Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0470/2018

Testi mressqa :

A8-0470/2018

Dibattiti :

PV 15/01/2019 - 21
CRE 15/01/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 12.8
CRE 16/01/2019 - 12.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 26/03/2019 - 7.18
CRE 26/03/2019 - 7.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0021
P8_TA(2019)0238

Testi adottati
PDF 965kWORD 98k
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I
P8_TA-PROV(2019)0021A8-0470/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta' reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b'mod espliċitu.
(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, iż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, gżejjer u reġjuni muntanjużi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.
(2)  Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-reġjuni tagħhom jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja.
_________________
_________________
21 [Referenza]
21 [Referenza]
22 [Referenza]
22 [Referenza]
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).
(3)  Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp kooperattiv u armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, u sabiex jitnaqqsu d-diverġenzi eżistenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Fil-proċess, il-prinċipji dwar il-governanza u s-sħubija f'diversi livelli jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, u jenħtieġ li jissaħħu l-approċċi bbażati fuq il-post.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-komponenti differenti tal-Interreg jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata f'Settembru 2015.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Konsegwentement, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.
(4)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE23 ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Għaldaqstant, il-komponent transfruntier jenħtieġ li jinkludi kooperazzjoni kemm fuq l-art kif ukoll fil-fruntieri marittimi, mingħajr preġudizzju għall-komponent il-ġdid għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.
__________________
__________________
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534 final).
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534 final).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
(5)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar jew ir-reġjuni tagħhom, u pajjiż jew reġjun wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f'qafas ta' kooperazzjoni marittima akbar, b'mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta' sħubija u t-twaqqif ta' sottoprogrammi u kumitati ta' tmexxija speċifiċi.
(6)  Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji transnazzjonali akbar u, fejn xieraq, territorji madwar il-baċiri tal-baħar li ġeografikament jestendu lil hinn minn dawk tal-programmi transfruntiera.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi.
(7)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji tal-programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw ma' pajjiżi terzi, pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali bl-aktar mod effettiv u sempliċi li jqis il-karatteristiċi individwali tagħhom.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b'mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta' esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT") stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta' żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli"25, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-"Inizjattiva Urbana Ewropea". Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi.
(8)  Fuq il-bażi tal-esperjenza pożittiva bil-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta' Interreg minn naħa waħda u n-nuqqas ta' tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 min-naħa l-oħra, il-kooperazzjoni interreġjonali, permezz ta' skambju ta' esperjenzi, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-programmi fil-qafas taż-żewġ għanijiet (il-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi) fost il-bliet u r-reġjuni, hija komponent importanti li għandha l-għan li ssib soluzzjonijiet komuni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni u li tibni sħubiji dejjiema. Jenħtieġ li għaldaqstant jitkomplew il-programmi eżistenti u, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti, inkluża l-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT"), kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali.
__________________
24 Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).
25 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" - COM(2017)0376 final, 18.7.2017.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   L-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u tintuża biex tappoġġa pjattaformi tematiċi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f'oqsma bħall-enerġija, il-modernizzazzjoni industrijali, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-ambjent jew is-settur agroalimentari, u biex tgħin lil dawk involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jingħaqdu flimkien, sabiex tiżdied l-innovazzjoni u jinġiebu prodotti, proċessi u ekosistemi innovattivi fis-suq Ewropew. L-evidenza tissuġġerixxi li għad hemm falliment sistemiku persistenti fl-istadju tal-ittestjar u l-validazzjoni tad-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda (pereżempju, Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti), speċjalment meta l-innovazzjoni tkun riżultat tal-integrazzjoni tal-ispeċjalizzazzjonijiet reġjonali komplementari li joħolqu ktajjen ta' valur innovattivi. Dak il-falliment huwa partikolarment kritiku fil-fażi bejn il-pilotaġġ u l-adozzjoni sħiħa fis-suq. F'xi oqsma teknoloġiċi u industrijali strateġiċi, l-SMEs attwalment ma jistgħux iserrħu fuq infrastruttura ta' dimostrazzjoni pan-Ewropea eċċellenti, miftuħa u konnessa. Il-programmi taħt l-inizjattiva ta' kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni Ewropea kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni tal-PTEE, pajjiżi terzi, ir-reġjuni tagħhom, u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, inklużi r-reġjuni ġirien l-aktar imbiegħda. Is-sinerġiji bejn l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u programmi rilevanti oħra tal-UE bħal dawk taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, is-Suq Diġitali Ewropa u l-programm tas-suq uniku jenħtieġ li jiġu mħeġġa, peress li dawn se jamplifikaw l-impatt tal-investimenti u jipprovdu valur aħjar għaċ-ċittadini.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.
(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi komuni għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.
__________________
__________________
26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u lNDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv, jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont lArtikolu 4(2)(a) tal-NDICI.
(10)  Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA27, l-NDICI28 u l-OCTP29, jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkomplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv.
__________________
__________________
27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).
27 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).
28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).
28 Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).
29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).
29 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta' Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil reġjuni li jsiru fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata kontinwità adegwata tal-programmi ta' kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.
(11)  L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali. L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  L-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjoni esterna u l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jgħinu biex jiġi żgurat impatt massimu filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kisba tal-koerenza fil-politiki kollha tal-Unjoni hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31.
(14)  Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw it-titjib tal-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista' jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi u PTEE, filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31.
_________________
_________________
31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE", - COM(2017)0623 final, 24.10.2017.
31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE", - COM(2017)0623 final, 24.10.2017.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà li l-PTEE jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-PTEE sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.
(15)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta' Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Minħabba l-globalizzazzjoni, il-kooperazzjoni mmirata biex tagħti spinta lill-investimenti f'aktar impjiegi u tkabbir u investimenti konġunti ma' reġjuni oħra jenħtieġ li madankollu tiġi determinata wkoll mill-karatteristiċi u l-ambizzjonijiet komuni tar-reġjuni u mhux neċessarjament mill-fruntieri, u għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli fondi addizzjonali suffiċjenti għall-inizjattiva l-ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni biex iwieġbu għall-kundizzjoni tas-suq globali.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid "PEACE-PLUS" jenħtieġ li jkompli u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.
(18)  Fil-kuntest ta' ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid "PEACE-PLUS" għandu jitkompla u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni soċjali, ekonomiċi u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg.
(20)  Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Interreg. Jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-komponenti tal-INTERREG.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid].
(21)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Madankollu, is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-erba' dimensjonijiet kollha (l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament) u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.
(22)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta' Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Is-sħab ta' Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal jew fil-finanzjament, jew it-tnejn li huma, u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Strument importanti u ta' suċċess fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira, sabiex jiġu eliminati l-ostakli relatati mal-fruntieri u dawk transfruntiera, jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni lokali u b'hekk ir-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċittadini tagħhom jinġiebu aktar qrib xulxin. Il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jitwettqu f'bosta oqsma, bħal fost l-oħrajn il-kultura, l-isport, it-turiżmu, l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali, l-ekonomija, ix-xjenza, il-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, il-kura tas-saħħa, it-trasport u proġetti infrastrutturali fuq skala żgħira, il-kooperazzjoni amministrattiva u r-relazzjonijiet pubbliċi. Kif stabbilit ukoll fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni magħrufa bħala "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera"32, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira għandhom valur miżjud Ewropew għoli u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-objettiv globali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera.
__________________
32 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li ilhom implimentati mill-ħolqien ta' Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera", dawn il-fondi għal proġetti żgħar għandhom rwol importanti fil-bini ta' fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.
(23)  Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira ilhom mill-ħolqien ta' Interreg jiġu appoġġati permezz ta' fondi ta' proġetti żgħar jew strumenti simili, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar. Sabiex jiġu ppreservati l-valur miżjud u l-benefiċċji tal-proġetti bejn il-persuni u tal-proġetti fuq skala żgħira, anke fir-rigward tal-iżvilupp lokali u reġjonali, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' opzjonijiet simplifikati ta' kostijiet u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.
