Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu
L-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE
 Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I
 L-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I
 Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I
 It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I
 Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) ***I
 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ***I
 Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) ***I
 L-ikkomplimentar tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
 Viżi Umanitarji
 Kodiċi dwar il-Viżi ***I
 Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tarreverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvista ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu *
 L-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija
 Mobbiltà militari
 Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura

L-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE
PDF 173kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE (2018/2090(INI))
P8_TA(2018)0485A8-0400/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, rigward id-dritt għall-edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-emanċipazzjoni tal-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar teknoloġiji ġodda u riżorsi edukattivi miftuħa(7),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja(8),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja(9),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-19 ta' Diċembru 2016 bit-titlu "Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: opportunitajiet ġodda għall-adulti"(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2015 dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(11),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti(12),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018)0022),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2017 dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (COM(2017)0248),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2012 dwar strateġija Ewropea għal internet aħjar għat-tfal (COM(2012)0196),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa" (COM(2016)0381),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2016 dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (COM(2016)0941),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni skolastika u għolja(13),

–  wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali tad-9 ta' Marzu 2018 bit-titlu "Skill needs anticipation: systems and approaches. Analysis of stakeholder survey on skill needs assessment and anticipation" (Antiċipazzjoni tal-ħiliet meħtieġa: sistemi u approċċi. Analiżi tal-istħarriġ tal-partijiet interessati dwar il-valutazzjoni u l-antiċipazzjoni tal-ħiliet meħtieġa),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-politika tal-Kummissjoni tal-2017 bl-isem "DigComp 2.1: The digital competence framework for citizens: With eight proficiency levels and examples of use",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0400/2018),

A.  billi t-teknoloġija qed tiżviluppa b'rata li qed taċċellera, is-soċjetà u l-ekonomija diġitali issa huma fatt tal-ħajja, u dan ifisser li l-ħiliet diġitali huma essenzjali għal realizzazzjoni professjonali ta' suċċess u għall-iżvilupp personali taċ-ċittadini kollha;

B.  billi l-kompetenza diġitali hija kompetenza ewlenija għat-tagħlim tul il-ħajja, kif definit fil-Qafas ta' Referenza anness mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018;

C.  billi l-kapaċità innovattiva tat-teknoloġija hi kkundizzjonata, fost l-oħrajn, mill-ħsieb kritiku, il-livell tal-ħiliet diġitali u kreattivi tal-persuni, u l-kwalità u l-portata tal-konnettività tal-internet;

D.  billi għarfien bażiku tat-teknoloġiji diġitali hu vitali għat-twettiq tal-kompiti essenzjali amministrattivi u ta' kuljum;

E.  billi huwa stmat li madwar nofs l-impjiegi attwali madwar id-dinja – u 30 % fl-Unjoni Ewropea – se jisparixxu matul il-25 sena li ġejjin(14), filwaqt li qed jitfaċċaw professjonijiet ġodda li jeħtieġu ħiliet diġitali avvanzati;

F.  billi l-ħiliet diġitali, li jmorru lil hinn sew mir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, joffru lin-nies opportunitajiet aħjar biex jipparteċipaw fil-ħajja tas-soċjetà, kemm illum kif ukoll fil-futur, jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni u l-iskambju kulturali, u jagħtu lin-nies leħen aktar sod fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;

G.  billi huwa essenzjali li l-internet jiġi ddikjarat bħala ġid komuni u li tiġi promossa ċ-ċittadinanza elettronika;

H.  billi t-trasformazzjoni teknoloġika fl-industriji tfisser li l-għodod diġitali jintużaw sikwit anke fil-professjonijiet tradizzjonalment mhux tekniċi, meta 9 minn kull 10 impjiegi fil-futur qarib jew immedjat huma stmati li jeħtieġu ħiliet diġitali;

I.  billi attwalment, 44 % tal-popolazzjoni tal-UE tal-età ta' bejn 16 u 74 sena m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi, filwaqt li 19 % m'għandhom l-ebda ħila diġitali, b'diskrepanzi sostanzjali fost l-Istati Membri, sitwazzjoni li tissogra li toħloq distakk soċjali ġdid;

J.  billi l-importanza tal-ħiliet diġitali, id-distakk fil-ħiliet, li huwa partikolarment sinifikanti bejn l-irġiel u n-nisa, il-ġenerazzjonijiet u l-gruppi soċjali differenti, u d-disparitajiet fil-ħiliet diġitali fost l-Istati Membri jitolbu reazzjoni politika konġunta;

K.  billi huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet edukattivi jħejju lill-istudenti biex jikkonfrontaw l-isfidi soċjali u ekonomiċi jġibu magħhom l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali rapidi, billi jgħammruhom bil-ħiliet xierqa biex jadattaw għall-isfidi tad-dinja diġitali;

L.  billi l-aċċess u l-użu tal-internet u ta' tagħmir teknoloġiku u diġitali ttrasformaw l-imġiba soċjali u r-relazzjonijiet, speċjalment fost it-taqsimiet aktar żgħażagħ tas-soċjetà;

M.  billi l-għan li jiġi żgurat li sal-2025 l-iskejjel kollha fl-UE jkollhom aċċess għall-konnessjonijiet tal-internet b'veloċità ta' download/upload ta' gigabit wieħed ta' data kull sekonda għad irid jintlaħaq;

N.  billi l-użu eċċessiv ta' tagħmir teknoloġiku u diġitali, bħall-computers u t-tablets, jista' jikkawża problemi għas-saħħa u l-benessri, inkluż tiċħid mill-irqad, stil sedentarju ta' ħajja u dipendenza;

O.  billi jeħtieġ ukoll li l-istrateġiji tat-tagħlim diġitali jqisu r-riċerka dwar l-effetti detrimentali li l-użu bikri tat-teknoloġija diġitali jaf ikollu fuq l-iżvilupp tal-moħħ ta' tfal żgħar;

P.  billi t-teknoloġiji diġitali għandhom ikunu parti integrali minn approċċ lejn l-edukazzjoni li jkun jiffoka fuq l-istudent u adatt skont l-età, u jista' joffri approċċi ġodda u innovattivi għat-tagħlim; billi huwa vitali li jinżamm kuntatt personali bejn l-istudenti u l-għalliema u li tingħata prijorità lill-benessri u l-iżvilupp b'saħħtu tal-istudenti tfal kif ukoll adulti;

Q.  billi t-teknoloġiji għandhom jintużaw aħjar biex jappoġġaw pedagoġiji ġodda li jiffokaw fuq l-istudenti bħala parteċipanti attivi b'għodod għal tagħlim ibbażat fuq ir-riċerka u spazji tax-xogħol kollaborattivi;

R.  billi l-edukazzjoni bażika dwar l-iġjene u s-sikurezza ċibernetiċi, il-protezzjoni tad-data u l-litteriżmu medjatiku trid tkun orjentata fuq l-età u l-iżvilupp sabiex tgħin lit-tfal isiru studenti kritiċi, ċittadini attivi, utenti tal-internet u persuni li jsawru soċjetà diġitali demokratika, jieħdu deċiżjonijiet infurmati, u jkunu konxji mir-riskji assoċjati mal-internet, bħalma huma d-diżinformazzjoni online, il-fastidju u ksur ta' data personali, u kapaċi jikkumbattulhom; billi fil-kurrikula tat-taħriġ akkademiku u vokazzjonali għandhom jiġu introdotti programmi ta' tagħlim relatat mas-sigurtà ċibernetika;

S.  billi t-tagħlim diġitali innovattiv u ta' kwalità jista' jkun eċitanti u interattiv, u b'hekk jikkomplementa l-metodi ta' tagħlim permezz tal-lekċers, u jipprovdi pjattaformi għall-kollaborazzjoni u l-ħolqien tal-għarfien;

T.  billi qed naraw użu kummerċjali dejjem jikber tal-edukazzjoni min-naħa ta' kumpaniji diġitali kbar, li qed jippruvaw jinfluwenzaw il-prattiki tat-tagħlim billi jintroduċu tagħmir, software u riżorsi edukattivi jew jipprovdu taħriġ lill-għalliema;

U.  billi, biex iwettqu aħjar il-wegħda tat-teknoloġija, l-Istati Membri jeħtieġu strateġiji effettivi biex jibnu l-kapaċità tal-għalliema, u dawk li jfasslu l-politika jeħtieġ li jaħdmu aktar biex jibnu l-appoġġ għal din l-aġenda;

V.  billi l-libreriji pubbliċi jipparteċipaw fl-isforz komuni biex jiffamiljarizzaw liċ-ċittadini mal-ħiliet diġitali, billi jipprovdu servizzi miftuħa għall-appoġġ diġitali f'ambjent soċjali u ta' għajnuna;

W.  billi l-adulti li huma qiegħda jew li jaħdmu f'impjiegi li ma jeħtiġux ħiliet diġitali għandhom it-tendenza li malajr jaqgħu wara adulti oħra b'aktar profiċjenza diġitali, u dan jostakola l-prospetti tagħhom tax-xogħol u jkabbru d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi;

X.  billi d-diġitalizzazzjoni progressiva tax-xogħol se tirriżulta fl-għajbien ta' bosta professjonijiet u żieda fil-qgħad; billi l-professjonijiet il-ġodda li se jinħolqu bid-diġitalizzazzjoni jaf jikkumpensaw għal uħud mill-impjiegi mitlufa;

Y.  billi t-teknoloġiji diġitali jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għall-għarfien u t-tagħlim, u bis-saħħa tal-użu tagħhom, il-faċilitajiet għat-taħriġ fid-diversi livelli jkunu faċilment aċċessibbli u inklużivi;

Z.  billi mingħajr politiki xierqa u mmirati, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità aktarx ikunu dawk li jbatu l-aktar mit-trasformazzjoni diġitali;

AA.  billi n-nisa jammontaw għal 20 % biss tal-professjonisti fil-qasam tax-xjenza, 27 % biss tal-gradwati fl-inġinerija(15) u 20 % biss tal-gradwati fix-xjenza tal-kompjuter(16); billi s-sehem tal-irġiel li jaħdmu fis-settur diġitali huwa 3.1 darbiet akbar mis-sehem tan-nisa; billi 19 % biss tal-ħaddiema fl-ICT għandhom kap mara, meta mqabbla ma' 45 % tal-ħaddiema f'setturi oħra;

AB.  billi l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom tendenza li jkun ħafna aktar disponibbli għal ħaddiema li diġà għandhom ħiliet(17);

AC.  billi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni kontinwi tal-profiċjenza fil-ħiliet diġitali kemm fl-organizzazzjonijiet kif ukoll fost l-individwi hi prerekwiżit għal twettiq effettiv tal-politika;

AD.  billi l-ksib ta' ħiliet trasversali bażiċi, bħan-numeriżmu, il-ħsieb kritiku u l-ħiliet ta' komunikazzjoni soċjali huwa prerekwiżit fundamentali għall-akkwiżizzjoni ta' ħiliet u kompetenzi diġitali;

1.  Jenfasizza li l-akkwiżizzjoni ta' ħiliet diġitali jeħtieġ approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja koerenti ankrat f'ambjenti edukattivi formali, mhux formali u informali, b'rispons tal-politika u interventi mmirati adatti għall-ħtiġijiet ta' gruppi ta' etajiet differenti u studenti differenti;

2.  Jissottolinja l-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali fl-appoġġ lejn approċċi pedagoġiċi aktar iffokati fuq l-istudent jekk dawn jiġu inkorporati fil-proċess tat-tagħlim b'mod ippjanat u siewi; jemmen li bil-għan ta' trasformazzjoni edukattiva ġenwina, l-istudenti jeħtieġ li jiġu ggwidati lejn prattiki innovattivi u minn isfel għal fuq tal-ħolqien tal-għarfien;

3.  Jenfasizza li hija meħtieġa trasformazzjoni tas-sistemi edukattivi u ta' taħriġ fil-livelli kollha biex isir użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-mezzi tax-xandir u biex jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jiġu ssodisfati d-domandi tas-soċjetà u tas-suq tax-xogħol tal-futur; itenni li tali trasformazzjoni trid tkompli tiggarantixxi d-dritt għal sodisfazzjon personali, tilħaq bilanċ tajjeb bejn il-ħiliet diġitali relevanti u l-ħiliet għall-ħajja, u tappoġġa r-reżiljenza individwali, il-ħsieb kritiku u l-potenzjal tal-innovazzjoni;

4.  Jemmen li l-istituzzjonijiet edukattivi ma jistgħux jittraskuraw l-edukazzjoni olistika tal-istudenti tagħhom, li tinvolvi l-kultivazzjoni u l-iżvilupp ta' prospettiva kritika u olistika li tippermettilhom jasserixxu lilhom infushom bħala ċittadini attivi; jifhem li l-ħsieb kritiku ma jistax jissaħħaħ biss permezz tat-tagħlim tal-ħiliet diġitali, u li l-edukazzjoni olistika hija meħtieġa wkoll;

5.  Jisħaq fuq il-punt li filwaqt li huwa essenzjali li jiżdiedu l-ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati tal-istudenti, il-ħiliet tradizzjonali u umanistiċi għandhom, madankollu, ikomplu jiġu kkultivati;

6.  Ifakkar li, bħalma tirrikonoxxi l-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali ta' Jannar 2018, l-adattament meħtieġ tal-istituzzjonijiet edukattivi għal teknoloġiji l-ġodda u approċċi pedagoġiċi innovattivi m'għandu qatt jitqies bħala objettiv fih innifsu, iżda pjuttost bħala għodda biex jittejbu l-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni;

7.  Jenfasizza, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar ħiliet diġitali, li bħalissa l-impatt tat-teknoloġiji diġitali fuq l-edukazzjoni mhuwiex faċli li jiġi vvalutat, u dan ifisser li huwa vitali li titqies ir-riċerka newroloġika dwar l-effetti tat-teknoloġija diġitali fuq l-iżvilupp tal-moħħ; jitlob, għaldaqstant, li jsir investiment f'riċerka imparzjali u interdixxiplinari fid-diversi impatti ta' teknoloġiji diġitali fuq l-edukazzjoni, li jorbtu x-xjenzi edukattivi, il-pedagoġija, il-psikoloġija, is-soċjoloġija, in-newroxjenza u l-informatika sabiex jinkiseb l-aktar fehim profond possibbli dwar kif moħħ it-tfal u l-adulti qed jirrispondi għall-ambjent diġitali, bl-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-użu tat-teknoloġija diġitali fl-edukazzjoni u jiġu minimizzati r-riskji tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu responsabbli tal-għodod diġitali li jipproteġi l-iżvilupp fiżjoloġiku, newrosensorjali u tal-imġiba tal-istudenti, b'mod partikolari matul it-tfulija, u li jsib bilanċ tajjeb fl-użu ta' kuljum ta' tagħmir teknoloġiku u diġitali, kemm f'istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll fil-ħajja privata;

8.  Jiddispjaċih li filwaqt li l-użu ta' applikazzjonijiet online u mobbli u teknoloġiji ġodda, bħall-internet tal-oġġetti, sar aktar estiż minn qatt qabel, iċ-ċittadini, partikolarment il-minorenni, sikwit ma jkunux konxji mir-riskji marbuta mal-użu tal-internet u mal-għodda tal-ICT, bħall-ksur tad-data personali, l-insegwiment mifrux tal-utenti aħħarin u ċ-ċiberkriminalità; jitlob, għalhekk lill-Istati Membri jagħtu rwol xieraq lill-protezzjoni tad-data u l-iġjene ċibernetika bażika fil-kurrikula tal-iskejjel;

9.  Jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet edukattivi jtejbu s-sigurtà tat-tfal online u jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-bullying ċibernetiku, l-esponiment għal kontenut li jagħmel il-ħsara u preokkupanti, u theddid taċ-ċibersigurtà ieħor billi jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' prevenzjoni u kampanji ta' sensibilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu l-kampanja #SafeInternet4EU;

10.  Jisħaq fuq il-punt li, bil-għan li jinkisbu esperjenzi u eżiti aħjar fejn jidħol it-tagħlim, l-għodod diġitali jridu jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-istudenti, u li dan huwa mod ta' kif l-istudenti jsiru ċittadini attivi u mhux sempliċement konsumaturi passivi tat-teknoloġija;

11.  Jiddispaċih dwar il-fatt li minkejja l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni biex itejjeb u jrawwem metodi ta' tagħlim differenti u personalizzati, l-impatt tat-teknoloġiji diġitali fuq l-edukazzjoni nfisha kien limitat; jesprimi t-tħassib tiegħu, b'mod partikolari, dwar il-fatt li l-investiment fl-ICT fl-iskejjel u fiċ-ċentri ta' taħriġ s'issa ma rriżultax fit-trasformazzjoni mistennija tal-prattiki edukattivi; ifakkar li l-iskejjel u ambjenti oħra ta' tagħlim jeħtieġ li jappoġġaw lill-istudenti kollha u jwieġbu għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom billi jiżviluppaw miżuri xierqa u effettivi biex irawmu l-ħiliet diġitali, b'mod partikolari fost l-istudenti b'diżabilità, il-gruppi ta' minoranza, il-komunitajiet tal-migranti, dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil u l-anzjani; jemmen li tali appoġġ jista' jiġi ffaċilitat permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda;

12.  Jinnota d-distakk dejjem jikber fil-parteċipazzjoni tal-irġiel u tan-nisa fis-settur diġitali fir-rigward tall-edukazzjoni, il-perkorsi tal-karriera u l-intraprenditorija; jisħaq fuq il-punt li l-iżgurar ta' approċċ ibbilanċjat mil-lat tal-ġeneri fir-rigward tal-promozzjoni tal-karrieri fl-ICT u diġitali huwa kruċjali, u li aktar studenti bniet u nisa għandhom jingħataw appoġġ f'ħidmiethom favur karriera fil-qasam diġitali; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati l-litteriżmu diġitali u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam tal-ICT; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu edukazzjoni tal-ICT adatta għall-etajiet differenti fl-istadji bikrija tal-iskola, b'enfasi partikolari fuq miżuri biex jingħeleb id-distakk diġitali bejn il-ġeneri u biex jipprovdu lill-bniet b'mezzi alternattivi ta' aċċess għal suġġetti STEAM, peress li l-isterjotipi tal-ġeneri fir-rigward ta' dawn is-suġġetti u n-nuqqas ta' mudelli tar-rwol femminili għandhom it-tendenza li jkunu ostaklu għall-aċċess tal-bniet għalihom; iqis li strateġija dwar in-nisa fis-settur diġitali li tkun irfinata, flimkien mal-pjan ta' azzjoni li jmiss tal-Kummissjoni biex jitnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri fit-teknoloġija, jistgħu jgħinu biex jagħtu spinta lill-isforzi f'dan il-qasam;

13.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' tagħmir diġitali u konnettività fl-iskejjel fl-Istati Membri għandu effett detrimentali fuq l-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali tal-istudenti u d-disponibilità tal-għodod tat-tagħlim diġitali; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu investimenti pubbliċi sostanzjali biex jipprovdu lill-iskejjel kollha bi broadband b'ħafna kapaċità u biex jagħmlu użu mill-programmi eżistenti tal-UE għal dan l-iskop, b'mod partikolari l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li tista' tappoġġja l-infrastruttura fiżika ta' netwerks tal-broadband b'ħafna kapaċità, u l-iskema ta' vawċers WiFi4EU; jenfasizza li l-isforzi tal-konnettività u l-finanzjament għandhom ikunu ffukati b'mod partikolari fuq iż-żoni rurali u żvantaġġati, u r-reġjuni ultraperiferiċi u muntanjużi;

14.  Jindika li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jirrikjedu assistenza mill-Unjoni u mill-Istati Membri, kif ukoll kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet konċernati, l-industrija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-komunitajiet u s-soċjetà ċivili, biex jiżviluppaw l-edukazzjoni fl-ICT u l-mezzi tax-xandir skont l-approċċ pedagoġiku speċifiku tagħhom u jagħmlu t-tranżizzjoni diffiċli lejn ambjent ta' tagħlim aktar diġitalizzat; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal approċċ integrali u interdixxiplinarju lejn it-tibdil diġitali fl-edukazzjoni;

15.  Jenfasizza li l-għalliema u dawk li jħarrġu għandhom ikunu fil-qalba tat-trasformazzjoni diġitali u għalhekk jeħtieġu tħejjija inizjali adegwata u taħriġ kontinwu, li jrid jinkludi moduli dwar prattiki ta' tagħlim orjentati fuq l-età u l-iżvilupp; jinsisti li dan it-taħriġ jeħtieġ iż-żmien u m'għandux ikun kompitu iżjed apparti l-attivitajiet ta' kuljum tagħhom; jenfasizza li saħansitra aktar mill-tagħlim ta' ħiliet bażiċi oħra, bħan-numeriżmu u l-litteriżmu, it-tagħlim ta' ħiliet diġitali jirrikjedi li l-għalliema jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fuq bażi kontinwa; jargumenta, għalhekk, li l-għalliema jeħtieġu żvilupp professjonali kontinwu flessibbli u ta' kwalità għolja li jikkorrispondi mal-ħtiġijiet tagħhom; jemmen li hu pożittiv, f'dan ir-rigward, l-użu tal-pjattaformi online Ewropej biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' żvilupp professjonali u jiġi mħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki;

16.  Jinnota li dawk fdati b'edukazzjoni issa għandhom responsabbiltajiet akbar minħabba ż-żieda fl-użu ta' applikazzjonijiet diġitali fix-xogħol tal-iskola; iqis li huma wkoll jeħtieġ li jkunu involuti fil-proċess tat-tagħlim u fl-użu tat-teknoloġija, peress li jekk ma jkollhomx il-ħiliet diġitali meħtieġa, ikun aktar diffiċli għalihom li jinvolvu lill-istudenti tagħhom fil-proċess tat-tagħlim, u dan jaf jirriżulta f'aktar esklużjoni soċjali;

17.  Jappoġġa u jħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' miżuri li jirrigwardaw id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi amministrattivi fl-iskejjel bil-għan li jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv fil-livelli kollha;

18.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu u jiffinanzjaw inizjattivi reġjonali u lokali li jappoġġaw il-kwalità ta' prattiki tat-tagħlim li għandhom l-għan li jtejbu l-innovazzjoni;

19.  Jenfasizza l-valur tal-awtonomija tal-iskejjel biex tinkiseb l-innovazzjoni fl-edukazzjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru gwida xierqa dwar l-applikazzjoni legali ta' eċċezzjonijiet għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur fl-isfera edukattiva u aċċess faċli għal-liċenzji għal stabbilimenti pubbliċi u mingħajr skop ta' qligħ fl-edukazzjoni formali u informali; huwa tal-fehma li l-għalliema u l-istudenti jeħtieġu sigurtà meta jkunu qed jużaw riżorsi aċċessibbli b'mod diġitali u meta jkunu qed jgħallmu u jitgħallmu l-ħiliet; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tipprovdi gwida għall-istituzzjonijiet edukattivi, l-edukaturi u l-istudenti f'dan ir-rigward;

21.  Josserva li n-nuqqas ta' għodod diġitali għall-istudenti mobbli jista' jimmina l-kwalità tal-esperjenzi edukattivi fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-inizjattivi pilota tagħha tal-Kard Ewropea tal-istudenti u "Erasmus without Paper", bil-għan li jvarawhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni pluriennali li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu responsabbli u effikaċi mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u jippromwovu l-opportunitajiet ta' finanzjament fost il-pubbliku usa' u l-istituzzjonijiet edukattivi, bl-għan li jagħmlu l-aċċess għall-kontenut, l-għodod u s-soluzzjonijiet tat-tagħlim diġitali realtà għal kulħadd;

22.  Jindika li, f'konformità mal-approċċ tat-tagħlim tul il-ħajja meħtieġ għall-ħiliet diġitali, il-gvernijiet, b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati bħall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u permezz ta' kuntesti formali kif ukoll mhux formali, għandhom jiżguraw trasformazzjoni diġitali sostenibbli li fiha ħadd ma jibqa' l-art;

23.  Jenfasizza li l-inklużività u l-innovazzjoni għandhom ikunu l-prinċipji mexxejja għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-era diġitali; jemmen li t-teknoloġiji diġitali m'għandhomx iżidu l-inugwaljanzi eżistenti, iżda minflok għandhom jintużaw biex jingħalaq id-distakk diġitali bejn l-istudenti minn sfondi soċjoekonomiċi u reġjuni differenti tal-UE; jenfasizza li approċċ ibbażat fuq l-inklużjoni jrid jieħu vantaġġ mill-potenzjal sħiħ tar-riżorsi pprovduti mit-teknoloġiji diġitali ġodda, inklużi l-edukazzjoni personalizzata u s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, għax dan jista' jippermetti aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għall-persuni minn gruppi żvantaġġati u dawk b'inqas opportunitajiet u jappoġġja l-integrazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati;

24.  Jenfasizza li l-promozzjoni tal-aċċess diġitali fl-edukazzjoni mhux bilfors jimplika aċċess ugwali għall-opportunitajiet ta' tagħlim u li, filwaqt li t-teknoloġiji qed isiru dejjem iżjed aċċessibbli, l-akkwist ta' ħiliet diġitali bażiċi jibqa' ostaklu u jibqa' jippersisti d-distakk diġitali; jirrimarka li d-data tal-Eurostat turi li d-distakk diġitali mhux qed jonqos u li 44 % tal-persuni fl-Unjoni Ewropea m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi(18);

25.  Jirrimarka li l-ħiliet diġitali kumplessi meħtieġa għall-użu effiċjenti tal-ICT jiddependu fuq l-akkwiżizzjoni ta' ħiliet bażiċi, li mhux kulħadd jinsab fuq l-istess livell, li jippersistu distakki qawwija fil-livelli bażiċi li jolqtu partikolarment lill-gruppi żvantaġġati u għadd kbir ta' adulti, li persuni b'aktar edukazzjoni għandhom possibilità tliet darbiet akbar li jużaw l-internet biex jakkwistaw ħiliet ġodda u joħolqu opportunitajiet ġodda minn dawk li għandhom livelli edukattivi aktar baxxi(19) u li jeżisti r-riskju li t-teknoloġija ssir għodda ta' taħriġ għall-persuni privileġġati aktar milli opportunità għal kulħadd;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' bidla fil-prattiki istituzzjonali u pedagoġiċi tal-iskejjel u ambjenti oħra tat-tagħlim, inklużi ambjenti għal tagħlim mhux formali, sabiex jagħmilhom aktar ekwi billi jiġu provduti strutturi ta' appoġġ profondi u sostanzjalment diversifikati għal kulħadd, partikolarment għal dawk li jappartjenu għal gruppi f'riskju ta' esklużjoni, bħall-persuni qiegħda, il-migranti, persuni b'livell baxx ta' ħiliet, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani;

27.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta' litteriżmu diġitali fil-lingwi reġjonali u tal-minoranzi Ewropej u jintroduċu taħriġ u għodod tat-teknoloġija tal-lingwa fil-kurrikuli tal-iskejjel, tal-universitajiet u tal-kulleġġi vokazzjonali tagħhom; jenfasizza għal darba oħra li l-litteriżmu għadu fattur sinifikanti u prerekwiżit assolut għall-progress fl-inklużjoni diġitali tal-komunitajiet;

28.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-appoġġ li l-istituzzjonijiet edukattivi jeħtieġu sabiex tittejjeb id-diġitalizzazzjoni tal-lingwi fl-UE; jirrakkomanda li l-iskejjel fl-UE kollha jagħmlu użu mit-teknoloġiji diġitali biex jiżdied l-użu ta' skambji edukattivi transfruntiera, permezz ta' vidjokonferenzi u klassijiet virtwali; jenfasizza li l-iskejjel fl-UE kollha jibbenefikaw jekk ikun hemm aċċess transfruntier għal kontenut diġitali;

29.  Jissottolinja r-rwol fundamentali tal-libreriji biex jipprovdu liċ-ċittadini b'servizzi diġitali u biex jagħmlu t-tagħlim u s-servizzi online disponibbli f'ambjent sikur miftuħ għal kulħadd; jirrakkomanda, għaldaqstant, li dawn l-isforzi jiġu ffinanzjati kif xieraq taħt skemi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, li jikkomplementaw lil xulxin, u li l-libreriji jiġu rikonoxxuti aktar għar-rwol essenzjali tagħhom fl-iżvilupp tal-litteriżmu tal-mezzi tax-xandir;

30.  Jitlob li jkun hemm bidla fid-direzzjoni lejn aktar opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali u taħriġ fuq il-post tax-xogħol, u jinsisti fuq il-ħtieġa ta' sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, inklużivi u b'riżorsi adegwati; jemmen li l-opportunitajiet għat-taħriġ mill-ġdid u għal titjib tal-ħiliet huma essenzjali, b'komponenti tal-ħiliet diġitali rilevanti integrati fil-programmi ta' taħriġ fuq il-post tax-xogħol u soluzzjonijiet ta' taħriġ speċjali għal persuni li jaħdmu f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn l-edukazzjoni u l-impjieg u r-rwol ta' gwida u konsulenza dwar il-karriera tul il-ħajja fl-appoġġ tal-aċċess għal taħriġ xieraq, flessibbli u ta' kwalità u mogħdijiet tal-karriera;

31.  Jisħaq fuq il-punt li t-traineeships fis-settur diġitali jistgħu jgħinu lill-istudenti u ż-żgħażagħ jiksbu ħiliet diġitali prattiċi fuq il-post tax-xogħol; jilqa', f'dan il-kuntest, il-proġett pilota l-ġdid li jintroduċi "Digital Opportunity Traineeships" taħt Erasmus+ u Orizzont 2020; jappella għal impetu mġedded f'din id-direzzjoni taħt il-programmi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid;

32.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet lokali u l-persuni li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ, jagħtu lill-adulti b'livell baxx ta' ħiliet aċċess għal mogħdijiet ta' titjib tal-ħiliet, li jipprovdulhom l-opportunità li jiksbu livell minimu ta' kompetenza diġitali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri, f'kollaborazzjoni man-negozji, il-komunitajiet lokali u reġjonali, iċ-ċentri edukattivi u ta' taħriġ u l-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, biex jidentifikaw il-lakuni eżistenti fil-ħiliet, jespandu l-litteriżmu diġitali u tal-internet, itejbu l-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari fost il-minorenni, u jistabbilixxu livell għoli ta' konnettività u inklużjoni diġitali;

34.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tan-negozji fl-istabbiliment u l-finanzjament tal-iskejjel;

35.  Jilqa' l-istabbiliment ta' sħubiji strateġiċi bejn l-istituzzjoni akkademiċi u ta' riċerka u s-sħab pubbliċi u privati bħala parti mill-Key Action 2 tal-programm Erasmus+, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti ċentri tal-ICT ta' eċċellenza u jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta' negozji ġodda teknoloġiċi;

36.  Ifakkar li valutazzjoni u monitoraġġ xierqa tal-ħiliet diġitali huma essenzjali biex jinkiseb il-progress; jilqa' l-iżvilupp ta' għodod fil-livell tal-UE għall-organizzazzjonijiet (pereżempju l-Qafas ta' Kompetenza Diġitali u l-Qafas ta' Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja ) u għall-individwi (pereżempju SELFIE); jinsisti, madankollu, li l-metodi effettivi tal-valutazzjoni tal-ħiliet iridu jkunu dinamiċi, flessibbli, aġġornati l-ħin kollu u mfassla għall-ħtiġijiet tal-istudenti, u jridu wkoll jiksbu livell ħafna usa' ta' adozzjoni fl-Unjoni, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

37.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-għodda ta' awtoriflessjoni SELFIE tkun disponibbli fil-lingwi reġjonali u tal-minoranzi tal-Istati Membri;

38.  Jilqa' l-enfasi miżjud tal-politika tal-Unjoni fuq il-ħiliet u l-edukazzjoni diġitali, kif evidenzjat b'mod partikolari mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, li jibni fuq għadd ta' inizjattivi tal-politika fuq skala żgħira li rnexxew, bħalma huma l-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar, il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali u s-Sejħa għal Azzjoni ta' Sofija dwar il-Ħiliet Diġitali u l-Edukazzjoni; jemmen li t-tagħlim tal-programming għandu jkun parti minn approċċ edukattiv usa' lejn it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-ħsieb kritiku u komputazzjonali;

39.  Jinnota, madankollu, li l-inizjattivi tal-Unjoni spiss joriġinaw minn Direttorati Ġenerali differenti fi ħdan il-Kummissjoni, u dan jostakola approċċ ikkoordinat għall-politika tal-ħiliet diġitali;

40.  Jappoġġa l-finanzjament miżjud disponibbli għall-ħiliet diġitali fil-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-QFP; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tippromwovi s-sinerġiji bejn il-programmi bħal Erasmus+, Orizzont Ewropa, InvestEU u Ewropa Diġitali u li tiġi żgurata koordinazzjoni bejniethom, sabiex tkun massimizzata l-effikaċja tal-finanzjament għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali ta' kwalità u biex ikun hemm riżultati dejjiema għal studenti ta' kwalunkwe età u ambjent; jenfasizza l-ħtieġa, barra minn hekk, li jiġi allokat finanzjament taħt dawn il-programmi u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment għad-diġitalizzazzjoni tal-libreriji, arkivji u mużewijiet biex jiżdied u jittejjeb l-użu tagħhom fl-edukazzjoni u l-kultura;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni tiżviluppa kapaċitajiet fl-oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, big data, inġinerija tas-software, quantum computing u disinn tal-web; jilqa', f'dan il-kuntest, il-komponent tal-ħiliet diġitali tal-programm Ewropa Diġitali;

42.  Iħeġġeġ sinerġiji akbar bejn l-Istati Membri tal-UE u l-bqija tad-dinja fil-qasam tal-edukazzjoni dwar l-internet u ċ-ċittadinanza elettronika attiva permezz ta' diversi mekkaniżmi u programmi ta' azzjoni esterna tal-UE, inkluż Erasmus Mundus;

43.  Jenfasizza li data miftuħa u għodod u metodi tat-teknoloġija diġitali kollaborattiva jistgħu jippermettu l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u jiżviluppaw aktar ix-Xjenza Miftuħa, u b'hekk jikkontribwixxu għall-prosperità u l-ispirtu intraprenditorjali tal-ekonomija Ewropea; jirrimarka, madankollu, li l-ġbir ta' data dwar id-diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u dwar l-użu ta' teknoloġiji diġitali fit-tagħlim huma inputs essenzjali għat-tfassil tal-politika; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data dwar il-grad ta' konnettività tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-arranġamenti għall-ħruġ ta' kwalifiki ċċertifikati b'mod diġitali u l-validazzjoni ta' ħiliet akkwiżiti b'mod diġitali, li huwa objettiv tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;

44.  Jiddispjaċih li l-ebda strateġija ġenerali għall-ħiliet diġitali ma ġiet żviluppata fil-livell tal-UE, filwaqt li l-implikazzjonijiet tat-trasformazzjoni diġitali għas-suq intern tal-UE huma ċari; jemmen li d-differenzi fost l-Istati Membri juru l-ħtieġa għal strateġija bħal din;

45.  Jenfasizza li għandhom jitfasslu rakkomandazzjonijiet għal livell minimu ta' kompetenzi diġitali li għandhom jinkisbu mill-istudenti matul l-istudji tagħhom; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri jintroduċu modulu speċifiku tal-ICT, pereżempju abbażi tal-modulu tal-ICT ta' PISA, u li l-għalliema jkunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza li l-modulu tal-ICT għandu jitfassal biex jiżgura li l-istabbilimenti edukattivi fl-Istati Membri jimmiraw għall-istess livell ta' kompetenza diġitali, permezz ta' valutazzjoni kontinwa aktar milli approċċ ibbażat fuq it-testijiet, u li kwalunkwe problema tiġi indikata malajr; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkondividu bejniethom it-tagħlimiet u l-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward fil-qasam tal-innovazzjoni pedagoġika;

46.  Jemmen li l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali għandu jitqies bħala l-ewwel pass lejn strateġija sħiħa tal-UE dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali bbażata fuq approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja, li jista' jipprovdi qafas tal-politika aktar ikkoordinat filwaqt li fl-istess ħin ikun jista' jiġi adatt għal realtajiet li qed jinbidlu; jappella, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tevalwa b'mod kritiku l-11-il azzjoni taħt il-Pjan, inkluż l-inklużività soċjali tagħhom, biex tħejji għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-2020; ifakkar li rieżami xieraq għandu jimplika rieda li jsir fokus unikament fuq l-azzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni, li jiġu eliminati l-azzjonijiet li mhumiex qegħdin jagħtu riżultati u li jiġu żviluppati azzjonijiet ġodda skont il-ħtieġa; jenfasizza li t-tisħiħ tal-ħiliet diġitali permezz ta' kollaborazzjonijiet mal-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali u fil-popolazzjoni adulta aktar diffiċli biex tintlaħaq bħalissa hi lakuna evidenti fil-Pjan;

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0247.
(3) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 135.
(4) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 44.
(5) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 182.
(6) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 76.
(7) ĠU C 443, 22.12.2017, p. 31.
(8) ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.
(9) ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.
(10) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(11) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(12) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.
(13) ĠU C 164, 8.5.2018, p. 24.
(14) http://eskills-scale.eu/fileadmin/eskills_scale/all_final_deliverables/scale_digitalisation_report.pdf
(15) Il-Kummissjoni Ewropea, Education and Training Monitor 2017.
(16) Il-Kummissjoni Ewropea, Women in the Digital Age, Lussemburgu, 2018.
(17) Il-Kummissjoni Ewropea, Joint Employment Report 2018.
(18) Eurostat, 2016.
(19) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ottubru 2008 bit-titolu "The use of ICT to support innovation and lifelong learning for all – A report on progress" (L-użu tal-ICT għall-appoġġ tal-innovazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd — Rapport dwar il-progress) (SEC(2008)2629).


Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I
PDF 134kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali (COM(2018)0719 – C8-0448/2018 – 2018/0371(COD))
P8_TA(2018)0486A8-0370/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0719),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 78(2) u 79(2) u (4), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0448/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0370/2018),

A.  billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018 ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal li ġew impenjati għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601 jew l-allokazzjoni ta’ dawk l-ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programmi nazzjonali

P8_TC1-COD(2018)0371


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/2000.)

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fid-29 ta' Novembru 2018 (Testi adottati P8_TA(2018)0468).


L-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I
PDF 302kWORD 119k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (COM(2018)0385 – C8-0249/2018 – 2018/0209(COD))(1)
P8_TA(2018)0487A8-0397/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 2
(2)  Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6 għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Dan ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu7 reċenti bħala li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 għalhekk jenħtieġ li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u fil-valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm") għall-perjodu li jibda mill-2021.
(2)  Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6 għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u ta' prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Dan ġie vvalutat b'mod pożittiv f'evalwazzjoni ta' nofs it-terminu7 reċenti bħala diġà kosteffikaċi ħafna u li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv f'termini ġenerali, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 għalhekk jenħtieġ li jitkompla b'ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u fil-valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm") għall-perjodu li jibda mill-2021.
_________________
_________________
6 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
6 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
7 Rapport dwar l-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (SWD(2017)0355 final).
7 Rapport dwar l-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (SWD(2017)0355 final).
Emenda 102
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra.
(3)  Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi, fi ħdan il-qafas ta' tranżizzjoni ġusta, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent u s-saħħa, u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-netwerk Natura 2000, tal-ġestjoni effettiva u tal-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, jew permezz ta' interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta' dawk l-għanijiet f'politiki oħra. It-tranżizzjoni ġusta jenħtieġ li tinkiseb permezz ta' konsultazzjoni u djalogu mas-sħab soċjali u mar-reġjuni u l-komunitajiet affettwati. Jenħtieġ ukoll li dawn jiġu inklużi safejn huwa possibbli fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-proġetti.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 4
(4)  L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali.
(4)  L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F'dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jirrifletti l-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, filwaqt li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u klimatika jenħtieġ li jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Jenħtieġ li għaldaqstant jiġu promossi s-sinerġiji anke b'mod komplementari ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż billi jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplementaw proġetti integrati strateġiċi u proġetti strateġiċi dwar in-natura u li jappoġġaw l-użu u r-replika ta' soluzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm. Koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li jkun hemm finanzjament doppju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi biex jipprevjenu sovrapożizzjoni u piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji tal-proġett, li jirriżultaw mill-obbligi ta' rapportar minn strumenti finanzjarji differenti.
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 5
(5)  Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli8, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika9 u l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima10 ("il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima").
(5)  Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli8, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika9, il-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima10 ("il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima"), il-Konvenzjoni UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-"Konvenzjoni ta' Aarhus"), il-Konvenzjoni UNECE dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-Konvenzjoni tan-NU ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali u l-Konvenzjoni tan-NU ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes.
_________________
_________________
8 Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015.
8 Aġenda 2030, Riżoluzzjoni adottata mill-AĠ tan-NU fil-25/09/2015.
9 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
9 93/626/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
10 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
10 ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
Emendi 6 u 101
Proposta għal Regolament
Premessa 6
(6)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari11 ,tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-203012 ,13 ,14, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura15, kif ukoll tal-politiki relatati16, 17, 18, 19, 20, hija partikolarment importanti.
(6)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari11 ,tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-203012 ,13 ,14, tal-acquis tal-Unjoni dwar in-natura14a, 14b, 15, kif ukoll tal-politiki relatati16, 17, 18, 19, 20, 20a hija partikolarment importanti, l-istess għall-implimentazzjoni20b tal-programmi ta' azzjoni ġenerali fil-qasam tal-politika tal-ambjent u l-klima adottati f'konformità mal-Artikolu 192(3) tat-TFUE, bħas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali20c.
_________________
_________________
11 COM(2015)0614 final, 02.12.2015.
11 COM(2015)0614 final, 02.12.2015.
12 Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)0015, 22.01.2014.
12 Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)0015, 22.01.2014.
13 Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)0216, 16.04.2013.
13 Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)0216, 16.04.2013.
14 Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016)0860, 30.11.2016.
14 Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016)0860, 30.11.2016.
14a Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
14b Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
15 Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)0198, 27.04.2017.
15 Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)0198, 27.04.2017.
16 Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)0918.
16 Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)0918.
17 Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
17 Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
18 Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)0231.
18 Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)0231.
19 Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, COM(2016)0501 final.
19 Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, COM(2016)0501.
20 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017.
20 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017.
20a Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
20b Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
20c Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)  L-Unjoni tagħti importanza kbira lis-sostenibbiltà fit-tul tar-riżultati tal-proġetti LIFE u lill-kapaċità li tiżgura u żżomm dawn ir-riżultati wara l-implimentazzjoni tal-proġett, fost oħrajn b'kontinwazzjoni tal-proġetti, b'replika u/jew bi trasferiment. Dan jimplika li jkunu jeżistu rekwiżiti speċjali għall-applikanti kif ukoll il-ħtieġa ta' garanziji fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat li proġetti oħra ffinanzjati mill-Unjoni ma jdgħajfux ir-riżultati ta' kwalunkwe proġett LIFE implimentat.
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 7
(7)  Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.
(7)  Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà sostenibbli, ċirkolari, rinnovabbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b'enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta' gassijiet serra, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil, skont l-objettiv tad-dekarbonizzazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 8
(8)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu.
(8)  It-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, effiċjenti u b'ebda emissjonijiet hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b'kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġija diġà disponibbli għal enerġija rinnovabbli u enerġija effiċjenti, li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-Programm jenħtieġ li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati u s-setturi kollha involuti fi tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, bħas-settur tal-bini, l-industrija, it-trasport u l-agrikoltura. L-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddisseminata dwar l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti ta' riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu.
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 9
(9)  Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f'enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU.
(9)  Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta' EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta' natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-enerġija effiċjenti, billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU.
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)   Il-programm LIFE huwa l-uniku programm iddedikat b'mod speċifiku għall-ambjent u l-azzjoni klimatika u għaldaqstant jiżvolġi rwol kruċjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dawn l-oqsma.
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 11
(11)  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu vverifikati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
(11)  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jeħtiġilhom jiġu vverifikati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 12
(12)  Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni21 l-aktar reċenti jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f'politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali.
(12)  Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jindirizza l-isfidi orizzontali, sistemiċi kif ukoll il-kawżi prinċipali għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni kif ġie identifikat fl-EIR u biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta' approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-titjib tal-governanza dwar kwistjonijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u ta' tranżizzjoni relatata ma' enerġija nadifa, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-involviment f'bosta livelli tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati, tal-bini ta' kapaċità, tal-komunikazzjoni u tas-sensibilizzazzjoni; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta' investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali.
_________________
_________________
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM(2017)0063 final).
21 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM(2017)0063 final).
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessa 13
(13)  It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f'ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
(13)  It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż f'ekosistemi tal-baħar u oħrajn akwatiċi, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-202022, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE23 u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet, bħal ġestjoni effettiva, fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu n-nefqa tagħhom relatata mal-bijodiversità sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
_________________
_________________
22 COM(2011)0244 final.
22 COM(2011)0244 final.
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
23 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
24 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
25 Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 14
(14)  L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet. Il-Programm jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta' azzjonijiet fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkumplimentaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament.
(14)  L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta' finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta' finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet, bil-prekundizzjoni li l-finanzjament jeħtieġlu jkun komplementari. Il-Programm jista' jtejjeb aktar l-effiċjenza ta' tali integrazzjoni permezz ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta' Azzjoni ta' Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġjaw programmi ta' azzjonijiet li jassistu fl-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f'politiki oħra u fi programmi ta' finanzjament, u b'hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkomplementaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f'dan ir-Regolament.
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 15
(15)  L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperifiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa xieraq li l-Programm jitħalla jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej.
(15)  L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta' servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. Bis-saħħa tal-azzjoni preparatorja BEST adottata fl-2011 u tal-Programm BEST 2.0 u l-proġett BEST RUP li segwew,BEST għenet biex l-iskema x tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperiferiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej u r-rwol ewlieni tagħhom għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. L-estimi tal-Kummissjoni Ewropea juru l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju ta' EUR 8 miljun fis-sena għal azzjonijiet fil-post f'dawn it-territorji. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta' għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Programm ikompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità, inklużi t-tisħiħ tal-kapaċità u l-kapitalizzazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati, kemm fir-Reġjuni Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej.
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Premessa 16
(16)  Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar.
(16)  Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari tal-effiċjenza fir-riżorsi teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta' materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari permezz ta' appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta' atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u l-konsumaturi), b'mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta' approċċi integrati għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista' tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar.
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  Livell għoli ta' protezzjoni ambjentali huwa ta' importanza fundamentali għas-saħħa u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-objettiv tal-Unjoni li tipproduċi u tuża sustanzi kimiċi b'modi li jwasslu għat-tnaqqis tal-effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u biex tiżviluppa strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja wkoll attivitajiet li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a sabiex jinkisbu livelli tal-istorbju li ma jwasslux għal impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u joħolqu riskji għal din.
___________________
1a Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali - Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar id-Direttiva relatata mal-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).
Emenda 19
Proposta għal Regolament
Premessa 17
(17)  L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-ajra huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta' prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.
(17)  L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-arja huwa li jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din u għall-ambjent, filwaqt li jissaħħu s-sinerġiji bejn it-titjib tal-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu, b'mod partikolari f'żoni fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġja proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta' prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.
_________________
_________________
26 Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
26 Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
Emenda 20
Proposta għal Regolament
Premessa 19
(19)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28; il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar.
(19)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent akkwatiku huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġja dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi akkwatiċi b'mod partikolari f'siti tal-baħar ta' Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28; il-promozzjoni ta' ibħra nodfa u b'saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b'mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b'saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent akkwatiku.
_________________
_________________
28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
28 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
Emenda 21
Proposta għal Regolament
Premessa 19 a (ġdida)
(19a)  L-istatus attwali ta' konservazzjoni taż-żoni ta' Natura 2000 f'art agrikola huwa ħażin ħafna, li jindika li tali żoni għad jeħtieġu protezzjoni. Il-pagamenti attwali tal-PAK għaż-żoni ta' Natura 2000 huma l-aktar mezz effettiv biex tiġi ppreservata l-bijodiversità fl-art agrikola1a. Madankollu, tali pagamenti mhumiex biżżejjed u ma jirrappreżentawx valur għoli għall-kapital naturali. Sabiex tiġi inċentivata l-protezzjoni ambjentali ta' tali żoni, il-pagamenti tal-PAK għaż-żoni ta' Natura 2000 jenħtieġ li għalhekk jiżdiedu.
_________________
1a G. Pe'er, S. Lakner, R. Müller, G. Passoni, V. Bontzorlos, D. Clough, F. Moreira, C. Azam, J. Berger, P. Bezak, A. Bonn, B. Hansjürgens, L. Hartmann, J. Kleemann, A. Lomba, A. Sahrbacher, S. Schindler, C. Schleyer, J. Schmidt, S. Schüler, C. Sirami, M. von Meyer-Höfer u Y. Zinngrebe (2017). Is the CAP Fit for purpose? An evidence based fitness check assessment (Il-PAK hija adattata għal dak l-iskop? Valutazzjoni tal-kontroll tal-idoneità bbażata fuq l-evidenza). Leipzig, "German Centre for Integrative Biodiversity Research" (Ċentru Ġermaniż għal Riċerka Integrata dwar il-Bijodiversità) (iDiv) Halle-Jena-Leipzig.
Emenda 22
Proposta għal Regolament
Premessa 20
(20)  It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom.
(20)  It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni li tqis netwerks ġodda tal-midja u dawk soċjali, l-involviment tal-konsumaturi u tespandi f'diversi livelli l-involviment tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f'konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Programm jappoġġja firxa wiesgħa ta' NGOs kif ukoll netwerks ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li jsegwu għan li huwa ta' interess ġenerali tal-Unjoni, u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew l-azzjoni klimatika, bl-għoti, b'mod kompetittiv u trasparenti, ta' għotjiet operattivi sabiex jgħinu lil dawn l-NGOs, in-netwerks u l-entitajiet jagħmlu kontribuzzjonijiet effikaċi għall-politika tal-Unjoni, u biex jibnu u jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex isiru sħab aktar effiċjenti.
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Premessa 21
(21)  Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun l-għan trasversali għas-subprogrammi kollha tal-Programm, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali29.
(21)  Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun l-għan trasversali għas-subprogrammi kollha tal-Programm, il-Programm jenħtieġ li jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar, u l-konformità effettiva mal-acquis tal-ambjent u tal-klima, b'mod partikolari tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali29 29a, u l-Kumitat ta' Konformità tal-Konvenzjoni ta' Aarhus.
_________________
_________________
29 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
29 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
29a Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
Emenda 24
Proposta għal Regolament
Premessa 22
(22)  Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.
(22)  Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġja lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa' ta' soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Premessa 22 a (ġdida)
(22a)  Il-Programm huwa mfassal biex jappoġġja d-dimostrazzjoni ta' tekniki, approċċi u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu rreplikati u estiżi. Soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' prattiki ta' biedja sostenibbli fl-oqsma attivi fis-suġġetti tal-klima, l-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità u l-iskart. Għandha ssir enfasi f'dan ir-rigward fuq is-sinerġiji ma' programmi u politiki oħra, bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola u l- Iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tal-UE.
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Premessa 23
(23)  Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni (integrazzjoni). Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji.
(23)  Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f'azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta' finanzjament ewlenin tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiżdiedu l-isforzi ta' integrazzjoni, biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà, il-bijodiversità u l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta' salvagwardji tas-sostenibbiltà fl-istrumenti kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta metodoloġija komuni u tieħu miżuri effettivi biex tiżgura li l-proġetti LIFE ma jiġux affettwati b'mod negattiv minn programmi u politiki oħra tal-Unjoni. Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta' finanzjament u sorsi oħrajn ta' finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji.
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Premessa 23 a (ġdida)
(23a)  Is-suċċess ta' proġetti strateġiċi għall-protezzjoni tan-natura u ta' proġetti integrati strateġiċi jiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-atturi mhux statali affettwati mill-objettivi tal-Programm. Il-prinċipji ta' trasparenza u ta' żvelar rigward deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta' proġetti jenħtieġ li, għalhekk, jiġu applikati, b'mod partikolari fil-każ ta' integrazzjoni jew meta jkunu involuti sorsi ta' finanzjament multipli.
Emenda 28
Proposta għal Regolament
Premessa 24
(24)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(24)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b'mod koordinat u ambizzjuż, skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta' tal-inqas 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġja l-għanijiet klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu [61 %] tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Premessa 25
(25)  Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.
(25)  Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni u tal-Istati Membri jissaħħaħ kif xieraq f'dak ir-rigward. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.
Emenda 30
Proposta għal Regolament
Premessa 26
(26)  B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-Programm, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra biex ixxandar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam.
(26)  B'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta' kuntatt nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Programm, inkluż fl-istabbiliment ta' netwerk konsultattiv fil-livell lokali biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' proġetti b'valur miżjud għoli u b'impatt kbir fuq il-politika u biex tiżgura l-għoti ta' informazzjoni dwar il-finanzjament komplementari, it-trasferibbiltà ta' proġetti kif ukoll is-sostenibbiltà fit-tul, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta' proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra, bħal kampanji tal-midja, sabiex ixxandar aħjar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta' esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b'użu baxx ta' fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta' proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati jkunu involuti f'din il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni.
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Premessa 28 a (ġdida)
(28a)  Jenħtieġ li r-rati minimi u massimi ta' kofinanzjament jiġu stabbiliti f'livelli li huma meħtieġa b'dan il-mod biex jinżamm il-livell effettiv ta' appoġġ ipprovdut mill-Programm, filwaqt li jitqiesu l-flessibbiltà u l-adattabilità li huma meħtieġa biex iwieġbu għall-medda eżistenti ta' azzjonijiet u entitajiet.
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Premessa 31
(31)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji.
(31)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni li faċilment tiġi esegwita u li tippromwovi semplifikazzjoni reali għall-mexxejja tal-proġetti.
Emenda 33
Proposta għal Regolament
Premessa 36 a (ġdida)
(36a)  Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-Programm huma konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, is-setgħa biex jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta programmi ta' ħidma pluriennali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 34
Proposta għal Regolament
Premessa 38
(38)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-għanijiet u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet jew tal-impenji internazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija nadifa rilevanti ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(38)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kontribuzzjoni għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u azzjoni klimatika ambizzjuża b'governanza tajba u approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati u għall-ilħuq tal-għanijiet u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet jew tal-impenji internazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-bijodiversità, il-klima, l-ekonomija ċirkolari u l-enerġija rinnovabbli u l-enerġija effiċjenti rilevanti ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
Emenda 35
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm").
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-"Programm"), li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 36
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għal dan il-perjodu, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Emenda 37
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE;
(1)  "proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti, b'mod partikolari biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE;
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.
1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi, fi ħdan il-qafas ta' tranżizzjoni ġusta, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'ebda emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.
Emenda 39
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità;
(a)  li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u rinnovabbli u aktar enerġija effiċjenti, u li jikkontribwixxi għal bażi ta' għarfien, għal ġestjoni effettiva u għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-Netwerk Natura 2000;
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b)  li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;
(b)  li jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-konformità effettiva u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Programmi Ġenerali għall-Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni li ġew adottati skont l-Artikolu 192(3) tat-TFUE u billi jtejjeb il-governanza ambjentali u klimatika fil-livelli kollha, inkluż billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;
Emenda 41
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 5 450 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 442 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 7 272 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali).
Emenda 42
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
(a)  EUR 3 500 000 000 għall-qasam Ambjent, li minnhom
(a)  EUR 4 715 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 5 322 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 73,2 % tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm) għall-qasam Ambjent, li minnhom
(1)  EUR 2 150 000 000 għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u
(1)  EUR 2 829 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 3 261 420 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 44,9 % tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm) għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u
(2)  EUR 1 350 000 000 għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja;
(2)  EUR 1 886 000 000 f'termini ta' prezzijiet tal-2018 (EUR 2 060 580 000 f'termini ta' prezzijiet attwali, li jikkostitwixxi 28,3% tal-pakkett finanzjarju totali tal-Programm) għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja;
(b)  EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom
(b)  EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom
(1)  EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u
(1)  EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u
(2)  EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.
(2)  EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.
Emenda 43
Proposta għal Regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
1.  Soġġett għall-konformità sħiħa mar-regoli u mar-regolamenti kollha tiegħu, il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
Emenda 44
Proposta għal Regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Kooperazzjoni internazzjonali
Matul l-implimentazzjoni tal-Programm, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u mal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħhom, għandha tkun possibbli fejn meħtieġ għall-fini tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3.
Emenda 45
Proposta għal Regolament
Artikolu 7
Il-Programm għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura l-konsistenza tiegħu mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-Programm u l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza u l-koordinazzjoni mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa , l-Iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-Fond għall-Innovazzjoni u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġjati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Il-Kummissjoni għandha tidentifika azzjonijiet speċifiċi u għandha timmobilizza finanzjament rilevanti fl-ambitu tal-programmi l-oħra tal-Unjoni, u tiffaċilita l-implimentazzjoni kkoordinata u koerenti tal-azzjonijiet komplementari ffinanzjati minn sorsi oħra.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Programm għandu jiġi implimentat fi ħdan il-qafas ta' tranżizzjoni ġusta, fejn il-komunitajiet u t-territorji affettwati jiġu inklużi fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-proġetti, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet u djalogu.
Emenda 46
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Il-proġetti fi ħdan is-subprogramm Natura u Bijodiversità dwar il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom jiġu appoġġati skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE.
3.  Il-proġetti fi ħdan is-subprogramm Natura u Bijodiversità dwar il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom iqisu l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet, l-istrateġiji u l-politiki nazzjonali u reġjonali, fost oħrajn fl-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE.
Emenda 47
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
4.  L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra mill-Unjoni, sakemm il-proġett isegwi l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jkunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri.
4.  L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra minn Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew li jappartjeni għalih, sakemm il-proġett isegwi l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jkunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew, jew biex jappoġġjaw ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalihom.
Emenda 48
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a – punt 3
(3)  pajjiżi terzi oħra elenkati fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 sa 6;
(3)  pajjiżi terzi oħra elenkati fil-programmi ta' ħidma pluriennali, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 sa 6;
Emenda 49
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 – paragrafu 6 a (ġdid)
6a.   Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi tal-programm u l-parteċipazzjoni effiċjenti tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta dan l-artikolu billi tiddefinixxi taħt liema kundizzjonijiet dawn ikunu pparteċipaw b'mod suffiċjenti fil-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-programm.
Emenda 50
Proposta għal Regolament
Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Proċeduri għall-preżentazzjoni u l-għażla tal-proġetti
1.  Il-programm għandu jintroduċi l-proċeduri li ġejjin għall-preżentazzjoni u l-għażla ta' proġetti:
(a)  approċċ simplifikat f'żewġ stadji bbażat fuq is-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' sommarju eżekuttiv u proposta kompluta għall-kandidati li l-proposti tagħhom ikunu ġew magħżula;
(b)  approċċ standard fi stadju wieħed ibbażat biss fuq is-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' proposta kompluta. L-għażla tal-approċċ standard għad-detriment tal-approċċ simplifikat għandha tkun iġġustifikata fil-programm ta' ħidma li jqis ir-restrizzjonijiet organizzattivi u operattivi speċifiċi għal kull sottoprogramm u, fejn xieraq, ta' kull sejħa għal proposti.
2.  Fil-paragrafu 1, "sommarju eżekuttiv" tfisser sommarju ta' mhux aktar minn għaxar paġni li jinkludi deskrizzjoni tal-kontenut tal-proġett, is-sieħeb/sħab potenzjali, il-limitazzjonijiet li aktarx jinħolqu u l-pjan ta' emerġenza biex issir reazzjoni għalihom, kif ukoll l-istrateġija magħżula biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett lil hinn mill-ħajja nominali tagħhom, il-formoli amministrattivi relatati mal-benefiċjarji li jipparteċipaw fil-proġett kif ukoll il-baġit dettaljat tal-proġett.
Emenda 51
Proposta għal Regolament
Artikolu 13
Artikolu 13
Artikolu 13
Kriterji tal-għotjiet
Kriterji tal-għotjiet
Il-kriterji tal-għotjiet għandhom jiġu stabbiliti fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
Il-kriterji tal-għotjiet għandhom jiġu definiti fil-programmi ta' ħidma pluriennali stabbiliti fl-Artikolu 17, u fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
(a)  proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jimminaw l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;
(a)  proġetti ffinanzjati mill-Programm m'għandhomx idgħajfu l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, kull fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;
(aa)  il-proġetti għandhom jiżguraw approċċ kosteffikaċi u li jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti;
(ab)  il-proġetti bl-ogħla kontribut potenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jingħataw prijorità;
(b)  proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-subprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw prijorità;
(b)  proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-subprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw prijorità;
(c)  proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u adottati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal katalitiku) għandhom jingħataw prijorità;
(c)  proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u adottati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal katalitiku) għandhom jibbenifikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
(d)  għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard;
(d)  għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard;
(e)  proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta' proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
(e)  proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta' proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
(f)  fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi.
(f)  fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bilanċ bijoġeografiku tal-proġetti u lil proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali, żoni ta' valur naturali għoli jew reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 52
Proposta għal Regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Sabiex ikunu eliġibbli għal kontribuzzjonijiet taħt il-Programm, l-azzjonijiet li ġew iffinanzjati minn programmi oħra tal-Unjoni għandhom jevitaw milli jdgħajfu l-objettivi ambjentali jew klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
Emenda 53
Proposta għal Regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin:
2.  L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin:
(a)  ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm;
(a)  ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm;
(b)  jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;
(b)  jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;
(c)  ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.
(c)  ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonjiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.
Emenda 54
Proposta għal Regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju, b'attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u ta' trasparenza.
Emenda 55
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – titolu
Programm ta' ħidma
Programm ta' ħidma pluriennali
Emenda 56
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' mill-inqas żewġ programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.
1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' mill-inqas żewġ programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta dawn il-programmi ta' ħidma pluriennali.
Emenda 57
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-koleġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jiġu kkonsultati b'mod adegwat meta jiġu żviluppati l-programmi ta' ħidma pluriennali.
Emenda 58
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-livelli minimi u massimi għar-rati ta' kofinanzjament, differenzjati fost is-subprogrammi stipulati fl-Artikolu 4 u l-azzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 10, li għalihom ir-rati massimi ta' kofinanzjament totali fl-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għall-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(2) għandhom ikunu sa [60 %] tal-kostijiet eliġibbli u [75 %] fil-każ ta' proġetti ffinanzjati taħt is-Subprogramm Natura u Bijodiversità li jikkonċernaw il-ħabitats jew l-ispeċijiet ta' prijorità għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE jew l-ispeċijiet ta' għasafar li jitqiesu bħala prijorità għal finanzjament mill-Kumitat tal-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku, stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/147/KE, meta meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan tal-konservazzjoni;
Emenda 59
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
(ab)  l-ammont massimu globali riservat għall-operazzjonijiet ta' taħlit;
Emenda 60
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 - paragrafu 2 - punt da (ġdid)
(da)  skedi ta' żmien indikattivi għas-sejħiet għall-proposti għall-perjodu koperti mill-programm ta' ħidma pluriennali;
Emenda 61
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db)  il-metodoloġija teknika għall-preżentazzjoni u l-proċedura tal-għażla tal-proġett u l-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 13, tal-għażla u tal-għoti.
Emenda 62
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  It-tul tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' erba' snin u t-tul tat-tieni programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' tliet snin.
Emenda 63
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi li ma jintużawx minn sejħa għal proposti partikolari jiġu riallokati bejn it-tipi differenti ta' azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2).
Emenda 64
Proposta għal Regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2c (ġdid)
2c.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma pluriennali.
Emenda 65
Proposta għal Regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'konsiderazzjoni dovuta għall-koerenza, is-sinerġiji, il-valur miżjud tal-Unjoni u s-sostenibbiltà fit-tul, filwaqt li jintużaw il-prijoritajiet rilevanti tal-Programm ta' Azzjoni Ambjentali.
Emenda 66
Proposta għal Regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm.
2.  L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn jintużaw l-indikaturi tal-output u tar-riżultati kif stabbilit f'konformità mal-Anness II. L-evalwazzjoni għandha, jekk meħtieġ, tiġi akkumpanjata minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament.
L-evalwazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:
(a)  l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programm;
(b)  l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi,
(c)  il-grad ta' kemm intlaħqu l-objettivi tal-miżuri kollha filwaqt li jiġu speċifikati, fejn possibbli, ir-riżultati u l-impatti,
(d)  is-suċċess attwali jew mistenni ta' proġetti fl-ingranaġġ ta' fondi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-benefiċċji ta' aktar koerenza ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni,
(e)  il-punt sa fejn jintlaħqu s-sinerġiji bejn l-objettivi u l-komplementarjetà ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni,
(f)  il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt fit-tul tal-Programm, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri,
(g)  il-punt sa fejn il-partijiet ikkonċernati kienu involuti;
(h)  analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribuzzjoni tal-Programm għall-istat ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi, elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE.
Emenda 67
Proposta għal Regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni u għandha tiġi kkomplementata minn rapport ta' evalwazzjoni ex post estern u indipendenti li jkopri l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm.
Emenda 68
Proposta għal Regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 69
Proposta għal Regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jużaw il-logo tal-Programm, kif muri fl-Anness IIa, għall-attivitajiet kollha ta' komunikazzjoni u dak il-logo għandu jidher fuq avviżieri viżibbli għall-pubbliku f'postijiet strateġiċi. L-oġġetti dewwiema kollha miksuba fil-qafas tal-Programm għandu jkollhom il-logo tal-Programm ħlief f'każijiet speċifikati mill-Kummissjoni.
Emenda 70
Proposta għal Regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4
4.  Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jistgħu jiġu investiti fi strumenti finanzjarji stabbiliti taħt [Fond InvestEU].
4.  Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 għandhom jiġu riallokati bejn l-azzjonijiet fl-ambitu ta' dan il-Programm.
Emenda 71
Proposta għal Regolament
Anness II – punt 2 – punt 2.1 – inċiż 3a (ġdid)
—  Sustanzi kimiċi
Emenda 72
Proposta għal Regolament
Anness II – punt 2 – punt 2.1 – inċiż 5 a (ġdid)
—  Storbju
Emenda 73
Proposta għal Regolament
Anness II – punt 2 – punt 2.1 – inċiż 5b (ġdid)
—  Użu u effiċjenza tar-riżorsi
Emenda 74
Proposta għal Regolament
Anness II – punt 2 – punt 2.2a (ġdid)
2.2a.  Sensibilizzazzjoni
Emenda 75
Proposta għal Regolament
Anness IIa (ġdid)
ANNESS IIa
Logo tal-programm
20181211-P8_TA(2018)0487_MT-p0000002.png

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0397/2018).


Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I
PDF 128kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2017)0011 – C8-0010/2017 – 2017/0004(COD))
P8_TA(2018)0488A8-0142/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0010/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta' Ottubru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0142/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Diċembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

P8_TC1-COD(2017)0004


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/130.)

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 56.


