titqajjem jew mill-president inkella minn rappreżentant ta' Stat Membru.

3.  Il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jista' jikkonsulta lill-esportaturi, is-sensara, il-fornituri ta' assistenza teknika u partijiet interessati rilevanti oħra affettwati minn dan ir-Regolament.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali bil-miktub lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura.

Ir-rapport annwali għandu jitfassal billi titqies b'mod partikolari tal-ħtieġa li ma jiġux kompromessi l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-diskussjonijiet fil‑Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura jinżammu kunfidenzjali.

Artikolu 32

Rieżami

1.  Sal-31 ta' Lulju 2020, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l‑implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistgħu jinkludu proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. Ir-rieżami jivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi l-attivitajiet ta' ċittadini tal-Unjoni li jgħixu barra. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill‑Kummissjoni l-informazzjoni adatta kollha għat-tħejjija tar-rapport.

2.  Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:

(a)  il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura u l-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport jitfassal billi titqies b'mod partikolari l-ħtieġa li ma jiġux kompromessi l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-diskussjonijiet fil-grupp jinżammu kunfidenzjali;

(b)  l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-l-Artikolu 33(1) u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2).

Artikolu 33

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda li taffetwa r-regoli dwar il-penali notifikati skond l-Artikolu 17 (2) tar‑Regolament (KE) Nru 1236/2005 .

Artikolu 34

Kamp ta' applikazzjoni territorjali

1.  Dan ir-Regolament għandu jkollu l-istess kamp ta' applikazzjoni territorjali bħat-Trattati, ħlief għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l‑Artikoli 5, 11, 13, 14, 16 u 18, l-Artikolu 20(1) sa (4) u l-Artikolu 22, li japplikaw:

—  għat-territorju doganali tal-Unjoni;

—  għat-territorji Spanjoli ta' Ceuta u Melilla;

—  għat-territorju Ġermaniż ta' Helgoland.

2.  Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, Ceuta, Helgoland u Melilla għandhom jiġu ttrattati bħala parti mit-territorju doganali tal- Unjoni .

Artikolu 35

Tħassir

Ir-Regolament (KE) No 1236/2005 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl‑Anness XI.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il‑Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi…,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Lista tal-awtoritajiet msemmija fl-Artikoli 20 u 23, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

BELGIË

Service public fédéral économie, PME, classes moyennes et énergie

Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale

Service licences

Rue du Progrès 50

B-1210 Bruxelles

BELGIQUE

Tel. +32 22776713, +32 22775459

Faks: +32 22775063

Posta elettronika: frieda.coosemans@economie.fgov.be

johan.debontridder@economie.fgov.be

IL-BULGARIJA

Министерство на икономиката

ул.“Славянска” № 8

1052 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Ministry of Economy

8, Slavyanska Str.

1052 Sofia

BULGARIA

Tel. +359 29407771

Faks: +359 29880727

Posta elettronika: exportcontrol@mi.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Tel. +420 224907638

Faks: +420 224214558

Posta elettronika: dual@mpo.cz

ID-DANIMARKA

L-Anness III, Nru 2 u 3

Justitsministeriet

Slotsholmsgade 10

DK-1216 København K

DANMARK

Tel. +45 72268400

Faks: +45 33933510

Posta elettronika: jm@jm.dk

L-Anness II u l-Anness III, Nru 1

Erhvervs- og Vækstministeriet

Erhvervsstyrelsen

Eksportkontrol

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

DANMARK

Tel. +45 35291000

Faks: +45 35291001

Posta elettronika: eksportkontrol@erst.dk

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn

DEUTSCHLAND

Tel. +49 6196 908 2217

Faks: +49 6196 908 1800

Posta elettronika: ausfuhrkontrolle@bafa.bund.de

L-ESTONJA

Strateegilise kauba komisjon

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tel. +372 6377192

Faks: +372 6377199

Posta elettronika: stratkom@vm.ee

L-IRLANDA

An tAonad Ceadúnúcháin

An Roinn Gnó, Fiontar agus Nuálaíochta

23 Sráid Chill Dara

Baile Átha Cliath 2

ÉIRE

Tel. +353 16312121

Faks +353 16312562

Posta elettronika: exportcontrol@djei.ie

Licensing Unit

Department of Jobs, Enterprise and Innovation

23 Kildare Street

Dublin 2

ÉIRE

Tel. +353 16312121

Faks: +353 16312562

Posta elektronika: exportcontrol@djei.ie

IL-GREĊJA

Υπουργείο Ανάπτυξης, ανταγωνιστικότητας, υποδομών, Μεταφορών και δικτύων

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Ερμού & Κορνάρου 1,

GR-105 63 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Ministeru tal-Iżvilupp, il-Kompetittività, l-Infrastruttura, it-Trasport u n-Netwerks

General Directorate for International Economic Policy

Directorate of Import-Export Regimes, Trade Defence Instruments

Ermou and Kornarou 1,

GR-105 63 Athens

GREECE

Tel. +30 2103286021-22, +30 2103286051-47

Faks: +30 2103286094

Posta elettronika: e3a@mnec.gr, e3c@mnec.gr

SPANJA

Subdirección General de Comercio Internacional de Material de Defensa y Doble Uso

Secretaría de Estado de Comercio

Ministerio de Economía y Competitividad

Paseo de la Castellana 162, planta 7

E-28046 Madrid

ESPAÑA

Tel.: +34 913492587

Faks: +34 913492470

Posta elettronika: sgdefensa.sscc@comercio.mineco.es

FRANZA

Ministère des finances et des comptes publics

Direction générale des douanes et droits indirects

Bureau E2

11 Rue des Deux Communes

F-93558 Montreuil Cedex

FRANCE

Tel.: +33 1 57 53 43 98

Faks: + 33 1 57 53 48 32

Posta elettronika: dg-e2@douane.finances.gouv.fr

IL-KROAZJA

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Samostalni sektor za trgovinsku politiku i gospodarsku multilateralu

Trg Nikole Šubića Zrinskog 7-8

10 000 Zagreb

REPUBBLIKA HRVATSKA

Tel. +385 1 6444 625 (626)

Faks + 385 1 6444 601

L-ITALJA

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale

Divisione IV

Viale Boston, 25

00144 Roma

ITALIA

Tel. +39 0659932439

Faks: +39 0659647506

Posta elettronika: polcom4@mise.gov.it

ĊIPRU

Υπουργείο Ενέργειας, Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Κλάδος Έκδοσης Αδειών Εισαγωγών/Εξαγωγών

Ανδρέα Αραούζου 6

CY-1421 Λευκωσία

ΚΥΠΡΟΣ/CYPRUS

Ministry of Energy, Commerce, Industry and Tourism

Trade Service

Import/Export Licensing Section

6 Andreas Araouzos Street

CY-1421 Nicosia

CYPRUS

Tel. +357 22867100, +357 22867197, +357 22867332

Faks +357 22375443

Posta elettronika: ,

IL-LATVJA

Ārlietu ministrija

K.  Valdemāra iela 3

LV-1395 Rīga

LATVIJA

Tel. +371 67016426

Faks: +371 67828121

Posta elettronika: mfa.cha@mfa.gov.lv

IL-LITWANJA

Policijos departamento prie Vidaus reikalų ministerijos

Viešosios policijos valdybos Licencijavimo skyrius

Saltoniškių g. 19

LT-08105 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Tel.: +370 82719767

Faks: +370 52719976

Posta elettronika: leidimai.pd@policija.lt

IL-LUSSEMBURGU

Ministère de l'Economie

Office des Licences

19-21, boulevard Royal

L-2449 Luxembourg

BP 113/L-2011 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel.: +352 22 61 62

Faks: +352 46 61 38

Posta elettronika: office.licences@eco.etat.lu

L-UNGERIJA

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Németvölgyi út 37-39

H-1124 Budapest

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel. +36 14585599

Faks: +36 14585885

Posta elettronika: armstrade@mkeh.gov.hu

MALTA

Dipartiment tal-kummerċ

Servizzi ta' Kummerċ

Lascaris

Valletta VLT 2000

MALTA

Commerce Department

Trade Services

Lascaris

Valletta VLT 2000

MALTA

Tel. +356 21242270

Faks; +356 25690286

IN-NETHERLANDS

Ministerie van Buitenlandse Zaken

Directoraat-Generaal Buitenlandse Economische Betrekkingen

Directie Internationale Marktordening en Handelspolitiek

Bezuidenhoutseweg 67

Postbus 20061

2500 EB Den Haag

NEDERLAND

Tel. +31 703485954, +31 703484652

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft

Abteilung “Außenwirtschaftskontrolle” C2/9

Stubenring 1

A-1011 Wien

ÖSTERREICH

Tel. +43 1711008341

Faks +43 1711008366

Posta elettronika: post.c29@bmwfw.gv.at

IL-POLONJA

Ministerstwo Gospodarki

Departament Handlu i Usług

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 226935553

Faks: +48 226934021

Posta elettronika: SekretariatDHU@mg.gov.pl

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

AT- Autoridade Tributária e Aduaneira

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua da Alfândega, n. 5, r/c

P-1149-006 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218813843

Faks: +351 218813986

Posta elettronika: dsl@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Ministerul Economiei, Comerțului și Turismului

Departamentul pentru Comerț Exterior și Relații Internaționale

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei nr. 152

București, sector 1

Cod poștal 010096

ROMÂNIA

Tel. +40 214010552, +40 214010504, +40 214010507

Faks: +40 214010568, +40 213150454

Posta elettronika: adrian.berezintu@dce.gov.ro

IS-SLOVENJA

Ministrstvo za gospodarski razvoj in tehnologijo

Direktorat za notranji trg, Sektor za trgovinsko politiko

Kotnikova 5

1000 Ljubljana

Republika Slovenija

Tel. +386 1 400 3564;

Faks: +386 1 400 3588

Ministry for Economic Development and Technology

Directorate for Internal Market, Trade Policy Division

Kotnikova 5

1000 Ljubljana

The Republic of Slovenia

Tel. +386 1 400 3564;

Faks: +386 1 400 3588

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

827 15 Bratislava

SLOVENSKO

Tel. +421 248542163

Faks: +421 243423915

Posta elettronika: lucia.filipkova@economy.gov.sk

IL-FINLANDJA

Sisäministeriö

Poliisiosasto

PL 26

FI-00023 Valtioneuvosto

FINLAND

Inrikesministeriet

Polisavdelningen

PB 26

FI-00023 Statsrådet

SUOMI/FINLAND

Tel. +358 295 480 171

Faks: +358 9 160 44635

Posta elettronika: kirjaamo@intermin.fi

L-IŻVEZJA

Kommerskollegium

PO Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tel. +46 86904800

Faks: +46 8306759

Posta elettronika: registrator@kommers.se

IR-RENJU UNIT

Importazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness II:

Department for Business, Innovation and Skills (BIS)

Import Licensing Branch (ILB)

Posta elettronika: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk

Esportazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Annessi II jew III, u forniment ta' assistenza teknika relatata ma' prodotti elenkati fl-Anness II kif imsemmi fl-Artikoli 3(1) u 4(1):

Department for Business, Innovation and Skills (BIS)

Export Control Organisation

1 Victoria Street

London

SW1H 0ET

UNITED KINGDOM

Tel.: +44 2072154594

Faks: +44 2072152635

Posta elettronika: eco.help@bis.gsi.gov.uk

B.  Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 7/99

B-1049 Bruxelles/Brussel

BELGIUM

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

______________

ANNESS II

Lista ta' prodotti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4

Nota Introduttorja:

Il-'kodiċi tan-NM' f'dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(16).

Fejn “ex” tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huma biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f'dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Noti:

1.  Il-punti 1.3 u 1.4 fit-Taqsima 1 dwar oġġetti mfasslin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin ma jkoprux oġġetti tekniċi mediċi.

2.  L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb mill-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

NB: Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu li l-komponent jew komponenti kkontrollati huma l-element prinċipali tal-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.  Prodotti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

ex44219097

ex82089000

1.1.  Forok, giljottini u xfafar għall-giljottini

ex85437090

ex94017900

ex94018000

ex94021000

1.2.  Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin

ex94060038

ex94060080

1.3.  Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' gass jew sustanza letali

ex84138100

ex90189050

ex90189060

ex90189084

1.4.  Sistemi awtomatiċi għall-injezzjoni tad-drogi maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' sustanza kimika letali

 

2.  Oġġetti li mhumiex xierqa għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex irażżnu l-bnedmin, kif ġej:

ex85437090

2.1.  Apparat għax-xokkijiet tal-elettriku li hu maħsub biex jintlibes fuq il-ġisem minn individwu mrażżan, bħal ċintorini, kmiem u manetti, maħsubin biex irażżnu l-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' xokkijiet elettriċi

ex73269098

ex76169990

ex83015000

ex39269097

ex42033000

ex42034000

ex42050090

2.2.  Manetti tas-saba' l-kbir u skrejjen tas-saba' l-kbir, u tas-swaba'

Nota:

Din il-partita tinkludi manetti u skrejjen kemm bis-snien u kemm mingħajrhom

ex73269098

ex76169990

ex83015000

ex39269097

ex42033000

ex42034000

ex42050090

ex62171000

ex63079098

2.3.  Felq bl-iżbarra, strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż u ktajjen tal-gruppi li jkopru felq bl-izbarra jew istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż

Noti:

1.  Felq bl-iżbarra huma qajd jew ċrieki tal-għaksa b'mekkaniżmu li jsakkar, marbuta ma' żbarra riġida li tipikament hija tal-metall

2.  Dan il-punt jinkludi felq bl-izbarra u strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

ex73269098

ex76169990

ex83015000

ex39269097

ex42033000

ex42034000

ex42050090

ex62171000

ex63079098

2.4.  Manetti mfassla biex jiġu ankrati mal-ħajt, l-art jew is-saqaf

ex94016100

ex94016900

ex94017100

ex94017900

ex94018000

ex94021000

2.5.  Siġġijiet għat-trażżin mgħammra b'qajd jew apparat ieħor biex irażżan il-bnedmin.

Nota:

Dan il-punt majipprojbix is-siġġijiet mgħammra biss b'ċineg jew ċintorini

ex94029000

ex94032020

ex94032080

ex94035000

ex94037000

ex94038100

ex94038900

2.6.  Twavel tal-qajd u sodod tal-qajd: twavel u sodod bil-qajd jew apparat ieħor li jrażżan il-bnedmin

Nota:

Dan il-punt ma jipprojbix twavel u sodod mgħammra biss b'ċineg jew ċintorini

ex94029000

ex94032020

ex94035000

ex94037000

ex94038100

ex94038900

2.7.  Sodod bil-gaġġa: sodod li jinkludu gaġġa (erba' ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom twavel tal-metall jew oħrajn, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

ex94029000

ex94032020

ex94035000

ex94037000

ex94038100

ex94038900

2.8.  Sodod bix-xibka (erba' ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom xibka, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

 

3.  Apparat li jista' jinġarr li mhuwiex addattat għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex93040000

3.1.  Lembubi jew bsaten magħmulin mill-metall jew materjal ieħor li jkollhom lasta b'ponot tal-metall

ex39269097

ex73269098

3.2.  Tarki b'ponot tal-metall

 

4.  Frosti kif ġej:

ex66020000

4.1.  Frosti oħra b'aktar minn siegla jew strixxa waħda, bħal sawwatiet jew cats o'nine tails

ex66020000

4.2.  Frosti li jkollhom siegla jew strixxa waħda jew aktar li magħhom ikollhom snanar, ganċijiet, takki bil-ponta, wajer tal-metall jew oġġetti simili li jsaħħu l-impatt tas-siegla jew tal-istrixxa

_____________

ANNESS III

Lista ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 11

Nota Introduttorja:

Il-“kodiċi tan-NM” f'dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Fejn l-kodiċi tan-NM ikun preċedut minn “ex”, il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huma biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f'dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Noti:

1.  L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

NB: Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu li l-komponent jew komponenti kkontrollati huwa jew huma l-element prinċipali tal-oġġetti li jkunu qed jiġu akkwistati.

2.  F'xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.  Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex73269098

ex76169990

ex83015000

ex39269097

ex42033000

ex42034000

ex42050090

ex62171000

ex63079098

1.1.  Qajd u ktajjen tal-gruppi

Noti:

1.  Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom

2.  Dan il-punt ma jikkontrollax l‑istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti mill-punt 2.3 tal-Anness II.

3.  Dan il-punt ma jikkontrollax “manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

—  id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, tkun bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;

—  iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta tkun massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;

—  iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta tkun mill-inqas 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll

—  il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

ex73269098

ex76169990

ex83015000

ex39269097

ex42033000

ex42034000

ex42050090

ex62171000

ex63079098

1.2.  Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza ikbar mill-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar

Nota:

Dan il-punt jinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

ex65050010

ex65050090

ex65069100

ex65069910

ex65069990

1.3.  Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq

Nota:

Dan il-punt jinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

 

2.  Armi u apparat maħsuba għall-fini tal‑kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex85437090

ex93040000

2.1.  Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet

Noti:

1.  Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi skont il-partita 2.1 tal-Anness II.

2.  Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess

ex85439000

ex93059900

2.2.  Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1

Nota:

L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:

—  l-unità li tipproduċi xokk elettriku,

—  l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u

—  l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il‑wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x‑xokkijiet elettriċi

ex85437090

ex93040000

2.3.  Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi

 

3.  Armi u apparat għat-tferrix ta' sustanzi kimiċi inkapaċitanti u irritanti għall-finijiet tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża u sustanzi relatati, kif ġej:

ex84242000

ex84248900

ex93040000

3.1.  Armi u tagħmir li jistgħu jinġarru li jew jamministraw doża ta' sustanza kimika inkapaċitanti jew irritanti li jimmiraw lejn individwu wieħed jew iferrxu doża ta' tali sustanza fil-forma ta' daħna ta' sprej ċpar jew sħaba li taffettwa żona żgħira, meta s-sustanza kimika hija amministrata jew imferrxa.

Noti:

1.  Dan il-punt ma jikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal‑Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea(17)

2.  Dan il-punt ma jikkontrollax tagħmir individwali li jista' jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

3.  Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati mill-punti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

ex29242998

3.2.  Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA) (CAS RN 2444-46-4)

ex33019030

3.3.  Oleoreżina tal-kapsiku (OC) (CAS RN 8023-77-6)

ex29242998

ex29399900

ex33019030

ex33021090

ex33029010

ex33029090

ex38249097

3.4.  Taħlitiet li fihom mill-inqas 0.3 % bil-piż ta' PAVA jew OC u solvent (bħall-etanol, 1-propanol jew hexane), li jistgħu jiġu amministrati bħala aġenti inkapaċitanti jew irritanti, b'mod partikolari f'aerosols u f'forma likwida, jew użati għall-manifattura ta' aġenti inkapaċitanti jew irritanti

Noti:

1.  Din il-partita ma tikkontrollax zlazi u preparati għalihom, sopop jew preparati għalihom u kondimenti mħallta jew taħwir, sakemm il-PAVA jew l-OC ma jkunux l-uniku togħma kostitwenti fihom.

2.  Din il-partita ma tikkontrollax prodotti mediċinali li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skont il-liġi tal-Unjoni(18)

ex84242000

ex84248900

3.5.  Tagħmir fiss għat-tifrix ta' sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti, li jista' jitwaħħal mal-ħajt jew ma' saqaf ġo bini, jinkludi ċilindru tal-landa ta' aġenti kimiċi irritanti jew inkapaċitanti u jiġu attivati permezz ta' sistema ta' kontroll mill-bogħod

Nota:

Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

ex84242000

ex84248900

ex93040000

3.6.  Apparat fiss jew li jiġi mmuntat għat-tifrix ta' aġenti kimiċi inkapaċitanti jew irritanti li jkopri firxa wiesgħa u mhux maħsub biex jitwaħħal ma' ħajt jew ma' saqaf ġewwa bini

Noti:

1.  Dan il-punt ma jikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea

2.  Dan il-punt jikkontrolla wkoll kanuni tal-ilma

3.  Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

_________________

ANNESS IV

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali msemmija fl-Artikolu 16

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.  Il-prodotti li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta' injezzjoni letali, huma kif ġej:

 

1.1.  Aġenti anestetiċi barbiturati li jaġixxu fuq perijodu qasir u intermedju jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

ex29335390 [minn (a) sa (f)]

ex29335995 [(g) u (h)]

(a)  amobarbital (CAS RN 57-43-2)

(b)  melħ tas-sodju tal-amobarbital

(CAS RN 64-43-7)

(c)  pentobarbital (CAS RN 76-74-4)

(d)  melħ tas-sodju tal-pentobarbital

(CAS 57-33-0)

(e)  sekobarbital (CAS RN 76-73-3)

(f)  melħ tas-sodju tas-sekobarbital

(CAS RN 309-43-3)

(g)  tijopental (CAS RN 76-75-5)

(h)  melħ tas-sodju tijopental

(CAS RN 71-73-8), magħruf ukoll bħala tijopenton sodiku

ex30039000

ex30049000

ex38249096

Nota:

Dan il-punt ikopri wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi elenkati taħt l-aġenti anestetiċi barbituriċi li jaġixxu fuq perijodu qasir u intermedju.

ANNESS V

Awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni EU GEA [ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament]

—  Parti 1 — Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti kollha elenkati fl-entrati tal-Anness IV tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament u kompli n-nota ta' qiegħ il-paġna] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

Tkopri wkoll il-provvisti ta' assistenza teknika lill-utent aħħari sakemm tali assistenza tkun meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom tkun awtorizzata, jekk dik l-assistenza tkun ipprovduta mill‑esportatur.

—  Parti 2 — Destinazzjonijiet

Mhijiex meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni taħt ir-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] għall‑provvisti ddestinati lejn pajjiż jew territorju li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, li għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jinkludi lil Ceuta, Helgoland u Melilla (l‑Artikolu 34(2)).

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

It-territorji Daniżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

—  Il-Groenlandja

—  Il-Gżejjer Faeroe

It-territorji Franċiżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

—  Il-Kaledonja Ġdida u d-Dipendenzi,

—  Il-Polineżja Franċiża,

—  Saint Barthélemy,

—  Saint Pierre u Miquelon,

—  It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u Antartiċi,

—  Wallis u l-Gżejjer Futuna

It-territorji Olandiżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

—  Aruba,

—  Bonaire,

—  Curaçao,

—  Saba,

—  Sint Eustatius,

—  Sint Maarten

It-territorji Brittaniċi rilevanti li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

—  Anguilla,

—  Il-Bermuda,

—  Ġibiltà,

—  Il-Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar,

—  Il-Gżejjer Falkland,

—  Il-Gżejjer Turks u Kajkos,

—  Montserrat,

—  Sant'Elena u d-Dipendenzi

L-Afrika t'Isfel

L-Albanija

L-Andorra

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Benin

Il-Bolivja

Il-Bosnja-Ħerzegovina

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

L-Ekwador

Il-Filippini

Il-Ġeorġja

Ġibuti

Il-Gabon

Il-Ginea Bissaw

Il-Honduras

L-Iżlanda

L-Iżvizzera (inklużi Büsingen u Campione d'Italia)

Il-Kirgiżistan

Il-Kolombja

Il-Kanada

Il-Kap Verde

Il-Kosta Rika

Il-Liberja

Il-Liechtenstein

Il-Messiku

Il-Moldova

Il-Mongolja

Il-Montenegro

Il-Możambik

In-Namibja

In-Nepal

In-New Zealand

In-Nikaragwa

In-Norveġja

Il-Panama

Il-Paragwaj

Ir-Repubblika Domenicana

Ir-Rwanda

San Marino

São Tomé u Príncipe

Is-Serbja

Is-Seychelles

Timor Leste

It-Togo

It-Turkija

It-Turkmenistan

L-Ukraina

L-Urugwaj

L-Uzbekistan

Il-Venezwela

—  Parti 3 — Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti biex tintuża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni

(1)  Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni ma tistax tintuża:

(a)  jekk l-esportatur ikun ġie pprojbit milli juża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament];

(b)  jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti jew stabbilit ikunu infurmaw lill-esportatur li l-oġġetti kkonċernati huma jew jistgħu jkunu maħsuba, totalment jew parzjalment, jew biex jiġu esportati mill‑ġdid lejn pajjiż terz jew inkella biex jintużaw għall-finijiet ta' piena kapitali f'pajjiż terz;

(c)  jekk l-esportatur ikun jaf jew ikollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li l‑oġġetti kkonċernati huma maħsuba, totalment jew parzjalment, jew biex jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiż terz jew biex jintużaw għall-finijiet ta' piena kapitali f'pajjiż terz;

(d)  jekk l-oġġetti rilevanti jkunu esportati lejn żona ħielsa mid-dazju jew lejn maħżen ħieles mid-dazju li jkun jinsab f'destinazzjoni koperta minn din l‑awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni;

(e)  jekk l-esportatur ikun il-manifattur tal-prodotti mediċinali inkwistjoni u ma jkunx ikkonkluda ftehim legalment vinkolanti mad-distributur, li jkun jobbliga lid-distributur biex jissottometti l-provvisti u t-trasferimenti kollha għall‑konklużjoni ta' ftehim legalment vinkolanti li jimponi fuq il-klijent, preferibbilment soġġett għal penali kuntrattwali dissważiva, il-kundizzjonijiet lli ġejjin:

(i)  li ma jagħmilx użu mill-oġġetti li jkunu waslu mingħand id-distributur għall-piena kapitali;

(ii)  li ma jipprovdix jew li ma jittrasferixxix dawn l-oġġetti lil xi parti terza, jekk il-klijent ikun jaf jew ikollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li l‑oġġetti huma maħsuba biex jintużaw għall-finijiet ta' piena kapitali; u

(iii)  li jimponi l-istess rekwiżiti fuq kwalunkwe parti terza li tista' tkun id-destinatarju ta' provvista jew trasferiment ta' xi oġġetti minn dawn min-naħa tal-klijent.

(f)  jekk l-esportatur ma jkunx il-manifattur tal-prodotti mediċinali kkonċernati u ma jkunx ġab dikjarazzjoni tal-utent aħħari ffirmata mill-utent aħħari fil-pajjiż ta' destinazzjoni;

(g)  jekk l-esportatur ta' prodotti mediċinali ma jkunx ikkonkluda ftehim legalment vinkolanti mad-distributur jew mal-utent aħħari, preferibbilment soġġett għal penali kuntrattwali dissważiva, li jkun jobbliga lid-distributur jew li jkun jobbliga lill-utent aħħari f'każ li l-ftehim ikun ġie konkluż mill-utent aħħari, biex jikseb awtorizzazzjoni minn qabel mingħand l-esportatur għal:

(i)  kwalunkwe trasferiment jew provvista ta' kwalunkwe parti mill-konsenja li tkun diretta lejn awtorità ta' infurzar tal-liġi f'pajjiż jew territorju li ma abolixxiex il-piena kapitali;

(ii)  kwalunkwe trasferiment jew provvista ta' kwalunkwe parti mill-konsenja li tkun diretta lejn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li takkwista/jakkwista l-oġġetti rilevanti jew li tipprovdi/jipprovdi servizzi li jinvolvu l-użu ta' dawk l-oġġetti, lil tali awtorità ta' infurzar tal-liġi, u

(iii)  kwalunkwe riesportazzjoni jew trasferiment ta' kwalunkwe parti mill-konsenja li tkun diretta lejn pajjiż jew territorju li ma abolixxiex il-piena kapitali; jew

(h)  jekk l-esportatur ta' oġġetti għajr prodotti mediċinali ma jkunx ikkonkluda ftehim legalment vinkolanti msemmi fil-punt (g), mal-utent aħħari.

(2)  L-esportaturi li jagħmlu użu minn din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni EU GEA […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament] għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu residenti jew stabbiliti meta jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall‑esportazzjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta' meta sseħħ l-ewwel esportazzjoni.

Fid-dikjarazzjoni doganali; l-esportaturi għandhom jirrapportaw ukoll il-fatt li qed jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni EU GEA […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament] billi fil‑kaxxa 44 jindikaw il-kodiċi rilevanti li jinsab fil-bażi ta' data TARIC.

(3)  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jirrikjedi f'dak li jirrigwarda l-oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall‑esportazzjoni.

Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi residenti jew stabbiliti f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel ma jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall‑esportazzjoni għall-ewwel darba. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament], ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u f'kull każ, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tiġi rċevuta.

_____________

ANNESS VI

Lista tat-territorji tal-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 11(2)

DANIMARKA:

—  Il-Groenlandja

FRANZA:

—  Il-Kaledonja l-ġdida u d-Dipendenzi tagħha,

—  Il-Polineżja Franċiża,

—  It-Territorji Franċiżi tan-Nofs in-Nhar u Antartiċi,

—  Il-Gżejjer Wallis u Futuna,

—  St Pierre u Miquelon.

ĠERMANJA:

—  Büsingen

_____________

ANNESS VII

Formola ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni msemmija fl‑Artikolu 21(1)

Speċifikazzjoni teknika:

Id-daqs tal-formola li ġejja għandu jkun 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta’ 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta’ kejl ta’ wieħed minn għaxra ta’ pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta’ pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta’ kejl ta’ wieħed minn għaxra ta’ pulzier orizzontalment.

20181129-P8_TA-PROV(2018)0467_MT-p0000002.png

20181129-P8_TA-PROV(2018)0467_MT-p0000003.png

[ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ĠU ta' dan ir-Regolament fil-postijiet kollha fejn issir referenza għar-Regolament 1236/2005: kaxxa fuq in-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1, u l-kaxxa 15]

Noti ta’ spjegazzjoni għall-formola

'Awotrizzazzjoni għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura (Regolament (UE) [...ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament])'

Din il-formola ta’ awtorizzazzjoni għandha tintuża għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għal esportazzjoni jew importazzjoni ta’ oġġetti f'konformità mar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament u kkompleta n-nota ta' qiegħ il-paġna korrispondenti] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20). M'għandhiex tintuża biex tiġi awtorizzata l-provvista ta’ assistenza teknika.

L-awtorità tal-ħruġ hija l-awtorità ddefinita fil-punt h tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] stabbilit fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu fuq din il-formola ta’ paġna waħda, li għandha tkun stampata fuq iż-żewġ naħat. L-uffiċċju doganali kompetenti jnaqqas il-kwantitajiet tal-esportazzjoni mill-kwantità totali disponibbli. Għandu jiżgura li l-oġġetti differenti soġġetti għall-awtorizzazzjoni jkunu separati b'mod ċar għal-din l-iskop.

Fejn il-proċeduri nazzjonali tal-Istati Membri jeħtieġu kopji addizzjonali tal-formola (bħal pereżempju għall-applikazzjoni) din il-formola ta’ awtorizzazzjoni tista' tiġi inkluża f'sett ta’ formoli li fihom il-kopji meħtieġa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Fil-kaxxa ta’ fuq il-kaxxa 3 ta’ kull kampjun fil-marġni fuq ix-xellug għandu jiġi indikat b'mod ċar għal-liema skop (pereżempju applikazzjoni, kopja għall-applikant) huma maħsuba l-kopji rilevanti. Kampjun wieħed biss għandu jkun il-formola ta’ awtorizzazzjoni mniżżla fl-Anness VII għar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Kaxxa 1

Applikant:

Jekk jogħġbok indika isem l-applikant u l-indirizz sħiħ.

In-numru doganali tal-applikant jista' wkoll jiġi indikat (fakultattiv fil-biċċa l-kbira tal-każijiet).

It-tip ta’ applikant għandu jiġi indikat (fakultattiv) fil-kaxxa rilevanti, billi jintużaw in-numri 1, 2 jew 4 li jirreferu għall-punti stabbiliti fid-definizzjoni tal-Artikolu 2(i) tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Kaxxa 3

Nru tal-Awtorizzazzjoni:

Jekk jogħġbok imla n-numru u ttikkja jew il-kaxxa tal-esportazzjoni jew dik tal-importazzjoni. 1 Ara l-Artikolu 2(d) u 2(e) u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] għad-definizzjonijiet tat-termini “esportazzjoni” u “importazzjoni”.

Kaxxa 4

Data ta’ skadenza:

Jekk jogħġbok niżżel id-data (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri).

Kaxxa 5

Aġent/rappreżentant

Jekk jogħġbok indika l-isem ta’ rappreżentant debitament awtorizzat jew aġent (doganali) li jaġixxi f'isem l-applikant, jekk l-applikazzjoni ma tkunx ippreżentata mill-applikant. Ara wkoll l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru. 952/201.

Kaxxa 6

Pajjiż fejn jinsabu l-oġġetti:

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill‑kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru. 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21). 1 Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru. 1106/2012(22).

Kaxxa 7

Pajjiż destinatarju:

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) No 1106/2012 .

Kaxxa 10

Deskrizzjoni tal-oġġett:

Jekk jogħġbok qis li tinkludi d-data fuq il-pakkett tal‑oġġetti kkonċernati. Innota li l-valur tal-oġġetti jista' wkoll jiġi indikat f'kaxxa 10.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 10, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, waqt li ssemmi n-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi fil-kaxxa 16.

Din il-formola hija maħsuba għall-użu ta’ mhux aktar minn tliet tipi differenti ta’ oġġetti (ara l-Annessi II u III għar-Regolament (UE) [...ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament]). Jekk ikun meħtieġ li tiġi awtorizzata l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta’ aktar minn tliet tipi ta’ oġġetti, jekk jogħġbok agħti żewġ awtorizzazzjonijiet.

Kaxxa 11

Nru tal-Oġġett:

Din il-kaxxa jeħtieġ li timtela fuq wara tal-formola biss. Jekk jogħġbok żgura li n-Nru tal-Oġġett jikkorrispondi man-numru tal-oġġett stampat f'Kaxxa 11 li jinsab maġenb id-deskrizzjoni tal-oġġett rilevanti fuq in-naħa fejn trid tara.

Kaxxa 14

Rekwiżiti u kondizzjonijiet speċifiċi:

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 14, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, waqt li ssemmi n-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi fil-kaxxa 16.

Kaxxa 16

Numru ta’ annessi:

Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 10 u 14).

ANNESS VIII

Formola ta' awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija msemmija fl‑artikolu 21(1)

Speċifikazzjoni teknika:

Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta' 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment.

20181129-P8_TA-PROV(2018)0467_MT-p0000004.png

20181129-P8_TA-PROV(2018)0467_MT-p0000005.png

[ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament fil-postijiet kollha fejn issir referenza għar-Regolament 1236/2005: kaxxa fuq in-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1, kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-kaxxa 1 (test vertikali), kaxxa 19, kaxxa fuq in-naħa tal-lemin tal-kaxxa "Rapport ta 'użu ta' kwantitajiet awtorizzati"]

Noti ta' spjegazzjoni dwar il-formola

“Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali jew għat-tortura (Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament u kompli n-nota ta' qiegħ il-paġna] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23))”

Din il-formola ta' awtorizzazzjoni tintuża għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għal servizzi ta' senserija skont ir-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

L-awtorità emittenti hija l-awtorità ddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament]. Hija awtorità li hija inkluża fil-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness I ta' dak ir‑Regolament.

Kaxxa 1

Sensar rikjedenti

Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz sħiħ tas-sensar rikjedenti. Sensar huwa definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Kaxxa 3

Nru tal-Awtorizzazzjoni

Jekk jogħġbok niżżel in-numru u mmarka l-kaxxa adatta li tindika jekk l-awtorizzazzjoni hijiex waħda individwali jew globali (ara l-punti (p) u (q) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] għad-definizzjonijiet).

Kaxxa 4

Data ta' skadenza

Jekk jogħġbok niżżel il-jum (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri). Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni individwali hija minn tliet xhur sa tnax‑il xahar u dak ta' awtorizzazzjoni globali minn sena sa tliet snin. Meta l-perijodu ta' validità jintemm, tista' tintalab estensjoni jekk tkun meħtieġa.

Kaxxa 5

Destinatarju

Jekk jogħġbok indika, minbarra l-isem u l-indirizz, jekk id-destinatarju fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni huwiex utent aħħari, distributur kif imsemmija fil-punt (r) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] jew parti li jkollha rwol ieħor fit-tranżazzjoni.

Jekk id-destinatarju jkun distributur iżda juża wkoll parti mill-kunsinna għal użu aħħari speċifiku, jekk jogħġbok immarka kemm “Distributur” kif ukoll “Utent aħħari” u semmi l-użu aħħari fil-kaxxa 11.

Kaxxa 6

Pajjiż terz fejn jinsabu l-oġġetti

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24). Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012(25).

Kaxxa 7

Pajjiż terz ta' destinazzjoni

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r‑Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 9

Stat Membru emittenti

Jekk jogħġbok niżżel fil-linja xierqa kemm l-isem tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 11

Użu aħħari

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni preċiża tal-użu li se jsir mill-oġġetti u indika wkoll jekk l-utent aħħari huwiex awtorità tal-infurzar tal-liġi kif definita fil-punt (c) tal‑Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] jew fornitur ta' taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti soġġetti għal senserija.

Ħalli vojt jekk is-servizzi ta' senserija jiġu pprovduti lil distributur, sakemm id-distributur innifsu ma jużax parti mill-oġġetti għal użu aħħari speċifiku.

Kaxxa 12

Il-post preċiż fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz li se jiġu esportati minnu.

Jekk jogħġbok iddeskrivi fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz li minnu se jiġu fornuti lill-persuna, lill-entità jew lill-korp imsemmija fil-kaxxa 2. Il-post irid ikun indirizz fil-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 6 jew informazzjoni simili li tiddeskrivi fejn jinsabu l-oġġetti. Innota li mhuwiex permess li tniżżel numru ta' kaxxa postali jew indirizz postali simili.

Kaxxa 13

Deskrizzjoni tal-oġġett

Id-deskrizzjoni tal-oġġetti tinkludi referenza għal oġġett speċifiku fl-Anness III jew IV tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament]. Jekk jogħġbok ikkunsidra li tinkludi data dwar l‑imballaġġ tal-oġġetti kkonċernati.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 13, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in‑numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n‑numru ta' annessi f'kaxxa 20.

Kaxxa 14

Nru tal-Oġġett

Din il-kaxxa trid timtela fuq wara tal-formola biss. Jekk jogħġbok żgura li n-Nru tal-Oġġett jikkorrispondi għan-numru tal-oġġett stampat f'Kaxxa 14 li jinsab ħdejn id-deskrizzjoni tal-oġġett rilevanti fuq il-view side.

Kaxxa 15

Kodiċi SA

Il-kodiċi SA huwa kodiċi doganali assenjat lill-oġġetti fis‑Sistema Armonizzata. Meta l-kodiċi min-Nomenklatura Magħquda tal-UE jkun magħruf, dak il-kodiċi jista' jintuża minflok. Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821(26) għall-verżjoni kurrenti tan-Nomenklatura Magħquda.

Kaxxa 17

Munita u valur

Jekk jogħġbok indika l-valur u l-munita billi tuża l-prezz pagabbli (mingħajr ma tikkonvertih). Jekk dak il-prezz ma jkunx magħruf, jiġi ddikjarat il-valur stmat, preċedut bl‑akronimu EV. Il-munita trid tiġi indikata bl-użu tal-kodiċi alfabetiku ISO 4217:2015).

Kaxxa 18

Rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi

Il-kaxxa 18 tikkonċerna l-oġġetti 1, 2 jew 3 (jekk jogħġbok speċifika meta jkun xieraq) deskritti f'kaxxi 14 sa 16 li jippreċeduha. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju fil-kaxxa 18, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi fil-kaxxa 20.

Kaxxa 20

Numru ta' annessi

Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għall-kaxxi 13 u 18).

ANNESS IX

Formola ta' awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika msemmija fl‑Artikolu 21(1)

Speċifikazzjoni teknika:

Id-daqs tal-formola għandu jkun 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment.

20181129-P8_TA-PROV(2018)0467_MT-p0000006.png

[ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament fil-postijiet kollha fejn issir referenza għar-Regolament 1236/2005: kaxxa fuq in-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1, kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-kaxxa 1 (test vertikali) , kaxxa 15]

Noti ta' spjegazzjoni dwar il-formola

“Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali jew għat-tortura (Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament u kompli n-nota ta' qiegħ il-paġna] tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill(27))””

Din il-formola ta' awtorizzazzjoni għandha tintuża biex tawtorizza provvista ta' assistenza teknika skont ir-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament]. Jekk l-assistenza teknika takkumpanja esportazzjoni li tkun ġiet awtorizzata mir-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] jew skont dak ir-Regolament, din il-formola ma tintużax, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

—  l-assistenza teknika tikkonċerna oġġetti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] (ara l-Artikolu 3(2)); jew

l-assistenza teknika relatata ma' oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IV għar‑Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall‑installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-oġġetti esportati (ara l-Artikolu 21(2) u, fir-rigward ta' oġġetti elenkati fl-Anness IV, Parti 1 tal‑Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni EU GEA […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] fl‑Anness V għar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

L-awtorità emittenti hija l-awtorità ddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament]. Hija awtorità li hija inkluża fil-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness I ta' dak ir‑Regolament.

L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu f'din il-formola ta' paġna waħda b'annessi kif meħtieġ.

Kaxxa 1

Fornitur ta' assistenza teknika rikjedenti

Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant. Fornitur ta' assistenza teknika huwa definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Jekk l-assistenza teknika takkumpanja esportazzjoni li tkun ingħatat awtorizzazzjoni, jekk jogħġbok indika wkoll in-numru doganali tal-applikant, jekk ikun possibbli, u indika n-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni relatata fil-kaxxa 14.

Kaxxa 3

Nru tal-Awtorizzazzjoni

Jekk jogħġbok niżżel in-numru u mmarka l-kaxxa adatta li tindika l-Artikolu tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] li l‑awtorizzazzjoni hija bbażata fuqu.

Kaxxa 4

Data ta' skadenza

Jekk jogħġbok niżżel il-jum (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri). Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni huwa minn tliet xhur sa tnax-il xahar. Meta l-perijodu ta' validità jintemm, tista' tintalab estensjoni jekk tkun meħtieġa.

Kaxxa 5

L-attività tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-punt 2

Jekk jogħġbok indika l-attività ewlenija tal-persuna, l-entità jew il-korp li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilhom. It-terminu awtorità tal-infurzar tal-liġi huwa definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Jekk l-attività ewlenija mhijiex fil-lista, immarka “Ebda minn dawn” u ddeskrivi l-attività ewlenija bl-użu ta' kliem ġeneriku (pereżempuju bejjiegħ bl-ingrossa, bejjiegħ bl-imnut, sptar).

Kaxxa 6

Il-pajjiż terz jew l-Istat Membru li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilu.

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28). Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012(29).

Innota li f'kaxxa 6 Stat Membru jitniżżel biss jekk l-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Kaxxa 7

Tip ta' awtorizzazzjoni

Jekk jogħġbok indika jekk il-provvista ta' assistenza teknika tingħatax matul perijodu partikolari u, jekk iva, iddikjara l-perijodu f'jiem, ġimgħat jew xhur li matulu l-fornitur ta' assistenza teknika jrid iwieġeb għal talbiet għal pariri, appoġġ jew taħriġ. Provvista unika ta' assistenza teknika tikkonċerna talba speċifika waħda għal pariri jew appoġġ jew taħriġ speċifiku (anke jekk jikkonċerna kors li jingħata tul diversi ġranet).

Kaxxa 8

Stat Membru emittenti

Jekk jogħġbok niżżel fil-linja xierqa kemm l-isem tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 9

Deskrizzjoni tat-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom.

Jekk jogħġbok iddeskrivi t-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom. Id-deskrizzjoni tinkludi referenza għal oġġett speċifiku fl-Anness II, III jew IV tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Kaxxa 10

Deskrizzjoni tal-assistenza teknika li hija awtorizzata

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-assistenza teknika b'mod ċar u preċiż. Daħħal referenza għad-data u n-numru ta' ftehim konkluż mill-fornitur tal-assistenza teknika jew ehmeż tali ftehim, meta jkun xieraq.

Kaxxa 11

Mod ta' provvista

Kaxxa 11 ma timteliex jekk l-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament].

Jekk l-assistenza teknika tkun ipprovduta minn pajjiż terz għajr il-pajjiż terz fejn ir-riċevitur ikun residenti jew stabbilit, jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 12

Deskrizzjoni tat-taħriġ dwar l-użu ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom

Jekk jogħġbok indika jekk l-appoġġ tekniku jew is-servizz tekniku kopert bid-definizzjoni ta' assistenza teknika fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) […ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ĠU ta' dan ir-Regolament] jinkludix taħriġ għall-utenti tal-oġġetti rilevanti. Jekk jogħġbok iddikjara x'tip ta' utenti se jirċievu dak it-taħriġ u speċifika l-objettivi u l-kontenuti tal-programm ta' taħriġ.

Kaxxa 14

Rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju fil-kaxxa 14, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi fil-kaxxa 16.

Kaxxa 16

Numru ta' annessi

Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 10 u 14).

ANNESS X

Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi

Regolament (KE) Nru 1236/2005 tal-Kunsill

(ĠU L 200, 30.7. 2005, p. 1)

 

 

Regolament (KE) Nru 1377/2006 tal-Kummissjoni

(ĠU L 255, 19.9.2006, p. 3)

 

 

Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal- Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 11)

It-tlettax-il iniċiż biss tal-Artikolu 1(1) f'dak li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 1236/2005, u l-punt 13(5) tal-Anness

 

Regolament (KE) Nru 675/2008 tal-Kummissjoni

(ĠU L 189, 17.7.2008, p. 14)

 

 

Regolament (UE) Nru 1226/2010 tal-Kummissjoni

(ĠU L 336, 21.12.2010, p. 13)

 

 

Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2011 tal‑Kummissjoni

(ĠU L 338, 21.12.2011, p. 31)

 

 

Regolament (KE) Nru 517/2013tal- Kunsill

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1)

Biss l-Artikolu 1(1)(n), ir-raba' inċiż u l-punt 16(4) tal-Anness

 

Regolament (UE) Nru 585/2013 tal-Kummissjoni

(ĠU L 169, 21.6.2013, p. 46)

 

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew

u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1)

Il-punt 12 biss tal-Anness

 

Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 775/2014

tal Kummissjoni

(ĠU L 210, 17.7.2014, p. 1)

 

 

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1113

(ĠU L 182, 10.7.2015, p. 10)

 

Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew

u tal-Kunsill

(ĠU L 338, 13.12.2016, p. 1)

 

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/181

(ĠU L 40, 13.2.2018, p. 1)

 

_______________________

ANNESS XI

tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Dan ir-Regolament

Artikoli 1

Artikoli 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4a

Artikolu 5

Artikolu 4b

Artikolu 6

Artikolu 4c

Artikolu 7

Artikolu 4d

Artikolu 8

Artikolu 4e

Artikolu 9

Artikolu 4f

Artikolu 10

Artikolu 5

Artikolu 11

Artikolu 6(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttorja

Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttorja

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(3), frażi introduttorja

Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(3), punt 3.1

Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(3), punt 3.2

Artikolu 12(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6a

Artikolu 13

Artikolu 7

Artikolu 14

Artikolu 7a

Artikolu 15

Artikolu 7b

Artikolu 16

Artikolu 7c(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 7c(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 7c(3), frażi introduttorja

Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7c(3), punt 3.1

Artikolu 17(3), it-tieni subpargarfu

Artikolu 7c(3), punt 3.2

Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7c(3), punt 3.3

Artikolu 17(3), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 7c(4)

Artikolu 17(4)

Artikolu 7d

Artikolu 18

Artikolu 7e

Artikolu 19

Artikolu 8

Artikolu 20

Artikolu 9

Artikolu 21

Artikolu 10

Artikolu 22

Artikolu 11

Artikolu 23

Artikolu 12

Artikolu 24

Artikolu 12a

Artikolu 25

Artikolu 13(1), (2) u (3)

Artikolu 26(1), (2) u (3)

Artikolu 13(3a)

Artikolu 26(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 26(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 26(6)

Artikolu 13a

Artikolu 27

Artikolu 14

Artikolu 28

Artikolu 15a

Artikolu 29

Artikolu 15b

Artikolu 30

Artikolu 15c

Artikolu 31

Artikolu 15d

Artikolu 32

Artikolu 17

Artikolu 33

Artikolu 18

Artikolu 34

-

Artikolu 35

Artikolu 19

Artikolu 36

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IIIa

Anness IV

Anness IIIb

Anness V

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VI

Anness VIII

Anness VII

Anness IX

-

Anness X

-

Anness XI

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
(2)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018.
(3)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).
(4)Ara Anness X.
(5)Riżoluzzjoni 3452 (XXX) tad-9 ta' Diċembru 1975 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
(6)Riżoluzzjoni 34/169 tas-17 ta' Diċembru 1979 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
(7)Approvat bir-Riżoluzzjonijiet 663 C (XXIV) tal-31 ta' Lulju 1957 u 2076 (LXII) tat-13 ta Mejju 1977 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.
(8)Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
(9)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal- 5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
(10)Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l‑ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l‑Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan‑NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l‑importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).
(11)Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data , u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad- Data ) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12)Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(13)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14)Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(15)Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l‑aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(16)Ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l‑istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(17)L-aħħar verżjoni adottata mill-Kunsill fis-26 ta’ Frar 2018 (ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1).
(18)Ara b'mod partikolari r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal‑31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas‑6 ta' Novembru 2001 fuq il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti mediċiali għall-użu uman (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67)
(19)Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas […] dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L […], […], p. […]).
(20)Regolament (UE) […] tal-Parlament u tal-Kunsill ta' […] dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti (ĠU L,).
(21)Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).
(22)Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas- 27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r‑Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan‑nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).
(23)Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas […] dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L).
(24)Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).
(25)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).
(26)Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l‑istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).
(27)Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas […] dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L […], […], p. […]).
(28)Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).
(29)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).


Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I
PDF 531kWORD 58k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali (COM(2018)0719 – C8-0448/2018 – 2018/0371(COD))(1)
P8_TA-PROV(2018)0468A8-0370/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippermetti l-impenn mill-ġdid tal-ammonti li fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, kif previst skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil.
(1)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippermetti l-impenn mill-ġdid tal-ammonti li fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, kif previst skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'oqsma speċifiċi tal-migrazzjoni u l-asil. L-għan huwa wkoll li jiżgura li tali impenn mill-ġdid jew allokazzjoni jsiru b'mod trasparenti.
_____________
__________________
8.  Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
8.  Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq biex ikomplu jimplimentaw ir-rilokazzjoni billi jimpenjaw mill-ħdid l-ammonti għall-istess azzjoni fil-programmi nazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli, jekk ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, li dan il-finanzjament jintuża wkoll biex jindirizza sfidi oħra fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, skont ir-Regolament dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma jibqgħu sinifikanti. Jenħtieġ li l-impenji mill-ġdid tal-ammonti msemmija hawn fuq għall-istess azzjoni, jew it-trasferiment tagħhom għal azzjonijiet oħrajn taħt il-programm nazzjonali, ikunu possibbli biss darba u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
(4)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq biex ikomplu jimplimentaw ir-rilokazzjoni billi jimpenjaw mill-ġdid l-ammonti għall-istess azzjoni fil-programmi nazzjonali. Bħala minimu, jenħtieġ li l-Istati Membri jerġgħu jimpenjaw 20 % ta' dawk l-ammonti għal azzjonijiet fi programmi nazzjonali, għar-rilokazzjoni ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc. Għall-bqija ta' dawk l-ammonti, , jenħtieġ li jkun possibbli, fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, li jiġu ffinanzjati azzjonijiet speċifiċi previsti fil-Kapitoli II u III fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, skont ir-Regolament dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, speċjalment għall-iżvilupp ta' aspetti tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, b'mod partikolari r-riunifikazzjoni tal-familji jew għall-appoġġ tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'dawk l-oqsma jibqgħu sinifikanti. Jenħtieġ li l-impenji mill-ġdid tal-ammonti msemmija hawn fuq għall-istess azzjoni, jew it-trasferiment tagħhom għal azzjonijiet oħrajn taħt il-programm nazzjonali, ikunu possibbli biss darba u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-allokazzjoni tal-fondi sseħħ b'rispett sħiħ tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari dawk tal-effiċjenza u t-trasparenza.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-grupp fil-mira eliġibbli għal rilokazzjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu r-rilokazzjonijiet.
(5)  Il-grupp fil-mira eliġibbli għal rilokazzjoni, kif ukoll il-pajjiżi li fihom issir ir-rilokazzjoni, jenħtieġ li jiġu estiżi biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu r-rilokazzjonijiet. Jenħtieġ li l-prijorità tingħata lir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati, ta' applikanti vulnerabbli oħra u ta' membri tal-familja ta' benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jużaw l-ammonti impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra qabel id-diżimpenn ta' dawn l-ammonti. Għalhekk, meta tali impenji mill-ġdid jew trasferimenti ta' ammonti taħt il-programm nazzjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li kienu twettqu fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li japprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment ikkonċernat.
(7)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jużaw l-ammonti impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra qabel id-diżimpenn ta' dawn l-ammonti. Għalhekk, meta tali impenji mill-ġdid jew trasferimenti ta' ammonti taħt il-programm nazzjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li kienu twettqu fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li japprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment ikkonċernat.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti għal azzjonijiet oħra fl-ambitu tal-programm nazzjonali u tal-impenji mill-ġdid.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Mingħajr emendar tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 qabel tmiem l-2018, il-finanzjament rilevanti mhux se jibqa' disponibbli għall-użu tal-Istati Membri fl-ambitu tal-programmi nazzjonali sostnuti mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Minħabba l-urġenza tal-emendar tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, huwa xieraq li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – titolu
(-1)  It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Riżorsi għat-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali
"Riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali";
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 1
(1)  Fil-paragrafu 1, il-kliem “benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali” huwa sostitwit bil-kliem “applikant għal protezzjoni jew benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali”;
imħassar
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 1
(1a)  Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
“1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 000 għal kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru ieħor.
“1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 10 000 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali u kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ttrasferit minn Stat Membru ieħor.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali.
3.  L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom għal azzjonijiet speċifiċi oħra previsti skont il-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali. Il-finanzjament għandu jiġi allokat b'mod trasparenti u effiċjenti bi qbil mal-objettivi tal-programm nazzjonali.
Fir-rigward tal-ammonti li jirriżultaw mill-miżuri provviżorji stabbiliti bid-Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, tal-anqas 20 % tal-ammonti għall-impenn mill-ġdid għandhom jiġu impenjati mill-ġdid għal azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali għar-rilokazzjoni tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3a
3a.  Għall-għan tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 huma impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni.
3a.  Għall-fini tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 jiġu impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti ta' ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programmi nazzjonali u l-impenji mill-ġdid.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 4
(4)  Fil-paragrafu 4, il-kliem “benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali” huma sostitwiti bil-kliem “applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali”.
imħassar
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 516/2014
Artikolu 18 – paragrafu 4
(4a)  Il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
4.  Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari b'kont meħud tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.
4.  Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fil-qies tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor u għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0370/2018).


Adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Istati tal-Paċifiku ***
PDF 317kWORD 50k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (12281/2018 – C8-0434/2018 – 2018/0291(NLE))
P8_TA-PROV(2018)0469A8-0376/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12281/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0434/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea , min-naħa l-oħra(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 ( il-Ftehim ta' Cotonou)(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0376/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tas-Samoa mal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tas-Samoa.

(1) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 2.
(2) ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 19.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.


Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
PDF 315kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N8-0120/2018 – C8-0466/2018 – 2018/0905(NLE))
P8_TA-PROV(2018)0470A8-0380/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Novembru 2018 għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (C8-0466/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0380/2018),

A.  billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jressaq lill-Parlament il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju u li l-President għandu jintgħażel abbażi ta' proċedura miftuħa ta' għażla minn fost l-individwi mhux membri tal-Kunsill Governattv li għandhom reputazzjoni u esperjenza rikonoxxuta f'operazzjonijiet bankarji u finanzjarji;

B.  billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dak ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.  billi, b'ittra bid-data tas-7 ta' Novembru 2018, il-Bank Ċentrali Ewropew ippreżenta lill-Parlament proposta għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju;

D.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad għadda għall-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1024/2013; billi fit-twettiq ta' dik l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat propost;

E.  billi l-kumitat organizza smigħ mal-kandidat propost fl-20 ta' Novembru 2018, li matulu l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat;

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra ta' Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 320, 30.11.2013, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing
PDF 514kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing) (COM(2018)0667 – C8-0430/2018 – 2018/2240(BUD))
P8_TA-PROV(2018)0471A8-0377/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0667 – C8-0430/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0377/2018),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jagħtu appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex jassistuhom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja jenħtieġ li tkun dinamika u disponibbli b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u rapidu;

C.  billi l-awtoritajiet Griegi ssottomettew l-applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 550 sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 58 ta' NACE Reviżjoni 2 (Attivitajiet ta' pubblikazzjoni) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta' Attika (EL30) fil-Greċja;

D.  billi l-l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG, li jeħtieġ li mill-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja tul perjodu referenzjarju ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell ta' diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2, u li jkunu jinsabu f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi, jew f'iktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2, dment li jkun hemm iktar minn 500 ħaddiem milquta fi tnejn mir-reġjuni kollha flimkien fi Stat Membru;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li, għalhekk, il-Greċja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 308 500 skont dan ir-Regolament, ammont li jirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 3 847 500;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw l-applikazzjoni fit-22 ta' Mejju 2018, u li, wara li l-Greċja tat informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fl-4 ta' Ottubru 2018 u nnotifikat lill-Parlament fl-istess jum u b'hekk irrispettat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa;

3.  Jinnota li l-Greċja ssostni li s-sensji huma marbuta mal-kriżi finanzjarja u ekonomika, b'mod partikolari l-effetti tagħha fuq l-ekonomija Griega li jinkludu t-tnaqqis fil-PDG reali per capita, iż-żieda fil-qgħad, it-tnaqqis fis-salarji u t-tnaqqis fl-introjtu tal-unitajiet domestiċi flimkien mal-evoluzzjoni diġitali rapida li, flimkien mat-tnaqqis fl-infiq fuq ir-reklamar li jsir minn entitajiet sinifikanti li jirreklamaw, qed jittrasformaw lis-settur tal-pubblikazzjoni; jinnota li s-settur qed jaffaċċja tnaqqis fid-dħul kemm mir-reklamar kif ukoll mill-bejgħ;

4.  Ifakkar li s-sensji li ngħataw fi tliet intrapriżi li joperaw fis-settur tal-pubblikazzjoni Grieg huma mistennija jpoġġu pressjoni negattiva konsiderevoli fuq l-ekonomija lokali, u li l-impatt tas-sensji huwa marbut mad-diffikultajiet tal-fatt li l-ħaddiema jiġu impjegati mill-ġdid minħabba l-iskarsezza tal-impjiegi, min-nuqqas ta' korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali li jikkorrispondu mal-bżonnijiet rikonoxxuti fis-suq tax-xogħol u mill-għadd kbir ta' ħaddiema li qed ifittxu impjieg;

5.  Jenfasizza bi tħassib li r-reġjun ta' Attika jirrappreżenta proporzjon kbir ta' qgħad u ta' qgħad fit-tul fil-Greċja fejn il-qgħad għadu għoli;

6.  Ifakkar li din hi t-tieni applikazzjoni mill-Greċja għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-attivitajiet ta' pubblikazzjoni f'Attika, wara l-applikazzjoni EGF/2014/018 fl-2014 u d-deċiżjoni pożittiva dwarha(4);

7.  Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda l-550 ħaddiem li ngħataw is-sensja, u li għadd kbir minnhom huma nisa (41,82 %); jinnota wkoll li 14,73 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom aktar minn 55 sena filwaqt li 1,6 % għandhom anqas minn 30 sena; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dan, l-importanza tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol kofinanzjati mill-FEG favur it-titjib tal-possibbiltajiet ta' reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' dawn il-gruppi vulnerabbli;

8.  Jilqa' l-fatt li l-offerta ppjanata ta' taħriġ tirrifletti t-tagħlimiet misluta mill-ewwel applikazzjoni EGF-2014-018 GR/Attica li, skont evalwazzjoni li għaddejja bħalissa, kisbet rati ta' integrazzjoni tajbin;

9.  Jinnota li ebda miżura ma hija ppjanata għaż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEET) minkejja li r-rati tan-NEETs għadhom f'livelli għoljin fil-Greċja;

10.  Jissottolinja li l-allowances finanzjarji jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira u jistgħu jservu ta' inċentiv reali fil-kuntest ekonomiku speċifiku tal-Greċja;

11.  Jinnota li l-allowances u l-inċentivi finanzjarji, jiġifieri l-inċentivi għar-reklutaġġ, il-benefiċċju għat-tfittix ta' impjieg u l-benefiċċju għat-taħriġ huma qrib il-massimu ta' 35 % kif stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG;

12.  Jinnota li l-Greċja qiegħda tippjana ħames tipi ta' azzjonijiet għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma koperti minn din l-applikazzjoni: (i) gwida okkupazzjonali u għajnuna għat-tfittix ta' impjieg; (ii) taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali f'konformità mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; (iii) kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju; (iv) benefiċċju għat-tfittix ta' impjieg u benefiċċju għat-taħriġ; (v) inċentivi għar-reklutaġġ;

13.  Jirrikonoxxi li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati ġie mfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-Unjoni tal-Ġurnalisti tal-Gazzetti li Joħorġu ta' Kuljum f'Ateni (ΕΣΗΕΑ), l-Unjoni tal-Impjegati tal-Gazzetti ta' Kuljum f'Ateni (ΕΠΗΕΑ) u l-Ministeru tax-Xogħol;

14.  Jisħaq li l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u li kwalunkwe finanzjament doppju se jkun evitat;

15.  Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati jenħtieġ li jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet rikjesti, u jenħtieġ li jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

16.  Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, jew miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi u jilqa' b'sodisfazzjon il-konferma min-naħa tal-Greċja f'dan ir-rigward;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jipprovdu aktar dettalji, fi proposti futuri, dwar is-setturi li jkollhom prospettivi ta' tkabbir, u li għalhekk aktarx jirreklutaw in-nies, kif ukoll biex jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba permezz tal-FEG;

18.  Ifakkar fit-talba tiegħu li l-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

19.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(6), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ( FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(7).

(3)  Fit-22 ta' Mejju 2018, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-attivitajiet ta' pubblikazzjoni fir-reġjun ta' Attica. Din kienet issupplimentata minn informazzjoni addizzjonali pprovduta f'konformità mal-Artikolu 8(3) tarRegolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)  Għaldaqstant, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 2 308 500 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja.

(5)  Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista' jkun, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja għall-2018, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 308 500 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika minn... [data tal-adozzjoni tagħha](8).

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Deċiżjoni (UE) 2015/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/018 GR/Attica broadcasting, imressqa mill-Greċja) (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 29-30).
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(6) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(8)* Id-data li għandha tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.


Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I
PDF 650kWORD 69k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 – C8-0326/2017 – 2017/0245(COD))(1)
P8_TA-PROV(2018)0472A8-0356/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa -1 (ġdida)
(-1)  Il-ħolqien ta' żona li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-funzjonament normali u t-tisħiħ ta' żona bħal din, li hija bbażata fuq il-fiduċja u s-solidarjetà, ikunu objettiv komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jkunu qablu li jieħdu sehem fiha. Fl-istess waqt, hemm bżonn li jkollna risposta komuni għas-sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta' dik iż-żona, jew ta' partijiet minnha, billi tkun permessa r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri mal-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bħala l-aħħar għażla, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 1
(1)  F'żona fejn il-persuni jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu, id-dħul mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jenħtieġ li jibqa' l-eċċezzjoni. Ir-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni jenħtieġ li tkun deċiża biss bħala l-aħħar miżura, għal perjodu limitat ta' żmien u sal-punt li l-kontrolli huma meħtieġa u proporzjonati mat-theddidiet serji identifikati għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.
(1)  F'żona fejn il-persuni jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu, ir-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni jenħtieġ li jibqa' l-eċċezzjoni. Peress li l-moviment liberu tal-persuni huwa affettwat mir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni, jenħtieġ li din tiġi riintrodotta biss bħala l-aħħar miżura, għal perjodu limitat ta' żmien u sal-punt li l-kontrolli huma meħtieġa u proporzjonati mat-theddidiet serji identifikati għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna. Jenħtieġ li kwalunkwe miżura bħal din tiġi rtirata hekk kif ir-raġunijiet sottostanti għaliha ma jibqgħux preżenti.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Il-migrazzjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni minn għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li, bħala tali, ma jitqiesx bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 2
(2)  It-theddidiet serji identifikati jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' miżuri differenti, skont in-natura u l-iskala tagħhom. L-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ukoll is-setgħat tal-pulizija, kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)8, li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jintużaw f'żoni tal-fruntiera. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonati mill-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen9 tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri għal dan l-għan.
(2)  It-theddidiet serji identifikati jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' miżuri differenti skont in-natura u l-iskala tagħhom. Filwaqt li għadu ċar li s-setgħat tal-pulizija huma jvarjaw kemm fit-tip kif ukoll fl-għan tagħhom meta mqabbla mal-kontroll fil-fruntieri, l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk is-setgħat tal-pulizija, kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)8, li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jintużaw f'żoni tal-fruntiera. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonati mill-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen9 tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri għal dan l-għan.
__________________
__________________
8 ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
8 ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
9 C(2017) 3349 final, 12.05.2017.
9 C(2017) 3349 final, 12.05.2017.
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Qabel jirrikorru għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preċedenza lil miżuri alternattivi. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat, fejn ikun meħtieġ u ġustifikat, jikkunsidra li juża b'mod aktar effettiv jew jintensifika l-verifiki tal-pulizija fit-territorju tiegħu, inkluż fiż-żoni tal-fruntieri u r-rotot tat-trasport ewlenin abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li jiżgura li dawk il-verifiki tal-pulizija ma jkollhomx il-kontroll fil-fruntieri bħala objettiv. It-teknoloġiji moderni huma strumentali fl-indirizzar ta' theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw jekk is-sitwazzjoni tistax tiġi indirizzata b'mod adegwat permezz ta' aktar kooperazzjoni transfruntiera, kemm mill-aspett operattiv kif ukoll minn dak tal-iskambju ta' informazzjoni bejn is-servizzi tal-pulizija u s-servizzi tal-intelligence.
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Premessa 4
(4)  Madankollu, l-esperjenza wriet li ċertu theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, bħal theddidiet terroristiċi transfruntier jew każijiet speċifiċi ta' movimenti sekondarji ta' migranti irregolari fl-Unjoni li jiġġustifikaw r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, jistgħu jippersistu sew aktar mill-perjodi msemmija hawn fuq. Għalhekk huwa meħtieġ u ġġustifikat li l-limiti ta' żmien applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri jkun aġġustati għall-ħtiġijiet attwali, filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura ma tiġix abbużata u tibqa' eċċezzjoni, li għandha tintuża biss meta ma jkun baqa' xejn aktar xi jsir. Għal dan l-għan, l-iskadenza ġenerali applikabbli skont l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun estiża għal sena.
(4)  Madankollu, l-esperjenza wriet li rarament ikun hemm il-ħtieġa li jiġu riintrodotti kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni għal perjodi ta' aktar minn xahrejn. Huwa biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali li ċertu theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna jaf jippersisti lil hinn mill-perjodi massimi ta' sitt xhur li bħalissa huma awtorizzati għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni. Għalhekk huwa neċessarju li l-limiti ta' żmien applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri jiġu aġġustati, filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura ma tiġix abbużata u tibqa' eċċezzjoni, li tkun mistennija tintuża biss meta ma jkun baqa' xejn aktar xi jsir.
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Kull deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni jenħtieġ li tiġi interpretata b'mod strett u l-kunċett tal-ordni pubbliku jippresupponi l-eżistenza ta' theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 5
(5)  Sabiex jiġi garantit li dawn il-kontrolli fuq il-fruntieri interni jibqgħu l-eċċezzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu valutazzjoni tar-riskju dwar ir-riintroduzzjoni maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntieri jew dwar l-estensjoni tagħha. Il-valutazzjoni tar-riskju jinħtieġ li, b'mod partikolari, tivvaluta, kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, turi li l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza u tispjega kif il-kontroll fuq il-fruntieri se jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat. F'każ ta' kontroll fuq il-fruntieri interni li jaqbżu s-sitt xhur, l-istima tar-riskju jenħtieġ li turi wkoll b'mod retrospettiv l-effiċjenza tal-kontroll fuq il-fruntieri riintrodotti fl-indirizzar tat-theddid identifikat u tispjega fid-dettall kif kull Stat Membru ġar affettwat minn tali estensjoni ġie kkonsultat u involut biex ikunu determinati l-eħfef arranġamenti operazzjonali.
(5)  Sabiex jiġi garantit li dawn il-kontrolli fil-fruntieri interni jkunu l-aħħar miżura u jibqgħu l-eċċezzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw valutazzjoni tar-riskju dwar l-estensjoni maħsuba tal-kontrolli fil-fruntieri lil hinn minn xahrejn. Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li, b'mod partikolari, tivvaluta kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, turi li l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza, b'mod partikolari billi turi li kwalunkwe miżuri alternattivi oħra wrew li mhumiex biżżejjed jew fil-verità dan huwa minnu, u tispjega kif il-kontroll fil-fruntieri ser jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat. Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li turi wkoll b'mod retrospettiv l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontroll fil-fruntieri riintrodotti fl-indirizzar tat-theddid identifikat u tispjega fid-dettall kif kull Stat Membru ġar affettwat minn tali estensjoni ġie kkonsultat u involut biex ikunu determinati l-eħfef arranġamenti operazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li jikklassifikaw, fejn meħtieġ, l-informazzjoni kollha pprovduta jew partijiet minnha.
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Meta r-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni tkun marbuta ma' avvenimenti speċifiċi previsti ta' natura u żmien ta' eċċezzjoni, bħal attivitajiet sportivi, it-tul tagħha jenħtieġ li jkun preċiż ħafna, limitat u marbut mat-tul attwali tal-avveniment.
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 6
(6)  Il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata mill-Istati Membri se tkun importanti ħafna għall-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntiera. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Europol jenħtieġ li jkunu involuti f'din il-valutazzjoni.
(6)  Il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata mill-Istati Membri se tkun importanti ħafna għall-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni maħsuba tal-kontroll fil-fruntiera. Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jkunu involuti f'din il-valutazzjoni.
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Premessa 7
(7)  Is-setgħa tal-Kummissjoni li toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 27(4) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata biex tirrifletti obbligi ġodda fuq l-Istati Membri relatati mal-valutazzjoni tar-riskju, inkluża l-kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati. Meta kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jitwettqu għal aktar minn sitt xhur, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun obbligata li toħroġ opinjoni. Barra minn hekk il-proċedura ta' konsultazzjoni kif prevista fl-Artikolu 27(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata sabiex tirrifletti r-rwol tal-Aġenziji (l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Europol) u biex tiffoka fuq l-implimentazzjoni prattika ta' diversi aspetti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż il-koordinazzjoni, fejn xieraq, ta' miżuri differenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.
(7)  Il-proċedura ta' konsultazzjoni kif prevista fl-Artikolu 27(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata sabiex tirrifletti r-rwol tal-Aġenziji tal-Unjoni u biex tiffoka fuq l-implimentazzjoni prattika ta' diversi aspetti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 8
(8)  Sabiex tagħmel ir-regoli riveduti adattati aħjar għall-isfidi relatati persistenti ta' theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, jeħtieġ li tkun prevista l-possibilità li l-kontrolli fuq il-fruntieri interni jkunu mtawla għal aktar minn sena. Estensjoni bħal din għandha takkumpanja miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonati meħuda wkoll fit-territorju sabiex tiġi indirizzata t-theddida, bħal pereżempju stat ta' emerġenza. Fi kwalunkwe każ, possibbiltà bħal din ma jenħtieġx li twassal għal titwil ulterjuri tal-kontrolli temporanji fuq il-fruntieri interni għal aktar minn sentejn.
(8)  Sabiex tagħmel ir-regoli riveduti adattati aħjar għall-isfidi relatati persistenti ta' theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, jeħtieġ li tkun prevista l-possibilità li l-kontroll fil-fruntieri interni jkunu mtawla għal aktar minn sitt xhur fuq bażi eċċezzjonali. Estensjoni bħal din għandha takkumpanja miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonati meħuda wkoll fit-territorju sabiex tiġi indirizzata t-theddida, bħal pereżempju stat ta' emerġenza. Fi kwalunkwe każ, possibbiltà bħal din ma jenħtieġx li twassal għal titwil ulterjuri tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni għal aktar minn sena.
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   In-neċessità u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni ta' kontroll fil-fruntieri interni għandhom jiġu bbilanċjati kontra t-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna li tagħti lok għall-ħtieġa ta' tali riintroduzzjoni, kif ukoll għandu jsir għal miżuri alternattivi li jistgħu jittieħdu f'livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni, jew fit-tnejn, u l-impatt ta' tali kontroll fuq il-moviment liberu ta' persuni fiż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni.
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessa 9
(9)  Ir-referenza għall-Artikolu 29 fl-Artikolu 25(4) għandha tiġi emendata bil-ħsieb li tiċċara r-relazzjoni bejn il-perjodi ta' żmien applikabbli skont l-Artikolu 29 u l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 10
(10)  Il-possibbiltà li jitwettqu kontrolli fuq il-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna li tippersisti wara sena għandhom ikunu suġġetti għal proċedura speċifika.
(10)  Il-possibbiltà li jitwettqu kontrolli fil-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna li tippersisti wara sitt xhur għandhom ikunu soġġetti għal proċedura speċifika li tirrikjedi rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 11
(11)  Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali estensjoni u, fejn xieraq, dwar il-kooperazzjoni ma' Stati Membri ġirien.
(11)  Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ opinjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali estensjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi informat minnufih dwar l-estensjoni proposta. Jenħtieġ li l-Istati Membri affettwati jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha.
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Premessa 13
(13)  Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda estensjoni oħra straordinarji bħal dawn u, fejn ikun xieraq, jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, bl-għan li jiġi żgurat li din hija miżura eċċezzjonali, fis-seħħ biss sakemm ikun meħtieġ u ġustifikat, u konsistenti mal-miżuri meħuda wkoll fuq livell nazzjonali fit-territorju biex jindirizza l-istess theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun prerekwiżit għal kwalunkwe estensjoni ulterjuri lil hinn mill-perjodu ta' sena u għaldaqstant trid tkun tal-istess natura bħal dik diġà prevista fl-Artikolu 29.
(13)  Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda estensjoni oħra straordinarji bħal dawn u, fejn ikun xieraq, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, bl-għan li jiġi żgurat li din hija miżura eċċezzjonali, fis-seħħ biss sakemm ikun meħtieġ u ġustifikat, u konsistenti mal-miżuri meħuda wkoll fuq livell nazzjonali fit-territorju biex jindirizza l-istess theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun prerekwiżit għal kwalunkwe estensjoni ulterjuri lil hinn mill-perjodu ta' sitt xhur. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tintbagħat minnufih lill-Parlament Ewropew.
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-miżuri meħuda skont il-proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni jenħtieġ li ma jiġux estiżi permezz jew ikkombinati ma' miżuri meħuda taħt proċedura oħra għar-riintroduzzjoni jew għall-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni kif previst fir-Regolament (UE) 2016/399.
Emenda 19
Proposta għal Regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Meta tqis li Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati li jissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, tieħu miżuri adegwati f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkluż billi tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 20
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew għall-perijodu prevedibbli tat-theddida serja jekk il-perijodu jaqbeż it-30 jum, iżda ma jaqbiżx is-sitt xhur. L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja.
1.  Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jirriintroduċi l-kontroll fil-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat bħala l-aħħar miżura. L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li huwa strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja.
Emenda 21
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jiġu introdotti mill-ġdid biss bħala l-aħħar soluzzjoni, u f'konformità mal-Artikoli 27, 27a, 28 u 29. Il-kriterji msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 26 u 30, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kkunsidrata deċiżjoni dwar r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 27, 27a, 28 jew 29 rispettivament.
imħassar
Emendi 22 u 52
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 3
3.  Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti lil hinn mill-perjodu previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 26 u f'konformità mal-Artikolu 27, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jikkunsidra kull element ġdid, għal perjodi li jistgħu jiġġeddu li jikkorrispondi għad-durata prevedibbli tat-theddida serja u mhux għal aktar minn sitt xhur.
imħassar
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 25 – paragrafu 4
Il-perjodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, inkluż kwalunkwe estensjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż is-sena.
imħassar
Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 27a, dak il-perjodu totali jista' jiġi estiż għal żmien massimu ta' sentejn b'konformità ma' dak l-Artikolu.
Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 29, il-perjodu totali jista' jiġi estiż bi żmien massimu ta' sentejn b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.
Emenda 24
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 26
(1 a)  L-Artikolu 26 jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 26
"Artikolu 26
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni
Kriterji għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni
Fejn Stat Membru jiddeċiedi, bħala l-aħħar soluzzjoni, li jintroduċi mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli ta' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ta' xi partijiet minnhom jew jiddeċiedi li jestendi tali introduzzjoni mill-ġdid, taħt l-Artikolu 25 jew l-Artikolu 28(1), huwa għandu jivvaluta sa fejn miżura x'aktarx li tirrimedja b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Meta jagħmel dawn il-valutazzjonijiet, l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jqis dawn li ġejjin:
Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi, bħala miżura tal-aħħar istanza, li jirriintroduċi b'mod temporanju kontroll fil-fruntiera ma' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ma' xi partijiet minnhom, jew jiddeċiedi li jestendi tali riintroduzzjoni temporanju, huwa għandu jivvaluta:
(a)  jekk ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri tistax titqies li x'aktarx li tirrimedja b'mod suffiċjenti t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
(b)  jekk miżuri għajr ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri mal-fruntieri interni, bħal aktar kooperazzjoni transfruntiera bejn il-pulizija jew intensifikazzjoni tal-kontrolli tal-pulizija, humiex probabbli li jirrimedjaw b'mod suffiċjenti t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
(c)  il-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni meta mqabbla mat-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, b'mod partikolari billi jqis:
(a)   l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata;
(i)   l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata; kif ukoll
(b)   l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.
(ii)   l-impatt probabbli tar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni rigward il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni.
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li ma tkunx ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi kontrolli fil-fruntieri interni.
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, li miżuri għajr ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li tkun ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni u għandu jieħu l-miżuri l-oħra.
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni proposta tal-kontrolli fil-fruntieri interni mhijiex proporzjonali għat-theddida, dan ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni.";
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -i (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – titolu
(-i)  It-titolu jinbidel b'dan li ġej:
Proċedura għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 25
"Proċedura għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni f'każ ta' theddid prevedibbli serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna";
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -ia (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu -1 (ġdid)
(-ia)  Fl-Artikolu 27, jiddaħħal il-paragrafu ġdid li ġej qabel il-paragrafu 1:
"-1. Meta, fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri, ikun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista', bħala miżura tal-aħħar istanza u f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 26, jirriintroduċi l-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni kollha tiegħu jew f'partijiet speċifiċi minnhom għal perijodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew, jekk it-theddida serja tippersisti għal aktar minn 30 jum, għad-durata prevedibbli tat-theddida serja iżda, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn xahrejn.";
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -ib (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(-ib)  Fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
1.  Fejn Stat Membru jippjana l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni taħt l-Artikolu 25, huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
"1. Għall-finijiet tal-paragrafu -1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel ir-riintroduzzjoni ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tar-riintroduzzjoni ta' kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel tar-riintroduzzjoni ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:";
Emendi 28 u 57
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt i
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt aa
(i)  Fil-paragrafu 1, il-punt il-ġdid (aa) ġie miżjud kif ġej:
imħassar
(aa)  valutazzjoni tar-riskju li tivvaluta kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, li turi li l-estensjoni tal-kontroll fuq il-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza u li tispjega kif il-kontroll fuq il-fruntieri se jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat. Meta l-kontroll fuq il-fruntieri diġà ġie riintrodott għal aktar minn sitt xhur, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tispjega wkoll kif r-riintroduzzjoni ta' kontrolli preċedenti kkontribwixxiet għal rimedju kontra t-theddida identifikata.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi wkoll rapport dettaljat tal-koordinazzjoni li saret bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jaqsam il-fruntieri magħhom fejn sar il-kontroll tal-fruntieri.
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tar-riskju mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u ma' Europol, kif xieraq.
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ia (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ia)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (ab) li ġej:
"(ab) kwalunkwe miżura oħra, għajr ir-riintroduzzjoni proposta, meħuda jew prevista mill-Istat Membru biex jindirizza t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna kif ukoll ir-raġuni bbażata fuq l-evidenza għalfejn miżuri alternattivi, bħal aktar kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija u verifiki tal-pulizija, tqiesu bħala insuffiċjenti;"
Emenda 30
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ii
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt e
(e)  fejn xieraq, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra kif miftiehem qabel ir-riintroduzzjoni temporanja ta' kontroll fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni kkonċernati.
(e)  fejn xieraq, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra kif miftiehem qabel ir-riintroduzzjoni temporanja ta' kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni rilevanti."
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iii
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1 –l-aħħar sentenza
Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), inkluż dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri affettwati wkoll mill-estensjoni ppjanata tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni kif ukoll informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tivvaluta jekk din hiex miżura tal-aħħar istanza.
Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), inkluż dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri affettwati mir-riintroduzzjoni jew mill-estensjoni ppjanati tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tivvaluta jekk din hiex miżura tal-aħħar istanza.
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiia (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
(iii a)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
"1a. Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti għal aktar minn xahrejn, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 26, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu -1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jqis kwalunkwe element ġdid, għal perijodu li għandu jikkorrispondi għad-durata prevedibbli tat-theddida serja u li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun itwal minn erba' xhur. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien il-perijodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1."
Emenda 33
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiib (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 1b (ġdid)
(iii b)  Jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:
"1b. Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, minbarra l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju li għandha:
(i)  tivvaluta kemm theddida identifikata hija mistennija li tippersisti u liema sezzjoni tal-fruntieri interni tiegħu hija affettwata;
(ii)  tiddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet jew il-miżuri alternattivi li ġew introdotti qabel biex jindirizzaw it-theddida identifikata;
(iii)  tispjega għaliex l-azzjonijiet jew il-miżuri alternattivi msemmija fil-punt (ii) ma kinux ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida identifikata;
(iv)  turi li l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri hija għażla tal-aħħar istanza; kif ukoll
(v)  tispjega kif il-kontroll fil-fruntiera ser jgħin b'mod aħjar biex tiġi indirizzata t-theddida identifikata.
Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi wkoll rapport dettaljat tal-kooperazzjoni li tkun saret bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li huma direttament affettwati mir-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, inklużi dawk l-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru kkonċernat jaqsam il-fruntieri interni li fihom jitwettaq il-kontroll fil-fruntiera.
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tar-riskju mal-Aġenzija u ma' Europol u tista' titlob, fejn xieraq, il-fehmiet tagħhom dwar dik il-valutazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 37 li jissupplimenta dan ir-Regolament permezz tal-adozzjoni tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju.";
Emenda 34
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiic (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 2
(iii c)  Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dak il-paragrafu.
2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1b għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dawk il-paragrafi.
Emenda 35
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiid (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 3
(iii d)  Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3.  L-Istati Membri li jagħmlu notifika taħt il-paragrafu 1 jistgħu, fejn ikun meħtieġ u f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiddeċiedu li jikklassifikaw partijiet mill-informazzjoni. Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.
"3. L-Istati Membri li jippreżentaw notifika jistgħu jikklassifikaw, fejn ikun meħtieġ u f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 1a jew partijiet minnha. Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi l-aċċess għall-informazzjoni, permezz ta' mezzi adegwati u siguri għall-kooperazzjoni tal-pulizija, mill-Istati Membri l-oħra affettwati mir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni u m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.";
Emenda 36
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafu 1, u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni.
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafi 1 u 1a, u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni.
Emenda 37
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Fejn il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jew fejn hija tqis li tkun xierqa konsultazzjoni dwar xi aspetti tan-notifika, hija għandha toħroġ opinjoni f'dan ir-rigward.
Fejn, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fin-notifika jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun irċeviet, il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni, jew fejn hija tqis li tkun xierqa konsultazzjoni dwar xi aspett tan-notifika, hija għandha mingħajr dewmien toħroġ opinjoni f'dan ir-rigward.
Emenda 38
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Fejn il-kontroll fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni diġà ġiet introdotta mill-ġdid għal sitt xhur, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni.
imħassar
Emenda 39
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt v
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27 – paragrafu 5
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni. Fejn xieraq, il-konsultazzjoni għandha tinkludi laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni, l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri u l-Aġenziji rilevanti. Il-proporzjonalità tal-miżuri maħsuba, it-theddida identifikata għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, kif ukoll modi li jiżguraw l-implementazzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati. L-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi jew jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni għandu jikkunsidra bis-sħiħ ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni meta jwettaq il-kontrolli fuq il-fruntieri.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1b u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi:
(i)  laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li jkun qiegħed jippjana li jirriintroduċi l-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni, l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri u l-Kummissjoni, li għandhom isiru bil-ħsieb li tiġi organizzata, fejn xieraq, kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u bil-ħsieb ukoll li tiġi eżaminata l-proporzjonalità tal-miżuri mal-ġrajjiet li jkunu taw lok għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, inkluż kwalunkwe miżuri alternattivi possibbli, u t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
(ii)  fejn xieraq, żjarat mhux imħabbra fuq il-post li jsiru mill-Kummissjoni fil-fruntieri interni rilevanti u, fejn xieraq bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri u mill-Aġenzija, Europol jew ta' korp ieħor rilevanti tal-Unjoni, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni u l-konformità ma' dan ir-Regolament; ir-rapporti ta' tali żjarat mhux imħabbra fuq il-post għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew.
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27a – titolu
Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta' aktar minn sena.
Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta' aktar minn sitt xhur.
Emenda 41
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 1
1.  F'każijiet eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4), u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fuq il-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu.
1.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-Artikolu 27(1a), u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fil-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Emenda 42
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 2
2.  Sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 27(1)(a) sa (e). Fl-Artikolu 27, il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw.
2.  Sa mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 27(1)(a), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qiegħed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 27(1) u (1b). L-Artikolu 27(2) u (3) huma applikabbli.
Emenda 43
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni.
3.  Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar jekk l-estensjoni proposta tissodisfax ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-estensjoni proposta. L-Istati Membri affettwati jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha.
Emenda 44
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 27a – paragrafu 4
4.  Il-Kunsill, filwaqt li jikkunsidra b'mod dovut l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda li l-Istat Membru jiddeċiedi li jkompli jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) sa (e). Fejn adatt, huwa għandu jiffissa l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
4.  Ladarba jkun qies l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista', bħala l-aħħar istanza, jirrakkomanda li l-Istat Membru kkonċernat ikompli jestendi l-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1) u (1b) u għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Emendi 45 u 66
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 28 – paragrafu 4
(3a)  Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(4), il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.
"4. Il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti l-kontroll fil-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.";
Emenda 46
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 28a (ġdid)
(3b)  Jiddaħħal artikolu ġdid, l-Artikolu 28a:
"Artikolu 28a
Il-kalkolu tat-tul tal-perijodu li matulu jiġi riintrodott jew estiż il-kontroll fil-fruntieri minħabba theddida prevista għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tmur lil hinn minn sitt xhur u f'każijiet li jirrikjedu azzjoni immedjata
Kwalunkwe riintroduzzjoni jew estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni li jsiru qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perijodi msemmija fl-Artikoli 27, 27a u 28.";
Emenda 67
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 c (ġdid)
Regolament (UE) Nru 2016/399­
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
(3c)  Fl-Artikolu 29(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 30 għandhom jitqiesu f'kull każ fejn deċiżjoni dwar ir-riintroduzzjoni jew l-estensjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni tiġi kkunsidrata skont dan l-Artikolu."
Emenda 47
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 d (ġdid)
Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399
Artikolu 29 – paragrafu 5
(3d)  Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:
5.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 25, 27 u 28.
"5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 27, 27a u 28. Madankollu, il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti jew estiżi l-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni skont dan l-Artikolu ma għandux jiġi estiż bis-saħħa ta' miżuri, jew kombinazzjoni tagħhom, meħuda skont l-Artikoli 27, 27a jew 28.
Emenda 69
Proposta għal Regolament
Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Dan ir-Regolament għandu japplika għan-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Kwalunkwe perjodu ta' notifika kontinwa għar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni li jkun spiċċa qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandu jitqies fil-kalkolu tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 28(4).

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0356/2018).


Regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru ***I
PDF 500kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (COM(2016)0818 – C8-0531/2016 – 2016/0411(COD))
P8_TA-PROV(2018)0473A8-0150/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0818),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0531/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Ottubru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0150/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

P8_TC1-COD(2016)0411


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu ftehimiet ta' kiri għal inġenji tal-ajru li jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari ftehimiet ta' kiri bl-ekwipaġġ.

(2)  Dawk il-ftehimiet huma permessi f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ nuqqas ta' inġenji tal-ajru adegwati fis-suq tal-Unjoni. Huma għandhom ikunu limitati strettament biż-żmien u jenħtieġ li jissodisfaw standards ta' sikurezza li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sikurezza pprovduti fil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.

(3)  Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra(4) (FTA) ġie iffirmat fil-25 ta' April 2007 u emendat sussegwentement permezz ta' Protokoll fl-24 ta' Ġunju 2010. L-FTA jirrifletti l-impenn tal-partijiet tiegħu lejn l-għan reċiproku li jibqgħu jitneħħew l-ostakli għall-aċċess tas-suq biex jiġu massimizzati l-vantaġġi għall-konsumaturi, għal-linji tal-ajru, għall-ħaddiema u għall-komunitajiet fiż-żewġ naħat tal-Atlantiku.

(4)  L-FTA jipprovdi għal reġim miftuħ ta' kiri bl-ekwipaġġ bejn il-partijiet tiegħu. Id-dispożizzjonijiet rilevanti li hemm fl-Artikolu 10 tal-FTA jippermettu ftehimiet ta' kiri bl-ekwipaġġ għat-trasport bl-ajru internazzjonali, dment li l-partijiet kollha għal tali ftehim ikollhom l-awtorità adatta u jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti li l-partijiet għall-FTA japplikaw normalment.

(5)  Żviluppi rilevanti u diskussjonijiet passati fil-Kumitat Konġunt stabbilit fl-ambitu tal-FTA wrew li l-partijiet għall-FTA jibbenefikaw minn ftehim apposta dwar il-kiri bl-ekwipaġġ li jipprovdi preċiżjoni lid-dispożizzjonijiet rilevanti fl-FTA.

(6)  Peress li tali ftehim ta' kiri bl-ekwipaġġ ikun jinvolvi li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-limiti taż-żmien eżistenti, huwa ser joħloq sensiela ta' effetti fuq ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, fejn hemm ipprovduti l-limiti taż-żmien f'każijiet meta t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jikru l-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ minn trasportaturi ta' pajjiż terz.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għalhekk jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jippermetti aktar flessibilità tal-limiti taż-żmien dwar kiri bl-ekwipaġġ li jiġu miftiehma fi ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

(8)  Meta jitqies il-fatt li l-Kummissjoni bħalissa qed tanalizza r-Regolament (KE) Nru 1008/2008, inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-kiri bl-ekwipaġġ u l-impatt possibbli tagħhom fuq l-impjegati u l-konsumaturi, u li l-analiżi tal-Kummissjoni tista’ twassal għal reviżjoni ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, dan ir-Regolament huwa limitat għall-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 mal-obbligi internazzjonali rilevanti. Il-ftehim internazzjonali dwar il-kiri bl-ekwipaġġ jenħtieġ li jinkludi drittijiet u obbligi reċiproki għaż-żewġ partijiet u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru eżistenti.

(9)  Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"sakemm ma jkunx previst mod ieħor fi ftehim internazzjonali dwar il-kiri bl-ekwipaġġ iffirmat mill-Unjoni li jkun ibbażat fuq Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru li l-Unjoni hija parti għalih, u li ġie ffirmat qabel l-1 ta' Jannar 2008, tkun issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:"

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 345, 13.10.2017, p. 126.
(2)ĠU C 345, 13.10.2017, p. 126.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018.
(4) ĠU L 134, 25.5.2007, p. 4.


Awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju
PDF 365kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ilario Ormezzano Sai S.R.L.) (D058762/01 – 2018/2929(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0474B8-0548/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ilario Ormezzano Sai S.R.L.) (D058762/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(1) ("ir-Regolament REACH"), b'mod partikolari l-Artikolu 64(8) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC)(2), skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(5) tar-Regolament REACH,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dikromat tas-sodju huwa inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH minħabba tliet proprjetajiet intrinsiċi: karċinoġeniċità, mutaġeniċità u tossiċità riproduttiva (kategorija 1B); billi d-dikromat tas-sodju ġie miżjud fil-lista tal-kandidati tar-Regolament REACH fl-2008(4), minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala karċinoġenu, mutaġenu u tossiku għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5);

B.  billi l-entità molekulari li tixpruna l-karċinoġeniċità tad-dikromat tas-sodju hija l-kromu (VI) li fih il-jonju, li jiġi rilaxxat meta d-dikromat tas-sodju jinħall u jiddissoċja; billi l-kromu (VI) jikkawża tumuri fil-pulmun fil-bnedmin u fl-annimali permezz tar-rotta tan-nifs u tumuri tal-kanal gastrointestinali fl-annimali permezz tar-rotta orali;

C.  billi diġà fl-1997 fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93(6), id-dikromat tas-sodju ġie identifikat bħala sustanza prijoritarja għall-evalwazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97(7); billi fl-2008 il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni biex jitnaqqas ir-riskju minn esponiment għad-dikromat tas-sodju(8);

D.  billi Ilario Ormezzano Sai S.R.L (l-Applikant) ressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' dikromat tas-sodju fiż-żebgħa tas-suf; billi l-applikazzjoni hija deskritta fl-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC bħala applikazzjoni "upstream"; billi l-Applikant huwa l-fornitur ta' dikromat tas-sodju għal 11-il utent downstream li jew jimmanifatturaw iż-żebgħat jew inkella huma żebbiegħa nfushom;

E.  billi l-iskop tar-Regolament REACH huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta' metodi alternattivi għall-valutazzjoni tal-perikli mis-sustanzi, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni libera ta' sustanzi fis-suq intern, filwaqt li jtejjeb l-kompetittività u l-innovazzjoni; billi l-objettiv primarju tar-Regolament REACH huwa l-ewwel wieħed minn dawk it-tliet objettivi, fid-dawl tal-Premessa (16) tal-preambolu għar-Regolament, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja(9);

F.  billi r-Regolament REACH ma jipprevedix reġim ta' awtorizzazzjoni speċjali għall-hekk imsejħa "applikazzjonijiet upstream"; billi kwalunkwe applikant għal awtorizzazzjoni, irrispettivament mir-rwol jew livell tiegħu fil-katina tal-provvista, għandu jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 62 tar-Regolament REACH;

G.  billi l-RAC ikkonferma li mhuwiex possibbli li jiġi determinat livell derivat ta' bla effett għall-proprjetajiet karċinoġeniċi tad-dikromat tas-sodju u għaldaqstant, id-dikromat tas-sodju huwa meqjus bħala "sustanza mingħajr valur ta' limitu" għall-finijiet tal-Artikolu 60(3)(a) tar-Regolament REACH; billi dan ifisser li "livell ta' esponiment sikur" teoretiku għal din is-sustanza ma jistax jiġi stabbilit u użat bħala punt ta' riferiment biex jiġi vvalutat jekk ir-riskju li jintuża huwiex ikkontrollat adegwatament;

H.  billi l-Premessa (70) tar-Regolament REACH tiddikjara "għal kwalunkwe sustanza oħra li għaliha mhux possibbli li jiġi stabbilit livell sikur ta' espożizzjoni, għandhom dejjem jittieħdu miżuri sabiex jiġu minimizzati, sakemm ikun possibbli mil-lat tekniku u prattiku, l-espożizzjoni u l-emissjonijiet bil-għan li tiġi minimizzata l-possibbiltà ta' effetti ħżiena";

I.  billi l-RAC ikkonkluda li l-kundizzjonijiet operazzjonali u l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju deskritti fl-applikazzjoni ma kienux xierqa u effikaċi f'li jillimitaw ir-riskju(10);

J.  billi l-Artikolu 55 tar-Regolament REACH jipprevedi li s-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar sikuri hija għan ċentrali tal-kapitolu tal-awtorizzazzjoni;

K.  billi l-Artikolu 64(4) tar-Regolament REACH jipprevedi li l-mandat ta' SEAC huwa li jivvaluta "d-disponibbiltà, l-idoneità u l-fattibbiltà teknika ta' alternattivi assoċjati mal-użu jew użi tas-sustanza kif deskritt fl-applikazzjoni […] u ta' kwalunkwe kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi preżentati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu";

L.  billi l-Artikolu 62(4)(e) tar-Regolament REACH jirrikjedi li l-applikant għal awtorizzazzjoni jipprovdi "analiżi tal-alternattivi li tikkonsidra r-riskji tagħhom u l-fattibbiltà teknika u ekonomika tas-sostituzzjoni";

M.  billi l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH jistipula li awtorizzazzjoni għall-użu ta' sustanza li r-riskji tagħha mhumiex ikkontrollati b'mod adegwat tista' tingħata biss jekk ma jkunx hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi xierqa;

N.  billi s-SEAC innota ħafna nuqqasijiet fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-analiżi ta' alternattivi; billi, skont is-SEAC, l-Applikant naqas milli jindirizza kwistjonijiet ewlenin sal-punt li dan "fixkel il-valutazzjoni tal-Kumitat dwar il-fattibbiltà teknika", u xi aspetti importanti daqs il-fattibbiltà ekonomika tal-alternattivi kienu biss "diskussi fil-qosor" mill-Applikant(11);

O.  billi l-argument ewlieni użat mill-Applikant biex jikkonkludi li ma kienx hemm alternattivi xierqa kien li l-klijenti (jiġifieri l-manifatturi/il-bejjiegħa tal-ħwejjeġ) ma jaċċettawx il-kwalità tal-kulur tat-tessuti meta miżbugħin b'alternattiva oħra;

P.  billi, madankollu, ir-rekwiżiti allegati tal-klijenti ma kienu appoġġati minn ebda evidenza, u mhuwiex ċar jekk ir-referenza għal "preferenza tal-klijenti" saritx b'għarfien sħiħ tar-riskju tad-dikromat tas-sodju(12);

Q.  billi barra minn hekk, is-SEAC innota, minkejja aktar inkjesti mal-Applikant, li "jekk prodott alternattiv fl-aħħar mill-aħħar se jiġi aċċettat mill-klijenti tal-utenti downstream tagħhom xorta jibqa' kemxejn suġġettiv u inċert"(13), is-SEAC innota fil-konklużjoni tiegħu: "Wara li ntlaqgħu l-kjarifiki mill-Applikant, il-Kumitat xorta għadu jsib għadd ta' inċertezzi fl-analiżi";

R.  billi minkejja dawn in-nuqqasijiet u l-inċertezzi fl-applikazzjoni, is-SEAC xorta kkonkluda li ma kien hemm l-ebda alternattiva xierqa disponibbli, li sempliċement għamel dikjarazzjoni ġenerali li dawn l-inċertezzi "huma inerenti ma' dan it-tip ta' użu (id-diskussjonijiet dwar il-kwalità tal-prodott jistgħu jkunu mxekkla mis-soġġettività tat-tendenzi tal-moda u l-gosti estetiċi tal-konsumatur)"(14);

S.  billi, f'dan il-kuntest, l-opinjoni tas-SEAC turi li l-Applikant ma pprovdiex analiżi komprensiva ta' alternattivi disponibbli fis-suq biex jiġi sostitwit l-użu ta' dikromat tas-sodju għall-użi li saret applikazzjoni għalihom, iżda jonqos milli jasal għal konklużjonijiet adegwati;

T.  billi tali eżitu ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-fatt li hemm alternattivi li ilhom disponibbli għal ħafna snin(15), li d-ditti tal-moda ewlenin huma kontributuri għall-Programm Pjan Direzzjonali ZDHC, li ma jippermettix l-użu tal-kromu (VI) fil-manifattura tat-tessuti(16), u li l-kumpaniji tat-tessuti individwali għandhom politiki espliċiti li ma jippermettux l-użu tal-kromu (VI) (eż. H&M)(17), inklużi kumpaniji fi swieq tal-moda ta' livell għoli (Armani(18) u Lanificio Ermenegildo Zegna(19));

U.  billi l-Gruppo Colle u Ormezzano kienu l-uniċi applikanti għal awtorizzazzjoni skont ir-Regolament REACH għaż-żebgħa tal-kromu;

V.  billi r-Regolament REACH ipoġġi l-oneru tal-prova fuq l-applikant għal awtorizzazzjoni biex juri li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni huma ssodisfati; billi l-SEAC għandu d-dmir li jipprovdi "parir xjentifiku bbażat fuq il-prinċipji ta' eċċellenza, trasparenza u indipendenza", li "huwa garanzija proċedurali importanti li l-għan tagħha huwa li tiżgura l-oġġettività xjentifika tal-miżuri adottati u tipprekludi kwalunkwe miżura arbitrarja"(20);

W.  billi mhuwiex ċar għala, minkejja d-defiċjenzi jew l-inċertezzi identifikati rigward l-analiżi tal-alternattivi, is-SEAC ikkonkluda li kien hemm biżżejjed informazzjoni biex tintlaħaq konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-alternattivi; billi lanqas mhuwa ċar għala t-talbiet tal-preferenzi suġġettivi ma ġewx miċħuda minkejja l-assenza tal-objettiv dettaljat u l-evidenza verifikabbli, u għala dawn it-talbiet ma kienux ivvalutati skont l-aħjar prattika tas-suq;

X.  billi mhuwiex aċċettabbli li jiġu ttollerati każijiet potenzjalment numerużi ta' infertilità, kanċer u effetti mutaġeniċi, minkejja d-disponibbiltà ta' alternattivi għall-kromat tas-sodju, abbażi ta' suppożizzjoni li l-manifatturi tal-ħwejjeġ ma jaċċettawx alternattivi minħabba "l-preferenza" soġġettiva tagħhom;

Y.  billi tali interpretazzjoni tal-kunċett ta' alternattivi u l-livell ta' prova meħtieġ mill-applikant la huwa konformi mal-objettiv li jissostitwixxi s-sustanzi ta' tħassib serju ħafna mal-alternattivi, u lanqas mal-objettiv primarju tar-Regolament REACH li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

Z.  billi l-Kummissjoni hija konxja tad-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa, b'mod partikolari bis-saħħa tal-informazzjoni pprovduta matul il-konsultazzjoni pubblika u t-trilogu(21) organizzat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fil-kuntest tal-każ tal-Gruppo Colle(22);

AA.  billi mhuwiex xieraq għall-Kummissjoni li tinjora informazzjoni kritika li turi d-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa minn dak il-każ parallel;

AB.  billi l-Artikolu 61(2)(b) tar-Regolament REACH jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tirrieżamina awtorizzazzjoni fi kwalunkwe ħin jekk "informazzjoni ġdida dwar sostituti possibbli jsiru disponibbli";

AC.  billi l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' sustanza mingħajr limitu għall-applikazzjonijiet li għalihom alternattivi huma magħrufa b'mod ċar li jkunu disponibbli mhix konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH, u tippremja b'mod mhux xieraq lil dawk li jibqgħu lura u toħloq preċedent perikoluż għal deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni futuri taħt ir-Regolament REACH;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (UE) Nru 1907/2006, billi ma jirrispettax il-kundizzjonijiet stabbiliti b'dak ir-Regolament għall-għoti ta' awtorizzazzjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha u tressaq abbozz ġdid li jirrifjuta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal ċerti użi ta' dikromat tas-sodju (Ilario Ormezzano Sai S.R.L.);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3);Opinjoni dwar Repackaging of sodium dichromate to be supplied as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-imballaġġ mill-ġdid ta' dikromat tas-sodju biex jiġi fornit bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3);
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv tat-28 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna fil-lista tal-kandidati.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 tal-27 ta' Jannar 1997 dwar it-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previsti permezz tar-regolament tal-kunsill (KEE) Nru 793/93 (ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13).
(8) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi Kromat tas-sodju, Dikromat tas-sodju u 2,2′,6,6′-Tetrabromo-4,4′-isopropilidenedifenol (Tetrabromobisfenol A) (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 62).
(9) Il-Kawża C-558/07, The Queen, fuq talba ta' S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd u Hercules Inc. vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, ECLI:EU:C:2009:430, § 45.
(10) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), p. 19, Mistoqsija 6;
(11) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), pp. 24-25;
(12) Analiżi tal-applikant tal-alternattiva disponibbli fuq: https://echa.europa.eu/documents/10162/88b2f393-17cf-465e-95eb-ba07282ba400
(13) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), p. 24;
(14) Opinjoni dwar Use of sodium dichromate as a mordant in the dyeing of wool as sliver and/or yarn with dark colours in industrial settings (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf bħala bċejjeċ żgħar u/jew ħjut b'kuluri skuri f'ambjenti industrijali) (Numru tal-KE 234-190-3), p. 26;
(15) Ara: https://marketplace.chemsec.org/Alternative/LANASOL-CE-pioneering-replacement-of-chrome-dyes-since-20-years-44
(16) Ara: https://www.roadmaptozero.com/mrsl_online/
(17) Ara: H&M Group Chemical Restrictions 2018 Manufacturing Restricted Substances List (MRSL).
(18) Ara: Armani's Restricted Substances List Version 9 - Effective as of the Season SS 18.
(19) Ara l-preżentazzjoni ta' Huntsman bit-titolu: "Turning risks into opportunities - How to dye wool sustainably" (p. 18).
(20) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2002, Pfizer Animal Health SA vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-13/99, ECLI:EU:T:2002:209.
(21) Kif spjegat fl-Opinjoni tar-RAC u tas-SEAC fil-Gruppo Colle: Use of sodium dichromate as mordant in wool dyeing (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf) (Numru tal-KE 234-190-3) (p. 21 tirreferi għal żewġ alternattivi: Lanasol u Realan).
(22) Opinjonijiet adottati mill-ECHA u konsultazzjonijiet preċedenti dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni - Gruppo Colle.S.r.l. - Use of Sodium dichromate as mordant in wool dyeing (L-użu ta' dikromat tas-sodju bħala murdent fiż-żebgħa tas-suf) (Numru tal-KE 234-190-3).