32 Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni "Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera" tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.
(24)  Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, inkluż għal punti ta' kuntatt reġjonali (jew "antenni"), li huma punti ta' kuntatt importanti għal dawk li jipproponu u jimplimentaw proġetti, u għaldaqstant jiffunzjonaw bħala linja diretta lejn is-segretarjati konġunti jew l-awtoritajiet rilevanti, iżda b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettivi.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Bħala parti mit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni jaħdmu flimkien mill-qrib, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-arranġamenti proporzjonati u msaħħa għas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta' programm Interreg li huma msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid].
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jassenjaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku.
(27)  L-Istati Membri, fejn xieraq, jenħtieġ li jiddelegaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT ġdid jew, fejn applikabbli, li jeżisti jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil korpi pubbliċi oħra minn Stati Membri differenti jistabbilixxu tali raggruppamenti ta' kooperazzjoni ma' personalità ġuridika u jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tagħhom.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra.
(28)  Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u f'muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sieħeb ewlieni jenħtieġ li jiżgura li s-sħab l-oħrajn jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni bis-sħiħ u fil-limitu ta' żmien maqbul mis-sħab kollha u skont l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.
(29)  Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b'mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B'mod partikolari, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.
(30)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jeħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċeduri relatati mal-irkupri jiġu stabbiliti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Minkejja dan, l-awtorità ta' ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f'pajjiż differenti.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)   Huwa xieraq li tiġi mħeġġa d-dixxiplina finanzjarja. Fl-istess ħin, arranġamenti għad-diżimpenn tal-impenji baġitarji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-programmi Interreg u l-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista' tiġi implimentata b'ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b'ġestjoni indiretta.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.
(35)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, fejn applikabbli, il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera esterna, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)  Il-promozzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija prijorità ewlenija tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-appoġġ tal-SMEs għall-ispejjeż tal-proġetti ETC diġà huwa eżentat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/20141a (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)). Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-għajnuna reġjonali għall-investimenti li jsiru minn intrapriżi ta' kull daqs huma wkoll inklużi fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-20202a u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tal-GBER. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, l-għajnuna għall-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jenħtieġ li jkollha biss effetti limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u b'hekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li tali għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u li l-finanzjament ipprovdut bħala appoġġ għall-proġetti tal-ETC jista' jiġi eżentat.
_____________________
1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
2a Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.07.2013, p. 1).
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ("PTEE") rispettivament.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ("PTEE"), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali, rispettivament.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "entità legali transfruntiera" tfisser entità legali stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.
(4)  "entità legali transfruntiera" tfisser entità legali, inkluż Ewroreġjun, stabbilita skont il-liġijiet ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a)  "organizzazzjoni dwar l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali" tfisser grupp ta' Stati Membri jew reġjuni fl-istess żona ġeografika li għandhom l-għan li jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
(1)  il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):
(1)  il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż (il-komponent 1):
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or
(a)  il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); or
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – parti introduttorja
(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(b)  il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali ("il-komponent 2"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: "il-komponent 2A"; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: "il-komponent 2B");
(2)  il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u f'PTEE, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom ("il-komponent 3");
(3)  il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp armonjuż tagħhom fil-viċinat tagħhom ("il-komponent 3");
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ia (ġdid)
(ia)  l-implimentazzjoni ta' proġetti komuni għall-iżvilupp interreġjonali;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ib (ġdid)
(ib)  l-iżvilupp ta' kapaċitajiet bejn is-sħab fl-Unjoni b'rabta ma':
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iia (ġdid)
(iia)  l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattiki tajbin bil-għan li jiġu ttrasferiti l-aktar fi programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iib (ġdid)
(iib)  l-iskambju ta' esperjenzi dwar l-identifikazzjoni, it-trasferiment u t-tixrid tal-aħjar prattika dwar l-iżvilupp urban sostenibbli, inklużi konnessjonijiet bejn żoni urbani u rurali;
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt iiia (ġdid)
(iiia)  it-twaqqif, il-funzjonament u l-użu tal-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) .../... [il-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew il-ġdid];
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej ("il-komponent 5").
imħassar
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.