It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I
PDF 337kWORD 103k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid] (COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD))(1)
P8_TA(2018)0489A8-0417/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43, 114, u 168(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43, 114, 168(4)(b) u 192(1) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' amministrazzjoni, stima u komunikazzjoni tar-riskju jkunu bbażati fuq applikazzjoni bir-reqqa tal-prinċipju ta' prekawzjoni, fost l-oħrajn.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta' komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma' djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha biex jiġu żgurati koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta' analiżi tar-riskju.
(4)  Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess trasparenti, indipendenti, kontinwu u inklużiv ta' komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lill-assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jerġa' jikseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-idea li l-proċess sħiħ huwa sostnut mill-objettiv ta' dan ir-Regolament, li huwa li jiżgura livell għoli tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Dak il-proċess jenħtieġ li jkun ukoll kapaċi jikkontribwixxi għal djalogu parteċipattiv u miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-pubbliku, biex jiġu żgurati l-prevalenza tal-interess pubbliku biss, l-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-obbligu ta' rendikont fi ħdan il-proċess ta' analiżi tar-riskju.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Meta tiffirma ftehimiet kummerċjali, jeħtieġ li l-Unjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni dwar l-ikel ta' pajjiżi terzi sħab magħha tkun tal-anqas tipproteġi s-sigurtà tal-ikel daqs il-leġiżlazzjoni Ewropea, sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-konsumaturi u timpedixxi kompetizzjoni inġusta mal-prodotti Ewropej.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Jenħtieġ li tinxteħet enfasi partikolari fuq l-ispjegazzjoni b'mod koerenti, xieraq u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-istima tar-riskju nfushom iżda anki ta' kif dawn jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti.
(5)  Jenħtieġ li titqiegħed enfasi partikolari fuq l-ispjegazzjoni b'mod preċiż, ċar, oġġettiv u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-istima tar-riskju nfushom iżda anki ta' kif dawn jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Għal dan l-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju.
(6)  Għal dan l-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju. B'rabta ma' dan, jenħtieġ li jitqiesu r-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju, filwaqt li tiġi ggarantita l-indipendenza tagħhom.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta' riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, min hu u x'inhu affettwat b'mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta' esponiment għar-riskju, il-ħila ta' kontroll tar-riskju u ta' fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta' urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju.
(8)  Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex il-pubbliku jkollu aċċess għall-informazzjoni neċessarja b'tali mod li jinkiseb livell għoli ta' trasparenza fil-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta' riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, fuq is-saħħa tal-annimali u fuq l-ambjent, min hu u x'inhu affettwat b'mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta' esponiment għar-riskju, il-ħila ta' minimizzazzjoni jew ta' kontroll tar-riskju u ta' fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta' urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  It-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju tikkontribwixxi għall-kisba ta' leġittimità akbar mill-Awtorità f'għajnejn il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali fit-twettiq tal-missjoni tagħha, iżżid il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tagħha u tiżgura li l-Awtorità tkun aktar responsabbli quddiem iċ-ċittadini tal-Unjoni f'sistema demokratika. Għaldaqstant, hu essenzjali li tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku ġenerali u ta' partijiet interessati oħra fil-proċess ta' analiżi tar-riskju li hu l-bażi li fuqu hi mibnija l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u b'mod partikolari fl-istima tar-riskju, inklużi l-organizzazzjoni u l-indipendenza tal-Awtorità u t-trasparenza.
(9)  Titjib fit-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju jikkontribwixxi għall-kisba ta' leġittimità akbar mill-Awtorità f'għajnejn il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali fit-twettiq tal-missjoni tagħha, iżid il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tagħha u jiżgura li l-Awtorità tkun aktar responsabbli quddiem iċ-ċittadini tal-Unjoni f'sistema demokratika. Għaldaqstant, hu essenzjali li terġa' tinbena l-fiduċja tal-pubbliku ġenerali u ta' partijiet interessati oħra fil-proċess ta' analiżi tar-riskju li hu l-bażi li fuqu hi mibnija l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u b'mod partikolari fl-istima tar-riskju, inklużi l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-indipendenza tal-Awtorità u t-trasparenza.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Xieraq li l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità tiġi allinjata mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2012 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati22.
imħassar
__________________
22 https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju.
(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet industrijali fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju u li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u firxa wiesgħa ta' esperjenza rilevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.
(12)  Il-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u impenn għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent u firxa wiesgħa ta' esperjenza rilevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha. B'mod partikolari, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi. B'hekk, is-sistema trid tissaħħaħ u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu rwol aktar attiv biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti disponibbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistema tal-Unjoni ta' stima tar-riskju f'termini ta' livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku, ta' indipendenza u ta' għarfien espert multidixxiplinari.
(13)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha permezz ta' persunal espert. Barra minn hekk, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u jenħtieġ li r-raġuni għal dan it-tnaqqis tiġi eżaminata. Sitt Stati Membri jipprovdu żewġ terzi tal-esperti fuq il-bordijiet xjentifiċi. Peress li fil-preżent ir-Renju Unit jipprovdi madwar 20 % tal-esperti nazzjonali, il-problema se tiġi aggravata bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Sabiex dan il-fenomenu jiġi indirizzat b'mod aktar effettiv, b'hekk, is-sistema trid tissaħħaħ u tiġi promossa, filwaqt li tħeġġeġ lill-kandidati japplikaw, u l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw it-tixrid tas-sejħiet tal-Awtorità għal espressjonijiet ta' interess għas-sħubija fil-Bordijiet Xjentifiċi u fil-Kumitat Xjentifiku, biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti indipendenti disponibbli, billi jwettqu azzjonijiet ta' appoġġ u billi jużaw inċentivi u premjijiet biex iżidu l-livell ta' parteċipazzjoni u l-grad ta' interess fil-parteċipazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-istima tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi oħra fil-livell tal-Unjoni, xieraq li n-nomina tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi mill-Istati Membri, l-għażla ta' dawn mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord. Għal dan l-għan hu essenzjali wkoll li d-Direttur Eżekuttiv, li l-funzjoni tiegħu hi li jiddefendi l-interessi tal-EFSA u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, għandu rwol fl-għażla u fil-ħatra ta' dawk l-esperti xjentifiċi. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri oħra wkoll biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement.
(14)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-istima tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi oħra fil-livell tal-Unjoni, xieraq li n-nomina tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi, l-għażla ta' dawn mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord. Għal dan l-għan hu essenzjali wkoll li d-Direttur Eżekuttiv, li hu r-rappreżentant legali tal-Awtorità u li l-funzjoni tiegħu hi li jiddefendi l-interessi tal-EFSA u li jwettaq monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, għandu rwol fl-għażla u fil-ħatra ta' dawk l-esperti xjentifiċi. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri oħra wkoll, inkluż kumpens finanzjarju xieraq, biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement u biex jiddedikaw ħin biżżejjed għall-ħidma tagħhom relatata mal-istima tar-riskju għall-Awtorità.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Hu essenzjal li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-Awtorità u li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-għarfien espert tiegħu. Għaldaqstant hemm bżonn li jissaħħaħ l-approċċ ipprovdut mill-Awtorità u mill-Istati Membri għall-ħidma tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità. B'mod partikolari, l-Awtorità jenħtieġ li torganizza l-ħidma preparatorja li ssostni l-kompiti tal-Bordijiet, inkluż billi titlob lill-persunal tal-Awtorità jew lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali li jinsabu f'netwerk mal-Awtorità biex jabbozzaw opinjonijiet xjentifiċi preparatorji li jridu jiġu evalwati bejn il-pari u adottati mill-Bordijiet.
(15)  Hu essenzjali li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-Awtorità u li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-għarfien espert tagħha. Għaldaqstant hemm bżonn li jissaħħaħ l-approċċ ipprovdut mill-Awtorità u mill-Istati Membri għall-ħidma tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità. B'mod partikolari, l-Awtorità jenħtieġ li torganizza l-ħidma preparatorja li ssostni l-kompiti tal-Bordijiet, inkluż billi titlob lill-persunal tal-Awtorità jew lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali li jinsabu f'netwerk mal-Awtorità biex jabbozzaw opinjonijiet xjentifiċi preparatorji li jridu jiġu evalwati bejn il-pari u adottati mill-Bordijiet. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant li juri bil-provi li s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà fid-dawl tal-għarfien xjentifiku fil-pussess tiegħu. Dan il-prinċipju hu bbażat fuq l-idea li s-saħħa pubblika hi protetta aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant peress li dan irid juri bil-provi oġġett partikolari hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li oġġett mhuwiex sikur biex ikunu jistgħu jipprojbixxuh mis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx flus pubbliċi biex jiġu kkummissjonati studji għaljin li finalment jgħinu lill-industrija jqiegħed prodott fis-suq. Skont dan il-prinċipju u f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel, l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' oġġett.
(16)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant li juri bil-provi li s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà fid-dawl tal-għarfien xjentifiku fil-pussess tiegħu. Dan il-prinċipju hu bbażat fuq l-idea li s-saħħa pubblika u l-ambjent jiġu protetti aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant peress li dan irid juri bil-provi li oġġett partikolari hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li oġġett mhuwiex sikur biex ikunu jistgħu jipprojbuh mis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx flus pubbliċi biex jiġu kkummissjonati studji għaljin li finalment jgħinu lill-industrija tqiegħed prodott fis-suq. Skont dan il-prinċipju u f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel, l-applikanti huma obbligati jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' oġġett.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Paragun bejn l-aġenziji tal-Unjoni juri li l-Awtorità teħtieġ sa 55 xhar għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, jiġifieri ħames darbiet aktar mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Dan jiskoraġġixxi lill-kumpaniji milli jinvestu fi prodotti innovattivi u jnaqqas il-kompetittività tal-Unjoni fuq medda twil ta' żmien. Barra minn hekk, proċeduri twal ta' awtorizzazzjoni jnaqqsu l-fiduċja fl-Awtorità. Għalhekk, huwa rakkomandat b'urġenza li l-effiċjenza tal-istima tar-riskju tiġi żgurata permezz ta' riżorsi umani u finanzjarji aħjar.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Jeżistu dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet. Hu essenzjali li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa lill-Awtorità għall-istima tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li jkun xieraq li l-Awtorità tipprovdi parir lil applikant potenzjali, fuq talba, dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni b'mod formali, filwaqt li ma tidħolx fid-disinn tal-istudji li jridu jiġu sottomessi li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-applikant. Biex tiġi żgurata t-trasparenza ta' dan il-proċess, il-parir tal-Awtorità jenħtieġ li jiġi ppubblikat.
(17)  Jeżistu dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet. Hu essenzjali li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa lill-Awtorità għall-istima tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li jkun xieraq li l-Awtorità tipprovdi parir lil applikant potenzjali, fuq talba, dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni b'mod formali. Sa ... 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-impatt tal-parir ġenerali pprovdut dwar il-funzjonament tal-Awtorità. Jenħtieġ, b'mod partikolari, li l-Kummissjoni tevalwa l-impatt tiegħu fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Awtorità u l-indipendenza tagħha.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  L-Awtorità jenħtieġ li tkun taf x'inhu l-oġġett tal-istudji kollha mwettqa minn applikant bl-għan li fil-futur jagħmel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Għal dan l-għan, hu meħtieġ u xieraq li l-operaturi ta' negozju li jikkummissjonaw l-istudji u l-laboratorji li jwettquhom jinnotifikaw dawk l-istudji lill-Awtorità meta jikkummissjonawhom. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss ladarba tiġi ppubblikata applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza.
(18)  L-Awtorità jenħtieġ li tkun taf x'inhu l-oġġett tal-istudji kollha mwettqa minn applikant bl-għan li fil-futur jagħmel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tiġdid skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Għal dan l-għan, hu meħtieġ u xieraq li l-operaturi ta' negozju li jikkummissjonaw l-istudji u l-laboratorji li jwettquhom jinnotifikaw dawk l-istudji lill-Awtorità meta jikkummissjonawhom fl-Unjoni jew lil hinn minnha. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss ladarba tiġi ppubblikata applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni jew tiġdid f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Hemm ċertu tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. L-Awtorità diġà tagħmel tiftix f'tagħrif xjentifiku biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar l-oġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha. Biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanzija li jiżgura li l-Awtorità jista' jkollha aċċess għad-data u għall-istudji xjentifiċi rilevanti kollha disponibbli dwar oġġett soġġett għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, xieraq li jiġi pprovdut għal konsultazzjoni mal-partijiet terzi biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli. Biex tiżdied l-effikaċja tal-konsultazzjoni, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir meta l-istudji sottomessi mill-industrija inklużi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jiġu ppubblikati, skont ir-regoli dwar it-trasparenza ta' dan ir-Regolament.
(20)  Hemm ċertu tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. F'każ ta' applikazzjoni ġdida għal awtorizzazzjoni jew proċedura ta' tiġdid, jenħtieġ li l-Awtorità dejjem twettaq tiftix f'tagħrif xjentifiku biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar l-oġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha u, fejn meħtieġ, titlob studji addizzjonali. Jenħtieġ li l-Awtorità tipprovdi aċċess pubbliku għal-letteratura xjentifika rilevanti kollha dwar il-kwistjoni, li jkollha f'idejha. Biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanzija li jiżgura li l-Awtorità jista' jkollha aċċess għad-data u għall-istudji xjentifiċi rilevanti kollha disponibbli dwar oġġett soġġett għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, xieraq li jiġi pprovdut għal konsultazzjoni mal-partijiet terzi biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli. Biex tiżdied l-effikaċja tal-konsultazzjoni, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir immedjatament wara li l-istudji sottomessi mill-industrija inklużi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkunu ġew ippubblikati, skont ir-regoli dwar it-trasparenza ta' dan ir-Regolament.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel normalment jikkonformaw ma' prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment, li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, f'ċerti każijiet jistgħu jqumu problemi ta' konformità mal-istandards applikabbli u għalhekk hemm sistemi nazzjonali fis-seħħ għall-verifika tat-tali konformità. Xieraq li jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanziji biex il-pubbliku ġenerali jserraħ rasu dwar il-kwalità tal-istudji u li tiġi stabbilita sistema msaħħa tal-awditjar li biha l-kontrolli mill-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji mil-laboratorji li jwettqu t-tali studji u testijiet jiġu vverifikati mill-Kummissjoni.
(21)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel jenħtieġ li jkunu bbażati fuq letteratura indipendenti evalwata bejn il-pari jew jikkonformaw ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment u prinċipji ta' Prattika Tajba tal-Laboratorju (GLP), li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, f'ċerti każijiet jistgħu jqumu problemi ta' konformità mal-istandards applikabbli u għalhekk hemm sistemi nazzjonali fis-seħħ għall-verifika tat-tali konformità. Xieraq li jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanziji biex il-pubbliku ġenerali jserraħ rasu dwar il-kwalità tal-istudji u li tiġi stabbilita sistema msaħħa tal-awditjar li biha l-kontrolli mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi, f'kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji mil-laboratorji li jwettqu t-tali studji u testijiet fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi jiġu vverifikati mill-Kummissjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Hemm bżonn li tinbena biżżejjed flessibbiltà fil-proċess sabiex ikun jista' jitqies minnufih għarfien ġdid dwar effetti avversi serji fuq is-saħħa, anke meta dawn ma jkunux speċifikament koperti minn rekwiżiti regolatorji tad-data.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversja fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest ta' stima tar-riskju. Peress li din tkun iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iskattar tal-kummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji kkummissjonati jkollhom bżonn kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza inkwistjoni (pereżempju jsiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda).
(22)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversja fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest ta' stima tar-riskju. Peress li din tkun iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f'każ ta' sejbiet xjentifiċi diverġenti, tkun responsabbli għall-iskattar tal-kummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji kkummissjonati jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza inkwistjoni fil-proċess ta' stima tar-riskju (pereżempju jsiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)   Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tistabbilixxi għadd ta' drittijiet tal-pubbliku rigward l-ambjent. Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tipprevedi d-dritt li kulħadd jirċievi l-informazzjoni ambjentali li tkun fil-pussess tal-awtoritajiet pubbliċi, id-dritt għall-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali u d-dritt li dak li jkun jirrieżamina l-proċeduri biex jikkontesta deċiżjonijiet pubbliċi li jkunu saru mingħajr ma jirrispettaw iż-żewġ drittijiet imsemmija hawn fuq jew il-liġi ambjentali inġenerali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" kkonfermat it-tħassib rigward it-trasparenza fir-rigward tar-rispett għall-istudji kkummissjonati mill-industrija u sottomessi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni23.
(24)  Bħala parti għall-Konvenzjoni ta' Aarhus, l-Unjoni rrikonoxxiet li, fil-qasam tal-ambjent, l-aċċess imtejjeb għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet iżidu l-kwalità u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet, jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-kwistjonijiet ambjentali, jagħtu lill-pubbliku l-opportunità li jesprimi t-tħassib tiegħu u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw dan it-tħassib. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" kkonfermat it-tħassib rigward it-trasparenza fir-rigward tar-rispett għall-istudji kkummissjonati mill-industrija u sottomessi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni23.
__________________
__________________
23 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-ECI "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi", C(2017)8414.
23 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-ECI "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi", C(2017)8414.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Bl-użu tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi bħala l-mudell tiegħu, kif stabbilit fl-Artikoli 89 sa 93 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord tal-Appell tal-EFSA permezz ta' atti delegati.
_______________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Biex jiġi ddeterminat x'livell ta' divulgazzjoni jsib il-bilanċ it-tajjeb, id-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju jenħtieġ li jitqabblu mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
(27)  Biex jiġi ddeterminat x'livell ta' divulgazzjoni proattiva jsib il-bilanċ it-tajjeb, il-ħtieġa li t-trasparenza tiġi żgurata fil-proċess ta' stima tar-riskju jenħtieġ li titqabbel mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jikkonsistu minn livell għoli ta' protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, kif ukoll il-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)   Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti f'dan ir-Regolament mhumiex maħsuba biex jillimitaw b'xi mod il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet previsti mir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Hemm bżonn li jiġu stabbiliti wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju b'kunsiderazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Kif xieraq, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, tal-indipendenza u tal-affidabilità tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interessi.
(30)  Hemm bżonn li, għall-protezzjoni u l-kunfidenzjalità ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, issir referenza wkoll għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Kif xieraq, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, tal-indipendenza u tal-affidabbiltà tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interessi. Għall-fini li jiġu żgurati t-trasparenza, l-indipendenza, is-sostenibbiltà u l-affidabbiltà tal-proċess ta' stima tar-riskju, b'mod partikolari biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, huwa meqjus neċessarju u proporzjonat li jiġu ppubblikati l-ismijiet ta' kwalunkwe individwu maħtur mill-Awtorità biex jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Awtorità, inkluż fil-kuntest tal-adozzjoni ta' dokumenti ta' gwida.
__________________
__________________
24 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
24 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Għall-finijiet ta' trasparenza akbar u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' formats standard ta' data u ta' pakketti ta' softwer, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.
(31)  Għall-finijiet ta' trasparenza akbar u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi u armonizzati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' formats standard ta' data u ta' pakketti ta' softwer, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.
_________________
_________________
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Barra minn hekk, biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għall-Awtorità, hu xieraq ukoll li jiġi pprovdut għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-Awtorità, f'konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. L-evalwazzjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, ta' kosteffikaċja u ta' idoneità biex jiġu żgurati indipendenza u kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.
(33)  Barra minn hekk, biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għall-Awtorità, hu xieraq ukoll li titwettaq evalwazzjoni indipendenti tal-Awtorità. L-evalwazzjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, ta' kosteffikaċja u ta' idoneità biex jiġu żgurati indipendenza u kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
(33a)  Is-Seba' Programm Ewropew għal Azzjoni Ambjentali stabbilixxa l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' approċċi li jippermettu li jiġu indirizzati l-effetti kkombinati tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Il-valutazzjoni ta' "effetti cocktail" tirrikjedi approċċ trasversali, kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-aġenziji ta' monitoraġġ fil-livell Ewropew u l-formulazzjoni ta' proċeduri xierqa.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, hemm bżonn ukoll li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li bħalissa hu limitat għal-liġi dwar l-ikel, biex jiġu koperti wkoll applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fir-rigward tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
(35)  Għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, hemm bżonn ukoll li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li bħalissa hu limitat għal-liġi dwar l-ikel, biex jiġu koperti wkoll applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fir-rigward tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Biex jiġi żgurat li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, hemm bżonn li jitqabblu d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju, inklużi dawk li jinbtu mill-Konvenzjoni ta' Aarhus35, mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni settorjali kif ukoll tal-esperjenza miksuba. Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġu emendati biex jipprevedu punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.
(36)  Biex jiġi żgurat li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, hemm bżonn li d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza, inkluż id-dritt li jibbenefika minn informazzjoni proattiva relatata mal-proċess ta' stima tar-riskju, jitqabblu mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni settorjali kif ukoll tal-esperjenza miksuba. Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġu emendati biex jipprevedu punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-valutazzjoni ta' talba għal kunfidenzjalità mill-Awtorità jenħtieġ li bl-ebda mod ma jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
_____________________________
35 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel enfasizza wkoll nuqqas ta' trasparenza fil-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju. Hemm il-ħtieġa li l-pubbliku jiġi infurmat aħjar dwar l-għażliet tal-amministrazzjoni tar-riskju li qed jiġu kkunsidrati, dwar il-livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-konsumaturi u tal-annimali u għall-ambjent li kull waħda minn dawn l-għażliet tikseb, kif ukoll dwar il-fatturi, minbarra r-riżultati tal-istima tar-riskju, li jitqiesu mill-amministraturi tal-riskju, u kif jitqabblu ma' xulxin fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Biex ikomplu jissaħħu r-rabta bejn l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali kif ukoll il-koerenza u l-konsistenza tal-komunikazzjoni tar-riskju, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fuq kwistjonijiet li jkopru l-katina agroalimentari. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(37)  Biex jittejjeb l-iskambju interattiv ta' informazzjoni, tul il-proċess kollu ta' analiżi tar-riskju, fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll ma' partijiet interessati oħra tal-katina alimentari bħalma huma operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fuq kwistjonijiet li jkopru l-katina agroalimentari. Jenħtieġ li l-pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex l-informazzjoni neċessarja tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku bil-għan li jinkiseb livell għoli ta' trasparenza fil-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
(37a)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rigward liema informazzjoni jenħtieġ li tiġi ppubblikata jkunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll għal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Biex l-Awtorità u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat mexxej tagħha, hemm bżonn li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(38)  Biex l-Awtorità, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat mexxej tagħha, hemm bżonn li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
(39a)  Peress li l-emendi f'din il-proposta jservu biex jittrasferixxu kompetenzi estensivi lill-Awtorità rigward l-istima tar-riskju u l-kontrolli ta' kunfidenzjalità, hija meħtieġa żieda sinifikanti fil-baġit għall-Awtorità skont l-Anness 3 tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-proposta għal finanzjament hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali iżda jaf tinvolvi l-użu ta' strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013. Jekk id-diskussjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar il-baġit tal-Unjoni ma jħallux lok biżżejjed għar-riżorsi baġitarji meħtieġa, il-Kummissjoni jkun jeħtiġilha tippreżenta proposta finanzjarja alternattiva permezz ta' att delegat.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
(40a)  Inċidenti reċenti dwar is-sigurtà tal-ikel urew il-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri xierqa f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jiżguraw li l-ikel kollu, ikun xi jkun it-tip u l-oriġini tiegħu, u l-għalf kollu jkunu soġġetti għal miżuri komuni fil-każ ta' xi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent. Dan l-approċċ komprensiv għall-miżuri ta' emerġenza tas-sigurtà tal-ikel huwa mistenni jippermetti li tittieħed azzjoni effettiva u li jiġu evitati disparitajiet artifiċjali fit-trattament ta' kwalunkwe riskju serju għall-ikel jew għall-għalf permezz ta' proċedura armonizzata u konġunta ta' ġestjoni tat-twissijiet għall-ikel.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 6 – paragrafu 2
(-1)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  L-istima tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq ix-xhieda xjentifika disponibbli u mwettqa b'mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti.
"2. "L-istima tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq ix-xhieda xjentifika kollha disponibbli u mwettqa b'mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti."
(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 7 – paragrafu 1
(-1a)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1.  F'ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara stima tat-tagħrif disponibbli, il-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, miżuri provviżorji ta' l-amministrazzjoni tar-riskju meħtieġa biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa magħżula fil-Komunità jistgħu jiġu adottati, sakemm ikun hemm aktar tagħrif xjentifiku disponibbli għal stima tar-riskju aktar komprensiva.
"1. F'ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara stima tat-tagħrif disponibbli, il-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, miżuri tal-amministrazzjoni tar-riskju meħtieġa biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa magħżula fil-Komunità għandhom jiġu adottati, sakemm ikun hemm aktar tagħrif xjentifiku disponibbli għal stima tar-riskju aktar komprensiva."
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 8a
Artikolu 8a
Artikolu 8a
Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju
Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju
Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju:
Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju:
(a)  il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta' analiżi tar-riskju;
(a)  il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta' analiżi u ta' amministrazzjoni tar-riskju;
(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza u tat-trasparenza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza, tat-trasparenza u taċ-ċarezza fil-formulazzjoni ta' għażliet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
(c)  l-għoti ta' bażi solida għall-fehim ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
(c)  l-għoti ta' bażi xjentifika solida għall-fehim ta' deċiżjonijiet, dwar l-amministrazzjoni tar-riskju; inkluża informazzjoni dwar:
(i)  kif l-għażla magħmula rigward l-amministrazzjoni tar-riskju tirrifletti l-grad ta' inċertezza tal-istima tar-riskju, u l-livell tas-saħħa tal-konsumaturi u tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent li tikseb din l-għażla;
(ii)  kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), il-fatturi, minbarra r-riżultati tal-istima tar-riskju, li ġew ikkunsidrati mill-amministraturi tar-riskju, u kif dawn il-fatturi tqabblu ma' xulxin;
(d)  it-trawwim ta' fehim pubbliku dwar il-proċess ta' analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta' dan;
(d)  it-trawwim ta' fehim pubbliku dwar il-proċess ta' analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta' dan, inkluża l-għoti ta' informazzjoni ċara u konsistenti rigward il-kompiti, is-setgħat u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju;
(e)  il-promozzjoni tal-involviment xieraq tal-partijiet interessati kollha; and,
(e)  il-promozzjoni tal-involviment ibbilanċjat tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi ekonomiċi tal-katina alimentari, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili;
(f)  l-iżgurar tal-iskambju xieraq ta' informazzjoni mal-partijiet interessati b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari.
(f)  l-iżgurar tal-iskambju trasparenti u ekwu ta' informazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin fil-punt (e) b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari;
(fa)  l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar strateġiji għall-prevenzjoni tar-riskju; u
(fb)  ġlieda kontra t-tixrid ta' informazzjoni falza u s-sorsi ta' tali informazzjoni.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 8b
Artikolu 8b
Artikolu 8b
Prinċipji ġenerali tal-komunikazzjoni tar-riskju
Prinċipji ġenerali tal-komunikazzjoni tar-riskju
B'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju, il-komunikazzjoni tar-riskju għandha:
B'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju, il-komunikazzjoni tar-riskju għandha:
(a)  tiżgura li tiġi skambjata b'mod interattiv informazzjoni preċiża, xierqa u puntwali, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ta' aċċess miftuħ, u ta' risponsività;
(a)  tiżgura li tiġi skambjata b'mod interattiv informazzjoni preċiża, kompleta u puntwali mal-partijiet interessati kollha, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ta' aċċess miftuħ, u ta' risponsività;
(b)  tipprovdi informazzjoni trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar tat-talbiet għal parir xjentifiku sal-provvista ta' stima tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
(b)  tipprovdi informazzjoni trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar tat-talbiet għal parir xjentifiku sal-provvista ta' stima tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;
(c)  tikkunsidra l-perċezzjonijiet tar-riskju;
(c)  tindirizza l-perċezzjonijiet tar-riskju;
(d)  tiffaċilita l-fehim u d-djalogu fost il-partijiet interessati kollha; u,
(d)  tiffaċilita l-fehim u d-djalogu fost il-partijiet interessati kollha;
(e)  tkun aċċessibbli, inkluż għal dawk li mhumiex involuti b'mod dirett fil-proċess, filwaqt li tqis il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali.
(e)  tkun aċċessibbli, inkluż għal dawk li mhumiex involuti b'mod dirett fil-proċess, filwaqt li tqis il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali; u
(ea)  tifformula approċċi biex tiġi komunikata aħjar id-differenza bejn il-periklu u r-riskju.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 8c
Artikolu 8c
Artikolu 8c
Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju
Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju
1.  Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 57a li jistabbilixxi pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, b'kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, atti delegati b'konformità mal-Artikolu 57a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.
2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu:
2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu:
(a)  jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet meħtieġa ta' komunikazzjoni tar-riskju;
(a)  jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet meħtieġa ta' komunikazzjoni tar-riskju;
(b)  jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-gruppi ta' udjenza fil-mira rilevanti; u,
(b)  jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment bilanċjat tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi ekonomiċi tal-katina alimentari, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili;
(c)  jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju u jiżgura djalogu miftuħ fost il-partijiet interessati kollha.
(c)  jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju, inkluż billi jirrikonoxxi u jispjega b'mod sistematiku diverġenzi fil-valutazzjoni xjentifika jew fil-perċezzjoni tal-livell ta' riskju aċċettabbli;
(ca)  jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u skeda taż-żmien biex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55a(1) tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b'kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b'kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 8d (ġdid)
Artikolu 8d
Trasparenza tal-komunikazzjoni tar-riskju
1.  Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom iwettqu dmirijiethom rigward il-komunikazzjoni tar-riskju b'rabta mal-liġi dwar l-ikel b'livell għoli ta' trasparenza.
2.  Il-Kummissjoni tista' toħroġ linji gwida xierqa.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 9
(1a)  L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 9
"Artikolu 9
Konsultazzjoni pubblika
Konsultazzjoni pubblika
Għandu jkun hemm konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti, direttament jew permezz ta' korpi rappreżentattivi, matul it-tħejjija, valutazzjoni u reviżjoni tal-liġi dwar l-ikel, ħlief fejn l-urġenza tal-kwistjoni ma tippermettix dan.
Għandu jkun hemm konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti, direttament jew permezz ta' korpi rappreżentattivi, matul l-analiżi tar-riskju, kif ukoll matul it-tħejjija, valutazzjoni u reviżjoni tal-liġi dwar l-ikel, ħlief fejn l-urġenza tal-kwistjoni ma tippermettix dan."
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 10
(1b)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 10
"Artikolu 10
Tagħrif pubbliku
Tagħrif pubbliku
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali dwar aċċess għad-dokumenti, fejn ikun hemm bażi raġonevoli ta' suspett li xi ikel jew għalf jista' jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, allura, skond in-natura, serjetà jew limitu tar-riskju, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa li javżaw lill-pubbliku in ġenerali bin-natura tar-riskju għas-saħħa, u jidentifikaw sa l-aktar limitu possibbli l-ikel jew l-għalf, jew it-tip ta' ikel jew għalf, ir-riskju li jista' jippreżenta, u l-miżuri li ttieħdu jew li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu, jnaqqsu jew jeliminaw dak ir-riskju.
1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali dwar aċċess għad-dokumenti, fejn ikun hemm bażi raġonevoli ta' suspett li xi ikel jew għalf jista' jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, allura l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa u f'waqthom biex javżaw lill-pubbliku inġenerali bin-natura tar-riskju għas-saħħa, u jidentifikaw sal-aktar limitu possibbli l-prodotti kkonċernati, ir-riskju li jistgħu jippreżentaw, u l-miżuri li ttieħdu jew li se jittieħdu biex jiġi evitat, imnaqqas jew eliminat dak ir-riskju. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fil-każ ta' nuqqasijiet ta' konformità suspettati li jirriżultaw minn ksur intenzjonat possibbli ta' leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni mwettaq permezz ta' prattiki frawdolenti jew qarrieqa.
2.  Bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tiegħu sa ... 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju."
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 22 – paragrafu 7
(1c)  Fl-Artikolu 22(7), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu xogħlijiet simili bħal dawk ta' l-Awtorità.
"Għandha taġixxi f'kooperazzjoni mal-aġenziji ta' evalwazzjoni l-oħra tal-Unjoni Ewropea."
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b
(1d)  Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(b)  biex tippromwovi u tikkoordina l-iżvilupp ta' metodoloġiji uniformi ta' l-istima tar-riskju fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-missjoni tagħha;
"(b) li tippromwovi u tikkoordina f'approċċ trasversali l-iżvilupp ta' metodi uniformi għall-istima tar-riskju fl-oqsma rilevanti tal-missjoni tagħha, b'mod partikolari billi tqis l-"effetti cocktail" ta' sustanzi kimiċi li jista' jkollhom impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent;"
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 25 – paragrafu 1a
1a.  Minbarra l-membri u l-membri supplenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jinkludi:
1a.  Minbarra l-membri u l-membri supplenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jinkludi:
(a)  żewġ membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni u li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.
(a)  żewġ membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni u li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.
(b)  membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.
(b)  żewġ rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.
(c)  erba' membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa u wieħed minn organizzazzjonijiet industrijali. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbgħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.
(c)  sitt membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet nongovernattivi tas-saħħa pubblika, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa, wieħed minn organizzazzjonijiet agrokimiċi u wieħed minn organizzazzjonijiet agroindustrijali. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Madankollu, il-mandat tal-membri msemmija fil-paragrafu 1a(a) u (b) ma għandux ikun limitat fid-durata tiegħu. Il-mandat tal-membri msemmija fil-paragrafu 1a(c) jista' jiġġedded darba biss.
2.  Il-mandat tal-membri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1a għandu jkun ta' massimu ta' sentejn u nofs. Il-mandat tal-membri msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1a għandu jkun ta' ħames snin. Il-mandat tal-membri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1a jista' jiġġedded darba biss.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
(-a)   Fl-Artikolu 28(4), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:
"4. Il-Bordijiet Xjentifiċi għandhom ikunu magħmula minn xjenzati indipendenti li jwettqu riċerka b'mod attiv, u li jippubblikaw is-sejbiet tar-riċerka tagħhom f'ġurnali xjentifiċi evalwati mill-pari."
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punti a u b
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 28 – paragrafu 5 sa 5g
5.  Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-membri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5b għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni, wara proposta tad-Direttur Eżekuttiv, b'mandat ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, wara pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi magħrufa relevanti u fis-sit web tal-Awtorità ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess.",
5.  Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni għal mandat ta' ħames snin b'konformità mal-proċedura li ġejja:
5a.  Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni għal mandat li jista' jiġġedded għal ħames snin b'konformità mal-proċedura li ġejja:
(a)  Id-Direttur Eżekuttiv, wara li jikkonsulta lill-Bord ta' Ġestjoni, għandu jibgħat lill-Istati Membri t-talba għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku meħtieġ f'kull Bord Xjentifiku u għandu jindika n-numru ta' esperti li għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istati Membri dwar il-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi. L-Istati Membri għandhom iniedu sejħa għal espressjoni ta' interess bħala bażi għan-nomini tagħhom. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Ġestjoni dwar it-talbiet mibgħuta lill-Istati Membri.
(a)  Id-Direttur Eżekuttiv, wara li jikkonsulta lill-Bord ta' Ġestjoni, għandu jippubblika sejħa għal espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ewlenin rilevanti u fuq is-sit web tal-Awtorità, u għandu jinforma lill-Istati Membri. Is-sejħa għandha tistabbilixxi l-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku meħtieġ f'kull Bord Xjentifiku u għandha tindika n-numru ta' esperti meħtieġa.
(b)  L-Istati Membri għandhom jinnominaw esperti bl-għan li flimkien jilħqu n-numru indikat mid-Direttur Eżekuttiv. Kull Stat Membru għandu jinnomina tal-anqas 12-il espert xjentifiku. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw ċittadini ta' Stati Membri oħra.
(b)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid wiesa' tas-sejħa għal espressjoni ta' interess fil-komunità xjentifika kollha. Jistgħu wkoll jinnominaw esperti għall-oqsma speċifiċi indikati, diment li tali nomini jsiru fuq il-bażi ta' sejħa għal espressjoni ta' interess.
(c)  Fuq il-bażi tan-nomini magħmula mill-Istati Membri, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal għal kull Bord Xjentifiku lista ta' esperti li tkun akbar min-numru ta' membri li jridu jinħatru. Id-Direttur Eżekuttiv ma jistax ifassal lista bħal din meta jkun jista' jiġġustifika l-fatt li n-nomini riċevuti ma jippermettulux, fid-dawl tal-kriterji għall-għażla stabbiliti fil-punt d) ta' dan il-paragrafu, ifassal lista akbar. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-lista lill-Bord ta' Ġestjoni għall-ħatra.
(c)  Fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet u n-nomini riċevuti u b'konformità mal-politika ta' indipendenza tal-Awtorità u r-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal għal kull Bord Xjentifiku lista ta' esperti li tkun akbar min-numru ta' membri li jridu jinħatru. d-Direttur Eżekuttiv ma jistax ifassal lista bħal din meta jkun jista' jiġġustifika l-fatt li l-applikazzjonijiet u n-nomini riċevuti ma jippermettulux, fid-dawl tal-kriterji għall-għażla stabbiliti fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, ifassal lista akbar. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-lista lill-Bord ta' Ġestjoni għall-ħatra.
(d)  In-nomini mill-Istati Membri, l-għażla mid-Direttur Eżekuttiv u l-ħatriet mill-Bord ta' Ġestjoni għandhom isiru fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
(d)  In-nomini mill-Istati Membri, l-għażla mid-Direttur Eżekuttiv u l-ħatriet mill-Bord ta' Ġestjoni għandhom isiru fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
(i)  Livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku;
(i)  Livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku;
(ii)  Indipendenza u nuqqas ta' kunflitt ta' interessi b'konformità mal-Artikolu 37(2) u l-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u r-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi;
(ii)  Indipendenza u nuqqas ta' kunflitt ta' interessi b'konformità mal-Artikolu 37(2) u l-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u r-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi;
(iii)  L-issodisfar tal-ħtiġijiet għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku tal-Bord li fih se jinħatru u r-reġim lingwistiku applikabbli.
(iii)  L-issodisfar tal-ħtiġijiet għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku tal-Bord li fih se jinħatru u r-reġim lingwistiku applikabbli.
(e)  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb l-usa' distribuzzjoni ġeografika possibbli fil-ħatriet finali.
(e)  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb l-usa' distribuzzjoni ġeografika possibbli fil-ħatriet finali.
5b.  Meta l-Awtorità tidentifika li hemm għarfien espert speċifiku nieqes f'Bord jew f'diversi Bordijiet, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi membri addizzjonali tal-Bord(ijiet) għall-ħatra fil-Bord ta' Ġestjoni f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5.
5a.  Meta l-Awtorità tidentifika li hemm għarfien espert speċifiku nieqes f'Bord jew f'diversi Bordijiet, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi membri addizzjonali tal-Bord(ijiet) għall-ħatra fil-Bord ta' Ġestjoni f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5.
5c.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta, fuq il-bażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv, regoli dwar l-organizzazzjoni dettaljata u t-twaqqit tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 5a u 5b ta' dan l-Artikolu.
5b.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta, fuq il-bażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv, regoli dwar l-organizzazzjoni dettaljata u t-twaqqif tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 5 u 5a ta' dan l-Artikolu.
5d.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri biex jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jaġixxu b'mod indipendenti u jibqgħu ħielsa minn kunflitt ta' interessi kif previst fl-Artikolu 37(2) u l-miżuri interni tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom il-mezzi biex jiddedikaw iż-żmien u l-isforz neċessarji ħalli jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi ma jirċivux xi struzzjoni fi kwalunkwe livell nazzjonali u li l-kontribuzzjoni xjentifika indipendenti tagħhom għas-sistema ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jiġi rikonoxxut bħala kompitu ta' prijorità għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-katina tal-ikel.
5c.  Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u jibqgħu ħielsa minn kunflitt ta' interess kif previst fl-Artikolu 37(2) u l-miżuri interni tal-Awtorità. Għandu jkollhom il-mezzi biex jiddedikaw iż-żmien u l-isforz neċessarji ħalli jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Awtorità, ma għandhom jirċievu l-ebda struzzjoni fi kwalunkwe livell nazzjonali, u l-kontribut xjentifiku indipendenti tagħhom għas-sistema ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala kompitu ta' prijorità għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-katina tal-ikel.
5e.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi li jħaddmu lil dawk l-esperti xjentifiċi u dawk b'responsabbiltà għall-iffissar tal-prijoritajiet tal-korpi xjentifiċi li jħaddmu lil dawk l-esperti jimplimentaw il-miżuri previsti fil-paragrafu 5d.
5d.  Kif xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi li jħaddmu lil dawk l-esperti xjentifiċi u dawk b'responsabbiltà għall-iffissar tal-prijoritajiet tal-korpi xjentifiċi li jħaddmu lil dawk l-esperti jimplimentaw il-miżuri li huma meħtieġa biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5c jiġu ssodisfati.
5f.  L-Awtorità għandha ssostni l-kompiti tal-Bordijiet billi torganizza x-xogħol tagħhom, b'mod partikolari x-xogħol preparatorju li jrid isir mill-persunal tal-Awtorità jew minn organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali nnominati msemmija fl-Artikolu 36 inkluż billi torganizza l-possibbiltà li jitħejjew opinjonijiet xjentifiċi li mbagħad jiġu evalwati bejn il-pari mill-Bordijiet qabel ma jadottawhom.
5e.  L-Awtorità għandha ssostni l-kompiti tal-Bordijiet billi torganizza x-xogħol tagħhom, b'mod partikolari x-xogħol preparatorju li jrid isir mill-persunal tal-Awtorità jew minn organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali nnominati msemmija fl-Artikolu 36 inkluż billi torganizza l-possibbiltà li jitħejjew opinjonijiet xjentifiċi li mbagħad jiġu evalwati bejn il-pari mill-Bordijiet qabel ma jadottawhom.
5g.  Kull Bord għandu jinkludi massimu ta' 21 membru.
5f.  Kull Bord għandu jinkludi massimu ta' 21 membru.
5fa.  L-Awtorità għandha toffri lill-membri tal-Bordijiet taħriġ komprensiv dwar il-proċess ta' stima tar-riskju.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 28 – paragrafu 9 – punt b
In-numru ta' membri f'kull Bord Xjentifiku fi ħdan il-massimu previst fil-paragrafu 5g.;
(b)  In-numru ta' membri f'kull Bord Xjentifiku fi ħdan il-massimu previst fil-paragrafu 5f.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 28 – paragrafu 9 – punt ga (ġdid)
(ca)  Fl-Artikolu 28(9), jiżdied il-punt li ġej:
“(ga) il-possibbiltà li l-applikanti jindirizzaw, f'perjodu massimu ta' sitt xhur sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Awtorità, u qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' opinjoni tal-Awtorità, oqsma kritiċi ta' tħassib permezz ta' data ġdida.”
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 29 – paragrafu 6
(3a)  Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 29(6):
"Ma għandhomx jippermettu esklużjoni a priori ta' ċerta evidenza xjentifika, b'mod speċjali meta din tkun ġiet ippubblikata wara proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari.";
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32a
Fuq it-talba ta' applikant potenzjali għal awtorizzazzjoni tal-liġi dwar l-ikel, il-persunal tal-Awtorità għandu jagħti pariri dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti u l-kontenut meħtieġ tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Il-parir ipprovdut mill-persunal tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.
L-Awtorità għandha tippubblika dokument ta' gwida li jinkludi lista ta' mistoqsijiet u tweġibiet rigward ir-rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Fuq it-talba ta' applikant potenzjali għal awtorizzazzjoni tal-liġi dwar l-ikel, l-Awtorità għandha toffri wkoll sessjonijiet ta' konsultazzjoni li jispjegaw il-kontenut meħtieġ u l-modus operandi tad-diversi testijiet u studji neċessarji biex juru l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott maħsub. Il-parir ipprovdut mill-Awtorità għandu jkun mingħajr preġudizzju u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi. Il-persunal tal-Awtorità li jipprovdi l-parir ma għandu jkun involut fl-ebda ħidma xjentifika preparatorja li tkun direttament jew indirettament rilevanti għall-applikazzjoni li hija s-suġġett tal-parir.
Fi żmien... [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dan l-Artikolu fuq il-funzjonament tal-Awtorità. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-volum ta' xogħol addizzjonali u lill-mobilizzazzjoni tal-persunal, u jekk ikunx wassal għal kwalunkwe bidla fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Awtorità, a skapitu tal-attivitajiet ta' interess pubbliku.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 1
1.  B'dan hu stabbilit reġistru ta' studji tal-Unjoni kkummissjonat mill-operaturi tan-negozju biex jiksbu awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. L-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-Awtorità s-suġġett ta' kwalunkwe studju kkummissjonat biex jappoġġa applikazzjoni futura għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Ir-reġistru għandu jiġi ġestit mill-Awtorità.
1.  B'dan hu stabbilit reġistru ta' studji tal-Unjoni kkummissjonat mill-operaturi tan-negozju bil-ħsieb li jiksbu awtorizzazzjoni jew tiġdid skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. L-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-Awtorità s-suġġett ta' kwalunkwe studju kkummissjonat fl-Unjoni jew lil hinn minnha biex jappoġġa applikazzjoni futura għal awtorizzazzjoni jew tiġdid skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Ir-reġistru għandu jiġi ġestit mill-Awtorità.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Kwalunkwe studju kkummissjonat għandu jqis id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
________________
1a Direttiva 2010/63/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 2
2.  L-obbligu ta' notifika skont il-paragrafu 1 japplika wkoll għal-laboratorji tal-Unjoni li jwettqu dawk l-istudji.
2.  L-obbligu ta' notifika skont il-paragrafu 1 japplika wkoll għal kwalunkwe istituzzjoni li twettaq l-istudji, inklużi laboratorji, istituti jew universitajiet.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Data minn test ikkummissjonat iżda mhux irreġistrat ma għandhiex tintuża fi stima tar-riskju.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Is-suġġett ma għandux jiġi awtorizzat sakemm ma tiġix sottomessa d-data kollha mill-istudji kollha rreġistrati.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Fejn l-Awtorità titlob u tirċievi data addizzjonali minn applikant, din id-data, immarkata bħala tali, għandha tiżdied ukoll mar-reġistru tal-Unjoni u tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Kummissjoni għandha, b'konformità mal-Artikolu 57a, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu penali għall-ksur tal-obbligu ta' notifika.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32b – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal studji kkummissjonati qabel... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32c – paragrafu 1
1.  Fejn il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel tipprovdi li awtorizzazzjoni tista' tiġġedded, l-applikant potenzjali għat-tiġdid għandu jinnotifika lill-Awtorità bl-istudji li jkun beħsiebu jwettaq għal dak l-għan. Wara din in-notifika, l-Awtorità għandha tniedi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku dwar l-istudji maħsuba għat-tiġdid u għandha tipprovdi parir dwar il-kontenut tal-applikazzjoni maħsuba għat-tiġdid b'kunsiderazzjoni tal-kummenti riċevuti. Il-parir ipprovdut tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal tiġdid ta' awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.
1.  Fejn il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel tipprovdi li awtorizzazzjoni tista' tiġġedded, l-applikant potenzjali għat-tiġdid għandu jinnotifika lill-Awtorità bl-istudji li jkun beħsiebu jwettaq għal dak l-għan. Wara din in-notifika, l-Awtorità għandha tniedi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku dwar l-istudji maħsuba għat-tiġdid u għandha tipprovdi parir dwar il-kontenut tal-applikazzjoni maħsuba għat-tiġdid b'kunsiderazzjoni tal-kummenti riċevuti li jkunu rilevanti għall-istima tar-riskju tat-tiġdid maħsub. Il-parir ipprovdut mill-Awtorità għandu jkun mingħajr preġudizzju u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal tiġdid ta' awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32c – paragrafu 2
2.  L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku dwar l-istudji li jsostnu l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ladarba dawn jiġu ppubblikati mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f biex tidentifika jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għas-sottomissjoni ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari mill-applikanti matul il-proċess ta' stima tar-riskju.
2.  L-Awtorità għandha, fi żmien xahrejn, tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku dwar l-istudji li jsostnu l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ladarba dawn jiġu ppubblikati mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f biex tidentifika jekk data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra bbażati fuq letteratura indipendenti evalwata bejn il-pari jew imwettqin skont il-linji gwida internazzjonali u l-Prattiki Tajba tal-Laboratorju (GLP) ikunux disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew ikunux mingħajr preġudizzju għall-obbligi proprji tal-Awtorità skont l-Artikolu 33. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għas-sottomissjoni ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari mill-applikanti matul il-proċess ta' stima tar-riskju.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32d
L-esperti tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
L-esperti tad-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi kkonċernati.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32e
Mingħajr ħsara għall-obbligu tal-applikanti għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel biex tintwera s-sigurtà ta' oġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, tista' titlob lill-Awtorità tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' stima tar-riskju tagħha. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-applikanti għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel biex tintwera s-sigurtà ta' oġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, fil-każ li jkun hemm sejbiet xjentifiċi diverġenti, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Awtorità tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' stima tar-riskju tagħha. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika fil-proċess ta' stima tar-riskju. L-istudji ta' verifika għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-kontribuzzjonijiet tal-applikanti għal fond komuni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 57a biex tiddetermina l-modalitajiet ta' dak il-fond.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 32e – paragrafu 1a (ġdid)
Kwalunkwe studju kkummissjonat għandu jqis id-Direttiva 2010/63/UE.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(4a)  Fl-Artikolu 33(1), jiżdied il-punt li ġej:
"(da) effetti kombinati u akkumulati."
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Awtorità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari għandha tippubblika mingħajr dewmien:
1.  L-Awtorità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. B'mod partikolari għandha tippubblika mingħajr dewmien:
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Xjentifku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom;
(a)  l-aġendi, il-listi tal-parteċipanti u l-minuti tal-Bord ta' Ġestjoni, tal-Kumitat Konsultattiv, tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom;
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c
(c)  data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornita mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal output xjentifiku, inkluża opinjoni xjentifika, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f.
(c)  data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornita mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal output xjentifiku, inkluża opinjoni xjentifika, b'kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni u tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d
(d)  l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' data kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f;
(d)  l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni u tal-protezzjoni ta' data kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha)  informazzjoni dwar l-isem tal-applikant u t-titlu tal-applikazzjoni;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt i
(i)  il-parir ipprovdut mill-Awtorità lill-applikanti potenzjali fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni skont l-Artikolu 32a u 32c.
(i)  il-parir ġenerali ipprovdut mill-Awtorità lill-applikanti potenzjali fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni skont l-Artikoli 32a u 32c.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dawk l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati f'taqsima ddedikata tas-sit web tal-Awtorità. Dik it-taqsima għandha tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment. L-oġġetti rilevanti għandhom ikunu disponibbli biex jitniżżlu, jiġu stampati u jitfittxu f'format elettroniku.
Dawk l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati f'taqsima ddedikata tas-sit web tal-Awtorità. Dik it-taqsima għandha tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment bil-kundizzjoni li l-attivitajiet ta' dawk li jaċċessawha jkunu rreġistrati elettronikament u li jkun hemm miżuri u penali effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra kwalunkwe użu kummerċjali mhux permess. L-oġġetti rilevanti għandhom ikunu disponibbli biex jitniżżlu, jiġu stampati b'marka tal-ilma għal finijiet ta' traċċabbiltà u jitfittxu f'format elettroniku, li jkun jinqara mill-magni. Dawk il-miżuri għandhom jiffukaw fuq l-użu kummerċjali tad-dokumenti u fuq is-sottomissjoni tagħhom. Tali miżuri għandhom jitfasslu biex joffru protezzjoni effettiva kontra l-użu kummerċjali tal-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 1 – parti introduttorja
1a.  Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) lill-pubbliku għandha tkun mingħajr ħsara:
1a.  Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (c), (d) u (i) tal-paragrafu 1 lill-pubbliku għandha tkun mingħajr preġudizzju:
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 1 – punt a
(a)  għal kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali li jista' jeżisti fuq id-dokumenti jew fuq il-kontenut tagħhom; u,
imħassar
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 2
Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex jintuża, jiġi riprodott jew imħaddem b'xi mod ieħor il-kontenut ta' dawn u l-użu ta' dawn minn partijiet terzi ma għandux ikun jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea.
Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex il-kontenut tagħhom jintuża kummerċjalment, jiġi riprodott jew imħaddem b'xi mod ieħor għal finijiet kummerċjali. Sabiex jiġi evitat id-dubju, l-informazzjoni ppubblikata tista' tintuża għall-fini ta' skrutinju pubbliku u akkademiku tar-riżultati, inkluż fehim aħjar tal-effetti avversi potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, u l-użu tagħha minn partijiet terzi ma għandux jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)
(ca)   Jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE u għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006."
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 1
1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 38, l-Awtorità ma għandhiex tippubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
1.  B'deroga mill-Artikolu 38 u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għad-Direttiva 2003/4/KE u għall-prinċipju ġenerali li l-interessi ta' saħħa pubblika dejjem jipprevalu fuq l-interessi privati, l-Awtorità ma għandhiex tippubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab u ngħata trattament kunfidenzjali fit-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 1
(1)  il-metodu u speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra relatati ma' dak il-metodu, użat għall-manifattura jew għall-produzzjoni tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika;
(1)  il-metodu u speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra relatati ma' dak il-metodu, użat għall-manifattura jew għall-produzzjoni tas-suġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika, ħlief meta jkun rilevanti għall-fehim tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, u diment li l-applikant juri, b'ġustifikazzjoni verifikabbli, li tali metodu ma jinvolvix informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent u dwar l-impatti fuq is-saħħa u fuq l-ambjent;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 3
(3)  informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant; u
(3)  informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, ideat innovattivi għall-prodott/sustanza, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant;
(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 4
(4)  il-kompożizzjoni kwantitattiva tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika.
(4)  il-kompożizzjoni kwantitattiva tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika, ħlief meta jkun rilevanti għall-fehim tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a
(a)  Fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Awtorità tista' tiddivulga l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3; u,
(a)  Fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Awtorità tista' tiddivulga l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3; jew,
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt b
(b)  informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti tas-saħħa prevedibbli.
(b)  informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti prevedibbli fuq is-saħħa pubblika, fuq is-saħħa tal-annimali u fuq l-ambjent.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)
(ba)  fejn jeżisti interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt bb (ġdid)
(bb)  kwalunkwe informazzjoni li għaliha jkun hemm interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, b'mod partikolari fejn l-informazzjoni tkun relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE, għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39a – paragrafu 2
2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa b'konformità ma' formats standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun mingħajr l-informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali b'konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 39. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluża informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħal kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar ir-raġunijiet li fuqhom il-bażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għas-siltiet differenti tal-informazzjoni.
2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa b'konformità ma' formats standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha teditja, bi blokok suwed, l-informazzjoni li l-applikant ikun talab trattament kunfidenzjali għaliha b'konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 39. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluża informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar il-ġustifikazzjonijiet u l-evidenza verifikabbli li fuq il-bażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għas-siltiet differenti tal-informazzjoni.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  tippubblika, mingħajr dewmien, il-verżjoni mhux kunfidenzjali, kif sottomessa mill-applikant;
(a)  tippubblika, mingħajr dewmien, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-applikazzjoni, kif sottomessa mill-applikant, ladarba dik l-applikazzjoni tkun tqieset ammissibbli;
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  tinforma lill-applikant bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba ta' kunfidenzjalità. Jekk l-applikant ma jaqbilx mal-valutazzjoni tal-Awtorità, dan jista' jiddikjara l-fehmiet tiegħu jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità.
(c)  tinforma lill-applikant bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba ta' kunfidenzjalità. Jekk l-applikant joġġezzjona għall-valutazzjoni tal-Awtorità, dan jista' (1) jiddikjara l-fehmiet tiegħu, (2) jirtira l-applikazzjoni tiegħu, jew (3) jitlob reviżjoni lill-Bord tal-Appell tal-Awtorità fi żmien erba' ġimgħat mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità. L-applikant jista' jipprovdi avviż bil-miktub lill-Awtorità li jixtieq jitlob rieżami tal-opinjoni lill-Bord tal-Appell tal-Awtorità. F'dak il-każ, l-applikant għandu jibgħat lill-Awtorità r-raġunijiet iddettaljati għat-talba fi żmien 60 jum minn meta jirċievi l-opinjoni. Fi żmien 60 jum minn meta jirċievi r-raġunijiet għat-talba, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità għandu jirrieżamina l-opinjoni tiegħu.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba ta' kunfidenzjalità b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant fi żmien għaxar ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari u tinnotifika lill-applikant u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif xieraq, dwar id-deċiżjoni tagħha; u,
(d)  tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba ta' kunfidenzjalità b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant fi żmien tmien ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari u tinnotifika lill-applikant u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fi kwalunkwe każ, dwar id-deċiżjoni tagħha; u,
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  tippubblika kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma ġietx aċċettata t-talba ta' kunfidenzjalità kif iġġustifikat mhux qabel ġimagħtejn wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant, skont il-punt (d).
(e)  ma tippubblikax data u informazzjoni mhux kunfidenzjali relatati mal-applikazzjoni qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni finali fir-rigward tat-talba ta' kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu u l-Awtorità tkun ippubblikat l-abbozz ta' opinjoni xjentifika tagħha f'konformità mal-Artikolu 38. Jekk applikant jirtira l-applikazzjoni skont l-Artikolu 39(c), għax iqis li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni ppjanata mill-Awtorità hija dettaljata żżejjed, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma għandhom jippubblikaw l-ebda informazzjoni dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skont dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 263 u 278 tat-Trattat rispettivament.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skont dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-Awtorità, li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 57a ta' dan ir-Regolament. Preżentazzjoni ta' appell skont dan il-paragrafu għandu jkollha effett sospensiv. L-applikant jista' jipprovdi avviż bil-miktub lill-Awtorità li jixtieq jitlob rieżami tal-opinjoni lill-Bord tal-Appell tal-Awtorità. F'dak il-każ, l-applikant għandu jibgħat lill-Awtorità r-raġunijiet iddettaljati għat-talba fi żmien 60 jum minn meta jirċievi l-opinjoni. Fi żmien 60 jum minn meta jirċievi r-raġunijiet għat-talba, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità għandu jirrieżamina l-opinjoni tiegħu. F'każ ta' kontestazzjoni ta' deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell tal-Awtorità , tista' titressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39d – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li għaliha jkun intalab it-trattament kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta' kunfidenzjalità mill-Awtorità u din tkun saret definittiva. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma tiġix ippubblikata l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità.
2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li għaliha jkun intalab it-trattament kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta' kunfidenzjalità mill-Awtorità u din tkun saret definittiva, ħlief meta l-aċċess għall-informazzjoni jintalab skont id-Direttiva 2003/4/KE jew il-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma tiġix ippubblikata l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità, ħlief meta l-aċċess għall-informazzjoni jintalab skont id-Direttiva 2003/4/KE jew il-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39d – paragrafu 3
3.  Jekk applikant fil-kuntest ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali kif aċċettati mill-Awtorità b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub. Meta l-irtirar tal-applikazzjoni jseħħ qabel ma l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar it-talba rilevanti ta' kunfidenzjalità, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.
3.  Jekk applikant fil-kuntest ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali kif aċċettati mill-Awtorità b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub. L-Awtorità ma għandha tippubblika l-ebda informazzjoni, kunfidenzjali jew mhux kunfidenzjali, f'każ li applikant jiddeċiedi li jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39e – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-ismijiet tal-parteċipanti kollha fil-laqgħat tal-Kumitat Xjentifku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom.
(c)  l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-osservaturi kollha fil-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi, tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom u ta' kwalunkwe laqgħa oħra ta' Grupp ad hoc dwar is-suġġett.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39f – paragrafu 1
1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 38(1)(c) u biex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet lill-Awtorità għal output xjentifiku, għandhom jiġu adottati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer biex id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu sottomessi, jitfittxu, jiġu kkupjati u stampati, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn l-abbozzi ta' formats standard ta' data u l-pakketti ta' softwer ma għandhomx ikunu bbażati fuq standards proprjetarji u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ma' approċċi eżistenti għas-sottomissjoni tad-data sa fejn possibbli.
1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 38(1)(c) u biex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet lill-Awtorità għal output xjentifiku, għandhom jiġu adottati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer biex id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu sottomessi, jitfittxu, jiġu kkupjati u stampati, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u l-fattibbiltà għall-intrapriżi żgħar u medji. Dawn l-abbozzi ta' formats standard ta' data u l-pakketti ta' softwer ma għandhomx ikunu bbażati fuq standards proprjetarji u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ma' approċċi eżistenti għas-sottomissjoni tad-data sa fejn possibbli.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39f – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-formats standard ta' data u l-pakketti ta' softwer għandhom japplikaw biss għal data ġġenerata wara l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 2.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 39g – paragrafu 1
Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluża data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'livell għoli ta' sigurtà xieraq għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa 39f ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għandu jkun ibbażat bħala minimu fuq sistema li teħtieġ awtentikazzjoni b'żewġ fatturi jew li tipprovdi livell ekwivalenti ta' sigurtà. Is-sistema għandha tiżgura li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli.
Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluża data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'mod li jiggarantixxi li l-ogħla standards ta' sigurtà xierqa għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni jkunu jistgħu jinkisbu, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa39f ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għandu jkun ibbażat bħala minimu fuq sistema li tirrikjedi awtentikazzjoni b'żewġ fatturi jew li tipprovdi livell ekwivalenti ta' sigurtà. Is-sistema għandha tiżgura li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 41 – paragrafu 1
F'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni ambjentali, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 għandhom japplikaw ukoll.
L-Awtorità għandha tiżgura aċċess wiesa' għad-dokumenti fil-pussess tagħha. F'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni ambjentali, ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 għandu japplika wkoll. L-Artikoli 38 sa 39 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.
__________________
__________________
39 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
39 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 51 – paragrafu 1a (ġdid)
(9b)  Fl-Artikolu 51, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"1a. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 57a biex tiżviluppa sistema ta' ġestjoni armonizzata tan-netwerk ta' twissija għall-ikel bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri."
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 57a – paragrafu 2
2.  Is-setgħat ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(c) għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
2.  Is-setgħat ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(c), 32b(4a), 39b(1), it-tieni subparagrafu, u 51(1a) għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 178/2002
Artikolu 61
Artikolu 61
Artikolu 61
Klawżola ta' reviżjoni
Klawżola ta' reviżjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura r-reviżjoni regolari tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura r-reviżjoni regolari tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.  Sa mhux aktar tard minn wara d-data msemmija fl-Artikolu [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-GFL], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Awtorità b'rabta mal-objettivi, mal-mandat, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħha, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.
2.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-GFL], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, l-Awtorità u l-Kummissjoni, b'mod konġunt, għandhom jikkummissjonaw evalwazzjoni esterna indipendenti tal-prestazzjoni tagħhom b'rabta mal-objettivi, mal-mandati, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħhom. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-programm ta' ħidma tal-Bord ta' Ġestjoni bi qbil mal-Kummissjoni. Għandha tivvaluta l-prattiki ta' ħidma u l-impatt tal-Awtorità u tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. Barra minn hekk, għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li l-attivitajiet tal-Awtorità jkunu kkoordinati u marbutin flimkien aktar mill-qrib ma' dawk tal-korpi kompetenti fl-Istati Membri u aġenziji oħra tal-Unjoni. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali.
2a.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jeżamina l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, li jaf ikunu jirrigwardaw bidliet fl-Awtorità.
3.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Awtorità ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hi tista' tipproponi li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq jew inkella jitħassru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Ġestjoni dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.
4.  L-evalwazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a għandhom jintbagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Bord ta' Ġestjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2001/18/KE
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
(2a)   Fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"2a. L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.
1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, rapporti dwar il-monitoraġġ kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1829/2003
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1831/2003
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
(1a)   Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"2a. L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita f'dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1831/2003
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  Minbarra l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) ta' dak ir-Regolament, l-Awtorità tista' taċċetta wkoll li tipprovdi trattament kunfidenzjali lill-informazzjoni li ġejja li, fuq ġustifikazzjoni verifikabbli, id-divulgazzjoni tagħha tista' titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-interessi kkonċernati:
imħassar
(a)  il-pjan ta' studju għall-istudji li juru l-effikaċja ta' addittiv tal-għalf f'termini tal-għanijiet tal-użu maħsub tiegħu kif definit fl-Artikolu 6(1) u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; u,
(b)  l-ispeċifikazzjonijiet tal-impuritajiet tas-sustanza attiva u l-metodi rilevanti tal-analiżi żviluppati internament mill-applikant, ħlief għal impuritajiet li jista' jkollhom effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1831/2003
Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-Awtorità għandha tapplika l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 meta tittratta applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Awtorità.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1831/2003
Artikolu 18 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom iżommu bħala kunfidenzjali t-tagħrif kollu meqjus bħala kunfidenzjali skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fejn ikun xieraq li dan it-tagħrif isir pubbliku biex iħares is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent. L-Istati Membri għandhom jittrattaw l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 2065/2003
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1935/2004
Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)
(2a)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"2a. L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tiġi mxerrda b'mod proattiv huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1935/2004
Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt b
(b)  it-trademark li biha s-sustanza għandha tiġi kkummerċjalizzata kif ukoll l-isem kummerċjali tal-preparazzjonijiet, tal-materjal jew tal-oġġetti li għandha tintuża fihom, fejn applikabbli; u,
imħassar
Emendi 120 u 121
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1331/2008
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1331/2008
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti fl-Artikoli 11 u 12 ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti fuq talba kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 16
L-Awtorità għandha tivvaluta, mingħajr dewmien, kwalunkwe talba għal kunfidenzjalità u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni pprovduta mill-applikant skont l-Artikolu 15 kif ukoll kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra sottomessa mill-applikant, ħlief għal informazzjoni li fir-rigward tagħha ntalab trattament kunfidenzjali li ġie aċċettat mill-Awtorità skont l-Artikolu 38, l-Artikoli 39 sa 39f u l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis u skont l-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament.
L-Awtorità għandha tivvaluta, mingħajr dewmien, kwalunkwe talba għal kunfidenzjalità u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni pprovduta mill-applikant skont l-Artikolu 15 kif ukoll kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra sottomessa mill-applikant, ħlief għal informazzjoni li fir-rigward tagħha ntalab trattament kunfidenzjali li ġie aċċettat mill-Awtorità skont l-Artikolu 38, l-Artikoli minn 39 sa 39f u l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis u skont l-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni tagħha.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 23 – paragrafu 1 – l-aħħar sentenza
(4a)  Fl-Artikolu 23(1), l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 hija sostitwita b'dan li ġej:
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, sustanza attiva li tissodisfa l-kriterji ta' "prodott tal-ikel" kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandha titqies bħala sustanza bażika.
"Għall-fini ta' dan ir-Regolament, sustanza attiva li tissodisfa l-kriterji ta' "prodott tal-ikel" kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandha titqies bħala sustanza bażika approvata."
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 63 – paragrafu 1
1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-artikolu, l-applikant jista' jitlob li ċerta informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament tinżamm kunfidenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni verifikabbli.
1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-Artikolu, ħlief għal informazzjoni meqjusa bħala tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment rilevanti, l-applikant jista' jitlob li ċerta informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament tinżamm kunfidenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni xierqa u verifikabbli. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi evidenza verifikabbli sabiex jintwera li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni tista' ddgħajjef l-interessi kummerċjali tiegħu, jew il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1107/2009
Artikolu 63 – paragrafu 3
(5a)   Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.
“3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u għar-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Regolament (UE) 2015/2283
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni ta' ikel ġdid u għall-aġġornar tal-lista tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha tibda jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni mal-Kummissjoni minn applikant, b'konformità mal-formats standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri mingħajr dewmien.
1.  Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni ta' ikel ġdid u għall-aġġornar tal-lista tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha tibda jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni mal-Kummissjoni minn applikant, b'konformità mal-formats standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri u s-sommarju tal-applikazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) 2015/2283
Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti fl-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti fuq talba kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) 2015/2283
Artikolu 23 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(3).
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) 2015/2283
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
(4a)   Fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"1a. L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Trasparenza tal-amministrazzjoni tar-riskju
1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-amministrazzjoni tar-riskju tagħhom fil-kuntest tal-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikoli 1 sa 9 b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed:
(a)  fi stadju bikri tal-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju, kwalunkwe abbozz ta' miżuri ta' amministrazzjoni tar-riskju ppjanati;
(b)  l-aġendi u l-proċedimenti, ir-rapporti sommarji ddettaljati tal-laqgħat, u l-abbozz ta' miżuri, li għandhom jiġu adottati, kif xieraq, fil-forma ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni, inklużi r-riżultati u l-ispjegazzjonijiet tal-voti minn Stati Membri individwali f'kumitati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, inklużi l-kumitati ta' appell, li jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni [tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tad-Direttiva 2001/18/KE, tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tar-Regolament (UE) 2015/2283], fejn u li fihom il-miżuri ta' amministrazzjoni tar-riskju jiġu diskussi u ssir votazzjoni fuqhom; u
(c)  l-aġendi u l-minuti dettaljati tal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Istati Membri, li fihom jiġu diskussi l-miżuri ta' amministrazzjoni tar-riskju;
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tehmeż ma' kull abbozz ta' miżura li għandha tiġi adottata, bi qbil mal-Artikolu 58 [tar-Regolament dwar il-GFL], mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE, mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, mal-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u mal-Artikoli 30 u 32 tar-Regolament (UE) 2015/2283, dikjarazzjoni ta' spjegazzjoni li tinkludi:
(a)  ir-raġunijiet u l-objettivi tal-miżura;
(b)  il-ġustifikazzjoni tal-miżura billi jitqiesu kemm in-neċessità kif ukoll il-proporzjonalità;
(c)  l-impatt tal-miżura fuq is-saħħa pubblika, fuq is-saħħa tal-annimali, fuq l-ambjent, fuq is-soċjetà u fuq il-manifatturi tal-ikel, kif indikat mill-valutazzjoni tal-impatt; u
(d)  ir-riżultati ta' kwalunkwe konsultazzjoni pubblika, inkluż skont l-Artikolu 9 [tar-Regolament dwar il-GFL].
_______________
1a Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0417/2018).


Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) ***I
PDF 131kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 (COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD))
P8_TA(2018)0490A8-0273/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0532),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikoli 166(4), 165(4) u 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0343/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0273/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75

P8_TC1-COD(2016)0257


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/128.)

(1) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 49.


Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ***I
PDF 131kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2062/94 (COM(2016)0528 – C8-0344/2016 – 2016/0254(COD))
P8_TA(2018)0491A8-0274/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0528),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0344/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0274/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94

P8_TC1-COD(2016)0254


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/126.)

(1) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 49.


Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) ***I
PDF 132kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (COM(2016)0531 – C8-0342/2016 – 2016/0256(COD))
P8_TA(2018)0492A8-0275/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0531),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 153(2)a tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0342/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0275/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75

P8_TC1-COD(2016)0256


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/127.)

(1) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 49.


L-ikkomplimentar tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
PDF 129kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0397 – C8-0250/2018 – 2018/0220(COD))
P8_TA(2018)0493A8-0359/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0397),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0250/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0359/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2018 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplementa l-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

P8_TC1-COD(2018)0220


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/26.)

(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 95.


Viżi Umanitarji
PDF 163kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Viżi Umanitarji (2018/2271(INL))
P8_TA(2018)0494A8-0423/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari tal-Artikoli 4, 18 u 19 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)(1),

–  wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rifuġjati li segwew id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti adottata unanimament mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fid-19 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew dwar il-Viżi Umanitarji li tħejjiet mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0423/2018),

A.  billi, minkejja diversi avviżi u talbiet għal mogħdijiet sikuri u legali li jippermettu l-aċċess għat-territorju Ewropew għall-persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, bħalissa ma hemm l-ebda armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar proċeduri ta' dħul protett (PEPs) u l-ebda qafas ġuridiku fil-livell tal-Unjoni għal viżi umanitarji, jiġifieri viżi maħruġa bl-iskop li persuna tasal fit-territorju tal-Istati Membri biex tikseb protezzjoni internazzjonali;

B.  billi, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Marzu 2017 fil-Kawża C-638/16(2), X u X vs État Belge, l-Istati Membri ma humiex obbligati, skont id-dritt tal-Unjoni, li jagħtu viża umanitarja lill-persuni li jixtiequ jidħlu fit-territorju tagħhom bl-intenzjoni li japplikaw għall-asil, iżda jibqgħu liberi li jagħmlu dan abbażi tad-dritt nazzjonali tagħhom; billi din id-deċiżjoni tinterpreta l-liġi eżistenti tal-Unjoni li tista' tiġi modifikata;

C.  billi bosta Stati Membri attwalment għandhom jew preċedentement kellhom skemi nazzjonali għall-ħruġ ta' viżi umanitarji jew għall-ħruġ ta' permessi ta' residenza għal raġunijiet umanitarji biex jiggarantixxu PEPs nazzjonali għall-persuni fil-bżonn;

D.  billi l-għadd ta' persuni ammessi abbażi ta' proċeduri nazzjonali ta' dħul għal protezzjoni umanitarja jew permezz ta' risistemazzjoni għadu baxx meta mqabbel mal-ħtiġijiet globali, b'disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri; billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali ta' dħul għal protezzjoni umanitarja u risistemazzjoni huwa definit b'mod strett u, fil-każ ta' risistemazzjoni, huwa marbut strettament mal-kriterji ta' vulnerabbiltà u reġistrazzjoni bħala rifuġjat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati;

E.  billi, b'riżultat ta' dan, madwar 90 % ta' dawk li ngħataw protezzjoni internazzjonali waslu fl-Unjoni permezz ta' mezzi irregolari, li wassal sabiex ġew stigmatizzati saħansitra qabel il-wasla tagħhom fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri;

F.  billi n-nisa li jivvjaġġaw weħidhom jew bit-tfal, in-nisa kapijiet ta' unità domestika, in-nisa tqal u li qed ireddgħu, il-persuni b'diżabbiltà, il-bniet adolexxenti u n-nisa anzjani huma fost dawk li huma partikolarment vulnerabbli matul ir-rotot migratorji lejn l-Ewropa u qed jiffaċċjaw riskji partikolari akbar ta' vjolenza abbażi ta' sess, bħall-istupru, il-vjolenza u li jkunu l-mira tal-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' bnedmin, u t-traffikanti biex jiġu sfruttati sesswalment u ekonomikament; billi n-nisa u l-bniet barra minn hekk għandhom it-tendenza li jkunu aktar vulnerabbli għall-forom kollha ta' sfruttament inkluż l-isfruttament ta' ħaddiema u l-isfruttament sesswali matul ir-rotot migratorji lejn l-Unjoni u ta' spiss ikunu mġiegħla jwettqu atti sesswali ta' sopravivenza bi skambju għat-tkomplija tal-vjaġġ tagħhom;

G.  billi l-prezz uman ta' dawk il-politiki ġie stmat għal mill-inqas 30 000 każ ta' mewt fil-fruntieri tal-Unjoni sa mis-sena 2000; billi huwa meħtieġ b'mod urġenti qafas ġuridiku tal-Unjoni bħala mezz wieħed biex jiġi indirizzat l-għadd intollerabbli ta' mwiet fil-Mediterran u fir-rotot migratorji lejn l-Unjoni, sabiex verament jiġu miġġielda l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin, l-esponiment għat-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-ħaddiema u l-vjolenza, biex jiġu ġestiti b'mod ordnat il-wasla, l-akkoljenza b'dinjità u l-ipproċessar ġust tat-talbiet għall-asil u biex jiġi ottimizzat il-baġit tal-Istati Membri u tal-Unjoni għall-proċeduri tal-asil, il-kontroll tal-fruntieri u l-attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ, kif ukoll biex jinkisbu prattiki koerenti fl-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-asil;

H.  billi l-Parlament ipprova jinkludi dispożizzjonijiet f'dak ir-rigward fl-emendi tiegħu għar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

I.  billi kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni rrifjutaw dawk l-emendi, fuq il-bażi, fost oħrajn, li tali dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu inklużi fir-Regolament (KE) Nru 810/2009, peress li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jkopri biss viżi għal soġġorn qasir;

J.  billi l-Parlament, iffaċċjat bin-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, iddeċieda għalhekk li jipproċedi bit-tfassil ta' din ir-riżoluzzjoni dwar il-viżi umanitarji;

K.  billi twettqet ħidma intensiva, inkluż bl-għajnuna ta' esperti, biex jitfasslu r-rakkomandazzjonijiet li huma annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex fuq il-bażi tal-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tippreżenta, sal-31 ta' Marzu 2019, proposta għal regolament dwar l-istabbiliment ta' Viża Umanitarja Ewropea, filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-Anness għal dan ir-rapport;

2.  Iqis li l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li joħorġu Viżi Umanitarji Ewropej fir-rigward ta' persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali, sabiex dawk il-persuni jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża għall-iskop uniku li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'dak l-Istat Membru;

3.  Iqis li l-Viżi Umanitarji Ewropej għandhom jikkomplementaw u mhux jissostitwixxu l-proċeduri nazzjonali ta' dħul eżistenti għall-protezzjoni umanitarja, il-proċeduri ta' risistemazzjoni u l-applikazzjonijiet spontanji taħt il-liġi internazzjonali dwar ir-rifuġjati, u li d-deċiżjoni li jinħarġu Viżi Umanitarji Ewropej għandha tibqa' l-kompetenza unika tal-Istati Membri;

4.  Iqis li kwalunkwe inizjattiva dwar Viżi Umanitarji Ewropej għandha tkun mingħajr preġudizzju għal inizjattivi oħra ta' politika dwar il-migrazzjoni, inklużi dawk li għandhom l-għan li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal mogħdijiet sikuri u legali lejn l-Unjoni, li l-Viża Umanitarja Ewropea għandha tkun waħda minnhom, ukoll peress li hija partikolarment importanti minn perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi billi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli u għalhekk aktar esposti għall-vjolenza sesswali u sessista tul ir-rotot u fiċ-ċentri ta' akkoljenza; jenfasizza li s-sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli u tipi oħra ta' dipendenzi jpoġġu lin-nisa u lill-bniet f'pajjiżi terzi f'sitwazzjoni fejn hu saħansitra aktar diffiċli għalihom mill-irġiel li jfittxu asil b'mod sikur;

6.  Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala espressjoni prattika tal-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, skont l-Artikolu 80 tat-TFUE;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u lill-parlamenti nazzjonali, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI

RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li se jiġi adottat għandu:

1.  FORMA U TITOLU TAL-ISTRUMENT LI GĦANDU JIĠI ADOTTAT

–  ikun att legali separat li għandu jiġi adottat fil-forma ta' regolament bit-titolu "Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Viża Umanitarja Ewropea",

2.  BAŻI ĠURIDIKA

–  ikollu l-punt (a) tal-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala l-bażi ġuridika,

3.  ĠUSTIFIKAZZJONI

–  ikun iġġustifikat bi:

–  il-lakuna legali attwali fid-dritt tal-Unjoni li, b'żieda mal-proċeduri ta' risistemazzjoni applikabbli għar-rifuġjati vulnerabbli, ma tipprevedix proċeduri, la fl-acquis dwar il-viża, u lanqas fl-acquis dwar il-fruntieri jew l-asil, għall-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri tal-persuni li jfittxu protezzjoni, fejn naraw li madwar 90 % tal-persuni li sussegwentement jiġu rikonoxxuti bħala rifuġjati u benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja li jkunu waslu fit-territorju tal-Istati Membri b'mod irregolari,(3) ħafna drabi permezz ta' rotot li jirrappreżentaw theddida għall-ħajja,

–  ir-riskju ta' frammentazzjoni hekk kif l-Istati Membri jistabbilixxu dejjem aktar il-programmi proprji tagħhom ta' ammissjoni u proċeduri umanitarji, filwaqt li jmorru kontra l-għan ġenerali skont l-Artikolu 78(1) tat-TFUE li tiġi żviluppata politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja, u li jwassal ukoll għar-riskju li dawn l-iskemi differenti jimminaw l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet komuni dwar id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kif stipulat fir-Regolamenti (KE) Nru 810/2009(4) u (UE) 2016/399(5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  l-ispejjeż għolja, f'termini umanitarji iżda wkoll f'termini ekonomiċi u baġitarji, assoċjati mal-istatus quo għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati (tariffi tal-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' bnedmin, riskju ta' traffikar u ta' sfruttament, riskju ta' persekuzzjoni, riskju ta' mewt u ta' trattament ħażin, eċċ.) u għall-Istati Membri u għall-Unjoni (baġit għoli għat-tiftix u s-salvataġġ, inkluż għal tbaħħir privat, protezzjoni tal-fruntieri, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, proċeduri tal-asil u ritorn possibbli f'każ ta' applikazzjonijiet rifjutati għal protezzjoni internazzjonali kif ukoll il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin eċċ.),

–  il-valur miżjud ta' azzjoni tal-Unjoni, f'termini tal-iżgurar tal-konformità mal-valuri tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet fundamentali, il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u l-fiduċja fis-sistema mill-persuni li jfittxu asil, iċ-ċertezza tad-dritt, il-prevedibbiltà u l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi tar-regoli, il-kisba ta' ekonomiji ta' skala u t-tnaqqis tal-ispejjeż imsemmija hawn fuq tal-istatus quo,

–  ifakkar li d-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) japplikaw biss fit-territorju tal-Istati Membri, filwaqt li bħalissa ma hemmx biżżejjed mezzi legali kif l-applikanti għall-asil jistgħu jilħqu dak it-territorju,

–  ifakkar li, wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal asil fi Stat Membru, id-dispożizzjonijiet tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil tal-Unjoni japplikaw,

–  jenfasizza li r-rifjut ta' applikazzjoni għal Viża Umanitarja Ewropea ma jaffettwa bl-ebda mod id-dritt ta' applikazzjoni għal asil fi ħdan l-Unjoni u ma jwaqqafx lill-applikant milli jidħol fi skemi oħra ta' protezzjoni disponibbli,

4.  DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

–  ikollu bħala objettiv li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet li taħthom Stat Membru jista' joħroġ Viża Umanitarja Ewropea fir-rigward ta' persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali, sabiex dawk il-persuni jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża għall-iskop uniku li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'dak l-Istat Membru,

–  ikopri, fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, ċittadini ta' pajjiżi terzi li jeħtiġilhom ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001(8), u meta asserzjonijiet ta' esponiment għal persekuzzjoni jew riskju ta' persekuzzjoni kif definit fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) ikunu manifestament fondati sew, iżda li ma jkunux diġà fi proċess ta' risistemazzjoni kif definit fl-iskemi nazzjonali ta' risistemazzjoni jew fir-Regolament propost li jistabbilixxi Qafas tal-Unjoni dwar ir-Risistemazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) jew fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE(11),

–  jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu il-membri tal-familji li altrimenti għandhom dritt li jingħaqdu mal-familja tagħhom fi Stat Membru fi żmien utli skont atti legali oħra tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali,