L-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti
PDF 349kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti (2018/2900(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0475RC-B8-0551/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rivelazzjonijiet dwar in-negozju cum-ex magħmula minn konsorzju ta' ġurnalisti investigattivi mmexxija mill-organizzazzjoni tal-midja Ġermaniża mingħajr skop ta' qligħ CORRECTIV fit-18 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(1) ("ir-Regolament dwar l-ESMA"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(2) ("ir-Regolament dwar l-EBA"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (DAC2)(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli (DAC6)(4),

–  wara li kkunsidra r-Raba' Kumitat ta' Inkjesta tal-Bundestag Ġermaniż li investiga l-iskandlu, u li ppubblika rapport(5) f'Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015(6) u tas-6 ta' Lulju 2016(7) dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni(8),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa(9),

–  wara li kkunsidra d-deċiwżjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu (10),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu fil-plenarja tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kumitati konġunti ECON/TAX3 tiegħu tas-26 ta' Novembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-terminu "cum-ex" u "cum-cum" – jew skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi – jirreferi għall-prattika tan-negozju ta' ishma b'tali mod li l-identità tas-sid reali tibqa' moħbija u li ż-żewġ partijiet jew aktar involuti jkunu jistgħu jitolbu rifużjonijiet tat-taxxa minn ras il-għajn fuq il-qligħ kapitali li tkun tħallset darba biss;

B.  billi l-iskandlu cum-ex inkixef lill-pubbliku permezz ta' investigazzjoni kollaborattiva bejn 19-il kumpanija tal-midja tal-aħbarijiet Ewropej li kienu jinvolvu 12-il pajjiż u 38 ġurnalist;

C.  billi huwa rrappurtat li 11-il Stat Membru tilfu sa EUR 55,2 biljun fi dħul mit-taxxa bħala riżultat tal-iskemi cum-ex u cum-cum;

D.  billi, għalkemm huwa diffiċli li dak li jkun jikkalkola l-ammont massimu tad-danni mġarrba, ladarba ħafna azzjonijiet bdew lejn l-aħħar tad-disgħinijiet u ilhom żmien twil preskritti;

E.  billi l-investigazzjoni mill-konsorzju ta' ġurnalisti Ewropej tidentifika l-Ġermanja, id-Danimarka, Spanja, l-Italja u Franza bħala huma s-swieq ewlenin li allegatament huma fil-mira għal prattiki ta' negozju cum-ex, segwiti min-Norveġja, il-Finlandja, il-Polonja, id-Danimarka, in-Netherlands, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, u billi dawn il-prattiki potenzjalment jinvolvu għadd mhux magħruf ta' Stati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-Iżvizzera, pereżempju);

F.  billi għadhom għaddejjin investigazzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE l-aktar milquta;

G.  billi l-iskemi cum-ex u cum-cum għandhom uħud mill-karatteristiċi tal-frodi tat-taxxa, u billi jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-UE;

H.  billi ġie rrappurtat li dawn il-prattiki kriminali jinvolvu istituzzjonijiet finanzjarji ta' Stati Membri tal-UE, fosthom diversi banek kummerċjali kbar u magħrufin;

I.  billi f'xi każijiet l-awtoritajiet rilevanti ma wettqux investigazzjonijiet fil-fond rigward l-informazzjoni kondiviża minn Stati Membri oħra dwar l-iskandlu cum-ex;

J.  billi l-fatt li investituri barranin huma intitolati jitolbu rifużjoni tat-taxxi minn ras il-għajn fuq id-dividendi għandu rwol ċentrali fir-rivelazzjonijiet;

K.  billi, minn Settembru 2017 'il hawn, it-tieni Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC2) tirrikjedi li l-Istati Membri tal-UE jiksbu informazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom u jaqsmuha mal-Istat Membru ta' residenza tal-kontribwenti fuq bażi annwali;

L.  billi s-sitt Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC6) tirrikjedi li kwalunkwe persuna li tfassal, tikkummerċjalizza, torganizza, tagħmel disponibbli għall-implimentazzjoni jew timmaniġġja l-implimentazzjoni ta' arranġament transfruntier rapportabbli u li jissodisfa karatteristiċi definiti minn qabel, tirrapporta dawk l-arranġamenti lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa;

M.  billi l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3) espliċitament ikopri kwalunkwe żvilupp rilevanti fi ħdan il-kompiti tal-Kumitat li jitfaċċa matul il-mandat tiegħu;

N.  billi rriżulta li r-rwol tal-informaturi f'dawn l-aħħar 25 sena kien sinifikanti fl-iżvelar ta' informazzjoni sensittiva fiċ-ċentru tal-interess pubbliku, li kien il-każ anke fir-rivelazzjonijiet cum-ex(11);

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa li nkixfu li wasslu għal telf irrappurtat pubblikament ta' dħul tal-Istati Membri mit-taxxa, li jilħaq sa ammont ta' EUR 55,2 biljun skont ċerti stimi tal-midja, liema telf huwa daqqa ta' ħarta kbira għall-ekonomija tas-suq soċjali Ewropea;

2.  Jenfasizza li, skont id-Direttiva tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus(12), "reati fiskali" relatati ma' taxxi diretti u indiretti huma inklużi fid-definizzjoni wiesgħa ta' "attività kriminali" u jitqiesu reati predikati għall-ħasil tal-flus; ifakkar li kemm l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll il-konsulenti tat-taxxa, il-kontabilisti u l-avukati, jitqiesu bħala "entitajiet marbutin b'obbligu" skont id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, u għalhekk huma marbuta li jikkonformaw ma' sett ta' dmirijiet biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrappurtaw attivitajiet ta' ħasil tal-flus;

3.  Jinnota bi tħassib li l-iskandlu cum-ex heżżeż il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistemi tat-taxxa, u jenfasizza kemm huwa kruċjali li nerġgħu nirbħu l-fiduċja tal-pubbliku u niżguraw li kwalunkwe dannu kkawżat ma jiġix ripetut;

4.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissarju inkarigat mit-tassazzjoni ma jirrikonoxxix il-bżonn li tiġi estiża s-sistema kurrenti għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa;

5.  Jitlob li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Bankarja Ewropea jagħmlu inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex jew cum-cum ħalli jivvalutaw it-theddidiet potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; jistabbilixxu n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; jivvalutaw jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; jivvalutaw l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u jagħmlu rakkomandazzjonijiet adatti għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

6.  Jissottolinja li r-rivelazzjonijiet rapportati ma jaffettwawx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

7.  Jirrakkomanda li l-inkjesta tistabbilixxi x'falla fil-koordinament u s-sorveljanza mis-superviżuri finanzjarji, mill-boroż u mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri kollha, biex b'hekk dawn l-iskemi ta' serq tat-taxxa setgħu jibqgħu għaddejjin snin sħaħ minkejja li kienu ġew identifikati;

8.  Jitlob li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Ewropej jingħataw mandat biex jeżaminaw prattiki ta' evitar tat-taxxa, peress li dawn jistgħu jikkostitwixxu riskju għall-integrità tas-suq intern;

9.  Jissottolinja li jidher li dawn ir-rivelazzjonijiet ġodda jindikaw nuqqasijiet possibbli fil-liġijiet nazzjonali dwar it-taxxa u fis-sistemi kurrenti tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jitlob li l-Istati Membri jimplimentaw b'mod effikaċi l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni;

10.  Jitlob li l-iskambju ta' informazzjoni jissaħħaħ fil-livell tal-awtoritajiet tat-taxxa sabiex jiġu evitati l-kwistjonijiet bil-kunfidenzjalità rigward it-taxxa li nqalgħu f'xi Stati Membri;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex jinnominaw Punti Uniċi ta' Kuntatt (SPoCs) bi qbil mat-Taskforce Internazzjonali Konġunta tal-OECD dwar l-Intelligence u l-Kollaborazzjoni Komuni, u jitlob li l-Kummissjoni tiżgura u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejniethom, bil-ħsieb li tiżgura li l-Istati Membri jaqsmu bejniethom malajr u b'mod effiċjenti l-informazzjoni dwar każijiet b'rilevanza transfruntiera;

12.  Jistieden ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex, fejn xieraq, iwettqu investigazzjonijiet kriminali, jużaw għodod legali biex jiffriżaw assi suspettużi, jiftħu inkjesti dwar il-bordijiet tat-tmexxija potenzjalment involuti f'dan l-iskandlu u jimponu sanzjonijiet xierqa u dissważivi fuq il-partijiet involuti; huwa tal-fehma li kemm l-awturi kif ukoll il-faċilitaturi ta' dawn ir-reati, li jinkludu mhux biss konsulenti tat-taxxa iżda anke avukati, kontabilisti u banek, għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tintemm l-impunità tal-ħaddiema professjonisti u jiġi żgurat infurzar aħjar tar-regolamenti finanzjarji;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-UE u tal-Istati Membri jinvestigaw ir-rwol tal-fondi tal-assigurazzjoni u tas-superviżuri tal-assigurazzjoni fl-iskandlu;

14.  Jistieden lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tad-DAC6 fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni bi rbit ma' arranġamenti transfruntiera rapportabbli, inkluż l-użu ta' talbiet lil gruppi;jitlob, barra minn hekk, li d-DAC6 tiġi msaħħa sabiex tirrikjedi l-iżvelar obbligatorju ta' skemi ta' arbitraġġ ta' dividendi u tal-informazzjoni kollha dwar il-qligħ kapitali, inkluż l-għoti ta' rifużjonijiet tat-taxxa fuq id-dividendi u fuq il-qligħ kapitali;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li ġew identifikati bħala, allegatament, is-swieq ewlenin fil-mira għal prattiki ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi biex jinvestigaw u janalizzaw bir-reqqa l-prattiki ta' ħlas tad-dividendi fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, jidentifikaw il-lakuni fil-liġijiet tat-taxxa tagħhom li jiġġeneraw opportunitajiet għall-isfruttament minn dawk li jagħmlu frodi tat-taxxa u jevitaw it-taxxa, janalizzaw id-dimensjoni transfruntiera potenzjali ta' dawn il-prattiki u jtemmu kull prattika dannuża tat-taxxa;

16.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal azzjoni kkoordinata bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi ggarantit li l-assi kollha misruqa mit-teżor pubbliku jiġu rkuprati;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu u jaġġornaw il-ftehimiet bilaterali dwar it-tassazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi biex jagħlqu l-lakuni li jinċentivaw prattiki tan-negozju bbażati fuq it-taxxa bil-għan li jevitawha;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda taħdem minnufih dwar proposta għal pulizija finanzjarja Ewropea fil-qafas tal-Europol bil-kapaċitajiet investigattivi proprji, kif ukoll dwar qafas Ewropew għal investigazzjonijiet transfruntieri dwar it-taxxa;

19.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, bil-għan li tindirizza l-prattiki tal-arbitraġġ tad-dividendi;

20.  Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta r-rwol ta' Vetturi bi Skopijiet Speċjali (SPVs) u ta' Entitajiet bi Skopijiet Speċjali (SPEs) li kixfu d-dokumenti tal-iskandlu cum-ex u li, fejn dan ikun f'loku, tipproponi li tillimita l-użu ta' dawn l-istrumenti;

21.  Jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtieġa ta' qafas Ewropew għal tassazzjoni fuq id-dħul kapitali li jnaqqas l-inċentivi li jiddestabbilizzaw il-flussi finanzjarji transfruntiera, jiġġeneraw kompetizzjoni fiskali fost l-Istati Membri u jimminaw il-bażijiet tat-taxxa li jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-istati soċjali Ewropej;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra proposta leġiżlattiva għal Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-UE, ċentru Ewropew għal xogħol investigattiv konġunt u mekkaniżmu ta' twissija bikrija;

23.  Jinnota l-fatt li l-kriżi finanzjarja tal-2008 rriżultat fi tnaqqis ġeneralizzat ta' riżorsi u ta' persunal fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa; jitlob li l-Istati Membri jinvestu fl-għodod disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa u jimmodernizzawhom, u jallokaw riżorsi umani adegwati biex itejbu s-sorveljanza u jnaqqsu il-lakuni ta' ħin u ta' informazzjoni; jitlob li l-Istati Membri jtejbu l-kapaċitajiet u l-ħiliet tal-awtoritajiet finanzjarji tagħhom biex jiżguraw li huma kompletament funzjonali biex jidentifikaw frodi tat-taxxa;

24.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti l-informaturi li jiżvelaw informazzjoni pereżempju dwar il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE; jistieden lil kull min għandu informazzjoni ta' valur għall-interess pubbliku biex jirrappurtaha, internament jew esternament, lill-awtoritajiet nazzjonali, jew fejn ikun meħtieġ, lill-pubbliku; jitlob sabiex il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni tiġi adottata malajr filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet adottati mill-kumitati differenti tal-Parlament Ewropew;

25.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 biex temenda, fost regolamenti oħra, ir-regolament li jistabbilixxi l-EBA sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-EBA fis-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus fis-settur finanzjarju (COM(2018)0646); jenfasizza li, skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-BĊE għandu l-kompitu li jwettaq azzjonijiet ta' intervent bikri kif stabbilit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-BĊE għandu jkollu r-rwol li jwissi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għandu jikkoordina kwalunkwe azzjoni rigward suspetti ta' nonkonformità mar-regoli kontra l-ħasil tal-flus f'banek jew gruppi taħt superviżjoni;

26.  Huwa tal-fehma li l-ħidma tal-Kumitati TAXE, TAX2, PANA u TAX3 għandha titkompla, fil-mandat Parlamentari li jmiss, fi struttura permanenti fi ħdan il-Parlament, bħal sottokumitat tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON);

27.  Jitlob li l-Kumitat Speċjali TAX3 jwettaq il-valutazzjoni tiegħu dwar ir-rivelazzjonijiet cum-ex u jinkludi r-riżultati u kwalunkwe rakkomandazzjoni rilevanti fir-rapport finali tiegħu;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(3) ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.
(4) ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1.
(5) Deutscher Bundestag, Drucksache 18/12700, 20.6.2017.
(6) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.
(7) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.
(8) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 74.
(9) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0048.
(11) Smigħ tal-Kumitati ECON/TAX3 tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti.
(12) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.


Ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Welfare taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim fil-familji transfruntieri
PDF 358kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji (2018/2856(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0476B8-0546/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 20 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jissottolinjaw l-obbligu tal-gvernijiet li jipproteġu l-identità tal-minuri, inklużi r-relazzjonijiet tal-familji tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963, b'mod partikolari l-Artikolu 37(b) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (Brussell IIa),(1), b'mod partikolari l-Artikoli 8, 10, 15, 16, 21, 41, 55 u 57 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2011 bit-titolu Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2011)0060),

–  wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), b'mod partikolari d-deċiżjonijiet tagħha tat-22 ta' Diċembru 2010 fil-kawża C-497/10 PPU, Mercredi v Chaffe(3), u tat-2 ta' April 2009 fil-każ C-523/07, proċedimenti mressqa minn A(4),

–  wara li kkunsidra l-immappjar tas-sistemi ta' protezzjoni tal-minuri imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra għadd kbir ta' petizzjonijiet li waslu dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport dwar iż-żjara għal ġbir ta' informazzjoni fil-Ġermanja (23-24 ta' Novembru 2011) biex jiġu investigati l-petizzjonijiet dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew(5),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tat-3 ta' Mejju 2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar Kwistjonijiet relatati mal-Benesseri tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, għal aktar minn 10 snin, kien qiegħed jirċievi petizzjonijiet li fihom għadd kbir ħafna ta' ġenituri mhux Ġermaniżi jiddenunzjaw diskriminazzjoni sistematika u miżuri arbitrarji meħuda kontrihom mill-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim familjari b'implikazzjonijiet transfruntiera li jinvolvi l-minuri, dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw, inter alia, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tal-minuri;

B.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet joqgħod prinċipalment fuq ir-rapport soġġettiv tal-petizzjonant u ġeneralment ma jkollux aċċess għal deċiżjonijiet ġudizzjarji li jagħtu deskrizzjoni sħiħa u oġġettiva tas-sitwazzjoni, li jkun fiha xhieda żewġ ġenituri, tat-tfal u tax-xhieda;

C.  billi l-Jugendamt għandu rwol ċentrali fis-sistema Ġermaniża tal-liġi tal-familja, peress li huwa wieħed mill-partijiet fit-tilwim familjari kollu li jinvolvi l-minuri;

D.  billi f'tilwim familjari li jinvolvi l-minuri, il-Jugendamt jagħti rakkomandazzjoni lill-imħallfin, li n-natura tagħha hija prattikament vinkolanti, u jista' jadotta miżuri temporanji bħal "Beistandschaft" (konsulenza legali), li ma jistgħux jiġu kkontestati;

E.  billi l-Jugendamt huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati Ġermaniżi; billi l-interpretazzjoni wiesgħa ta' dawn id-deċiżjonijiet mill-Jugendamt, skont il-petizzjonanti, ħafna drabi kienet ta' detriment għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet ta' ġenituri mhux Ġermaniżi;

F.  billi n-nuqqas ta' rikonoxximent u n-nuqqas ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi ta' deċiżjonijiet u sentenzi meħuda mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta' Stati Membri oħra tal-UE f'tilwim familjari li jkollu implikazzjonijiet transfruntiera jistgħu jirrappreżentaw ksur tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku u fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri, u b'hekk jipperikolaw il-protezzjoni effettiva tal-aħjar interessi tal-minuri;

G.  billi l-petizzjonanti ddenunzjaw il-fatt li f'tilwim familjari li jkollu implikazzjonijiet transfruntiera, il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tiġi interpretata b'mod sistematiku mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi bil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-minuri jibqgħu fit-territorju Ġermaniż, anke f'każijiet li fihom ikunu ġew irrapportati abbuż u vjolenza domestika kontra l-ġenitur mhux Ġermaniż;

H.  billi fil-petizzjonijiet tagħhom il-ġenituri mhux Ġermaniżi ddenunzjaw konsulenza u appoġġ legali insuffiċjenti, jew l-assenza tagħhom, mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom f'każijiet li fihom ġew adottati proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi allegatament diskriminatorji jew żvantaġġużi kontrihom mill-awtoritajiet Ġermaniżi, inkluż il-Jugendamt, f'tilwim familjari li jinvolvi l-minuri;

I.  billi skont l-informazzjoni pprovduta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kien hemm 17-il każ ippreżentat quddiem il-Qorti kontra l-Ġermanja minn petizzjonanti mhux Ġermaniżi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew il-kustodja tat-tfal f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji, kollha kemm huma vvalutati bħala inammissibbli;

J.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiggarantixxu bis-sħiħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minuri kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; billi l-aħjar interessi tal-minuri, prinċipju li jseħħ primarjament u bl-aħjar mod fil-familja tal-minuri stess, huwa prinċipju fundamentali li għandu jiġi rrispettat bħala regola li tiggwida d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet tal-kura tal-minuri fil-livelli kollha;

K.  billi ż-żieda fil-mobbiltà fi ħdan l-UE wasslet għal għadd dejjem akbar ta' tilwim transfruntier dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tal-minuri; billi l-Kummissjoni jeħtiġilha żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi fl-Istati Membri kollha, inkluża l-Ġermanja, l-implimentazzjoni konsistenti u konkreta tal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, irratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE;

L.  billi l-kamp ta' applikazzjoni u l-objettivi tar-Regolament Brussell IIa huma bbażati fuq il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri;

M.  billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell IIa ma għandhom bl-ebda mod jippermettu kwalunkwe abbuż tal-għanijiet sottostanti tiegħu li jiġi żgurat ir-rispett reċiproku u r-rikonoxximent reċiproku, li tiġi evitata d-diskriminazzjoni abbażi ta' ċittadinanza u, l-ewwel u qabel kollox, li jiġu verament protetti l-aħjar interessi tal-minuri b'mod oġġettiv;

N.  billi n-nuqqas ta' verifiki preċiżi u dettaljati dwar in-natura nondiskriminatorja tal-proċeduri u l-prattiki adottati mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi f'tilwim familjari li jkollu implikazzjonijiet transfruntiera li jinvolvi lill-minuri jista' jkollhom effetti detrimentali fuq il-benesseri tal-minuri u jwasslu għal żieda fil-ksur tad-drittijiet tal-ġenituri mhux Ġermaniżi;

O.  billi l-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fil-każijiet kollha ta' kwistjonijiet sostantivi tal-liġi tal-familja;

P.  billi l-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża ddeċidiet li qorti tista' titlob li tisma' wild li jkun għadu lanqas għalaq tliet snin fiż-żmien tad-deċiżjoni; billi fi Stati Membri oħra tal-UE t-tfal ta' din l-età huma kkunsidrati żgħar wisq u mhux maturi biżżejjed biex jiġu kkonsultati f'tilwim li jinvolvi l-ġenituri tagħhom;

Q.  billi d-dritt tal-minuri għall-ħajja tal-familja ma għandux ikun mhedded mill-eżerċizzju ta' dritt fundamentali bħal-libertà ta' moviment u ta' residenza;

R.  billi l-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE tistabbilixxi l-kunċett awtonomu fid-dritt tal-UE tar-"residenza abitwali" tal-minuri u l-pluralità tal-kriterji li għandhom jintużaw mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali biex tiġi determinata r-residenza abitwali;

S.  billi mill-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jirriżulta li, dment li dan ma jmurx kontra l-interessi tal-minuri, il-minuri għandhom id-dritt li fuq bażi regolari jżommu relazzjoni personali u kuntatt dirett mal-ġenituri tagħhom meta l-ġenituri tagħhom ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu;

1.  Jinnota bi tħassib kbir li l-problemi li jikkonċernaw is-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża, inkluż ir-rwol kontroversjali tal-Jugendamt, iddenunzjati permezz ta' petizzjonijiet minn ġenituri mhux Ġermaniżi, xorta għadhom ma ġewx solvuti; jissottolinja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kontinwament jirċievi petizzjonijiet minn ġenituri mhux Ġermaniżi li fihom hija rrappurtata diskriminazzjoni serja bħala riżultat tal-proċeduri u l-prattiki adottati b'mod konkret mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi f'tilwim transfruntier tal-familja li jinvolvi l-minuri;

2.  Jinnota bi tħassib il-każijiet kollha ta' diskriminazzjoni allegata kontra ġenituri mhux Ġermaniżi mill-Jugendamt;

3.  Jirrimarka x-xogħol fit-tul tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fit-trattament tal-petizzjonijiet dwar ir-rwol tal-Jugendamt; jieħu nota tat-tweġibiet dettaljati mogħtija mill-ministeru Ġermaniż kompetenti dwar il-funzjonament tal-liġi tal-familja fil-Ġermanja iżda jissottolinja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kontinwament jirċievi petizzjonijiet dwar l-allegata diskriminazzjoni fil-konfront tal-ġenitur mhux Ġermaniż;

4.  Jenfasizza l-obbligu, kif previst fir-Regolament Brussell IIa, fuq l-awtoritajiet nazzjonali li jirrikonoxxu u jinforzaw sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor f'każijiet li jikkonċernaw il-minuri; jinsab imħasseb dwar il-fatt li f'tilwim familjari li għandu implikazzjonijiet transfruntiera l-awtoritajiet Ġermaniżi, allegatament, jistgħu sistematikament jirrifjutaw li jirrikonoxxu deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda fi Stati Membri oħra f'każijiet li fihom it-tfal li jkunu għadhom lanqas għalqu tliet snin ma jkunux instemgħu; jissottolinja li dan l-aspett jimmina l-prinċipju ta' fiduċja reċiproka ma' Stati Membri oħra li s-sistemi ġuridiċi tagħhom jistabbilixxu limiti ta' età differenti għas-smigħ tat-tfal;

5.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li għal snin sħaħ il-Kummissjoni ma implimentatx kontrolli preċiżi tal-proċeduri u l-prattiki użati fis-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża, inkluż tal-Jugendamt, fil-qafas tat-tilwim familjari b'implikazzjonijiet transfruntiera, u għaldaqstant naqset milli tipproteġi b'mod effettiv l-aħjar interessi tal-minuri u d-drittijiet relatati oħra kollha;

6.  Ifakkar fit-tweġiba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-petizzjonijiet dwar ir-rwol tal-Jugendamt f'tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji; itenni li l-UE m'għandha l-ebda kompetenza ġenerali biex taġixxi f'materji tal-liġi tal-familja, li l-liġi sostantiva tal-familja tibqa' fir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri u ma tistax tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni; li, f'każ ta' tħassib dwar il-funzjonament tal-Jugendamt, wieħed għandu jfittex rimedju fil-livell nazzjonali, u li jekk il-ġenituri jqisu li xi wieħed mid-drittijiet fundamentali tagħhom ikun inkiser, jistgħu jressqu lment quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, ladarba jkunu ġew eżawriti r-rimedji domestiċi;

7.  Jinsisti fuq l-importanza li l-Istati Membri jiġbru data statistika dwar il-proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji li jikkonċernaw il-kustodja tal-minuri u li jinvolvu lill-ġenituri barranin, b'mod partikolari dwar l-eżitu tas-sentenzi, sabiex jippermettu analiżi dettaljata tax-xejriet eżistenti matul iż-żmien u biex jipprovdu punti ta' riferiment;

8.  Jenfasizza, skont il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, il-kunċett awtonomu fid-dritt tal-UE tar-"residenza abitwali" tal-minuri u l-pluralità tal-kriterji li għandhom jintużaw mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali biex tiġi determinata r-residenza abitwali;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-residenza abitwali tal-minuri tkun ġiet iddeterminata kif xieraq mill-ġurisdizzjonijiet Ġermaniżi fil-każijiet imsemmija fil-petizzjonijiet li jaslu għand il-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

10.  Jikkritika bil-qawwa l-assenza ta' data statistika dwar l-għadd ta' każijiet fil-Ġermanja li fihom id-deċiżjonijiet tal-qorti ma kinux konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Jugendamt u dwar l-eżiti ta' tilwim familjari li jinvolvi l-ulied ta' koppji binazzjonali, minkejja t-talbiet ripetuti tul bosta snin biex din id-data tinġabar u ssir disponibbli għall-pubbliku;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta fil-petizzjonijiet inkwistjoni jekk il-ġurisdizzjonijiet Ġermaniżi rrispettawx kif xieraq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell IIa meta kienu qed jistabbilixxu l-kompetenzi tagħhom, u jekk kienux qiesu s-sentenzi jew id-deċiżjonijiet maħruġa minn ġurisdizzjonijiet ta' Stati Membri oħra;

12.  Jikkundanna l-fatt li, f'każijiet ta' aċċess tal-ġenituri taħt superviżjoni, in-nuqqas ta' ġenituri mhux Ġermaniżi li jikkonformaw mal-proċedura tal-uffiċjali tal-Jugendamt li jadottaw il-Ġermaniż bħala l-lingwa matul il-konverżazzjonijiet ma' wliedhom wassal għal interruzzjoni tal-konverżazzjonijiet u għal projbizzjoni tal-kuntatt bejn il-ġenituri mhux Ġermaniżi u wliedhom; jemmen li din il-proċedura adottata mill-uffiċjali tal-Jugendamt tikkostitwixxi diskriminazzjoni ċara bbażata fuq l-oriġini u l-lingwa kontra ġenituri mhux Ġermaniżi;

13.  Jenfasizza li l-Jugendamt ġeneralment jippermetti l-użu ta' lingwa materna komuni u, jekk meħtieġ għall-benesseri u s-sikurezza tal-minuri, bħal f'każijiet possibbli ta' ħtif, huma jagħmlu ħilithom biex jipprovdu interpretu sabiex jiżguraw li l-uffiċjali tal-Jugendamt jifhmu l-kontenut tad-diskussjoni;

14.  Huwa konvint b'mod sod li f'każijiet ta' aċċess tal-ġenituri taħt superviżjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi jridu jippermettu l-lingwi kollha tal-ġenituri waqt konverżazzjonijiet bejn il-ġenituri u wliedhom; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiggarantixxu li ġenituri mhux Ġermaniżi u wliedhom ikunu jistgħu jikkomunikaw fil-lingwa komuni tagħhom, peress li l-użu ta' din il-lingwa għandu rwol kruċjali fiż-żamma ta' rabtiet emozzjonali qawwija bejn il-ġenituri u wliedhom u jiżgura l-protezzjoni effettiva tal-wirt kulturali u l-benesseri tal-minuri;

15.  Jemmen bis-sħiħ li jrid jingħata segwitu konsistenti u effettiv lir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tat-3 ta' Mejju 2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar Kwistjonijiet relatati mal-Benesseri tat-Tfal, u b'mod partikolari dawk relatati direttament jew indirettament mar-rwol tal-Jugendamt u mas-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża;

16.  Ifakkar lill-Ġermanja fl-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inkluż l-Artikolu 8 tagħha; jemmen li jrid isir titjib kbir mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kollha biex jissalvagwardjaw b'mod adegwat id-dritt tal-ulied ta' koppji binazzjonali li jippreservaw l-identità tagħhom, inklużi r-relazzjonijiet familjari, kif rikonoxxut mil-liġi mingħajr indħil illegali;

17.  Iqis li, fid-dawl tal-Artikolu 81 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista' u jeħtiġilha jkollha rwol attiv biex tiżgura prattiki ġusti u konsistenti fir-rigward tal-ġenituri fit-trattament ta' każijiet transfruntiera ta' kustodja tal-minuri madwar l-Unjoni;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jsiru kontrolli preċiżi dwar in-natura mhux diskriminatorja tal-proċeduri u l-prattiki użati fis-sistema tal-liġi tal-familja Ġermaniża, inkluż mill-Jugendamt, fil-qafas ta' tilwim transfruntier li jinvolvi l-familji;

19.  Itenni li l-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fi kwistjonijiet tal-liġi sostantiva tal-familja;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid it-taħriġ tal-uffiċjali tas-servizzi soċjali u l-iskambji internazzjonali bejniethom sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-funzjonament tal-kontropartijiet rispettivi tagħhom fi Stati Membri oħra u biex jiġu skambjati prattiki tajbin;

21.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib u ta' komunikazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u lokali differenti involuti fi proċedimenti dwar il-kura tal-minuri, mis-servizzi soċjali għall-awtoritajiet ġurisdizzjonali u ċentrali;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet Ġermaniżi u l-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra tal-UE sabiex tiġi żgurata fiduċja reċiproka fi kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u sentenzi adottati mill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra tal-UE f'tilwim familjari b'elementi transfruntiera li jinvolvi lill-minuri;

23.  Ifakkar fl-importanza li l-ġenituri mhux Ġermaniżi jingħataw mingħajr dewmien, mill-bidu nett u f'kull stadju ta' proċedimenti relatati mal-minuri, informazzjoni kompluta u ċara dwar il-proċedimenti u dwar il-konsegwenzi possibbli tagħhom, f'lingwa li l-ġenituri inkwistjoni jifhmu kompletament, sabiex jiġu evitati każijiet li fihom il-ġenituri jagħtu l-kunsens tagħhom mingħajr ma jkunu fehmu kompletament l-implikazzjonijiet tal-impenji tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri mmirati bil-għan li jtejbu l-appoġġ, l-għajnuna, l-għoti ta'pariri u l-informazzjoni legali għaċ-ċittadini tagħhom f'kawżi li fihom huma jiddenunzjaw proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi diskriminatorji jew żvantaġġużi adottati kontrihiom mill-awtoritajiet Ġermaniżi f'tilwim familjari transfruntier li jinvolvi lill-minuri;

24.  Jenfasizza li l-każijiet denunzjati li fihom ġenituri mhux Ġermaniżi jiġu mxekkla milli jikkomunikaw ma' wliedhom fil-lingwa materna komuni tagħhom waqt iż-żjarat jikkostitwixxu diskriminazzjoni abbażi tal-lingwa u huma wkoll kontra l-għan li jitrawwem il-multilingwiżmu u d-diversità tal-isfondi kulturali fl-Unjoni u bi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-libertà ta' ħsieb, kuxjenza u reliġjon;

25.  Jistieden lill-Ġermanja żżid l-isforzi tagħha sabiex tiżgura li l-ġenituri jitħallew jużaw lingwa materna komuni ma' wliedhom matul iż-żjarat issorveljati;

26.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar każijiet imqajma minn petizzjonanti dwar skadenzi qosra stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi u dwar dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi li ma ġewx provduti fil-lingwa tal-petizzjonant mhux Ġermaniż; jissottolinja d-dritt taċ-ċittadini li jirrifjutaw li jaċċettaw dokumenti li ma jkunux miktuba jew tradotti f'lingwa li huma jifhmu kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1393/2007 dwar is-servizz ta' dokumenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-implimentazzjoni fil-Ġermanja tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament sabiex tindirizza kif jixraq il-ksur kollu possibbli;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika r-rispett tar-rekwiżiti lingwistiċi matul il-proċedimenti quddiem il-ġurisdizzjonijiet Ġermaniżi fil-każijiet imsemmija fil-petizzjonijiet preżentati lill-Parlament Ewropew;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri mmirati bil-għan li jtejbu l-appoġġ, l-għajnuna, l-għoti ta' pariri u l-informazzjoni legali għaċ-ċittadini tagħhom f'tilwim familjari transfruntier li jinvolvi l-minuri; jinnota, f'dan il-kuntest, li l-ministeri Ġermaniżi kompetenti fil-livell federali stabbilew il-Punt ta' Kuntatt Ċentrali Ġermaniż għall-Kunflitti Familjari Transfruntiera sabiex jipprovdi konsulenza u informazzjoni f'tilwim familjari transfruntier li jinvolvi r-responsabbiltà tal-ġenituri;

29.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkofinanzjaw u jippromwovu l-istabbiliment ta' pjattaforma li tipprovdi assistenza lil ċittadini tal-UE li ma għandhomx iċ-ċittadinanza tal-pajjiż inkwistjoni fi proċedimenti relatati mal-familja;

30.  Ifakkar lill-Istati Membri fl-importanza li jimplimentaw b'mod sistematiku d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 u li jiżguraw li l-ambaxxati jew ir-rappreżentanzi konsulari jkunu informati mill-bidu nett dwar il-proċedimenti kollha relatati mal-kura tal-minuri li jinvolvu liċ-ċittadini tagħhom u li jkollhom aċċess sħiħ għad-dokumenti rilevanti; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni konsulari affidabbli f'dan il-qasam u jissuġġerixxi li l-awtoritajiet konsulari għandhom jitħallew jattendu kull stadju tal-proċedimenti;

316.  Ifakkar lill-Istati Membri fil-ħtieġa li jagħtu lill-minuri kwalunkwe foster care meħtieġa u ġustifikata f'konformità mad-diċitura tal-Artikoli 8 u 20 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u b'mod partikolari li jippermettu kura tal-minuri kontinwa li tqis l-identità etnika, reliġjuża, lingwistika u kulturali tal-minuri;

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
(2) ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.
(3) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-22 ta' Diċembru 2010, Barbara Mercredi v Richard Chaffe, C-497/10 PPU, ECLI:EU:C:2010:829.
(4) Sentenza tal-Qorti (it-Tielet Awla) tat-2 ta' April 2009, A, C-523/07, ECLI:EU:C:2009:225.
(5) ĠU C 66, 21.2.2018, p. 2.


WTO: it-triq 'il quddiem
PDF 358kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar id-WTO: it-triq 'il quddiem (2018/2084(INI))
P8_TA-PROV(2018)0477A8-0379/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha tad-WTO tal-14 ta' Novembru 2001(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-WTO, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' April 2008 dwar "Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata"(2) u tal-15 ta' Novembru 2017 dwar "in-negozjati multilaterali fid-dawl tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO"(3),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Eżitu adottat b'kunsens fl-10 ta' Diċembru 2017 waqt is-Sessjoni Annwali tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO fi Buenos Aires(4),

–  wara li kkunsidra r-riżultati, li jinkludu serje ta' Deċiżjonijiet Ministerjali, tal-11-il Konferenza Ministerjali li saret fi Buenos Aires f'Diċembru 2017, li fiha ma kienx possibbli li tiġi adottata Dikjarazzjoni Ministerjali(5),

–  wara li kkunsidra s-6 Rieżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ, li sar f'Ġinevra mill-11 sat-13 ta' Lulju 2017(6),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU(7),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi fi ħdan il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, fis-seħħ minn Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-aħħar rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, ippubblikat fit-8 ta' Ottubru 2018, li juri li l-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5 C għadha possibbli jekk il-pajjiżi jżidu l-Kontribut tagħhom Stabbilit fil-Livell Nazzjonali sal-2020,

–  wara li kkunsidra l-paragrafu 16 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2018(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-laqgħa trilaterali tal-Ministri tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea adottata fil-31 ta' Mejju 2018(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-20 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina li tistabbilixxi grupp konġunt ta' ħidma dwar ir-riforma tad-WTO, ippresedut fil-livell tal-Viċi-Ministerjali(10);

–  wara li kkunsidra d-dokument kunċettwali tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2018 dwar il-modernizzazzjoni tad-WTO(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0379/2018),

A.  billi sa mill-ħolqien tagħha, id-WTO żvolġiet rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-multilateraliżmu, billi tippromwovi ordni ekonomiku dinji inklużiv u trawwem sistema kummerċjali multilaterali miftuħa, ibbażata fuq ir-regoli u nondiskriminatorja; billi llum il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jirrappreżentaw nofs il-kummerċ dinji, li tfisser żieda mit-33 % rreġistrat fl-2000, u li l-għadd ta' persuni li qegħdin jgħixu f'faqar estrem naqas bin-nofs mill-1990, għal ftit inqas minn biljun persuna; billi d-WTO hija mibnija fuq sistema ta' drittijiet u obbligi, li tobbliga lill-membri jiftħu s-swieq tagħhom u ma jiddiskriminawx;

B.  billi d-WTO għandha tibqa' l-punt ewlieni ta' referenza għall-gvernijiet u n-negozji f'kuntest ta' stipular ta' regoli u tilwim kummerċjali;

C.  billi l-UE kienet konsistenti favur approċċ kummerċjali b'saħħtu, multilaterali, ibbażat fuq ir-regoli, peress li l-ekonomija tal-UE, u l-ħaddiema u l-konsumaturi fl-UE u s-sħab tagħha, huma integrati ħafna ma' katini ta' valur mondjali u jiddependu fuq żviluppi prevedibbli fil-kummerċ internazzjonali kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-esportazzjonijiet u fil-kundizzjonijiet soċjali u ambjentali;

D.  billi r-riżultati tal-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO fi Buenos Aires f'Diċembru 2017 kienu diżappuntanti, u wrew biċ-ċar li l-funzjoni tan-negozjar tal-organizzazzjoni hija pparalizzata;

E.  billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli qed tiffaċċja l-agħar kriżi tagħha sa mill-ħolqien tad-WTO, u qed thedded il-funzjonijiet bażiċi tal-organizzazzjoni, b'mod partikolari t-twaqqif ta' regoli u struttura essenzjali għall-kummerċ internazzjonali u t-twettiq tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim l-aktar effikaċi u żviluppat ta' kwalunkwe organizzazzjoni multilaterali;

F.  billi minkejja eċċezzjonijiet importanti bħall-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, ir-riforma tal-kummerċ tad-WTO waqgħet lura mis-snin 2000;

G.  billi l-Korp tal-Appell huwa l-"ġojjell fil-kuruna" tad-WTO minħabba n-natura vinkolanti tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-istatus tiegħu bħala korp ta' rieżami indipendenti u imparzjali; billi s-sħubija tal-Korp tal-Appell naqset mill-għadd minimu ta' mħallfin li għandu bżonn biex tiffunzjona wara t-tmiem tal-mandat tal-Imħallef Shree Baboo Chekitan Servansing, u tħalli biss tliet imħallfin maħtura; billi dan in-nuqqas ta' ftehim, ikkawżat mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, jista' jwassal għall-kollass ta' sistema li hija essenzjali għall-ġestjoni ta' kwistjonijiet fost il-membri kollha tad-WTO;

1.  Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur il-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu, u jappella għal aġenda kummerċjali bbażata fuq kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli għall-benefiċċju ta' kulħadd, li tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà u għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi tinkludi u ssaħħaħ id-drittijiet soċjali, ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem, u tiżgura regoli miftiehma b'mod multilaterali u armonizzati, applikati b'mod uniformi għal kulħadd u rispettati b'mod effettiv; jenfasizza li d-WTO trid tikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-kummerċ ġust u għall-ġlieda kontra l-prattiki inġusti; jenfasizza li l-kummerċ mhuwiex għan fih innifsu iżda għodda biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp definiti b'mod globali;

2.  Iqis li issa hija kwistjoni ta' urġenza li jitkompla l-proċess ta' modernizzazzjoni tad-WTO fid-dawl tal-aħħar żviluppi iżda wkoll minħabba n-nuqqas ta' progress għal snin twal dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA), u li jiġu rieżaminati b'mod fundamentali diversi aspetti tal-funzjonament tad-WTO bil-ħsieb li jiżdiedu kemm l-effikaċja u l-leġittimità tagħha; jikkunsidra li huwa essenzjali, f'din il-perspettiva, li s-Segretarjat tad-WTO joħloq opportunitajiet lill-membri kollha tad-WTO biex ikunu involuti fid-dibattitu mill-bidu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE fid-WTO biex jilħqu lill-membri l-oħra tad-WTO, b'mod partikolari s-sħab kummerċjali ewlenin tagħna bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Kanada, il-Brażil u l-Indja, sabiex jintlaħaq qbil dwar pożizzjonijiet komuni; huwa mħeġġeġ mill-istqarrijiet inizjali mis-summit bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-riforma tad-WTO;

3.  Jilqa' f'dan ir-rigward il-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni fit-28 u d-29 ta' Ġunju 2018, u jieħu nota tal-approċċ deskritt fil-konklużjonijiet, kif ukoll tad-dokument kunċettwali tal-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tad-WTO tat-18 ta' Settembru 2018 u l-proposti tal-Kanada għar-riforma tad-WTO tal-25 ta' Settembru 2018; jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni ta' aktar proposti, speċjalment minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kif ukoll minn gruppi ta' ħidma diġà stabbiliti fost l-Istati Membri tad-WTO;

4.  Jesprimi t-tħassib kollu tiegħu dwar il-fatt li ntlew biss tliet postijiet tax-xogħol fil-Korp tal-Appell, b'hekk jimmina l-funzjonament kurrenti u kif suppost tal-proċess tas-soluzzjoni ta' tilwim, u jistieden bil-qawwa lill-Istati Uniti biex issolvi din is-sitwazzjoni b'mod li tippermetti li jimtlew minnufih il-postijiet vakanti tal-Korp tal-Appell; jilqa' l-proposti inizjali mressqa mill-Kummissjoni fid-dokument kunċettwali dwar il-modernizzazzjoni tad-WTO biex jiġi solvut in-nuqqas ta' ftehim billi jiġu indirizzati xi wħud mit-tħassib li tqajjem, inkluż permezz ta' regoli tranżizzjonali għall-membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom jew bidliet fit-tul tat-termini dwar il-Korp tal-Appell jew dwar iż-żmien massimu permess qabel il-pubblikazzjoni ta' rapport, kif ukoll l-istipular tal-ġurisprudenza l-ġdida mill-Korp tal-Appell; jinnota li t-tħassib espress mill-Istati Uniti rigward il-Korp tal-Appell imur lil hinn mill-bidliet proċedurali u jinvolvi riformi sinifikanti għad-deċiżjonijiet tal-imħallfin tal-korp;

5.  Iqis bħala inġustifikabbli d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li timponi tariffi fuq prodotti tal-azzar u tal-aluminju fil-31 ta' Mejju 2018 għal raġunijiet ta' "sigurtà nazzjonali" skont it-Taqsima 232 tal-Att ta' Espansjoni tal-Kummerċ tal-1962 u jqis li tonqos milli tindirizza l-isfida ppreżentata minn azzar eċċessiv fis-swieq globali u li ma tikkonformax mar-regoli tad-WTO; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex taħdem mal-Istati Uniti biex tindirizza n-nuqqas ta' qbil kummerċjali u biex tneħħi l-ostakli għall-kummerċ fi ħdan il-qafas tad-WTO ibbażat fuq ir-regoli dwar is-soluzzjoni ta' tilwim;