1.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri kollha fuq l-art jew fil-baħar interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe aġġustament sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma tal-programmi ta' kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b'kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.
imħassar
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.
3.  Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista' tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.
4.  Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
5 Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima
Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.
1.  Għall-kooperazzjoni transnazzjonali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali biex jiżguraw il-koerenza u l-kontinwità ta' din il-kooperazzjoni f'oqsma koerenti akbar abbażi tal-perjodu ta' tħejjija ta' programmazzjoni 2014-2020 u filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista' tkopri:
Il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-programmi Interreg tista' tkopri:
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  Greenland;
(b)  PTEE jibbenefikaw mill-appoġġ ipprovdut mill-programm tal-PTEE;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.
3.  Ir-reġjuni, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, jew PTEE elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-OCTP, jew it-tnejn li huma.
2.  Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI, PTEE appoġġati mill-OCTP, organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali, jew kombinazzjoni tat-tnejn jew it-tlieta li huma.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – titolu
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni
Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.
1.  Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
2.  Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk il-programmi, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni kif ukoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta' allokazzjoni skont il-komponent 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3).
2.  L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Ir-reġjuni ta' pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
1.  Ir-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal EUR 11 165 000 000 (prezzijiet tal-2018) mir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 u stabbiliti fl-Artikolu [103(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 9 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:
2.  EUR 10 195 910 000 (91,31 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a)  52,7 % (jiġifieri, total ta' EUR 4 440 000 000) għall-kooperazzjoni transkonfinali;
(a)  EUR 7 500 000 000 (67,16 %) għall-kooperazzjoni transkonfinali (il-komponent 1);
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
(b)  31,4 % (jiġifieri, total ta' EUR 2 649 900 000) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2);
(b)  EUR 1 973 000 000 (17,68 %) għall-kooperazzjoni transnazzjonali (il-komponent 2);
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c)  3,2 % (jiġifieri, total ta' EUR 270 100 000) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);
(c)  EUR 357 309 120 (3,2 %) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d
(d)  1,2 % (jiġifieri, total ta' EUR 100 000 000) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);
(d)  EUR 365 000 000 (3,27 %) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e
(e)  11,5 % (jiġifieri, total ta' EUR 970 000 000) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5);
imħassar
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);
(a)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 elenkati fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2A u 3.
(b)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponent 2.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 u 3 għall-komponent 3.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  EUR 970 000 000 (8,69 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15a (ġdid).
Jekk sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni ma tkunx wettqet ir-riżorsi kollha disponibbli msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-proġetti magħżula skont dik l-inizjattiva, il-bilanċi mhux impenjati li jifdal għandhom jiġu allokati mill-ġdid fost il-komponenti 1 sa 4.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik l-ekwivalenza għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.
L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm tal-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  il-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.
(b)  f'każijiet debitament iġġustifikati, meta l-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' Greenland għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.
Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' PTEE għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland;
(a)  li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' Greenland.
(c)  li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
6.  Jekk pajjiż terz jew pajjiż sieħeb li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.
6.  Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxi għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.
Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 80 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:
3.  Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej:
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja
(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B:
(a)  fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2:
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a – punt ii
(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;
(ii)  it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, inklużi l-proġetti bejn il-persuni, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti.
5.  Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 1, 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta' Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti, il-protezzjoni ekonomika u soċjali tagħhom u r-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg "governanza aħjar ta' Interreg" jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".
2.  Mill-FEŻR u, fejn applikabbli, mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, sa 15 % għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg "governanza aħjar ta' Interreg" u sa 10 % jistgħu jiġu allokati għall-objettiv speċifiku għal Interreg "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Jekk programm Interreg tal-komponent 2A jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta' dik l-istrateġija.