5.  PROĊEDURI GĦALL-ĦRUĠ TA' VIŻI UMANITARJI

–  jipprevedi li tali applikazzjonijiet għall-viża jitressqu direttament, b'mezzi elettroniċi jew bil-miktub, fi kwalunkwe konsulat jew ambaxxata tal-Istati Membri,

–  jipprevedi modalitajiet prattiċi għal tali applikazzjonijiet għall-viża, inkluż li wieħed jimla formola ta' applikazzjoni, l-għoti ta' informazzjoni dwar l-identità tal-applikant, inklużi identifikaturi bijometriċi u l-għoti ta' raġunijiet, kemm jista' jkun dokumentati, tal-biża' ta' persekuzzjoni jew ħsara serja,

–  jipprevedi li l-applikant għal tali viża jiġi mistieden għal intervista (bl-assistenza ta' interpretu, jekk ikun meħtieġ), li tista' ssir ukoll b'mezzi remoti ta' komunikazzjoni awdjo u vidjo, li jiżguraw livell xieraq ta' sikurezza, sigurtà u kunfidenzjalità,

–  jipprevedi li d-dokumenti ppreżentati jiġu vvalutati, anke fir-rigward tal-awtentiċità tagħhom, minn awtorità kompetenti, indipendenti u imparzjali, b'tagħrif u għarfien espert adegwati fi kwistjonijiet ta' protezzjoni internazzjonali,

–  jipprevedi li l-applikazzjonijiet għal tali viża jiġu vvalutati fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni u l-intervista tal-applikant u, meta disponibbli, evidenza dokumentata, mingħajr ma jitwettaq proċess sħiħ għad-determinazzjoni tal-istatus,

–  jipprevedi li, qabel il-ħruġ ta' tali viża, kull applikant ikun soġġett għal investigazzjoni tas-sigurtà, permezz ta' bażijiet ta' data rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data applikabbli, sabiex jiġi żgurat li huwa jew hija ma joffrix/toffrix riskju għas-sigurtà,

–  jipprevedi li tittieħed deċiżjoni dwar tali applikazzjonijiet għall-viża fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni,

–  jipprevedi li d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiġi kkomunikata lill-applikant u li din tkun individwalizzata, bil-miktub u motivata,

–  jipprevedi li ċittadin ta' pajjiż terz li ma jingħatax tali viża jkollu l-possibbiltà li jressaq appell, kif previst attwalment fil-każ ta' rifjut ta' viża għal soġġorn qasir jew rifjut ta' dħul fil-fruntiera,

6.  IL-ĦRUĠ TA' VIŻA UMANITARJA

–  jipprevedi li tali viża tinħareġ permezz ta' stiker komuni u tiddaħħal fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża,

–  jipprevedi li ladarba tinħareġ viża umanitarja, din tippermetti lid-detentur tagħha jidħol fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għall-iskop uniku li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'dak l-Istat Membru,

7.  ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA

–  jipprevedi li l-applikazzjonijiet għal tali viża jiġu vvalutati minn persunal imħarreġ kif xieraq,

–  jipprevedi li tali persunal jista' jiġi stazzjonat jew f'ambaxxati jew f'konsulati jew fl-Istati Membri, u f'dan il-każ l-applikazzjonijiet jiġu trażmessi b'mod elettroniku u l-intervisti jsiru mill-bogħod,

–  jipprevedi li ċerti aspetti tal-proċess, li ma jinvolvu l-ebda preselezzjoni tal-każijiet, valutazzjoni jew teħid ta' deċiżjonijiet ta' kwalunkwe tip, jistgħu jiġu ġestiti minn fornituri tas-servizzi esterni, inklużi l-għoti ta' informazzjoni, il-ġestjoni tal-appuntamenti għal intervisti u l-ġbir ta' identifikaturi bijometriċi,

–  jipprevedi li jiġu stabbiliti miżuri xierqa sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data, is-sigurtà tad-data u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet,

–  jipprevedi li l-Istati Membri jikkooperaw ma' xulxin, mal-aġenziji tal-Unjoni, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tiegħu,

–  jipprevedi li l-informazzjoni dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' tali viża kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinkiseb protezzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri ssir disponibbli b'mod wiesa', inkluż fuq is-siti web tal-ambaxxati u tal-konsulati tal-Istati Membri u permezz tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

8.  DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

–  jipprevedi appoġġ finanzjarju sinifikanti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li għandu jsir disponibbli lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tiegħu,

–  jipprevedi li Stat Membru li joħroġ tali viża umanitarja jkollu aċċess għall-istess kumpens mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni bħal meta Stat Membru jirċievi rifuġjat permezz tal-Qafas ta' Risistemazzjoni Ewropew,

9.  EMENDA TA' ATTI LEGALI OĦRA

–  jipprevedi emendi għal:

–  ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 biex jiċċara li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Viża Umanitarja Ewropea japplikaw għall-persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali,

–  ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) li jipprevedi li l-applikazzjonijiet għall-Viża Umanitarja Ewropea jiddaħħlu fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża,

–  ir-Regolament (UE) 2016/399 għall-aġġustament tal-kundizzjonijiet tad-dħul għall-persuni li jkunu kisbu Viża Umanitarja Ewropea,

–  il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri biex jipprovdi finanzjament lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi Viża Umanitarja Ewropea,

–  l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' Franza dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom(13) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE(14) sabiex teżenta lit-trasportaturi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi mir-responsabbiltà, l-obbligi u l-penali meta ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi involuti jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew umanitarja fit-territorju tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
(2) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Marzu 2017, X u X vs État Belge, C-638/16, ECLI:EU:C:2017:173.
(3) HEIN / DONATO (CIR) 2012: exploring avenues for protected entry in Europe (nesploraw rotot għal dħul protett fl-Ewropa), p. 17.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa(ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).
(10) 2016/0225(COD).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
(13) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 li tissupplimenta d-dispożizzjoni tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45).


Kodiċi dwar il-Viżi ***I
PDF 252kWORD 82k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (COM(2018)0252 – C8-0114/2018 – 2018/0061(COD))(1)
P8_TA(2018)0495A8-0434/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża komuni għal żjarat qosra kienet parti integrali fl-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni. Jenħtieġ li l-politika dwar il-viża tibqa' strument essenzjali għall-iffaċilitar tat-turiżmu u tan-negozju, filwaqt li li tkun ta' għajnuna kontra riskji ta' sigurtà u r-riskju tal-migrazzjoni irregolari lejn l-Unjoni.
(1)  Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża komuni għal żjarat qosra kienet parti integrali fl-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni. Politika dwar il-viżi li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jenħtieġ li tiffaċilita l-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi lejn l-UE billi tiggarantixxi l-moviment liberu tal-persuni filwaqt li tiżgura s-sigurtà tal-persuni fit-territorju tal-UE. Il-politika komuni dwar il-viżi jenħtieġ li tkun konsistenti ma' politiki oħra tal-Unjoni, inklużi dawk dwar il-libertà tal-moviment, ir-residenza u l-mobbiltà.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi rispettivi tagħhom fil-qafas tal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u strumenti internazzjonali oħra rilevanti.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Jenħtieġ li l-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża tkun kemm jista' jkun faċli għall-applikanti. Jenħtieġ li jkun ċar liema Stat Membru jkun kompetenti li jeżamina applikazzjoni għall-viża b'mod partikolari meta ż-żjara intenzjonata tkun tkopri diversi Stati Membri. Fejn possibbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu li l-formoli tal-applikazzjonijiet jimtlew u jiġi ppreżentati b'mod elettroniku. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għad-diversi passi tal-proċediment b'mod partikolari sabiex il-vjaġġaturi jkollhom iż-żmien biżżejjed biex jippjanaw minn qabel u jevitaw iż-żminijiet meta jkun hemm l-akbar attività fil-konsulati.
(4)  Jenħtieġ li l-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża tkun kemm jista' jkun faċli għall-applikanti u bi prezz raġonevoli. Jenħtieġ li jkun ċar liema Stat Membru jkun kompetenti li jeżamina applikazzjoni għall-viża b'mod partikolari meta ż-żjara intenzjonata tkun tkopri diversi Stati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu li l-formoli tal-applikazzjonijiet jimtlew u jiġi ppreżentati b'mod elettroniku. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għad-diversi passi tal-proċediment b'mod partikolari sabiex il-vjaġġaturi jkunu jistgħu jippjanaw minn żmien raġonevoli minn qabel u jevitaw iż-żminijiet meta jkun hemm l-akbar attività fil-konsulati. Bħala parti mill-iżvilupp ulterjuri tal-acquis lejn politika tassew komuni dwar il-viżi, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex jinħarġu l-viżi għandhom ikomplu jiġu armonizzati aktar u l-applikazzjoni uniformi tagħhom għandha tissaħħaħ.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   L-applikazzjonijiet għal viża u d-deċiżjonijiet dwar applikazzjoni għandhom jiġu eżaminati u meħuda mill-konsulati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu preżenti jew rappreżentati minn Stat Membru ieħor fil-pajjiżi terzi fejn iċ-ċittadini jkunu suġġetti għall-ħtieġa ta' viża u li jiżguraw li l-konsulati jkollhom għarfien suffiċjenti tas-sitwazzjoni lokali sabiex tiġi ggarantita l-integrità tal-proċess tal-applikazzjoni għall-viża.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)   Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati li jżommu l-possibbiltà ta' aċċess dirett għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-konsulat f'postijiet fejn fornitur ta' servizziesterni jkun ingħata mandat li jiġbor l-applikazzjonijiet għall-viża f'ismu, bla ħsara għall-obbligi imposti fuq l-Istati Membri bid-Direttiva 2004/38/KE18, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha.
imħassar
_________________
18 Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, ĠU L 229, 29.6.2004, p.35.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Jenħtieġ li l-applikanti ma jintalbux jippreżentaw assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar meta jippreżentaw applikazzjoni għal viża għal żjarat qosra. Dan huwa piż sproporzjonat għall-applikanti għal viża u m'hemm l-ebda evidenza li turi li d-detenturi tal-viżi għal żjarat qosra jippreżentaw riskju akbar f'termini ta' nfiq mediku pubbliku fl-Istati Membri miċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu tal-viża.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Jenħtieġ li t-tariffa tal-viża tiżgura li jkun hemm disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċjenti sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-iproċessar tal-viża, inklużi strutturi xierqa u għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-integrità tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-viża. L-ammont tat-tariffa tal-viża jenħtieġ li jiġi rivedut fuq bażi ta' kull sentejn, abbażi ta' kriterji oġġettivi.
(6)  Jenħtieġ li t-tariffa tal-viża tiżgura li jkun hemm disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċjenti sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-iproċessar tal-viża, inklużi strutturi xierqa u għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal sabiex jiġu żgurati l-kwalità, il-ħeffa u l-integrità tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-viża. L-ammont tat-tariffa tal-viża jenħtieġ li jiġi rivedut kull sentejn abbażi ta' kriterji ta' valutazzjoni oġġettivi.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Jenħtieġ li l-proċeduri ta' akkoljenza għall-applikanti jirrispettaw kif xieraq lid-dinjità tal-bniedem u lid-drittijiet fundamentali, kif imsemmi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Jenħtieġ li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viża jitwettaq mingħajr diskriminazzjoni u b'mod professjonali b'rispett għall-applikanti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu tal-viża jkunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom tal-viża fil-post ta' reżidenza tagħhom, anki jekk l-ebda Stat Membru ma jkun preżenti għall-iskop tal-ġbir tal-applikazzjonijiet, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi esterni jkunu jistgħu jipprovdu s-servizz neċessarju wara l-ħlas ta' tariffa, li tkun teċċedi l-livell massimu ġenerali.
(7)  Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu tal-viża jkunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom tal-viża kemm jista' jkun qrib il-post ta' residenza tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi esterni jkunu jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet wara l-ħlas ta' tariffa, li tkun teċċedi l-livell massimu ġenerali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Jenħtieġ li jiġu razzjonalizzati arranġamenti ta' rappreżentazzjoni u jenħtieġ li jiġu evitati l-ostakoli quddiem il-konklużjoni ta' tali arranġamenti fost l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istat Membru rappreżentanti jkun responsabbli għall-proċess kollu kemm hu tal-applikazzjonijiet tal-viża, mingħajr l-involviment tal-Istat Membri rappreżentat.
(8)  Jenħtieġ li jiġu integrati u faċilitati arranġamenti ta' rappreżentazzjoni u jenħtieġ li jiġu evitati l-ostakoli quddiem il-konklużjoni ta' tali arranġamenti fost l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istat Membru rappreżentanti jkun responsabbli għall-proċess kollu kemm hu tal-applikazzjonijiet tal-viża, mingħajr l-involviment tal-Istat Membri rappreżentat.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Fil-każ ta' nuqqas ta' kooperazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi fejn tidħol ir-riammisjsoni taċ-ċittadini tagħhom li jinqabdu f'sitwazzjoni irregolari, u n-nuqqas ta' dawn il-pajjiżi terzi li jikkooperaw b'mod effettiv fil-proċess ta' ritorn, jenħtieġ li tiġi applikata applikazzjoni restrittiva u temporanja ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, abbażi ta' mekkaniżmu trasparenti bbażat fuq kriterji oġġettivi, sabiex titjieb il-kooperazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat fejn tidħol ir-riammissjoni ta' migranti irregolari.
(11)  Fil-każ ta' kooperazzjoni sodisfaċenti jew ta' nuqqas ta' kooperazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi fejn tidħol ir-riammisjsoni taċ-ċittadini tagħhom li jinqabdu f'sitwazzjoni irregolari u nuqqas ta' rieda sodisfaċenti jew in-nuqqas ta' dawn il-pajjiżi terzi li jikkooperaw b'mod effettiv fil-proċess ta' ritorn, jenħtieġ li tiġi applikata applikazzjoni restrittiva u temporanja ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, abbażi ta' mekkaniżmu trasparenti bbażat fuq kriterji oġġettivi, sabiex titjieb jew tiġi mħeġġa t-tkomplija tal-kooperazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat fejn tidħol ir-riammissjoni ta' migranti irregolari.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Jenħtieġ li l-applikanti li tkun inċaħditilhom viża jkollhom id-dritt ta' appell li, f'ċerti stadju tal-proċedimenti, jenħtieġ li jiggarantixxi appell ġudizzjarju effettiv. Jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-raġunijiet ta' ċaħda u proċeduri ta' appell fil-każ ta' deċiżjonijiet negattivi fin-notifika taċ-ċaħda.
(12)  Jenħtieġ li l-applikanti li tkun inċaħditilhom viża jkollhom id-dritt ta' appell li, kemm jista' jkun malajr, jiggarantixxi appell ġudizzjarju effettiv. Jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-raġunijiet ta' ċaħda u proċeduri ta' appell fil-każ ta' deċiżjonijiet negattivi fin-notifika taċ-ċaħda.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva d-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mit-trattati internazzjonali u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-għan tiegħu, b'mod partikolari, huwa li jiżgura r-rispett sħiħ għad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit fl-Artikolu 16 TFUE, għad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja kif stabbilit fl-Artikolu 7, għad-dritt għall-ażil kif stabbilit fl-Artikolu 18 u d-drittijiet tat-tfal kif stabbilit fl-Artikolu 24 tal-Karta msemmija u għall-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli flessibbli li jippermettu li l-Istati Membri jottimizzaw il-qsim tar-riżorsi u tiżdied il-kopertura konsulari. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (Ċentri ta' Viżi ta' Schengen) tista' tieħu kull forma adattata għaċ-ċirkostanzi lokali sabiex tiżdied il-kopertura ġeografika konsulari, jitnaqqsu l-kosti tal-Istati Membri, tiżdied il-viżibilità tal-Unjoni u jitjieb is-servizz offrut lill-applikanti tal-viża.
(16)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli flessibbli li jippermettu li l-Istati Membri jottimizzaw il-qsim tar-riżorsi u tiżdied il-kopertura konsulari. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (Ċentri ta' Viżi ta' Schengen) tista' tieħu kull forma adattata għaċ-ċirkostanzi lokali sabiex tiżdied il-kopertura ġeografika konsulari, jitnaqqsu l-kosti tal-Istati Membri, tiżdied il-viżibilità tal-Unjoni u jitjieb is-servizz offrut lill-applikanti tal-viża. Il-politika komuni dwar il-viżi għandha tikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni tat-tkabbir u tkun koerenti ma' politiki oħrajn tal-Unjoni, bħal dawk relatati mar-relazzjonijiet esterni, il-kummerċ, l-edukazzjoni, il-kultura u t-turiżmu.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Is-sistemi elettroniċi ta' applikazzjoni tal-viża żviluppati mill-Istati Membri jgħinu biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-applikazzjoni għall-applikanti kif ukoll għall-konsulati. Jenħtieġ li tiġi żviluppata soluzzjoni komuni li tippermetti d-diġitizzazzjoni sħiħa, bl-użu sħiħ tal-iżviluppi legali u teknoloġiċi riċenti.
(17)  Is-sistemi elettroniċi ta' applikazzjoni tal-viża żviluppati mill-Istati Membri huma essenzjali biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-applikazzjoni għall-applikanti kif ukoll għall-konsulati. Jenħtieġ li tiġi żviluppata soluzzjoni komuni li tippermetti d-diġitizzazzjoni sħiħa sal-2025 fil-forma ta' pjattaforma online u l-viża elettronika tal-UE, b'hekk isir użu sħiħ tal-iżviluppi legali u teknoloġiċi riċenti, biex tkun possibbli applikazzjoni għal viża online biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tal-applikanti u jiġu attirati iżjed viżitaturi fiż-żona Schengen. Is-sistema ta' applikazzjoni elettronika għal viża għandha tkun aċċessibbli għalkollox għall-persuni b'diżabilità. Il-garanziji proċedurali sempliċi u integrati jenħtieġ li jissaħħu u jiġu applikati b'mod uniformi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Meta japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u strumenti internazzjonali oħra rilevanti.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)   Jixraq li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġu adottati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' emendi tekniċi għall-Annessi ta' dan ir-Regolament.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
(27b)   Jenħtieġ li jiġu żviluppati miżuri xierqa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-viża. Jenħtieġ li l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jiffukaw ukoll fuq is-sorveljanza tar-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali mill-Istati Membri matul l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, kif ukoll tal-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u tal-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri li ma jeċċedux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.;
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri li ma jeċċedux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, u soġġorni previsti minn professjonisti tal-isports u l-kultura sa sena, mingħajr ma joqogħdu għal aktar minn 90 jum fi kwalunkwe Stat Membru fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
(1a)  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:
‘3a. Meta japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'konformità sħiħa mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), id-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar l-Istatus tar-Rifuġjati ("il-Konvenzjoni ta' Ġinevra"), l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement u d-drittijiet fundamentali. F'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.";
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 1 – paragrafu 3b (ġdid)
(1b)  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:
(3b)   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta applikazzjoni għal viża elettronika, E-visa, sal-2025.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 2 – punt 12a (ġdid)
12a.   Professjonisti tal-isport u l-kultura: ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex ċittadini tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-Trattat u li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin: artisti tal-ispettaklu u l-persunal ta' appoġġ tagħhom, sportivi tal-ogħla livell u l-persunal ta' appoġġ tagħhom u, fejn applikabbli, membri tal-familja ta' dawn il-kategoriji, li kienu f'pożizzjoni biex juru b'mod ċar l-ostakoli amministrattivi u loġistiċi li ġġib magħha l-organizzazzjoni ta' tour jew kompetizzjoni f'diversi Stati Membri fiż-żona Schengen li ddum aktar minn tliet xhur.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 3, paragrafu 5
(3)  fl-Artikolu 3(5), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
(3)  fl-Artikolu 3(5), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
"(b) ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-pussess ta' permess ta' residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew minn Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu fil-pussess ta' wieħed mill-permessi ta' residenza validi elenkati fl-Anness V maħruġa mill-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew l-Istati Uniti tal-Amerika li jiggarantixxu r-riammissjoni mhux kondizzjonata tad-detentur, jew li huma fil-pussess ta' permess ta' residenza għall-partijiet fil-Karibew tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba);
(c)  ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-pussess ta' viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jew għal pajjiż li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew għall Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerika, jew detenturi ta' viża valida għall-partijiet tal-Karibew tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba), meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-viża jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew meta, wara li jkunu għamlu użu mill-viża, jirritornaw mill-pajjiż li jkun ħareġ il-viża;”;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 5 – paragrafu 1b
(b)  jekk iż-żjara tinkludi aktar minn destinazzjoni waħda, jew jekk għandhom jitwettqu diversi żjarat separati f'perjodu ta' xahrejn, l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali taż-żjara(t) fir-rigward tat-tul jew l-għan taż-żjara, magħdudin fi ġranet; jew;
(b)  jekk iż-żjara tinkludi aktar minn destinazzjoni waħda, jew jekk għandhom jitwettqu diversi żjarat separati f'perjodu ta' xahrejn, l-Istat Membru fejn tkun tinsab l-organizzazzjoni jew l-impriża ospitanti, fejn xieraq, jew l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali taż-żjara(t) fir-rigward tat-tul jew l-għan taż-żjara, magħdudin fi ġranet, jew jekk id-destinazzjoni ewlenija ma tkunx tista' tiġi ddeterminata, l-Istat Membru mill-fruntiera esterna li minnha l-applikant ikun beħsiebu jidħol fit-territorju tal-Istati Membri;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
(5a)  Fl-Artikolu 5 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
‘2a. Jekk l-Istat Membru li huwa kompetenti skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, la jkun preżenti u lanqas irrappreżentat fil-pajjiż terz fejn l-applikant jippreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 10, l-applikant għandu jkun intitolat li jippreżenta l-applikazzjoni:
(a)  fil-konsulat ta' wieħed mill-Istati Membri tal-ewwel dħul, jekk il-punt (a) ma jkunx applikabbli,
(b)  fil-konsulat tal-Istat Membru tal-ewwel dħul, jekk il-punt (a) ma jkunx applikabbli,
(c)  fil-każijiet l-oħra kollha fil-konsulati ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li huma preżenti fil-pajjiż fejn l-applikant jippreżenta l-applikazzjoni.
Jekk il-konsulat tal-Istat Membru li huwa kompetenti skont il-paragrafu 1 jew il-konsulat tal-Istat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jkun jinsab f'distanza ta' aktar minn 500 km mill-post tar-residenza tal-applikant, jew jekk vjaġġ ta' ritorn bit-trasport pubbliku mill-post tar-residenza tal-applikant ikun jirrikjedi waqfa tul il-lejl, u jekk il-konsulat ta' Stat Membru ieħor ikun jinsab eqreb tal-post tar-residenza tal-applikant, l-applikant għandu jkun intitolat li jippreżenta l-applikazzjoni fil-konsulat ta' dan l-aħħar Stat Membru.";
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)
(5b)  Fl-Artikolu 5 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
‘2b. Jekk l-Istat Membru li huwa kompetenti skont il-paragrafi 1 jew 2 ikun stabbilixxa, skont l-Artikolu 8, arranġament ta' rappreżentanza ma' Stat Membru ieħor bil-għan li jqis l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f'ismu, l-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha lill-konsulat tal-Istat Membru rappreżentanti.";
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Stat Membru jista' jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor li hu kompetenti skont l-Artikolu 5 għall-fini li jeżamina l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f'isem dak l-Istat Membru. Stat Membru jista' wkoll jirrappreżenta Stat Membru wieħed jew aktar b'mod limitat biss għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi.
‘1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, Stat Membru jista' jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor li hu kompetenti skont l-Artikolu 5 għall-fini li jeżamina l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f'isem dak l-Istat Membru. Stat Membru jista' wkoll jirrappreżenta Stat Membru wieħed jew aktar b'mod limitat biss għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 8 – paragrafu 6
(ba)   fl-Artikolu 8, il-paragrafu 6 huwa emendat
6.  Bil-ħsieb li jkun żgurat li infrastruttura ta' trasport fqira jew distanzi twal f'reġjun speċifiku jew żona ġeografika ma jeħtieġux sforz sproporzjonat min-naħa tal-applikanti tal-viża biex ikollhom aċċess għal konsulat, l-Istati Membri li m'għandhomx konsulat tagħhom stess f'dak ir-reġjun jew dik iż-żona għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza mal-Istati Membri li għandhom konsulati f'dak ir-reġjun jew dik-iż-żona.
6. Bil-ħsieb li jkun żgurat li infrastruttura ta' trasport fqira jew distanzi twal f'reġjun speċifiku jew żona ġeografika ma jeħtieġux sforz sproporzjonat min-naħa tal-applikanti tal-viża biex ikollhom aċċess għal konsulat, l-Istati Membri li m'għandhomx konsulat tagħhom stess f'dak ir-reġjun jew dik iż-żona għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza mal-Istati Membri li għandhom konsulati f'dak ir-reġjun jew dik-iż-żona sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni maħluqa bejn ċittadini ta' pajjiżi terzi b'aċċess mhux ugwali għas-servizzi konsulari.
Dan it-tip ta' arranġament jista' wkoll jiġi konkluż mar-rappreżentanza ta' pajjiż membru tal-UE li jkun jinsab f'pajjiż ġar tal-pajjiż terz ikkonċernat jekk dan ikun jinsab eqreb lejn il-post ta' residenza tal-applikant."
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 9 – paragrafu 1
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mhux aktar minn sitt xhur, u fil-każ ta' baħħara fil-qadi ta' dmirijiethom, mhux aktar tard minn disa' xhur qabel il-bidu taż-żjara prevista u, bħala regola ġenerali, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel din tibda.;
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn disa' xhur qabel il-bidu taż-żjara prevista u, bħala regola ġenerali, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel din tibda. F'każijiet individwali ġustifikati ta' urġenza, inkluż meta jkun meħtieġ għal raġunijiet professjonali, umanitarji jew ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, il-konsulat jista' jirrinunzja għal dan il-limitu ta' żmien tal-aħħar.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 9 – paragrafu 3
(aa)   L-Artikolu 9, paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
F'każijiet ta' urġenza ġġustifikati, l-applikanti għandhom jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.
"F'każijiet ta' urġenza ġġustifikati, l-applikanti għandhom jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.
F'każ ta' nuqqas ta' tweġiba fil-każ ta' proċedura elettronika matul ix-xahar ta' wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, jista' jsir rikors biex l-applikazzjoni tiġi eżaminata f'kull każ."
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)
(aa)  mir-rappreżentanti legali tal-applikant
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 10 – paragrafu 1
L-applikanti għandhom jidhru personalment meta jippreżentaw applikazzjoni għall-ġbir ta' marki tas-swaba', skont l-Artikolu 13(2), (3) u (7) (b).;
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13, 42, 43 u 45, l-applikanti jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom personalment jew b'mezz elettroniku.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
(9a)  fl-Artikolu 13, paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-applikant jista' ma jintalabx minn fornitur ta' servizzi esterni biex jidher fiżikament għal kull applikazzjoni sabiex jinġabru l-identifikaturi bijometriċi kull darba. Sabiex il-fornituri ta' servizzi esterni jkunu jistgħu jivverifikaw li l-identifikaturi bijometriċi jkunu nġabru, l-applikant għandu jingħata riċevuta wara li jkun ġabar l-identifikaturi bijometriċi.";
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-applikanti jippreżentaw prova ta' sponsorizzazzjoni u ta' akkomodazzjoni privata, jew it-tnejn li huma billi jimlew formola mfassla minn kull Stat Membru. Dik il-formola għandha tindika b'mod partikolari:
4.  L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-applikanti jippreżentaw prova ta' sponsorizzazzjoni u ta' akkomodazzjoni privata, jew it-tnejn li huma billi jimlew formola mfassla mill-Kummissjoni. Dik il-formola għandha tindika b'mod partikolari:
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Minbarra l-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru, il-formola għandha titfassal mill-anqas b'lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għandu jintbagħat kampjun tal-formola lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-formola permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2). Il-formola għandha tintuża biex jiġu infurmati l-isponsor/il-persuna li stiednet dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u r-regoli applikabbli. Minbarra l-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru, il-formola għandha titfassal mill-anqas b'lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 15
(11)  L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 15 huwa mħassar
(a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Tħassir tal-Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar
“1. L-applikanti għal viża uniformi għal dħul wieħed għandhom jagħtu prova li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri kwalunkwe spiża li tista' tinqala' marbuta mar-ripatrijazzjoni għal raġunijiet mediċi, attenzjoni medika urġenti u/jew trattament ta' emerġenza jew mewt, fi sptar matul is-soġġorn previst tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri.”
(b)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. L-applikanti għal viża uniformi bi dħul multiplu għandhom jagħtu prova li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri l-perijodu tal-ewwel żjara prevista tagħhom.";
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 16
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 16
Artikolu 16
It-tariffa tal-viża
It-tariffa tal-viża
1.  L-applikanti għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 80.
1.  L-applikanti għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 80.
1a.  L-applikanti li d-data tagħhom tkun diġà ġiet irreġistrata fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża u li l-identifikaturi bijometriċi tagħhom ikunu miġbura f'konformità mal-Artikolu 13 iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 60.
2.  Tfal mill-età ta' sitt snin sa mhux akbar minn 12-il sena għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 40.
2.  Tfal mill-età ta' tnax-il sena sa mhux akbar minn tmintax-il sena għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 40.
2a.  L-applikanti li jiffurmaw parti minn grupp li jivvjaġġa għal skopijiet artistiċi, sportivi jew edukazzjonali għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 60.
4.  It-tariffa tal-viża għandha tiġi rinunzjata għal applikanti li jagħmlu parti minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:
4.  It-tariffa tal-viża għandha tiġi rinunzjata għal applikanti li jagħmlu parti minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a)  it-tfal taħt sitt snin;
(a)  it-tfal taħt l-età ta' tnax-il sena;
(b)  it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta' studju jew ta' taħriġ edukattiv;
(b)  it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta' studju jew ta' taħriġ edukattiv;
(c)  riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jivvjaġġaw għall-iskop li jwettqu riċerka xjentifika kif definit fir-Rakkomandazzjoni Nru 2005/761/KE27 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi uniformi ta' soġġorn qasir għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jivvjaġġaw fil-Komunità għall-iskop li jwettqu riċerka xjentifika [21];
(c)  riċerkaturi minn pajjiżi terzi, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE27, li jivvjaġġaw għall-iskop li jwettqu riċerka xjentifika jew li jipparteċipaw f'xi seminar jew konferenza xjentifika;
(d)  ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li m'għandhomx aktar minn tletin sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.";
(d)  ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li m'għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.
(e)  il-membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni kif msemmija fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/38/KE;
5.  It-tariffa tal-viża tista' tiġi rinunzjata għal:
5.  It-tariffa tal-viża tista' tiġi rinunzjata għal:
(a)  tfal mill-età ta' sitt snin sa mhux aktar minn tnax-il sena;
(a)  tfal mill-età ta' tnax-il sena sa mhux aktar minn tmintax-il sena;
(b)  detenturi ta' passaporti diplomatiċi u ta' servizz;
(b)  detenturi ta' passaporti diplomatiċi u ta' servizz;
(c)  parteċipanti li m'għandhomx aktar minn tletin sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.";
(c)  parteċipanti li m'għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.
(d)  l-applikanti għal viża b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll il-benefiċjarji ta' programm tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni jew ir-rilokazzjoni.
(e)  għal applikanti għal viża b'validità territorjali limitata.
6.  F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.
6.  F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi, interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali, jew għal raġunijiet umanitarji jew minħabba obbligi internazzjonali.
_________________
_________________
27. Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).
27. Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 17
(13)  L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 17
It-tariffa tas-servizz
1.  Tista' tiġi imposta tariffa għas-servizz addizzjonali minn fornitur estern ta' servizzi kif hemm imsemmi fl-Artikolu 43. It-tariffa għas-servizz għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż magħmula mill-fornitur estern ta' servizz waqt li jwettaq kompitu wieħed jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 43(6).
1.  Tista' tiġi imposta tariffa għas-servizz addizzjonali minn fornitur estern ta' servizzi kif hemm imsemmi fl-Artikolu 43. It-tariffa għas-servizz għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż magħmula mill-fornitur estern ta' servizz waqt li jwettaq kompitu wieħed jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 43(6).
2.  It-tariffa għas-servizzi għandha tkun speċifikata fl-istrument legali msemmi fl-Artikolu 43(2).
2.  It-tariffa għas-servizzi għandha tkun speċifikata fl-istrument legali msemmi fl-Artikolu 43(2).
3.  Fil-qafas tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffa għas-servizz li tintalab lill-applikant tirrifletti debitament is-servizzi offruti mill-fornitur estern tas-servizzi u tkun adattata għaċ-ċirkostanzi lokali. Barra minn hekk, għandu jkollhom l-għan li jarmonizzaw it-tariffa għas-servizzi applikata.
4.  It-tariffa għas-servizzi m'għandhiex taqbeż nofs l-ammont tat-tariffa għall-viża mniżżla fl-Artikolu 16(1) irrispettivament mit-tnaqqis ta' jew l-eżenzjonijiet possibbli mit-tariffa għall-viża kif previst fl-Artikolu 16(2), (4), (5) u (6).
4.  It-tariffa għas-servizzi m'għandhiex taqbeż nofs l-ammont tat-tariffa għall-viża mniżżla fl-Artikolu 16(1) irrispettivament mit-tnaqqis ta' jew l-eżenzjonijiet possibbli mit-tariffa għall-viża kif previst fl-Artikolu 16(2), (4), (5) u (6). Għandha tinkludi l-ispejjeż kollha relatati mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal viża, inkluża t-trażmissjoni tal-applikazzjoni u d-dokument tal-ivvjaġġar mill-fornitur ta' servizzi esterni lill-konsulat u r-ritorn tad-dokument tal-ivvjaġġar lill-fornitur ta' servizzi esterni.
5.  L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.
5.  L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom jew fil-konsulat ta' Stat Membru li miegħu jkollu/jkollhom arranġament ta' rappreżentanza, f'konformità mal-Artikolu 40.
5a.  L-applikant għandu jingħata rċevuta meta jħallas it-tariffa għas-servizz.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 19 – paragrafu 3
(13a)  Artikolu 19 – paragrafu 3:
Fejn il-konsulat kompetenti jikkonkludi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew sodisfatti, l-applikazzjoni mhijiex ammissibbli u l-konsulat għandu mingħajr dewmien:
Fejn il-konsulat kompetenti jikkonkludi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, għandu, meta jkun xieraq, jinnotifika lill-applikant billi jindika n-nuqqasijiet u jawtorizza lill-applikant jikkoreġihom. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux ikkoreġuti, l-applikazzjoni mhijiex ammissibbli u l-konsulat għandu mingħajr dewmien:
—  irodd lura l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha ppreżentati mill-applikant,
—  irodd lura l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha ppreżentati mill-applikant,
—  jeqred id-data bijometrika miġbura,
—  jeqred id-data bijometrika miġbura,
—  jirrimborsa t-tariffa tal-viża, u
—  jirrimborsa t-tariffa tal-viża, u
—  ma jeżaminax l-applikazzjoni.
—  ma jeżaminax l-applikazzjoni.”
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 19 – paragrafu 4
(13a)  fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4.  B'deroga, applikazzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tista' titqies ammissibbli għal raġunijiet umanitarji jew għal raġunijiet ta' interess nazzjonali.
"4. B'deroga, applikazzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tista' titqies ammissibbli għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali.";
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt e
(a)  fil-paragrafu 3, il-punt (e) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
(a)  fil-paragrafu 3, il-punt (e) huwa mħassar.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt (c)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 21 – paragrafu 8
8.  Waqt l-eżami ta' applikazzjoni, il-konsulati jistgħu jsejħu lill-applikant għal intervista u jitolbu dokumenti addizzjonali.
8.  Waqt l-eżami ta' applikazzjoni, il-konsulati jistgħu, f'każijiet ġustifikati, isejħu lill-applikant għal intervista, u jitolbu dokumenti addizzjonali. Dawk l-intervisti jistgħu jsiru bl-użu ta' għodod diġitali moderni u mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, bħal telefonati awdjo jew vidjo bl-internet. Id-drittijiet fundamentali tal-applikanti għandhom jiġu ggarantiti matul il-proċess.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 22 – paragrafu 4
(aa)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar it-tali notifiki.
"4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tali notifiki.";
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 23 – paragrafu 1
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu deċiżi fi żmien għaxart (10) jiem kalendarji mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni li tkun ammissibbli skont l-Artikolu 19.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu deċiżi fi żmien għaxart (10) jiem kalendarji mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni li tkun ammissibbli skont l-Artikolu 19, jew fi żmien ħamest (5) ijiem kalendarji għal applikanti tal-viża li d-data tagħhom tkun diġà rreġistrata fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża u li l-identifikaturi bijometriċi tagħhom ikunu miġbura f'konformità mal-Artikolu 13.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa massimu ta' 45 jum kalendarju f'każijiet individwali, b'mod notevoli meta jkun meħtieġ skrutinju ulterjuri tal-applikazzjoni.
Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa massimu ta' 30 jum kalendarju f'każijiet individwali, b'mod notevoli meta jkun meħtieġ skrutinju ulterjuri tal-applikazzjoni.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)
(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Għandha tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien dwar l-applikazzjonijiet f'każijiet individwali ġġustifikati ta' urġenza, inkluż meta jkun meħtieġ għal raġunijiet professjonali, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali.";
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-applikanti li l-konsulati jqisu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul u li fil-konfront tagħhom m'hemm l-ebda raġuni għal ċaħda msemmija fl-Artikolu 32 għandhom jingħataw viża skont dan l-Artikolu.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a
(a)  għal perjodu ta' validità ta' sena, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment tliet viżi fi żmien is-sentejn ta' qabel;
(a)  għal perjodu ta' validità ta' sena, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment tliet viżi fi żmien is-sentejn ta' qabel, u fil-każ ta' baħħara fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, għal perjodu ta' validità ta' sena, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment żewġ viżi fis-sentejn preċedenti;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt b
(b)  għal perjodu ta' validità ta' sentejn dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sena;
(b)  għal perjodu ta' validità ta' sentejn jekk l-applikant ikun kiseb, fis-sentejn preċedenti, viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sena;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt c
(c)  għal perjodu ta' validità ta' ħames snin, dment li l-applikant ikun kiseb u uża skont il-liġi viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sentejn.
(c)  għal perjodu ta' validità ta' ħames snin jekk l-applikant ikun kiseb, fis-sentejn preċedenti, viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sentejn.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt c
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 24 – paragrafu 2c
2c.  Bla ħsara għall-paragrafu 2, viża bi dħul multiplu valida għal massimu ta' ħames snin tista' tinħareġ lil applikanti li jagħtu prova tal-ħtieġa jew jiġġustifikaw l-intenzjoni tagħhom li jivvjaġġaw ta' spiss u/jew regolarment dment li jagħtu prova tal-integrità u l-affidabbiltà tagħhom, b'mod partikolari l-użu legali ta' viżi preċedenti, is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tagħhom li jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li jkunu applikaw għaliha.
2c.  Bla ħsara għall-paragrafu 2, viża bi dħul multiplu valida għal massimu ta' ħames snin għandha tinħareġ lil applikanti li jagħtu prova tal-ħtieġa jew jiġġustifikaw l-intenzjoni tagħhom li jivvjaġġaw ta' spiss u/jew regolarment, b'mod partikolari minħabba l-istatus okkupazzjonali jew familjari tagħhom, bħal ta' persuni tan-negozju, impjegati taċ-ċivil li jkollhom kuntatt uffiċjali regolari ma' Stati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw għall-finijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars u konferenzi, membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni, membri tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-Istati Membri, u baħħara, dment li jagħtu prova tal-integrità u l-affidabbiltà tagħhom, b'mod partikolari l-użu legali ta' viżi preċedenti, is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tagħhom li jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li jkunu applikaw għaliha.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 25a
“Artikolu 25a
“Artikolu 25a
Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni
Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni
1.  L-Artikolu 14(6), l-Artikolu 16(1) u (5), il-punt (b), l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) ma għandhomx japplikaw għal applikanti jew kategoriji ta' applikanti, li jkunu ċittadini ta' pajjiż terz li jkun meqjus bħala li ma jikkollaborax biżżejjed mal-Istati Membri dwar ir-riammissjoni ta' migranti irregolari, abbażi ta' dejta rilevanti u oġġettiva, f'konformità ma' dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 24(2d).
1.  Skont il-livelli ta' kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi mal-Istati Membri dwar ir-riammissjoni ta' migranti irregolari, ivvalutati abbażi ta' data rilevanti u oġġettiva, l-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1a) u (5), punt (b) u tal-Artikolu 24(2) minn hawn 'il quddiem tista' tiġi aġġustata għal kategoriji ta' applikanti jew għall-applikanti kollha biċ-ċittadinanza ta' dak il-pajjiż terz kif speċifikat fil-paragrafu 4.
Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 24(2d).
2.  Il-Kummissjoni għandha regolarment tivvaluta l-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tar-riammissjoni, fil-kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, tal-indikaturi li ġejjin:
2.  Il-Kummissjoni għandha regolarment, tal-inqas darba fis-sena, tivvaluta l-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi rilevanti fir-rigward tar-riammissjoni, b'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, tal-indikaturi li ġejjin:
(a)  l-għadd ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa lil persuni li jkunu qegħdin jirrisjedu illegalment fit-territorju tal-Istati Membri mill-pajjiż terz inkwistjoni;
(a)  l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(b)  l-għadd ta' ritorni reali ta' persuni li jkunu nħarġulhom deċiżjonijiet ta' ritorn bħala perċentwal tal-għadd ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa lil ċittadini tal-pajjiż terz inkwistjoni inkluż, fejn xieraq, abbażi ta' ftehimiet ta' riammissjoni tal-Unjoni jew bilaterali, l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għaddew mit-territorju tiegħu;
(c)   l-għadd ta' talbiet ta' riammissjoni aċċettati mill-pajjiż terz bħala perċentwal tal-għadd ta' applikazzjonijiet sottomessi lilu.
(b)  l-għadd ta' talbiet ta' riammissjoni minn Stat Membru aċċettati mill-pajjiż terz bħala perċentwal tal-għadd ta' applikazzjonijiet sottomessi lilu;
(c)  il-livell ta' kooperazzjoni prattika fil-qasam tar-ritorn fid-diversi stadji tal-proċedura ta' ritorn, bħal dawn li ġejjin:
(i)  l-assistenza f'waqtha tal-proċeduri ta' identifikazzjoni;
(ii)  il-forniment u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa;
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill , li għandhom jiddiskutu l-kwistjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' kooperazzjoni mal-pajjiż terz rilevanti għar-riammissjoni ta' migranti irregolari.
B'mod partikolari, għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin biex tiġi vvalutata l-kooperazzjoni ta' pajjiż rigward ir-riammissjoni:
(a)  il-parteċipazzjoni fi proġetti pilota dwar il-migrazzjoni tal-ħaddiema, biex b'hekk jingħata kontribut biex tiġi diżinċentivata l-migrazzjoni irregolari;
(b)  l-isforzi li jista' jintwera li saru biex il-persuni rimpatrijati jiġu reintegrati u biex tiġi żgurati s-sostenibbiltà tar-ritorni;
(c)  l-isforzi li jista' jintwera li saru biex jiġu miġġielda t-traffikar u l-kuntrabandu u l-ksur konsegwenti tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati (parteċipazzjoni fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u f'attivitajiet ta' taħriġ, fosthom dwar il-prevenzjoni tal-abbuż u l-isfruttament).
Il-Parlament għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni.
3.  Stat Membru jista' wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi konfrontat bi problemi prattiċi sostanzjali u persistenti fil-kooperazzjoni ma' pajjiż terz fir-riammissjoni ta' migranti irregolari abbażi tal-istess indikaturi bħal dawk elenkati fil-paragrafu 2.
4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 3 fi żmien perjodu ta' xahar.
3.  Stat Membru jista' wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni jekk josserva problemi sostanzjali u persistenti kif ukoll titjib sostanzjali fil-kooperazzjoni ma' pajjiż terz fir-riammissjoni ta' migranti irregolari abbażi tal-istess indikaturi bħal dawk elenkati fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula fi żmien perjodu ta' 15-il jum. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Kunsill u lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-eżami tagħha.
5.   Meta, abbażi tal-analiżi li ssir referenza għaliha fil-paragrafi 2 u 4, il-Kummissjoni tiddeċiedi li pajjiż ma jkunx ikkollabora biżżejjed, u li għalhekk tkun meħtieġa azzjoni, hija tista', anki b'kunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, tadotta att ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2):
4.   Meta, abbażi tal-analiżi li ssir referenza għaliha fil-paragrafi 2 u 3, filwaqt li jitqiesu r-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, speċjalment rigward il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riammissjoni, u filwaqt li jitqiesu l-valutazzjoni u d-diskussjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tiddeċiedi li pajjiż:
(a)  li jissospendi temporanjament l-applikazzjoni ta', jew tal-Artikolu 14(6), tal-Artikolu 16(5) punt (b), tal-Artikolu 23(1) jew tal-Artikolu 24(2), jew ta' xi wħud minn dawk id-dispożizzjonijiet, jew kollha kemm huma, għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom, jew
(a)  jikkoopera b'mod suffiċjenti, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 52(2a), għal ċerti kategoriji ta' ċittadini jew għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat li japplikaw għal viża fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz:
(i)  li jnaqqas it-tariffa tal-viża skont l-Artikolu 16(2a) u/jew
(ii)  li jnaqqas iż-żmien li fih jittieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjoni, skont l-Artikolu 23(1a), u/jew
(iii)  li jżid il-perjodu ta' validità ta' viżi bi dħul multiplu skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 24(2); u/jew
(iv)  li jiffaċilita l-parteċipazzjoni fi proġetti ta' migrazzjoni tal-ħaddiema;
(b)  li japplika t-tariffa tal-viża stabbilita fl-Artikolu 16(2a) għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom.
(b)  ma jkunx ikkollabora biżżejjed, hija tista', anki b'kunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, tadotta att ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2):
(i)  li temporanjament jimmodifika l-applikazzjoni jew tal-Artikolu 14(6) jew tal-Artikolu 23(1), jew li temporanjament jissospendi l-Artikolu 16(5b), l-Artikolu 23(1), jew uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom, jew l-Artikolu 24(2).”
6.  Il-Kummissjoni għandha kontinwament tivvaluta, abbażi tal-indikaturi stabbiliti fil-paragrafu 2, jekk ikunx jista’ jiġi stabbilit li jkun seħħ titjib sinifikanti fil-kooperazzjoni tal-pajjiż terz partikolari fejn tidħol ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari u, fil-kunsiderazzjoni ukoll tar-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, tista’ tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda l-att ta’ implimentazzjoni li ssir referenza għalih fil-paragrafu 5.
7.  Mhux aktar tard minn sitt xhur wara tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li ssir referenza għalih fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fejn tidħol il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ma’ dak il-pajjiż terz.”;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 32 – paragrafu 1 – paragrafu a – punt vii
(aa)   fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1, punt vii huwa mħassar
(vii)  ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 – punt ab (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 32 – paragrafu 2
(ab)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Deċiżjoni għaċ-ċaħda u r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI.
"2. Deċiżjoni għaċ-ċaħda u r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI b'lingwa li l-applikant jifhem jew li wieħed jista' jissuponi b'mod raġonevoli li jifhem.";
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  Jenħtieġ li l-applikanti li tkun inċaħditilhom viża jkollhom id-dritt ta' appell li, f'ċerti stadju tal-proċedimenti, jenħtieġ li jiggarantixxi appell ġudizzjarju effettiv. L-appelli għandhom jinfetħu kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' appell, kif speċifikat fl-Anness VI.;
3.  Jenħtieġ li l-applikanti li tkun inċaħditilhom viża jkollhom id-dritt ta' appell li, f'ċertu stadju tal-proċedimenti, jenħtieġ li jiggarantixxi appell ġudizzjarju effettiv. L-appelli għandhom jinfetħu kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-iskadenza għall-appell għandha tkun ta' mill-inqas 30 jum kalendarju. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti informazzjoni dettaljata dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' appell, kif speċifikat fl-Anness VI, b'lingwa li l-applikanti jifhmu jew li wieħed jista' jissuponi b'mod raġonevoli li jifhmu.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 32 – paragrafu 3a
3a.   Il-formola standard għan-notifika u l-għoti ta' raġunijiet għaċ-ċaħda, annullament jew revoka ta' viża fl-Anness VI għandha tkun disponibbli, bħala minimu, fil-lingwi li ġejjin:
(a)  bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab viża; kif ukoll
(b)  bil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitanti;.
Minbarra l-lingwa(i) msemmija fil-punt (a), il-formola tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-applikanti f'waħda jew aktar lingwi uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
It-traduzzjoni ta' din il-formola bil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitanti għandha ssir fil-qafas tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen prevista fl-Artikolu 48.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 34 – punt 7
(22c)   fl-Artikolu 34, il-paragrafu 7 huwa emendat
7.  Id-detentur tal-viża li l-viża tiegħu tkun ġiet annullata jew revokata għandu jkollu d-dritt tal-appell, sakemm il-viża ma tkunx ġiet revokata fuq it-talba tiegħu skont il-paragrafu 3. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' appell, kif speċifikat fl-Anness VI.
7. Id-detentur tal-viża li l-viża tiegħu tkun ġiet annullata jew revokata għandu jkollu d-dritt tal-appell, sakemm il-viża ma tkunx ġiet revokata fuq it-talba tiegħu skont il-paragrafu 3. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' appell, kif speċifikat fl-Anness VI. Jekk il-benefiċjarju tal-viża annullata diġà jkun preżenti fit-territorju ta' Stat Membru, huwa ma jistax ikun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn sakemm il-perjodu tal-appell ma jkunx skada jew id-deċiżjoni finali fir-rigward ta' dan l-appell ma tkunx ġiet notifikata kif xieraq lill-benefiċjarju."
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 35 - paragrafu 2
(22b)  fl-Artikolu 35, jitħassar il-paragrafu 2;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 36a - paragrafu 3
3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi strutturi xierqa u jiskjera persunal imħarreġ apposta għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża u t-twettiq tal-verifiki kollha u l-valutazzjoni tar-riskju, kif stabbilit fl-Artikolu 21.
3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi strutturi xierqa u jimpjega persunal imħarreġ apposta għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża u t-twettiq tal-verifiki kollha u l-valutazzjoni tar-riskju, kif stabbilit fl-Artikolu 21. Il-persunal għandu jirċievi taħriġ dwar il-ġestjoni ta' fajls diġitali.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 37 – punt 2
(24b)   fl-Artikolu 37, il-paragrafu 2 huwa emendat
2.  Il-ħażna u l-ġestjoni tal-istickers tal-viża għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta' sigurtà adatti biex jiġu evitati l-frodi jew it-telf. Kull konsulat għandu jżomm kont tal-istokk ta' stickers tal-viża tiegħu u jirreġistra kif intużat kull sticker tal-viża.
2. Il-ħażna u l-ġestjoni tal-istickers tal-viża għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta' sigurtà adatti biex jiġu evitati l-frodi jew it-telf. Kull konsulat għandu jżomm kont tal-istokk ta' stickers tal-viża tiegħu u jirreġistra kif intużat kull sticker tal-viża. Kwalunkwe frodi jew telf sinifikanti jrid jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni."
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 37 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet għandhom jinżammu għal minimu ta' sena mid-data tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, kif issir referenza f-Artikolu 23(1) jew, fil-każ ta' appell, sat-tmiem tal-proċedura ta' appell.";
Il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet għandhom jinżammu għal minimu ta' sentejn mid-data tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, kif issir referenza f-Artikolu 23(1) jew, fil-każ ta' appell, sat-tmiem tal-proċedura ta' appell.";
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 38 – paragrafu 4a (ġdid)
(26a)  Fl-Artikolu 38, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
‘4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulati għandhom fis-seħħ proċedura tal-ilmenti għall-applikanti għal viża. L-informazzjoni dwar din il-proċedura għandha ssir disponibbli mill-konsulat fuq is-sit web tiegħu u, fejn applikabbli, mill-fornitur ta' servizzi esterni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm rekord tal-ilmenti.";
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 39 - paragrafu 1
(26b)   fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1 huwa emendat
1.  Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b'korteżija.
1. Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b'korteżija. L-arranġamenti għall-ilqugħ tal-applikanti u għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tagħhom għandhom jirrispettaw kif xieraq id-drittijiet fundamentali, kif imsemmija fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. L-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-viża għandu jsir mingħajr diskriminazzjoni, b'mod professjonali li jirrispetta l-applikanti."
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 26c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 39 - paragrafu 3
(26c)  fl-Artikolu 39, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
3.  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m'għandux jiddiskrimina kontra persuni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
"3. "Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-membri tal-persunal konsulari ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq il-bażi tan-nazzjonalità, tas-sess, tal-ġeneru, tas-sitwazzjoni familjali, tal-oriġini, tar-reliġjon reali jew preżunta, tat-twemmin, tad-diżabbiltà, tal-età jew tal-orjentazzjoni sesswali."
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29 – punt d
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 43 - paragrafu 9
9.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali u jiżguraw li l-fornitur ta' servizzi esterni jkun soġġett għal sorveljanza mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
9.  L-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati xorta għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-regoli, inkluż fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali, u b'mod partikolari l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u tal-protezzjoni ta' dejta personali, u għandhom jiżguraw li l-fornitur ta' servizzi esterni jkun soġġett għal sorveljanza mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33 – punt b
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 48 – paragrafu 1a – punt c
(c)  jiżguraw traduzzjoni komuni tal-formola tal-applikazzjoni, fejn rilevanti;
(c)  jiżguraw traduzzjoni komuni tal-formola tal-applikazzjoni u tal-formola standard għan-notifika u għall-għoti ta' raġunijiet għal ċaħda, annullament jew revoka ta' viża, fejn rilevanti;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33 – punt d
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 48 - paragrafu 3 – punt b - (vi)
(vi)  ix-xejriet fejn jidħlu ċaħdiet;
(vi)  ix-xejriet taċ-ċaħdiet u r-raġunijiet għalihom;
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33 – punt d
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 48 – paragrafu 3 – punt d
(d)  informazzjoni dwar il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata, inkluża l-verifika tat-tip ta' kopertura u l-ammont possibbli tal-eċċess.";
imħassar
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 34a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 49
(34a)   L-Artikolu 49 huwa emendat
Artikolu 49
Artikolu 49
Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku
Arranġamenti għal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku u kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali oħra ta' livell għoli
L-Istati Membri li jospitaw il-Logħob Olimpiku u l-Logħob Paralimpiku għandhom japplikaw il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viża kif stabbilit fl-Anness XI.
L-Istati Membri li jospitaw il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku u kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali oħra ta' livell għoli għandhom japplikaw il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viża kif stabbilit fl-Anness XI."
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35
Regolament (KE) Nru 810/2009
Artikolu 50b – paragrafu 1
1.  Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
1.  Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha ssir simultanjament u bla dewmien u għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 2 - paragrafu 1
1.  Tliet snin wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tlesti evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din l-evalwazzjoni kumplessiva għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
1.  Sentejn wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tlesti evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din l-evalwazzjoni kumplessiva għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Mhux aktar tard minn sena wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tneħħija tal-istickers tal-viża u dwar l-introduzzjoni ta' viża diġitali li tippermetti l-ħruġ ta' viża ta' Schengen fil-forma ta' reġistrazzjoni sempliċi fil-VIS u ta' notifika elettronika mibgħuta lill-applikant.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Anness IVa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 810/2009
Anness XI
PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIFFAĊILITAW IL-ĦRUĠ TAL-VIŻI LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA OLIMPIKA LI QED TIPPARTEĊIPA FIL-LOGĦOB OLIMPIKU U FIL-LOGĦOB PARALIMPIKU
PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIFFAĊILITAW IL-ĦRUĠ TAL-VIŻI LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA OLIMPIKA U SPORTIVA LI JIPPARTEĊIPAW FIL-LOGĦOB OLIMPIKU, FIL-LOGĦOB PARALIMPIKU U F'KOMPETIZZJONIJIET SPORTIVI TA' LIVELL GĦOLI