6.   Huwa tal-fehma li, bħala mezz biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriżi kurrenti, huwa meħtieġ li d-WTO tadatta għad-dinja li qed tinbidel filwaqt li twettaq uħud mill-kwistjonijiet pendenti tad-DDA, speċjalment fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel; iqis għalhekk li huwa neċessarju li:

   a) jiġu indirizzati l-lakuni attwali fil-ġabra ta' regoli sabiex jiġu bbilanċjati l-kundizzjonijiet ekwi fir-rigward ta' sussidji li jfixklu s-suq u l-intrapriżi tal-istat, kif ukoll li jinżammu aġġornati l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-aċċess għas-suq tal-investiment; jiġu indirizzati wkoll kwistjonijiet ta' protezzjoni u żvelar obbligatorju tal-kodiċi sors u attivitajiet oħrajn diretti mill-Istat li jwasslu għal kapaċitajiet żejda, kif ukoll ostakli regolatorji għal servizzi u investiment inklużi trasferimenti teknoloġiċi, rekwiżiti ta' impriżi konġunti u rekwiżiti ta' kontenut lokali; u jiġu sorveljati l-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-operat ta' ftehimiet eżistenti;
   b) jinħoloq il-qafas regolatorju meħtieġ biex ilaħħaq mal-iżviluppi teknoloġiċi billi jkopri l-kummerċ elettroniku, il-katini ta' valur globali, l-akkwist pubbliku, ir-regolament nazzjonali aġġornat għas-servizzi, u l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs);
   c) jiġu ġestiti l-aktar sfidi ambjentali u soċjali globali urġenti, filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza politika sistematika bejn l-aġendi kummerċjali, tax-xogħol u dawk ambjentali;
   d) jintlaqgħu, f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġew adottati fi Buenos Aires dwar il-kummerċ elettroniku, ir-regolamentazzjoni nazzjonali, il-faċilitazzjoni tal-investiment u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, kif ukoll il-ħidma li saret dwar dawn il-kwistjonijiet minn dak iż-żmien 'il hawn;

7.  Jenfasizza li l-UE għandha tenfasizza r-regoli tagħha dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data sabiex ikunu jistgħu jiġu promossi fil-livell internazzjonali u jsiru punt ta' riferiment għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali u multilaterali;

8.  Ifakkar li l-aċċess għall-akkwist pubbliku huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati kummerċjali tagħha u li, f'dan is-sens, it-twettiq tal-impenji tal-membri tad-WTO biex jingħaqdu mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) u t-titjib fil-funzjonament tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim u r-rispett għalihom huma mistennija fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku; jinnota li l-effikaċja sħiħa tat-titjib potenzjali fil-qafas tal-għajnuna mill-Istat u r-rwol tal-intrapriżi pubbliċi tiddependi parzjalment mill-progress f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni taħdem ma' dawk il-membri li jinsabu fil-proċess ta' adeżjoni mal-GPA biex taċċellera l-isforzi tagħhom sabiex jiġu estiżi l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-akkwist fost il-membri tad-WTO;

9.  Huwa konvint li d-differenzazzjoni kurrenti bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk fil-fażi tal-iżvilupp ma tirriflettix ir-realtà ekonomika u s-sitwazzjoni effettiva fid-WTO u li din kienet ta' xkiel għall-progress fiċ-Ċiklu ta' Doha, għad-detriment tal-pajjiżi l-aktar fil-bżonn; iħeġġeġ lill-pajjiżi fil-fażi avvanzata tal-iżvilupp biex jassumu s-sehem tagħhom ta' responsabbiltà u jagħmlu kontribuzzjonijiet proporzjonati mal-livell tagħhom ta' żvilupp u kompetittività (settorjali); jinnota li d-dokument kunċettwali tal-Kummissjoni jitlob regoli li skonthom il-pajjiżi fil-fażi tal-żvilupp mhux se jibqa' jkollhom l-istatus tagħhom ta' dħul baxx hekk kif dawn jiżviluppaw aktar; jemmen li l-mekkaniżmu ta' trattament speċjali u differenzjali (S&DT) għandu jiġi eżaminat mill-ġdid sabiex jirrifletti aħjar l-indiċijiet tal-iżvilupp tal-bniedem, bħala għodda ta' politika li tippermetti lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jorbtu l-implimentazzjoni ta' ftehimiet multilaterali ma' assistenza li jirċievu minn pajjiżi aktar sinjuri u organizzazzjonijiet donaturi;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir ir-ratifika minn żewġ terzi tas-sħubija fid-WTO tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (TFA) fi Frar 2017; huwa konvint li t-TFA jistabbilixxi eżempju importanti u jista' jipprovdi mudell għal ftehimiet futuri tad-WTO, filwaqt li jqis id-differenzi fl-istatus u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-membri tad-WTO; iħeġġeġ lill-membri tad-WTO jerfgħu r-responsabbiltà u jżommu l-impenji tagħhom skont is-setgħa u l-kapaċitajiet ekonomiċi reali tagħhom; iqis li l-isfidi li jmiss se jkunu r-ratifika sħiħa tal-ftehim, speċjalment mill-membri Afrikani li huma mistennija jibbenefikaw l-aktar mill-ftehim, l-implimentazzjoni effettiva tat-TFA, u n-notifika tal-għajnuna għall-iżvilupp skont il-ftehim;

11.  Jirrikonoxxi li b'mod ġenerali l-adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO fl-2001 żiedet l-aċċess għas-suq nazzjonali tagħha, li kien ta' benefiċċju għall-ekonomija globali; jinsab imħasseb li ċ-Ċina ma tapplikax l-ispirtu u l-prinċipji tal-valuri tad-WTO dwar trattament nazzjonali;

12.  Huwa tal-fehma li huwa neċessarju li jiġi rivedut il-funzjonament tal-proċess ta' negozjar billi tiġi introdotta aktar flessibbiltà milli hemm bħalissa skont ir-regola tal-kunsens, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-approċċ tal-Impriża Unika illimita l-effikaċja tal-governanza tal-kummerċ multilaterali; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-kunċett ta' multilateraliżmu flessibbli, fejn il-membri tad-WTO interessati li jsegwu kwistjoni partikolari fejn il-kunsens sħiħ għadu mhux possibbli għandhom ikunu jistgħu jagħmlu progress u jikkonkludu ftehimiet plurilaterali jew permezz tal-hekk imsejħa ftehimiet tad-WTO tal-Anness 4, skont l-Artikolu II:3, l-Artikolu III:1, u l-Artikolu X:9 tal-Ftehim ta' Marrakesh, jew permezz ta' ftehimiet ta' "massa kritika" li jestendu l-konċessjonijiet negozjati għas-sħubija tad-WTO fuq il-bażi ta' nazzjon l-aktar iffavorit; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tużax dawn l-Artikoli bħala alternattiva għal djalogu kostruttiv mal-Membri tad-WTO biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-kummerċ u r-riforma tad-WTO u għall-funzjonijiet tagħha; iqis, f'dan ir-rigward, li l-membri tiegħu għandhom jagħtu spinta lill-bini tal-kapaċità tad-WTO biex jiġi żgurat li din tkun mgħammra b'riżorsi finanzjarji u umani skont il-ħtiġijiet estiżi sabiex tinżamm l-istess kwalità ta' xogħol; jemmen li, b'mod ġenerali, il-kontribuzzjonijiet monetarji tal-membri l-ġodda għandhom iżidu l-baġit tad-WTO u ma jwasslux għal miżati tas-sħubija aktar baxxi għall-membri eżistenti;

13.  Jirrikonoxxi li filwaqt li l-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli jibqa' l-parti ewlenija tal-istruttura tad-WTO, hemm possibbiltajiet għal kooperazzjoni plurilaterali aktar profonda u aktar flessibbli fost l-Istati interessati f'oqsma fejn kien diffiċli li jintlaħaq kunsens; jinnota li ftehimiet bħal dawn iridu jikkomplementaw u ma jdgħajfux l-aġenda multilaterali u għandhom jintużaw mhux bħala fora alternattivi biex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-kummerċ, iżda pjuttost bħala stadji li jwasslu għall-progress fil-livell multilaterali; jitlob li jissoktaw in-negozjati plurilaterali għall-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali (EGA) u l-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TISA), u jitlob regoli speċjali għall-SMEs fil-ftehimiet plurilaterali u multilaterali; jisħaq fuq l-importanza li d-WTO tkompli u tapprofondixxi l-ħidma tagħha fil-kooperazzjoni internazzjonali ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħal, iżda mhux biss, in-NU, l-OECD, id-WCO, u l-ILO;

14.   Jisħaq fuq ir-rwol li l-kummerċ jista' u jrid jkollu fil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-2030 u tal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jiddispjaċih li l-EGA ġie mblukkat fl-2016 u jfakkar fil-potenzjal tiegħu li jipprovdi aktar aċċess għal teknoloġiji ekoloġiċi u jgħin biex jiġu ssodisfati l-impenji msemmija hawn fuq; jissottolinja li lil hinn min-negozjati dwar is-sussidji tas-sajd, id-WTO trid minnufih tiddefinixxi l-azzjoni l-aktar konkreta li hemm bżonn li tittieħed f'dan ir-rigward biex titħares il-ħajja tal-baħar; ifakkar li l-kunċett tad-WTO ta' Metodi ta' Proċess u Produzzjoni (PPM) joffri possibbiltajiet li ssir distinzjoni bejn l-hekk imsejħa "prodotti simili" għall-impatt ambjentali tagħhom; jissuġġerixxi li jiġi rivitalizzat il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Ambjent (CTE) tad-WTO, bil-mandat li jitfasslu kriterji għall-ġlieda kontra l-parassitiżmu ambjentali u li jiġu stabbiliti rabtiet aktar mill-qrib mas-Segretarjat tal-UNFCCC;

15.  Jafferma mill-ġdid ir-rabtiet bejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-iżvilupp inklużiv, kif espress ukoll fl-SDG 5, filwaqt li jenfasizza li l-emanċipazzjoni tan-nisa hija fundamentali għall-qerda tal-faqar u li t-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kummerċ hija fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku; jilqa' b'sodisfazzjon l-attenzjoni akbar tad-WTO dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-ġeneru, u jħeġġeġ lill-121 firmatarju tad-Dikjarazzjoni ta' Buenos Aires dwar il-Kummerċ u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa tal-2017 biex iwettqu l-impenji tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ sistematiku dwar il-ġeneru fl-oqsma kollha tat-tfassil tar-regoli tad-WTO fil-forma ta' valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għall-ġeneru; jinnota l-importanza ta' inizjattivi bħal SheTrades li jenfasizzaw ir-rwol pożittiv tan-nisa fil-kummerċ u li jħeġġu parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-kummerċ internazzjonali madwar id-dinja;

16.  Jiġbed l-attenzjoni għall-konklużjonijiet tas-6 Rieżami Globali tal-Għajnuna għall-Kummerċ, li sar f'Ġinevra f'Lulju 2017, intitolat "Il-promozzjoni tal-kummerċ, l-inklużività u l-konnettività għal żvilupp sostenibbli"; jappoġġja l-fehma li dan għandu jiġi tradott f'azzjoni konkreta sabiex jiffaċilita l-kummerċ elettroniku, u jibdel l-opportunitajiet diġitali, bħall-blockchain, f'realtajiet kummerċjali, għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ukoll; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-investiment fl-infrastruttura fiżika kif ukoll f'dik diġitali, li huwa kruċjali biex jinkiseb progress f'dan il-qasam, għadu sfida ewlenija; jappella, għalhekk, biex il-membri tad-WTO jippromwovu l-investiment fl-infrastruttura fiżika kif ukoll f'dik diġitali, filwaqt li jinkoraġġixxu, fost inizjattivi oħra, sħubiji pubbliċi-privati;

17.  Itenni l-appell tiegħu lill-UE biex tiżgura li l-attivitajiet tagħha mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kemm fil-qasam tal-iżvilupp kif ukoll f'dak tal-kummerċ, ikunu bbażati fuq qafas ibbilanċjat bejn sħab ugwali, allinjati mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mmirati lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO ma kellha l-ebda progress dwar kwistjonijiet ta' importanza fundamentali għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jilqa', madankollu, it-trattament preferenzjali msaħħaħ li ġie assigurat fid-WTO għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, li jinkludi regoli preferenzjali tal-oriġini u trattament preferenzjali għall-fornituri ta' servizzi, u jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu miżuri ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li jippermettu lill-fornituri minn pajjiżi l-anqas żviluppati jibbenefikaw mill-eżenzjoni fuq is-servizzi tal-pajjiżi l-anqas żviluppati;

19.  Jenfasizza li t-trasparenza hija element ewlieni biex jiġi żgurat ambjent kummerċjali u ta' investiment stabbli u prevedibbli; jemmen li huwa importanti li tiżdied it-trasparenza ta' proċeduri ta' monitoraġġ billi jiżdiedu l-inċentivi għall-membri tad-WTO biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' notifika, jitnaqqsu l-kumplessità u l-ostakoli tagħhom u billi jiġi pprovdut bini ta' kapaċità jekk ikun meħtieġ, filwaqt li n-nuqqas ta' konformità b'mod deliberat għandu jiġi skoraġġit u oġġezzjonat;

20.  Jenfasizza li r-rwol tas-Segretarjat tad-WTO li jiffaċilita u jissalvagwardja approċċ minn isfel għal fuq għall-parteċipazzjoni attiva tal-membri kollha huwa fundamentali u li għandu jiġi msaħħaħ aktar u jsir aktar flessibbli b'appoġġ għad-diversi proċessi ta' negozjar, kif ukoll fil-funzjonijiet ta' implimentazzjoni u monitoraġġ; iqis li jeħtieġ li jissaħħu l-mezzi finanzjarji u umani, kif ukoll ir-riżorsi disponibbli għas-Segretarjat tad-WTO, u jħeġġeġ lill-membri tad-WTO jissodisfaw b'mod reċiproku r-responsabbiltajiet tagħhom f'dan ir-rigward; jesprimi l-fehma li l-ħidma regolari tal-kumitati tad-WTO għandha tiġi rivitalizzata wkoll billi l-presidenti tagħhom jingħataw rwol aktar attiv biex jiżviluppaw u jipproponu soluzzjonijiet u kompromessi, u b'hekk imorru lil hinn mis-sempliċi moderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri, u li dan il-kompitu estiż għandu jkun appoġġjat mis-Segretarjat;

21.  Jitlob lill-membri tad-WTO biex jiżguraw il-leġittimità demokratika u t-trasparenza billi jsaħħu d-dimensjoni parlamentari tad-WTO, u biex jappoġġjaw memorandum ta' qbil li jistabbilixxi relazzjoni ta' ħidma formali mal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-parlamentari jkollhom aċċess sħiħ għan-negozjati kummerċjali u jkunu involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tad-WTO, u li l-politiki kummerċjali jkunu analizzati adegwatament fl-interessi taċ-ċittadini tagħhom;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO.

(1) Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha (WT/MIN(01)/DEC/1) tal-14 ta' Novembru 2001 – https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/min01_e/mindecl_e.htm
(2) ĠU C 259E, 29.10.2009, p. 77.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0439.
(4) http://www.europarl.europa.eu/pcwto/en/sessions/2017.html
(5) https://www.wto.org/english/news_e/news17_e/mc11_10dec17_e.htm
(6) https://www.wto.org/english/tratop_e/devel_e/a4t_e/gr17_e/gr17programme_e.htm
(7) http://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/
(8) https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2018/06/29/20180628-euco-conclusions-final/
(9) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/may/tradoc_156906.pdf
(10) https://www.consilium.europa.eu/media/36165/final-eu-cn-joint-statement-consolidated-text-with-climate-change-clean-energy-annex.pdf
(11) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/september/tradoc_157331.pdf


Rapport tal-2018 dwar is-Serbja
PDF 456kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar is-Serbja (2018/2146(INI))
P8_TA-PROV(2018)0478A8-0331/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Salonka fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Sofija tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-"Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija" tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/213/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet, u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/56/KE,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (SEC(2011)1208), id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-2 ta' Marzu 2012 biex jingħata status ta' pajjiż kandidat lis-Serbja u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013 biex jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni mas-Serbja,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tas-Serbja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-riżoluzzjoni 64/298 tad-9 ta' Settembru 2010 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħet id-disponibbiltà tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo,

–  wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin varat fit-28 ta' Awwissu 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-tmien laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja tat-13 u l-14 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODHIR) rigward il-missjoni limitata ta' osservazzjoni elettorali tal-elezzjonijiet parlamentari bikrin fis-Serbja fid-29 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni dwar il-valutazzjoni tal-elezzjoni tal-OSKE/ODHIR tul l-elezzjonijiet presidenzjali fis-Serbja tat-2 ta' April 2017,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar is-Serbja tas-17 ta' April 2018 (SWD(2016)0152),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titlu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet Konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tat-23 ta' Mejju 2017 (9655/17),

–  wara li kkunsidra r-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni UE-Serbja tas-16 ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra t-tmien laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali tal-25 ta' Ġunju 2018.

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2015 tal-korp kontra l-korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa – GRECO – dwar is-Serbja u r-Raba' rapport tas-Sessjoni ta' Evalwazzjoni tal-GRECO tal-20 ta' Ottubru 2017 bit-titlu "Corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors" (Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fir-rigward tal-membri tal-parlament, l-imħallfin u l-prosekuturi),

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Programm ta' Riforma Ekonomika tal-Kosovo 2018-2020 (SWD(2018)0132) u l-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, adottat mill-Kunsill fil-25 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra l-"Opinion on the draft amendments to the constitutional provisions on the judiciary" (Opinjoni dwar l-abbozz ta' emendi għad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar il-ġudikatura) tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-25 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, appoġġat mill-Kummissjoni u li sar mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal bit-titlu "Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar is-Serbja(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0331/2018),

A.  billi s-Serbja, bħal kull pajjiż li jaspira li jaderixxi mal-UE, trid tiġi ġġudikata abbażi tal-merti proprji tagħha li tissodisfa, timplimenta u tikkonforma mal-istess ġabra ta' kriterji, u billi l-kwalità tar-riformi neċessarji u d-dedikazzjoni lejhom jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni; billi l-proċess ta' adeżjoni huwa u jibqa' wieħed ibbażat fuq il-mertu li jiddependi b'mod sħiħ mill-progress oġġettiv miksub minn kull pajjiż, inkluża s-Serbja;

B.  billi sa mill-ftuħ tan-negozjati mas-Serbja nfetħu erbatax-il kapitolu u tnejn minnhom ingħalqu b'mod provviżorju;

C.  billi s-Serbja kienet impenjata b'mod kontinwu biex tinnormalizza r-relazzjonijiet mal-Kosovo, li wassal għall-Ewwel Ftehim tal-Prinċipji li Jiggvernaw in-Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet tad-19 ta' April 2013 u l-ftehimiet ta' Awwissu 2015; billi s-Serbja kompliet tipparteċipa f'dan id-djalogu;

D.  billi s-Serbja kkontribwiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u għal relazzjonijiet ta' viċinat tajbin, kif ukoll għall-paċi u l-istabbiltà, għar-rikonċiljazzjoni u għal klima li għen biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bilaterali miftuħa mill-passat;

E.  billi s-Serbja żammet l-impenn li toħloq ekonomija tas-suq li tiffunzjona u kompliet tibni riżultati tajbin fl-implimentazzjoni tal-obbligi tal-FSA;

F.  billi l-istat tad-dritt huwa valur fundamentali li fuqu hija msejsa l-UE u jinsab fil-qalba kemm tal-proċess ta' tkabbir kif ukoll tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni; billi hemm bżonn ta' riformi li jindirizzaw l-isfidi importanti li għad fadal f'dan il-qasam, partikolarment fil-garanzija ta' ġudikatura indipendenti, imparzjali, responsabbli u effiċjenti, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

G.  billi s-Serbja rratifikat il-konvenzjonijiet fundamentali kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni tal-1948 (Nru 87), id-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, tal-1949 (Nru 98) u, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-1930 (Nru 29);

H.  billi s-sitwazzjoni dwar il-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni tibqa' kwistjoni ta' tħassib partikolarment serju, li teħtieġ li tiġi indirizzata b'determinazzjoni u b'effikaċja bħala kwistjoni ta' prijorità;

I.  billi s-Serbja tibbenefika minn assistenza ta' qabel l-adeżjoni skont l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), b'allokazzjoni indikattiva totali ta' EUR 1,5 biljun għall-2014-2020; billi l-allokazzjoni indikattiva riveduta tal-IPA II għas-Serbja għall-perjodu 2018-2020 hija ta' EUR 722 miljun; billi s-Serbja ngħatat kumpens għall-prestazzjoni ta' nofs it-terminu;

1.  Jilqa' l-impenn kontinwu muri mis-Serbja fit-triq lejn l-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea; jappella lis-Serbja, ħalli bl-appoġġ tal-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv din id-deċiżjoni strateġika fost il-pubbliku Serb u tkompli żżid l-informazzjoni li tingħata f'waqtha u b'mod trasparenti, kif ukoll il-viżibbiltà tal-UE u tal-proġetti u l-programmi ffinanzjati minnha;

2.  Jissottolinja li l-implimentazzjoni bir-reqqa tar-riformi u tal-politiki hija indikatur ewlieni ta' proċess ta' integrazzjoni ta' suċċess; jappella lis-Serbja ttejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' politiki ġodda; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' tielet reviżjoni tal-programm nazzjonali għall-adozzjoni tal-acquis tal-UE u jwissi kontra l-konsegwenzi ta' traspożizzjoni mhux xierqa fil-liġi nazzjonali ta' liġijiet importanti tal-UE rigward l-allinjament mal-acquis; jilqa' bi pjaċir il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu ta' "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" li, flimkien ma' rieda politika qawwija, bit-twassil ta' riformi reali u sostnuti, u b'soluzzjonijiet definittivi mal-ġirien, is-Serbja tista' ssir membru tal-UE; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jekk jingħataw il-garanziji ta' progress meħtieġa, b'mod partikolari fil-qasam fundamentali tal-istat tad-dritt, biex jappoġġjaw il-ftuħ ta' kapitoli mħejjija teknikament u jaċċelleraw il-proċess globali ta' negozjati ta' adeżjoni;

3.  Jilqa' bi pjaċir it-tlestija b'suċċess tal-proċess ta' pprogrammar IPA 2018 u l-iffirmar tal-Ftehim ta' Finanzjament għall-IPARD II; jistieden lill-Kummissjoni sabiex fit-tfassil tal-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni l-ġdid (IPA III), tinkludi dispożizzjonijiet adegwati li jipprevedu l-possibbiltà tal-adeżjoni tas-Serbja mal-UE;

4.  Jilqa' bi pjaċir il-progress tas-Serbja fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona, li tiggarantixxi tkabbir ekonomiku u li tippreserva l-istabbiltà makroekonomika u monetarja; jenfasizza li s-Serbja għamlet progress tajjeb biex tindirizza wħud mill-punti ta' dgħufija strateġiċi li kienu problematiċi fil-passat, partikolarment permezz tal-konsolidament tal-baġit; jenfasizza, madankollu, li l-qgħad, l-eżodu tal-imħuħ u l-inattività ekonomika għadhom għoljin; jappella lis-Serbja tiżviluppa pjan sostenibbli għall-futur tal-intrapriżi statali; jenfasizza l-importanza suprema ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għall-ekonomija tas-Serbja u, jappella għal ambjent ta' negozju trasparenti u inqas burokratiku; jappoġġja l-adeżjoni tas-Serbja fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);

5.  Jesprimi tħassib dwar il-qgħad persistenti u jenfasizza l-importanza ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ; jappella lis-Serbja ttejjeb il-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jappella lis-Serbja ssaħħaħ id-djalogu tripartitiku; jitlob għal emenda tal-Liġi dwar il-Kontribuzzjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali Obbligatorja u tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-produtturi agrikoli żgħar;

6.  Jieħu nota tal-elezzjonijiet presidenzjali tat-2 ta' April 2017; jilqa' bi pjaċir it-twettiq ġenerali tal-elezzjonijiet u jappella lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali; jitlob lill-awtoritajiet jindirizzaw u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-OSKE/ODIHR, b'mod partikolari l-garanzija ta' ambjent ekwu matul il-perjodu tal-kampanja elettorali, u l-parteċipazzjoni fi djalogu mal-missjoni internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali domestiċi indipendenti; jitlob lill-awtoritajiet jinvestigaw b'mod xieraq l-akkużi ta' irregolaritajiet, ta' vjolenza u ta' intimidazzjoni li tqajmu matul proċessi elettorali fil-passat; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali; jindika li l-finanzjament tal-partiti politiċi jeħtieġ li jkun trasparenti u konformi mal-istandard internazzjonali;

7.  Jappella lis-Serbja tkompli tallinja lilha nnifisha mal-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE, inkluża l-politika tagħha dwar ir-Russja, anke fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti; jilqa' bi pjaċir il-kontribut importanti tas-Serbja u l-parteċipazzjoni kontinwa f'numru ta' missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) (EUTM Mali, EUTM Somalja, EUNAVFOR Atalanta, EUTM RCA), bis-Serbja tipparteċipa f'erba' minn sitt missjonijiet jew operazzjonijiet militari li attwalment qed jitwettqu mill-Unjoni; jinsab imħasseb madankollu, dwar il-kooperazzjoni militari li għadha għaddejja tas-Serbja mar-Russja u mal-Belarussja;

8.  Ifaħħar l-approċċ kostruttiv tas-Serbja fir-rigward tal-ġestjoni tal-effetti tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati, kif ukoll l-isforzi sostanzjali li wettaq il-pajjiż biex jipprovdi kenn u provvisti umanitarji, primarjament bl-appoġġ tal-UE; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni mis-Serbja tal-Liġi dwar l-Asil il-ġdida, il-Liġi dwar il-Barranin u l-Liġi dwar il-Kontroll tal-Fruntieri; iħeġġeġ lis-Serbja tallinja b'mod gradwali l-politika dwar il-viżi tagħha ma' dik tal-UE; jinnota bi tħassib li l-politika dwar il-viżi mhux allinjata tas-Serbja fetħet il-possibbiltà ta' migrazzjoni illegali u ta' kuntrabandu lejn il-pajjiżi tal-UE, kif ukoll lejn il-pajjiżi ġirien mhux tal-UE; iħeġġeġ lis-Serbja ddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ta' ritorn għall-immigranti irregolari li jikkonforma mal-acquis tal-UE u ttejjeb aktar il-kapaċità tagħha li tindirizza l-bżonnijiet tal-minorenni mhux akkumpanjati; jappella lis-Serbja ssib soluzzjoni vijabbli għar-rifuġjati minn pajjiżi ġirien, inkluż fir-rigward tal-bżonnijiet ta' akkomodazzjoni tagħhom u ta' aċċessibbiltà għax-xogħol u l-edukazzjoni;

Stat tad-dritt

9.  Iħeġġeġ lis-Serbja tintensifika l-isforzi ta' riforma tagħha fil-qasam tal-istat tad-dritt, u partikolarment tiggarantixxi l-indipendenza u l-effikaċja ġenerali tas-sistema ġudizzjarja; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' riforma effikaċi f'dan il-qasam; jinnota li minkejja li ġie reġistrat xi progress fit-tnaqqis ta' każijiet pendenti ta' proċedimenti qodma, u fid-dħul fis-seħħ ta' miżuri ta' armonizzazzjoni tal-prattika tal-qorti, l-indipendenza ġudizzjarja fis-Serbja għadha mhijiex garantita bis-sħiħ u l-ambitu tal-influwenza politika fuq il-ġudikatura jibqa' punt ta' tħassib; jappella lis-Serbja ssaħħaħ l-obbligu ta' rendikont, l-imparzjalità, il-professjonalità u l-effiċjenza ġenerali tal-ġudikatura, kif ukoll tistabbilixxi sistema ta' għajnuna legali mingħajr ħlas li tiżgura għażla wiesgħa ta' fornituri ta' għajnuna legali ħielsa; jitlob l-implimentazzjoni tas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

10.  Itenni l-importanza li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jħeġġeġ lis-Serbja turi impenn ċar biex tittratta din il-kwistjoni; jilqa' bi pjaċir l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Ġurisdizzjoni tal-Awtoritajiet tal-Gvern dwar it-Trażżin tal-Kriminalità Organizzata, it-Terroriżmu u l-Korruzzjoni; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-emendi li saru fit-taqsima dwar il-kriminalità ekonomika tal-kodiċi kriminali tal-pajjiż u jħeġġeġ lis-Serbja timplimenta bis-sħiħ dawn l-emendi, inkluża l-emenda dwar l-abbuż mill-kariga, sabiex tipprevjeni kwalunkwe użu ħażin; jitlob li titkompla l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni; itenni t-talba tiegħu lis-Serbja biex tadotta malajr il-liġi l-ġdida tagħha dwar l-Aġenzija għal Kontra l-Korruzzjoni bil-għan li ttejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' politiki ġodda u dawk eżistenti; jenfasizza l-importanza ewlenija li l-Aġenzija tirċievi u żżomm ir-riżorsi umani u finanzjarji li teħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha b'mod indipendenti; jenfasizza li l-membri tal-Aġenzija ta' Kontra l-Korruzzjoni jridu jiġu eletti skont il-prinċipji ta' trasparenza, ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess jew ta' affiljazzjoni politika; jitlob lill-awtoritajiet jimlew il-postijiet vakanti kollha fl-Aġenzija; jappella lis-Serbja tkompli ttejjeb il-każistika tagħha dwar l-investigazzjonijiet, l-akkużi u l-kundanni finali f'każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli u tippubblika statistika fuq bażi regolari dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet fil-każijiet kollha ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni minn uffiċjali pubbliċi;

11.  Jitlob lill-awtoritajiet Serbi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO); jitlob lill-Parlament Serb jindirizza b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, u jadotta l-Kodiċi ta' Kondotta;

12.  Jirrikonoxxi li sar xi progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u jilqa' bi pjaċir ir-rwol attiv tas-Serbja fil-kooperazzjoni internazzjonali u ta' pulizija reġjonali u ġudizzjarja; jappella lis-Serbja turi impenn akbar u twassal riżultati tanġibbli f'din il-ġlieda, partikolarment permezz ta' rekord konvinċenti ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni f'każijiet ta' kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar illegali u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali mis-Serbja lejn l-UE u lejn pajjiżi mhux tal-UE, l-omiċidji b'rabta mal-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, il-flussi finanzjarji li jappoġġjaw attivitajiet terroristiċi u l-ħasil tal-flus; jappella lis-Serbja tkompli bl-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni li ġie miftiehem mat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF); jiġbed l-attenzjoni għall-għadd dejjem akbar ta' attakki kriminali u jitlob li dawn jiġu riżolti permezz ta' kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji;

Demokrazija u djalogu soċjali

13.  Jenfasizza li l-parlament Serb għadu ma jeżerċitax sorveljanza effettiva tal-eżekuttiv, u li t-trasparenza, l-inklużività u l-kwalità tal-proċess leġiżlattiv jeħtieġ li jitjiebu aktar; jilqa' bi pjaċir it-tnaqqis fl-użu ta' proċeduri ta' urġenza għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta' proċeduri ta' urġenza baqa' frekwenti u jxekkel l-iskrutinju parlamentari u pubbliku; jenfasizza li jenħtieġ li tiġi evitata kull azzjoni li tillimita l-kapaċità tal-parlament Serb li jwettaq dibattitu effikaċi dwar il-leġiżlazzjoni u l-iskrutinju tagħha; jenfasizza l-importanza tal-ħidma tal-oppożizzjoni f'demokrazija u jissottolinja li jenħtieġ li l-politiċi tagħha ma jkunux soġġetti għal malafama u libell; jesprimi tħassib li xi politiċi qegħdin jagħmlu użu ħażin tad-diskors pubbliku biex jalimentaw il-qawmien tar-radikaliżmu; jitlob għal miżuri addizzjonali li jiżguraw id-djalogu bejn il-partiti u involviment effikaċi tas-soċjetà ċivili; jitlob lill-Parlament Serb jirrevedi l-prattika ta' ostruzzjoniżmu u jekk din toħnoqx id-dibattitu demokratiku; jilqa' bi pjaċir l-isforzi kontinwi tal-parlament Serb biex itejjeb it-trasparenza permezz ta' dibattiti dwar il-pożizzjonijiet ta' negozjar tas-Serbja li jirrigwardaw il-kapitoli ta' adeżjoni mal-UE, kif ukoll permezz ta' skambji mat-tim ta' negozjaturi ewlenin u mal-Konvenzjoni Nazzjonali dwar l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li jeħtieġ li jiġi rikonoxxut u appoġġjat bis-sħiħ ir-rwol tal-korpi regolatorji indipendenti, inkluż l-Ombudsman tal-pajjiż, l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni, l-Awtorità Nazzjonali tal-Awditjar u l-Kummissarju għall-Informazzjoni ta' Importanza Pubblika u l-Protezzjoni tad-Data Personali; jitlob l-impenn tal-Parlament Serb fl-implimentazzjoni tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi regolatorji indipendenti, b'mod partikolari dawk tal-Ombudsperson; ifakkar li d-djalogu soċjali huwa wieħed mill-pilastri tal-mudell soċjali Ewropew u, li konsultazzjoni regolari bejn il-gvern u s-sħab soċjali hija strumentali fil-prevenzjoni tat-tensjoni soċjali u tal-kunflitti; jissottolinja li huwa essenzjali li d-djalogu soċjali jmur lil hinn mill-iskambju ta' informazzjoni u li l-partijiet interessati jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar liġijiet importanti qabel ma jkunu soġġetti għal proċedura parlamentari;

14.  Jilqa' bi pjaċir il-preżentazzjoni tal-abbozz ta' riforma kostituzzjonali tal-ġudikatura tal-pajjiż li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni ta' Venezja għal opinjoni; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jniedu dibattitu pubbliku inklużiv u li jagħmel sens li jsir b'mod kostruttiv sabiex jissensibilizzaw aktar dwar il-proċess ta' riforma kostituzzjonali fil-pajjiż; jitlob konsultazzjoni pubblika sħiħa qabel ma l-abbozz finali jitressaq quddiem il-parlament Serb;

15.  Jilqa' bi pjaċir il-progress tas-Serbja fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha, partikolarment permezz tal-adozzjoni ta' bosta liġijiet ġodda dwar is-salarji tas-servizz pubbliku u dwar ir-relazzjonijiet tal-impjieg, dwar il-gvern lokali u s-salarji fil-provinċji awtonomi u, dwar l-akkademja ta' taħriġ nazzjonali; jenfasizza li l-influwenza politika fil-ħatriet maniġerjali ewlenin għadha kwistjoni ta' tħassib; jappella lis-Serbja temenda l-liġi dwar is-servizz ċivili biex tiggarantixxi n-newtralità tal-amministrazzjoni pubblika; jinnota li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-livelli kollha huwa importanti għall-implimentazzjoni b'suċċess tar-riformi ewlenin; jilqa' bi pjaċir il-ħolqien ta' Ministeru tal-Integrazzjoni Ewropea, li jinkorpora l-istrutturi ta' dak li kien l-Uffiċċju għall-Integrazzjoni Serb-Ewropew, li kompla jipprovdi gwida politika favur l-integrazzjoni Ewropea;

Drittijiet tal-bniedem

16.  Jissottolinja li ddaħħal fis-seħħ il-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li hemm bżonn ta' implimentazzjoni konsistenti u effikaċi fil-pajjiż kollu; jappella lis-Serbja tadotta l-Liġi l-ġdida dwar il-Protezzjoni tad-Data u tiżgura li tikkonforma bis-sħiħ mal-istandards u mal-aħjar prattiki tal-UE; jinnota li hemm bżonn sforzi sostnuti ulterjuri biex titjieb is-sitwazzjoni ta' persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli, inklużi tfal, persuni b'diżabbiltajiet, persuni bl-HIV/AIDS u persuni LGBTI; jikkundanna l-okkorrenza kontinwa ta' reati ta' mibegħda kontra r-Rom u persuni LGBTI; jappella lis-Serbja ssegwi b'mod attiv l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni ta' reati b'motivazzjoni ta' mibegħda; jitlob lill-awtoritajiet Serbi jippromwovu klima ta' tolleranza u jikkundannaw kull forma ta' inċitament għall-mibegħda, approvazzjoni pubblika jew tiċħid ta' ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra;

17.  Iħeġġeġ lis-Serbja ssaħħaħ ir-rwol u l-kapaċità tal-awtoritajiet tagħha rigward il-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa, it-tfal u l-persuni b'diżabbiltà u f'dan ir-rigward, tiżgura kooperazzjoni aħjar bejn il-pulizija, il-prosekuturi pubbliċi u s-servizzi soċjali; jilqa' bi pjaċir ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul mis-Serbja u tal-iżviluppi reċenti fir-rigward ta' miżuri għall-protezzjoni ta' tfal mill-vjolenza, inkluża d-dikjarazzjoni tal-gvern dwar l-istabbiliment ta' Ombudsperson għat-tfal, u jitlob lill-awtoritajiet jimmonitorjaw l-effett tal-leġiżlazzjoni u ta' miżuri oħra; jissottolinja li għad hemm nuqqasijiet fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni b'diżabbiltà, u jħeġġeġ lill-gvern jadotta strateġija nazzjonali dwar il-persuni b'diżabbiltà;

18.  Iħeġġeġ bil-qawwi lill-awtoritajiet Serbi jqawwu l-isforzi tagħhom biex itejbu s-sitwazzjoni dwar il-libertà ta' espressjoni u tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jilqa' l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma ġdid iddedikat għall-iżvilupp tal-Abbozz tal-Istrateġija tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni; jenfasizza l-fatt li t-theddid, il-vjolenza u l-intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni, inklużi l-fastidji u l-intimidazzjoni amministrattiva permezz ta' proċeduri bil-qorti, jibqgħu kwistjonijiet ta' tħassib; jitlob lill-uffiċjali jkunu konsistenti fil-kundanna pubblika ta' kull forma ta' intimidazzjoni ta' ġurnalisti u jżommu lura milli jindaħlu fl-attivitajiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-ġurnalisti, inkluż fil-kuntest ta' elezzjonijiet; jinnota f'dan ir-rigward li anki jekk ġew solvuti bosta każijiet u ġew ippreżentati xi akkużi kriminali, il-kundanni għadhom rari; jilqa' bi pjaċir l-isforz tal-grupp ta' ħidma permanenti li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Miżuri għal Żieda fis-Sikurezza tal-Ġurnalisti u jitlob lill-awtoritajiet juru l-impenn sħiħ tagħhom biex jinvestigaw u jieħdu passi kontra kull każ ta' attakk kontra ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jappella favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġijiet dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni u t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Korp Regolatorju għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi tas-Serbja; jilqa' bi pjaċir l-isforzi mġedda għall-adozzjoni ta' strateġija għall-mezzi ta' komunikazzjoni biex jinħoloq ambjent tal-mezzi tal-komunikazzjoni pluralistiku u jisħaq f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' konsultazzjoni trasparenti u inklużiva mal-partijiet interessati; jissottolinja l-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa fis-sjieda tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-finanzjament tagħhom; jitlob l-adozzjoni ta' politiki li jipproteġu l-mezzi tal-komunikazzjoni u l-programmi f'lingwi ta' minoranzi nazzjonali li jgħixu fis-Serbja;

19.  Jitlob lill-awtoritajiet Serbi jsaħħu l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa u l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom rwol ewlieni f'demokrazija li tiffunzjona tajjeb; jikkundanna l-kampanji negattivi u r-restrizzjonijiet kontra ċerti Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (OSĊ); jitlob li tiġi adottata strateġija nazzjonali u pjan ta' azzjoni relatat biex jiġi rregolat l-ambjent li fih joperaw l-OSĊ; jemmen li hemm bżonn ta' sforzi ulterjuri biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni sistematika bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili u jitlob li tingħata aktar attenzjoni fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma li jolqtu lis-soċjetà ċivili;

20.  Jinnota xi progress fil-każ tat-twaqqigħ illegali ta' proprjetà privata u ċ-ċaħda tal-libertà ta' moviment fl-inħawi ta' Savamala f'Belgrad f'April 2016; jitlob li l-każ jiġi solvut u li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji fl-investigazzjonijiet biex il-persuni responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

Rispett u protezzjoni tal-minoranzi

21.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni għar-realizzazzjoni tad-drittijiet ta' minoranzi nazzjonali, u l-adozzjoni ta' digriet li jistabbilixxi fond għall-minoranzi nazzjonali; jappella lill-Gvern Serb jimplimenta bis-sħiħ it-trattati internazzjonali kollha li jikkonċernaw id-drittijiet tal-minoranzi; jenfasizza li l-progress fil-qasam ta' garanzija tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali mhuwiex sodisfaċenti u jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni u għal koordinazzjoni u inklużjoni mtejba tal-partijiet interessati, inklużi l-pajjiżi ġirien skont il-ħtiġijiet tat-trasport u l-komunikazzjoni; jinnota li l-fond għall-minoranzi nazzjonali qed jiffunzjona u kien hemm żieda fil-finanzjament tiegħu; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' liġijiet kruċjali dwar il-qafas tad-drittijiet tal-minoranzi; itenni l-appell tiegħu li s-Serbja tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-minoranzi, inkluż fir-rigward tal-edukazzjoni u l-kultura, l-użu tal-lingwi tal-minoranzi, ir-rappreżentanza fl-amministrazzjoni pubblika u fil-ġudikatura u l-aċċess kontinwu għall-mezzi ta' komunikazzjoni u s-servizzi reliġjużi bil-lingwi tal-minoranzi; jirrikonoxxi l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċikli ta' elezzjoni tal-minoranzi nazzjonali tal-pajjiż u jitlob l-adozzjoni ta' politiki li jiggarantixxu r-rappreżentanza politika ġusta tagħhom fl-assemblea nazzjonali Serba; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tad-dritt ta' reġistrazzjoni tat-twelid f'waqtu; jenfasizza li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali hija kundizzjoni preliminari għall-adeżjoni mal-UE;

22.  Jinnota li d-diversità kulturali tal-Vojvodina tikkontribwixxi għall-identità tas-Serbja; jenfasizza li l-awtonomija tal-Vojvodina għandha tiġi ppreservata u l-liġi dwar ir-riżorsi ta' finanzjament tal-Vojvodina għandha tiġi adottata mingħajr aktar dewmien, kif previst fil-Kostituzzjoni;

23.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida għall-inklużjoni soċjali tar-Rom għall-perjodu 2016-2025, flimkien ma' pjan ta' azzjoni li jkopri l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi; jilqa' bi pjaċir ir-rikonoxximent tal-istrateġija li n-nisa Rom jiffaċċjaw diskriminazzjoni partikolari; iħeġġeġ lis-Serbja tistabbilixxi għanijiet u indikaturi ċari għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida; jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja ta' bniet Rom li jitilqu mill-iskola; jinnota li l-maġġoranza tar-Rom jbatu minn esklużjoni soċjali u jiffaċċjaw il-ksur sistematiku tad-drittijiet tagħhom; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija l-ġdida għall-inklużjoni tar-Rom u l-pjan ta' azzjoni tagħha; jenfasizza l-importanza tal-ifformular ta' politiki li se jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra r-Rom u kontra ż-Żingari. jitlob għall-parteċipazzjoni pubblika u politika sinifikattiva tar-Rom fil-livelli kollha;

Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet ta' bon viċinat

24.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li s-Serbja tibqa' impenjata, b'mod kostruttiv, favur relazzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi oħrajn tat-tkabbir u ma' Stati Membri ġirien tal-UE; jilqa' bi pjaċir il-fatt li s-Serbja żammet l-impenn tagħha f'għadd ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali bħall-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA), l-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, l-Istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju (EUSDR), l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR), il-Proċess Brdo-Brijuni, l-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-aġenda ta' konnettività tagħha u l-proċess ta' Berlin; jilqa' bi pjaċir ir-riżultati miksuba s'issa mill-inizjattiva tas-Sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jitlob l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ekonomika Reġjonali (REA); itenni t-talba tiegħu biex is-Serbja timplimenta l-miżuri ta' riforma ta' konnettività assoċjati mal-aġenda ta' konnettività; jilqa' bi pjaċir l-isforzi tas-Serbja biex tipprijoritizza l-investimenti fl-infrastruttura u jissottolinja l-importanza ta' konnettività akbar fir-reġjun; jinnota li jeħtieġ li jsiru sforzi akbar fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni tal-fruntiera sabiex tiġi evitata d-depopolazzjoni tagħhom; jappoġġja l-proposta għal tnaqqis tat-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent; jenfasizza li t-tilwim bilaterali pendenti ma għandux ikollu effett negattiv fuq il-proċess ta' adeżjoni; jappoġġja bil-qawwa l-wegħda tas-sħab tal-Balkani tal-Punent li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, l-istabbiltà reġjonali u l-kooperazzjoni reċiproka; ifakkar li l-UE hija determinata li ssaħħaħ u tintensifika l-impenn tagħha biex tappoġġja t-trasformazzjoni tar-reġjun;

25.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' strateġija nazzjonali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra; jieħu nota tal-adozzjoni ta' strateġija ta' prosekuzzjoni għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti tal-gwerra u jħeġġeġ lis-Serbja twettaq l-attivitajiet kollha previsti; jilqa' bi pjaċir il-ħatra, f'Mejju 2017, ta' prosekutur ġdid għad-delitti tal-gwerra; itenni t-talba tiegħu għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, partikolarment permezz tat-tressiq 'il quddiem ta' atti ta' akkuża, u għall-adozzjoni ta' strateġija ta' prosekuzzjoni operattiva; jappella lis-Serbja tinvestiga b'mod effettiv il-każijiet kollha ta' delitti tal-gwerra, b'mod partikolari dawk ta' profil għoli, u tikkoopera mas-sħab reġjonali tagħha f'dawn il-każijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu sforzi akbar biex isolvu dawn il-kwistjonijiet fil-proċess tan-negozjati UE-Serbja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu jindirizzaw il-problema ta' persuni li għebu matul il-gwerer tad-disgħinijiet; jappella lis-Serbja biex għal darb'oħra tikkoopera bis-sħiħ mal-Mekkaniżmu Residwu Internazzjonali tat-Tribunali Kriminali Internazzjonali attwali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jkomplu jaħdmu fuq il-kwistjoni tad-destin tal-persuni li għebu, inkluż il-ftuħ tal-arkivji nazzjonali b'rabta mal-perjodu tal-gwerra; iħeġġeġ lis-Serbja tħejji skema ta' riparazzjoni għall-vittmi u l-familji tagħhom; itenni s-sostenn tiegħu għall-inizjattiva biex toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ta' ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fl-Ex-Jugoslavja; jenfasizza l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Kooperazzjoni bejn iż-Żgħażagħ (RYCO) u mill-fergħat lokali tiegħu biex tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni fost iż-żgħażagħ; jitlob għal aktar emendi fil-Liġi dwar Restituzzjoni u jenfasizza l-importanza ta' trattament nondiskriminatorju tar-rikorrenti ta' restituzzjoni meta mqabbel ma' benefiċjarji oħra, b'mod partikolari fil-qasam tar-reġistrazzjoni ta' proprjetà pubblika;

26.  Jiddispjaċih dwar iċ-ċaħda mtennija tal-ġenoċidju ta' Srebrenica minn xi awtoritajiet Serbi; ifakkarhom li l-koperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, u s-suċċessur tiegħu l-Mekkaniżmu Internazzjonali li Jeżerċita s-Setgħat Residwi tal-Qrati Kriminali, timplika wkoll li jiġu aċċettati u implimentati għalkollox is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tiegħu; jenfasizza li r-rikonoxximent tal-ġenoċidju ta' Srebrenica huwa pass fundamentali fil-mixja tas-Serbja lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea;

27.  Jilqa' bi pjaċir l-impenn kontinwu tas-Serbja fil-proċess ta' normalizzazzjoni mal-Kosovo, u l-impenn tagħha għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet milħuqa fid-djalogu ffaċilitat mill-UE; jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-President Serb vara djalogu intern dwar il-Kosovo; itenni l-appell tiegħu għal progress fl-implimentazzjoni sħiħa, in bona fide u f'ħin opportun, tal-ftehimiet kollha li diġà ntlaħqu, inklużi dawk dwar l-enerġija u jħeġġeġ liż-żewġ naħat biex ikomplu b'mod determinat il-proċess ta' normalizzazzjoni; jenfasizza l-importanza li tinħoloq assoċjazzjoni/komunità ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba; jenfasizza li għandha titħaffef il-ħidma għal fażi ġdida ta' djalogu li għandu l-għan li jikseb normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo, li għandha tiġi definita fi ftehim ġuridikament vinkolanti; itenni l-appell tiegħu lis-SEAE biex iwettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-mod li bih iż-żewġ partijiet qegħdin jissodisfaw l-obbligi tagħhom; jikkundanna, b'mod inekwivoku, il-qtil tal-politiku Serb tal-Kosovo, Oliver Ivanović u jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni ġenwina bejn l-investigaturi tal-Kosovo u dawk Serbi u ta' appoġġ internazzjonali, biex b'hekk l-awturi tar-reati jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

28.  Jinnota d-dibattitu li għaddej u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar aġġustamenti possibbli tal-fruntiera bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluż skambji ta' territorji; jissottolinja n-natura multietnika kemm tal-Kosovo kif ukoll tas-Serbja u li l-objettiv fir-reġjun ma għandux ikun il-ħolqien ta' stati etnikament omoġenji; jappoġġja d-djalogu ffaċilitat mill-UE bħala l-qafas biex jintlaħaq ftehim ta' normalizzazzjoni komprensiv bejn is-Serbja u l-Kosovo; iqis li kwalunkwe ftehim jista' jkun aċċettabbli biss jekk ikun maqbul b'mod reċiproku, filwaqt li titqies l-istabbiltà kumplessiva fir-reġjun u d-dritt internazzjonali;

29.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar dikjarazzjonijiet ripetuti żżejjed minn politiċi ta' grad għoli li jqiegħdu fid-dubju l-integrità territorjali tal-Bożnija-Ħerzegovina u jikkundanna kull forma ta' retorika nazzjonalista mmirata biex tinkoraġġixxi d-diżintegrazzjoni tagħha;

Enerġija u trasport

30.  Jappella lis-Serbja timplimenta bis-sħiħ il-miżuri ta' riforma ta' konnettività fis-settur tal-enerġija; iħeġġeġ lis-Serbja tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-suq tal-gass u tissodisfa l-obbligi korrispondenti rigward is-separazzjoni kif stipulat mit-Tielet Pakkett tal-Enerġija; jappella lis-Serbja tiżviluppa l-politika tal-enerġija tagħha biex tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja; jilqa' bi pjaċir l-isforzi tal-pajjiż għall-promozzjoni tal-investimenti fl-oqsma tal-effiċjenza tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli; ifakkar li l-leġiżlazzjoni dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija ma tikkonformax bis-sħiħ mad-direttivi korrispondenti tal-UE; jappella lis-Serbja tiddiversifika s-sorsi tal-enerġija tagħha lejn sorsi ta' enerġija rinnovabbli oħrajn;

31.  Jistieden lill-Gvern Serb biex jadotta l-miżuri meħtieġa biex jippreserva ż-żoni protetti fir-rigward, b'mod partikolari, tal-iżvilupp ta' impjanti tal-idroelettriku f'żoni ambjentalment sensittivi, bħall-Park Naturali Stara Planina; jitlob, f’dan il-kuntest, li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali bir-reqqa msejsa fuq l-standards tal-UE kif stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Għasafar, il-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; iħeġġeġ lill-Gvern Serb iżid it-trasparenza dwar il-proġetti ppjanati permezz tal-parteċipazzjoni pubblika u l-konsultazzjoni li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha;

32.  Jilqa' bi pjaċir l-impenn konġunt iffirmat mis-Serbja u l-Bulgarija fis-17 ta' Mejju 2018, fl-okkażjoni tas-summit tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent f'Sofija, dwar il-bini ta' interkonnettur tal-gass bejn iż-żewġ pajjiżi u l-adozzjoni tal-pakkett IPA 2018, li jinkludi l-proġett ta' infrastruttura strateġikament importanti "L-awtostrada tal-paċi Nis-Merdare-Prestina", li se jippermetti konnessjoni aħjar tat-trasport bejn is-Serbja ċentrali u l-Kosovo u għandu sinifikat simboliku għar-relazzjonijiet fir-reġjun;

33.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell allarmanti ta' tniġġis tal-arja fis-Serbja li minħabba fih, skont id-data tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fl-2016 madwar 6 500 persuna mietu minħabba mard respiratorju; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet Serbi jadottaw il-miżuri neċessarji fuq żmien qasir biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni u jirriformaw b'mod effettiv il-politiki tat-trasport u l-mobbiltà fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul fil-bliet il-kbar;

o
o   o

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Serbja.