3.  Jekk programm Interreg tal-komponent 1 jew 2 jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-inqas 80 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, parti mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dik l-istrateġija.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 15 − paragrafu 4
4.  Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta' dik l-istrateġija.
imħassar
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a
Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali
1.  Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 9(5a) (ġdid) għandhom jiġu allokati għal inizjattiva ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni li hija allokata għal:
(a)  il-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni komuni li aktarx iħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej;
(b)  it-tlaqqigħ flimkien ta' riċerkaturi, negozji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fl-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u ta' innovazzjoni soċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali;
(c)  il-proġetti pilota mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' żvilupp ġodda fil-livell reġjonali u lokali li huma bbażati fuq strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; jew
(d)  il-qsim tal-esperjenzi ta' innovazzjoni bil-għan li jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba fl-iżvilupp reġjonali jew lokali.
2.  Sabiex jinżamm il-prinċipju ta' koeżjoni territorjali Ewropea, b'sehem indaqs approssimattiv tar-riżorsi finanzjarji, dawk l-investimenti għandhom jiffukaw fuq il-ħolqien ta' rabtiet bejn ir-reġjuni inqas żviluppati ma' dawk fir-reġjuni ewlenin billi jżidu l-kapaċità ta' ekosistemi ta' innovazzjoni reġjonali f'reġjuni anqas żviluppati biex jintegraw u jmexxu l-valur eżistenti jew emerġenti tal-UE kif ukoll il-kapaċità li jipparteċipaw fi sħubiji ma' reġjuni oħra.
3.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta. Għandha tkun appoġġata minn grupp ta' esperti fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u sejħiet relatati.
4.  Fir-rigward tal-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk l-investimenti, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta jew indiretta.
1.  Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista' jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b'ġestjoni indiretta wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membriu, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
2.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Fit-tħejjija tal-programmi Interreg, li jkopru strateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar, l-Istati Membri u s-sħab tal-programm għandhom iqisu l-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar rilevanti u jikkonsultaw lill-atturi rilevanti. L-Istati Membri u s-sħab tal-programmi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ex ante biex jiżguraw li l-atturi kollha fil-livell makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, l-awtoritajiet tal-programm ETC, ir-reġjuni u l-pajjiżi jinġiebu flimkien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni biex jiddeċiedu flimkien dwar il-prijoritajiet għal kull programm. Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu allinjati mal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar kull fejn ikun rilevanti.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa' xhur;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti.
L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg wieħed jew aktar lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus tnax-il xahar;] f'isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonaliparteċipanti.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.
Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta' strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  F'każijiet debitament ġustifikati u bi qbil mal-Kummissjoni, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa [x] % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.
3.  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa 20 % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel li beħsiebu jagħmel użu minn din il-possibbiltà ta' trasferiment u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – parti introduttorja
(b)  taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni:
(b)  taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu partikolarment inkunsiderazzjoni:
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – punt ii
(ii)  il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ;
(ii)  il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà ma' forom oħrajn ta' appoġġ u sinerġiji potenzjali li jridu jinkisbu;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b – sottopunt iii
(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;
(iii)  il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat u kif tqiesu fil-programm;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt c
(c)  ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta' appoġġ, li jindirizzaw, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;
(c)  ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, u, l-indirizzar, fejn xieraq, tal-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt i
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq, kif ukoll il-ġabra ta' kriterji u l-kriterji ta' għażla trasparenti korrispondenti għal din l-operazzjoni rispettivament;
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt iii
(iii)  il-gruppi mira ewlenin;
imħassar
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt e – punt v
(v)  l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjarji;
imħassar
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a – punt iii
(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament ("FEŻR" u "OCTP Greenland");
(iii)  għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta' finanzjament ("FEŻR" u "OCTP");
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt b
(b)  fir-rigward tat-tabella msemmija fil-punt (g)(ii) ta' paragrafu 4, din għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.
imħassar
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 7 – punt b
(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt;
(b)  jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt u, fejn applikabbli, ta' strutturi ta' appoġġ maniġerjali fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi;
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bi trasparenza sħiħa kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
3.  L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab, il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara d-data ta' preżentazzjoni ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara tliet xhur wara d-data ta' preżentazzjoni tal-verżjoni riveduta ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.