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0434/2018).


Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tarreverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvista ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu *
PDF 169kWORD 54k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvisti ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu (COM(2016)0811 – C8-0023/2017 – 2016/0406(CNS))
P8_TA(2018)0496A8-0418/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0811),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0023/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0418/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Sabiex jiġi limitat ir-riskju taċ-ċaqliq tal-frodi bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri kollha li jissodisfaw ċertu kriterji fir-rigward tal-livell tal-frodi tagħhom, b'mod partikolari b'rabta mal-frodi karusell, u li jistgħu jistabbilixxu liema miżuri oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti biex jiġi miġġieled dak il-frodi, għandhom jitħallew jintużaw GRCM.
(4)  Sabiex jiġi limitat ir-riskju taċ-ċaqliq tal-frodi bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri kollha li jissodisfaw ċertu kriterji fir-rigward tal-livell tal-frodi tagħhom, b'mod partikolari b'rabta mal-frodi karusell, u li jistgħu jistabbilixxu liema miżuri oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti biex jiġi miġġieled dak il-frodi, għandhom jitħallew jintużaw GRCM. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jistabbilixxu li l-gwadanni stmati mill-konformità mar-regoli tat-taxxa u mill-ġbir tat-taxxa li huma mistennija bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-GRCM ikunu akbar mill-piżijiet addizzjonali kumplessivi stmati fuq in-negozji u fuq l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, u li n-negozji u li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma jkunux se jġarrbu spejjeż ogħla minn dawk imġarrba bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri oħra ta' kontroll.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Barra minn hekk, l-Istati Membri konfinanti li jiffaċċjaw riskju serju ta' ċaqliq tal-frodi fit-territorju tagħhom, minħabba l-awtorizzazzjoni ta' dak il-mekkaniżmu fi Stat Membru ieħor, għandhom jitħallew jużaw il-GRCM, fejn miżuri oħrajn ta' kontroll ma jkunux suffiċjenti biex jiġi miġġieled dak ir-riskju ta' frodi.
imħassar
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-GRCM, għandhom japplikawha għall-provvisti kollha ta' oġġetti u servizzi 'l fuq minn livell limitu definit għal kull fattura. Il-GRCM m'għandhiex tiġi ristretta għal kwalunkwe settur speċifiku.
(6)  Jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-GRCM, jenħtieġ li japplikawh għall-provvisti mhux transfruntieri kollha ta' oġġetti u servizzi 'l fuq minn livell limitu definit għal kull tranżazzjoni. Jenħtieġ li l-GRCM ma jiġi ristrett għall-ebda settur speċifiku.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Sabiex ikun jista' jiġi vvalutat jekk l-introduzzjoni tal-GRCM fi Stat Membru wieħed tirriżultax f'ċaqliq ta' frodi lejn Stati Membri oħrajn, u biex ikun jista' jiġi vvalutat il-grad tad-disturbi possibbli għall-funzjonament tas-suq intern, huwa f'loku li jkun previst obbligu speċifiku għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li japplikaw il-GRCM u Stati Membri oħra. Tali skambji ta' informazzjoni kollha huma soġġetti għal dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni u l-kunfidenzjalità tad-data personali. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet biex jissalvagwardjaw l-interessi tal-Istati Membri jew tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Sat-30 ta' Ġunju 2022 Stat Membru jista', bħala Mekkaniżmu tar-Reverse Charge Ġeneralizzat (GRCM), jipprevedi li l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-oġġetti u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 10 000 għal kull fattura, b'deroga mill-Artikolu 193.
Sat-30 ta' Ġunju 2022 Stat Membru jista', bħala Mekkaniżmu tar-Reverse Charge Ġeneralizzat (GRCM), jipprevedi li l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-oġġetti u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 25 000 għal kull fattura, b'deroga mill-Artikolu 193.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  ikollu diskrepanza tal-VAT, espressa bħala perċentwal tar-Responsabbiltà tat-Taxxa Totali tal-VAT, ta' mill-inqas 5 punti perċentwali 'l fuq mid-diskrepanza tal-VAT medjana tal-Komunità;
(a)  fl-2014 kellu, skont il-metodu u ċ-ċifri murija fir-rapport finali tal-2016 li jġib id-data tat-23 ta' Awwissu 2016 dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni, diskrepanza tal-VAT, espressa bħala perċentwal tar-Responsabbiltà tat-Taxxa Totali tal-VAT, ta' mill-inqas 15-il punt perċentwali 'l fuq mid-diskrepanza tal-VAT medjana tal-Komunità;
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  ikollu livell ta' frodi karuselll fi ħdan id-diskrepanza tal-VAT totali tiegħu ta' aktar minn 25 %;
(b)  ikollu, abbażi tal-valutazzjoni ta' impatt li akkumpanjat il-proposta leġiżlattiva għal dan l-Artikolu, fis-sena koperta mir-rapport imsemmi fil-punt (a), livell ta' frodi karusell fi ħdan id-diskrepanza tal-VAT totali tiegħu ta' aktar minn 25 %; kif ukoll
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  jistabblixxi li l-miżuri l-oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi karuselll fit-territorju tiegħu.
(c)  jistabbilixxi li miżuri oħra ta' kontroll mhumiex suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi karusell fit-territorju tiegħu, b'mod partikolari billi jispeċifika l-miżuri ta' kontroll applikati u r-raġunijiet partikolari għan-nuqqas ta' effikaċja tagħhom, kif ukoll ir-raġunijiet għala rriżulta li l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT kienet insuffiċjenti; kif ukoll
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  jistabbilixxi li l-gwadanni stmati mill-konformità mar-regoli tat-taxxa u mill-ġbir tat-taxxa mistennija bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-GRCM ikunu tal-anqas 25 % akbar mill-piżijiet addizzjonali kumplessivi mistennija fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa; kif ukoll
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb)  jistabbilixxi li, bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-GRCM, in-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma jkunux se jġarrbu spejjeż ogħla minn dawk imġarrba bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri oħra ta' kontroll.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 3
L-Istat Membru għandu jehmeż mat-talba msemmija fil-paragrafu 4, il-kalkolu tad-diskrepanza tal-VAT skont il-metodu u l-figuri disponibbli fl-aktar rapport reċenti dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni.
L-Istat Membru għandu jehmeż mat-talba msemmija fil-paragrafu 4 l-kalkolu tad-diskrepanza tal-VAT skont il-metodu u l-figuri disponibbli fir-rapport dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 2
2.  Sat-30 ta' Ġunju 2022, Stat Membru jista' jipprovdi li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-oġġetti u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 10 000 għal kull fattura fejn dan l-Istat Membru:
imħassar
(a)  għandu fruntiera komuni ma' Stat Membru li huwa awtorizzat japplika l-GRCM;
(b)  jistabbilixxi li jeżisti riskju serju ta' ċaqliq tal-frodi lejn it-territorju tiegħu minħabba l-awtorizzazzjoni tal-GRCM lil dak l-Istat Membru;
(c)  jistabblixxi li l-miżuri l-oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi fit-territorju tiegħu.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar elettroniku xierqa u effettivi fuq il-persuni taxxabbli kollha u, b'mod partikolari, fuq il-persuni taxxabbli li jipprovdu jew li jirċievu l-prodotti jew is-servizzi li japplika għalihom dan il-mekkaniżmu.
3.  L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar elettroniku xierqa u effikaċi fuq il-persuni taxxabbli kollha u, b'mod partikolari, fuq il-persuni taxxabbli li jipprovdu jew li jirċievu l-prodotti jew is-servizzi li japplika għalihom dan il-mekkaniżmu biex jiżguraw funzjonament u monitoraġġ effikaċi tal-applikazzjoni tal-GRCM.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  ġustifikazzjoni dettaljata li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ġew issodisfati;
(a)  ġustifikazzjoni dettaljata li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġew issodisfati; u
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  id-data ta' meta jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM u l-perjodu kopert minnu;
(b)  id-data ta' meta jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM u l-perjodu kopert minnu; u
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex il-persuni taxxabbli jiġu infurmati li se jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM;
(c)  l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex il-persuni taxxabbli jiġu infurmati li se jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM; kif ukoll
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 3.
(d)  deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 7 – subparagrafu 1
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-GRCM. Dan ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effettività tal-GRCM.
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw f'format elettroniku lill-Istati Membri kollha:
(a)  l-ismijiet tal-persuni li, fit-tnax-il xahar li jippreċedu d-data tal-applikazzjoni tal-GRCM, kienu soġġetti għal proċedimenti kriminali jew amministrattivi għal frodi tal-VAT;
(b)  l-ismijiet tal-persuni, inklużi, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-ismijiet tad-diretturi tagħhom, li r-reġistrazzjoni tal-VAT tagħhom f'dak l-Istat Membru ġiet terminata wara l-introduzzjoni tal-GRCM; kif ukoll
(c)  l-ismijiet tal-persuni, inklużi, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-ismijiet tad-diretturi tagħhom, li jkunu naqsu milli jippreżentaw denunzja tal-VAT għal żewġ perjodi tat-taxxa konsekuttivi wara l-introduzzjoni tal-GRCM.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-introduzzjoni tal-GRCM u għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-introduzzjoni tal-GRCM u għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem.
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sena wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-GRCM. Dan ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effikaċja tal-GRCM.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 8 – subparagrafu 1
L-Istati Membri li ma japplikawx il-mekkaniżmu għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt fuq it-territorju tagħhom mill-Istati Membri l-oħrajn li japplikaw il-GRCM mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2019, diment li l-GRCM ikun ġie applikat għal tal-inqas sena fi Stat Membru wieħed sa dik id-data.
L-Istati Membri li ma japplikawx il-mekkaniżmu għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt fuq it-territorju tagħhom mill-Istati Membri l-oħrajn li japplikaw il-GRCM. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data meta l-GRCM ikun ġie applikat għal sena fi Stat Membru wieħed.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 199c – paragrafu 10 – punt a
(a)  l-evoluzzjoni tad-diskrepanza tal-VAT;
imħassar
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2
Għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2022.
Għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2022

L-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija
PDF 137kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija: abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru (2018/2092(INI))
P8_TA(2018)0497A8-0365/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea (11997D/PRO/02),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija tad-29 ta' Settembru 2010 (14142/2010) u tat-8 ta' Lulju 2011 (14142/1/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-qafas għall-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija tas-7 ta' Diċembru 2011 (14302/3/11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011, tat-22 u t-23 ta' Settembru 2011, tal-25 u s-26 ta' Ottubru 2012, tas-7 u d-9 ta' Marzu 2013, u tal-5 u s-6 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għal Schengen(2),

–  wara li kkunsidra t-tmien rapport biannwali tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament taż-żona Schengen tal-15 ta' Diċembru 2015 (COM(2015) 0675 final),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen(3),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (15820/1/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0365/2018),

A.  billi l-Bulgarija u r-Rumanija adottaw l-acquis ta' Schengen mal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea fl-2007; billi fl-2008 il-Bulgarija ddikjarat li tinsab lesta biex tibda l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Grupp ta' Ħidma tal-Evalwazzjoni ta' Schengen (SCH-EVAL), kompost minn esperti mill-Istati Membri ta' Schengen; billi fl-2007 u fl-2008 ir-Rumanija ddikjarat li lesta tibda l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-SCH-EVAL;

B.  billi t-tlestija tal-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen għall-Bulgarija u r-Rumanija u l-istat ta' tħejjija taż-żewġ pajjiżi biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen ġew ikkonfermati mill-esperti SCH-EVAL u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011; billi fl-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2011, il-Kunsill ivverifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen ġew issodisfati fl-oqsma kollha, jiġifieri l-protezzjoni tad-data, il-fruntieri tal-ajru, il-fruntieri fuq l-art, il-kooperazzjoni tal-pulizija, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-fruntieri tal-baħar u l-viżi; billi minbarra l-isfida tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, it-tlestija tal-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen wasslet liż-żewġ pajjiżi biex jirristrutturaw fundamentalment is-sistemi tagħhom ta' sorveljanza tal-fruntieri u jinvestu f'żieda fil-kapaċità tal-infurzar tal-liġi; billi skont l-Att tal-Adeżjoni 2005, it-tlestija b'suċċess tal-proċeduri ta' evalwazzjoni ta' Schengen hija l-unika prerekwiżit għall-applikazzjoni sħiħa tal-aqcuis ta' Schengen, inkluża l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru; billi l-istat ta' tħejjija tal-Bulgarija u tar-Rumanija biex japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ġie rikonoxxut diversi drabi mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern fil-Kunsill, kif ukoll mill-Kummissjoni u mill-Parlament, l-aktar reċentement fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Settembru 2017 u fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-30 ta' Mejju 2018;

C.  billi fl-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2010, il-Kunsill ippropona l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija u l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru; billi fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011, il-Parlament approva din id-deċiżjoni u talab lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikun beħsiebu jemendaha b'mod sostanzjali;

D.  billi f'Settembru 2011 il-Presidenza tal-Kunsill ippreżentat proposta għal implimentazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija, jiġifieri l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-baħar u tal-ajru biss, filwaqt li pprevediet deċiżjoni separata, fi stadju sussegwenti, fir-rigward tal-fruntieri fuq l-art;

E.  billi fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni kkonferma f'diversi okkażjonijiet l-impenn tiegħu li jibbaża kwalunkwe deċiżjoni futura dwar l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-Bulgarija u r-Rumanija fuq approċċ f'żewġ stadji; billi l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni mill-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ġiet differita ripetutament;

F.  billi bid-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2017, il-Bulgarija u r-Rumanija ngħataw aċċess passiv għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża; billi fl-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 il-Kunsill ippropona l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fiż-żewġ Stati Membri;

G.  billi la l-Att tal-Adeżjoni 2005 u lanqas il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen ma jipprevedu l-iffissar ta' skedi ta' żmien differenti għall-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru; billi kull tkabbir preċedenti taż-żona Schengen ġie stabbilit b'att legali wieħed;

H.  billi ż-żona Schengen hija arranġament uniku u waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea, li tippermetti l-moviment liberu tal-persuni għall-fruntieri interni ta' Schengen; billi dan sar possibbli permezz ta' diversi miżuri ta' kumpens, bħall-istabbiliment tas-sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen sabiex jissaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen mill-Istati Membri u titrawwem fiduċja reċiproka fil-funzjonament taż-żona Schengen;

I.  billi ż-żamma tal-kontrolli fil-fruntieri interni fl-Unjoni u l-introduzzjoni mill-ġdid tagħhom fiż-żona Schengen għandhom impatt serju fuq il-ħajjiet taċ-ċittadini Ewropej u ta' dawk kollha li jgawdu mill-prinċipju tal-moviment liberu ġewwa l-UE u jdgħajfu serjament il-fiduċja tagħhom fl-istituzzjonijiet u l-integrazzjoni Ewropej; billi dan jinvolvi spejjeż operattivi u ta' investiment diretti għall-ħaddiema transfruntiera, it-turisti, it-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, b'effetti debilitanti fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u l-funzjonament tas-suq intern tal-UE; billi ż-żamma tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet minn u lejn iż-żewġ Stati Membri, kif ukoll fuq l-operazzjonijiet tat-trasport minn u lejn uħud mill-akbar flotot ċivili u portijiet tal-merkanzija tan-Nofsinhar tal-Ewropa, u dan jirriżulta f'benefiċċji mitlufa u żieda fl-infiq; billi l-istimi tal-ispejjeż marbuta mal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri għall-Unjoni Ewropea jvarjaw bejn EUR 0,05 biljun u EUR 20 biljun fi spejjeż ta' darba u EUR 2 biljun fi spejjeż operattivi annwali(6);

J.  billi ż-żamma ta' kontrolli fil-fruntieri interni fl-Unjoni jew l-introduzzjoni mill-ġdid tagħhom fiż-żona Schengen jidhru li huma marbuta ma' perċezzjoni ta' theddid għall-ordni pubbliku u s-sigurtà interna pjuttost milli evidenza soda tal-eżistenza effettiva ta' theddida serja; billi l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni b'riżultat tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri li aderixxu preċedentement ma rriżultatx f'rati ogħla ta' kriminalità; billi t-tkabbir ta' Schengen tal-2007 huwa assoċjat ma' rati aktar baxxi ta' kriminalità relatata ma' akkwist materjali kemm fl-Istati Membri l-ġodda ta' Schengen kif ukoll fl-Istati Membri eżistenti ta' Schengen u ma żiedx il-perċezzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà fost iċ-ċittadini tal-UE(7);

1.  Ifakkar li l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha għall-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen ġew issodisfati mill-Bulgarija u mir-Rumanija fl-2011;

2.  Jiddispjaċih għall-fatt li f'dawn l-aħħar seba' snin, il-Kunsill naqas milli jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija minkejja l-appelli ripetuti tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Parlament dwar dan;

3.  Iqis li l-proposta għall-qsim tal-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni f'żewġ atti legali sabiex jiġu stabbiliti skedi ta' żmien differenti għall-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru, titbiegħed b'mod sinifikanti mit-test tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2010 approvat mill-Parlament;

4.  Ifakkar li l-Kunsill jista' jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija biss wara konsultazzjoni mal-Parlament – obbligu li joħroġ mill-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011;

5.  Jesprimi tħassib li l-introduzzjoni ta' approċċ f'żewġ stadji jista' jaffettwa b'mod negattiv it-tkabbir futur taż-żona Schengen; jenfasizza li nuqqas ta' qbil fil-Kunsill iqajjem dubju dwar l-applikazzjoni unitarja tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-UE u l-kredibbiltà tal-UE, u dan inaqqas kontinwament l-appoġġ pubbliku għall-politiki komuni tal-UE peress li juri trattament inugwali tal-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom u jintroduċi linji artifiċjali tad-diviżjoni fi ħdan l-Unjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu li tali prattiki jikkontribwixxu għaż-żieda fil-populiżmu u n-nazzjonaliżmu madwar il-kontinent, li jippreżenta sfida fundamentali għall-funzjonament tal-UE;

6.  Jissottolinja l-fatt li l-moviment liberu tal-persuni madwar il-fruntieri interni, li jirriżulta mill-inkorporazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas legali tal-UE, huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-UE; jenfasizza li l-funzjonament u t-tkabbir taż-żona Schengen ma għandux jiġi affettwat b'mod negattiv min-nuqqasijiet f'politiki oħra tal-UE, bħas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;

7.  Jilqa' l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2017 li tagħti lill-Bulgarija u lir-Rumanija aċċess passiv għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-proposta tal-Kunsill għall-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fiż-żewġ Stati Membri; jiddispjaċih għall-fatt li l-adozzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet ma saritx immedjatament wara verifika tat-tlestija b'suċċess tal-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen fl-2011, iżda bdiet bħala miżura ad hoc sabiex tiżgura konformità mal-prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ, li mistennija tibda topera sa mhux aktar tard mill-2020; iqis li dawn l-atti legali jikkostitwixxu pass lejn l-indirizzar tal-lakuni ta' informazzjoni bejn dawk l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ u dawk li japplikawh parzjalment; jinsisti bil-qawwa li l-adozzjoni ta' dawn l-atti ma għandhiex isservi biex tkompli ddewwem l-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru; jinnota li bl-adozzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet, il-Bulgarija u r-Rumanija se jaqsmu r-responsabbiltajiet u l-obbligi kollha, iżda mhux il-benefiċċji kollha, tas-sħubija sħiħa fiż-żona Schengen;

8.  Jenfasizza li l-acquis ta' Schengen ma tfassalx biex jakkomoda lill-Istati Membri bi status legali differenti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta' azzjoni fuq perjodu twil tal-Kunsill ħoloq il-ħtieġa li ssir distinzjoni ċara fil-leġiżlazzjoni tal-UE, relatata mas-sistemi ta' informazzjoni u ta' ġestjoni tal-fruntieri, bejn dawk l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ u dawk li japplikawh parzjalment; jesprimi t-tħassib tiegħu li dan jikkodifika legalment eżistenza parallela, de facto, ta' żona Schengen b'moviment liberu u żona Schengen mingħajr moviment liberu, u dan joħloq ir-riskju ta' lakuni fl-iskambju ta' informazzjoni, nuqqsijiet leġiżlattivi u nuqqas ta' konnettività bejn is-sistemi ta' ġustizzja u affarijiet interni;

9.  Jenfasizza li fir-rigward tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen, ma għandu jiġi introdott l-ebda kriterju addizzjonali, ħlief għall-prerekwiżiti speċifikati stabbiliti fl-Att ta' Adeżjoni tal-2005, u l-ebda rabta ma' mekkaniżmi u politiki oħra tal-Unjoni, inkluż, u bla preġudizzju għall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika; jistieden lill-Istati Membri jieħdu deċiżjoni dwar it-tkabbir taż-żona Schengen biss abbażi tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni taż-żona Schengen wara t-tlestija tal-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen;

10.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jippreżenta abbozz ġdid ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija fuq il-bażi tal-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2010 (14142/2010) malajr kemm jista' jkun u, permezz ta' att legali wieħed, jieħu deċiżjoni immedjata għall-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, tal-baħar u tal-ajru;

11.  Jistieden lill-Kunsill biex japplika l-istess approċċ għall-Kroazja u jikkonforma l-adeżjoni sħiħa tal-pajjiż maż-żona Schengen hekk kif tlesti b'suċċess il-proċess ta' evalwazzjoni ta' Schengen u tissodisfa l-kriterji rilevanti;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 160.
(2) ĠU C 94 E, 3.4.2013, p. 13.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0228.
(4) ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0253.
(6) van Ballegooij, W., "The Cost of Non-Schengen: Civil Liberties, Justice and Home Affairs aspects" (Il-Kost tan-Non-Schengen: l-aspetti tal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni), Ir-rapport dwar il-Kost tan-Non-Ewropa, Unità tal-Valur Miżjud Ewropew, 2016, p. 32.
(7) Ibid., pp. 28 u 31.