(1) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 71.


Rapport tal-2018 dwar il-Kosovo
PDF 375kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar il-Kosovo (2018/2149(INI))
P8_TA-PROV(2018)0479A8-0332/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Sofia tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija annessa magħha,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Riforma Ewropea (ERA) għall-Kosovo, imnedija fi Pristina fil-11 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' qafas mal-Kosovo dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' Awwissu 2017,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titlu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2018)0450) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha, ir-Rapport 2018 dwar il-Kosovo (SWD(2018)0156),

–  wara li kkunsidra l-ewwel ftehim dwar il-prinċipji li jirregolaw in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet tas-Serbja u l-Kosovo tad-19 ta' April 2013, u ftehimiet oħra ta' Brussell fil-qafas tad-djalogu ffaċilitat mill-UE għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet, inkluż dwar il-protokoll tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM), il-qafas legali dwar l-Assoċjazzjoni/il-Komunità ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba kif ukoll il-ftehimiet dwar il-Pont ta' Mitrovica u dwar l-enerġija,

–  wara li kkunsidra l-integrazzjoni tal-imħallfin, prosekuturi u persunal amministrattiv Serbi tal-Kosovo fil-ġudikatura tal-Kosovo, f'konformità mal-Ftehim dwar il-Ġustizzja milħuq fi Frar 2015,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 tat-8 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo)(1), li estendiet ukoll it-tul tal-missjoni sal-14 ta' Ġunju 2020,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2017 dwar il-Missjoni u l-Operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u r-Rapport dwar il-Progress tal-Patt 2017 tal-EULEX,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-attivitajiet li għaddejjin tal-Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), inkluż l-aktar rapport reċenti tal-1 ta' Mejju 2018, u r-rapport dwar l-operazzjonijiet tal-Forzi ta' Kosovo (KFOR) tas-7 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Programm ta' Riforma Ekonomika tal-Kosovo 2018-2020 (SWD(2018)0133) u tal-Kunsill fil-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-25 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finali missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE (EUEOM) tal-11 ta' Ġunju 2017 dwar l-elezzjonijiet leġiżlattivi fil-Kosovo u tat-22 ta' Ottubru 2017 dwar l-elezzjonijiet tas-sindki u tal-assemblej muniċipali fil-Kosovo;

–  wara li kkunsidra r-raba' laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo (SAPC) li saret fi Strasburgu fis-17 u t-18 ta' Jannar 2018,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2016 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) (COM(2016)0277) u r-raba' rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta' Mejju 2016 dwar il-progress li għamel il-Kosovo biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberizzazzjoni tal-viża (COM(2016)0276),

–  wara li kkunsidra r-ratifika tal-Ftehim dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera bejn il-Kosovo u l-Montenegro mill-parlamenti tal-Montenegro u tal-Kosovo,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-Riżoluzzjoni 64/298 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Settembru 2010, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħet id-disponibbiltà tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, appoġġat mill-Kummissjoni, u li sar mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-21 ta' Settembru 2015 bit-titolu "Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kosovo,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0332/2018),

A.  billi sforzi sostanzjali kontinwi, appoġġati minn djalogu kostruttiv bejn il-forzi politiċi u mal-pajjiżi ġirien, huma meħtieġa sabiex iħejju għall-isfidi ta' sħubija fl-UE;

B.  billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa evalwat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni;

C.  billi 114-il pajjiż irrikonoxxew l-indipendenza tal-Kosovo, inkluż 23 mit-28 Stat Membru tal-UE;

D.  billi l-UE ripetutament uriet ir-rieda tagħha li tassisti fl-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Kosovo permezz ta' perspettiva Ewropea ċara, filwaqt li l-Kosovo wera aspirazzjoni għall-mixja tiegħu lejn l-integrazzjoni Ewropea;

E.  billi minħabba l-polarizzazzjoni persistenti fost il-partiti politiċi, il-Kosovo wera progress limitat fir-riformi relatati mal-UE, li huma essenzjali biex isir progress ulterjuri fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE;

F.  billi l-ekonomija informali li hija b'saħħitha qiegħda xxekkel l-iżvilupp ta' ekonomija vijabbli għall-pajjiż kollu;

G.  billi l-Awli Speċjalizzati għall-Kosovo u l-Uffiċċju ta' Prosekutur Speċjalizzat fl-Aja ilhom kompletament operattivi fl-ambitu ġudizzjarju sa mill-5 ta' Lulju 2017;

H.  billi fit-8 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill iddeċieda li jirrifoka u jestendi l-mandat tal-missjoni tal-UE għall-istat tad-dritt (EULEX), u b'hekk intemmet il-parti eżekuttiva ġudizzjarja tal-mandat tal-missjoni; billi d-data finali l-ġdida tal-mandat kienet stabbilita għall-14 ta' Ġunju 2020;

I.  billi l-Kosovo jibqa' l-uniku pajjiż fil-Balkani tal-Punent li ċ-ċittadini tiegħu jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn iż-Żona Schengen;

1.  Jilqa' l-atti leġiżlattivi importanti adottati fi ħdan il-qafas tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma (ERA) u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jemmen li għandu jinbena kunsens bejn il-partijiet differenti biex jiġu adottati riformi ewlenin relatati mal-UE; jistenna b'ħerqa l-adozzjoni ta' Regolament ġdid dwar l-ERA fl-2019;

2.  Jirrimarka, madankollu, il-pass kajman fl-implimentazzjoni ta' riformi fundamentali, ikkawżat min-nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet differenti u l-polarizzazzjoni politika kontinwa; jinnota li dan kellu konsegwenzi negattivi fuq il-kapaċità tal-assemblea u tal-gvern biex iwettqu riformi sostnuti u sostenibbli; jikkundanna l-aġir ostruttiv ta' xi parlamentari; jistieden lill-partiti politiċi kollha jistabbilixxu djalogu politiku inklużiv; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb is-sorveljanza effettiva tal-assemblea fuq l-eżekuttiv u t-trasparenza u l-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet, inkluż billi tiġi żgurata parteċipazzjoni attiva u kostruttiva u jiġi limitat l-użu ta' proċeduri urġenti għall-adozzjoni tal-liġijiet; jinkoraġġixxi kunsens dwar riformi relatati mal-adeżjoni mal-UE;

3.  Jilqa' l-fatt li ġie rreġistrat xi progress fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, madankollu, jissottolinja l-ħtieġa għal aktar riformi; jappella, b'mod partikolari, biex l-amministrazzjoni tal-istat tiġi depolitiċizzata u ristrutturata;

4.  Jilqa' r-ratifika li kienet ilha mistennija tal-Ftehim ta' Awwissu 2015 dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera mal-Montenegro f'Marzu 2018, li hija pass 'il quddiem fi spirtu ta' relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien; jenfasizza l-importanza ta' dan il-pass lejn il-liberalizzazzjoni tal-viża;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw b'mod komprensiv in-nuqqasijiet elettorali li diġà kienu identifikati, inklużi n-nuqqas ta' trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, u l-allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni mifruxa fuq il-votanti, b'mod partikolari fi ħdan bosta komunitajiet Serbi tal-Kosovo, billi jippromulgaw, f'waqthom u ferm qabel iċ-ċiklu li jmiss ta' elezzjonijiet, miżuri leġiżlattivi u amministrattivi biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-UE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni ta' Venezja, sabiex jiżguraw li huma allinjati bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali; jilqa' l-passi 'l quddiem li saru fi ħdan l-amministrazzjoni elettorali fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jistieden lill-Kosovo jżid l-isforzi tiegħu biex iżid il-parteċipazzjoni politika tan-nisa u jsaħħaħ il-qafas legali ġenerali;

6.  Jesprimi tħassib dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Kosovo li mhijiex iffinanzjata biżżejjed, il-korruzzjoni mifruxa, l-elementi ta' manipulazzjoni tal-Istat, l-influwenza politika mhux xierqa u kwistjonijiet ta' nuqqas ta' rispett għal proċessi ġusti u smigħ xieraq, inkluż f'każijiet ta' estradizzjoni; jissottolinja l-importanza tal-proċessi ta' riforma fl-istat tad-dritt, b'enfasi partikolari fuq l-indipendenza u l-effiċjenza u l-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-protezzjoni tax-xhieda;

7.  Jenfasizza li sistema ġudizzjarja rappreżentattiva u implimentazzjoni uniformi tad-dritt tal-Kosovo huma prerekwiżiti biex jiġi indirizzat l-eżerċizzju tal-ġustizzja inkonsistenti, kajman u ineffiċjenti; jilqa' l-integrazzjoni tal-imħallfin, prosekuturi u persunal amministrattiv Serbi tal-Kosovo fil-ġudikatura tal-Kosovo f'konformità mal-Ftehim tal-Ġustizzja bejn is-Serbja u l-Kosovo tal-2015; jemmen li l-ġudikatura għadha vulnerabbli għal influwenza politika mhux xierqa u li huma meħtieġa aktar sforzi biex tinbena l-kapaċità u tiġi żgurata r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-imħallfin u prosekuturi, inkluż permezz ta' reviżjoni funzjonali sostanzjali tas-sistema ġudizzjarja għall-imħallfin, prosekuturi, uffiċjali tal-pulizija ta' livell għoli u investigaturi kriminali kollha; jilqa' t-twaqqif f'Novembru 2017 tal-Kummissjoni tal-Gvern dwar ir-Rikonoxximent u l-Verifika tal-Istatus tal-Vittmi ta' Vjolenza Sesswali matul il-Kunflitt fil-Kosovo;

8.  Jinnota li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar ta' drogi u tal-bnedmin, u ċ-ċiberkriminalità, għadhom kwistjonijiet ta' tħassib li jeħtieġu sforzi konġunti; jilqa' l-progress inizjali li sar fit-tisħiħ tar-rekord fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' korruzzjoni ta' livell għoli u każijiet ta' kriminalità organizzata; jistenna sforzi deċiżivi u sostnuti fl-ambitu tal-obbligi tal-proċess tal-adeżjoni mal-UE; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Ombudsperson biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jirrieżamina l-każijiet;

9.  Jitlob li jitwaqqaf ta' qafas legali mtejjeb, u li l-effiċjenza u l-kapaċità tal-prosekuzzjoni jissaħħu b'tali mod li jippermettu approċċ komprensiv għall-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet , li għandhom ikunu sostanzjati permezz tal-iffriżar, il-konfiska u l-irkupru tal-assi, kif ukoll permezz ta' kundanni finali f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli, kriminalità organizzata u finanzjarja, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu; jitlob salvagwardji li jiggarantixxu l-indipendenza fl-infurzar tal-liġi u fil-prosekuzzjoni, kif ukoll miżuri preventivi kontra l-korruzzjoni f'diversi setturi; jemmen li hemm bżonn aktar miżuri sabiex jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi u jiġu massimizzati l-indipendenza u responsabbiltà tal-ġudikatura; jistieden lill-Kosovo jimxi skont il-proċeduri u r-regoli internazzjonali dwar l-estradizzjoni ta' ċittadini barranin, billi jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jiġu evitati każijiet bħal dak tas-sitt ċittadini Torok deportati mill-Kosovo lejn it-Turkija fl-aħħar ta' Marzu 2018; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Assemblea tal-Kosovo li twaqqaf kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga dan il-każ;

10.  Jitlob għal kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, li tkun ġenwina u kostruttiva, bejn l-awtoritajiet tal-Kosovo u tas-Serbja; jemmen li s-sħubija tal-Kosovo fl-Interpol u żieda fil-kooperazzjoni mal-Europol se tkompli ttejjeb l-effettività ta' miżuri mmirati kontra l-kriminalità transnazzjonali; iħeġġeġ, sadanittant, aktar kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

11.  Iqis li huwa essenzjali li jiġu implimentati f'waqthom u b'mod komprensiv, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsperson, tal-Awditur Ġenerali, tal-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni u tal-Kummissjoni tar-Regolamentazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-Kosovo; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet fis-sistema tal-akkwist pubbliku u biex jitjiebu l-kooperazzjoni interistituzzjonali u l-iskambju ta' informazzjoni; jirrakkomanda bis-sħiħ li jiġu intensifikati l-kapaċitajiet ta' sorveljanza, evalwazzjoni u tal-awditjar u li jissaħħu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' strateġija kontra l-frodi biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Kosovo u tal-UE;

12.  Jilqa' l-konferma tal-Kummissjoni, maħruġa fit-18 ta' Lulju 2018, li l-parametri referenzjarji għal-liberalizzazzjoni tal-viża ġew issodisfati; iqis li huwa vitali li tiġi mogħtija l-liberalizzazzjoni tal-viża lill-Kosovo mingħajr dewmien żejjed; huwa tal-fehma li l-liberalizzazzjoni tal-viża se ttejjeb l-istabbilità u tressaq lill-Kosovo eqreb lejn l-UE billi ttejjeb il-faċilità tal-ivvjaġġar u tan-negozju, filwaqt li tgħin biex jiġu miġġielda l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' persuni u l-korruzzjoni; jistieden lill-Kunsill jadotta l-mandat tiegħu b'mod rapidu biex jipproċedi għall-adozzjoni ta' sistema ta' vjaġġar mingħajr viża;

13.  Jinnota li lil hinn mill-progress li sar biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, sforzi sostnuti jridu jitkomplew biex jiġu miġġielda l-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin u l-korruzzjoni, flimkien ma' sforzi konkreti biex jiġu ġestiti flussi ta' migrazzjoni irregolari u jitnaqqas l-għadd ta' talbiet għall-asil bla bażi;

14.  Jieħu nota pożittiva tat-tnaqqis kbir fin-numru ta' talbiet għall-asil u r-riammissjoni ta' ċittadini tal-Kosovo, u ta' applikazzjonijiet għal ftehimiet ta' riammissjoni; jieħu nota pożittiva tal-istrateġija l-ġdida ta' riintegrazzjoni u jitlob li din tiġi implimentata bis-sħiħ;

15.  Ifaħħar lill-Kosovo għall-isforzi li kellu fil-ġlieda kontra l-ħruġ ta' ġellieda barranin, li kważi esklużivament huma ġellieda ġiħadisti, u fl-indirizzar tat-theddid terroristiku; jappella għal kooperazzjoni reġjonali attiva fil-ġlieda kontra l-attivitajiet terroristiċi potenzjali u fit-tfixkil ta' flussi finanzjarji destinati għall-finanzjament tat-terroriżmu; iħeġġeġ lill-Kosovo jindirizza r-radikalizzazzjoni fuq l-internet u l-influwenzi estremisti esterni; jissottolinja l-importanza tal-prevenzjoni tat-terroriżmu, u l-prosekuzzjoni ta' ġellieda suspettati, flimkien mar-riabilitazzjoni, l-edukazzjoni u l-integrazzjoni soċjali tagħhom u tal-familji tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata r-radikalizzazzjoni tal-ħabsin u ta' żgħażagħ vulnerabbli b'mod partikolari, u li jkun hemm ħidma attiva għad-deradikalizzazzjoni tagħhom;

16.  Jikkundanna bl-aktar mod ċar il-qtil tal-politikant Serb tal-Kosovo Oliver Ivanović; iqis il-qtil tiegħu bħala daqqa ta' ħarta kbira għall-vuċijiet kostruttivi u moderati tal-komunità Serba tal-Kosovo; jenfasizza, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-ħtieġa għal kooperazzjoni ġenwina bejn l-investigaturi tal-Kosovo u tas-Serbja u għal appoġġ internazzjonali, sabiex kemm l-awturi ta' dan il-qtil kif ukoll dawk li ordnawh jitressqu quddiem il-ġustizzja mingħajr aktar dewmien;

17.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' rieda biex jiġu trattati każijiet ta' delitti tal-gwerra, u jissottolinja l-importanza ta' impenn politiku ċar għall-prosekuzzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo juru l-impenn sod u sostnut għall-obbligi internazzjonali tagħhom fir-rigward ta' Awli Speċjalizzati għall-Kosovo u ta' Uffiċċju ta' Prosekutur Speċjalizzat fl-Aja; jesprimi tħassib profond dwar it-tentattivi mill-membri tal-Assemblea tal-Kosovo biex jirrevokaw l-Att dwar l-Awli Speċjalizzati għall-Kosovo u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat f'Diċembru 2017; jiddispjaċih bil-kbir dwar il-fatt li dawn it-tentattivi wasslu għal nuqqas li jiġu adottati rakkomandazzjonijiet konġunti wara l-posponiment tar-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo (KPSA) għas-17 u t-18 ta' Jannar 2018; jappella għal approċċ kostruttiv għall-KPSA bejn l-UE u l-Kosovo kif ukoll għal kooperazzjoni parlamentari msaħħa f'dan ir-rigward;

18.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-kooperazzjoni legali reċiproka bejn l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-Kosovo u tas-Serbja u jappoġġaw il-ħolqien ta' kummissjoni reġjonali (RECOM) biex jiġu stabbiliti l-fatti dwar id-delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li kienu kommessi fl-Ex-Jugoslavja;

19.  Jinnota r-rwol importanti li għandha EULEX fit-tisħiħ tal-indipendenza tas-sistema tal-ġustizzja, tal-pulizija u dik doganali; jirrikonoxxi, barra minn hekk, ir-rwol ta' prevenzjoni u rikonċiljazzjoni tal-EULEX fil-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta' każijiet ta' delitti tal-gwerra, korruzzjoni u kriminalità organizzata, u l-isforzi kontinwi tagħha biex jiġu identifikati l-persuni nieqsa u s-siti ta' oqbra sabiex jissolvew kompletament il-każijiet; jirrakkomanda valutazzjoni tal-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet tal-missjoni;

20.  Itenni l-appell tiegħu lill-EULEX biex iżżid l-effikaċja u tadotta l-ogħla standards ta' trasparenza u approċċ ta' tolleranza żero fir-rigward tal-korruzzjoni, amministrazzjoni ħażina, imġiba ħażina u interferenza u pressjoni politika;

21.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-Assemblea tal-Kosovo tiġi informata fil-pront dwar l-attivitajiet tal-EULEX u dwar kwalunkwe bidliet fl-istatus legali tagħha;

22.  Jieħu nota tal-mandat il-ġdid u d-data finali tal-EURLEX; jenfasizza, madankollu, it-twettiq ta' progress konkret fil-Kosovo huwa aktar importanti minn skeda stabbilita;

23.  Jitlob sabiex l-infurzar tal-qafas tad-drittijiet tal-bniedem ikun l-ogħla prijorità, li għandu jkun appoġġat minn koordinament u finanzjament xierqa u suffiċjenti, speċjalment fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni tat-tfal u tax-xogħol, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabbiltà, u l-minoranzi u komunitajiet etniċi u lingwistiċi, inklużi l-persuni LGBTI; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-Aġenzija għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Koordinatur Nazzjonali għall-Protezzjoni mill-Vjolenza Domestika u li tissaħħaħ il-prevenzjoni; u l-infurzar tal-ġustizzja kontra r-reati relatati; itenni l-ħtieġa li jiġi adottat l-abbozz ta' liġi dwar il-libertà tar-reliġjon;

24.  Jesprimi tħassib serju dwar l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u l-vjolenza minħabba differenza ta' sess; iħeġġeġ lill-Kosovo jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u ta' kontra d-diskriminazzjoni; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni kontra l-vjolenza domestika, u jistieden lill-awtoritajiet jadottaw azzjoni aktar stretta u effettiva fil-ġlieda kontra l-vjolenza minħabba differenza ta' sess, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-Aġenzija għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Koordinatur Nazzjonali għall-Protezzjoni mill-Vjolenza Domestika; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità, inkluż fl-ambitu tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma u mas-soċjetà ċivili, inkluż l-organizzazzjonijiet tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kosovo jindirizza ulterjorment il-kwistjoni tal-ġustizzja u l-appoġġ għal nisa li kienu soġġetti għal vjolenza sesswali matul il-gwerra; iħeġġeġ lill-Kosovo jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

25.  Jistieden lill-Assemblea tal-Kosovo tqis id-dokument ta' pożizzjoni ffirmat b'mod konġunt mill-UE, minn UNICEF, mill-Koalizzjoni ta' NGOs għall-Protezzjoni tat-Tfal fil-Kosovo (KOMF) u minn Save the Children fl-abbozzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal;

26.  Jinnota bi tħassib li l-Kosovo għamel progress limitat fil-qasam tad-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà; jistieden lill-Kosovo jissalvagwardja l-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabbiltà;

27.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-minoranzi bħala kwistjoni ta' prijorità, inklużi d-drittijiet tagħhom, kemm kulturali kif ukoll lingwistiċi, u l-opportunitajiet tagħhom; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-minoranzi, bħar-Rom, l-Ashkali u l-Eġizzjani, ikomplu jiffaċċjaw problemi biex jakkwistaw dokumenti personali, li jaffettwa l-kapaċità tagħhom li jaċċessaw iċ-ċittadinanza, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-assistenza soċjali, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw dawn il-problemi; jilqa' r-rieda tal-awtoritajiet li jirrikonoxxu d-drittijiet ta' persuni b'etniċità storika Bulgara fir-reġjuni ta' Gora u Zhupa; jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni ġodda għall-Inklużjoni tal-Komunitajiet Rom u Ashkali fis-Soċjetà tal-Kosovo 2017–2021, u jitlob li l-Kosovo jieħu rwol attiv fil-kooperazzjoni reġjonali tal-proġett dwar l-Integrazzjoni tar-Rom 2020, implimentat mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali;

28.  Jiddispjaċih dwar id-diskriminazzjoni persistenti kontra persuni LGBTI u ż-żieda fid-diskors ta' mibegħda fuq l-internet b'rabta mal-avveniment Gay Pride fi Pristina;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat l-abbozz ta' liġi ġdida dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni ta' NGOs; jappella sabiex tingħata attenzjoni akbar fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni fl-oqsma li jaffettwaw l-ispazju tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni ma tpoġġix piż sproporzjonat jew ma jkollhiex impatt diskriminatorju fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) jew tnaqqas l-ispazju għas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-ħtieġa għal finanzjament pubbliku disponibbli għall-OSĊ;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-libertà editorjali, is-sostenibbiltà finanzjarja u l-indipendenza tax-xandir pubbliku tal-Kosovo, u li tiġi żgurata t-trasparenza fis-sjieda tal-mezzi ta' komunikazzjoni privati f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport annwali tal-Kummissjoni; iħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-liġijiet rilevanti kollha f'dan ir-rigward; jitlob li jkun hemm titjib fix-xandir multilingwistiku u fil-kwalità ta' informazzjoni mogħtija lill-komunitajiet kollha tal-Kosovo; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fl-għadd ta' theddid u attakki kontra l-ġurnalisti, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jinvestigaw u jressqu lil dawk li huma responsabbli quddiem il-ġustizzja; jilqa' l-approvazzjoni tal-Gvern tal-Kosovo tal-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni tal-informaturi;

31.  Jitlob li jsiru sforzi kontinwi għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet b'mod komprensiv bejn is-Serbja u l-Kosovo; iqis li n-normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet mas-Serbja, fl-ambitu ta' ftehim ġuridikament vinkolanti u l-arranġamenti implimentattivi tiegħu, mhijiex possibbli mingħajr l-applikazzjoni komprensiva u reċiproka tal-ftehimiet eżistenti, u hija element fundamentali għaż-żewġ pajjiżi fi triqithom lejn l-integrazzjoni Ewropea;

32.  Jinnota d-dibattitu li għaddej u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar aġġustamenti possibbli tal-fruntiera bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluż skambji ta' territorji; jissottolinja n-natura multietnika kemm tal-Kosovo kif ukoll tas-Serbja u li l-objettiv fir-reġjun ma għandux ikun il-ħolqien ta' stati etnikament omoġenji; jappoġġa d-djalogu ffaċilitat mill-UE bħala l-qafas biex jintlaħaq ftehim ta' normalizzazzjoni komprensiv bejn is-Serbja u l-Kosovo; iqis li kwalunkwe ftehim jista' jkun aċċettabbli biss jekk ikun maqbul b'mod reċiproku, filwaqt li titqies l-istabbiltà kumplessiva fir-reġjun u d-dritt internazzjonali;

33.  Jinnota li ħames Stati Membri tal-UE għadhom ma rrikonoxxewx lill-Kosovo, u jistedinhom jagħmlu dan; jenfasizza li r-rikonoxximent ikun ta' benefiċċju għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Kosovo u s-Serbja;

34.  Huwa tal-fehma li t-twettiq tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina jrid ikun miftuħ u trasparenti u li dawk responsabbli għalih għandhom regolarment jikkonsultaw mal-Assemblea tal-Kosovo dwar l-iżviluppi tiegħu;

35.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li bosta ftehimiet iffirmati s'issa għadhom ma ġewx implimentati, jew ġew posposti, bħal dawk dwar l-enerġija u dwar l-assoċjazzjoni ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet jimplimentaw il-ftehimiet kollha b'mod sħiħ u in bona fide; itenni l-appell tiegħu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iwettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni taż-żewġ partijiet fir-rigward tar-rispett tal-obbligi tagħhom sabiex jindirizza l-isfidi kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni; iħeġġeġ lill-Gvernijiet Serbi u tal-Kosovo joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista' ddgħajjef il-fiduċja bejn il-partijiet u jpoġġu f'riskju l-kontinwazzjoni kostruttiva tad-djalogu;

36.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd dejjem jiżdied ta' inċidenti interetniċi; jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta' intimidazzjoni u vjolenza; jistenna li l-awtoritajiet tal-Kosovo immedjatament joqogħdu 'l bogħod minn atti bħal dawn, u jitlob li dawk responsabbli jiġu identifikati u jitressqu quddiem il-ġustizzja; jistieden lill-awtorità nazzjonali u lokali jagħmlu sforzi ulterjuri biex jimplimentaw il-liġijiet adottati sabiex ikomplu jiżviluppaw soċjetà multietnika; jiddispjaċih dwar iż-żieda ta' retorika nazzjonalista u estrema fir-reġjun, u jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa ulterjorment ir-rikonċiljazzjoni permezz ta' proġetti kulturali;

37.  Jitlob għal darb'oħra għall-ftuħ fil-pront u mingħajr xkiel tal-pont ta' Mitrovica, li jikkostitwixxi pass importanti lejn l-unifikazzjoni mill-ġdid tal-belt; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim dwar il-libertà ta' moviment; jistieden lill-awtoritajiet Serbi u tal-Kosovo jippromwovu l-kuntatti interpersonali bejn il-komunitajiet lokali sabiex isaħħu d-djalogu, inkluż fil-livell mhux governattiv; jilqa', f'dan ir-rigward, il-programm ta' kooperazzjoni reċiproka Peja/Savac, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi simili; jilqa' l-iżvilupp ta' proġetti ta' infrastruttura li jippermettu żieda fil-kuntatti, bħall-awtostrada Nis-Merdare-Pristina;

38.  Jilqa' l-isforzi tal-Kosovo fiż-żamma ta' relazzjonijiet ta' viċinat kostruttivi fir-reġjun kollu u fl-allinjament proattiv mal-acquis tal-UE dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), u jitlob li jkun hemm progress ulterjuri f'dan il-qasam; iqis li s-sħubija tal-Kosovo f'korpi internazzjonali se tagħti drittijiet u obbligi li jinvolvu l-applikazzjoni ta' normi u standards internazzjonali; jinkoraġġixxi approċċ pożittiv fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Kosovo f'organizzazzjonijiet internazzjonali;

39.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati u implimentati miżuri li jiżguraw proċeduri ta' privatizzazzjoni trasparenti u kompetittivi u biex jiġu investigati l-irregolaritajiet allegati; jinsab mħasseb dwar il-fatt li r-rimessi tal-migranti jikkostitwixxu mutur sinifikanti tad-domanda domestika; jesprimi tħassib dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol, speċjalment matul il-proċess ta' reklutaġġ;

40.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proċeduri mwiegħra tar-reġistrazzjoni medika u l-kwalità tal-mediċini, u dwar il-korruzzjoni fis-settur tas-saħħa b'mod ġenerali; iħeġġeġ lill-Ministeru għas-Saħħa tal-Kosovo jħaffef l-isforzi tiegħu biex jinvestiga reati bħal dawn u jindirizza l-problemi ta' reġistrazzjoni u ta' kwalità mill-aktar fis possibbli; jappella għal riforma komprensiva tas-settur tas-saħħa, inkluż l-implimentazzjoni ta' assigurazzjoni tas-saħħa universali, sabiex jiġi żgurat aċċess universali għall-kura tas-saħħa; jissottolinja l-ħtieġa għal finanzjament adegwat tas-sistema tas-saħħa pubblika;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija reġjonali biex tindirizza il-qgħad persistenti fost iż-żgħażagħ u l-eżodu tal-imħuħ billi jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet bejn is-sistema edukattiva u s-suq tax-xogħol, it-titjib tal-kwalità tat-tagħlim, u l-iżgurar tal-finanzjament adegwat għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol u skemi ta' taħriġ vokazzjonali, flimkien ma' faċilitajiet adegwati għall-indukrar tat-tfal u għall-edukazzjoni ta' qabel l-iskola; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fit-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni; jistieden lill-atturi rilevanti jinkludu lil persuni li jappartjenu għal gruppi ta' minoranzi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-miżuri għall-impjiegi;

42.  Iħeġġeġ lill-Kosovo jisfrutta b'mod sħiħ il-potenzjal li joffru programmi tal-UE; jilqa' l-iffirmar tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi Erasmus+ u Ewropa Kreattiva; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo u lill-Kummissjoni jappoġġaw aktar lill-SMEs sabiex jiżviluppaw ekonomija vijabbli għall-Kosovo; jappoġġa l-proposta għal tnaqqis tat-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent;

43.  Jiġbed l-attenzjoni għall-kwalità estremament ħażina tal-arja ta' Pristina u bliet oħra mniġġsa ħafna; jappella għal sistemi ta' monitoraġġ effikaċi tal-kwalità tal-arja u tal-ilma, għal titjib fl-infrastruttura tat-trattament tal-ilma mormi u għal data dwar it-tniġġis affidabbli u faċilment disponibbli f'ħin reali; jesprimi tħassib dwar ġestjoni ħażina tal-iskart, rimi mhux sostenibbli u prattiki ta' dumping illegali mifruxa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jadottaw miri ta' separazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart, itejbu r-rimi tal-ġbir lokali u l-faċilitajiet ta' riċiklaġġ u biex min iniġġes jinżamm responsabbli; jistieden lin-NU tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-vittmi ta' avvelenament miċ-ċomb f'xi kampijiet tar-refuġjati stabbiliti fil-Kosovo, inkluż permezz tal-fond fiduċjarju antiċipat;

44.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-politika dwar l-enerġija tar-rapport tas-sena l-oħra għandhom ma ġewx implimentati; jenfasizza l-ħtieġa li ma jibqax isir uża mil-linjite għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mhux sostenibbli u l-urġenza tad-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Kosovo A u li tiġi żgurata l-kapaċità ta' ġenerazzjoni u importazzjoni addizzjonali sostenibbli; jinnota progress parzjali dwar it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija tal-Kosovo; jitlob għal sforzi akbar fil-qasam tal-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, b'mod partikolari fis-settur tal-kostruzzjoni; jinnota li filwaqt li ġie adottat l-ewwel qari tal-abbozz ta' liġi dwar l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza enerġetika hija mxekkla min-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Enerġija bejn il-Kosovo u s-Serbja; jistieden lill-awtoritajiet jistabbilixxu l-fond għall-effiċjenza enerġetika;

45.  Jenfasizza li l-impjanti tal-idroenerġija għandhom jissodisfaw standards ambjentali tal-UE; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Ministru għall-Ambjent biex jivvaluta u jissospendi permessi maħruġa għal proġetti idroelettriċi;

46.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fl-isfruttar tal-potenzjal tar-rinnovabbli; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw il-Pjan ta' Azzjoni għall-Istrateġija tal-Enerġija 2017-2026 sabiex tintlaħaq il-mira obbligatorja għall-enerġija rinnovabbli ta' 25 % sal-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu rwol ewlieni f'dan ir-rigward;

47.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jadottaw trasport pubbliku kredibbli u sostenibbli u politiki ta' mobbiltà biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet infrastrutturali fit-tul;

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-Gvern u lill-Assemblea tal-Kosovo.

(1) ĠU L 146, 11.6.2018, p. 5.


Rapport tal-2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
PDF 470kWORD 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2018/2145(INI))
P8_TA-PROV(2018)0480A8-0341/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2005 li tagħti lill-pajjiż l-istatus ta' kandidat għall-adeżjoni mal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Finali għar-Riżoluzzjoni tad-Differenzi kif deskritt fir-riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993), it-tmiem tal-Ftehim Interim tal-1995 u l-ħolqien ta' Sħubija Strateġika bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tas-17 ta' Ġunju 2018, magħrufa wkoll bl-isem ta' Ftehim ta' Prespa,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas konkluż f'Ohrid u ffirmat fi Skopje fit-13 ta' Awwissu 2001 (Ftehim Qafas ta' Ohrid, "OFA"),

–  wara li kkunsidra l-Prijoritajiet ta' Riforma Urġenti tal-Kummissjoni għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra l-ftehim politiku (l-hekk imsejjaħ "Ftehim ta' Pržino") li ntlaħaq bejn l-erba' partiti politiċi ewlenin fi Skopje fit-2 ta' Ġunju u fil-15 ta' Lulju 2015, u l-ftehim bejn l-erba' partiti dwar l-implimentazzjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju u tal-31 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Kwistjonijiet Sistemiċi tal-Istat tad-Dritt tal-14 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin varat fit-28 ta' Awwissu 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tal-11 ta' Diċembru 2016, li ġew ukoll osservati mill-Parlament Ewropew, u l-elezzjonijiet muniċipali tal-15 ta' Ottubru u tad-29 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-"Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija" tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, tat-28 ta' Ġunju 2018, li appoġġjaw il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni adottati mill-Kunsill fis-26 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tan-NATO tal-11 u tat-12 ta' Lulju 2018 li tistieden lill-pajjiż jibda t-taħditiet ta' adeżjoni biex jissieħeb fl-alleanza,

–  wara li kkunsidra l-14-il laqgħa, li saret fit-13 ta' Lulju 2018, tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu "Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE" (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "The former Yugoslav Republic of Macedonia 2018 Report" (Rapport 2018 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) (SWD(2018)0154), li jirrakkomandaw il-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni fid-dawl tal-progress li sar u tal-impenn sostnut favur ir-riformi;

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni il-Programm ta' Riformi Ekonomiċi tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (SWD(2018)0134) u l-Konklużjonijiet Konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-25 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fl-14-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li saret Strasburgu fis-7 u fit-8 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra l-proċess għal "Djalogu Jean Monnet" mal-karigi ta' tmexxija parlamentari u mal-partiti politiċi fl-Assemblea (Sobranie), varat f'Ohrid mis-17 u sat-18 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0341/2018),

A.  billi permezz tal-implimentazzjoni ta' riformi demokratiċi sodi u inklużivi u tat-titjib attiv tar-relazzjonijiet mal-ġirien, il-gvern il-ġdid qiegħed juri kontinwità fl-impenn favur it-triq Ewropea u Ewro-Atlantika tal-pajjiż; billi l-isforzi għar-riformi għandhom jimxu pari passu mas-sostenn kontinwu tal-UE favur l-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet ta' Riforma Urġenti u riżultati li jistgħu jitkejlu; billi l-prospettiva ta' adeżjoni mal-UE tirrappreżenta xprun qawwi għar-riformi fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; billi l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hija meqjusa bħala l-pajjiż kandidat li l-aktar għamel progress fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni tiegħu mal-acquis tal-UE;

B.  billi l-Ftehim ta' Prespa tas-17 ta' Ġunju 2018 dwar ir-riżoluzzjoni tad-differenzi u l-ħolqien ta' sħubija strateġika bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja jibgħat sinjal pożittiv tant bżonnjuż għall-istabilità u r-rikonċiljazzjoni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent kollu kemm hu, itejjeb l-ispirtu tar-relazzjonijiet ta' bon viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali u jwitti t-triq għall-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż;

C.  billi l-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja qablu bejniethom dwar 11-il miżura għat-tisħiħ tal-fiduċja, prinċipalment fl-oqsma tal-affarijiet politiċi u tal-UE, l-edukazzjoni u l-kultura, il-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika, il-konnettività, il-ġustizzja u l-affarijiet interni kif ukoll il-kooperazzjoni fis-saħħa; billi dawn il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja diġà pproduċew riżultati konkreti;

D.  billi l-partiti politiċi kollha u l-istituzzjonijiet statali kollha għandhom id-dmir li jikkontribwixxu għal atmosfera politika aktar inklużiva u miftuħa, b'hekk jitħalla jsir aktar progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE;

E.  billi l-pajjiż għandu jkompli jsaħħaħ, fost affarijiet oħra, il-kapaċità leġiżlattiva u ta' sorveljanza parlamentari, il-ġudikatura, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; billi hemm bżonn sforzi sostnuti għal riformi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika, l-ekonomija u l-impjiegi, u jinħtieġ ukoll rieżami komprensiv tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas ta' Ohrid (OFA);

F.  billi l-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja man-NATO se tikkontribwixxi għall-paċi u għall-istabilità tar-reġjuni kollu kemm hu;

G.  billi fit-28 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, b'hekk witta t-triq għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni f'Ġunju 2019;

H.  billi fit-18 ta' Lulju 2018 il-Kummissjoni inizjalat ftehim dwar l-istatus mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex it-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) jitħallew iwettqu operazzjonijiet konġunti mal-pajjiż u fi ħdanu għal finijiet ta' migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri, bħala element fundamentali tal-istrateġija tal-Kummissjoni għall-Balkani tal-Punent;

I.  billi t-tniġġis tal-arja huwa problema kbira fil-bliet tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u skont l-aħħar studju tal-Istitut Meteoroloġiku Finlandiż u l-Istitut tas-Saħħa Pubblika tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Skopje u Tetovo għandhom l-ogħla konċentrazzjoni ta' materja partikolata fina fl-arja (PM2,5) minn fost il-bliet Ewropej kollha;

J.  billi r-reġjun tal-Balkani huwa strateġikament importanti;

K.  billi kull pajjiż kandidat huwa valutat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni u r-ritmu tan-negozjati;

L.  billi, wara proċess ġudizzjarju eżawrjenti u trasparenti, Nikola Gruevski nstab ħati ta' abbuż ta' poter mill-qrati tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u kkundanat sentejn priġunerija; billi bosta qrati sostnew din il-kundanna u d-deċiżjoni daħlet fis-seħħ wara ġew eżawriti l-appelli kollha; billi kien ukoll akkużat f'erba' kawżi kriminali pendenti oħrajn u involut f'ħames inkriminazzjonijiet kriminali ulterjuri li għadhom għaddejjin;

Riformi kumplessivi u relazzjonijiet ta' bon viċinat

1.  Jilqa' pożittivament l-impenn politiku qawwi tal-gvern biex jimplimenta bis-sħiħ il-Ftehim ta' Pržino u l-Prijoritajiet ta' Riforma Urġenti, li jwasslu għal sforzi intensifikati għar-riformi relatati mal-UE, fuq il-bażi ta' kooperazzjoni interetnika u bejn id-diversi partiti u ta' konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili, u jissottolinja l-importanza li jitkomplew dawn l-isforzi f'ġieħ il-futur Ewropew tal-pajjiż; jinkoraġġixxi lill-gvern il-ġdid iżomm rankatura pożittiva u jiżgura li jsir progress fir-riformi relatati mal-UE, jaċċelerahom u jimplimentahom bis-sħiħ, b'mod trasparenti u inklużiv; jitlob li jkun hemm sostenn biex l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tissieħeb mal-organizzazzjonijiet Ewro-Atlantiċi biex tiżdied is-sigurtà reġjonali;

2.  Jesprimi apprezzament kbir għad-diplomazija pożittiva u l-isforzi attivi għat-tisħiħ tal-fiduċja li wasslu għal kompromess, għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet bilaterali miftuħa u għall-promozzjoni ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat; jisħaq fuq il-fatt li l-kwistjonijiet bilaterali ma għandhomx ifixklu l-proċess ta' adeżjoni; jilqa' b'sodisfazzjon kbir id-dħul fis-seħħ fl-14 ta' Frar 2018 tat-trattat ta' ħbiberija mal-Bulgarija, li għandu jiggarantixxi relazzjoni ta' bon viċinat dejjiema u konċiljanti bejn iż-żewġ pajjiżi;

3.  Jilqa' favorevolment il-Ftehim ta' Prespa, tas-17 'ta Ġunju 2018, bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jfaħħar liż-żewġ naħat għall-isforzi sinifikanti tagħhom biex jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn li huma għall-kwistjoni tal-isem; jilqa' pożittivament ir-ratifika tiegħu min-naħa tal-Parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-20 ta' Ġunju u fil-5 ta' Lulju 2018; iqis li huwa fl-interessi taċ-ċittadini tal-pajjiż li l-atturi politiċi kollha u s-soċjetà ċivili kollha jaġixxu b'mod kostruttiv u jerfgħu r-responsabbiltajiet storiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-partiti jagħtu prijorità lill-interessi ta' pajjiżhom fuq l-interessi partiġjani, jinformaw b'mod debitu liċ-ċittadini dwar il-kontenuti u l-implikazzjonijiet tal-ftehim u jlestu, b'mod diliġenti, il-proċeduri interni kollha għar-ratifika u għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim ta' importanza strateġika, b'hekk jintemm limbu ġeopolitiku li ilu jkarkar is-snin u jagħtu eżempju tajjeb ta' paċi u stabilità fir-reġjun; jisħaq fuq l-importanza tar-referendum tat-30 ta' Settembru 2018 dwar l-integrazzjoni fl-UE u fin-NATO tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

4.  Jieħu nota tar-riżultat tar-referendum tat-30 ta' Settembru 2018; jisħaq fuq il-bżonn ta' aktar sostenn għall-futur Ewro-Atlantiku tal-pajjiż u ta' implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Prespa tas-17 ta' Ġunju 2018; jinkoraġġixxi lill-gvern ta' Skopje jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji u possibbli biex jonora d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Prespa, li jiftaħ il-bieb għan-negozjati ta' adeżjoni mal-UE u man-NATO;

5.  Jilqa' pożittivament il-votazzjoni, li saret fid-19 ta' Ottubru fis-Sobranie, maħsuba biex tagħti bidu għall-proċess ta' emenda kostituzzjonali ħalli jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim ta' Prespa; jistieden lill-partiti politiċi kollha jkomplu jikkooperaw fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża fil-fażijiet li jmiss tal-proċedura emendatorja; itenni s-sostenn qawwi tiegħu favur il-futur Ewropew u Ewro-Atlantiku tal-pajjiż u jħeġġeġ lill-gvern u lill-parlament ikomplu ħidmithom fir-riformi li se jwittu t-triq għall-adeżjoni mal-UE; jinkoraġġixxi lill-Prosekutur Pubbliku Speċjali u lill-qrati jwettqu l-investigazzjonijiet indipendenti tagħhom dwar il-kawżi pendenti kollha ta' illeċiti politiċi u kriminali u jtellgħu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja;

6.  Jilqa' pożittivament l-isforzi diplomatiċi tal-pajjiż biex irawmu kooperazzjoni bilaterali u reġjonali mal-Albanija u jistabbilixxu relazzjonijiet kwalitattivi ġodda fl-oqsma bħall-kummerċ, l-infurzar tal-liġi, il-ġlieda kontra l-frodi u l-prevenzjoni tat-terroriżmu;

7.  Ifakkar li l-pajjiż diġà kiseb livell għoli ta' allinjament mal-acquis; jiddispjaċih bil-fatt, madankollu, li partijiet ta' din il-leġiżlazzjoni għadhom ma ġewx implimentati; jieħu nota tat-titjib fl-allinjament mad-dikjarazzjonijiet tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u jisħaq fuq l-importanza li jintlaħaq progressivament allinjament totali, li huwa rekwiżit preliminari għall-futur Ewro-Atlantiku tal-pajjiż;

8.  Jirrikonoxxi l-progress li sar fis-settur pubbliku bl-adozzjoni tal-istrateġija ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika u tal-programm ta' riforma tal-ġestjoni finanzjarja; jistieden lill-gvern jimplimenta totalment dawn ir-riformi; jinkoraġġixxi lill-pajjiż isaħħaħ ulterjorment il-professjonalità, billi jtejjeb it-trasparenza u r-rappreżentanza ekwa, u jiggarantixxi r-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-mertu għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ f'pożizzjonijiet tas-servizz pubbliku;

9.  Jikkundanna b'aktar termini qawwija possibbli l-attakk tas-27 ta' April 2017 fuq il-Parlament tal-pajjiż, li jikkostitwixxi attakk fuq id-demokrazija u li matulu bosta deputati u ġurnalisti sfaw feruti gravi, u jappella biex l-organizzaturi u dawk responsabbli minn dawn l-atti jittellgħu quddiem il-ġustizzja; jilqa' pożittivament l-investigazzjoni li għaddejja u l-proċess tal-kawża; jenfasizza li d-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet għal dawn l-atti ta' vjolenza għandhom tkompli ssir b'konformità tal-liġi u b'mod trasparenti, indipendenti u proporzjonat; ikompli jikkundanna kwalunkwe forma ta' ostruzzjoniżmu u kwalunkwe abbuż ta' proċeduri min-naħa tal-Parlament jew tal-poteri presidenzjali bi ksur tal-kostituzzjoni;

10.  Jappoġġja totalment ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tal-Kunsill konsegwenti li stabbiliet Ġunju 2019 bħala d-data għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni bħala rikonoxximent tal-isforzi għar-riformi inkoraġġanti; iqis li ftuħ rapidu tal-proċess ta' eżami analitiku tal-acquis (screening) u tat-taħditiet dwar l-adeżjoni se jsostni u jqawwi l-ispinta għar-riformi; iqis li l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni jkompli jinċentiva d-demokratizzazzjoni u jsaħħaħ l-iskrutinju u l-obbligu ta' rendikont;

11.  Jilqa' pożittivament l-istedina formali li għamlet in-NATO lill-pajjiż fil-11 ta' Lulju 2018 biex jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni mal-organizzazzjoni;

12.  Iqis li l-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja man-NATO tista' tikkontribwixxi biex jinkisbu aktar sigurtà u stabilità politika fix-Xlokk tal-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO jagħtu sostenn attiv favur l-adeżjoni tal-pajjiż man-NATO;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-pajjiż dalwaqt se jgħaddi għat-tieni fażi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u li se jiġi inkluż fl-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, u jistieden lill-Kunsill jinkludi lill-pajjiż fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

Demokratizzazzjoni

14.  Jilqa' pożittivament l-azzjonijiet inizjali li ttieħdu biex jerġgħu jiddaħħlu l-kontrokontrolli u tiżdied l-inklużjoni bis-saħħa ta' miżuri li jtejbu l-kuntest li fih joperaw l-istituzzjonijiet indipendenti inkarigati mis-sorveljanza, il-mezzi ta' komunikazzjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ); jilqa' pożittivament id-djalogu kostruttiv bejn il-gvern u l-OSĊ u r-rwol li dawn tal-aħħar żvolġew biex jiggarantixxu sistema ta' kontrokontrolli aħjar; jenfasizza li l-bidliet fundamentali li għaddejjin għandhom isiru fi klima politika inklużiva u miftuħa;