1.  Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jista' jippreżenta talba motivata għal emenda ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
3.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab, il-PTEE jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.
Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], l-Istat Membru jista' jittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet.
Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, aktar kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet. Il-Kumitati ta' Tmexxija għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid] u għandhom jinvolvu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3
3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.
3.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija għandu:
4.  Qabel ma l-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta' tmexxija jagħżel l-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha:
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Dawn l-obbligi għandhom ikunu definiti mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż imsieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.
Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Proċeduri relatati mal-irkupri għandhom ikunu definiti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż sieħeb jew f'PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta' proċedura ġudizzjarja.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.
L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.
2.  Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż wieħed jew PTEE, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta' persunal u l-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg.
Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal u/jew fil-finanzjament ta' operazzjonijiet Interreg. Għandu jsir sforz biex jiġi limitat l-għadd ta' sħab għal kull operazzjoni Interreg sa mhux aktar minn għaxra.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.
Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tnejn mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti.
Entità legali transfruntiera jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
Madankollu, l-uniku sieħeb jista' jkun reġistrat fi Stat Membru mhux parteċipanti fil-programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 jiġu ssodisfatti.
imħassar
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta' proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom.
Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fondi ta' proġett żgħir wieħed jew aktar fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż 20 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg u, fil-każ ta' programm Interreg għal kooperazzjoni transfruntiera, għandha tkun għall-inqas 3 % tal-allokazzjoni totali.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier.
2.  Il-benefiċjarju ta' fond ta' proġett żgħir għandu jkun korp tal-liġi pubblika jew privata, entità b'personalità ġuridika jew mingħajrha jew persuna fiżika, li hija responsabbli biex tibda l-operazzjonijiet jew kemm biex tibdihom kif ukoll biex timplimentahom.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 5
5.  Spejjeż tal-persunal u indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza totali eliġibbli tal-fond għal proġett żgħir rispettiv.
5.  Spejjeż tal-persunal u spejjeż oħra diretti li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-ispejjeż fl-Artikoli 39 sa 42, kif ukoll spejjeż indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond jew fondi għal proġett żgħir, ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiża totali eliġibbli tal-fond jew fondi għal proġett żgħir rispettiv.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi, minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.
Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew jinkludi rati fissi.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta l-ispejjeż totali ta' kull operazzjoni ma jaqbżux il-EUR 100 000, l-ammont ta' appoġġ għal proġett żgħir wieħed jew aktar jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' abbozz ta' baġit li huwa stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u miftiehem ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli u b'mod sħiħ. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.
2.  Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni b'mod sħiħ u fiż-żmien miftiehem mis-sħab kollha u wara l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru, f'pajjiż terz, f'pajjiż sieħeb jew f'PTEE parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.
Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru parteċipanti fi programm Interreg jista' jinħatar bħala sieħeb ewlieni.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Madankollu, Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jaqblu li sieħeb li mhux qed jirċievi appoġġ mill-FEŻR jew strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni jista' jintgħażel ukoll bħala s-sieħeb ewlieni.
imħassar
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1
1.  Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 2 għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq.
1.  Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa billi jiġu applikati l-perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 2 għall-2021 u l-2022 għall-pagamenti fis-sena tal-prefinanzjament skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 49(2) ta' dan ir-Regolament u mbagħad għal nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq għas-snin sussegwenti.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a
(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6%;
(a)  għal programmi Interreg ta' kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 7%;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c
(c)  għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 7%.
(c)  għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 8 %.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, il-PTEE jew l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar 'il quddiem il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg,
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta' ġestjoni.
imħassar
Fejn ir-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ jistabbilixxu presidenza b'rotazzjoni, il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jkun ippresedut minn rappreżentant ta' pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, u kopresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta' ġestjoni, u viċi versa.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 6
6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
6.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ, is-sinteżi tad-data u l-informazzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha kondiviżi mal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg għandha tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.
Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg tista' tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f'dak il-programm u għandha timmira lejn rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ għandha tikkunsidra n-numru ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat.
imħassar
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.
Il-Kumitat ta' monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' reġjuni u gvernijiet lokali kif ukoll korpi mwaqqfa b'mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista ta' awtoritajiet jew korpi maħtura bħala membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3
3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
3.  Rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Rappreżentanti ta' korpi stabbiliti matul il-qasam tal-programm jew li jkopru parti minnu, inklużi r-REKT, jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt g
(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.
(g)  il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti u jipproponi kwalunkwe miżura ta' appoġġ jekk meħtieġ.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
(a)  il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara li jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 30 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien xahar, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):
2.  B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien tliet xhur, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1):
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data tal-programm Interreg rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru ta' kull sena kif ukoll data skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament darba f'sena f'konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
It-trażmissjoni tad-data għandha ssir permezz tas-sistemi ta' rapportar tad-data eżistenti dment li dawk is-sistemi jkunu taw prova tal-affidabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg.
(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg finalizzati.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.
1.  L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], li jirriżulta li jkunu l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(4) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Meta neċessarju u f'każijiet debitament ġustifikati mill-awtorità ta' ġestjoni, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-paragrafu 1.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta' kull programm Interreg, mhux aktar minn darba fis-sena. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 34 − paragrafu 4
4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.
4.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha l-għan li tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 3
3.  L-Artikolu [44 minn (2) sa (7)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.
3.  L-Artikolu [44 minn (2) sa (6)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000;
(c)  juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi l-EUR 50 000;
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A3 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;
(d)  għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat u, fejn applikabbli, f'forma elettronika ta' daqs minimu ta' A2 b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli b'mod f'waqtu.
(e)  għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 6
6.  Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.
6.  Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew ma jirrimedjax l-ommissjoni tiegħu f'ħin xieraq, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tapplika korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3 – punt c
(c)  bħala rata fissa f'konformità mal-Artikolu [50(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].
(c)  L-ispejjeż diretti marbuta mal-persunal ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż diretti minbarra l-ispejjeż marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt a
(a)  tiġi diviża l-ispiża gross tal-impjieg ta' kull xahar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar stabbilit fid-dokument ta' impjieg u espress f'sigħat; or
(a)  jinqasmu l-ispejjeż gross tal-impjieg ta' kull xahar li ġew iddokumentati l-aħħar bil-ħin tax-xogħol ta' kull xahar tal-persuna kkonċernata skont il-liġi applikabbli kif imsemmi fil-kuntratt ta' impjieg u l-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) .../...[CPR ġdid]; or
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 6
6.  L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
6.  L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Jekk ma jkunux għadhom ġew inklużi fir-rata fis-siegħa miftiehma, l-ispejjeż tas-salarji kif imsemmija fl-ambitu tal-punt (b) tal-Artikolu 38(2) jistgħu jiġu miżjuda ma' dik ir-rata fis-siegħa, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:
L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għal 15 % tal-ispejjeż diretti totali ta' operazzjoni u għall-elementi li ġejjin:
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 40 − paragrafu 4
4.  Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat.
4.  Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat. Dik il-kategorija tal-ispejjeż tista' tintuża għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal tal-operazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra għall-fini tal-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-operazzjoni u l-Programm Interreg.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 5
5.  L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ħlief l-ispejjeż diretti tal-persunal ta' dik l-operazzjoni.
5.  L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkommodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ta' dik l-operazzjoni.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikun limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni:
L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni, inklużi s-sħab kollha tagħha:
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt o
(o)  l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz;
(o)  l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni;
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu limitati għal li ġejjin:
1.  L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għal li ġejjin:
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
(a)  ix-xiri tal-art f'konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.
1.  L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, il-PTEE, u l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità ta' awditjar waħda.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2
2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar għandhom ikunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.
2.  L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' awditjar jistgħu jkunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 5
5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.