Mobbiltà militari
PDF 152kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobbiltà militari (2018/2156(INI))
P8_TA(2018)0498A8-0372/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dokument intitolat "Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea", ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013, tas-26 ta' Ġunju 2015, tal-15 ta' Diċembru 2016, tad-9 ta' Marzu 2017, tat-22 ta' Ġunju 2017, tal-20 ta' Novembru 2017, tal-14 ta' Diċembru 2017 u tat-28 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2017 u tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2017 intitolata "Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tad-Difiża Ewropea" (COM(2017)0315),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP tal-10 ta' Novembru 2017 intitolata "Intejbu l-Mobbiltà Militari fl-Unjoni Ewropea" (JOIN(2017)0041),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP tat-28 ta' Marzu 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari (JOIN(2018)0005),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-8 ta' Lulju 2016 u tal-10 ta' Lulju 2018, għall-ġabriet komuni ta' proposti għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet konġunti approvati mill-Kunsill tal-UE u l-Kunsill tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u fil-5 ta' Diċembru 2017, u għar-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tagħhom tal-14 ta' Ġunju u tal-5 ta' Diċembru 2017 u tas-6 ta' Ġunju 2018, inklużi l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017 u tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet konġunti,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar is-Sigurtà u s-Solidarjetà Transatlantiċi u d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO fi Brussell, it-tnejn li huma fil-11 ta' Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża(4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar ir-relazzjonijiet UE-NATO(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0372/2018),

A.  billi l-valuri bażiċi li fuqhom hija msejsa l-UE – id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif ukoll is-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u l-unità Ewropea qed jiġu dejjem aktar ikkontestati f'era ta' taqlib ġeopolitiku u degradazzjoni tal-ambjent strateġiku;

B.  billi deterrenza kredibbli, kif ukoll ippjanar għal rispons għall-kriżijiet u għad-difiża tal-Ewropa kontinentali, jiddependu fuq il-kapaċità li jintużaw il-forzi b'mod rapidu u effiċjenti, inklużi l-forzi alleati esterni;

C.  billi d-"dividend ta' paċi" ta' wara l-1989 ra l-erożjoni gradwali tal-ħtiġijiet ta' difiża fir-rigward tal-infrastruttura u tal-mobbiltà tal-forzi fl-Ewropa kollha;

D.  billi l-UE, f'kooperazzjoni sħiħa man-NATO, għandha l-għan li taġixxi globalment bħala fornitur tas-sigurtà u b'hekk tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà kemm internament kif ukoll esternament u tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini u tat-territorju tagħha permezz ta' firxa unika u wiesgħa ta' politiki, strumenti u għodod għad-dispożizzjoni tagħha biex twettaq dawn l-ambizzjonijiet;

E.  billi, skont l-objettivi tal-Istrateġija Globali, l-UE qed iżżid ir-responsabbiltà tagħha għas-sigurtà u d-difiża tagħha stess u għar-rwol tagħha bħala sieħeb għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, partikolarment fil-viċinat tagħha, iżda wkoll lil hinn minnu, kif ukoll l-awtonomija strateġika tagħha, abbażi tal-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni;

F.  billi l-Unjoni jeħtiġilha tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha stess permezz ta' politika estera u ta' sigurtà effiċjenti, sabiex iżżomm il-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, filwaqt li tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha stess u dik tal-persuni involuti fil-missjonijiet tal-PSDK, bl-għan li tipproteġi l-interessi tagħha u tiddefendi l-valuri li fuqhom hija msejsa, ilkoll waqt li tikkontribwixxi għal multilateraliżmu effettiv;

G.  billi l-UE jeħtiġilha tkun kapaċi li tiddeċiedi u taġixxi mingħajr ma tiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' parti terzi, sabiex tibni r-reżiljenza tagħha stess u tikkonsolida l-awtonomija strateġika tagħha fil-qasam tad-difiża, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u ċ-ċibersigurtà;

H.  billi l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà fil-livell tal-infrastruttura u l-akkwist huma prerekwiżiti essenzjali għall-kisba tal-awtonomija strateġika, l-Unjoni tad-Difiża u mobbiltà militari effiċjenti;

I.  billi mobbiltà militari effettiva tista' tinkiseb biss bl-involviment u bl-impenn sħiħ tal-Istati Membri kollha, li jikkooperaw b'mod effettiv man-NATO, b'kunsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli, ħtiġijiet u speċifiċitajiet reġjonali ta' kull Stat Membru u b'mod li jkun konsistenti mal-inizjattivi rilevanti fil-livell tal-UE bil-għan li tinbena infrastruttura Ewropea effiċjenti għall-ħtiġijiet tas-sigurtà permezz ta' proġetti koerenti u komplementari;

J.  billi l-mobbiltà militari hija mezz strateġiku u operattiv li jappoġġja l-azzjoni militari, isaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jiffaċilita l-istazzjonar, l-istazzjonar mill-ġdid u l-appoġġ tal-forzi tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħqu l-ambizzjonijiet militari tal-UE;

K.  billi l-UE qed tiffaċċja sfidi ibridi u multidirezzjonali, b'mod partikolari li ġejjin mit-Tramuntana Estrema, mil-Lvant, mill-Balkani u min-naħa tan-Nofsinhar/tal-Mediterran; billi użu aktar mgħaġġel u b'inqas problemi tal-assi u l-beni f'dawn l-assi (Tramuntana-Nofsinhar, Punent-Lvant) jista' jkun kruċjali sabiex ikun jista' jingħata rispons kredibbli;

L.  billi fis-Summit ta' Varsavja tan-NATO fl-2016, il-mexxejja Alleati qablu li jsaħħu l-Qagħda ta' Deterrenza u ta' Difiża tal-Alleanza, u saħħew l-istat ta' tħejjija tal-forzi ta' rispons filwaqt li niedu l-"Enhanced Forward Presence" u t-"Tailored Forward Presence" biex jilħqu dawn l-għanijiet;

M.  billi l-mobbiltà militari hija azzjoni konkreta li hija maħsuba biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE u hija parti mill-PSDK; billi s-sigurtà u d-difiża kollettivi tal-Istati Membri tal-UE u l-abilità tagħhom li jintervjenu fi kriżijiet barra mill-pajjiż huma fundamentalment dipendenti fuq l-abilità li jċaqalqu truppi u persunal ta' ġestjoni ta' kriżijiet ċivili, materjal u tagħmir bejn it-territorji tagħhom u lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni b'mod liberu u rapidu; billi 22 Stat Membru tal-UE huma wkoll alleati tan-NATO u impenjaw ruħhom għal difiża kollettiva, filwaqt li għandhom biss sett wieħed ta' forzi armati u infrastruttura tat-trasport; billi l-investimenti ppjanati fl-infrastruttura tat-trasport iridu jiġu armonizzati aħjar mal-ħtiġijiet tas-sigurtà u tad-difiża;

N.  billi numru sostanzjali ta' ostakli fiżiċi, legali u regolatorji, ta' spiss jagħmel dawn il-movimenti diffiċli billi jimponi dewmien sinifikanti u b'hekk jhedded li jimmina l-għan tagħhom, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' kriżi; billi l-eżerċizzji militari Ewropej li twettqu dawn l-aħħar snin taħt l-awspiċji tan-NATO wrew l-importanza kbira ta' infrastruttura tat-trasport xierqa għas-suċċess tal-objettivi militari;

O.  billi l-UE għandha għad-dispożizzjoni tagħha politiki u għodod sostanzjali biex tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari u l-impenji internazzjonali tagħhom;

P.  billi l-Kummissjoni u r-RGħ/VP ippubblikaw Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari fit-28 ta' Marzu 2018, li jipprovdi skeda ta' żmien għal passi li għandhom jittieħdu mill-UE u l-Istati Membri tagħha; billi l-implimentazzjoni bdiet bl-identifikazzjoni ta' rekwiżiti militari komuni għall-mobbiltà militari fl-UE u lil hinn minnha u bil-preżentazzjoni ta' proposta għall-finanzjament tal-mobbiltà militari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u b'hekk kien possibbli li jiġu ffinanzjati proġetti dwar l-użu doppju (ċivili u tad-difiża) tal-infrastrutturi tat-trasport;

Q.  billi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2018 jistiednu lill-Istati Membri jieħdu miżuri f'livell nazzjonali kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-2024 biex itejbu l-effiċjenza tal-mobbiltà militari, jissimplifikaw ir-regoli u l-proċeduri rilevanti f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni u r-rekwiżiti militari applikabbli għall-mobbiltà militari fl-Unjoni u lil hinn minnha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri;

R.  billi tnieda proġett tal-PESCO dwar il-mobbiltà militari bl-għan li jikkomplementa l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP; billi proġett ieħor tal-PESCO dwar netwerk ta' ċentri loġistiċi fl-Ewropa u appoġġ għall-operazzjonijiet għandhom jikkomplementaw dan l-isforz; billi l-iskop li jiġi permess l-użu doppju tal-infrastruttura huwa tal-akbar importanza għal dawn il-ħtiġijiet loġistiċi; billi l-Istati Membri barra minn hekk għamlu impenji dwar il-mobbiltà militari bħala parti mill-impenji aktar vinkolanti meħtieġa mill-protokoll tal-PESCO; billi l-proġetti PESCO għandhom jiġu żviluppati f'koordinazzjoni man-NATO; billi hemm bżonn ta' proġett tal-PESCO dwar l-isfida tal-mobbiltà fir-rigward tal-kompiti militari stabbiliti fl-Artikolu 43(1) tat-TUE, b'mod partikolari t-trasport bl-ajru u bil-baħar;

S.  billi l-FNE hija programm ta' finanzjament komuni u ġestit ċentralment imfassal biex jippromwovi l-iżvilupp ta' netwerk trans-Ewropew (TEN) bi prestazzjoni għolja, sostenibbli u interkonness fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-servizzi diġitali, li jiffoka fuq l-iffaċilitar tal-konnessjonijiet transfruntiera u t-tneħħija ta' konġestjonijiet, u jipprovdi valur miżjud ċar tal-UE fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali; billi l-abbozz tal-QFP għall-perjodu 2021-2027 jinkludi, fl-ambitu tal-linja baġitarja tal-FNE għas-settur tat-trasport, pakkett ġdid iddedikat għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari; billi jkun tajjeb ħafna li l-effiċjenza tal-FNE tinżamm u tkompli titkabbar;

T.  billi l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża qed topera diversi proġetti fil-qasam tal-mobbiltà militari, dwar awtorizzazzjonijiet diplomatiċi u ċentri tat-trasport multimodali tal-UE, kif ukoll il-programmi ad hoc stabbiliti reċentement dwar il-proċeduri ta' permessi għal movimenti transfruntiera u dwar l-armonizzazzjoni ta' rekwiżiti militari relatati mad-dwana; billi l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u tal-Kummissjoni trid tkun ikkoordinata b'mod ċar u konsistenti sabiex tgħin lill-Istati Membri jiffinalizzaw ċerti aspetti tal-Pjan ta' Azzjoni; billi l-ħtiġijiet, il-prijoritajiet u r-rekwiżiti militari tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati matul il-proċess ta' konsultazzjoni;

U.  billi l-mobbiltà militari ġiet identifikata reċentement bħala qasam ta' prijorità għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fis-sett komuni ta' proposti għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta, u ġiet affermata mill-ġdid bħala prijorità fid-dikjarazzjoni konġunta l-ġdida u fid-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar is-Sigurtà u s-Solidarjetà Tranżatlantiċi; billi n-NATO ttrasmettiet lill-UE l-istandards tagħha dwar il-mobbiltà militari, fosthom il-parametri ġeneriċi għall-infrastruttura tat-trasport tan-NATO;

V.  billi n-NATO qed tiffoka wkoll fuq it-titjib tal-kapaċitajiet loġistiċi tagħha stess permezz tal-Pjan ta' Abilitazzjoni għall-Qasam ta' Responsabbiltà ta' SACEUR, speċjalment billi taġġusta l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri, issaħħaħ il-kmand u l-kontroll, iżżid il-kapaċitajiet tat-trasport u ttejjeb l-infrastruttura; jinnota f'dan il-kuntest l-istabbiliment ta' żewġ kmandi ġodda, il-Joint Force Command f'Norfolk u l-Joint Support and Enabling Command f'Ulm;

W.  billi mill-2019, tliet nazzjonijiet ta' qafas minn erbgħa, li skjeraw forzi fl-enhanced forward presence tan-NATO fuq il-fruntiera tal-Lvant, se jkunu minn barra l-UE; billi preżenza permanenti fil-kontinent u t-trasport ta' rinforz mill-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit huma deċiżivi għas-sigurtà tal-Ewropa;

X.  billi ppożizzjonar minn qabel imtejjeb tal-ħażniet loġistiċi militari, inklużi l-munizzjon u l-fjuwil, se jgħin biex itaffi xi ftit mill-pressjoni tal-mobbiltà;

Y.  billi, minkejja dawn il-miżuri istituzzjonali kollha, it-titjib ewlieni fil-mobbiltà militari se jkollu jsir mill-Istati Membri tal-UE, li jridu jaġġustaw l-infrastrutturi nazzjonali u l-ambjenti regolatorji tagħhom; billi dan se jirrikjedi approċċ tal-gvern sħiħ minħabba l-firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li jeħtieġu jiġu indirizzati; billi dan l-isforz komuni għandu jiġi implimentat b'rispett sħiħ tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali u r-rekwiżiti kostituzzjonali tal-Istati Membri tal-UE, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti tal-mobbiltà militari identifikati mill-kooperazzjoni UE-NATO;

Z.  billi skont il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari u analiżi pilota li tnediet mill-Presidenza Estonjana fl-2017 għall-pajjiżi tal-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Baltiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew urew li l-qtugħ massimu mill-art u t-tolleranza massima tal-piż ta' bosta pontijiet tat-toroq mhumiex biżżejjed għal vetturi militari u li m'hemmx biżżejjed kapaċità ta' tagħbija sabiex it-tagħmir militari b'daqs eċċessiv jiġi ttrasportat bil-ferroviji;

1.  Jissottolinja li l-mobbiltà militari hija għodda strateġika ċentrali li tippermetti lill-UE ssegwi l-interessi tagħha fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża b'mod effettiv u b'mod komplementari ma' organizzazzjonijiet oħra bħan-NATO u m'għandhiex tkun limitata biss għal ostakli fiżiċi, legali u infrastrutturali; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-mobbiltà militari tal-kapaċitajiet ta' tisħiħ rapidu tan-NATO, li ssaħħaħ is-sigurtà kollettiva tagħna u potenzjalment iżżid il-kontribuzzjoni tal-UE għas-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali; jilqa' l-fatt li l-mobbiltà militari reċentement kisbet livell sostanzjali ta' attenzjoni mill-atturi rilevanti kollha; jinnota li l-mobbiltà militari ssaħħaħ l-istat ta' tħejjija u l-qagħda ta' difiża tal-Ewropa quddiem avversarji potenzjali u sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tgħin fil-kisba tal-livell tal-UE ta' ambizzjoni fil-politika ta' difiża u ta' sigurtà, inkluża awtonomija strateġika politika, operazzjonali u industrijali;

2.  Jenfasizza li l-introduzzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-mobbiltà fl-Unjoni hija parti mill-għan ewlieni li tittejjeb il-mobbiltà tal-UE, u fl-istess ħin tirreaġixxi għall-isfidi loġistiċi u ta' mobbiltà stabbiliti fil-PSDK; għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-istandards u r-regolamenti transfruntiera u doganali, kif ukoll il-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi; jissottlinja li r-rwol tal-impriżi konġunti tal-UE huwa kruċjali għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi, kemm għall-FNE kif ukoll għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-mobbiltà militari; huwa mistenni li l-mobbiltà doppja se jkollha effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-FNE, tgħin fi kwistjonijiet tal-baġit u tissodisfa l-ħtiġijiet ġodda u futuri;

3.  Jenfasizza li t-tkomplija tal-Unjoni tad-Difiża Ewropea u l-iżvilupp tal-awtonomija strateġika u l-awtoreżiljenza m'għandhomx iwasslu għal żieda fit-tensjonijiet fir-relazzjonijiet tal-UE ma' atturi reġjonali strateġikament rilevanti;

4.  Jenfasizza li l-kisba tal-mobbiltà militari fl-Ewropa hija impenn li ġej l-ewwel u qabel kollox mill-impenn espress u r-rieda politika tal-Istati Membri, filwaqt li l-UE għandha tikkontribwixxi billi tigwida l-proċess billi tistabbilixxi qafas għar-rekwiżiti, tipprovdi finanzjament, tabbozza protokolli biex jiġi ffaċilitat iċ-ċaqliq effiċjenti ta' tagħmir tekniku u riżorsi umani, trawwem il-kooperazzjoni u tipprovdi fora għal skambju tal-aħjar prattiki, informazzjoni u esperjenzi li jinvolvu kemm l-awtoritajiet ċivili kif ukoll l-awtoritajiet militari; jenfasizza li mobbiltà militari effettiva se tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha billi ssaħħaħ il-konnettività tagħhom kemm fl-isferi militari kif ukoll f'dawk ċivili; jenfasizza li l-proċeduri nazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet u r-rwoli kostituzzjonali ta' kull Stat Membru għandhom jiġu rrispettati;

5.  Jenfasizza l-importanza li tiġi promossa kooperazzjoni transsettorjali (sinerġiji) bejn l-Istati Membri għall-iżvilupp ta' mobbiltà doppja li tkun effiċjenti, interoperabbli, sikura, multimodali, intelliġenti u sostenibbli li twieġeb għall-isfidi ġodda tad-diġitalizzazzjoni (tal-karozzi u konnettività), kif ukoll biex tindirizza b'mod affidabbli l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-loġistika doppja (ċivili u tad-difiża) tal-UE, fir-rwol tagħha bħala attur globali;

6.  Jappoġġa bil-qawwa s-sejħa tal-Kunsill biex l-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali għall-mobbiltà militari sa tmiem l-2019 u biex jagħtu l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni tagħhom; jilqa' l-miżuri l-oħra li ntlaħaq qbil dwarhom fil-konklużjonijiet tal-Kunsill fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE tal-25 ta' Ġunju 2018, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-iskadenzi; jenfasizza li l-isforzi ta' suċċess għat-trawwim tal-mobbiltà militari jippermettu lill-Istati Membri biex isegwu b'mod effettiv l-ippjanar tad-difiża nazzjonali kif ukoll dak kollettiv Ewropew u l-parteċipazzjoni effiċjenti f'eżerċizzji konġunti, taħriġ u missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK;

7.  Jenfasizza l-importanza ta' mobbiltà tar-reazzjoni għall-kriżijiet, jiġifieri l-ħtieġa li l-UE tkun rapida u effiċjenti meta tuża l-assi għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet, sabiex jiġi żgurat li l-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala fornitur affidabbli ta' sigurtà globali u attur tal-paċi u tkun kapaċi tindirizza b'mod effettiv id-diżastri naturali, il-kriżijiet umanitarji, il-kompiti militari tal-Artikolu 43(1) tat-TUE kif muri mix-xenarji illustrattivi, u l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta' assistenza reċiproka u solidarjetà;

8.  Jemmen li politika ta' mobbiltà militari effiċjenti se ssaħħaħ il-missjonijiet tal-PSDK tal-UE, minħabba d-dimensjoni internazzjonali tagħhom u l-objettiv taż-żamma tal-paċi tagħhom billi jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet tad-difiża u se ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li l-missjonijiet umanitarji u r-reazzjonijiet għal diżastri naturali fl-UE jibbenefikaw ukoll minn żieda fil-mobbiltà militari; jinnota li t-tip ta' missjonijiet li l-aktar jibbenefika minn żieda fil-mobbiltà militari fl-UE u lil hinn minnha huwa dak li jinsab fil-qasam tad-difiża kollettiva kif ukoll il-missjonijiet u l-operazzjonijiet nazzjonali jew Ewropej ta' ġestjoni tal-kriżijiet; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-progress f'dan il-qasam se jgħin lil dawk l-Istati Membri tal-UE li huma wkoll membri tan-NATO biex jonoraw l-impenji tagħhom tal-Artikolu 5; jenfasizza r-rwol partikolari li għandhom l-Istati Membri newtrali; jirrikonoxxi madankollu, li, skont l-Artikolu 42(7) tat-TUE, l-Istati Membri tal-UE għandhom obbligu inekwivokabbli li jgħinu u jassistu bil-mezzi kollha għad-dispożizzjonijiet tagħhom jekk Stat Membru jkun il-vittma ta' aggressjoni armata fit-territorju tiegħu, skont l-impenji taħt in-NATO;

9.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' analiżi bir-reqqa dwar liema partijiet tal-UE jew Stati Membri għandhom bżonn akbar ta' investimenti fil-mobbiltà militari u huma esposti aktar għar-riskju ta' theddid għas-sigurtà esterna;

10.  Jirrikonoxxi n-natura kumplessa tal-isfida, li tinvolvi, fost aspetti oħra, kwistjonijiet ta' kostruzzjoni tal-infrastruttura, standards komuni, regolamenti tat-trasport, dwana, taxxi u permessi tal-moviment kif ukoll il-livelli kollha tal-gvern mill-amministrazzjonijiet muniċipali sal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jappella f'dan ir-rigward biex oqfsa abilitanti jġibu flimkien atturi kemm militari kif ukoll ċivili fil-livelli kollha, inklużi min-NATO u s-sħab tan-NATO, biex jiddiskutu l-kwistjonijiet rilevanti u b'hekk jiżguraw valur miżjud u koordinazzjoni u implimentazzjoni effettivi u jirrimarka li sabiex jinkiseb ir-riżultat ottimali, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinvestu fit-taħriġ konġunt tal-persunal amministrattiv u istituzzjonali; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħadet l-impenn li tesplora għażliet għall-unifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-formalitajiet tad-dwana sal-aħħar tal-2018; jenfasizza li l-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji involuti hija essenzjali biex tinkiseb armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; Jenfasizza l-fatt li għandu jkun hemm koordinazzjoni u skambju ta' esperjenzi fil-każ ta' użu doppju tal-infrastruttura għal oġġetti perikolużi, għall-fini tal-prevenzjoni tar-riskju ta' inċidenti, filwaqt li s-sikurezza tiġi ottimizzata madwar in-netwerk kollu kemm hu;

11.  Jinnota t-tnaqqis sinifikanti fil-kwantità ta' materjal fuq ir-roti disponibbli, b'mod partikolari ta' vetturi ċatti li jimxu fuq linji tal-ferroviji, sabiex it-tagħmir u l-vetturi tqal jiġu mċaqalqa fi żmien qasir;

12.  Jirrikonoxxi li t-tħaddim f'ambjent tant kumpless joħloq diversi diffikultajiet rigward id-duplikazzjoni u l-koordinazzjoni, minbarra l-infiq relatat, li fundamentalment jistgħu jheddu l-proġett globali jekk ma jiġux adegwatament immaniġġjati; jirrikonoxxi li diġà jeżistu esperjenzi fl-UE fis-settur tat-trasport abbażi tal-kooperazzjoni doppja, bħal pereżempju l-proġett Ajru Uniku Ewropew; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw qafas effiċjenti għall-kooperazzjoni; jenfasizza li sabiex jiġu implimentati proġetti ta' mobbiltà militari, se tkun meħtieġa kollaborazzjoni akbar bejn l-Istati Membri u se jkun meħtieġ li titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u militari; jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni mal-proġetti dwar il-mobbiltà militari mħejjija fil-qafas tal-PESCO, kif ukoll dawk li qed jitwettqu fil-kuntest tal-Fond Ewropew għad-Difiża;

13.  Jenfasizza għalhekk li fehim tal-għan strateġiku komuni u l-iżvilupp ta' pjan komuni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri huwa assolutament vitali għas-suċċess; jenfasizza li ppjanar militari koerenti huwa imperattiv għal awtonomija strateġika effettiva, ibbażata fuq l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tat-tagħmir u l-armi kif ukoll duttrina strateġika u proċessi ta' kmand u kontroll; jilqa' f'dan il-kuntest il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari, li jiddeskrivi passi konkreti għal atturi istituzzjonali differenti u għall-Istati Membri tal-UE u li jirrikonoxxi r-rwol strateġiku tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport; jilqa' f'dan ir-rigward l-impenji meħuda mill-Istati Membri;

14.  Jiddispjaċih li l-Pjan ta' Azzjoni fundamentalment jiddeskrivi approċċ minn isfel għal fuq, b'viżjoni strateġika limitata biss tal-għanijiet ta' difiża konkreti li l-UE qed timmira li tikseb permezz tad-diversi attivitajiet deskritti fil-Pjan ta' Azzjoni; jiddeplora f'dan ir-rigward in-nuqqas kontinwu ta' ktieb abjad tal-UE dwar id-difiża, li seta' jipprovdi dan is-sens ġenerali tal-għan; jemmen madankollu li l-approċċ kurrenti għandu mertu konsiderevoli u se jservi l-interessi tal-Istati Membri kollha tal-UE, kemm tal-Istati newtrali kif ukoll tal-Istati Membri tal-UE fir-rwol tagħhom bħala alleati tan-NATO;

15.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom iżommu mal-iskeda ta' żmien ambizzjuża fil-Pjan ta' Azzjoni, sabiex jiżguraw li l-lakuni kurrenti fil-mobbiltà jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun u jinkiseb il-livell ta' ambizzjoni fil-politika ta' difiża u ta' sigurtà; jilqa' t-talbiet tal-Pjan ta' Azzjoni sabiex tittejjeb il-mobbiltà militari billi jitqies it-theddid ibridu, speċjalment għall-infrastruttura tat-trasport u dik kritika u tittejjeb ir-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport għat-theddid ibridu;

16.  Jinnota l-progress li sar fl-iżvilupp tar-rekwiżiti militari għall-mobbiltà militari ġewwa l-UE u lil hinn minnha, partikolarment għall-infrastruttura b'użu doppju, u jilqa' l-involviment mill-qrib tal-Istati Membri fl-istadji kollha tal-proċess, it-tmexxija Netherlandiża fir-rigward tal-proġett tal-PESCO, kif ukoll l-input ipprovdut min-NATO;

17.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-FNE u l-fondi sostanzjali previsti għall-proġetti ta' mobbiltà militari b'użu doppju sabiex jiġi żgurat li l-infrastruttura tiġi aġġustata biex jitqiesu l-ħtiġijiet b'użu doppju; jemmen li l-użu doppju tal-infrastruttura huwa prekundizzjoni biex in-netwerk tat-trasport ċivili jibbenefika mill-Pjan ta' Azzjoni u mill-pakkett tal-mobbiltà militari; jara l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni bħala opportunità biex in-netwerk tat-trasport ċivili jitħalla jibbenefika minn żieda fil-kapaċità tan-netwerk u biex jitrawmu konnessjonijiet multimodali; jilqa' s-sejħiet biex in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jiġi vvalutat u adattat biex ikopri r-rekwiżiti militari identifikati li se jiġu applikati wkoll għal proġetti tat-trasport ċivili ġodda, speċjalment l-ajruporti, il-portijiet, l-awtostradi u l-ferroviji bħala ċentri intermodali f'kurituri ewlenin; ifakkar għal dan il-għan il-ħtieġa li - f'kooperazzjoni mal-Istati Membri - tiġi stabbilita lista tal-infrastrutturi u tal-kurituri nazzjonali li jqisu l-karatteristiċi militari tspeċifiċi al-Istati Membri; jinnota li l-iżvilupp ta' proġetti b'użu doppju għandhom ikunu sostenibbli u konformi mal-istandards ambjentali;

18.  Huwa tal-fehma li, sabiex l-użu tal-fondi tal-UE jiġi ottimizzat, kull proġett ta' trasport ta' interess komuni iffinanzjat mill-FNE għandu jintegra, jekk ikun meħtieġ, ir-rekwiżiti tekniċi tal-mobbiltà militari fil-fażi tal-konċezzjoni, biex jiġi evitat li l-infrastruttura jkollha tiġi aġġornata aktar tard għal raġunijiet purament militari u li, għalhekk, il-finanzjament ma jintużax b'mod ekonomiku; iqis li kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pakkett tal-mobbiltà militari tal-FNE għandha, kull fejn ikun possibbli, tagħti prijorità lil proġetti multimodali, peress li dawn iġibu l-aktar opportunitajiet għall-użu doppju, kif ukoll lil proġetti transfruntieri, peress li jikkontribwixxu fl-indirizzar tal-konnessjonijiet neqsin u tal-punti ta' konġestjoni tal-lum, li huma l-ostakli fiżiċi ewlenin kurrenti għal mobbiltà rapida u bla xkiel sew għall-persuni ċivili u sew għat-trasferimenti ta' truppi u ta' tagħmir militari tqil; jenfasizza li l-proċess ta' identifikazzjoni tas-sezzjonijiet tan-netwerk Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) li huma adatti għat-trasport militari jrid jimmassimizza, mingħajr kundizzjonijiet, is-sinerġiji ċivili u militari, u jrid iżomm mal-prinċipju tal-użu doppju; jemmen li investiment addizzjonali tul in-netwerk jista' jrendi benefiċċji sinifikanti għall-mobbiltà militari filwaqt li jikkontribwixxi għat-tlestija tan-netwerk ewlieni TEN-T sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050; jissottolinja li għandu jkun possibbli li l-finanzjament mill-pakkett tal-mobbiltà militari jintuża għall-adattament tal-infrastruttura tat-trasport kemm fin-netwerks tat-TEN-T ċentrali kif ukoll f'dawk komprensivi;

19.  Jappoġġja d-deċiżjoni li l-pakkett tal-mobbiltà militari jiġi allokat taħt il-ġestjoni ċentralizzata tal-programm FNE b'objettiv strett ta' użu doppju; jieħu nota tal-azzjonijiet preliminari stabbiliti mill-Pjan ta' Azzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati sabiex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti militari, telenka l-partijiet tat-TEN-T li huma adatti għat-trasport militari, telenka proġetti prijoritarji ta' infrastruttura ta' użu doppju u l-proċeduri ta' valutazzjoni rigward l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-mobbiltà militari u l-kriterji tal-għoti;

20.  Ifakkar li diversi teknoloġiji li jintużaw fis-settur militari ġew imsarrfa b'suċċess fis-settur ċivili; jenfasizza li l-użu ta' sistema ta' trasport intelliġenti li sserraħ fuq sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi bħal ERTMS u SESAR u l-adozzjoni ta' teknoloġiji relatati ma' Galileo/EGNOS/GOVSATCOM jirrappreżentaw waħda mill-akbar opportunitajiet ta' sfida quddiem is-settur tat-trasport ċivili; għaldaqstant, iqis li rieżamijiet futuri tal-Pjan ta' Azzjoni għandhom fl-aħħar mill-aħħar jesploraw il-possibilità li t-trasport ċivili jisfrutta r-risposti militari għal dawk l-isfidi, pereżempju fil-qasam taċ-ċibersigurtà u tal-komunikazzjoni sikura; jappella għal aktar miżuri biex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-fiduċja bejn l-atturi taċ-ċibersigurtà u tad-difiża u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bħala parti mill-PESCO; jissottolinja l-ħtieġa li jkompli jiġi żviluppat netwerk konġunt dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza ta' dawk l-infrastrutturi li huma strateġiċi fid-dawl tal-ħidma biex tittejjeb il-mobbiltà militari fl-UE; jenfasizza l-importanza tal-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jaġġornaw ir-regolament dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju;

21.  Jirrikonoxxi l-valur ta' proposti potenzjali dwar ir-regolamentazzjoni tat-trasport ta' merkanzija perikoluża għall-użu militari, l-aġġornament tal-kodiċi doganali tal-UE, u l-adattament tar-regoli tal-VAT;

22.  Jilqa' l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn atturi militari u ċivili f'dan ir-rigward, u jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma b'mod konġunt biex tiġi stabbilita bażi komuni għar-regolamentazzjoni tat-trasport ta' oġġetti perikolużi għall-użu militari;

23.  Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni jidentifika numru konsiderevoli ta' kompiti li għandhom jitwettqu fil-livell tal-Istati Membri, li għal dan il-għan l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu appoġġ u gwida għal implimentazzjoni rapida u effiċjenti; ifakkar fil-ħtieġa ta' qafas regolatorju doganali u fiskali, b'mod partikolari fir-rigward tal-VAT; jenfasizza b'mod partikolari l-importanza li jinkisbu regoli armonizzati għall-permessi ta' moviment transfruntier, li huma ostaklu kbir għal movimenti rapidi; Iqis li l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jimmassimizzaw l-effikaċja tat-trasport transfruntiera bit-triq u b'użu doppju, u biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi. jappoġġa f'dan ir-rigward ix-xewqa li sal-aħħar tal-2019, jitħaffef iż-żmien tal-qsim tal-fruntieri u, għal dan il-għan, li jinħarġu l-permessi diplomatiċi għall-movimenti fuq l-art, fuq il-baħar u fl-ajru, f'ħamest ijiem, u li dan iż-żmien saħansitra jitqassar iktar għall-unitajiet ta' reazzjoni rapida;

24.  Jappoġġa d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Istati Membri li jieħdu sehem fil-PESCO sabiex il-mobbiltà militari tiġi inkluża fil-lista inizjali ta' sbatax-il proġett ta' prijorità li għandhom jiġu żviluppati fi ħdan il-qafas tal-PESCO; Jenfasizza f'dan il-kuntest li l-proġett tal-PESCO dwar il-mobbiltà militari jista' jikkostitwixxi għodda utli għall-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri previsti fil-Pjan ta' Azzjoni, kif ukoll attivitajiet oħra lil hinn mill-kompetenzi immedjati tal-UE; jemmen li din id-diviżjoni tax-xogħol, akkumpanjata minn koordinazzjoni xierqa, hija vitali biex il-proġett tal-PESCO jipprovdi valur miżjud; jilqa' wkoll l-impenji aktar vinkolanti dwar is-simplifikazzjoni tat-trasport militari transfruntier li saru fin-notifika tal-PESCO; jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu sehem b'mod attiv fil-proġett tal-PESCO għall-mobbiltà militari;

25.  Jissottolinja l-importanza li l-komunitajiet lokali jiġu infurmati u involuti kif xieraq fir-rigward tal-ippjanar u tal-impatt ta' infrastruttura ewlenija tal-mobbiltà militari;

26.  Jissottolinja li, fl-aħħar mill-aħħar, l-UE tista' biss tissupplimenta l-isforzi tal-Istati Membri; jenfasizza li s-suċċess jiddependi fundamentalment fuq l-aċċettazzjoni mill-Istati Membri tal-approċċ globali minn kull livell tal-gvern u l-abilità tagħhom li jimplimentawh sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet rilevanti. jissottolinja l-importanza tal-impenn politiku tal-Istati Membri biex mobbiltà militari aktar effettiva fl-UE u lil hinn minnha ssir realtà; jissottolinja li sabiex tkun ta' suċċess, il-mobbiltà militari se tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-alleati kollha tan-NATO;

27.  Jilqa' d-dikjarazzjoni konġunta ġdida dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar is-Sigurtà u s-Solidarjetà Transatlantiċi u l-enfażi li t-tnejn li huma jpoġġu fuq il-kwistjonijiet tal-mobbiltà militari; jilqa' wkoll l-inizjattivi ġodda tan-NATO, partikolarment il-Pjan ta' Abilitazzjoni għall-Qasam ta' Responsabbiltà ta' SACEUR; jilqa' l-ħidma tan-NATO biex tiżgura l-mobbiltà militari f'dan ir-rigward u jħeġġeġ lill-UE u lin-NATO jevitaw duplikazzjoni żejda tal-isforzi; jenfasizza l-importanza tal-portijiet bħala punti li jgħaqqdu l-UE mal-alleati tagħha tan-NATO u tal-konnessjonijiet intra-Ewropej tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-komunikazzjoni dwar l-inizjattivi tad-difiża tal-UE, inkluż il-PESCO, lill-Istati Uniti u alleati oħra tan-NATO sabiex tiġi evitata kwalunkwe idea żbaljata u jilqa' l-inizjattivi tal-UE rigward id-difiża għat-tisħiħ tal-pilastru Ewropew fi ħdan l-Alleanza tan-NATO;

28.  Iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lin-NATO biex jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom inkluż billi jużaw fondi għal proġetti komuni, iżidu l-flessibbiltà politika, jifformalizzaw ir-relazzjoni bejn l-UE u n-NATO u billi jespandu l-oqsma ta' kooperazzjoni u jikkondividu l-informazzjoni b'mod aktar wiesa', jekk ikun fl-interessi ta' sigurtà tal-UE, biex jiżguraw il-kisba tas-sinerġiji; jesprimi t-tama li l-ostakli għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni klassifikata bejn iż-żewġ korpi se jiġu eliminati malajr kemm jista' jkun sabiex tkun tista' sseħħ din il-kooperazzjoni eqreb;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-aġenziji tal-UE fil-qasam tad-difiża, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tan-NATO.