15.  Japprezza l-isforzi tal-gvern maħsuba biex jipprevjeni rigress u jiġu eliminati l-elementi ta' manipulazzjoni tal-Istat li fadal u jinkoraġġih jintensifika dawn l-isforzi; ifakkar li l-pajjiż kien minn ta' quddiem nett fil-proċess ta' adeżjoni fis-snin 2000;

16.  Jilqa' pożittivament it-titjib fil-leġiżlazzjoni elettorali, iżda jisħaq fuq il-bżonn ta' reviżjoni puntwali tal-Kodiċi Elettorali billi jiġu indirizzati b'mod komprensiv ir-rakkomandazzjonijiet OSKE/ODIHR, tal-Kummissjoni ta' Venezja u GRECO li fadal dwar il-finanzjament tal-kampanji u dwar il-partiti politiċi; jenfasizza li hemm bżonn aktar sforzi għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' kull forma ta' intimidazzjoni tal-votanti; iħeġġeġ lill-partiti politiċi jiddemokratizzaw il-proċessi deċiżjonali interni tagħhom;

17.  Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jissuktaw iċ-ċensiment interrott, li jkun jagħti statistika preċiża dwar id-data rigward il-popolazzjoni, biex isservi ta' bażi għall-programmi ta' żvilupp tal-gvern u għall ippjanar adegwat tal-baġit, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u għall-kalkolu tar-riżultati elettorali;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-issuktar tal-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jinkoraġġixxi l-ħidma kostruttiva bla heda fi ħdan dan il-qafas interparlamentari;

19.  Jilqa' pożittivament il-varar tal-proċess għal "Djalogu Jean Monnet" f'Ohrid fis-17 u fit-18 ta' Mejju 2018 u l-adozzjoni konsegwenti tal-Kodiċi ta' Etika bis-sostenn unanimu tal-partiti kollha; jinkoraġġixxi lill-Grupp ta' Ħidma għar-Riformi u l-Funzjonament tas-Sobranie jirrieżami r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u jressaq proposti għal emendi u skadenzi għall-adozzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-oqsma prijoritarji definiti fil-konklużjonijiet f'Ohrid; jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-proċess politiku jkomplu jsaħħu l-kultura ta' kompromess u djalogu politiku kostruttiv, speċjalment fost id-deputati tal-Parlament, u jastjenu milli joħolqu kwalunkwe ostruzzjoniżmu li jkun ifixkel il-funzjonament effikaċi tal-Parlament;

20.  Jirrakkomanda li l-Parlament tal-pajjiż jagħmel użu sħiħ tal-funzjonijiet leġiżlattivi u ta' sorveljanza tiegħu, filwaqt li jillimita rigorożament l-użu tal-proċeduri ta' urġenza li jimminaw l-iskrutinju parlamentari u pubbliku; jitlob li tinbena każistika kredibbli dwar is-sorveljanza tas-servizzi ta' intelligence u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-pajjiż;

21.  Jilqa' pożittivament il-miżuri sinifikanti li ħa l-gvern biex jerġa' jġib gradwalment kultura tal-kompromess billi jidħol f'kuntatt mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluża l-oppożizzjoni, bil-għan li jissaħħu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u x-xewqa ġenwina ta' riforma b'mod inklużiv u trasparenti;

22.  Jitlob li tinbeda implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll li jkunu stabbiliti linji ċari ta' obbligu ta' rendikont; jissottolinja l-importanza tar-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-mertu għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ u tal-konkors miftuħ għall-proċeduri ta' reklutaġġ kollha, u jitlob żieda fil-kapaċità tal-ġestjoni tar-riżorsi umani; jitlob li jittieħdu miżuri msaħħa biex itejbu l-kapaċitajiet ta' ppjanar settorjali u finanzjarju fl-amministrazzjoni pubblika kollha;

23.  Jilqa' favorevolment it-tisħiħ tal-proċessi ta' deċentralizzazzjoni min-naħa tal-gvern bl-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għad-deċentralizzazzjoni u l-iżvilupp 2018-2020 bħala pass importanti biex tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-finanzjamenti u tas-servizzi fil-muniċipalitajiet;

24.  Jilqa' pożittivament l-isforzi li qegħdin isiru biex jiġi promossi l-governanza tajba, l-obbligu ta' rendikont u ambjent medjatiku liberu, tiżdied it-trasparenza u jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni tan-nefqa tal-istituzzjonijiet tal-Istat; jitlob miżuri ulterjuri biex ikunu garantiti d-drittijiet taċ-ċittadini għall-aċċess għall-informazzjoni pubblika; jagħmel appell biex isiru sforzi sostnuti ħalli tiżdied l-inklużjoni fil-proċess deċiżjonali u jitjieb il-koordinament interistituzzjonali;

25.  Jitlob li jsir aktar progress fid-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni pubblika bil-għan li ssir aktar aċċessibbli, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet isibu soluzzjonijiet diġitali innovattivi biex ikomplu jsaħħu t-trasparenza u l-aċċess faċli għall-informazzjoni pubblika u jnaqqsu l-burokrazija relatata;

Stat tad-dritt

26.  Ifakkar li l-funzjonament korrett tas-sistema ġudizzjarja u l-miżuri effikaċi tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma importantissmi fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE;

27.  Jilqa' pożittivament l-istrateġija tar-riforma ġudizzjarja mmirata li terġa' ġġib l-indipendenza tal-ġudikatura, l-obbligu ta' rendikont u l-professjonalità u ttemm l-indħil politiku u l-ġustizzja selettiva, u jistieden lill-gvern tal-pajjiż u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra jintensifikaw l-isforzi biex jimplimentaw korrettament l-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja, billi jinħolqu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni sodi; jisħaq fuq il-bżonn ta' allinjament leġiżlattiv komplut konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; jitlob l-adozzjoni u l-implimentazzjoni kontinwi tal-miżuri previsti fl-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja; jissottolinja li hemm bżonn aktar sforzi biex il-ġudikatura tiġi mħarsa mill-indħil politiku;

28.  Japprezza l-fatt li f'Jannar 2018 twaqqaf il-Kunsill dwar l-Etika Ġudizzjarja u li l-Akkademja tal-Imħallfin u tal-Prosekuturi organizzat korsijiet ta' taħriġ dwar l-imġiba etika għall-imħallfin għal finijiet ta' prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi u ħolqien ta' miżuri kontra l-korruzzjoni;

29.  Għadu inkwetat bil-korruzzjoni mifruxa u jilqa' pożittivament l-ewwel riżultati fil-prevenzjoni u fil-prosekuzzjoni tagħha; huwa inkwetat bin-numru limitat ta' sentenzi li jkunu għaddew f'ġudikat fir-rigward ta' każijiet ta' korruzzjoni f'livell għoli, iżda jieħu nota tas-sentenzi ta' prim'istanza dwar il-każijiet ta' korruzzjoni u abbuż tal-poter u dwar dak li ġara fis-27 ta' April 2017; jagħmel appell biex isiru sforzi sostnuti ħalli tinbena każistika ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli u tal-kriminalità organizzata; ifaħħar ix-xogħol li għamel l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali (SPO) f'ċirkostanzi diffiċli u għadu inkwetat bl-attakki u l-atti ta' ostruzzjoniżmu fil-konfront ta' xogħlu u bin-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet l-oħrajn;

30.  Jistieden lill-awtoritajiet jintensifikaw il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-kunflitti ta' interess billi jistabbilixxu u jsaħħu l-kapaċitajiet ta' kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità u ċ-ċelloli ta' investigazzjoni finanzjarja, kif ukoll permezz tal-iffriżar, tal-konfiska u tal-irkupru u tal-ġestjoni tal-assi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jibnu każistika ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet u jżidu n-numru ta' kundanni fil-każijiet ta' ħasil tal-flus u ta' reati finanzjarji f'livell għoli; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-informaturi ta' irregolaritajiet, li tiżgura protezzjoni aqwa lil dawn tal-aħħar u ssaħħaħ il-politiki tal-gvern kontra l-korruzzjoni; jitlob li l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tal-kontroll finanzjarju u tal-akkwist pubbliku tiġi rieżaminata b'urġenza; jinkoraġġixxi riforma tal-qafas ġuridiku ġenerali b'tali mod li l-Kummissjoni tal-Istat għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni jkollha setgħat ċari u tkun tista' taħdem b'mod totalment indipendenti u li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni jkun jista' jwettaq investigazzjonijiet perjodiċi;

31.  Jirrimarka li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huma mifruxa fir-reġjun u jirrappreżentaw ukoll ostaklu għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-pajjiż; iqis li strateġija reġjonali u kooperazzjoni mtejba bejn il-pajjiżi kollha fir-reġjun huma essenzjali biex dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati b'mod aktar effikaċi;

32.  Jagħmel appell biex tkun garantita b'mod rigoruż ir-responsabbiltà politika u ġuridika tar-reati, anki għal dawk li jirriżultaw mill-iskandlu tal-interċettazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Parlament ilesti r-riforma tas-servizzi ta' intelligence, u jiżgura sorveljanza esterna adegwata tal-aġenziji tas-sigurtà u tal-intelligence;

33.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni deċiżiva biex iżarmaw ix-xbieki kriminali involuti fit-traffikar tad-droga, tal-bnedmin u tal-armi, u jżidu l-kapaċità istituzzjonali tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni interistituzzjonali ta' bejniethom kif ukoll itejbu l-każistika ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi;

34.  Jirrikonoxxi l-isforzi li saru u r-rwol kostruttiv li l-pajjiż żvolġa biex jindirizza l-isfidi tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati Ewropea; josserva l-isforz sostnut u jappella għal aktar titjib tas-sistema tal-asil u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni; jinkoraġġixxi lill-pajjiż jintensifika u jkompli jappronfondixxi l-kooperazzjoni reġjonali reċiprokament vantaġġjuża u s-sħubija ma' Frontex fl-ambitu ta' ftehim dwar l-istatus ġdid bil-għan li jiżżarmaw ix-xbieki tat-traffikar tal-bnedmin;

35.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li l-migranti u r-rifuġjati, speċjalment in-nisa u t-tfal, li japplikaw għall-asil fil-pajjiż jew li jivvjaġġaw fit-territorju tiegħu jiġu ttrattati skont id-dritt internazzjonali u tal-UE;

36.  Iqis li huwa neċessarju li l-awtoritajiet ikomplu u jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra r-radikalizzazzjoni Iżlamika u l-ġellieda terroristiċi barranin; jitlob li dan jiġi implimentat bis-saħħa ta' iżjed kooperazzjoni bejn l-aġenziji tas-sigurtà u l-OSĊ, il-mexxejja reliġjużi, il-komunitajiet lokali u l-istituzzjonijiet statali l-oħra fis-setturi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tas-servizzi soċjali; jitlob li jkun hemm monitoraġġ kontinwu, min-naħa tas-servizzi tas-sigurtà, tal-ġellieda barranin li jirritornaw fil-pajjiż, tar-reintegrazzjoni korretta tagħhom fis-soċjetà, kif ukoll skambju kostanti ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-UE u tal-pajjiżi ġirien;

37.  Jitlob titjib ulterjuri tas-sistema tal-ġustizzja għall-minuri; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jallokaw biżżejjed riżorsi tal-baġit għall-implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Ġustizzja għall-Minuri u jtejbu s-servizzi ta' appoġġ għall-bniet u għas-subien vittmi ta' vjolenza u abbużi u għall-minuri f'kunflitt mal-liġi;

38.  Jistieden lill-awtoritajiet Ungeriżi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa rigward il-każ tal-eks Prim Ministru tal-Maċedonja Gruevski li ħarab minn pajjiżu bl-għajnuna diplomatika sigrieta tal-Ungerija biex jevita sentenza ta' ħabs; iqis dan bħala att ta' interferenza fl-affarijiet interni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u, b'mod partikolari, att ta' disprezz lejn il-ġudikatura u l-istat tad-dritt f'dan il-pajjiż; jinnota t-talba ta' estradizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' Skopje, u jistenna li l-Ungerija taġixxi strettament f'konformità mal-liġijiet nazzjonali u internazzjonali rilevanti billi tirrispondi b'mod pożittiv għal din it-talba;

Drittijiet fundamentali u soċjetà ċivili

39.  Jilqa' pożittivament il-miżuri biex titjieb il-fiduċja interetnika u jappella għal rieżami inklużiv u trasparenti tal-aspetti pendenti tal-implimentazzjoni tal-OFA; iqis essenzjali l-fatt li tkun garantita l-affermazzjoni totali tal-minoranzi etniċi fil-ħajja pubblika; jagħmel appell biex jittieħdu aktar miżuri li jrawmu l-inklużjoni edukattiva tal-minoranzi biex jissaħħu l-koeżjoni soċjali u l-integrazzjoni tal-komunitajiet;

40.  Jemmen li l-proċedimenti ġudizzjarji tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom ikomplu skont il-proċeduri fil-pajjiż u li Nikola Gruevski għandu jagħti kont ta' għemilu fi ħdan is-sistema ġudizzjarja tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jistieden lill-Ungerija tirrispetta l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-istat tad-dritt fil-pajjiż, terġa' tikkunsidra l-asil politiku li tat lil Nikola Gruevski u tipproċedi għall-estradizzjoni tiegħu lil Skopje; jistenna li l-partijiet ikkonċernati kollha jaġixxu fir-rispett strett tad-dritt nazzjonali u internazzjonali rilevanti; jisħaq li dawn il-proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu politiċizzati;

41.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformi u l-isforzi li saru biex il-qafas ġuridiku jkun allinjat gradwalment mal-istandards tal-UE, id-deċiżjoni tal-pajjiż li jsir osservatur fi ħdan l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u r-ratifika tal-biċċa l-kbira tal-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi implimentazzjoni sħiħa tal-istandards dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dokumenti strateġiċi bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), billi tingħata attenzjoni partikolari lid-dritt għal proċess ġust, lil-libertà tal-għaqda u assoċjazzjoni, lid-dritt għall-ħajja, lil-libertà ta' espressjoni u lir-rispett tal-ħajja privata u familjari;

42.  Josserva li l-adozzjoni tal-liġi dwar l-użu tal-lingwi tikkostitwixxi riżultat importanti u jiddispjaċih bl-użu tat-tattika tat-tfixkil immirata li timmina l-adozzjoni tagħha f'konformità sħiħa mal-proċeduri standard;

43.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifika tal-pajjiż, fit-23 ta' Marzu 2018, tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u jħeġġu jlesti r-riformi ġuridiċi maħsuba biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u t-tfal kollha u jkompli jeqred il-vjolenza domestika u sessista, li għadhom mifruxin;

44.  Jissottolinja l-bżonn li jkunu żgurati l-awtonomija u r-riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-korpi indipendenti ta' sorveljanza; ifaħħar ir-rwol tal-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem u jissottolinja l-bżonn li jkun żgurat segwitu sistemiku għad-deċiżjonijiet tal-Ombudsman;

45.  Għadu inkwetat bis-sitwazzjoni iebsa tal-persuni b'diżabilità u bid-diskriminazzjoni persistenti fil-konfront tagħhom; jitlob implimentazzjoni effikaċi tal-istrumenti u tal-istrateġiji eżistenti;

46.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi inizjali meħuda għat-tisħiħ tal-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jinkludu lill-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru bħala bażi għal diskriminazzjoni fil-Liġi dwar il-Prevenzjoni u l-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jallokaw baġit adegwat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ugwaljanza u n-Nondiskriminazzjoni 2016-2020; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw b'mod effikaċi r-reati u d-diskors ta' mibegħda fil-konfront tal-minoranzi, fosthom il-gruppi vulnerabbli bħar-Rom u l-komunità LGBTI, u jikkastigaw il-vjolenza ta' natura omofobika u transfobika u l-inċitament għall-vjolenza; għadu inkwetat bil-fatt li l-preġudizzji soċjetali għadhom jippersistu u li d-diskors ta' mibegħda huwa prevalenti kontra l-persuni LGBTI fil-mezzi ta' komunikazzjoni, fl-internet u fil-midja soċjali; jistieden lill-awtoritajiet jiżgura protezzjoni effikaċi u jistabbilixxu sanzjonijiet dissważivi u proporzjonati għad-diskors ta' mibegħda, għall-atti ta' omofobija u transfobija u għall-vjolenza; jisħaq fuq il-bżonn li jingħata aċċess għall-assistenza tas-saħħa lill-persuni transġeneru; jiddeplora n-nuqqasijiet li jippersistu f'ħidmet il-Kummissjoni għall-Protezzjoni mid-Diskriminazzjoni; jilqa' favorevolment it-twaqqif tal-grupp parlamentari interpartitiku għad-drittijiet tal-komunità LGBTI u tal-grupp parlamentari interpartitiku għad-drittijiet tar-Rom;

47.  Jitlob li jitfasslu strateġiji u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-gruppi minoritarji u li l-protezzjoni tagħhom tkun totalment implimentata u sostnuta minn fondi pubbliċi; jinsisti li jittieħdu miżuri biex jitjiebu aktar l-edukazzjoni, ir-rati ta' impjieg, is-saħħa, l-alloġġi, l-aċċess għall-beni u għas-servizzi u l-kundizzjonijiet ta' ħajja tar-Rom, u jiġu kkundannati s-segregazzjoni fl-iskejjel u l-forom l-oħra ta' diskriminazzjoni;

48.  Jilqa' pożittivament it-titjib sostanzjali fil-kuntest operattiv tal-OSĊ u fil-konsultazzjonijiet magħhom, inkluż il-ħolqien tal-Kunsill għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku, finanzjarju u politiku, anki bis-saħħa ta' liġijiet dwar il-fondazzjonijiet u d-donazzjonijiet; jenfasizza l-importanza ta' involviment strutturat tal-OSĊ permezz ta' proċess konsultattiv aktar regolari, komprensiv, nondiskriminatorju u prevedibbli;

49.  Itenni s-sostenn tiegħu fil-konfront tal-inizjattiva maħsuba biex toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ta' ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); iħeġġeġ lill-gvern jieħu rwol ta' tmexxija fil-ħolqien tagħha; jissottolinja l-importanza ta' dan il-proċess u tal-impenn attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha sabiex ir-RECOM tibda topera mill-aktar fis possibbli; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta ta' pjan ta' azzjoni tal-koalizzjoni tar-RECOM b'dati u parametri ċari;

50.  Jilqa' pożittivament iż-żieda fl-isforzi min-naħa tal-gvern biex jintensifika l-proċess ta' deistituzzjonalizzazzjoni u riforma tas-settur soċjali; ifaħħar l-impenn biex tintemm il-prassi li t-tfal jitqiegħdu f'istituti pubbliċi kbar u biex minflok jinħolqu servizzi tal-indukrar ibbażati fuq il-familja u l-komunità; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu miżuri urġenti biex ireġġgħu lura r-rata ta' mortalità perinatali dejjem akbar u jistabbilixxu sistema ta' analiżi tal-kawżi ta' din it-tendenza allarmanti;

51.  Jilqa' favorevolment is-sħubija bejn il-gvern u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fl-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, li tikkostitwixxi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni tajjeb bejn iż-żgħażagħ u d-deċiżuri fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki għaż-żgħażagħ; jistieden lill-gvern iżid l-appoġġ finanzjarju favur iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom bil-għan li jindirizza l-kwistjoni tal-"eżodu ta' mħuħ";

Mezzi ta' komunikazzjoni

52.  Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti għal kuntest demokratiku u favorevoli; josserva titjib moderat fl-ambjent medjatiku u fil-kundizzjonijiet għal rapportar indipendenti; jitlob inizjattivi li joħolqu klima favorevoli għall-kondotta professjonali tal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur tal-mezzi ta' komunikazzjoni, ħielsa minn kull influwenza interna jew esterna, kif ukoll għall-ġurnaliżmu investigattiv; jilqa' favorevolment it-tmiem tar-reklamar sostnut mill-Istat fil-mezzi ta' komunikazzjoni fuq il-bażi ta' favoritiżmi politiċi bħala miżura importanti li trawwem kundizzjonijiet ta' parità fis-settur u jappella biex jinħolqu aktar garanziji kontra l-politiċizzazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu l-indipendenza u l-kapaċità tar-regolatur tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tas-servizz tax-xandir pubbliku; jitlob miżuri li jtejbu l-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol u soċjali tal-ġurnalisti u li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impunità f'każijiet ta' vjolenza, abbuż jew theddid fil-konfront tal-ġurnalisti, li jkun jikkontribwixxu wkoll biex tonqos sal-minimu l-awtoċensura mifruxa fost il-ġurnalisti;

53.  Jilqa' bi pjaċir it-titjib fil-garanzija ta' aċċess għall-informazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn ta' aġġornament tar-regolamenti tas-servizzi tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-aċċess għall-informazzjoni pubblika; jisħaq fuq il-bżonn li tintwera tolleranza żero fir-rigward tat-theddid, tal-intimidazzjoni u tal-attakki fuq il-ġurnalisti u li jingħata segwitu għalihom, permezz ta' reġistrazzjoni adegwata u investigazzjoni bir-reqqa ta' tali każijiet; jikkundanna kwalunkwe forma ta' diskors ta' mibegħda u lingwaġġ xewwiexi; jitlob miżuri effikaċi li jiġġieldu dawn ta' hawn fuq u jiġġieldu kontra l-ksur tal-kodiċi etiku tal-ġurnaliżmu li jsir online; jirrimarka, barra minn hekk, il-bżonn ta' riforma tas-settur tal-mezzi ta' komunikazzjoni mingħajr dewmien bil-għan li tissaħħaħ l-Aġenzija għas-Servizzi Medjatiċi Awdjo u Awdjoviżivi u li jiġi garantit rapportar oġġettiv u professjonali;

Ekonomija

54.  Jisħaq fuq il-bżonn ta' titjib tal-ambjent tan-negozju billi jiġu żgurati l-konsolidament fiskali kif ukoll it-trasparenza u l-affidabbiltà tar-regolamentazzjoni, filwaqt li jiġu indirizzati l-lakuni li għad fadal fl-istat tad-dritt, it-toqol tal-proċeduri regolatorji u l-ispezzjonijiet arbitrarji;

55.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jegħlbu l-ekonomija informali mdaqqsa u l-problemi persistenti tal-evażjoni tat-taxxa u tal-eżekuzzjoni ħażina tal-kuntratti, li jkomplu jgerrxu lill-investiment barrani dirett; jisħaq fuq il-bżonn ta' implimentazzjoni tal-miżuri dwar l-akkwist pubbliku u l-kontroll finanzjarju intern; josserva l-bżonn li titjieb it-trasparenza tad-data dwar l-infiq pubbliku, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat u l-użu tal-fondi tal-UE; jitlob miżuri li jtejbu l-kapaċitajiet ta' ppjanar, programmazzjoni u ġestjoni fl-istrutturi nazzjonali responsabbli mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA);

56.  Jistieden lill-gvern jagħmel id-diġitalizzazzjoni waħda mill-prijoritajiet trasversali fundamentali tiegħu; iħeġġeġ l-iżvilupp, mingħajr dewmien, ta' aġenda diġitali fit-tul, li tinkludi fost affarijiet oħra strateġika għall-governanza elettronika, strateġija għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u strateġija nazzjonali għaċ-ċibersigurtà; jissottolinja li aġenda diġitali komprensiva se ttejjeb il-kuntest u l-prestazzjoni ta' natura ekonomika u żżid it-trasparenza u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi;

57.  Japprezza l-isforzi min-naħa tal-gvern biex itejjeb il-kundizzjonijiet taż-żgħażagħ u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-politika, pereżempju permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (2016-2025); jinkoraġġixxi lill-gvern jindirizza r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ billi jsewwi n-nuqqas ta' korrispondenza bejn il-ħiliet taż-żgħażagħ gradwati u l-bżonnijiet tal-kumpaniji privati;

58.  Iħeġġeġ lill-gvern jegħleb il-qgħad fit-tul, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rata baxxa ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol b'mod komprensiv u innovattiv; jitlob riformi urġenti fis-settur tal-edukazzjoni biex jiżguraw li l-ħiliet miksuba jaqblu mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u b'hekk jipprevjenu l-"eżodu ta' mħuħ"; iħeġġeġ lill-gvern jelabora strateġija għall-ħiliet diġitali u jżid il-litteriżmu diġitali fost il-popolazzjoni;

59.  Ifakkar li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lestiet l-aħħar ċensiment tal-popolazzjoni tagħha fl-2002; jissottolinja l-importanza li jsir ċensiment tal-popolazzjoni ġdid, li ilu żmien mistenni, bil-għan li tinkiseb statistika demografika aġġornata u realistika li taqbel mal-istandards tal-UE;

60.  Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Enerġija l-ġdida min-naħa tal-parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li tittrasponi t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u hija totalment kompatibbli mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija; jistieden lill-awtoritajiet jikkonċentraw fuq ir-riformi tas-suq enerġetiku, filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi enerġetiċi, speċjalment dawk rinnovabbli;

61.  Jieħu nota ta' għadd ta' proġetti infrastrutturali ppjanati f'żoni protetti li aktarx ikollhom impatti sinifikanti fuq siti futuri ta' Natura 2000; jitlob, f'dan ir-rigward, li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni ta' Bern (Nru. 184(2015)) tiġi rispettata billi tiġi sospiża l-implimentazzjoni tal-proġetti fi ħdan it-territorju tal-Park Nazzjonali ta' Mavrovo sakemm tkun tlestiet Valutazzjoni Ambjentali Strateġika f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; barra minn hekk jitlob li d-Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Patrimonju Dinji tal-UNESCO (40 COM 7B.68) dwar il-Patrimonju Naturali u Kulturali tar-reġjun ta' Ohrid tiġi rispettata u li għandhom isiru Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) kumplessiva u Valutazzjoni tal-Impatt għall-Patrimonju (HIA) qabel ma ssir kwalunkwe ħidma ulterjuri; iħeġġeġ li tiġi żviluppata strateġija nazzjonali għall-enerġija idroelettrika f'konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;

62.  Jinkoraġġixxi lill-pajjiż jiżviluppa kompetizzjoni fis-suq tal-gass u tal-enerġija biex jissepara kompletament is-servizzi skont it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija; jitlob titjib sostanzjali fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

63.  Ifaħħar lill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja talli rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi fid-9 ta' Jannar 2018, inkwantu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tista' tintrebaħ biss bis-saħħa ta' sforzi komuni;

64.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ pożittiv tal-gvern għall-kooperazzjoni reġjonali u għar-relazzjonijiet ta' bon viċinat, kif ukoll il-parteċipazzjoni attivi tiegħu fl-inizjattivi reġjonali bħall-Proċess ta' Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA), il-grupp tas-Sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, il-Ftehim dwar iż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea, l-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali, l-Inizjattiva Reġjonali għall-Migrazzjoni, l-Asil u r-Rifuġjati (MARRI) u l-Proċess ta' Brdo-Brijuni;

65.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-pajjiż favur il-proġetti ta' konnettività mwettqa fil-qafas tal-Proċess ta' Berlin; josserva l-bżonn ta' diversifikazzjoni mit-trasport stradali permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri tar-riforma ferrovjarja, anki permezz il-modernizzazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' kollegamenti ferrovjarji minn Skopje lejn il-kapitali tal-pajjiżi ġirien; jitlob progress akbar fit-tlestija tal-kollegamenti ferrovjarji u stradali fil-qafas tal-Kuritur VIII u tal-Kuritur X;

66.  Jagħmel appell għal aktar aġevolazzjonijiet kummerċjali u doganali u għal diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet, inkluż bl-użu tal-potenzjal tal-kummerċ intrareġjonali; jistieden lill-Kummissjoni teżenta lill-pajjiż mill-miżuri ta' salvagwardja tal-azzar u tal-aluminju;

67.  Jesprimi t-tħassib tiegħu bil-livelli allarmanti ta' tniġġis tal-arja fi Skopje u fil-bliet l-oħra mniġġsin ħafna, u jistieden lill-awtoritajiet statali u lokali jieħdu miżuri urġenti adegwati biex isibu tarf din is-sitwazzjoni ta' emerġenza, permezz ta' miżuri effikaċi mmirati għall-monitoraġġ u għat-titjib tal-kwalità tal-arja, anki billi jissaħħu t-trasport pubbliku u l-pjanijiet ta' mobilità effikaċi; iħeġġeġ lill-pajjiż jarmonizza b'urġenza l-leġiżlazzjoni tiegħu mal-acquis fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, tan-natura u tal-klima; jitlob l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tal-iskart;

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.


Rapport tal-2018 dwar l-Albanija
PDF 381kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2018 dwar l-Albanija (2018/2147(INI))
P8_TA-PROV(2018)0481A8-0334/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 u l-Aġenda ta' Salonka għall-Balkani tal-Punent,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014 li tagħti lill-Albanija l-istatus ta' pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-26 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar l-abbozz tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali fl-Albanija,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-"Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija" tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-disa' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Albanija u l-UE tal-15 ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu ''Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE'' (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Albania 2018 Report" (Rapport 2018 dwar l-Albanija) (SWD(2018)0151),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija (SAPC), li saret f'Tirana fit-12 u t-13 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, appoġġjat mill-Kummissjoni u li sar mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal bit-titolu "Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0334/2018),

A.  billi t-tkabbir tal-UE għadu jikkostitwixxi investiment strateġiku fil-paċi, id-demokrazija, il-prosperità, is-sigurtà u l-istabilità fl-Ewropa;

B.  billi l-Albanija kompliet tagħmel progress kostanti biex tissodisfa l-kriterji politiċi u l-ħames prijoritajiet ewlenin għall-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni kif ukoll fil-konsolidament tal-istituzzjonijiet u tal-prassi demokratiċi;

C.  billi l-Kummissjoni rrakkomandat li n-negozjati tal-adeżjoni jinfetħu mal-Albanija, fid-dawl tal-progress tajjeb li sar fit-twettiq tal-ħames prijoritajiet ewlenin; billi n-negozjati tal-adeżjoni se jħallu lill-UE tagħmel skrutinju aktar mill-qrib u huma katalizzatur qawwi għall-implimentazzjoni ta' aktar riformi u għall-konsolidament tal-istituzzjonijiet u tal-prassi demokratiċi;

D.  billi fit-28 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, b'hekk witta t-triq għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni f'Ġunju 2019;

E.  billi għad fadal sfidi u hemm bżonn li dawn jiġu indirizzati rapidament u b'effikaċja, fi spirtu ta' djalogu u kooperazzjoni;

F.  billi djalogu kostruttiv bejn il-gvern u l-oppożizzjoni dwar ir-riformi relatati mal-UE jibqa' kruċjali biex isir progress fl-aġenda tar-riformi għall-benefiċċju taċ-ċittadini u biex il-pajjiż joqrob lejn l-UE;

G.  billi fl-Albanija hemm appoġġ wiesa' fost il-pubbliku għall-adeżjoni tal-pajjiż mal-UE;

H.  billi l-istat tad-dritt huwa valur fundamentali li fuqu hija msejsa l-UE u jinsab fil-qalba kemm tal-proċess tat-tkabbir kif ukoll tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni; billi hemm bżonn ta' riformi li jindirizzaw l-isfidi importanti li għad fadal f'dan il-qasam, partikolarment fil-garanzija ta' ġudikatura indipendenti, imparzjali, responsabbli u effiċjenti, u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

I.  billi l-protezzjoni tal-libertà reliġjuża, tal-wirt kulturali u tad-drittijiet tal-minoranzi huma fost il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

J.  billi l-Albanija rratifikat il-konvenzjonijiet fundamentali kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (nru 87) u l-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (nru 98);

K.  billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa valutat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni;

L.  billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat huma essenzjali għall-progress tal-Albanija lejn l-adeżjoni mal-UE;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi intensifikati tal-Albanija f'dan ir-rigward, li wasslu biex sar progress sod fl-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE, speċjalment fir-riforma komprensiva tal-ġustizzja; jistieden lill-Albanija tikkonsolida r-riformi li kisbet u tkompli tħejji għall-obbligi tal-adeżjoni mal-UE fil-kapitoli kollha;

2.  Jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija b'rikonoxximent tal-isforzi ta' riforma magħmula mill-Albanija; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill biex jerġa' jevalwa s-sitwazzjoni f'Ġunju 2019; jilqa' favorevolment il-perkors ċar delinjat lejn il-bidu tan-negozjati ta' adeżjoni fl-2019 u jenfasizza l-fatt li beda l-proċess preparatorju ta' eżami analitiku (screening); ifakkar li d-deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni se tiddependi mill-progress ulterjuri fil-proċess ta' riforma, jistieden lill-Kunsill jevalwa b'mod ġust u oġġettiv il-progress li sar mill-pajjiż u jikkonvoka l-ewwel Konferenza Intergovernattiva sa tmiem l-istess sena, u jinkoraġġixxi lill-Albanija żżomm ir-rankatura fir-riformi għal dak il-għan; iqis li l-ftuħ tan-negozjati jkun jagħti kontribut pożittiv lit-tisħiħ tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, billi jagħti inċentivi ulterjuri favur il-proċess ta' riformi u jtejjeb l-iskrutinju tiegħu;

3.  Jitlob li l-Kummissjoni tapplika l-approċċ imsaħħaħ biex tinnegozja l-Kapitolu 23 (il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali) u l-Kapitolu 24 (il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà);

4.  Ifakkar li jeħtieġ li l-kapaċitajiet ta' sorveljanza tal-Parlament Albaniż jissaħħu, anki tul il-proċess tal-adeżjoni mal-UE; jitlob użu aktar effiċjenti tad-diversi mekkaniżmi u istituzzjonijiet ta' sorveljanza, fosthom il-kumitati ta' inkjesta; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Parlament Albaniż, li sejjer itejjeb l-integrità u t-trasparenza tal-proċess parlamentari tal-istituzzjoni u l-fiduċja tal-pubbliku fiha; jissottolinja l-bżonn ta' mekkaniżmu ta' infurzar, li jinkludi sanzjonijiet, biex il-kodiċi jsir effettiv; jissottolinja r-rwol ċentrali tal-Kumitat għall-Integrazzjoni fl-UE u r-responsabilità tal-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni fl-UE bħala forum għal konsultazzjoni dwar it-tħejjijiet għall-adeżjoni; jitlob kooperazzjoni akbar mal-Parlament Albaniż fi ħdan il-qafas tal-programm ta' appoġġ tal-Parlament Ewropew għall-parlamenti tal-pajjiżi kandidati, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipproduċi leġiżlazzjoni ta' kwalità f'konformità mal-acquis tal-UE u jeżerċita r-rwol ta' sorveljanza tiegħu;

5.  Jisħaq fuq l-importanza tas-sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni ġenerali rigward il-proċess ta' adeżjoni mal-UE u r-rwol tal-istituzzjonijiet Ewropej u Albaniżi involuti;

6.  Iħeġġeġ biex jittieħdu azzjoni u miżuri leġiżlattivi u amministrattivi li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR); jissottolinja li hemm bżonn riforma elettorali inklużiva u fil-pront, bil-għan li tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċess elettorali; ifakkar il-bżonn li tingħata attenzjoni dovuta lill-allegazzjonijiet ta' finanzjamenti illegali u mhux iddikjarati tal-partiti politiċi; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Kumitat ad hoc tal-Parlament Albaniż għar-Riforma Elettorali b'rabta mal-indipendenza u d-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni elettorali, mat-trasparenza fil-finanzjament tal-kampanji, mar-reġistrazzjoni tal-votanti, max-xiri ta' voti, mal-użu ta' teknoloġiji ġodda ta' votazzjoni u l-votazzjoni barra mill-pajjiż, u jħeġġu jilħaq kunsens dwar ir-riformi meħtieġa, u jadottahom, fi żmien xieraq qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2019;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-liġi Albaniża riveduta dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi; itenni l-appell tiegħu lill-partijiet politiċi tal-pajjiż biex jaqdu l-obbligu tagħhom li jiżguraw l-esklużjoni ta' persuni li għandhom pedina kriminali minn karigi pubbliċi f'kull fergħa u f'kull livell tal-gvern;

8.  Itenni li djalogu politiku kostruttiv, rieda għal kompromess, kooperazzjoni sostenibbli bejn il-partiti u żamma ta' impenn kostanti favur l-implimentazzjoni u l-konsolidament tar-riformi fil-ħames prijoritajiet ewlenin kollha huma vitali għall-isforz biex jimxi 'l quddiem il-proċess ta' adeżjoni mal-UE u għall-funzjonament korrett ta' reġim demokratiku; jilqa' b'sodisfazzjon il-kollaborazzjoni trasversali u l-kunsens wiesa' bejn il-partiti li ntlaħaq meta ġew ittrattati ċerti riformi fundamentali; jinkoraġġixxi lill-forzi politiċi kollha jagħmlu sforzi akbar biex jistabbilixxu djalogu politiku ġenwin u tinkiseb kooperazzjoni kostruttiva, b'hekk jiġi appoġġjat il-proċess ta' riforma; itenni l-konvinzjoni qawwija tiegħu li d-djalogu politiku għandu jsir fi ħdan istituzzjonijiet demokratiċi; huwa ferm imħasseb dwar il-bojkott de facto tal-proċess parlamentari min-naħa tal-oppożizzjoni wara l-ferjat tas-sajf tal-2018;

9.  Jissottolinja l-fatt li riforma ġudizzjarja hija talba importanti taċ-ċittadini Albaniżi u prerekwiżit biex terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fl-istat tad-dritt, fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fir-rappreżentanti politiċi; itenni li l-kredibbiltà u l-effikaċja tal-proċess kumplessiv ta' riforma, b'mod speċjali l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, jiddependu mis-suċċess tal-proċess ta' skrutinju u mill-implimentazzjoni kontinwa u determinata tar-riforma ġudizzjarja;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fir-riforma ġudizzjarja bil-għan li tqawwi l-indipendenza, l-obbligu ta' rendikont, il-professjonalità u l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-pajjiż u ttejjeb il-fiduċja tan-nies fl-organi ġudizzjarji; jiddispjaċih li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għadha dewwiema u ineffiċjenti; josserva li l-proċess ta' rivalutazzjoni għall-imħallfin u għall-prosekuturi kollha ta l-ewwel riżultati konkreti; jilqa' pożittivament il-fatt li l-biċċa l-kbira tad-dossiers prijoritarji diġà ġew ipproċessati; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi, madankollu, ikomplu jagħmlu progress fil-proċess ta' valutazzjoni, bla ma jikkompromettu l-kwalità jew l-ekwità; jisħaq fuq l-importanza li l-proċess ta' valutazzjoni jkun implimentat fir-rispett tal-ogħla standards internazzjonali u jinkoraġġixxi lill-Albanija tkompli l-kooperazzjoni stretta tagħha mal-Operazzjoni ta' Monitoraġġ Internazzjonali; jieħu nota tal-ewwel sensji u riżenji volontarji ta' kandidati qabel is-seduti ta' smigħ tagħhom; iqis, fid-dawl ta' dan kollu, li l-preparazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' mħallfin u prosekuturi hija saħansitra aktar importanti u jiddispjaċih, għalhekk, li l-partiti politiċi fl-Albanija ma laħqux qbil, sal-lum, dwar l-emendi neċessarji tal-liġi dwar l-istatus tal-imħallfin u tal-prosekuturi rigward ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-aqwa kapaċitajiet; jinkoraġġixxi l-forniment kontinwu ta' riżorsi finanzjarji u umani lill-istituzzjonijiet ta' valutazzjoni;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jlestu mill-aktar fis possibbli t-twaqqif ta' organi ġudizzjarji ġodda u jerġgħu jqiegħdu lill-Qorti Kostituzzjonali u lill-Qorti Għolja f'qagħda li jiffunzjonaw; jissottolinja l-bżonn li l-funzjonament effikaċi ta' dawn l-istituzzjonijiet ikun sostnut permezz ta' finanzjament u riżorsi umani adegwati;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress kontinwu lejn l-istabbiliment ta' amministrazzjoni pubblika aktar faċli għaċ-ċittadini u aktar trasparenti, professjonali u depolitiċizzata, inkluż fil-livell lokali; iħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta' sorveljanza u ta' dawk tal-Ombudsperson; jinnota wkoll il-progress li sar rigward ir-riforma territorjali u l-konsolidament ulterjuri, mil-lat amministrattiv u finanzjarju, tal-muniċipalitajiet li għadhom kemm inħolqu, kif ukoll it-twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv biex itejjeb il-koordinament bejn il-gvern ċentrali u dak lokali; jilqa' pożittivament l-istabbiliment ta' Uffiċċji lokali tal-UE u ta' koordinaturi tal-UE;

13.  Jappella biex il-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet u l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-adeżjoni tkompli tissaħħaħ, il-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jsiru tħejjijiet għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE;

14.  Ifaħħar it-titjib sinifikanti li sar fil-qafas ġuridiku u istituzzjonali bil-ħsieb li tiġi evitata u tinqered il-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet pubbliċi, inkwantu l-korruzzjoni għadha punt li jqajjem tħassib importanti; jappella biex isiru sforzi addizzjonali ħalli tonqos il-korruzzjoni li taffettwa l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Albanija, tittejjeb il-klima għall-investimenti u tiġi garantita ċ-ċertezza ġuridika tal-investimenti; jissottolinja li jekk huma akkużati, l-uffiċjali għolja ma għandhomx jirċievu trattament preferenzjali meta mqabbla maċ-ċittadini ordinarji; jistieden lill-Albanija tagħmel aktar użu ta' investigazzjonijiet finanzjarji u tibni każistika ta' qbid u konfiska/rkupru tal-assi tal-kriminalità li jirriżultaw minn reati relatati mal-korruzzjoni u turi riżultati konkreti fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-aġġornamenti reċenti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li jeħtieġ li jiġi kkompletat it-twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali ta' l-Investigazzjoni, tat-Tribunal Speċjali u tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata; jappella għal aktar titjib fil-kooperazzjoni interistituzzjonali u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuzzjoni; jilqa' pożittivament ir-rivalutazzjoni tal-persunal tal-infurzar tal-liġi skont il-liġi dwar il-valutazzjoni tal-pulizija;

16.  Jappella biex il-korruzzjoni politika u pubblika-privata tingħata aktar attenzjoni; jitlob li tinbena każistika ta' investigazzjonijiet proattivi, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, anki fil-livell għoli;

17.  Jilqa' pożittivament il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, partikolarment l-arresti li saru dan l-aħħar tal-membri tal-grupp kriminali Bajri, u jitlob li jkunu segwiti ulterjorment riżultati tanġibbli u sostenibbli, anki fis-settur speċifiku tal-ġlieda kontra l-kultivazzjoni u t-traffikar tad-drogi, permezz tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni kontra l-kultivazzjoni tal-kannabis; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-korp tal-pulizija qiegħed isir aktar attiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u huwa mħeġġeġ mill-kooperazzjoni internazzjonali intensifikata bejn il-korpi tal-pulizija mwettqa mill-Albanija, li wasslet għal operazzjonijiet effikaċi kontra x-xbieki kriminali, anki fi gruppi ta' ħidma konġunti mal-Istati Membri; jemmen li l-kooperazzjoni bejn il-pulizija, il-prosekuzzjoni u l-aġenziji u l-korpi rilevanti l-oħra għandha tkun ikkonsolidata ulterjorment;

18.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jieħdu azzjoni deċiżiva biex iżarmaw ix-xbieki kriminali involuti fit-traffikar tad-droga, tal-bniedem u tal-armi tan-nar, u jżidu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, kif ukoll il-kundanni definittivi, speċjalment ta' membri ta' livell għoli tal-gruppi tal-kriminalità organizzata; jindika l-bżonn li jitqawwa l-impenn biex jiġi evitat it-traffikar tal-bnedmin, billi tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal mhux akkumpanjati u vittmi tat-traffikar, speċjalment fost it-tfal tat-triq;

19.  Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Albaniżi biex jiżguraw b'mod effikaċi l-infurzar u l-progress lejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b'mod effikaċi u trasparenti, filwaqt li fl-istess ħin jieħdu kont tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà, tar-restituzzjoni tagħha u tal-kumpens għaliha; jitlob li jsir il-progress neċessarju fis-settur tad-diġitalizzazzjoni u tal-immappjar tal-proprjetajiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jgħarrfu liċ-ċittadini b'mod adegwat dwar drittijiethom u dwar il-possibilitajiet tal-infurzar tal-pretensjonijiet tagħhom; jissottolinja li reġim effikaċi tad-drittijiet tal-proprjetà huwa importanti għall-iżgurar tal-istat tad-dritt u ta' ambjent tan-negozju attraenti;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi li ttieħdu biex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni, inkluż it-trattament indaqs tal-minoranzi kollha; jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-liġi qafas dwar il-minoranzi, li aboliet id-differenzjazzjoni bejn il-minoranzi nazzjonali u l-komunitajiet etnolingwistiċi u introduċiet il-prinċipju tal-awtoidentifikazzjoni, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u d-dritt li jinżammu l-kulturi, it-tradizzjonijiet u ilsien twelidhom; jitlob l-implimentazzjoni prattika sħiħa u jinkoraġġixxi lill-Albanija tkompli l-isforzi tagħha billi tadotta l-leġiżlazzjoni sekondarja neċessarja għal-liġi qafas, konformement mal-istandards Ewropej u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-abbozzar tagħha; jinsisti li jittieħdu miżuri biex ikomplu jtejbu l-edukazzjoni, is-saħħa, ir-rati tal-impjieg u l-kundizzjonijiet tal-ħajja tar-Rom, tal-Eġizzjani u ta' minoranzi etniċi oħra;

21.  Jinnota t-tensjonijiet wara inċident li involva t-telf tal-ħajja ta' Konstantinos Katsifas, membru tal-Minoranza Nazzjonali Griega u ċittadinanza doppju (Albaniż u Grieg), li nqatel b'arma tan-nar mill-Forzi tal-Pulizija Speċjali Albaniża (RENEA) waqt kommemorazzjoni tat-Tieni Gwerra Dinjija ta' suldati Griegi mejtin f'Bularat fit-28 ta' Ottubru 2018; jitlob trażżin fuq in-naħat kollha u jistenna li l-awtoritajiet Albaniżi jinvestigaw u jiċċaraw iċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan it-telf ta' ħajja;

22.  Jilqa' pożittivament il-progress li sar biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tan-nisa fil-politika, b'mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta' sistema ta' kwoti tal-ġeneru, u r-rappreżentanza ndaqs tan-nisa fil-gvern il-ġdid; itenni, madankollu, it-tħassib tiegħu għad-diskriminazzjoni tan-nisa u tal-bniet, u għan-nuqqas ta' miżuri xierqa li jipproteġuhom, li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati u emarġinati, bħal pereżempju n-nisa Rom(1) u n-nisa b'diżabbiltajiet, id-dispożizzjonijiet diskriminatorji mil-lat tal-ġeneru li għadhom preżenti f'għadd ta' liġijiet, l-aċċess diffiċli għall-ġustizzja għan-nisa, il-perċentwal ta' nisa fis-suq tax-xogħol informali u n-numru kbir ta' każijiet ta' vjolenza domestika fil-konfront tan-nisa u tat-tfal, speċjalment dawk li jappartjenu għall-gruppi vulnerabbli; jitlob risposta adegwata għal dawn il-kwistjonijiet u jfaħħar l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-ħolqien ta' sottokumitat parlamentari dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

23.  Jinnota bi tħassib li n-nisa li jgħixu f'żoni rurali u remoti u n-nisa Roma u Eġizzjani għad għandhom aċċess limitat għall-kura tas-saħħa primarja u s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u ħafna drabi mhumiex konxji dwar id-disponibbiltà ta' tali servizzi; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet Albaniżi biex jiżguraw informazzjoni aħjar dwar dawn is-servizzi u jiżguraw li jkunu aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità;

24.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv dwar id-drittijiet tat-tfal permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-Kodiċi tal-Ġustizzja Kriminali għall-Minorenni u l-"Aġenda tat-Tfal 2020"; ifakkar li l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal għad għandhom bżonn li jitjiebu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u l-ġustizzja għall-minorenni u jitlob żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji għas-sistema ta' protezzjoni tat-tfal, b'mod partikolari l-unitajiet għall-protezzjoni tat-tfal fil-livell lokali u reġjonali;

25.  Ifaħħar il-klima ta' tolleranza u ta' kooperazzjoni fost il-komunitajiet reliġjużi fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jiġġieldu b'mod effikaċi kontra d-diskors ta' mibegħda u l-esklużjoni u d-diskriminazzjoni tal-minoranzi, inklużi l-persuni LGBTI; jilqa' favorevolment il-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Ugwaljanza tal-Ġeneru adottati reċentement minn ħames muniċipalitajiet Albaniżi, konformement mal-Karta Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-ħajja lokali;

26.  Jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jtejbu l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, hekk li jiżguraw parteċipazzjoni u konsultazzjoni effikaċi tal-pubbliku matul il-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta' integrazzjoni mal-UE li għaddej bħalissa, inkluż fil-livell nazzjonali u lokali, b'hekk jissaħħu d-demokrazija u t-trasparenza; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' riforma tal-qafas ġuridiku u fiskali tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili (OSĊ) kif ukoll tal-finanzjament pubbliku disponibbli għall-OSĊ li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' viġilanza, ta' difiża kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta' bażi ż-żgħar, inkwantu s-sostenibilità finanzjarja tibqa' sfida importanti għal numru mdaqqas ta' organizzazzjonijiet bħal dawn peress li l-proċess ta' reġistrazzjoni attwali huwa kkaratterizzat minn proċeduri twal u li jqumu ħafna flus, u s-sistema attwali tat-taxxa timponi piż notevoli fuq l-OSĊ u jostakola d-donazzjonijiet kemm mill-kumpaniji kif ukoll minn individwi; ifakkar li soċjetà ċivili b'setgħat tirrappreżenta element essenzjali ta' demokrazija dinamika u hija importanti mil-lat strateġiku għat-trasformazzjoni tal-Albanija fi Stat Membru tal-UE;

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Gvern Albaniż u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Persuni Nieqsa, li se jippermetti lil din tal-aħħar tgħin biex jinstabu u jiġu identifikati l-persuni nieqsa matul l-era Komunista;

28.  Jappella lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu l-politiki tagħhom fir-rigward tal-persuni b'diżabilitajiet, li jkomplu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fl-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-assistenza tas-saħħa u s-servizzi soċjali u fil-parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali;