5.  Fir-rigward ta' programm Interreg taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 6
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju għandu jwettaq dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju wieħed jew aktar taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju jew il-korpi kkonċernati għandhom iwettqu dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, jew, fejn applikabbli, f'aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   B'deroga mill-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid], il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 100 % tal-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal ħlas li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament tal-programm għan-nefqa eliġibbli totali jew għall-kontribuzzjoni pubblika, kif xieraq.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   Meta l-awtorità ta' ġestjoni ma twettaqx verifika fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) .../... [CPR ġdid] fuq iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew persuna responsabbli mit-twettiq ta' tali verifika fir-rigward tal-benefiċjarji preżenti fit-territorju tiegħu.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.   B'deroga mill-Artikolu 92 tar-Regolament (UE).../... [CPR ġdid], il-programmi Interreg mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Il-kontijiet jiġu approvati fi tmiem programm, abbażi tar-rapport finali dwar il-prestazzjoni.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 7
7.  Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.
7.  Jekk ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 3,5 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta' awditjar ta' operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 8
8.  Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.
8.  Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 3,5 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt a
(a)  2021: 1%;
(a)  2021: 3 %;
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt b
(b)  2022: 1%;
(b)  2022: 2,25%;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt c
(c)  2023: 1%;
(c)  2023: 2,25%;
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt d
(d)  2024: 1%;
(d)  2024: 2,25%;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt e
(e)  2025: 1%;
(e)  2025: 2,25%;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt f
(f)  2026: 1%.
(f)  2026: 2,25%.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.
Jekk programmi Intereg esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta' xi att adottat taħtu.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.
L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Kapitolu 8 – titolu
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 1
Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3
3.  Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew għandhom jistabbilixxu fergħa fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.
3.  Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta' dak il-programm jew, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, għandhom jistabbilixxu fergħa tas-Segretarjat Konġunt fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 4
4.  L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), għandha tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).
4.  L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), tista' tappoġġa l-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7).
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi jew pajjiż sħab parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
2.  Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'xi pajjiżi terzi, pajjiż sħab parteċipanti, PTEE parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe PTEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
a)  b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE;
a)  b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f'kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali;
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
b)  b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;
b)  b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
c)  b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti;
c)  b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, għandu japplika l-Artikolu 60.
Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, hemm bżonn ta' qbil minn qabel bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati u għandu japplika l-Artikolu 60.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Jistgħu jiġu varati sejħiet konġunti għal proposti li jimmobilizzaw il-fondi minn programmi NDICI u programmi ETC bilaterali jew multinazzjonali jekk l-awtoritajiet ta' ġestjoni rispettivi jiddeċiedu li jagħmlu dan. Il-kontenut tas-sejħa għandu jispeċifika l-ambitu ġeografiku tagħha, u l-kontribuzzjoni mistennija għall-objettivi tal-programmi rispettivi. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiddeċiedu jekk ir-regoli NDICI jew ETC humiex applikabbli għas-sejħa. Jistgħu jiddeċiedu li jaħtru awtorità ta' ġestjoni ewlenija responsabbli għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mas-sejħa.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 3
3.  Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' tliet paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.
3.  Jekk l-għażla ta' proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' ħames paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom, filwaqt li jinkludi wkoll pjan ta' negozju kredibbli li juri li l-proġett jew it-tkomplija tal-proġett huma siguri saħansitra mingħajr id-dispożizzjoni tal-fondi Interreg. Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta' infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew lill-kumitat ta' tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1
1.  Jekk parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3), il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.
1.  Jekk, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, parti jew it-totalità ta' programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg ikkonċernat.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 61
Artikolu 61
imħassar
Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali
B'inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista' jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 61 a (ġdid)
Artikolu 61 a
Deroga mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE
Il-Kummissjoni tista' tiddikjara li l-għajnuna favur proġetti sostnuti minn kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-UE hija kompatibbli mas-suq intern u mhijiex soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0470/2018).

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2019Avviż legali