(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
(2) ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1.
(3) ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24.
(4) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 18.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0257.
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0492.


Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura
PDF 171kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura (2018/2091(INI))
P8_TA(2018)0499A8-0388/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra s-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, l-Aġenda tal-Mexxejja dwar l-edukazzjoni u l-kultura ta' Novembru 2017 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar id-dimensjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-kultura,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bħala sorsi ta' tkabbir ekonomiku u ta' impjiegi(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali tal-artisti(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 intitolata "Lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa"(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea għall-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar l-ostakli strutturali u finanzjarji fl-aċċess għall-kultura(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE(12),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, adottata mill-Organizzazzjoni tan-NU għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) fl-20 ta' Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (il-Konvenzjoni ta' Faro) tas-27 ta' Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura(14),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2014 dwar Pjan ta' Ħidma għall-Kultura (2015-2018)(15),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Kultura għall-perjodu 2015-2018,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2015 dwar kollegamenti kulturali u kreattivi sabiex jiġu stimulati l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà ekonomika u l-inklużjoni soċjali(16),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-8 ta' Ġunju 2016 intitolata "Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali" (JOIN(2016)0029),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura (COM(2010)0390),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 intitolata "L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi" (COM(2010)0183),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) (COM(2016)0543),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 intitolata "Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE" (COM(2012)0537),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2012 dwar il-kontenut fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2012)0789),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-22 ta' Lulju 2014 intitolata "Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali" (COM(2014)0477),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2012 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti tal-Istati Membri tal-UE dwar l-Aċċess għall-Kultura,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar it-tneħħija ta' ostakoli fiskali transkonfinali għaċ-ċittadini tal-UE (COM(2010)0769),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2011 dwar taxxa doppja fis-suq uniku (COM(2011)0712),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 dwar "Modi kif jistgħu jiġu indirizzati l-ostakoli tat-taxxa transkonfinali li jiffaċċjaw l-individwi fi ħdan l-UE", maħruġ mill-grupp ta' esperti tal-Kummissjoni dwar it-tneħħija ta' problemi tat-taxxa li jiffaċċjaw individwi li huma attivi bejn il-fruntieri fi ħdan l-UE,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2017 dwar "Kif il-kultura u l-arti jistgħu jippromwovu djalogu interkulturali fil-kuntest tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati", maħruġ mill-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti tal-Istati Membri tal-UE dwar djalogu interkulturali skont il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (MMK),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017, li fiha l-mexxejja ta' 27 Stat Membru tal-UE u tal-istituzzjonijiet tal-UE esprimew ix-xewqa tagħhom għal Unjoni ambizzjuża, "fejn iċ-ċittadini jkollhom opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp kulturali u soċjali u għat-tkabbir ekonomiku", "Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali u tippromwovi d-diversità kulturali",

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Davos tat-22 ta' Jannar 2018 dwar Baukultur ta' kwalità għolja għall-Ewropa, li fiha l-Ministri Ewropej tal-Kultura ssottolinjaw "il-ħtieġa urġenti […] li jiġu żviluppati approċċi ġodda biex jiġu protetti u avvanzati l-valuri kulturali tal-ambjent mibni Ewropew" u li jkun hemm "approċċ olistiku, iffokat fuq il-kultura, għall-ambjent mibni",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0388/2018),

A.  billi l-prijoritajiet għall-Aġenda Ġdida u l-approċċ settorjali huma ta' min jilqagħhom; billi s-setturi kulturali u kreattivi kollha għandhom jingħataw appoġġ ugwali u mfassal apposta li jiffoka fuq sfidi settorjali u billi d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali għandhom jinżammu bħala prijoritajiet trasversali; billi l-kultura hija ġid pubbliku u l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura għandu jkollha l-għan li tippreserva, tespandi u xxerred xena kulturali vibranti u diversa, filwaqt li tiżġura aċċess għal kulħadd u trawwem il-parteċipazzjoni;

B.  billi l-Aġenda Ġdida għall-Kultura għandha tipprovdi qafas flessibbli għall-bidla tal-ekosistemi kulturali u għat-trawwim ta' sinerġiji bejn is-setturi;

C.  billi l-Ewropa ħierġa minn kriżi finanzjarja serja, li matulha l-baġits nazzjonali u reġjonali għall-kultura, sfortunatament, spiss kienu fost l-ewwel li sofrew tnaqqis;

D.  billi l-Ewropa qed tiffaċċja inugwaljanzi soċjali u qgħad fost iż-żgħażagħ li qed jikbru u żieda fil-populiżmu u r-radikalizzazzjoni u billi għandha wkoll popolazzjoni li qed issir dejjem aktar diversa; billi, għaldaqstant, il-kultura hija aktar importanti minn qatt qabel biex jinkisbu l-koeżjoni soċjali u d-djalogu interkulturali u biex jiġu ggarantiti l-libertà taċ-ċittadini u d-diversità tal-espressjoni, tal-komunikazzjoni u tal-ħolqien, kif ukoll biex jinbnew pontijiet bejn l-individwi;

E.  billi s-setturi kreattivi u kulturali tal-Ewropa huma l-aktar assi b'saħħithom tal-UE; billi jirrappreżentaw 4,2 % tal-PDG tal-UE, joħolqu 8,4 miljun impjieg, li jammontaw għal 3,7 % tal-impjiegi totali fl-UE, u huma ekonomikament reżiljenti, anke fi żminijiet ta' kriżi; billi dawn is-setturi jinkoraġġixxu l-kreattività – li tikkontribwixxi għas-setturi kollha tal-attività – filwaqt li jipprovdu perċentwal ogħla ta' impjiegi fost iż-żgħażagħ u n-nisa minn setturi oħra;

F.  billi s-settur Ewropew tal-mużika huwa dinamiku ħafna u jirrappreżenta miljun impjieg u fatturat ta' EUR 25 biljun; billi, madankollu, għadu soġġett għal nuqqas serju ta' finanzjament, b'mod partikolari meta jitqiesu mudelli ta' distribuzzjoni online ġodda; billi, minn baġit totali ta' EUR 1,46 biljun għall-programm Ewropa Kreattiva, minn Lulju 2018 'il quddiem EUR 51 miljun biss ġew allokati għall-proġetti relatati mal-mużika, u primarjament mal-mużika klassika; billi dan la jirrifletti d-diversità tas-settur tal-mużika Ewropew, u lanqas il-kontribut ekonomiku, soċjali u kulturali tiegħu;

G.  billi l-kultura taqdi rwol importanti fil-koeżjoni u fl-integrazzjoni soċjali, partikolarment bil-parteċipazzjoni tal-minoranzi, il-gruppi żvantaġġati, il-komunitajiet marġinalizzati, il-migranti u r-rifuġjati fil-ħajja kulturali u soċjali, u billi l-appell speċjali għall-integrazzjoni tal-migranti fil-programm Ewropa Kreattiva rriżulta effiċjenti iżda d-domanda sebqet l-aspettattivi u ma kinitx iffinanzjata biżżejjed;

H.  billi l-artisti u l-professjonisti kulturali spiss jiffaċċjaw sitwazzjonijiet prekarji u instabbli mingħajr ebda sigurtà soċjali jew b'sigurtà soċjali dgħajfa u b'introjtu mhux prevedibbli;

I.  billi l-fatt li wieħed ikun konxju mill-kultura u jesprimi ruħu fil-qasam kulturali ġie rikonoxxut fil-livell tal-UE fir-rakkomandazzjoni riveduta dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja; billi l-arti u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu inkorporati bis-sħiħ fis-sistemi edukattivi sabiex jikkontribwixxu għat-tiswir ta' Ewropa li tkun kollaborattiva, kreattiva u mobilizzata biex tippromwovi s-sostenibbiltà, l-integrazzjoni u l-koeżjoni ċivika;

J.  billi n-netwerks kulturali huma għodda b'saħħitha sabiex jinħolqu rabtiet interpersonali kif ukoll djalogu u relazzjonijiet paċifiċi dejjiema bejn il-fruntieri nazzjonali u, għalhekk, sabiex jitrawmu relazzjonijiet kulturali internazzjonali – li jinsabu fil-qalba tar-regolamentazzjoni mondjali – u l-ħolqien ta' spazju kulturali Ewropew;

Kummenti ġenerali

1.  Jilqa' l-Aġenda Ġdida għall-Kultura u jenfasizza li tirrappreżenta opportunità kbira sabiex tiġi adottata politika komprensiva u koerenti għall-kultura fil-livell Ewropew, rikonoxxuta miċ-ċittadini Ewropej, u barra mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza, madankollu, li ma tistax tikseb suċċess jekk ma tkunx appoġġjata minn żieda baġitarja sinifikanti għall-programm Ewropa Kreattiva u mill-iżvilupp ta' sinerġiji u interazzjonijiet ma' programmi oħra ffinanzjati mill-UE sabiex jinħoloq approċċ olistiku u trasversali għall-kultura;

2.  Itenni r-rwol tal-kultura u tas-setturi kulturali u kreattivi bħala xpruni fl-insegwiment tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u tal-inklużjoni soċjali fit-territorju tal-Unjoni u jappella biex dan jittieħed inkonsiderazzjoni fl-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni;

3.  Jirrikonoxxi li s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 tirrappreżenta opportunità biex iċ-ċittadini jkunu aktar konxji mill-karattru uniku tal-qawwa u d-diversità tal-kultura u tal-wirt kulturali tal-UE u l-valur intrinsiku tagħhom, kif ukoll ir-rwol essenzjali li jiżvolġu fis-soċjetajiet u fl-ekonomiji tagħna biex joħolqu sens ta' appartenenza, jippromwovu ċittadinanza attiva u jiddefinixxu l-valuri fundamentali tal-libertà, id-diversità, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali;

4.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta Pjan ta' Azzjoni għall-Wirt Kulturali u jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir enfasi kemm fuq l-aspetti tanġibbli kif ukoll fuq dawk intanġibbli tal-wirt tal-Ewropa u fuq ir-rabtiet li dan għandu ma' proġetti u espressjonijiet artistiċi u kreattivi kontemporanji; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jinħoloq djalogu strutturat u permanenti mal-partijiet ikkonċernati biex jinġabar l-għarfien, tinbena l-kapaċità u tiġi kkoordinata l-promozzjoni tal-wirt kulturali fl-Ewropa, bħala mezz biex jiġi kkonsolidat il-patrimonju fit-tul tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, kif ukoll il-ħtieġa li tingħata assistenza fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni; jissottolinja li dan id-djalogu strutturat għandu jinkludi s-setturi kulturali, kreattivi u patrimonjali kollha; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jħejju Pjanijiet ta' Azzjoni komplementari fil-livell nazzjonali u jqis li l-Pjan ta' Azzjoni huwa opportunità biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha mqajma fi ħdan l-għaxar inizjattivi Ewropej lil hinn mis-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u biex jitressqu r-rakkomandazzjonijiet maħruġa matul is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħtieġa li jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti mhijiex se xxekkel l-ilħuq tal-objettivi li diġà ġew miftiehma fil-qasam tal-kultura; ifakkar li inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati b'baġit ġdid alimentat bi flus ġodda u mhux permezz ta' riallokazzjoni ta' fondi eżistenti;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi portal tal-UE uniku ddedikat għall-wirt kulturali, li jiġbor informazzjoni mill-programmi tal-UE kollha li jiffinanzjaw il-wirt kulturali u li jkun strutturat fi tliet taqsimiet prinċipali: opportunitajiet ta' finanzjament għall-wirt kulturali, bażi ta' data b'eżempji tal-aħjar prattiki u l-eċċellenza mill-qasam tal-wirt kulturali u r-referenzi rilevanti, u aħbarijiet u links rigward l-iżviluppi tal-politika, l-azzjonijiet u l-avvenimenti li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw approċċi ġodda għall-ġbir sistematiku tad-data għas-setturi kulturali u kreattivi kollha u jiżguraw li jintużaw kodiċijiet tal-istatistika effettivi u indikaturi aktar kwalitattivi, bil-għan li jeliminaw id-distakk bejn is-settur pubbliku li qed ikollu dejjem anqas data għad-dispożizzjoni tiegħu u l-operaturi diġitali li għandhom aċċess għal ħafna informazzjoni u li jużaw din l-informazzjoni sabiex jakkwistaw ishma fis-suq u jiddestabbilizzaw l-operaturi tas-settur;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi tabelli ta' valutazzjoni tal-UE biex tkejjel il-pluraliżmu kulturali u l-pluraliżmu tal-midja, tiżviluppa indikaturi u timmonitorja l-libertà tal-espressjoni artistika fil-livell Ewropew u d-diversità fil-ħolqien, fid-distribuzzjoni u fil-provvista ta' xogħlijiet kreattivi;

9.  Jilqa' t-tnedija tal-inizjattiva "Il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa" bħala l-ewwel pass sinifikanti sabiex jiġu stimulati l-kreattività, id-diversità u l-innovazzjoni fis-settur tal-mużika Ewropew u l-azzjoni settorjali dwar il-mużika fil-programm Ewropa Kreattiva; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq il-mobbiltà tal-artisti u r-repertorju fi ħdan l-Ewropa u lil hinn minnha, id-distribuzzjoni, il-finanzjament għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), it-trasparenza u r-responsabbiltà ta' pjattaformi diġitali għall-artisti, id-diversità ta' servizzi ta' streaming, l-aċċessibbiltà ta' informazzjoni online u mmappjar tas-settur hija u tiżviluppa azzjoni ulterjuri tal-UE dwar il-mużika;

10.  Jilqa' l-ħolqien ta' direttorju online ta' films Ewropej u t-tnedija tal-ewwel Ġimgħa tal-Films tal-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, f'kollaborazzjoni mal-artisti u l-industriji kreattivi, isaħħu l-viżibbiltà taċ-ċinema Ewropea fl-Ewropa u fuq skala mondjali, b'mod partikolari billi tittejjeb id-disponibbiltà tal-films Ewropej u billi jiġi promoss l-iżvilupp ta' pjattaformi Ewropej li jagħtu aċċess għall-films tal-UE liċenzjati, filwaqt li jagħtu remunerazzjoni ġusta lill-artisti u lid-detenturi tad-drittijiet u jirrispettaw il-prinċipju tat-territorjalità; jenfasizza, barra minn hekk, l-esperjenza pożittiva tal-Premju LUX fil-promozzjoni tal-films Ewropej u fl-iffaċilitar tad-distribuzzjoni tagħhom;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-Aġenda Urbana għall-UE u tħeġġeġ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ibliet, fost partijiet ikkonċernati oħra, sabiex jistimolaw it-tkabbir u l-innovazzjoni u fl-istess ħin itejbu l-kwalità tal-ħajja fl-ibliet tal-Ewropa u jidentifikaw u jindirizzaw b'suċċess l-isfidi soċjali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi azzjoni ddedikata għall-mobbiltà tax-xogħlijiet tal-arti, possibbilment fil-forma ta' għotja għall-ivvjaġġar, peress li dan kieku jestendi ċ-ċiklu tal-ħajja ta' ħafna proġetti li huma ffinanzjati permezz tal-programm Ewropa Kreattiva;

Dimensjoni kulturali u artistika

13.  Jirrikonoxxi l-valur intrinsiku tal-espressjoni kulturali, artistika u kreattiva ħielsa u tal-aktar aċċess wiesa' possibbli tan-nies għall-kultura, anke permezz ta' miżuri ddedikati;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-festivals Ewropej jirċievu appoġġ, peress li huma element essenzjali biex ilaqqgħu flimkien liċ-ċittadini minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jsaħħu r-rabtiet ta' bejniethom; jissottolinja li l-festivals huma forza ta' għaqda li għandhom impatt fuq is-soċjetà, iċ-ċittadinanza, l-ekonomija, il-wirt kulturali u l-iżvilupp estern;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis li taħtar Personalità Kulturali Ewropea tas-sena u li l-avveniment organizzat fit-tali okkażjoni jkun jinkludi sensiela ta' attivitajiet u proġetti madwar l-Ewropa li jonoraw il-ħajja u x-xogħol ta' din il-persuna u jkun jenfasizza l-impatt ta' din il-persuna fuq it-trawwim tal-valuri u l-identità Ewropej;

16.  Jappella biex il-professjonalità tal-artisti, tal-awturi u tal-operaturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi tintuża bħala appoġġ essenzjali għall-iżvilupp ta' dimensjoni kulturali Ewropea, għad-djalogu interkulturali, għall-innovazzjoni kulturali u artistika, għall-koeżjoni territorjali u għall-inklużjoni soċjali;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kultura bħala strument ta' "setgħa ta' persważjoni" li jippermetti u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex ikunu mexxejja responsabbli fis-soċjetà, b'integrità, entużjażmu u empatija;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-possibbiltà lill-Ewropa biex tkun post ta' ċittadini responsabbli li jibnu relazzjonijiet lil hinn mill-kulturi tagħhom stess, jisfidaw is-sistemi tal-ħsieb, iħeġġu l-innovazzjoni u jaħsbu għall-iżvilupp u l-involviment tal-oħrajn;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ id-diversità kulturali, l-integrazzjoni tal-migranti u l-kwalità taċ-ċittadinanza;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ kollaborazzjoni bejn professjonisti tal-kultura, edukaturi, ċittadini attivi u professjonisti tan-negozju biex jistimolaw interess pubbliku mġedded fil-kultura;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-netwerks kulturali jkunu appoġġjati bħala mezz ta' għarfien, esperjenza u memorja kollettivi, filwaqt li jipprovdu skambju informali ta' informazzjoni, jistimolaw id-diskussjoni u l-iżvilupp tal-kultura sabiex itejbu possibbiltajiet ulterjuri ta' mobbiltà u kooperazzjoni u jikkontribwixxu għal spazju kulturali tal-Ewropa integrat;

Dimensjoni soċjali

22.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi azzjoni ddedikata dwar il-mobbiltà fi ħdan il-programm Ewropa Kreattiva, iżda jissottolinja li dan jirrikjedi baġit xieraq u proċeduri amministrattivi simplifikati sabiex jiġu evitati l-ostakoli, bħal dawk marbuta mal-viżi, b'mod partikolari minn pajjiżi terzi; jenfasizza li hemm bżonn azzjoni speċifika biex jiġu indirizzati x-xkiel u l-ostakoli li jirriżultaw f'tassazzjoni eċċessiva jew doppja tal-artisti;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi portal uniku li jkun fih informazzjoni dwar il-programmi ta' residenza u l-opportunitajiet ta' mobbiltà kollha disponibbli;

24.  Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw ineħħu l-Artikolu 17 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD mit-trattati bilaterali dwar it-taxxa bejn l-Istati Membri tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex, bħala soluzzjoni intermedja, tistabbilixxi Kodiċi ta' Kondotta settorjali dwar it-Taxxi minn Ras il-Għajn li jagħti dettalji dwar l-għażliet biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġu ssimplifikati l-proċeduri billi jiġu ppreżentati l-aħjar prattiki u l-eċċezzjonijiet disponibbli;

25.  Jappella biex jiġi ggarantit id-dritt tal-ħaddiema kreattivi u artistiċi għal remunerazzjoni ġusta u għal ftehimiet kuntrattwali u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; jirrimarka l-impjiegi bbażati fuq proġetti, prekarji u atipiċi tal-ħaddiema kulturali fl-Ewropa; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jadottaw miżuri komprensivi sabiex inaqqsu ż-żona griża permezz tal-armonizzazzjoni u jtejbu l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-artisti u tal-ħallieqa madwar l-UE u fuq skala Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rappreżentanza kollettiva, mas-sigurtà soċjali u mat-tassazzjoni diretta u indiretta; jappella biex is-sistemi ta' sigurtà madwar l-Unjoni jqisu bis-sħiħ l-ispeċifiċitajiet ta' forom ta' impjiegi mhux standard;

26.  Jissottolinja li l-wirt kulturali u l-ispazji kulturali jaqdu rwol importanti fir-riġenerazzjoni tal-ibliet u fil-promozzjoni tal-koeżjoni fost ir-residenti; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tagħha, li xogħolha hu li tagħti sens u direzzjoni lill-istorja tal-ibliet, biex ikomplu jiżviluppaw l-Osservatorju tal-Ibliet Kulturali u Kreattivi, u jistieden lill-ibliet u lill-muniċipalitajiet jagħmlu użu aħjar minnu;

27.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-attivitajiet kulturali bbażati fuq il-viċinat fl-għoti ta' benefiċċji soċjali, ekonomiċi u tas-saħħa lill-komunitajiet lokali, b'mod partikolari f'żoni b'introjtu baxx u marġinalizzati, bħal żoni fil-periferija u żoni rurali; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri, lill-ibliet u lill-muniċipalitajiet jappoġġjaw dawn l-attivitajiet permezz ta' miżuri konkreti, bħal regolamenti mfasslin apposta dwar it-tqassim f'żoni, inizjattivi ta' finanzjament u l-użu mill-ġdid ta' faċilitajiet abbandunati;

28.  Jissottolinja li l-kultura għandha impatt ippruvat fit-trawwim tal-koeżjoni soċjali u fit-tisħiħ tas-sodisfazzjon fil-ħajja u tal-benesseri u għalhekk tiżvolġi rwol kruċjali biex ittaffi l-pressjoni li l-Ewropa tħabbat wiċċha magħha meta tospita popolazzjoni li qed issir dejjem aktar kulturalment diversa; jenfasizza r-rwol li l-kultura u d-djalogu interkulturali jista' jkollhom fl-għoti tas-setgħa lill-migranti u fl-iffaċilitar tal-integrazzjoni tagħhom;

29.  Jiddispjaċih li, skont l-Ewrobarometru tal-2017, 36 % tal-Ewropej ma pparteċipaw fl-ebda attività kulturali matul is-sena ta' qabel; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu r-rabtiet bejn il-kultura, l-arti, il-ħolqien, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka artistika; jistedinhom, barra minn hekk, jinvestu fil-parteċipazzjoni tal-pubbliku, fl-involviment tal-komunitajiet u fil-kapaċità kulturali u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-aċċess għall-ħajja kulturali u l-parteċipazzjoni fiha, speċjalment għall-gruppi l-aktar żvantaġġati;

30.  Iħeġġeġ sinerġiji aktar mill-qrib bejn is-settur kulturali u l-edukazzjoni, pereżempju billi jiġu mħeġġa attivitajiet extrakurrikulari jew l-involviment tal-artisti fl-iskejjel; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-ħtieġa li l-artisti, il-maniġers, l-għalliema, il-faċilitaturi, il-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra attivi f'dawn il-kuntesti jingħataw biżżejjed appoġġ finanzjarju pubbliku;

31.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm miżuri effettivi biex jiġi promoss l-iżvilupp intellettwali u kulturali tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom, jipprovdu finanzjament adegwat bħala appoġġ għal proġetti ta' produzzjoni kulturali mmirati lejn it-tfal;

32.  Jenfasizza l-valur miżjud li l-arti, il-mużika u l-istudji umanistiċi jiġġeneraw fil-kurrikuli tal-iskejjel, peress li jikkontribwixxu għal żieda fil-kreattività, joħolqu interess fil-kultura u jippromwovu l-ħsieb kritiku; jissottolinja li l-ħiliet kulturali u kreattivi qed isiru dejjem aktar meħtieġa fix-xenarju diġitali u jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jegħlbu diviżjoni stretta bejn id-dixxiplini, iwettqu tranżizzjoni minn approċċ Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM) għal approċċ STEAM kemm fl-edukazzjoni formali u kemm f'dik mhux formali u jadottaw approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja lejn il-prattikanti kulturali, kreattivi u awdjoviżivi; jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-mużika u tal-arti fil-kurrikuli tal-iskejjel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw l-iżvilupp ta' ktieb tal-iskola dwar l-istorja kulturali Ewropea;

33.  Jenfasizza li biex il-kultura tiffjorixxi huwa essenzjali li jiġi żgurat ambjent ta' tagħlim sikur u adegwat għall-istudenti u għall-persunal tat-tagħlim; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri jagħmlu investiment sod fiż-żamma ta' faċilitajiet pubbliċi, speċjalment l-iskejjel, bil-għan li tittejjeb is-sikurezza sismika, u jiġu eliminati l-ostakoli arkitettoniċi;

34.  Jinnota li l-pass tat-tibdil teknoloġiku joħloq l-obbligu li jiġi adottat approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja li jkun aċċessibbli għall-prattikanti kulturali u li jissaħħu s-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni fl-oqsma formali u mhux formali;

35.  Jirrikonoxxi l-potenzjal taċ-ċentri kreattivi bħala spazji ta' ħidma konġunta għall-professjonisti tas-setturi kulturali u kreattivi; jenfasizza, madankollu, li primarjament is-setturi jeħtieġu l-bini tal-kapaċitajiet f'termini ta' ħiliet diġitali u maniġerjali minflok ma jikkonċentraw sempliċement fuq innovazzjoni diġitali ġdida;

36.  Jinnota li l-prinċipji demokratiċi u l-valuri Ewropej, bħal-libertà tal-espressjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, id-demokrazija u s-solidarjetà, qed jiffaċċjaw aktar sfidi minħabba l-polarizzazzjoni dejjem tikber kemm fi ħdan l-Ewropa kif ukoll fil-livell dinji; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw approċċ strateġiku għall-protezzjoni tad-drittijiet kulturali, il-libertà tal-espressjoni artistika u l-pluraliżmu tal-midja, kif ukoll id-dritt li wieħed jieħu sehem b'mod liberu fil-ħajja kulturali, inkluż billi jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' indikaturi u ta' sistemi ta' monitoraġġ fil-livell Ewropew;

37.  Jaqbel li l-parteċipazzjoni kulturali u l-kreattività ta' kuljum jikkontribwixxu bil-kbir għat-trawwim tad-djalogu interkulturali u għall-bini ta' soċjetajiet f'saħħithom; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jiġi ggarantit li l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE jkollhom kamp ta' applikazzjoni wiesa' biżżejjed biex ikopru l-valur intrinsiku u uniku tal-ħidma tal-artisti;

38.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għall-professjonijiet artistiċi, kulturali u kreattivi kollha u jħeġġeġ lill-Istati Membri jeliminaw l-ostakoli li jżommu lin-nisa lura milli jiksbu aċċess għal rwoli maniġerjali fl-istituzzjonijiet u l-fondazzjonijiet kulturali, fl-akkademji u fl-universitajiet;

Dimensjoni ekonomika

39.  Jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet kulturali billi jipprovdu appoġġ finanzjarju stabbli, affidabbli u sostnut; jiddispjaċih li, minkejja l-valur miżjud tal-investiment kulturali għall-UE, il-programm Ewropa Kreattiva jirrappreżenta 0,15 % tal-baġit globali tal-UE, li minnu 31 % biss huwa allokat għall-kultura; jinnota li l-oqsma ta' politika tal-programm Ewropa Kreattiva se jitwessgħu; jieħu nota tal-proposta l-ġdida dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u jilqa' ż-żieda proposta fil-finanzjament bħala l-ewwel pass tajjeb, iżda jappella biex il-baġit allokat għall-programm Ewropa Kreattiva l-ġdid jiġi rduppjat u biex dan il-programm isir aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet iżgħar;

40.  Jenfasizza li l-popolarità tal-programm Ewropa Kreattiva, flimkien man-nuqqas ta' finanzjament u l-kumplessità amministrattiva tiegħu, wasslet għal rata ta' suċċess ta' 16,2 % biss u għal żbilanċi reġjonali u ġeografiċi sinifikanti f'termini tal-proġetti appoġġjati; jirrimarka li dan, flimkien mal-kumplessità amministrattiva, jaġixxi bħala fattur dissważiv, jiġġenera frustrazzjoni dwar il-programm u l-azzjoni kulturali tal-UE u jimpedixxi lil bosta atturi tas-setturi kulturali u kreattivi milli japplikaw; jappella, għalhekk, biex il-proċess tal-għażla jerġa' jitqies abbażi tan-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu;

41.  Jissottolinja l-importanza li l-aċċess għall-programm Ewropa Kreattiva jiġi ffaċilitat u ssimplifikat għall-operaturi kulturali ż-żgħar u għall-SMEs; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi introdotta fergħa ddedikata riżervata għall-operaturi kulturali żgħar u għan-negozji, b'mod partikolari dawk li jkunu ġejjin minn żoni affettwati minn diżastri naturali;

42.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li, fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-QFP, il-kultura u l-arti ma jissemmewx fil-maġġoranza tal-oqsma ta' politika li jikkontribwixxu għalihom u jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, f'kollaborazzjoni mas-setturi kulturali u kreattivi, tfassal strateġiji olistiċi u kkoordinati biex il-kultura u l-arti jiġu integrati f'oqsma ta' politika oħra, b'enfasi partikolari fuq l-aċċessibbiltà tal-finanzjament għall-organizzazzjonijiet iżgħar;

43.  Jissottolinja l-impatt trasversali tal-kultura u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrapportaw dwar l-ammont ta' fondi allokat għall-kultura fil-programmi kollha ta' finanzjament u jiżguraw li mill-anqas jilħaq 1 % tal-QFP li jmiss; jistieden lir-reġjuni tal-UE biex jistabbilixxu l-kultura, il-wirt kulturali u s-setturi kulturali u kreattivi bħala prijorità fil-fondi strutturali u biex iħeġġu lill-Istati Membri jinkludu dimensjoni kulturali fl-objettivi strateġiċi tal-programmi operazzjonali tagħhom;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa portal ta' "punt uniku ta' kuntatt" li jelenka l-istrumenti kollha eżistenti ta' finanzjament tal-UE b'mod li jkun faċli għall-utenti, komprensiv, innovattiv u effiċjenti, u li joffri assistenza u linji gwida ċari rigward applikazzjonijiet;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu li jiġu allokati biżżejjed riżorsi fi ħdan l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE abbażi tal-valur intrinsiku tal-proġetti artistiċi u kreattivi;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-oqsma kulturali li jinsabu f'periklu minħabba nuqqas ta' finanzjament jew ta' attenzjoni, bħalma huwa l-qasam tal-poeżija;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw approċċ imfassal apposta għal kull settur; ifakkar li l-għotjiet huma essenzjali meta l-ekosistema kulturali titqies fl-intier tagħha, meta l-assi intanġibbli jiġu vvalutati b'mod korrett u meta jiġu appoġġjati l-prattiki artistiċi u kulturali innovattivi; jirrimarka wkoll li, għalkemm l-istrumenti finanzjarji bħall-garanziji, is-self u l-fondi proprji huma konvenjenti għall-proġetti li jiġġeneraw profitt, l-għotjiet għandhom jibqgħu l-ewwel sors ta' finanzjament, b'mod partikolari għal strutturi iżgħar;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Garanzija Finanzjarja għas-Setturi Kulturali u Kreattivi; jiddispjaċih dwar il-kopertura ġeografika limitata tagħha u jissuġġerixxi li jingħata mikrofinanzjament fejn jidħlu atturi żgħar ħafna, peress li fil-maġġoranza kbira tagħhom is-setturi kulturali u kreattivi huma magħmulin minn SMEs, li 95 % minnhom huma mikrointrapriżi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-banek jagħtu importanza akbar lid-drittijiet tal-awtur u lill-assi intanġibbli;

49.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattiva tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura u tat-turiżmu kulturali sostenibbli, f'kollaborazzjoni mas-settur kulturali, mal-komunitajiet u maċ-ċittadini, kif ukoll mal-UNESCO, dwar l-għażla tas-siti ta' wirt kulturali, u mal-Kunsill tal-Ewropa, bl-iżvilupp ta' rotot kulturali; jappella biex ir-reġjuni tal-UE jiġu promossi bħala destinazzjonijiet Ewropej ta' eċċellenza (EDEN);

Digital4Culture

50.  Jinnota li r-rivoluzzjoni diġitali ttrasformat radikalment il-mod li bih l-arti u l-kultura jiġu prodotti, distribwiti u apprezzati, filwaqt li tippreżenta opportunitajiet iżda fl-istess ħin timponi sfidi kbar fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-artisti u tal-ħallieqa li diġà huma soġġetti għal pressjoni eċċessiva u thedded is-sopravivenza ekonomika tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu remunerazzjoni ġusta, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali għas-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-istatus tal-artisti;

51.  Jirrikonoxxi l-kontribut pożittiv tat-teknoloġiji diġitali biex jiffaċilitaw u jżidu l-possibbiltà tal-konservazzjoni u l-aċċess f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontenut u servizzi kulturali, artistiċi, kreattivi u awdjoviżivi, pereżempju permezz tar-realtà awmentata u virtwali u l-interfaċċji bniedem-magna, iżda anke l-produzzjoni ta' logħob tal-kompjuter edukattiv u narrattiv u l-ħolqien ta' Cloud tal-Wirt Kulturali; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu s-sinerġiji f'dan il-qasam, b'mod partikolari mal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa;

52.  Iqis li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tinsab fil-qalba tad-dħul tas-setturi kulturali u kreattivi u jilqa' l-proposta l-ġdida għal direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u l-miżuri tagħha biex jiġu protetti l-pubblikaturi tal-aħbarijiet, tiġi eliminata d-diskrepanza fil-valur bejn l-industriji kreattivi u l-pjattaformi diġitali, jiżdiedu t-trasparenza u l-bilanċ fir-relazzjonijiet kuntrattwali tal-awturi u tal-artisti tal-ispettaklu u tingħata protezzjoni mill-periklu tat-teħid tal-propjetà intellettwali; jenfasizza li huwa essenzjali li jinħoloq suq diġitali ġust li fih il-ħallieqa jiġu kkumpensati b'mod ġust;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjattaformi diġitali li jaqdu rwol attiv fid-distribuzzjoni, fil-promozzjoni u fl-immonetizzar tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur ikollhom obbligu ċar li jiksbu liċenzji mid-detenturi tad-drittijiet u li jħallsu lill-artisti, lill-awturi, lill-pubblikaturi tal-aħbarijiet, lill-produtturi, lill-ġurnalisti u lill-ħallieqa b'mod ġust għall-użu diġitali tax-xogħlijiet tagħhom;

54.  Jenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata r-rabta bejn l-Aġenda Ewropea għall-Kultura u l-Aġenda Diġitali sabiex is-sinerġiji eżistenti jiġu intensifikati;

55.  Ifakkar fl-importanza li jitrawmu, speċjalment fost il-minorenni, il-protezzjoni tad-data u l-litteriżmu diġitali u tal-midja, billi din hija l-aktar soluzzjoni effettiva biex tindirizza, fost l-oħrajn, il-manipulazzjoni online u l-immirar fuq livell mikro;

56.  Jenfasizza li huwa kruċjali li l-ħaddiema kulturali jingħataw ħiliet u kompetenzi diġitali adegwati, sabiex irawmu l-promozzjoni u l-konkretizzazzjoni tal-wirt kulturali;

Dimensjoni esterna

57.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li s-salvagwardja u l-promozzjoni tal-kultura ma ġewx inklużi bħala għan fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; jenfasizza li l-kultura hija magna għall-iżvilupp sostenibbli u għad-djalogu interkulturali u li jistgħu jintużaw sinerġiji meta wieħed iżomm quddiem għajnejh id-dimensjoni tal-viċinat u dik internazzjonali tal-programm Ewropa Kreattiva;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali u żżid ir-riżorsi allokati għad-delegazzjonijiet tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' inizjattivi u proġetti ta' promozzjoni kulturali, f'kollaborazzjoni wkoll mal-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura (EUNIC);

59.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kunsill biex ifassal approċċ komprensiv għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali u jitlob il-ħolqien ta' punti fokali kulturali fid-delegazzjonijiet kollha tal-UE, it-taħriġ xieraq tal-uffiċjali u l-involviment ta' atturi lokali u li jaħdmu fuq il-post, tas-soċjetà ċivili u ta' netwerks kulturali internazzjonali, inkluż fl-azzjoni preparatorja dwar id-Djar Ewropej għall-kultura; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jirrappurtaw dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali darba kull sentejn;

o
o   o

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 142.
(2) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 95.
(3) ĠU C 238, 6.7.2018, p. 28.
(4) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 25.
(5) ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 223.
(6) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 135.
(7) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 88.
(8) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 16.
(9) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 57.
(10) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.
(11) Testi adottati, P8_TA(2018)0262.
(12) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 19.
(13) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.
(14) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
(15) ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4.
(16) ĠU C 172, 27.5.2015, p. 13.

Avviż legali - Politika tal-privatezza