29.  Jiddispjaċih għad-dewmien fit-twaqqif tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ (RYCO) f'Tirana; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jappoġġjaw l-attivitajiet tar-RYCO ħalli għadd kemm jista' jkun kbir ta' żgħażagħ ikunu jistgħu jibbenefikaw minn xogħlu;

30.  Itenni li l-mezzi ta' komunikazzjoni professjonali u indipendenti, kemm privati kif ukoll tas-servizz pubbliku, huma ta' importanza kritika; jieħu nota li sar progress parzjali biex l-awtorità għall-mezzi ta' komunikazzjoni awdjoviżivi u x-xandir pubbliku tal-pajjiż isiru aktar indipendenti; jappella għal miżuri li jtejbu t-trasparenza finanzjarja tar-reklamar tal-Istat fil-mezzi ta' komunikazzjoni; jappella wkoll għal miżuri biex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali tal-ġurnalisti;

31.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif tal-Kunsill Albaniż tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni, u jissottolinja r-rwol tiegħu fl-istabbiliment ta' standards professjonali u etiċi għoljin għall-ġurnalisti u għall-mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll fil-promozzjoni tal-indipendenza u tal-libertà tagħhom; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Kodiċi Etiku Ġurnalistiku rivedut kif ukoll l-Linji Gwida Etiċi għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Online u jitlob it-tisħiħ tal-prinċipji tagħhom, bil-għan li jinżammu l-fiduċja tal-pubbliku, il-veridiċità, l-ekwità, l-integrità, l-indipendenza u l-obbligu ta' rendikont;

32.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jintensifikaw ir-riformi mmirati biex tiżdied il-kompetittività u biex tingħeleb l-ekonomija informali; jenfasizza li l-korruzzjoni, il-lakuni fl-istat tad-dritt u t-toqol tal-proċeduri regolatorji għadhom igerrxu l-investimenti u l-iżvilupp sostenibbli tal-Albanija; jitlob li jkompli jitjieb il-kuntest għall-impriżi u għall-investimenti billi jiġu żgurati qafas regolatorju u leġiżlattiv prevedibbli, ċertezza tad-dritt, l-istat tad-dritt, l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà u eżekuzzjoni msaħħa tal-kuntratti, ikun segwit b'mod vigoruż il-konsolidament fiskali u tissaħħaħ l-amministrazzjoni tat-taxxa;

33.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konverġenza pożittiva tal-istandards soċjali matul il-proċess ta' adeżjoni; jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija, b'mod partikolari l-attenzjoni tagħha fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku u fuq iż-żgħażagħ; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jikkunsidraw mill-ġdid ir-rwol tas-sħubijiet pubbliċi-privati u l-impatt tagħhom fuq ir-riżorsi komuni u l-beni ta' interess pubbliku bħall-awtostradi, is-saħħa, in-natura u l-wirt kulturali f'konformità mal-obbligu tal-UNESCO; jistieden lill-Albanija tagħmel pubbliċi l-kriterji għall-għoti tal-assistenza soċjali;

34.  Jibża' li, wara li l-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali tal-Albanija żżarma minħabba ristrutturazzjoni governattiva, jista' jkun hemm effetti negattivi fuq it-tfassil tal-politiki soċjali u tax-xogħol; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jrawmu l-kooperazzjoni mat-trade unions u jsaħħu d-djalogu soċjali; iħeġġeġ li jittieħdu miżuri effikaċi biex jindirizzaw ir-rata għolja tal-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nisa, u biex jipprevjenu t-tħaddim tat-tfal; jitlob aktar titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni, filwaqt li jkun aċċertat li l-edukazzjoni tibqa' aċċessibbli għall-popolazzjoni kollha kemm hi;

35.  Ifaħħar il-fatt li, skont l-Istitut tal-Istatistika tal-Albanija (INSTAT), il-qgħad fl-Albanija niżel; jisħaq fuq il-bżonn li titjieb il-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni, anki billi tiżdied il-kapaċità biex il-persuni jkunu mgħammra b'ħiliet u b'għarfien konformi mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; jissottolinja l-bżonn li jingħata sostenn lit-tkabbir fit-tul billi jiġu żviluppati l-kapaċità ta' assorbiment teknoloġiku, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

36.  Iħeġġeġ lill-gvern jimmodernizza s-sistema tal-edukazzjoni bil-għan li tinbena soċjetà aktar inklużiva, jonqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni u biex ż-żgħażagħ ikunu mgħammra b'ħiliet u b'għarfien aħjar;

37.  Japprezza l-impenn tal-Albanija biex timplimenta l-Aġenda tal-Konnettività fil-qafas tal-Proċess ta' Berlin u tadotta l-pakkett tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) 2018, li jinkludi proġett infrastrutturali ta' importanza strateġika marbut mar-rikostruzzjoni tal-port ta' Durrës, li jsaħħaħ il-kollegamenti tal-Albanija mal-Kroazja u mal-Italja u joffri lill-ġirien tal-Albanija mingħajr kosta mal-baħar, il-Kosovo u l-Maċedonja, aċċess għar-rotot tat-trasport marittimi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jħaffu l-pass fl-ippjanar u fil-kostruzzjoni tas-sezzjonijiet Albaniżi tan-netwerks trans-Ewropej u jipproċedu għall-armonizzazzjoni tal-qafas ġuridiku mal-acquis tal-UE; isostni l-proposta biex jonqsu t-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent ħalli jiġi promoss kuntest favorevoli għas-suq u għall-investimenti li jwassal għal ekonomija diġitali; josserva li 40 % tal-popolazzjoni tal-Albanija tgħix f'żoni rurali iżda 1 % biss ta' dawn in-nies huwa konness mal-internet;

38.  Itenni l-importanza li titjieb l-infrastruttura pubblika fi ħdan il-Balkani tal-Punent u mal-Istati Membri tal-UE; jirrakkomanda li l-awtoritajiet iħaffu l-kostruzzjoni ta' proġetti infrastrutturali kbar bħal dak tal-kollegament ferrovjarju u tal-awtostrada moderna bejn Tirana u Skopje bħala parti mill-Kuritur VIII;

39.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward ċerti proġetti ekonomiċi li wasslu għal ħsara ambjentali gravi f'żoni protetti, bħal ċentri turistiċi fuq skala kbira u l-impjanti idroelettriċi tul ix-xmajjar Vjosa u Valbona; jirrakkomanda lill-Albanija tirrevedi l-istrateġija tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u tnaqqas id-dipendenza tagħha mill-enerġija idroelettrika għall-produzzjoni tal-elettriku; jistieden għaldaqstant lill-awtoritajiet janalizzaw l-investimenti fil-proġetti marbuta mal-enerġija rinnovabbli differenti minn dik idroelettrika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jintensifikaw il-kwalità tal-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi, tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u tal-konsultazzjonijiet pubbliċi marbuta ma' tali proġetti, filwaqt li jqisu kif jaħsbuha l-komunitajiet lokali; iħeġġeġ lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jirrevedu s-sostenn tagħhom favur il-proġetti tal-impjanti idroelettriċi f'każ li jkunu nieqsa minn valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi u valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali ex ante sodi; jisħaq fuq il-bżonn li jkun żgurat li l-proġett tal-Gassdott Trans-Adrijatiku (Trans Adriatic Pipeline, TAP) huwa konformi mal-aspetti ambjentali u soċjali tal-acquis; itenni l-appell tiegħu lill-Albanija biex timplimenta l-miżuri rilevanti ta' ġestjoni tal-iskart u tallinja ruħha mal-acquis ambjentali tal-UE;

40.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Albanija għadha l-pajjiż tal-Balkani tal-Punent li minnu jsir l-akbar għadd ta' daħliet u soġġorni illegali, kif ukoll ta' talbiet għall-asil bla bażi, fl-Istati Membri; jitlob li jiżdiedu l-miżuri meħuda f'dawn l-aħħar xhur biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-fenomenu tat-talbiet għall-asil bla bażi fl-UE u l-wasliet ta' minuri mhux akkumpanjati, inklużi l-kawżi profondi tagħhom; jinkoraġġixxi miżuri konkreti biex tingħata spinta lill-impjiegi, speċjalment fost iż-żgħażagħ, lill-edukazzjoni, lill-kundizzjonijiet ta' ħajja u lis-saħħa; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jistabbilixxu sistemi maħsuba biex jassistu fir-reintegrazzjoni effikaċi tal-familji u tat-tfal huma li jerġgħu lura f'pajjiżhom;

41.  Jilqa' pożittivament il-passi li saru biex jintlaħaq ftehim għall-kooperazzjoni operattiva bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Albanija, l-ewwel pajjiż tar-reġjun li miegħu ġie konkluż ftehim bħal dan, u jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni f'livell operattiv;

42.  Jistieden lill-Gvern Albaniż jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u ma jagħtix permess għall-estradizzjoni f'każijiet ta' reati politiċi jew f'każijiet li fihom il-persuna tista' tkun suġġetta għal tortura jew trattament inuman fil-pajjiż li jitlob l-estradizzjoni,

43.  Ifaħħar lill-Albanija għas-suċċess li kellha fil-ġlieda kontra l-ħruġ ta' ġellieda barranin; jilqa' l-kooperazzjoni reġjonali li nkisbet fil-ġlieda kontra theddidiet terroristiċi potenzjali; itenni l-bżonn ta' aktar miżuri intiżi li jinterrompu l-flussi finanzjarji maħsuba għall-finanzjament tat-terroriżmu, li jsaħħu l-mekkaniżmi ta' prevenzjoni u monitoraġġ li jinvolvu lis-soċjetà ċivili u lill-komunitajiet reliġjużi, u li jindirizzaw b'mod effikaċi r-radikalizzazzjoni online; itenni l-bżonn li jkomplu jitjiebu l-programmi għar-reintegrazzjoni tal-persuni rimpatrijati u l-familji tagħhom u li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet, anki billi jissaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-komunitajiet reliġjużi;

44.  Jitlob aktar kooperazzjoni bejn l-Albanija u l-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità tal-informatika u l-kwistjonijiet relatati maċ-ċiberdifiża;

45.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni attiva tal-Albanija fil-Proċess ta' Berlin, fl-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u f'inizjattivi reġjonali oħra, u l-kontribut tal-pajjiż għat-tisħiħ tal-profil tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali; jilqa' pożittivament l-iffirmar ta' Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kooperazzjoni Reġjonali u r-Relazzjonijiet ta' Bon Viċinat fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta' Berlin; jilqa' favorevolment il-pożizzjoni proattiva tal-Albanija biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat mal-pajjiżi l-oħra tat-tkabbir u mal-Istati Membri ġirien u jissottolinja l-fatt li r-relazzjonijiet tajbin huma element essenzjali tal-proċess tat-tkabbir; jilqa' pożittivament il-varar uffiċjali tal-Fond għall-Balkani tal-Punent, li għandu jippromwovi l-valuri komuni u jiżviluppa l-kooperazzjoni reġjonali bejn iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent; jilqa' favorevolment il-ħolqien tal-Kamra tal-Kummerċ Konġunta Albanija-Serbja f'Tirana u jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni kummerċjali u bejn l-impriżi fir-reġjun; japprezza l-isforzi kontinwi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, kif indikat fl-Inizjattiva Adrijatika Trilaterali; itenni li għandhom jiġu evitati dikjarazzjonijiet u azzjonijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet ta' bon viċinat;

46.  Itenni s-sostenn tiegħu fil-konfront tal-inizjattiva maħsuba biex toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ta' ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); iħeġġeġ lill-Gvern Albaniż jieħu rwol ta' tmexxija fil-ħolqien tagħha; jissottolinja l-importanza ta' dan il-proċess u tal-impenn attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha sabiex tibda topera mill-aktar fis possibbli; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta ta' pjan ta' azzjoni tal-koalizzjoni tar-RECOM b'dati u parametri ċari;

47.  Ifaħħar bil-qawwa lill-Albanija għall-allinjament sħiħ kontinwu tagħha mal-pożizzjonijiet u mad-dikjarazzjonijiet kollha tal-UE magħmula fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurtà komuni; jistieden lill-Albanija tallinja ruħha mal-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-integrità tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u tirrinunzja l-ftehim bilaterali ta' immunità li kkonkludiet mal-Istati Uniti; ifaħħar il-parteċipazzjoni attiva tal-Albanija fil-missjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet militari fil-qafas tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni kif ukoll il-kontribut tagħha f'missjoni tan-NATO ta' importanza strateġika għall-UE;

48.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jagħmlu l-aktar użu effikaċi tal-fondi tal-UE fir-reġjuni kollha tal-pajjiż; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonalità stretta tal-fondi IPA u tivvaluta, bħala parti mir-rapporti tagħha dwar il-pajjiżi, l-effikaċja tal-appoġġ tal-IPA għall-Albanija, speċjalment rigward il-prijoritajiet ewlenin u l-proġetti rilevanti;

49.  Jieħu nota tal-atmosfera kostruttiva fit-12-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija, li saret f'Tirana mit-12 u sat-13 ta' Frar 2018, jinnota l-kooperazzjoni mtejba li nkisbet bejn ir-rappreżentanti tal-maġġoranza u tal-oppożizzjoni fil-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; jissottolinja li huwa importanti li l-kooperazzjoni bejn il-partiti tibqa' għaddejja fit-triq tar-riforma li twassal għall-adeżjoni mal-UE;

50.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija.

(1) Il-kelma "Rom" hija użata bħala terminu ġenerali li jinkludi diversi gruppi relatati, sew jekk huma nomadi sew jekk le, bħar-Rom, l-Ashkali, l-Eġizzjani, eċċ., li jista' jkollhom kulturi u stili ta' ħajja differenti ħafna minn xulxin.


Rapport tal-2018 dwar il-Montenegro
PDF 456kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Montenegro (2018/2144(INI))
P8_TA-PROV(2018)0482A8-0339/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' Mejju 2010,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-disa' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro tal-25 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO fil-5 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra r-ratifika mill-parlamenti tal-Montenegro u tal-Kosovo tal-Ftehim tad-Demarkazzjoni tal-Fruntiera bejn il-Montenegro u l-Kosovo,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu ''Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE'' (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Montenegro 2018 Report" (Rapport 2018 dwar il-Montenegro) (SWD(2016)0150),

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 dwar il-Programm ta' Riforma Ekonomika tal-Montenegro (2018-2020) (SWD(2018)0131) u l-Konklużjonijiet Konġunti tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2018 tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE ODIHR) u d-dikjarazzjoni tad-delegazzjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Parlament Ewropew, dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-15 ta' April 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-15-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro li saret f'Podgorica fis-16 u s-17 ta' Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom emarġinati fil-Balkani tal-Punent, li sar mill-Kummissjoni, mill-Bank Dinji u mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin varat fit-28 ta' Awwissu 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Montenegro,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0339/2018),

A.  billi kull pajjiż tat-tkabbir huwa valutat individwalment fuq il-merti tiegħu stess, u huma r-rapidità u l-kwalità tar-riformi li jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni;

B.  billi attwalment il-Montenegro huwa dak li għamel l-aktar progress fil-proċess tan-negozjati, billi fetaħ 31 mill-35 kapitolu tal-acquis communautaire tal-UE u għalaq provviżorjament in-negozjati dwar tlieta;

C.  billi d-djalogu kostruttiv fost forzi politiċi interni u mal-pajjiżi ġirien ikun essenzjali biex isir aktar progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE;

D.  billi l-Montenegro baqa' impenjat li joħloq ekonomija tas-suq li tiffunzjona u kompla jikseb riżultati tajbin fl-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA);

E.  billi l-Montenegro jibbenefika minn assistenza ta' qabel l-adeżjoni fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II);

F.  billi l-Montenegro għandu jkompli jsaħħaħ, fost affarijiet oħra, il-kapaċità parlamentari, leġiżlattiva u ta' sorveljanza, it-trasparenza istituzzjonali, ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġestjoni interna tal-każijiet tad-delitti tal-gwerra, l-integrità tal-proċess elettorali, il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-ekonomija informali;

1.  Jilqa' pożittivament l-impenn kontinwu tal-Montenegro fil-proċess tal-integrazzjoni fl-UE u l-progress tajjeb kontinwu tiegħu, b'mod globali, abbażi ta' appoġġ pubbliku wiesa' għal din id-deċiżjoni strateġika;

2.  Jissottolinja li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-riformi jibqgħu indikatur ewlieni ta' integrazzjoni b'suċċess; jitlob lill-Montenegro jtejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politiki ġodda u jitlob l-implimentazzjoni fil-pront tal-parametri intermedji ta' riferiment għall-kapitoli 23 u 24;

3.  Jilqa' favorevolment il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, kif iddikjarat fil-komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent, li b'rieda politika soda, bir-realizzazzjoni ta' riformi reali u sostnuti u b'soluzzjonijiet definittivi għat-tilwim mal-ġirien, il-Montenegro jista', potenzjalment, ikun lest biex isir Membru sal-2025;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss biex jieħu kont tal-adeżjoni possibbli tal-Montenegro mal-Unjoni Ewropea, kif delinjat fl-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent;

Demokratizzazzjoni

5.  Ifakkar lill-partiti politiċi kollha li l-impenn politiku kostruttiv jiddependi minn parlament li jiffunzjona totalment li fih il-politiċi kollha jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-konfront tal-eletturi billi jpoġġu fis-siġġijiet tagħhom fi ħdan il-parlament; jilqa' pożittivament il-fatt li l-maġġoranza tal-partiti tal-oppożizzjoni rritornaw fil-parlament wara bojkott parlamentari fit-tul; iħeġġeġ lill-partiti politiċi l-oħra kollha jirritornaw fil-parlament u jagħmlu aktar sforzi flimkien biex jistabbilixxu djalogu politiku ġenwin bil-għan li jkun żgurat li l-parlament ikollu l-mezzi biex jiżvolġi bis-sħiħ ir-rwol tiegħu ta' leġiżlatur u ta' sorveljanza, b'hekk jerġa' jinġieb proċess demokratiku li jiffunzjona;

6.  Jitlob l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-parteċipazzjoni pubblika u politika tan-nisa u tal-minoranzi, b'mod partikolari r-Rom(1), anki billi tippermetti l-parteċipazzjoni sinifikattiva tan-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi fil-proċessi deċiżjonali u l-okkupazzjoni ta' karigi fl-amministrazzjoni pubblika u f'istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn;

7.  Jistieden lill-mexxejja politiċi tal-Montenegro jikkonċentraw l-isforzi fuq l-isfidi li għad fadal f'dak li għandu x'jaqsam mal-problemi marbuta mal-istat tad-dritt, mal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, mal-korruzzjoni, mal-ħasil tal-flus, mal-kriminalità organizzata u mal-vjolenza assoċjata magħha u jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod prijoritarju;

8.  Jinnota li l-libertajiet fundamentali ġew rispettati fl-elezzjonijiet presidenzjali ta' April 2018; jistieden lill-gvern jikkollabora mal-partiti tal-oppożizzjoni u mas-soċjetà ċivili biex jindirizzaw b'mod komprensiv in-nuqqasijiet identifikati mill-OSKE ODIHR u jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjonijiet Prijoritarji tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tagħha billi tiġi adottata l-leġiżlazzjoni nazzjonali pendenti, jissaħħu t-trasparenza u l-professjonalità tal-amministrazzjoni elettorali, ħalli l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess elettorali titjieb; jitlob li l-elezzjonijiet lokali jsiru simultanjament fil-pajjiż kollu u t-titjib tal-kwalità u tat-trasparenza tal-elezzjonijiet; iħeġġeġ it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi;

9.  Jitlob investigazzjonijiet kompluti fl-allegati irregolaritajiet elettorali kollha; jinsisti, għal darb'oħra, li jingħata segwitu xieraq lill-"iskandlu tar-reġistrazzjoni ta' smigħ" tal-2012; jitlob lill-Aġenzija ta' Kontra l-Korruzzjoni (ACA) tintensifika l-monitoraġġ ta' abbuż possibbli tar-riżorsi pubbliċi għal finijiet tal-partiti politiċi;

10.  Jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Parlament Montenegrin li jneħħi lil Vanja Ćalović Marković mill-Kunsill tal-Aġenzija għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni; iħeġġeġ li dan il-każ jiġi ttrattat bi trasparenza sħiħa;

Stat tad-dritt

11.  Jinnota r-rwol ċentrali li jaqdu l-Awtorità tal-Awditjar, l-ACA, il-Kummissjoni tal-Kontroll tal-Akkwist Pubbliku, l-Aġenzija għall-Kompetizzjoni u l-Awtorità tal-Għajnuna mill-Istat fl-indirizzar tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformi kontinwi mmirati lejn it-titjib tal-kapaċità u tal-indipendenza ta' dawn l-istituzzjonijiet, iżda jinnota l-ħtieġa li titjieb l-effiċjenza, tinbena każistika aħjar, titħeġġeġ il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, anki bis-saħħa ta' sanzjonijiet adegwati, u jitneħħew l-ostakoli li fadal biex tinkiseb l-indipendenza sħiħa tagħhom;

12.  Jikkonstata l-progress li sar biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-ACA fl-investigazzjoni tal-finanzjament tal-kampanji; jisħaq fuq il-bżonn, madankollu, li titjieb il-fiduċja fil-konfront tal-aġenzija u tissaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha, objettiv li jista' jinkiseb billi ħidmitha titħares ulterjorment minn kull influwenza politika;

13.  Jilqa' pożittivament l-isforzi magħmula biex titjieb it-trasparenza tal-amministrazzjoni pubblika u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni iżda jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' amministrazzjoni pubblika aktar faċli għaċ-ċittadini, professjonali u depolitiċizzata; ifaħħar ix-xogħol aktar effikaċi tal-Ombudsman; jitlob valutazzjonijiet tal-impatt regolatorji mtejba, rapporti komprensivi dwar l-awditjar u konsultazzjonijiet pubbliċi inklużivi dwar il-proposti leġiżlattivi; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-aċċess miftuħ għall-informazzjoni għal finijiet tal-ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjoni, u jinkoraġġixxi reviżjoni tal-modifiki leġiżlattivi li saru f'Mejju 2017; jirrakkomanda l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi u tal-kapital uman fl-amministrazzjoni pubblika;

14.  Jilqa' pożittivament il-progress notevoli li wera l-Montenegro fil-governanza elettronika u fil-parteċipazzjoni elettronika, fil-fatt il-pajjiż issa huwa fost l-ewwel 25 pajjiż bl-aħjar riżultati f'dawn is-setturi, skont l-Istħarriġ 2016 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-amministrazzjoni pubblika elettronika; jistieden lill-Gvern Montenegrin iżomm dan ir-ritmu tar-riformi ħalli jkompli jtejjeb l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tal-amministrazzjoni pubblika;

15.  Jilqa' favorevolment il-progress moderat li sar fir-rigward taż-żieda fl-indipendenza, fit-trasparenza, fl-obbligu ta' rendikont, fil-professjonalità u fl-effiċjenza tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji; jitlob salvagwardji kontra l-indħil politiku u l-applikazzjoni koerenti ta' kodiċijiet etiċi u miżuri dixxiplinari; jilqa' pożittivament il-fatt li l-imħallfin u l-prosekuturi l-ġodda nħatru għall-ewwel darba permezz tas-sistema ta' reklutaġġ il-ġdida;

16.  Jinnota l-ħtieġa li jimxu 'l quddiem il-proċedimenti ġudizzjarji dwar it-tentattiv ta' allegat kolp ta' stat ta' Ottubru 2016 billi tiġi żgurata l-kooperazzjoni ġudizzjarja sħiħa mal-pajjiżi terzi; jilqa' favorevolment id-deċiżjoni li jixxandru pubblikament il-proċedimenti ġudizzjarji f'ġieħ it-trasparenza;

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-emendi tal-Liġi dwar il-Kunsill Ġudizzjarju approvata fid-29 ta' Ġunju 2018, li tippermetti t-tkomplija tal-funzjonament normali tal-Kunsill Ġudizzjarju; josserva li dawn l-emendi ġew adottati konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; jenfasizza li dawn il-modifiki fir-rigward tal-elezzjoni ta' membri mhux esperti fil-Kunsill jirrappreżentaw biss soluzzjoni temporanja; iħeġġeġ lill-grupp ta' ħidma ad hoc tal-Parlament, ikkostitwit dan l-aħħar, isolvi malajr din il-kwistjoni;

18.  Jinsab imħasseb dwar il-każijiet dejjem jiżdiedu ta' vjolenza u assassinji marbuta mal-kriminalità organizzata, li għandhom effett negattiv fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini ordinarji; jilqa' pożittivament il-fatt li l-awtoritajiet identifikaw din il-kwistjoni iżda jitlob azzjoni preventiva aktar robusta, inkluż billi jsir rikors għal provvedimenti ta' konfiska tal-assi mhux ibbażati fuq kundanna; ifaħħar l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni mogħtija fil-każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; jirrikonoxxi, iżda, li dawn ir-riżultati għandhom ikomplu jissaħħu, partikolarment fil-ħasil tal-flus u fit-traffikar ta' bnedmin;

19.  Jitlob li jsir progress fil-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u l-arrikkiment illeċitu tal-uffiċjali pubbliċi, inkluż fil-livell muniċipali; jistieden lill-awtoritajiet jintensifikaw il-konfiska tal-assi tal-kriminalità, imexxu inkjesti f'ġid inġustifikat u jieħdu passi oħra li jwasslu għaż-żarmar tax-xbieki kriminali, il-qtugħ tar-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata, in-negozju u l-politika; jiddenunzja, sadattant, il-prattika ta' impożizzjoni ta' sanzjonijiet aktar baxxi mill-minimu stabbilit mil-liġi, billi għandha effett kontroproduċenti fuq il-prevenzjoni tar-reati ta' korruzzjoni;

20.  Ifakkar li l-Montenegro għandu jagħmel aktar sforzi biex jiżgura l-protezzjoni effikaċi tad-dritt għall-proprjetà, konformement mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet statali jipprevedu proċedimenti ġusti fi żmien raġonevoli fl-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku nazzjonali eżistenti, inkluż fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà u r-restituzzjoni tal-proprjetà. josserva li reġim sod, mhux diskriminatorju u stabbli għad-drittijiet tal-proprjetà huwa rekwiżit preliminari għall-fiduċja taċ-ċittadini, tal-investituri esterni u tal-impriżi;

Ġestjoni tal-fruntieri u migrazzjoni

21.  Jinnota li sal-lum il-Montenegro kien kapaċi jiġġestixxi t-talbiet għal asil, iżda jissottolinja li għad irid isir aktar progress; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jikkollabora aktar mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri, konformement man-normi Ewropej, jindirizza l-migrazzjoni irregolari u jħarbat ix-xbieki tal-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali; jitlob sforzi intensifikati u kooperazzjoni transfruntiera sabiex jiġu evitati u żarmati x-xbieki tal-kriminalità organizzata relatati mat-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll il-kuntrabandu tad-drogi u tat-tabakk; jenfasizza t-tħassib persistenti rigward il-kummerċ illegali ta' tabakk fil-Montenegro, partikolarment madwar iż-żoni ta' kummerċ ħieles tal-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni lill-Montenegro fil-kontroll taż-żoni ta' kummerċ ħieles tiegħu u fil-ħidma għall-prevenzjoni tal-kummerċ illegali;

22.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' progress fl-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin u jħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni tal-prostituzzjoni organizzata furzata u tat-tfal tallaba; jissottolinja li huma neċessarji aktar sforzi għall-identifikazzjoni tal-vittmi u għall-aċċess tagħhom għall-assistenza, għall-kumpens u għall-miżuri ta' protezzjoni; jistieden lill-Montenegro jagħti protezzjoni effikaċi lill-vittmi tat-traffikar, u jagħti attenzjoni partikolari lir-riabilitazzjoni tal-vittmi tfal tat-traffikar u lin-nisa u lill-bniet Rom, minħabba ċ-ċirkostanzi vulnerabbli li fihom jinsabu bħala konsegwenza tal-faqar u tal-emarġinazzjoni;

Mezzi ta' komunikazzjoni

23.  Jinsab dejjem aktar imħasseb dwar l-istat tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, li fih tliet rapporti suċċessivi tal-Kummissjoni nnutaw li ma kien sar "l-ebda progress"; ifakkar li l-kapitolu 23 relatat infetaħ f'Diċembru 2013 u li huwa l-progress f'dan il-kapitolu u fil-kapitolu 24 li jiddetermina r-ritmu kumplessiv tan-negozjati; jikkundanna fl-aktar termini qawwija possibbli l-intimidazzjoni, il-kampanji ta' malafama u attakki verbali u fiżiċi fuq il-ġurnalisti; jinnota li kien hemm seba' każijiet irrapportati ta' attakki fuq ġurnalisti fl-2017; iħeġġeġ lill-gvern jiżgura li l-ġurnalisti jkunu protetti f'termini prattiċi; jitlob li ttieħed aktar azzjoni biex tkun żgurata l-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-ġurnalisti u jinkoraġġixxi l-ġbir sistematiku ta' data relatata mat-theddid fil-konfront tal-ġurnalisti; jinnota li d-Delegazzjoni tal-UE fil-Montenegro qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib;

24.  Huwa partikolarment imħasseb bl-attakk li sar fit-8 ta' Mejju 2018 kontra Olivera Lakić, ġurnalista tal-gazzetta Vijesti, u jitlob investigazzjoni kompluta dwar il-każ; iqis bħala inaċċettabbli l-fatt li ma kien hemm l-ebda żvilupp ġdid fir-rigward tal-investigazzjonijiet f'każijiet antiki ta' vjolenza kontra l-ġurnalisti; jistieden lill-awtoritajiet jikkundannaw bil-qawwa kull attakk kontra l-ġurnalisti u jippromwovu miżuri maħsuba biex jipproteġu lill-ġurnalisti u jeliminaw l-impunità;

25.  Jiddeplora l-pressjoni finanzjarja u editorjali kontinwa eżerċitata fuq is-servizz tax-xandir pubbliku tal-Montenegro (RTCG) u l-Aġenzija għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi; iħeġġeġ li jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji kontra influwenzi politiċi u kummerċjali indebiti, u li tiġi żgurata trasparenza sħiħa tar-reklamar tal-istat fil-mezzi ta' komunikazzjoni; itenni l-bżonn li l-RTCG u l-organi ta' informazzjoni kollha l-oħrajn ikunu protetti minn influwenzi politiċi indebiti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet statali jfornu kemm lir-regolaturi tal-mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll lis-servizz tax-xandir pubbliku b'biżżejjed fondi biex jiggarantixxu l-awtonomija u l-indipendenza finanzjarji tal-RTCG u tal-Aġenzija għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi, li huma kruċjali għal kuntest medjatiku sod matul il-kampanji elettorali; jiddispjaċih bil-bidla fil-kompożizzjoni tal-kunsill RTCG u bit-tkeċċija tad-Direttur Ġenerali tal-RTCG, is-Sa Andrijana Kadija; jemmen li t-tkeċċijiet prematuri għandhom ikunu permessi biss f'ċirkostanzi limitati;

26.  Iwissi li nuqqas ta' awtonomija finanzjarja għall-mezzi ta' komunikazzjoni jkebbes id-dipendenza politika u l-polarizzazzjoni tagħhom; jemmen li għandha tintalab allokazzjoni trasparenti u mhux diskriminatorja ta' fondi statali għar-reklamar, u jistieden lill-awtoritajiet jikkunsidraw forom alternattivi ta' sussidji indiretti għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni;

27.  Jissottolinja r-rwol tal-Aġenzija għall-Mezzi ta' Komunikazzjoni Elettroniċi u l-awtoregolamentazzjoni effikaċi fl-iżgurar tal-ogħla standards etiċi fil-mezzi ta' komunikazzjoni tal-Montenegro u fit-tnaqqis fin-numru ta' każijiet ta' malafama; jinnota li s-sitwazzjoni prekarja tal-ġurnalisti timmina l-kwalità u l-professjonalità tal-mezzi ta' komunikazzjoni;

Soċjetà ċivili u drittijiet tal-bniedem

28.  Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-OSĊ fit-titjib tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet statali u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jikkundanna b'mod qawwi l-intimidazzjoni reċenti ta' kampanja ta' malafama inaċċettabbli fil-konfront tal-OSĊ li kkritikaw il-progress kumplessiv bil-mod, jew in-nuqqas tiegħu, f'setturi ewlenin tal-istat tad-dritt;

29.  Jitlob attenzjoni akbar fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'oqsma li jolqtu l-ispazju għad-dispożizzjoni tas-soċjetà ċivili, biex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni ma timponix piż sproporzjonat lill-OSĊ, ma jkollhiex effetti diskriminatorji jew tnaqqas l-ispazju għad-dispożizzjoni tas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-bżonn ta' finanzjament pubbliku disponibbli għall-OSĊ li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' viġilanza, ta' difiża kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta' bażi ż-żgħar; jemmen li l-OSĊ għandhom ikunu ħielsa li jirċievu finanzjamenti minn donaturi oħrajn, bħad-donaturi privati u l-organizzazzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji internazzjonali;

30.  Jieħu nota tal-modifiki lil-liġi dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) maħsuba biex itejbu l-finanzjament pubbliku tagħhom, u jirrakkomanda l-adozzjoni rapida tal-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa; itenni t-talba tiegħu għal konsultazzjonijiet sistematiċi, inklużivi, f'waqthom u awtentiċi mas-soċjetà ċivili u l-pubbliku ġenerali dwar riformi leġiżlattivi importanti relatati mal-UE, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell lokali, biex tissaħħaħ id-demokrazija u tiżdied it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali; jirrakkomanda t-titjib tal-kuntest tar-regolamentazzjoni finanzjarja għal-OSĊ billi jingħataw riżorsi addizzjonali, u d-definizzjoni ta' regoli ċari fir-rigward tal-mekkaniżmi governattivi għall-konsultazzjoni tal-OSĊ;

31.  Jilqa' pożittivament l-allinjament leġiżlattiv li għaddej rigward id-drittijiet fundamentali; jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali li jippermetti l-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet, inkluż fl-eventwalità ta' maltrattamenti min-naħa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, intimidazzjonijiet u attakki fiżiċi; jitlob aġġornamenti għal-liġi dwar il-libertà tat-twemmin reliġjuż;

32.  Jilqa' pożittivament l-isforzi li saru s'issa fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda jħeġġeġ titjib fil-mekkaniżmi ta' infurzar u monitoraġġ għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, anki billi tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal; jitlob, f'dan ir-rigward, implimentazzjoni effikaċi tal-politiki dwar id-drittijiet fundamentali, partikolarment fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet ta' inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabbiltajiet, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tar-Rom, billi jkunu garantiti allokazzjonijiet u riżorsi baġitarji adegwati għall-implimentazzjoni tal-politiki u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet responsabbli; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu ż-żwieġ prekoċi furzat;

33.  Iħeġġeġ lill-Montenegro jissalvagwardja l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u jissorvelja l-effetti tagħha fuq in-nisa minn gruppi soċjali żvantaġġati u emarġinati; jistieden lill-Montenegro jiżgura aċċess bla xkiel għall-ġustizzja għan-nisa kollha, u jforni assistenza legali mingħajr ħlas lin-nisa li sfaw vittmi ta' vjolenza sessista, u jagħti attenzjoni partikolari lin-nisa Rom, lin-nisa b'diżabbiltajiet u lin-nisa li jgħixu fi nħawi rurali u remoti; jistieden lill-Montenegro jsaħħaħ ir-rwol u l-kapaċità tal-awtoritajiet rilevanti tiegħu, ħalli jkunu mgħammra aħjar biex jieħdu ħsieb il-protezzjoni u r-riabilitazzjoni tal-vittmi u jaħdmu b'mod proattiv mal-irġiel biex ma jikkommettux vjolenza fuq in-nisa; iħeġġeġ lill-Montenegro jżid l-għadd u l-kapaċità taċ-ċentri ta' akkoljenza statali;

34.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro jkomplu jtejbu l-klima tal-inklużjoni soċjetali u t-tolleranza u biex jieħdu miżuri effikaċi kontra d-diskors ta' mibegħda, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni tal-minoranzi; josserva li l-Montenegro għadu mhuwiex kompletament konformi mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jkomplu jsaħħu l-isforzi tagħhom għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-persuni LGBTI; għadu inkwetat bid-diffikultajiet marbuta mal-aċċettazzjoni tad-diversità sesswali fis-soċjetà Montenegrina; jesprimi tħassib dwar id-diskriminazzjoni li jsofru n-nisa u l-bniet fil-komunità Rom, u dwar il-fatt li l-popolazzjoni Rom emarġinata fil-Montenegro għandha aċċess limitat għall-opportunitajiet f'kull aspett tal-iżvilupp tal-bniedem, kif evidenzjaw ir-riżultati ta' stħarriġ tal-2017 dwar dan is-suġġett; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħaħ is-settur tal-SMEs u li jingħata sostenn permezz ta' leġiżlazzjoni aħjar u tal-implimentazzjoni ta' politika industrijali;

35.  Josserva l-progress kostanti fit-titjib tal-qagħda tal-minoranzi; jitlob rispett u aktar sforzi għall-protezzjoni tal-identità multietnika tar-reġjun ta' Boka Kotorska;

36.  Iħeġġeġ lill-Montenegro jvara kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika biex jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-persuni LGBTI, u jissalvagwardja investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ekwi fil-każijiet ta' reati kommessi kontrihom;

37.  Iħeġġeġ lill-Montenegro jvara kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika biex jinkoraġġixxi r-rapportar tal-vjolenza domestika kontra n-nisa u l-bniet, iżid in-numru ta' mħallfin imħarrġa korrettament u sensittivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, jiżgura investigazzjoni u prosekuzzjoni korretti tar-reati u jissalvagwardja s-servizzi ta' assistenza, konsulenza u reintegrazzjoni għall-vittmi;

Ekonomija, politika soċjali, impjiegi u edukazzjoni

38.  Japprezza l-progress li għamel il-Montenegro biex jiżgura l-istabbiltà makroekonomika u l-konsolidament fiskali u jitlob trasparenza fil-baġit u kuntest pożittiv għall-impjiegi u għan-negozju; jenfasizza li l-korruzzjoni, l-ekonomija informali, il-lakuni fl-istat tad-dritt u t-toqol tal-proċeduri regolatorji għadhom igerrxu l-investimenti u jiskoraġġixxu t-tkabbir; jenfasizza li l-mudell soċjali Ewropew jirrikjedi djalogu mal-partijiet ekonomiċi kkonċernati kollha, fosthom it-trade unions;

39.  Iħeġġeġ li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal li joffru l-għodod diġitali fl-ambitu tar-reġistru katastali, tal-fatturazzjoni u tal-ħruġ tal-permessi tal-bini; jinnota l-ħtieġa li titħaffef l-introduzzjoni tal-aċċess għall-banda wiesgħa għall-impriżi u għall-familji; jisħaq fuq il-bżonn ta' qafas ta' interoperabbiltà fil-livell tal-gvern kollu kemm hu, biex issostni d-diġitalizzazzjoni ulterjuri u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u tan-negozju; Jilqa' favorevolment l-iżvilupp kontinwu tar-reġistrazzjoni elettronika online tal-kumpaniji;

40.  Jilqa' pożittivament il-modifiki regolatorji fis-settur tal-edukazzjoni u l-isforzi biex jiżdiedu r-rati ta' parteċipazzjoni fl-iskejjel preprimarji, anki għat-tfal li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati, u jisħaq fuq l-importanza ta' approċċ komprensiv għall-iżvilupp fl-ewwel snin taż-żgħorija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw ir-rata tal-qgħad għolja fit-tul fost iż-żgħażagħ u n-nisa, anki permezz ta' valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru, meta jkun il-każ; jinnota t-tħejjija tal-White Paper għall-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ, f'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jisħaq fuq il-bżonn li jiddaħħlu miżuri attivi għas-suq tax-xogħol, speċjalment għan-nisa li ntlaqtu negattivament mill-abolizzjoni tal-benefiċċji soċjali tagħhom;

41.  Josserva li jkun tajjeb li s-sħab soċjali jiġu kkonsultati b'mod effikaċi u sistematiku dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-impjiegi u mal-affarijiet soċjali; jisħaq fuq il-bżonn li jkomplu jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Kunsill Soċjali; jilqa' pożittivament l-adozzjoni ta' ġabriet ta' regoli għas-settur tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, iżda għadu mħasseb dwar il-perċentwal għoli ta' inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol u dwar in-numru baxx ta' spetturi tax-xogħol;

42.  Jilqa' l-parteċipazzjoni msaħħa tal-Montenegro fil-programm Erasmus+ u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi rduppjat il-baġit ta' Erasmus+; jinkoraġġixxi koordinament akbar fi kwistjonijiet trasversali li jolqtu lill-impjieg taż-żgħażagħ, lill-inklużjoni, liċ-ċittadinanza attiva, lill-volontarjat u lill-edukazzjoni;

Ambjent, enerġija u trasport

43.  Jesprimi sodisfazzjon li skont l-Artikolu 1 tal-kostituzzjoni tiegħu, il-Montenegro huwa stat ekoloġiku; jilqa' pożittivament il-ftuħ possibbli tal-kapitolu 27 tal-acquis fin-negozjati mal-Montenegro din is-sena; jistieden lill-awtoritajiet jipproteġu aħjar iż-żoni l-aktar prezzjużi, speċjalment il-bijodiversità, u jirrieżaminaw il-proġetti ta' bini tal-lukandi u tal-impjanti idroelettriċi;

44.  Josserva li l-iżvilupp ta' kapaċitajiet idroelettriċi u turistiċi addizzjonali, b'mod partikolari f'żoni protetti, irid jirrispetta l-istandards ambjentali tal-UE; jesprimi tħassib dwar l-iżvilupp insostenibbli tal-kapaċitajiet idroelettriċi, peress li 80 proġett ta' impjanti idroelettriċi mhumiex ippjanati skont il-konvenzjonijiet internazzjonali jew il-leġiżlazzjoni tal-UE, minkejja r-rekwiżiti tal-kapitolu 27; iħeġġeġ aktar sfruttament ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija potenzjali u t-titjib tal-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart; jilqa' b'sodisfazzjon l-allinjament ta' suċċess bejn il-liġi tal-Montenegro tal-2016 dwar l-iskambju transfruntier tal-elettriku u tal-gass naturali u t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija; ifaħħar l-allinjament leġiżlattiv imtejjeb tal-Montenegro fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jallinjaw totalment il-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u mad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija;

45.  Iħeġġeġ lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jirrevedu s-sostenn tagħhom favur il-proġetti tal-impjanti idroelettriċi, u jirtiraw il-finanzjamenti għall-proġetti kollha li jsiru f'żoni protetti jew li jkunu nieqsa minn valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali ex ante sodi;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa għal informazzjoni f'waqtha u preċiża dwar l-impatt tal-kostruzzjoni tal-awtostrada fuq ix-xmara Tara li għandha ssir disponibbli għal pubbliku wiesa', kif ukoll li jieqfu l-attivitajiet kollha ta' rimi ta' skart u alterazzjoni tal-qiegħ tax-xmara, f'konformità mal-impenji tal-Montenegro għall-preżervazzjoni ta' żoni li għandhom protezzjoni speċjali nazzjonali u internazzjonali;

47.  Jesprimi tħassib fir-rigward tal-pjan urban speċjali għall-Park Nazzjonali tal-Lag ta' Scutari (Skadar); jisħaq fuq il-bżonn li jkunu abbandunati l-proġetti idroelettriċi fuq skala kbira fuq ix-xmara Morača, minħabba r-riperkussjonijiet negattivi konsiderevoli fuq il-Lag ta' Scutari (Skadar) u x-xmara Tara, li t-tnejn huma żoni protetti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali;

48.  Jilqa' pożittivament l-iżviluppi pożittivi fl-allinjament ulterjuri mal-acquis tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Montenegro fil-qasam ambjentali u tat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-Gvern Montenegrin jipproteġi s-sit ta' Ulcinj Salina fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, konformement mar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju ffinanzjat mill-UE dwar il-protezzjoni tas-sit ta' Ulcinj Salina; jissottolinja l-bżonn urġenti li tkun żgurata l-integrazzjoni ta' Ulcinj Salina fin-netwerk Natura 2000; jitlob l-identifikazzjoni u d-deżinjazzjoni taż-żoni marini protetti;

49.  Jenfasizza l-parteċipazzjoni proattiva tal-Montenegro u r-rwol kostruttiv fil-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali permezz tal-Proċess ta' Berlin u l-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; jilqa' pożittivament l-eżitu tas-summit UE-Balkani tal-Punent tal-2018, li sar f'Sofija, u l-adozzjoni tal-pakkett IPA 2018, li jinkludi finanzjamenti għaż-żewġ proġetti infrastrutturali importanti: il-bypass ta' Budva fil-Kuritur Adrijatiku-Joniku u s-sezzjoni ferrovjarja Vrbnica-Bar fil-Kuritur Orjent/Mediterran tal-Lvant; jisħaq fuq l-importanza tar-rotot tat-traffiku li jikkostitwixxu kollegament dirett bejn il-pajjiżi tal-Balkani u s-swieq tal-UE;

50.  Ifaħħar l-intenzjoni tal-Montenegro li jistabbilixxi l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) fit-tliet snin li ġejjin u l-adozzjoni tal-leġislazzjoni sekondarja dwar l-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet tal-karozzi l-ġodda; josserva l-importanza li jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Montenegro aspetti tal-EU ETS, tar-Regolament dwar il-qsim tal-isforzi u tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Rapportar (MRM);

51.  Japprezza l-isforzi kontinwi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, kif indikat fl-Inizjattiva Adrijatika Trilaterali;

Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet ta' bon viċinat

52.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi kontinwi tal-Montenegro favur kooperazzjoni reġjonali kostruttiva u relazzjonijiet bilaterali ta' bon viċinat; jappoġġja l-proposta għal tnaqqis tat-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent;

53.  Jilqa' favorevolment ir-ratifika tal-Ftehim tal-Fruntieri tal-Istat bejn il-Montenegro u l-Kosovo; jitlob il-konklużjoni rapida ta' ftehimiet biex jiġi solvut tilwim pendenti dwar il-fruntieri mal-pajjiżi ġirien l-oħra;

54.  Jilqa' favorevolment l-iffirmar min-naħa tal-Montenegro u tal-Albanija ta' dikjarazzjoni konġunta u 12-il ftehim dwar l-assistenza reċiproka f'diversi oqsma, u jqis dan bħala eżempju ta' kooperazzjoni pożittiva fir-reġjun;

55.  Iħeġġeġ lill-Montenegro jintensifika l-isforzi tiegħu biex jagħti prijorità u jikkastiga b'mod proattiv id-delitti tal-gwerra u jiċċara x'sar minnhom il-persuni nieqsa; jilqa' pożittivament l-isforzi għar-reintegrazzjoni tal-persuni spostati fl-ambitu tal-Programm Reġjonali għall-Alloġġi; jenfasizza l-fatt li, avolja ġew adottati erba' dokumenti dwar l-istrateġija ta' investigazzjoni dwar id-delitti tal-gwerra, il-prosekutur tal-Istat ma bediex investigazzjonijiet jew proċedimenti ġodda u lanqas ma ressaq akkużi ġodda; jesprimi tħassib dwar il-fatt li mit-tmien każijiet miftuħa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali (SPO) fl-2016, sitta għadhom biss fil-fażi ta' investigazzjoni preliminari; itenni s-sostenn tiegħu fil-konfront tal-inizjattiva li toħloq Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward id-delitti tal-gwerra u l-ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); jisħaq fuq l-importanza ta' dan il-proċess u tal-involviment attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha; jilqa' pożittivament is-sostenn pubbliku għar-RECOM min-naħa tal-Prim Ministru;

56.  Ifaħħar lill-Montenegro għal sena oħra ta' allinjament sħiħ mal-pożizzjonijiet u mad-dikjarazzjonijiet kollha tal-UE fil-kuntest tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), u jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK); japprezza l-mod ta' kif il-Montenegro mexxa l-politika estera tiegħu; jistieden lill-Montenegro jallinja ruħu mal-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-integrità tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u mal-prinċipji gwida tagħha dwar il-ftehimiet bilaterali ta' immunità;

57.  Jitlob aktar kooperazzjoni bejn il-Montenegro u l-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità tal-informatika u l-kwistjonijiet relatati maċ-ċiberdifiża;

58.  Ifakkar l-importanza strateġika tal-adeżjoni tal-Montenegro man-NATO biex ikunu żgurati l-istabbiltà u l-paċi fil-Balkani tal-Punent;

o
o   o

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro.

(1) Il-kelma "Rom" hija użata bħala terminu ġenerali li jinkludi diversi gruppi relatati, sew jekk huma nomadi sew jekk le, mhux biss ir-Rom, iżda wkoll l-Ashkali, l-Eġizzjani u oħrajn, li jista' jkollhom kulturi u stili ta' ħajja differenti ħafna minn xulxin.


Difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE
PDF 359kWORD 57k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE (2018/2117(INI))
P8_TA-PROV(2018)0483A8-0403/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012), adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline, adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fit-12 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2016, u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Rigward l-Istatus tal-Persunal tat-Tagħlim fl-Edukazzjoni Għolja, adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), matul id-29 sessjoni tagħha mill-21 ta' Ottubru sat-12 ta' Novembru 1997,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Lima dwar il-Libertà Akkademika u l-Awtonomija tal-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja, adottata mis-Servizz Universitarji Dinji f'Settembru 1988,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 29/7 dwar id-Dritt għall-Edukazzjoni, adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU matul it-42 laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 13 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat fit-8 ta' Diċembru 1999 waqt il-wieħed u għoxrin sessjoni tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 891/2017 tal-Kummissjoni ta' Venezja,

–  wara li kkunsidra r-rapporti minn organizzazzjonijiet nongovernattivi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, u, b'mod partikolari, il-Prinċipji tar-Responsabbiltà tal-Istat biex Jipproteġi l-Edukazzjoni Għolja kontra Attakki,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jindirizzaw id-drittijiet fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0403/2018),

A.  billi l-UNESCO tiddefinixxi l-libertà akkademika bħala "d-dritt, mingħajr restrizzjoni mid-duttrina stipulata, għal-libertà tat-tagħlim u tad-diskussjoni, għal-libertà tat-twettiq ta' riċerka u tat-tixrid u tal-pubblikazzjoni tar-riżultati tagħha, għal-libertà li l-individwi jesprimu liberament l-opinjoni tagħhom dwar l-istituzzjoni jew is-sistema fejn jaħdmu, għal-libertà minn ċensura istituzzjonali u għal-libertà tal-parteċipazzjoni f'korpi akkademiċi professjonali jew rappreżentattivi";

B.  billi d-dritt għall-edukazzjoni huwa ta' importanza fundamentali għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem l-oħrajn kollha u għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli; billi dan id-dritt jista' jitgawda biss f'atmosfera ta' libertà akkademika u bl-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja;

C.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Lima dwar il-Libertà Akkademika u l-Awtonomija tal-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja tiddefinixxi l-libertà akkademika bħala l-libertà tal-membri tal-komunità akkademika – li tkopri l-persuni kollha li jgħallmu, jistudjaw, jirriċerkaw u jaħdmu f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja – individwalment jew kollettivament, fit-twettiq, l-iżvilupp u t-trażmissjoni tal-għarfien, permezz tar-riċerka, l-istudju, id-diskussjoni, id-dokumentazzjoni, il-produzzjoni, il-ħolqien, it-tagħlim, l-għoti ta' lekċers u l-kitba;

D.  billi din id-definizzjoni trid tkun imsejsa fuq valuri demokratiċi ċentrali, inklużi l-prinċipji tal-aċċess ekwu u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-obbligu ta' rendikont, il-ħsieb kritiku u indipendenti, l-awtonomija istituzzjonali u r-responsabbiltà soċjali; billi ma jistax ikun hemm demokrazija mingħajr il-libertà akkademika li tippermetti li jkun hemm dibattitu infurmat;

E.  billi l-libertà akkademika hija element ewlieni biex isir progress fl-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli stabbiliti fl-Aġenda 2030, fejn l-edukazzjoni ta' kwalità, ir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni jokkupaw post ċentrali;

F.  billi l-awtonomija hija prekundizzjoni neċessarja sabiex l-istituzzjonijiet edukattivi jwettqu l-funzjonijiet proprji tagħhom; billi l-libertà akkademika teħtieġ protezzjoni kostanti u viġilanti minn pressjoni mhux dovuta mill-Istat jew minn interessi kummerċjali;

G.  billi l-libertà akkademika – inklużi l-libertajiet kostitwenti tagħha tal-ħsieb, tal-opinjoni, tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni, tal-ivvjaġġar u tat-tagħlim – tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ispazju li fih kwalunkwe soċjetà pluralistika miftuħa u stabbli hija ħielsa li taħseb, tixtarr, taqsam l-ideat u tipproduċi, tikkonsma u xxerred l-għarfien;

H.  billi l-attakki fuq il-libertà akkademika jxekklu r-riċerka, l-istudju, it-tagħlim, id-diskors pubbliku u d-dritt għall-edukazzjoni, jgħarrqu l-kwalità akkademika u l-iżvilupp soċjali, politiku, ekonomiku u kulturali; billi t-tweġibiet għall-kwistjonijiet fis-soċjetà jenħtieġ li jinstabu permezz tar-raġuni, tal-evidenza u tal-persważjoni;

I.  billi d-dritt għall-edukazzjoni, it-tagħlim u r-riċerka jista' jitgawda bis-sħiħ biss f'atmosfera ta' libertà akkademika;

J.  billi hemm ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata b'mod adegwat il-libertà akkademika matul il-proċess ta' adeżjoni għall-UE sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta' attakki fl-Istati Membri tal-UE, bħat-tentattivi biex tingħalaq l-Università tal-Ewropa Ċentrali (CEU) f'Budapest, li se jwasslu għar-rilokazzjoni tal-ammissjonijiet tal-istudenti lejn Vjenna mill-2019, kif ukoll l-imblukkar tal-istudji dwar il-ġeneru fl-Ungerija; billi l-pajjiżi kandidati jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom favur valuri fundamentali tal-edukazzjoni għolja, inklużi l-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali;

K.  billi l-komunità akkademika u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni qed isiru dejjem aktar vulnerabbli għall-interferenza, għall-pressjoni jew għar-ripressjoni mill-istati, mis-settur tan-negozju jew minn atturi oħra mhux statali; billi kull sena, mijiet ta' attakki fuq universitajiet, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-membri tagħhom jiġu rrapportati madwar id-dinja, inklużi qtil, vjolenza u għajbien, detenzjoni inġusta, prosekuzzjoni ħażina, telf tal-pożizzjoni, tkeċċija/espulsjoni minn studji, restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew il-moviment, u theddid estrem jew sistemiku ieħor; billi l-ksur tal-libertajiet akkademiċi qed iseħħ ukoll fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u l-eqreb sħab tagħha;

L.  billi t-tnaqqis fil-finanzjament pubbliku għall-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja, u l-ħtieġa sussegwenti għal sorsi alternattivi ta' dħul ipoġġu l-libertà akkademika f'riskju, b'mod partikolari meta tali finanzjament estern joriġina minn reġimi awtokratiċi barra mill-pajjiż jew minn korporazzjonijiet multinazzjonali;

M.  billi l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni barranin fi ħdan l-UE qed jiffaċċjaw attakki minn gvernijiet nazzjonali u qed jiffaċċjaw ksur tal-libertà akkademika tagħhom;

N.  billi t-tentattivi li jiġu kkontrollati jew imsikkta l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jew tal-akkademiċi, tal-istudenti u tal-persunal tagħhom imorru ferm lil hinn mill-individwi u mill-istituzzjonijiet li qegħdin direttament fil-mira u jaffettwaw lis-soċjetà inġenerali billi jnaqqsu l-ispazju għall-parteċipazzjoni demokratika inklużiva, il-libertà ta' espressjoni u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini kollha u billi jċaħħdu lill-ġenerazzjonijiet futuri minn akkademiċi u riċerkaturi ta' kwalità għolja;

O.  billi t-twettiq effettiv tad-dritt għall-edukazzjoni u l-garanzija tal-libertà akkademika jeħtieġ lill-istati li jiżguraw livell adegwat u affidabbli ta' finanzjament għall-edukazzjoni; billi l-politiki ta' awsterità finanzjarja u ekonomika dgħajfu serjament il-libertà akkademika u qed ikomplu jagħmlu dan madwar id-dinja, inkluż fi ħdan l-UE;

P.  billi l-ksur tal-libertà akkademika rarament jiġi indirizzat fi ħdan il-qafas tad-drittijiet tal-bniedem, li jirrifletti, minn naħa, nuqqas ta' familjarità mal-kwistjonijiet tal-libertà akkademika fost is-sostenituri tad-drittijiet tal-bniedem u, min-naħa l-oħra, il-fatt li d-dikjarazzjonijiet spiss ikunu jirreferu għall-ksur ta' drittijiet oħra, bħal-libertà ta' espressjoni jew ta' opinjoni; billi, għaldaqstant, l-istandards f'dan il-qasam mhumiex żviluppati biżżejjed u l-ksur tal-libertà akkademika ma jiġix irrapportat b'mod suffiċjenti;

Q.  billi hemm ħtieġa ġenerali kemm ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-libertà akkademika bħala għodda biex jiġu promossi d-demokrazija, ir-rispett għall-istat tad-dritt u r-responsabbiltà, kif ukoll li jinħolqu opportunitajiet biex tittejjeb il-kapaċità għall-promozzjoni u għad-difiża tagħha;

R.  billi huwa importanti li jiġu identifikati l-attakki fuq il-libertà akkademika bħala parti minn fenomenu globali, u biex jitħeġġeġ ir-rikonoxximent tal-akkademiċi u tal-istudenti li jisfaw taħt il-mira mhux biss bħala individwi li jinkisrulhom drittijiethom, iżda anki bħala difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu qed jiġu attakkati; billi huwa meħtieġ rispons b'saħħtu fil-livell internazzjonali u nazzjonali, kemm minn fost l-edukazzjoni għolja nnifisha kif ukoll mis-soċjetà ċivili u l-pubbliku inġenerali;

S.  billi ħafna akkademiċi u studenti f'riskju ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għall-opportunitajiet ipprovduti mill-programmi tal-UE għall-mobbiltà akkademika u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħala riżultat tal-fatt li ma ntlaħqux il-kriterji tal-applikazzjoni jew li nstabet diffikultà kbira f'li jiġu segwiti l-proċeduri, ir-rekwiżiti u l-iskedi ġenerali tal-applikazzjoni;

T.  billi l-limitazzjonijiet fil-finanzjament fil-programmi tal-UE jirrestrinġu l-azzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u l-universitajiet fl-UE li diġà jsostnu lill-istudenti u lill-akkademiċi li huma f'riskju jew li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba t-theddida ta' persekuzzjoni għall-involviment akkademiku tagħhom; billi dawn l-organizzazzjonijiet u l-universitajiet jeħtieġu aktar assistenza għall-azzjonijiet u l-inizjattivi tagħhom;

U.  billi l-UE hija impenjata li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt madwar id-dinja; billi l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija jappella għal politika tal-UE aktar effettiva fl-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija, inklużi ż-żieda tal-effikaċja tad-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, it-titjib tal-viżibbiltà u tal-impatt tal-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-iffokar fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-titjib tad-diplomazija pubblika u tal-komunikazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem;

1.  Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

   (a) li jirrikonoxxu b'mod espliċitu l-importanza tal-libertà akkademika fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, il-politiki u l-azzjonijiet relatati mal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż ir-rikonoxximent tal-prinċipji li l-ideat mhumiex reati u li d-diskors kritiku mhuwiex diżlealtà, iżda minflok partijiet essenzjali ta' soċjetà demokratika u l-iżvilupp tagħha, li l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għandha tkun imħarsa f'kull ħin, u li l-libertà akkademika għandha rwol essenzjali fl-avvanz edukattiv u l-iżvilupp tal-umanità u s-soċjetà moderna;
   (b) li jirrikonoxxu li l-pretensjonijiet għal-libertà akkademika jaqgħu taħt id-dritt eżistenti tad-drittijiet tal-bniedem, li jirriżulta mid-dritt għall-edukazzjoni u d-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni u ta' opinjoni; li jfakkru li l-libertà akkademika testendi għal-libertà tal-akkademiċi biex ixerrdu l-informazzjoni u jwettqu riċerka u jiddistribwixxu l-għarfien u l-verità mingħajr restrizzjoni, il-libertà li jesprimu l-fehmiet u l-opinjonijiet tagħhom – anke jekk kontroversjali jew mhux popolari – fl-oqsma tar-riċerka u l-għarfien espert professjonali tagħhom, li jistgħu jinkludu eżami tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet pubbliċi f'sistema politika partikolari u l-kritika tagħha;
   (c) li jenfasizzaw pubblikament il-problemi tal-attakki fuq il-libertà akkademika, inklużi l-konsegwenzi negattivi tagħhom; li jesprimu tħassib dwar il-vulnerabbiltà tal-komunità akkademika għal indħil żejjed mill-awtoritajiet nazzjonali, l-atturi privati jew l-interessi korporattivi u; li jfakkru fir-responsabbiltà tal-istati biex jiggarantixxu l-libertà akkademika, jaġixxu f'konformità ma' dan u jipproteġu b'mod proattiv lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, lill-akkademiċi u lill-istudenti minn attakki, irrispettivament mill-oriġini u n-natura tagħhom;
   (d) li jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jżuru pajjiżi terzi jingħataw informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-libertà akkademika;
   (e) li juru appoġġ għall-istituzzjonijiet, għall-persunal u għall-istudenti li jkunu f'riskju jew li sfaw vittmi ta' koerċizzjoni jew attakki vjolenti, u li jikkundannaw pubblikament dawn l-attakki, billi jqajmu l-kwistjoni fil-livelli kollha, inkluż permezz ta' dikjarazzjonijiet, żjarat, stediniet għal attendenzi għal attivitajiet pubbliċi u monitoraġġ tal-proċessi u tal-ħabsijiet, u referenzi speċifiċi għal każijiet individwali ta' membri ta' komunitajiet tal-edukazzjoni għolja f'riskju;
   (f) jappoġġjaw l-aċċess ugwali għall-komunità akkademika, irrispettivament mill-etniċità, il-kasta, id-diżabilità, in-nazzjonalità, it-twemmin reliġjuż, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew status ieħor; jagħtu attenzjoni partikolari fit-trattattivi tagħhom ma' pajjiżi terzi, biex jappoġġjaw l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u l-forom kollha ta' vjolenza u biex jgħinu fit-twettiq tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dritt għall-edukazzjoni għal kulħadd;
   (g) jenfasizzaw li l-attakki fuq il-libertà akkademika jistgħu jieħdu l-forma wkoll ta' attakki ċibernetiċi, peress li llum il-ġurnata l-akkademiċi jużaw dejjem aktar l-internet u l-midja soċjali biex jesprimu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom;
   (h) iqajmu l-libertà akkademika f'livelli differenti tad-djalogu politiku, fosthom fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi sħab; jagħtu spinta lill-isforzi diplomatiċi mal-pajjiżi sħab permezz ta' involviment bilaterali u multilaterali b'rabta ma' inċidenti ta' tħassib, li jinvolvu theddidiet jew attakki fuq il-libertà akkademika u attakki partikolarment vjolenti fuq istituzzjonijiet u membri tal-komunità tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll politiki jew prattiki diskriminatorji, restrizzjonijiet eċċessivi fuq ir-riċerka jew l-espressjoni, prosekuzzjoni jew detenzjoni illegali u restrizzjonijiet fuq id-dritt li jiġu ffurmati trade unions u li wieħed jissieħeb magħhom; iħeġġu lill-pajjiżi sħab jistabbilixxu qafas għal-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' dawn id-drittijiet fundamentali; jiżguraw li kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi sħab jirrispetta dawn il-prinċipji;
   (i) li jinkludu d-difiża u l-ħarsien tal-libertà akkademika u tal-awtonomija istituzzjonali fil-kriterji ta' Copenhagen għall-proċess tal-adeżjoni tal-UE bil-għan li jiġu evitati attakki fuq il-libertà akkademika fl-Istati Membri, kif deher fil-każ tas-CEU fl-Ungerija;
   (j) iħeġġu lill-istati kollha jagħmlu bħalma diġà għamlu l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE u japprovaw u jimplimentaw id-Dikjarazzjoni dwar l-Iskejjel Sikuri u l-Linji gwida li jakkumpanjawha għall-Protezzjoni tal-Iskejjel u l-Universitajiet minn Użu Militari waqt Kunflitt Armat, li jservu bħala gwida dwar ir-responsabbiltà li jiġu protetti l-valuri ewlenin, speċjalment il-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali, fil-kuntest ta' attakki vjolenti u koerċittivi fuq l-edukazzjoni għolja;
   (k) jaħdmu man-NU, mal-Kunsill tal-Ewropa, mal-aġenziji internazzjonali, mas-soċjetà ċivili u mal-komunitajiet tal-edukazzjoni għolja biex jinħolqu mekkaniżmi għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' attakki, theddid u restrizzjonijiet eċċessivi fuq l-edukazzjoni għolja u l-akkademiċi individwali; u biex jissaħħaħ u jitħeġġeġ il-monitoraġġ sabiex titqajjem kuxjenza, l-awturi jinżammu responsabbli u jittejbu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-attakki fuq il-libertà akkademika u r-reazzjoni għalihom;
   (l) jinvolvu u jħeġġu djalogu regolari mal-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet universitarji li l-missjoni tagħhom hi li jipproteġu l-komunitajiet tal-edukazzjoni għolja u jippromwovu l-libertà akkademika, sabiex jiġu żviluppati l-aqwa oqfsa ta' politika, inizjattivi u strateġiji ta' appoġġ għal-libertà akkademika;
   (m) jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet għal investigazzjonijiet veloċi, bir-reqqa u trasparenti dwar ksur tal-libertà akkademika, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet li jinvolvu attakki vjolenti; itejbu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-attakki fuq il-libertà akkademika u r-reazzjoni għalihom, u jwettqu kull sforz raġonevoli biex l-awturi jinżammu responsabbli;
   (n) iħeġġu l-ħidma fuq ir-riċerka u l-appoġġ bil-għan tar-riforma tal-leġiżlazzjoni u tar-regolamenti li jimponu restrizzjonijiet eċċessivi fuq il-libertà akkademika jew l-awtonomija akkademika tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u jippromwovu l-awtonomija istituzzjonali bħala mod kif is-sistemi tal-edukazzjoni għolja jiġu protetti minn interferenza jew attakki mill-istat, mill-intrapriżi jew minn atturi mhux statali u kif l-edukazzjoni għolja titħares mill-politiċizzazzjoni u l-manipulazzjoni ideoloġika;
   (o) jagħtu spinta lill-isforzi diplomatiċi mal-pajjiżi sħab permezz ta' involviment bilaterali u multilaterali b'rabta ma' inċidenti ta' tħassib li jinvolvu theddidiet jew attakki fuq il-libertà akkademika, b'mod partikolari attakki vjolenti fuq l-istituzzjonijiet u l-membri tal-komunità tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll politiki jew prattiki diskriminatorji, restrizzjonijiet eċċessivi fuq ir-riċerka jew l-espressjoni, u prosekuzzjoni jew detenzjoni illegali;
   (p) jirrevedu l-mekkaniżmi eżistenti ta' appoġġ u protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex tiġi żviluppata l-kapaċità ta' identifikazzjoni u ta' għoti ta' assistenza, inklużi protezzjoni u appoġġ ta' emerġenza, f'każijiet li jinvolvu attakki fuq il-libertà akkademika, anke permezz ta' protezzjoni fiżika, appoġġ legali u rigward il-viża, appoġġ mediku, monitoraġġ tal-proċessi u l-ħabsijiet, appoġġ u lobbying, u appoġġ fit-tul matul l-eżilju; jistieden, b'mod partikolari, lill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem jinkludi fost il-prijoritajiet tiegħu l-promozzjoni tal-libertà akkademika u l-appoġġ għal membri tal-komunità akkademika f'riskju;
   (q) jeżaminaw mill-ġdid il-programmi u r-riżorsi eżistenti għall-mobilità akkademika u forom oħra ta' kooperazzjoni fl-edukazzjoni u r-riċerka, inklużi l-kriterji, il-proċeduri ta' applikazzjoni, ir-rekwiżiti, il-perjodi ta' żmien u l-iskedi tagħhom, għall-fini tal-eliminazzjoni tal-ostakli li inkella jistgħu jipprekludu lil akkademiċi jew studenti kwalifikati f'riskju milli jkunu jistgħu jiksbu aċċess għall-opportunitajiet, għall-kollokamenti jew għal riżorsi oħra offruti mill-programmi; jippromwovu l-proġetti eżistenti ffinanzjati mill-UE, bħall-"Academic Refuge", li jagħmlu l-almu tagħhom biex iqajmu kuxjenza akbar dwar l-importanza tal-libertà akkademika fis-settur tal-edukazzjoni għolja u l-konsegwenzi għas-soċjetà inġenerali meta din il-libertà tiġi mrażżna;
   (r) jiżguraw li l-programmi ta' assistenza makrofinanzjarja tal-UE għal pajjiżi terzi u l-politiki tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej ma jimminawx il-libertà akkademika billi jappoġġjaw politiki li jnaqqsu l-allokazzjoni tad-dħul nazzjonali għas-settur tal-edukazzjoni;
   (s) joħolqu inizjattivi ġodda fi ħdan programmi eżistenti u futuri – possibilment bħala sinerġiji żviluppati u ffinanzjati mill-Unjoni permezz tal-baġits tagħha mhux għall-edukazzjoni u r-riċerka – bħall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III), Orizzont 2020, Erasmus+ u l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, għal azzjonijiet ġodda ta' programmi ffinanzjati mill-UE b'appoġġ għall-kollokament ta' akkademiċi f'riskju, riċerkaturi studenti u studenti b'lawrja sħiħa bi status ta' protezzjoni internazzjonali f'istituzzjonijiet Ewropej tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka;
   (t) jappoġġjaw l-isforzi normattivi li qed jitwettqu f'livell reġjonali u internazzjonali, anke permezz tal-adozzjoni ta' dikjarazzjoni internazzjonali dwar il-libertà akkademika u l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja; iħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippreżentaw inizjattiva dwar il-libertà akkademika fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;
   (u) jiżguraw appoġġ kontinwu u ta' livell għoli liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew u lill-Kampus Globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, bħala inizjattiva ewlenija tal-appoġġ tal-UE għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.


Is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità
PDF 452kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (2018/2685(RSP))
P8_TA-PROV(2018)0484B8-0547/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fil-21 ta' Jannar 2011, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(CRPD)(1), u b'mod speċjali, l-Artikolu 6, dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW, 1979) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha (1999),

–  wara li kkunsidra l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tat-2 ta' April 2009(4),

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-Parlament bit-titolu "Discrimination Generated by the Intersection of Gender and Disability" (Diskriminazzjoni Ġġenerata mill-Intersezzjoni tal-Ġeneru u d-Diżabilità),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) intitolat "Poverty, gender and intersecting inequalities in the EU" (Il-faqar, l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u intersezzjonali fl-UE) b'attenzjoni speċjali għall-Kapitolu 8 tiegħu dwar "Gender and disability" (Il-ġeneru u d-diżabilità),

–  wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-EIGE 2017,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (O-000117/2018 – B8-0418/2018),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-UE jgħixu aktar minn 80 miljun persuna b'diżabilità; billi wieħed minn kull erba' Ewropej għandu qarib b'diżabilità; billi madwar 46 miljun mara u tifla fl-UE għandhom diżabilità, ċifra li tinkludi madwar 16 % tal-popolazzjoni femminili totali u li tirrappreżenta 60 % tal-popolazzjoni globali tal-persuni b'diżabilità;

B.  billi l-kelma "diżabilità" tinkludi varjetà kbira ta' sitwazzjonijiet personali temporanji, fuq perjodu ta' żmien qasir jew fit-tul, li jeħtieġu risponsi ta' politika mfassla apposta u jinkludu kwistjonijiet ta' saħħa mentali;

C.  billi t-tibdil demografiku u t-tixjiħ tal-popolazzjoni jfissru li aktar persuni qed isiru diżabbli aktar tard f'ħajjithom;

D.  billi kuljum qed jiġu miċħuda d-drittijiet fundamentali lill-persuni b'diżabilità, billi jiġu pperpetwati d-diffikultajiet fl-aċċess għal impjieg imħallas li jagħti drittijiet, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; billi t-taħriġ vokazzjonali tal-persuni b'diżabilità ma jilħaqx il-livell meħtieġ u li jista' jinkiseb sabiex ikun jista' jippermetti l-ksib tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-inklużjoni fil-ħajja tax-xogħol;

E.  billi 18.8 % biss tan-nisa b'diżabilità fl-UE għandhom impjieg; billi 45 % tan-nisa fl-età tax-xogħol (jiġifieri bejn l-20 u l-64 sena) li għandhom diżabilità huma inattivi, filwaqt li ċ-ċifra ekwivalenti għall-irġiel hija 35 %.

F.  billi 75 % tal-persuni b'diżabilità severa ma għandhomx l-opportunità li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol Ewropew, u n-nisa b'diżabilità huma minn darbtejn sa ħames darbiet aktar possibbli li jkunu vittmi tal-vjolenza minn nisa mingħajr diżabilità;

G.  billi 34 % tan-nisa li għandhom problema tas-saħħa jew diżabilità esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali minn sieħeb f'ħajjithom;

H.  billi l-isterilizzazzjoni tan-nisa b'diżabilità mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tagħhom hija forma mifruxa ta' vjolenza, b'mod partikolari fir-rigward ta' membri ta' minoranzi etniċi bħan-nisa Rom;

I.  billi hemm nuqqas ta' viżibilità tal-persuni b'diżabilità fil-ħajja pubblika u l-midja;

J.  billi bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-persuni li jindukraw fl-Ewropa huma nisa; billi 80 % tal-kura provduta fl-UE tingħata minn persuni li jindukraw b'mod informali u mingħajr ħlas, u li 75 % minnhom huma nisa; billi l-valur ekonomiku tal-kura informali mingħajr ħlas fl-Unjoni, bħala perċentwal tal-ispiża ġenerali tal-forniment tal-kura formali fit-tul, huwa stmat li jvarja minn 50 sa 90 %;

K.  billi l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa b'diżabilità hija essenzjali għas-suċċess tal-istrateġija ekonomika u soċjali ġenerali tal-Ewropa;

L.  billi n-nisa b'diżabilità ta' spiss jiffaċċjaw forom multipli ta' diskriminazzjoni minħabba raġunijiet, fost fatturi oħra, tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom, fatturi li jikkontribwixxu għall-feminizzazzjoni tal-faqar;

M.  billi l-persuni b'diżabilità u b'mod partikolari n-nisa b'diżabilità għandhom dħul inqas, u jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar u esklużjoni soċjali; billi sitwazzjonijiet ta' faqar u esklużjoni huma pperpetwati fejn il-protezzjoni soċjali hija insuffiċjenti b'mod ċar; billi s-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità li jaħdmu marret għall-agħar matul iż-żmien meta mqabbla ma' dik tal-irġiel (iċ-ċifra għan-nisa li jħabbtu wiċċhom mal-faqar fost dawk li jaħdmu kienet 10 % fl-2007 u 12 % fl-2014);

N.  billi l-iżviluppi teknoloġiċi huma mimlija kemm b'opportunitajiet kif ukoll bi sfidi, speċjalment għan-nisa b'diżabilità, peress li l-forza tax-xogħol globali qed tuża dejjem aktar għodod diġitali;

O.  billi għad hemm diffikultajiet fl-aċċess għaċ-ċentri tas-saħħa, il-kura fl-isptarijiet, prodotti ta' appoġġ, mediċini, u terapiji essenzjali għall-monitoraġġ u r-riabilitazzjoni; billi għad hemm problemi severi ta' mobilità, kemm minħabba ostakli arkitettoniċi li jfixklu t-traffiku fl-ispazji pubbliċi u fit-toroq, kif ukoll minħabba aċċess limitat għat-trasport pubbliku u kollettiv; billi għad hemm ostakli ta' komunikazzjoni (bħan-nuqqas ta' interpreti tal-lingwa tas-sinjali fis-servizzi pubbliċi u aċċessibilità fqira għat-televiżjoni għall-persuni neqsin mis-smigħ), li jillimitaw u jipprevjenu l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-informazzjoni; billi l-appoġġ, il-protezzjoni, il-komunikazzjoni, is-servizzi tal-kura u tas-saħħa, bħal pereżempju dawk relatati mal-kura primarja tas-saħħa, il-vjolenza kontra n-nisa, il-kura tat-tfal u l-maternità għandhom ikunu kompletament aċċessibbli fil-lingwi, il-forom u l-formati kollha għan-nisa kollha, u speċjalment għan-nisa u l-bniet b'diżabilità;

P.  billi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 29 tas-CRPD, fil-ħajja politika u pubblika, fejn ta' spiss mhumiex rappreżentati biżżejjed, se tibqa' illużjoni, u partikolarment għan-nisa, jekk il-kwistjoni ma tiġix indirizzata kif xieraq;

Q.  billi, minkejja d-diversi konvenzjonijiet internazzjonali u dispożizzjonijiet tal-liġi Ewropea, kif ukoll l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità attwali, il-persuni b'diżabilità għadhom mhux qed igawdu bis-sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini u dawk soċjali; billi l-aċċess ugwali għall-kultura, l-isport u d-divertiment u l-parteċipazzjoni ugwali fil-ħajja soċjali u politika mhumiex garantiti; billi l-professjonisti li jaħdmu f'dawn l-oqsma huma sottovalutati; billi l-konvenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq qed jiġu injorati b'mod sistematiku, filwaqt li d-drittijiet fundamentali għadhom qed jiġu miċħuda għall-ħaddiema u l-persuni b'diżabilità; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità għadhom mhux qed jiġu involuti fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u fil-progress b'rabta mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

R.  billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma kinitx orizzontalment integrata fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020;

S.  billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità, u jitolbu l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà; billi t-trattament ugwali jista' jiġi żgurat billi jiġu infurzati miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità u l-ommijiet ta' tfal b'diżabilità;

T.  billi l-inklużjoni ta' dimensjoni dwar il-ġeneri fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 se tikkontribwixxi għal approċċ integrat biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilità;

U.  billi l-paga ta' kull xahar tal-irġiel b'diżabilità hija ogħla minn dik tan-nisa b'diżabilità, filwaqt li ż-żewġ pagi huma ġeneralment aktar baxxi minn dawk ta' ħaddiema oħra, f'realtà diskriminatorja li għadha tippersisti;

V.  billi s-suq tax-xogħol attwali huwa instabbli u prekarju, u ż-żieda fil-qgħad tfisser tnaqqis fl-opportunitajiet ta' aċċess għall-impjieg għal persuni b'diżabilità;

W.  billi jeżisti nuqqas ta' mezzi umani, materjali u pedagoġiċi fis-sistema tal-iskejjel tal-istat għall-akkumpanjament xieraq u l-inklużjoni effettiva ta' tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet edukattivi speċjali; billi l-integrazzjoni sħiħa fis-soċjetà tinkiseb prinċipalment permezz ta' impjiegi ta' kwalità u edukazzjoni aċċessibbli billi l-impjiegi huma meqjusa mhux biss bħala sors ta' dħul, iżda saru wkoll mekkaniżmu ta' integrazzjoni soċjali peress li joħolqu rabta mas-soċjetà, relazzjonijiet interpersonali u sens ta' parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika;

X.  billi n-nisa b'diżabilità jistgħu jesperjenzaw forom uniċi ta' abbuż li huma diffiċli li jiġu rikonoxxuti, bħal pereżempju t-tneħħija jew il-qerda tal-apparati ta' mobilità ta' persuna jew iċ-ċaħda tal-aċċess għal riżorsi relatati mad-diżabilità fil-komunità u/jew għal appuntamenti tal-kura tas-saħħa;

Y.  billi r-rati tal-kanċer tas-sider għal nisa b'diżabilità huma ħafna ogħla minn dawk tal-popolazzjoni ġenerali femminili, minħabba nuqqas ta' tagħmir adattat ta' skrinjar u dijanjożi;

Z.  billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017 tal-EIGE juri li bħala medja, 13 % tan-nisa b'diżabilità jesperjenzaw ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati u 12 % ħtiġijiet dentali mhux issodisfati, filwaqt li fil-każ tan-nisa mingħajr diżabilità 5 % jesperjenzaw ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.  Itenni li l-persuni kollha b'diżabilità għandhom ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom fuq bażi ta' inklużjoni u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; jenfasizza li dan huwa possibbli biss permezz tal-infurzar tal-politiki attivi u pubbliċi u t-tneħħija tal-ostakli kollha għall-parteċipazzjoni;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki għall-prevenzjoni, it-trattament, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u appoġġ għall-familji tagħhom, u jġorru r-responsabbiltà għat-twettiq effettiv tad-drittijiet tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġenituri jew it-tuturi; jitlob ukoll għall-iżvilupp ta' pedagoġija li tissensitizza s-soċjetà għad-dmirijiet tar-rispett u s-solidarjetà ma' persuni b'diżabilità, sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni soċjali li huma suġġetti għaliha;

3.  Jistieden lill-Istati Membri jissodisfaw l-impenji tagħhom rigward ir-ratifika tas-CRPD, u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu d-drittijiet u l-libertajiet kif ukoll ir-responsabbiltajiet stabbiliti fiha, b'mod partikolari f'oqsma bħalma huma l-impjieg, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-protezzjoni soċjali, l-akkomodazzjoni, il-mobilità, l-aċċess għall-ġustizzja, il-kultura, l-isport, ir-rikreazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u politika, kif ukoll ir-responsabbiltajiet speċifiċi definiti fis-CRPD għad-drittijiet tan-nisa u t-tfal b'diżabilità;

4.  Jenfasizza l-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jbatu minn diskriminazzjoni doppja minħabba l-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità, u ħafna drabi saħansitra jistgħu jiġu esposti għal diskriminazzjoni multipla li tirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità mal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, il-pajjiż ta' oriġini, il-klassi, l-istatus ta' migrazzjoni, l-età, ir-reliġjon jew l-etniċità;

5.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintegraw lin-nisa u l-bniet b'perspettiva ta' diżabilità fl-istrateġija, il-politiki u l-programmi tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġiji tagħhom dwar id-diżabilità u perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tad-diżabilità fil-politiki l-oħra kollha;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' prodotti u servizzi li jappoġġaw lill-persuni b'diżabilità fl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum;

7.  Jenfasizza li l-għadd ta' anzjani qiegħed jikber u li, skont id-WHO, il-prevalenza tad-diżabilità hija ogħla fost in-nisa, li huma milquta b'mod partikolari minn dan il-fenomenu minħabba li l-istennija tal-għomor tagħhom hija itwal; jenfasizza li, għalhekk, se jkun hemm żieda proporzjonali fin-numru ta' nisa b'diżabilità;

8.  Jinsisti li għandha tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru sabiex jiġu identifikati l-forom ta' diskriminazzjoni multipla intersezzjonali li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet b'diżabilità, fl-oqsma kollha koperti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul u fejn rilevanti;

9.  Jistieden lill-EIGE jkompli jipprovdi analiżi u kontributi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, b'enfasi speċjali fuq id-diskriminazzjoni intersezzjonali;

10.  Itenni li n-nisa b'diżabilità ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' sfidi u perikli saħansitra ikbar f'pajjiżi involuti f'kunflitt u f'żoni ta' kunflitt; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li n-nisa b'diżabilità jkunu protetti fil-politiki esterni tal-UE;

Id-drittijiet tan-nisa b'diżabilità

11.  Jenfasizza li n-nisa b'diżabilità jeħtieġ li jiġu żgurati t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz li jintlaħaq, il-kura tas-saħħa, inkluża l-kura tas-saħħa trans-speċifika kif ukoll is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, l-impjiegi, il-mobilità, il-ħajja tal-familja, l-awtonomija fiżika, is-sesswalità u ż-żwieġ, kif ukoll is-salvagwardji li jiggarantixxu dawn id-drittijiet;

12.  Ifakkar li l-awtoritajiet fil-livelli kollha u l-partijiet interessati rilevanti jeħtieġ li jirrispettaw u jżommu d-dritt għal għajxien indipendenti u, għalhekk, jipprovdu l-istrumenti u l-appoġġ meħtieġa biex jippermettu lill-persuni b'diżabilità, speċjalment in-nisa, li jgawdu l-libertà tal-għażla u l-kontroll fuq ħajjithom u fuq l-istil ta' ħajja tagħhom;

13.  Jenfasizza li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jeħtieġ li jiġu infurmati bid-drittijiet tagħhom u bis-servizzi taċ-ċittadini disponibbli għalihom; jenfasizza li din l-informazzjoni jeħtieġ li tkun ipprovduta b'mod sempliċi u sikur, filwaqt li jitqiesu l-metodi ta' komunikazzjoni, il-mezzi ta' xandir u l-formati differenti magħżula minnhom u adattati għalihom; jenfasizza li jeħtieġ li ma jkunx hemm konfużjoni bejn id-dritt għall-informazzjoni u l-kunċettwalizzazzjoni tal-ħtieġa li b'mod attiv jiġi mfittex l-aċċess għad-drittijiet (it-trasferiment tar-responsabilità għat-twettiq tad-dritt għal fuq dawk li jinsabu fil-bżonn), peress li l-Istati Membri jeħtieġ li jġorru r-responsabilità li jilħqu lil kull persuna b'diżabilità u jiżgurawlhom u jiggarantulhom id-drittijiet stabbiliti bil-liġi jew b'konvenzjoni internazzjonali;

14.  Jitlob l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fl-istrutturi regolari tas-soċjetà fil-livelli kollha, inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjiegi, filwaqt li jitqies li l-użu persistenti u ġeneralizzat ta' strutturi jew servizzi speċjali jwassal għal segregazzjoni u jnaqqas l-opportunitajiet indaqs;

15.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għal spazji sikuri, pereżempju fil-forma ta' klabbs u assoċjazzjonijiet;

16.  Jitlob lill-UE tneħħi l-ostakoli għad-dritt tal-vot għall-persuni b'diżabilità, b'mod speċjali għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinfurzaw il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali, jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi u jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, fosthom fir-rigward tal-persuni b'diżabilità

L-aċċessibilità

18.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinfurzaw politiki li jippromwovu l-aċċessibilità bħala pass essenzjali lejn l-inklużjoni u kundizzjoni indispensabbli għall-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità; jenfasizza wkoll l-importanza tar-rispett tal-prinċipji ta' trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-aċċessibilità u l-mobilità;

19.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu miżuri, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-trasport, l-ippjanar urban u d-djar;

20.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabilità sikwit wisq jiġu mċaħħda mill-aċċess għal faċilitajiet fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; iqis li huwa inkwetanti li l-bniet u n-nisa b'diżabilità jiġu mċaħħda minn kunsens infurmat rigward l-użu ta' kontraċettivi u li anke jiffaċċjaw ir-riskju ta' sterilizzazzjoni mġiegħla; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri leġiżlattivi li jissalvagwardjaw l-integrità fiżika, il-libertà ta' għażla u l-awtodeterminazzjoni fir-rigward tal-ħajja sesswali u riproduttiva tal-bniet u n-nisa b'diżabilità;

21.  Jinsab imħasseb li huwa żgħir l-għadd ta' pajjiżi li għandhom dispożizzjonijiet li jiżguraw id-dritt ta' persuni b'diżabilità li jkollhom aċċess għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru; jinnota li r-rikonoxximent legali tal-ġeneru, anke fejn ikun permess, jaf ikun inaċċessibbli għan-nisa u l-bniet taħt kustodja legali; jinnota li l-valutazzjoni psikjatrika obbligatorja sabiex jiġi aċċessat ir-rikonoxximent tal-ġeneru legali xxekkel l-aċċess għan-nisa u l-bniet bi problemi ta' saħħa mentali; jistieden lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni dwar ir-rikonoxximent legali tal-ġeneru li tkun ibbażata fuq l-awtodeterminazzjoni u tqis il-ħtiġijiet ta' aċċessibilità għal persuni b'diżabilità;

22.  Jidentifika l-ħtieġa, fir-rigward tat-trasport, li l-Istati Membri jiżviluppaw politiki tat-trasport pubbliku li jiffaċilitaw il-mobilità għall-persuni b'diżabilità, flimkien mat-tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jallokaw il-fondi tal-UE meħtieġa biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta' politiki bħal dawn;

Il-ħaddiema u r-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol bl-għan ta' impjiegi ta' kwalità u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

23.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki li jippromwovu l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol; iqis li tali politiki għandhom jinkoraġġixxu l-aċċess għall-impjiegi bħala kundizzjoni għall-inklużjoni soċjali u jippromwovu l-opportunitajiet indaqs;

24.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu forom speċifiċi ta' regolamentazzjoni tax-xogħol li jindirizzaw u jintegraw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità, speċjalment fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-sigħat tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi definita leġiżlazzjoni tax-xogħol speċifika li tqis il-ħtiġijiet tan-nisa b'diżabilità fir-rigward tat-tqala u l-maternità, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-preżenza tagħhom fis-suq tax-xogħol u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiem;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa għal arranġamenti biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri u tal-ħinijiet tax-xogħol flessibbli tkun adatta għall-ħtiġijiet diversi relatati ma' twelid multiplu, twelid prematur, ġenituri adottivi, koġenituri, ġenituri b'diżabilità, ġenituri bi problemi ta' saħħa mentali, u ġenituri ta' tfal b'diżabilità, mard kroniku jew problemi ta' saħħa mentali;

26.  Jappella għall-promozzjoni tad-dritt għas-saħħa u għar-riabilitazzjoni u għal politiki li jfittxu li jipprevjenu u jirrimedjaw l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard okkupazzjonali għall-persuni b'diżabilità;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'għarfien espert dwar it-triq 'il quddiem biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni intersezzjonali;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u tħeġġeġ lill-Istati Membri fl-indirizzar tad-diskriminazzjoni ġġenerata mill-intersezzjoni tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-karatteristiċi tas-sess u d-diżabilità, permezz ta' taħriġ dwar id-diversità u ħidma ma' min iħaddem dwar miżuri fuq il-post tax-xogħol, eż. il-promozzjoni ta' proċeduri ta' reklutaġġ anonimi;

L-edukazzjoni

29.  Jistieden lill-Istati Membri biex fl-għoti ta' servizzi ta' indukrar għal tfal ta' qabel l-età tal-iskola jagħmlu enfasi mhux biss fuq l-aċċessibilità, iżda wkoll fuq il-kwalità tal-indukrar u fuq li l-prezz tiegħu ikun jintlaħaq, b'mod partikolari għal tfal b'diżabilità filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' ġenituri b'diżabilità; jistieden ukoll lill-Istati Membri jtejbu l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) għal dawk il-gruppi ta' persuni;

30.  Jenfasizza l-importanza li n-nisa b'diżabilità jiġu integrati fis-sistemi edukattivi u professjonali ġenerali;

31.  Jenfasizza li standard u kwalità ogħla tal-edukazzjoni u t-taħriġ se jwasslu għall-emanċipazzjoni akbar tan-nisa b'diżabilità, peress li l-edukazzjoni hija waħda mill-għodod li jinfluwenzaw l-aktar il-progress tas-soċjetà, filwaqt li jipprovdu l-għarfien u l-valuri meħtieġa biex jinkisbu livelli ogħla ta' benessri u tkabbir ekonomiku u personali; jenfasizza l-importanza speċjali ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għall-persuni b'diżabilità;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw opportunitajiet indaqs effettivi fl-aċċess għall-edukazzjoni billi jiggarantixxu l-integrazzjoni effettiva tat-tfal u ż-żgħażagħ b'diżabilità fis-sistemi edukattivi tagħhom fil-livelli kollha; jitlob appoġġ għall-ħtiġijiet edukattivi u materjal edukattiv speċjali, appoġġjat minn skejjel inklużivi sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali, iżda wkoll suċċess, fis-sistema edukattiva;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jinvestu f'edukazzjoni b'livell għoli ta' kwalità għat-tfal u l-adulti b'diżabilità bħala parti mill-edukazzjoni ġenerali, u b'hekk jiffaċilitaw l-aċċess, speċjalment fost l-aktar taqsimiet żvantaġġati tal-popolazzjoni;

34.  Jitlob politiki tal-edukazzjoni li jaħdmu biex jitneħħew il-ħafna ostakli li jippersistu għall-persuni b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiksbu, fl-istabbilimenti edukattivi prinċipali tagħhom, il-kundizzjonijiet fiżiċi u/jew pedagoġiċi li jippermettu lill-persuni b'diżabilità biex jattenduhom; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta' għalliema li jakkumpanjaw lit-tfal b'diżabilità;

35.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex jiġu miġġielda l-bullying u l-fastidju, fosthom f'kuntesti edukattivi u online, kontra t-tfal u ż-żgħażagħ għal raġunijiet ta' diżabilità, identità jew l-espressjoni tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, status ta' migrazzjoni, klassi, età, reliġjon jew etniċità;

36.  Ifakkar fl-importanza li jitqiesu l-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi u l-inizjattivi tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, il-mobilità u l-azzjonijiet għaż-żgħażagħ, kif ukoll li jittieħdu l-azzjonijiet rilevanti kollha biex tiġi żgurata aktar il-parteċipazzjoni tagħhom f'opportunitajiet bħal dawn;

Saħħa

37.  Iqis li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jeħtieġ li jkollhom aċċess sħiħ għall-kura medika u dentali li tissodisfa l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, f'oqsma bħall-konsultazzjoni ginekoloġika, eżamijiet mediċi, is-saħħa sesswali u riproduttiva, ippjanar tal-familja u appoġġ adatt matul it-tqala, u kura tas-saħħa trans-speċifika; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw investiment pubbliku f'dan il-qasam u li l-kura tas-saħħa pubblika nazzjonali tagħhom tkun tinkludi aċċess xieraq għal dawn is-servizzi;

38.  Jenfasizza li n-nisa u l-bniet b'diżabilità għandhom jirċievu l-informazzjoni kollha xierqa biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet b'mod liberu rigward saħħithom; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi miġġielda l-isterilizzazzjoni mġiegħla;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miri għas-servizzi ta' kura għall-persuni b'diżabilità, fuq linji simili għall-miri ta' Barċellona, b'għodod tal-monitoraġġ biex jitkejlu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-affordabilità ta' dawn is-servizzi;

40.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jkollhom aċċess indaqs kemm għall-kura tas-saħħa speċifika għad-diżabilità kif ukoll għas-servizzi ġenerali;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'għarfien espert dwar it-triq 'il quddiem biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni intersezzjonali;

Il-vjolenza sessista

42.  jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li l-UE ssir parti kontraenti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) bħala pass importanti fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità; jistieden lill-UE biex tirratifika malajr il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhiex biex jagħmlu dan; iħeġġeġ lill-Kunsill jipproċedi għall-konklużjoni tal-adeżjoni tal-UE mill-aktar fis possibbli;

43.  Jenfasizza bi tħassib li n-nisa u l-bniet b'diżabilità huwa aktar probabbli li jsiru vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'mod speċjali l-vjolenza domestika u l-isfruttament sesswali; jirrimarka li dan jirrigwarda wkoll l-isterilizzazzjoni u l-abort imġiegħla; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa u jipprovdu servizzi b'livell għoli ta' kwalità, aċċessibbli u mfassla apposta sabiex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal u jiġu appoġġjati l-vittmi tal-vjolenza, filwaqt li jipprovdu persunal imħarreġ biex jagħti pariri speċjalizzati kif ukoll protezzjoni legali xierqa u appoġġ;

44.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu lill-professjonisti tas-saħħa u tal-edukazzjoni kollha taħriġ xieraq għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilità;

45.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġija Ewropea komprensiva biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, bi proposta għal att leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, b'attenzjoni partikolari fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità; jitlob ukoll li jiġi stabbilit osservatorju tal-UE dwar il-vjolenza sessista;

46.  Jitlob miżuri speċifiċi ta' politika biex jiġu indirizzati l-vjolenza u l-abbuż li jolqtu lil persuni b'diżabilità u b'diffikultajiet fit-tagħlim, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, inklużi intimidazzjoni, bullying u fastidju online, kif ukoll il-vjolenza f'sitwazzjonijiet ta' kura formali u informali;

L-inklużjoni diġitali u tal-mezzi tax-xandir

47.  Jenfasizza li jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi biex jingħelbu l-isterjotipi u l-preġudizzji dwar id-diżabilità, u li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jeħtieġ li jkollhom iktar viżibilità fil-mezzi tax-xandir sabiex jinbidlu n-normi soċjali ta' esklużjoni prevalenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir, il-korpi rappreżentattivi u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ, speċjalment fil-bordijiet tagħhom, u jinvestu f'inizjattivi ta' qawmien tal-kuxjenza pubblika, kif ukoll biex jimmonitorjaw mill-qrib u jsegwu l-progress li jkun sar;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi u servizzi għan-nisa b'diżabilità, b'enfasi fuq l-inklużjoni diġitali tagħhom u l-potenzjal enormi tad-diġitalizzazzjoni għan-nisa b'diżabilità;

49.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied l-aċċessibilità għas-servizzi tal-mezzi tax-xandir, b'servizzi tal-internet kompletament aċċessibbli li jilħqu l-ogħla standards ta' eċċellenza adattati għall-persuni b'diżabilità;

50.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu lix-xandara jinvolvu għalkollox lin-nisa b'diżabilità bħala parteċipanti u preżentaturi f'mezzi tax-xandir ta' kull xorta;

Il-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni

51.  Jiddispjaċih li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 attwalment fis-seħħ ma rnexxilhiex tagħti spinta lill-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi, miżuri u politiki effettivi biex jindirizzaw is-segregazzjoni u r-rifjut tan-nisa b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, il-ħajja politika, u l-iskejjel u l-ambjenti tat-tagħlim;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu politiki biex jippermettu u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fil-ħajja pubblika, soċjali, kulturali, ekonomika u politika, b'mod partikolari billi jnaqqsu l-ostakli għall-mobilità u jħeġġu lin-nisa b'diżabilità jiffurmaw organizzazzjonijiet u netwerks u jingħaqdu magħhom, kif ukoll permezz ta' programmi ta' taħriġ u ta' mentorship;

53.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw azzjonijiet pożittivi mmirati lejn in-nisa b'diżabilità sabiex jippromwovu t-taħriġ, kollokamenti f'impjiegi, l-aċċess għall-impjiegi, żamma tal-impjiegi, mogħdijiet tal-karriera ugwali, adattament fil-post tax-xogħol u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa azzjonijiet pożittivi biex tavvanza d-drittijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, tistabbilixxi mekkaniżmu biex timmonitorja l-progress, u tiffinanzja l-ġbir ta' data u riċerka dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità, f'konformità mal-prinċipji tas-CRPD;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2020-2030 li tintegra bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tas-CRPD fil-leġiżlazzjoni, politiki u programmi futuri tal-UE u hija konsistenti mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019, sabiex jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom bħal kwalunkwe persuna oħra;

56.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkludu l-istandards tas-CRPD fl-oqfsa legali u ta' politika tagħhom sabiex jiżguraw li l-approċċ lejn id-diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem ikun rifless għalkollox fil-leġiżlazzjoni u fit-tfassil tal-politiki;

57.  Jissottolinja li n-nisa u l-bniet b'diżabilità, permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati mill-qrib dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki, u jiġu involuti b'mod attiv fihom biex jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll il-monitoraġġ tal-effikaċja tagħhom; jitlob li jkun hemm djalogu strutturat ġenwin bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità għat-tfassil tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2020-2030;

58.  Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jridu jkunu involuti fit-tħejjija, l-eżekuzzjoni u fl-evalwazzjoni ex-post tal-proġetti mwettqa fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE;

Il-finanzjament

59.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jottimizzaw il-Fondi Strutturali tal-UE, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew, sabiex jippromwovu l-aċċessibilità u n-nondiskriminazzjoni għan-nisa b'diżabilità, u jżidu l-viżibilità tal-opportunitajiet ta' finanzjament, pereżempju għal negozji ġodda u l-appoġġ tal-intraprenditorija b'mod ġenerali;

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(3) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(4) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.

Avviż legali