Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0158(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0361/2018

Testi mressqa :

A8-0361/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 12.9

Testi adottati :

P8_TA(2019)0022

Testi adottati
PDF 136kWORD 52k
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - Strasburgu
It-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
P8_TA(2019)0022A8-0361/2018
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 – C8-0202/2018– 2018/0158(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0312),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0202/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0361/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000
P8_TC1-COD(2018)0158

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/216.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jagħti importanza kbira ħafna lill-fatt li jiġi infurmat bis-sħiħ matul it-tħejjija tal-atti delegati u, b'mod partikolari, lill-paragrafu 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li jiddisponi li, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-informazzjoni kollha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni taderixxi bis-sħiħ għall-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar u għall-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Għalhekk, se tagħmel ħilitha biex, mal-ewwel opportunità li jkollha, tressaq proposta leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, bil-għan li tallinja r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 mal-qafas ġuridiku introdott mit-Trattat ta' Lisbona.

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza